ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 87

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 65
23 ta' Frar 2022


Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2022/C 87/01

Rata tal-kambju tal-euro — It-22 ta’ Frar 2022

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2022/C 87/02

Notifika ta’ bidu ta’ rieżami ta’ skadenza tal-miżuri antidumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ ħjut b’saħħithom ħafna tal-poliesteri li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

2

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2022/C 87/03

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10325 – KRONOSPAN / PFLEIDERER POLSKA) ( 1 )

13

2022/C 87/04

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10603 – CARLYLE / ALTADIA) ( 1 )

15

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2022/C 87/05

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ isem skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

16

2022/C 87/06

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ isem skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

19


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

23.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 87/1


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-22 ta’ Frar 2022

(2022/C 87/01)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1342

JPY

Yen Ġappuniż

130,54

DKK

Krona Daniża

7,4392

GBP

Lira Sterlina

0,83685

SEK

Krona Żvediża

10,5996

CHF

Frank Żvizzeru

1,0422

ISK

Krona Iżlandiża

141,20

NOK

Krona Norveġiża

10,1018

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

24,496

HUF

Forint Ungeriż

355,89

PLN

Zloty Pollakk

4,5447

RON

Leu Rumen

4,9464

TRY

Lira Turka

15,6959

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5739

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4441

HKD

Dollaru ta’ Hong Kong

8,8495

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6848

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5268

KRW

Won tal-Korea t’Isfel

1 353,34

ZAR

Rand ta’ l-Afrika t’Isfel

17,1768

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,1771

HRK

Kuna Kroata

7,5370

IDR

Rupiah Indoneżjan

16 293,92

MYR

Ringgit Malażjan

4,7472

PHP

Peso Filippin

58,208

RUB

Rouble Russu

89,8055

THB

Baht Tajlandiż

36,748

BRL

Real Brażiljan

5,7677

MXN

Peso Messikan

23,0330

INR

Rupi Indjan

84,7580


(1)  Sors: rata tal-kambju ta’ referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

Il-Kummissjoni Ewropea

23.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 87/2


Notifika ta’ bidu ta’ rieżami ta’ skadenza tal-miżuri antidumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ ħjut b’saħħithom ħafna tal-poliesteri li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

(2022/C 87/02)

Wara l-pubblikazzjoni ta’ Notifika tal-iskadenza imminenti (1) tal-miżuri antidumping fis-seħħ fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti ħjut b’saħħithom ħafna tal-poliesteri li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“il-pajjiż ikkonċernat” jew “RPĊ”), il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) irċeviet talba għal rieżami skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (2) (“ir-Regolament bażiku”).

1.   Talba għal rieżami

It-talba saret fl-24 ta’ Novembru 2021 mis-CIRFS - European Manmade Fibres Association (“l-applikant”) f’isem l-industrija tal-Unjoni ta’ ċerti ħjut b’saħħithom ħafna tal-poliesteri fis-sens tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku.

Verżjoni pubblika tat-talba u l-analiżi tal-livell ta’ sostenn għat-talba mill-produtturi tal-Unjoni huma disponibbli fil-fajl tal-konsultazzjoni mill-partijiet interessati. It-Taqsima 5.6 ta’ din in-Notifika tipprovdi informazzjoni dwar l-aċċess għall-fajl mill-partijiet interessati.

2.   Prodott taħt rieżami

Il-prodott suġġett għal dan ir-rieżami huwa l-ħjut b’saħħithom ħafna tal-poliesteri li ma jkunx għall-bejgħ bl-imnut, inkluż il-monofilament ta’ inqas minn 67 decitex, (bl-esklużjoni tal-ħajt għal ħjata u ħjut multipli (mitnijin) jew immaljati b’kisra “Z”, maħsuba għall-produzzjoni ta’ ħajt tal-ħjata, lesti biex jingħataw il-kulur u biex jirċievu trattament tal-aħħar, imseffħa b’mod imlaħlaħ fuq tubu mtaqqab tal-plastik), li bħalissa jaqa’ taħt il-kodiċi NM ex 5402 20 00 (kodiċi TARIC 5402 2000 10). Il-kodiċijiet NM u TARIC huma mogħtija għall-informazzjoni biss.

