ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 92

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 65
25 ta' Frar 2022


Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

il–Kunsill

2022/C 92/01

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-24 ta’ Frar 2022 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat ta’ Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol

1

2022/C 92/02

Avviż għall-attenzjoni ta’ persuni u entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja

7

2022/C 92/03

Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja

8

2022/C 92/04

Avviż għall-attenzjoni ta’ Serhiy Vitaliyovich KURCHENKO soġġett għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/119/PESK u fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

10


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

il–Kunsill

25.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 92/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-24 ta’ Frar 2022

li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat ta’ Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol

(2022/C 92/01)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Lulju 2003 li tistabbilixxi Kumitat ta’ Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3 tagħha,

Wara li kkunsidra l-lista ta’ kandidati ppreżentata lill-Kunsill mill-Gvernijiet tal-Istati Membri,

Billi:

(1)

Permezz tad-Deċiżjoni tiegħu tat-12 ta’ Marzu 2019 (2), il-Kunsill ħatar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat ta’ Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għall-perijodu mill-1 ta’ Marzu 2019 sat-28 ta’ Frar 2022.

(2)

Il-membri u l-membri supplenti jibqgħu fil-kariga sakemm jiġu sostitwiti jew il-mandat tagħhom jiġġedded.

(3)

Il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat jenħtieġ li jinħatru għal perijodu ta’ tliet snin,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dawn li ġejjin huma b’dan maħtura membri u membri supplenti tal-Kumitat ta’ Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għall-perijodu mill-1 ta’ Marzu 2022 sat-28 ta’ Frar 2025:

I.   RAPPREŻENTANTI TAL-GVERN

Stat Membru

Membri

Membri Supplenti

Belġju

Is-Sa Godelieve PONNET

Is-Sa Véronique CRUTZEN

Is-Sa Aurore MASSART

Bulgarija

Is-Sa Vaska SEMERDZHIEVA

Is-Sur Nikolay ARNAUDOV

Is-Sa Darina KONOVA

Ċekja

Is-Sur Jaroslav HLAVÍN

Is-Sa Jana URBANOVÁ

Is-Sa Lucie KYSELOVÁ

Danimarka

Is-Sa Annemarie KNUDSEN

Is-Sa Anne-Marie VON BENZON

Ġermanja

Is-Sur Kai SCHÄFER

Is-Sur Thomas VOIGTLÄNDER

Is-Sur Sebastian HAUS-RYBICKI

Estonja

Is-Sa Seili SUDER

Is-Sa Maret MARIPUU

Is-Sa Silja SOON

Irlanda

 

Is-Sa Marie DALTON

Is-Sur Stephen CURRAN

Greċja

Is-Sa Vasiliki PAPANASTASIOU

Is-Sa Aggeliki MOIROU

Is-Sur Ioannis KONSTANTAKOPOULOS

Spanja

Mr Carlos ARRANZ CORDERO

Is-Sa Mercedes TEJEDOR AIBAR

Is-Sa Belén PÉREZ AZNAR

Franza

 

 

Kroazja

Is-Sa Marina PRELEC

Is-Sa Žanna JANČIEV

Is-Sur Jere GAŠPEROV

Italja

 

 

Ċipru

Is-Sur Aristodemos ECONOMIDES

Is-Sa Evangelitsa TSOULOFTA

Is-Sur Anastassios YIANNAKI

Latvja

Is-Sa Māra VĪKSNE

Is-Sa Jolanta GEDUŠA

Is-Sur Renārs LŪSIS

Litwanja

Is-Sa Aldona SABAITIENĖ

Is-Sa Gintarė BUŽINSKAITĖ

Is-Sa Rasa ŠIDAGYTĖ

Lussemburgu

Is-Sa Patrice FURLANI

Is-Sur Marco BOLY

Is-Sur Armin KOEGEL

Ungerija

Is-Sur Péter NESZTINGER

Is-Sur Attila LUMNICZKY

Is-Sur Gyula MADARÁSZ

Malta

Is-Sur Mark GAUCI

Is-Sur David SALIBA

Is-Sur Melhino MERCIECA

Netherlands

Is-Sa Heidi BOUSSEN

Is-Sur Martin DEN HELD

Is-Sa Tanja WESSELIUS

Awstrija

Is-Sa Anna RITZBERGER-MOSER

Is-Sa Gertrud BREINDL

Is-Sa Gerlinde ZINIEL

Polonja

Is-Sa Agnieszka WOLSKA

Is-Sa Agnieszka GAJEK

Is-Sur Roman SĄSIADEK

Portugall

Is-Sa Fernanda CAMPOS

Is-Sa Paula SOUSA

Is-Sa Lucília DUARTE

Rumanija

Is-Sur Marian TĂNASE

Is-Sa Elena PERJU

Is-Sa Veronica HAȘ

Slovenja

Is-Sur Nikolaj PETRIŠIČ

Is-Sa Vladka KOMEL

Is-Sur Etbin TRATNIK

Slovakkja

Is-Sur Adam ŠULÍK

Is-Sa Michaela TRABALÍKOVÁ

Is-Sa Martina KOSTURÁKOVÁ

Finlandja

Is-Sur Raimo ANTILA

Is-Sa Liisa HAKALA

Is-Sa Sirkku SAARIKOSKI

Żvezja

 