3.   Miżuri eżistenti

Il-miżuri attwalment fis-seħħ huma dazju antidumping definittiv impost mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/325 (3), kif emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1159 (4).

4.   Raġunijiet għar-rieżami

It-talba hija bbażata fuq ir-raġuni li l-iskadenza tal-miżuri x’aktarx twassal għall-kontinwazzjoni ta’ dumping u għall-kontinwazzjoni ta’ dannu għall-industrija tal-Unjoni.

4.1.    Allegazzjoni dwar il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni ta’ dumping

L-applikant sostna li mhux xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi fil-pajjiż konċernat minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-punt (b) tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku.

Biex jissostanzja l-allegazzjonijiet ta’ distorsjonijiet sinifikanti, l-applikant qagħad fuq l-informazzjoni fir-rapport tal-pajjiż tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Diċembru 2017 li jiddeskrivi ċ-ċirkustanzi speċifiċi tas-suq fil-pajjiż kkonċernat (5). B’mod partikolari, l-applikant irrefera għal distorsjonijiet bħala konsegwenza tal-preżenza tal-istat b’mod ġenerali u b’mod aktar speċifiku li taffettwa lis-settur kimiku, irrefera għat-taqsima dwar il-materja prima (użata fil-produzzjoni tal-ħjut tal-poliesteri b’saħħithom ħafna, jiġifieri l-aċidu tereftaliku purifikat u l-glikol tal-monoetilen), u rrefera għall-kapitoli dwar id-distorsjonijiet ġenerali tal-enerġija u tax-xogħol.

B’hekk, fir-rigward tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, l-allegazzjoni ta’ tkomplija ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat hija bbażata fuq tqabbil ta’ valur normali maħdum fuq il-bażi tal-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ f’pajjiż rappreżentattiv xieraq (l-applikant għażel it-Turkija) mal-prezz tal-esportazzjoni (fil-livell ta’ kif joħroġ mill-fabbrika) tal-prodott taħt rieżami mill-pajjiż ikkonċernat meta mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni.

Fuq din il-bażi, il-marġnijiet ta’ dumping ikkalkulati huma sinifikanti għall-pajjiż ikkonċernat.

Fid-dawl tal-informazzjoni disponibbli, il-Kummissjoni tqis li hemm biżżejjed provi skont l-Artikolu 5(9) tar-Regolament bażiku, li jissuġġerixxu li, minħabba li hemm distorsjonijiet sinifikanti li jaffettwaw il-prezzijiet u l-kostijiet, l-użu ta’ prezzijiet u kostijiet domestiċi fil-pajjiż ikkonċernat mhuwiex xieraq, u dan jirrikjedi li jingħata bidu għal investigazzjoni fuq il-bażi tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku.

Ir-rapport tal-pajjiż jinsab fil-fajl tal-konsultazzjoni mill-partijiet interessati u fis-sit web tad-DĠ Kummerċ (6).

4.2.    Allegazzjoni dwar il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni ta’ dannu

L-applikant allega l-probabbiltà tal-kontinwazzjoni tad-dannu. F’dan ir-rigward, l-applikant ipprovda biżżejjed evidenza li l-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami mill-pajjiż ikkonċernat lejn l-Unjoni baqgħu kbar biżżejjed f’termini assoluti u f’termini ta’ ishma mis-suq.

L-evidenza pprovduta mill-applikant turi li l-volum u l-prezzijiet tal-prodott importat li qed jiġi rieżaminat kellhom, fost konsegwenzi oħra, impatt negattiv fuq il-livell tal-prezzijiet mitluba mill-industrija tal-Unjoni, u dan irriżulta f’effetti negattivi sostanzjali fuq il-prestazzjoni kumplessiva u fuq is-sitwazzjoni finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni.