 

II.   RAPPREŻENTANTI TAT-TRADE UNIONS

Stat Membru

Membri

Membri Supplenti

Belġju

Is-Sur Kris VAN EYCK

Is-Sa Caroline VERDOOT

Is-Sur Laurent LORTHIOIR

Bulgarija

Is-Sur Ivan KOKALOV

Is-Sur Ognyan ATANASOV

Is-Sur Aleksandar ZAGOROV

Ċekja

 

 

Danimarka

Is-Sa Nina HEDEGAARD NIELSEN

Is-Sur Niels SØRENSEN

Ġermanja

Is-Sur Sebastian SCHNEIDER

Is-Sa Katrin WILLNECKER

Is-Sur Moriz-Boje TIEDEMANN

Estonja

Is-Sa Evelin TOMSON

Is-Sur Argo SOON

Is-Sa Elina REEDI

Irlanda

Is-Sur Sylvester CRONIN

Is-Sur Frank VAUGHAN

Is-Sur Dessie ROBINSON

Greċja

Is-Sur Andreas STOIMENIDIS

Is-Sur Ioannis GKOUTZAMANIS

Is-Sur Markos KONTIZAS

Spanja

Mr Rubén PINEL BALLESTEROS

Is-Sa Ana GARCÍA DE LA TORRE

Is-Sur Mariano SANZ LUBEIRO

Franza

 

 

Kroazja

Is-Sa Katarina RUMORA

Is-Sa Gordana PALAJSA

Is-Sa Ivana ŠEPAK-ROBIĆ

Italja

 

 

Ċipru

Is-Sur Nicos ANDREOU

Is-Sur Evangelos EVANGELOU

Is-Sur Stelios CHRISTODOULOU

Latvja

Mr Mārtiņš PUŽULS

Is-Sur Kaspars RĀCENĀJS

Is-Sa Gita OŠKĀJA

Litwanja

Is-Sa Inga RUGINIENĖ

Mr Ričardas GARUOLIS

Is-Sur Kęstutis JUKNYS

Lussemburgu

Is-Sa Vanessa CORREIA

Is-Sur Christophe KNEBELER

Is-Sur Jean-Luc DE MATTEIS

Ungerija

Is-Sur Károly GYÖRGY

Is-Sur László MISKÉRI

Malta

Is-Sur Anthony CASARU

Is-Sur Gian Paul GAUCI

Is-Sur Victor CARACHI

Netherlands

Is-Sur Willem VAN VEELEN

 

Awstrija

Is-Sa Charlotte REIFF

Is-Sa Julia NEDJELIK-LISCHKA

Is-Sa Petra STREITHOFER

Polonja

Is-Sa Paulina BARAŃSKA

Is-Sur Tomasz NAGÓRKA

Is-Sa Longina KACZMARSKA

Portugall

Is-Sa Vanda Teresa ROGADO MEDEIRO PEREIRA DA CRUZ

Is-Sur Emanuel António ZAMBUJO BOIEIRO

Is-Sur Eduardo Manuel NOGUEIRA CHAGAS

Rumanija

Is-Sa Mihaela DARLE

Is-Sur Cornel CONSTANTINOAIA

Is-Sur Dumitru FORNEA

Slovenja

Is-Sa Lučka BÖHM

Is-Sa Martina VUK

Slovakkja

Is-Sur Peter RAMPÁŠEK

Is-Sur Vladimír KMEC

Is-Sur Michal GEDAJ

Finlandja

Is-Sa Anne MIRONEN

Is-Sur Erkki AUVINEN

Is-Sa Lotta SAVINKO

Żvezja

 

 

III.   RAPPREŻENTANTI TA’ MIN IĦADDEM

Stat Membru

Membri

Membri Supplenti

Belġju

Is-Sur Kris DE MEESTER

Is-Sur Samuël JAUPART

Is-Sur Marc DE WILDE

Bulgarija

Is-Sur Georgi STOEV

Is-Sa Petya GEOREVA

Is-Sa Antoaneta KATZAROVA

Ċekja

 