L-applikant ipprovda wkoll evidenza li turi li jekk il-miżuri jitħallew jiskadu, il-livell attwali ta’ importazzjoni tal-prodott taħt rieżami mill-pajjiż ikkonċernat lejn l-Unjoni probabbilment jiżdied minħabba l-eżistenza ta’ kapaċità mhux użata tal-faċilitajiet ta’ manifattura tal-produtturi fil-pajjiż ikkonċernat u l-attraenza tas-suq tal-Unjoni. Barra minn hekk, fin-nuqqas ta’ miżuri, il-prezzijiet tal-esportazzjoni Ċiniżi jkunu f’livell baxx biżżejjed biex jikkawżaw aktar dannu lill-industrija tal-Unjoni.

5.   Proċedura

Wara li ġie kkonsultat il-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku u ġie determinat li teżisti biżżejjed evidenza ta’ probabbiltà ta’ dumping u dannu biex jiġi ġġustifikat il-bidu ta’ rieżami ta’ skadenza, il-Kummissjoni qiegħda b’dan tagħti bidu għal rieżami skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku.

Ir-rieżami ta’ skadenza jiddetermina jekk huwiex probabbli li l-iskadenza tal-miżuri twassal għall-kontinwazzjoni jew għar-rikorrenza ta’ dumping tal-prodott soġġett għal rieżami li joriġina mill-pajjiż ikkonċernat u għall-kontinwazzjoni jew għar-rikorrenza ta’ dannu għall-industrija tal-Unjoni.

Il-Kummissjoni tiġbed ukoll l-attenzjoni tal-partijiet għan-Notifika ppubblikata (7) dwar il-konsegwenzi tal-pandemija tal-COVID-19 fuq l-investigazzjonijiet antidumping u antisussidji li tista’ tkun applikabbli għal dan il-proċediment.

5.1.    Perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami u l-perjodu taħt kunsiderazzjoni

L-investigazzjoni ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ dumping se tkopri l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2021 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami”). L-eżaminazzjoni tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ dannu se jkopri l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2018 sa tmiem il-perjodu tal-investigazzjoni (“il-perjodu kkunsidrat”).

5.2.    Kummenti dwar it-talba u l-bidu tal-investigazzjoni

Il-partijiet interessati kollha li jixtiequ jikkummentaw dwar it-talba (inklużi l-kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu mad-dannu u mal-kawżalità) jew dwar kwalunkwe aspett li jirrigwarda l-bidu tal-investigazzjoni (inkluż il-livell ta’ sostenn għat-talba) iridu jagħmlu dan fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (8).

Kwalunkwe talba għal seduta ta’ smigħ fir-rigward tal-bidu tal-investigazzjoni trid tiġi ppreżentata fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika.

5.3.    Proċedura għad-determinazzjoni tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza ta’ dumping

F’rieżami ta’ skadenza, il-Kummissjoni teżamina l-esportazzjonijiet li saru lejn l-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami u, irrispettivament mill-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni, tqis jekk is-sitwazzjoni tal-kumpaniji li jipproduċu u li jbigħu l-prodott soġġett għar-rieżami fil-pajjiż ikkonċernat hijiex tali li l-esportazzjonijiet bi prezzijiet li huma oġġett ta’ dumping lejn l-Unjoni x’aktarx li jkomplu jew jirrikorru jekk il-miżuri jiskadu.

Għalhekk, il-produtturi kollha (9) tal-prodott taħt rieżami mill-pajjiż ikkonċernat, inklużi dawk li ma kkooperawx fl-investigazzjoni li wasslet għall-miżuri fis-seħħ, huma mistiedna jipparteċipaw fl-investigazzjoni tal-Kummissjoni.

5.3.1.   Investigazzjoni tal-produtturi fil-pajjiż ikkonċernat

Minħabba l-għadd potenzjalment kbir ta’ produtturi fil-pajjiż ikkonċernat li huma involuti f’dan ir-rieżami ta’ skadenza, u sabiex il-Kummissjoni tlesti l-investigazzjoni sal-limiti ta’ żmien statutorji, hija tista’ tillimita l-produtturi li se jiġu investigati għal għadd raġonevoli billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “kampjunar”). It-teħid tal-kampjun isir f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

Biex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk huwiex meħtieġ teħid ta’ kampjun, u jekk dan ikun il-każ, biex tagħżel kampjun, il-produtturi kollha, jew ir-rappreżentanti li jaġixxu għan-nom tagħhom, inklużi dawk li ma kkooperawx fl-investigazzjoni li wasslet għall-miżuri soġġetti għar-rieżami preżenti, huma b’dan mitluba jipprovdu lill-Kummissjoni b’informazzjoni dwar il-kumpaniji tagħhom fi żmien sebat ijiem mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika. Din l-informazzjoni trid tingħata permezz ta’ TRON.tdi fl-indirizz li ġej: https://tron.trade.ec.europa.eu/tron/tdi/form/R760_SAMPLING_FORM_FOR_EXPORTING_PRODUCER. L-informazzjoni dwar l-aċċess għal TRON tinsab fit-Taqsimiet 5.6 u 5.9 ta’ hawn taħt.

Biex tikseb l-informazzjoni li tqis li hija meħtieġa għall-għażla tal-kampjun tal-produtturi, il-Kummissjoni se tikkuntattja wkoll lill-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat u tista’ tikkuntattja lil kwalunkwe assoċjazzjoni magħrufa ta’ produtturi fil-pajjiż ikkonċernat.

Jekk ikun meħtieġ kampjun, il-produtturi jintgħażlu fuq il-bażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta’ produzzjoni, bejgħ jew esportazzjonijiet li jkun jista’ jiġi investigat raġonevolment fiż-żmien disponibbli. Il-produtturi kollha magħrufa fil-pajjiż ikkonċernat, l-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat u l-assoċjazzjonijiet tal-produtturi se jiġu nnotifikati mill-Kummissjoni, permezz tal-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat jekk ikun xieraq, dwar il-kumpaniji li jintgħażlu għall-kampjun.

Ladarba l-Kummissjoni tkun irċeviet l-informazzjoni meħtieġa biex tagħżel kampjun ta’ produtturi, hija tinforma lill-partijiet ikkonċernati bid-deċiżjoni tagħha dwar jekk dawn ikunux intgħażlu għall-kampjun. Il-produtturi fil-kampjun ikollhom jippreżentaw kwestjonarju komplut fi żmien 30 jum mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni tal-inklużjoni tagħhom fil-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Il-Kummissjoni żżid nota fil-fajl tal-konsultazzjoni mill-partijiet interessati li tirrifletti l-għażla tal-kampjun. Kwalunkwe kumment dwar l-għażla tal-kampjun irid jasal fi żmien tlett ijiem mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni dwar il-kampjun.

Kopja tal-kwestjonarju għall-produtturi fil-pajjiż ikkonċernat tinsab fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati u fis-sit web tad-DĠ Kummerċ (https://trade.ec.europa.eu/tdi/case_details.cfm?id=2582).

Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni possibbli tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, il-kumpaniji li jkunu qablu mal-inklużjoni possibbli tagħhom fil-kampjun iżda li ma jintgħażlux biex ikunu fil-kampjun se jitqiesu li jkunu kkooperaw.

5.3.2.   Proċedura addizzjonali fir-rigward tal-pajjiż ikkonċernat soġġett għal distorsjonijiet sinifikanti

Soġġett għad-dispożizzjonijiet ta’ din in-Notifika, il-partijiet interessati kollha huma b’dan mistiedna jesprimu l-opinjonijiet tagħhom, jippreżentaw informazzjoni u jipprovdu evidenza ta’ sostenn dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, tali informazzjoni u evidenza ta’ sostenn iridu jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika.