 

Danimarka

Is-Sa Lena SØBY

Is-Sur Jens SKOVGAARD LAURITSEN

Ġermanja

Is-Sur Eckhard METZE

Is-Sur Stefan ENGEL

Is-Sa Malalay OSMANI

Estonja

Is-Sa Marju PEÄRNBERG

Is-Sa Evelin ORG

Is-Sa Ille NAKURT-MURUMAA

Irlanda

Is-Sur Michael GILLEN

Is-Sa Katharine MURRAY

Is-Sa Elaine BOWERS

Greċja

Is-Sa Katerina DASKALAKI

Is-Sur Georgios AMVRAZIS

Is-Sa Anastasia AVLONITOU

Spanja

Is-Sa Miriam PINTO LOMEÑA

Is-Sa Isabel MAYA RUBIO

Is-Sa Laura CASTRILLO NÚÑEZ

Franza

 

 

Kroazja

Is-Sa Nuša ŽUNEC

Is-Sa Admira RIBIČIĆ

Is-Sur Nenad SEIFERT

Italja

 

 

Ċipru

Is-Sur Polyvios POLYVIOU

Is-Sur Emilios MICHAEL

Is-Sur Andreas ALEXI

Latvja

Is-Sa Inese STEPIŅA

Is-Sa Ilona KIUKUCĀNE

Is-Sur Jānis PUMPIŅŠ

Litwanja

Is-Sa Rūta JASIENĖ

Is-Sa Eglė RADIŠAUSKIENĖ

Is-Sa Monika GABALYTĖ

Lussemburgu

Is-Sur Raymond HORPER

Is-Sur Thierry GRIMEE

Is-Sur Marc KIEFFER

Ungerija

Is-Sur István KOMORÓCZKI

Is-Sa Melinda PARRAGHNÉ GÁL

Is-Sa Judit H. NAGY

Malta

Is-Sur Andy TANTI

Is-Sur Joseph DELIA

Is-Sur Martin BONDIN

Netherlands

Is-Sur W.M.J.M. VAN MIERLO

 

Awstrija

Is-Sur Clemens ROSENMAYR

Is-Sa Stephanie PROPST

Is-Sa Christa SCHWENG

Polonja

Is-Sur Rafał HRYNYK

Ms Edyta DEFAŃSKA-CZUJKO

Is-Sur Cezary KOCZORSKI

Portugall

Is-Sur Luís HENRIQUE

Is-Sa Alexandra FREIRE

Is-Sur Manuel Marcelino PENA COSTA

Rumanija

Is-Sa Victorița Mihaela GRIGORE

Is-Sur Marius OLARIU

Is-Sur Gabriel BADEA

Slovenja

Is-Sur Jože SMOLE

Is-Sa Karmen FORTUNA JEFIM

Is-Sur Danijel LAMPERGER

Slovakkja

Is-Sa Dagmar WITTGRÜBEROVÁ

Is-Sa Silvia SUROVÁ

Is-Sur Róbert MEITNER

Finlandja

Is-Sa Suvi LAHTI-LEEVE

Is-Sa Auli RYTIVAARA

Is-Sur Mikko RÄSÄNEN

Żvezja

 

 

Artikolu 2

Il-Kunsill għandu jaħtar il-membri u l-membru supplenti li għadhom ma ġewx innominati f’data aktar tard.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-24 ta’ Frar 2022

Għall-Kunsill

Il-President

A. PANNIER-RUNACHER


(1)  ĠU C 218, 13.9.2003, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Marzu 2019 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat ta’ Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (ĠU C 100, 15.3.2019, p. 1).


25.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 92/7


Avviż għall-attenzjoni ta’ persuni u entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja

(2022/C 92/02)

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet iddeżinjati fl-Anness I għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK (1), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/307 (2), u fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006 (3), kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/300 (4), dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, wara li rrieżamina l-lista tal-persuni u l-entitajiet ddeżinjati fl-Annessi msemmija hawn fuq, iddetermina li l-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni 2012/642/PESK u fir-Regolament (KE) Nru 765/2006 jeħtieġ li jkomplu japplikaw għal dawk il-persuni u entitajiet. Ir-raġunijiet għad-deżinjazzjonijiet ta’ dawk il-persuni u l-entitajiet jidhru fl-entrati rilevanti f’dawk l-Annessi.

Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet ikkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fuq is-siti web fl-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 765/2006, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 3 tar-Regolament).