B’mod partikolari, il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet interessati kollha biex jesprimu l-fehmiet tagħhom dwar l-inputs u l-kodiċijiet tas-Sistema Armonizzata (SA) ipprovduti fit-talba, jipproponu pajjiż rappreżentattiv xieraq u jipprovdu l-identità tal-produtturi tal-prodott li jkun qed jiġi rieżaminat f’dawk il-pajjiżi. Din l-informazzjoni u l-evidenza ta’ sostenn iridu jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika.

Skont il-punt (e) tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni, ftit ta’ żmien wara l-bidu tal-investigazzjoni, permezz ta’ nota fil-fajl tal-ispezzjoni mill-partijiet interessati, tinforma lill-partijiet fl-investigazzjoni dwar is-sorsi rilevanti li beħsiebha tuża għad-determinazzjoni tal-valur normali fil-pajjiż ikkonċernat skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. Dan ikun ikopri s-sorsi kollha, inkluża l-għażla ta’ pajjiż terz rappreżentattiv adegwat fejn ikun xieraq. Il-partijiet fl-investigazzjoni għandhom jingħataw għaxart ijiem mid-data meta din in-nota tiżdied fil-fajl, sabiex iressqu l-kummenti.

Skont l-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni, pajjiż terz rappreżentattiv possibbli għall-pajjiż ikkonċernat, f’dan il-każ, huwa t-Turkija. Bil-għan li finalment tagħżel pajjiż terz rappreżentattiv xieraq, il-Kummissjoni se teżamina jekk hemmx pajjiżi b’livell simili ta’ żvilupp ekonomiku bħall-pajjiż ikkonċernat, fejn isiru l-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott taħt rieżami u fejn id-data rilevanti hija faċilment disponibbli. F’każ li jkun hemm aktar minn pajjiż wieħed bħal dan, se tingħata preferenza, meta jkun il-każ, lill-pajjiżi b’livell adegwat ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali.

Fir-rigward tas-sorsi rilevanti, il-Kummissjoni tistieden lill-produtturi kollha fil-pajjiż ikkonċernat biex jipprovdu informazzjoni dwar il-materjali (primi u dawk ipproċessati) u l-enerġija użati fil-produzzjoni tal-prodott soġġett għar-rieżami fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika. Din l-informazzjoni trid tingħata permezz ta’ TRON.tdi fl-indirizz li ġej: https://tron.trade.ec.europa.eu/tron/tdi/form/R760_INFO_ON_INPUTS_FOR_EXPORTING_PRODUCER_FORM. L-informazzjoni dwar l-aċċess għal TRON tinsab fit-Taqsimiet 5.6 u 5.9 ta’ hawn taħt.

Barra minn hekk, kwalunkwe preżentazzjoni ta’ informazzjoni fattwali biex jiġu vvalutati l-kostijiet u l-prezzijiet skont il-punt (a) tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku trid tiġi ppreżentata fi żmien 65 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika. Din l-informazzjoni fattwali jenħtieġ li tittieħed esklużivament minn sorsi disponibbli għall-pubbliku.

Sabiex tikseb l-informazzjoni li tqis li għandha bżonn għall-investigazzjoni fir-rigward tal-allegati distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-punt (b) tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni se tagħmel disponibbli wkoll kwestjonarju għall-gvern tal-pajjiż ikkonċernat.

5.3.3.   Investigazzjoni tal-importaturi mhux relatati (10) (11)

Importaturi mhux relatati tal-prodott taħt rieżami mill-pajjiż ikkonċernat lejn l-Unjoni, inklużi dawk li ma jkunux ikkooperaw fl-investigazzjoni li tkun wasslet għall-miżuri fis-seħħ, huma mistiedna jipparteċipaw f’din l-investigazzjoni.

Minħabba l-għadd kbir potenzjali ta’ importaturi li mhumiex relatati involuti f’dan ir-rieżami ta’ skadenza, u sabiex l-investigazzjoni titlesta fil-limiti ta’ żmien statutorji, il-Kummissjoni tista’ tillimita l-għadd ta’ importaturi mhux relatati u li jkunu se jiġu investigati għal għadd raġonevoli billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “kampjunar”). Il-kampjunar isir f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk huwiex meħtieġ kampjunar, u jekk dan ikun il-każ, biex tagħżel kampjun, l-importaturi mhux relatati kollha, jew ir-rappreżentanti li jaġixxu għan-nom tagħhom, inklużi dawk li ma kkooperawx fl-investigazzjoni li wasslet għall-miżuri soġġetti għal dan ir-rieżami, qegħdin b’dan jintalbu jippreżentaw ruħhom lill-Kummissjoni. Dawn il-partijiet jeħtiġilhom jagħmlu dan fi żmien sebat ijiem mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika billi jipprovdu lill-Kummissjoni l-informazzjoni dwar il-kumpanija/i tagħhom, kif mitlub fl-Anness ta’ din in-Notifika.

Sabiex tikseb l-informazzjoni li jidhrilha li tkun meħtieġa għall-għażla tal-kampjun tal-importaturi mhux relatati, il-Kummissjoni tista’ tikkuntattja wkoll lil kwalunkwe assoċjazzjoni magħrufa ta’ importaturi.

Jekk ikun hemm bżonn ta’ kampjun, l-importaturi jistgħu jintgħażlu fuq il-bażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta’ bejgħ tal-prodott soġġett għal rieżami mill-pajjiż ikkonċernat fl-Unjoni li jista’ jiġi investigat b’mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli. Il-Kummissjoni se tgħarraf lill-importaturi mhux relatati magħrufa kollha u lill-assoċjazzjonijiet magħrufa ta’ importaturi kollha dwar il-kumpaniji li jkunu ntgħażlu bħala parti mill-kampjun.

Il-Kummissjoni se żżid ukoll nota fil-fajl għall-konsultazzjoni mill-partijiet interessati li tirrifletti l-għażla tal-kampjun. Kwalunkwe kumment dwar l-għażla tal-kampjun irid jasal fi żmien tlett ijiem mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni dwar il-kampjun.

Sabiex tikseb l-informazzjoni li tqis bħala meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tqiegħed kwestjonarji għad-dispożizzjoni tal-importaturi mhux relatati fil-kampjun. Dawn il-partijiet iridu jibagħtu l-kwestjonarju mimli fi żmien 30 jum mid-data tan-notifika tal-għażla tal-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Kopja tal-kwestjonarju għall-importaturi mhux relatati tinsab fil-fajl tal-ispezzjoni mill-partijiet interessati u fis-sit web tad-DĠ Kummerċ (https://trade.ec.europa.eu/tdi/case_details.cfm?id=2582).

5.4.    Proċedura għad-determinazzjoni tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza ta’ dannu

Sabiex jiġi stabbilit jekk hemmx probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ dannu lill-industrija tal-Unjoni, il-Kummissjoni tistieden lill-produttur tal-Unjoni tal-prodott taħt rieżami jipparteċipaw fl-investigazzjoni.

5.4.1.   Investigazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni

Minħabba li hemm għadd kbir ta’ produtturi tal-Unjoni involuti f’dan ir-rieżami ta’ skadenza, u sabiex ittemm l-investigazzjoni fil-limitu tal-iskadenzi statutorji, il-Kummissjoni ddeċidiet li tillimita għal għadd raġonevoli l-produtturi tal-Unjoni li se jiġu investigati billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “kampjunar”). Il-kampjunar isir f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

Il-Kummissjoni għażlet kampjun proviżorju ta’ produtturi tal-Unjoni. Id-dettalji jinsabu fil-fajl tal-konsultazzjoni tal-partijiet interessati.