Il-persuni u l-entitajiet ikkonċernati jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill qabel it-30 ta’ Novembru 2022, flimkien mad-dokumentazzjoni ta’ sostenn li d-deċiżjoni li tinkludihom fil-lista msemmija hawn fuq għandha tiġi kkunsidrata mill-ġdid, fl-indirizz li ġej:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Segretarjat Ġenerali

RELEX.1 Global and Horizontal Affairs

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu

Ser jittieħed kont ta’ kwalunkwe osservazzjoni rċevuta għall-fini tar-rieżami perjodiku tal-Kunsill, f’konformità mal-Artikolu 8(2) tad-Deċiżjoni 2012/642/PESK u l-Artikolu 8a(4) tar-Regolament (KE) Nru 765/2006, tal-lista tal-persuni u l-entitajiet iddeżinjati.


(1)  ĠU L 285, 17.10.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 46, 25.2.2022, p. 97.

(3)  ĠU L 134, 20.5.2006, p. 1.

(4)  ĠU L 46, 25.2.2022, p. 3.


25.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 92/8


Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja

(2022/C 92/03)

Qed tinġibed l-attenzjoni tas-suġġetti tad-data għall-informazzjoni li ġejja f’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

Il-bażi legali għal din l-operazzjoni ta’ pproċessar huma d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK (2), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/307 (3), u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006 (4), kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/300 (5).

Il-kontrollur ta’ din l-operazzjoni ta’ pproċessar huwa d-Dipartiment RELEX.1 fid-Direttorat Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni - RELEX tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill (SĠK), li jista’ jiġi kkuntattjat f’dan l-indirizz:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Segretarjat Ġenerali

RELEX.1 Global and Horizontal Affairs

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu

L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data tas-SĠK jista’ jiġi kkuntattjat f’dan l-indirizz:

Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data

data.protection@consilium.europa.eu

L-għan tal-operazzjoni ta’ pproċessar huwa l-istabbiliment u l-aġġornament tal-lista ta’ persuni soġġetti għal miżuri restrittivi f’konformità mad-Deċiżjoni 2012/642/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni (PESK) 2022/307, u r-Regolament (KE) Nru 765/2006, kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/300.

Is-suġġetti tad-data huma l-persuni fiżiċi li jissodisfaw il-kriterji għall-elenkar fil-lista kif stabbilit fid-Deċiżjoni 2012/642/PESK u fir-Regolament (KE) Nru 765/2006.

Id-data personali miġbura tinkludi d-data meħtieġa għall-identifikazzjoni tajba tal-persuna kkonċernata, id-dikjarazzjoni tar-raġunijiet u kull data oħra marbuta ma’ dan.

Id-data personali miġbura tista’ tkun kondiviża skont kif meħtieġ mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u mal-Kummissjoni.

Mingħajr preġudizzju għar-restrizzjonijiet skont l-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2018/1725, l-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġetti tad-data bħad-dritt ta’ aċċess, kif ukoll id-drittijiet ta’ rettifika jew ta’ oġġezzjoni ser jiġi indirizzat skont ir-Regolament (UE) 2018/1725.

Id-data personali ser tinżamm għal ħames snin minn meta s-suġġett tad-data jkun tneħħa mil-lista ta’ persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi jew minn meta l-validità tal-miżura tkun skadiet, jew sakemm ikunu fis-seħħ il-proċedimenti tal-qorti f’każ li dawn ikunu nbdew.

Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rimedju ġudizzjarju, amministrattiv jew mhux ġudizzjarju, is-suġġetti tad-data jistgħu jressqu lment quddiem il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725 (edps@edps.europa.eu).


(1)  ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39.

(2)  ĠU L 285, 17.10.2012, p. 1.

(3)  ĠU L 46, 25.2.2022, p. 97.

(4)  ĠU L 134, 20.5.2006, p. 1.

(5)  ĠU L 46, 25.2.2022, p. 3.


25.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 92/10


Avviż għall-attenzjoni ta’ Serhiy Vitaliyovich KURCHENKO soġġett għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/119/PESK u fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

(2022/C 92/04)

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tas-Sur Serhiy Vitaliyovich KURCHENKO, soġġett għal miżuri restrittivi fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/119/PESK u fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet jew korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna.

Il-Kunsill biħsiebu jinkludi lill-persuna msemmija hawn fuq fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK u fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

Il-persuna kkonċernata hija b’dan infurmata li tista’ tippreżenta talba lill-Kunsill biex tikseb id-dikjarazzjonijiet tar-raġunijiet maħsuba għad-deżinjazzjoni tagħha, qabel l-4 ta’ Marzu 2022, fl-indirizz li ġej:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Segretarjat Ġenerali

RELEX.1

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Email: sanctions@consilium.europa.eu