Il-partijiet interessati huma b’dan mistiedna jikkummentaw dwar il-kampjun proviżorju. Barra minn hekk, produtturi oħrajn tal-Unjoni, jew rappreżentanti li jaġixxu f’isimhom, inklużi l-produtturi tal-Unjoni li ma jkunux ikkooperaw fl-investigazzjoni li tkun wasslet għall-miżuri fis-seħħ, li jqisu li hemm raġunijiet għaliex jenħtieġ li jkunu inklużi fil-kampjun iridu jikkuntattjaw lill-Kummissjoni fi żmien sebat ijiem mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika. Il-kummenti kollha dwar il-kampjun proviżorju jridu jaslu fi żmien sebat ijiem mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika, dment li ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Il-Kummissjoni se tgħarraf lill-produtturi kollha magħrufa tal-Unjoni u/jew lill-assoċjazzjonijiet tal-produtturi tal-Unjoni kollha magħrufa dwar il-kumpaniji li finalment ikunu ntgħażlu bħala parti mill-kampjun.

Il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun se jkollhom jippreżentaw kwestjonarju komplut fi żmien 30 jum mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni tal-inklużjoni tagħhom fil-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Kopja tal-kwestjonarju għall-produtturi tal-Unjoni tinsab fil-fajl tal-ispezzjoni mill-partijiet interessati u fis-sit web tad-DĠ Kummerċ (https://trade.ec.europa.eu/tdi/case_details.cfm?id=2582).

5.5.    Proċedura għall-valutazzjoni tal-interess tal-Unjoni

Jekk tiġi kkonfermata l-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza ta’ dumping u dannu, se tittieħed deċiżjoni, skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, dwar jekk iż-żamma tal-miżuri antidumping tmurx kontra l-interess tal-Unjoni.

Il-produtturi tal-Unjoni, l-importaturi u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, l-utenti u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, it-trejdjunjins u l-organizzazzjonijiet tal-konsumatur rappreżentattivi huma mistiedna jipprovdu lill-Kummissjoni b’informazzjoni dwar l-interess tal-Unjoni.

L-informazzjoni dwar il-valutazzjoni tal-interess tal-Unjoni trid tiġi pprovduta fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Din l-informazzjoni tista’ tiġi pprovduta jew f’format ħieles jew inkella billi jimtela l-kwestjonarju mħejji mill-Kummissjoni.

Kopja tal-kwestjonarji, inkluż il-kwestjonarju għall-utenti tal-prodott taħt rieżami, hija disponibbli fil-fajl tal-ispezzjoni mill-partijiet interessati u fis-sit web tad-DĠ Kummerċ (https://trade.ec.europa.eu/tdi/case_details.cfm?id=2582). Fi kwalunkwe każ, l-informazzjoni ppreżentata skont l-Artikolu 21 titqies biss jekk, meta tiġi ppreżentata, tkun sostnuta b’evidenza fattwali li tissostanzja l-validità tagħha.

5.6.    Partijiet interessati

Sabiex jieħdu sehem fl-investigazzjoni, il-partijiet interessati, bħall-produtturi fil-pajjiż ikkonċernat, il-produtturi tal-Unjoni, l-importaturi u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, l-utenti u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, it-trejdjunjins u l-organizzazzjonijiet tal-konsumatur rappreżentattivi, l-ewwel iridu juru li hemm rabta oġġettiva bejn l-attivitajiet tagħhom u l-prodott soġġett għar-rieżami.

Il-produtturi fil-pajjiż ikkonċernat, il-produtturi tal-Unjoni, l-importaturi u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi li rendew disponibbli informazzjoni f’konformità mal-proċeduri deskritti fit-Taqsimiet 5.3.1, 5.3.3 u 5.4.1 jiġu kkunsidrati bħala partijiet interessati jekk ikun hemm rabta oġġettiva bejn l-attivitajiet tagħhom u l-prodott taħt rieżami.

Partijiet oħra jkunu jistgħu jipparteċipaw biss fl-investigazzjoni bħala parti interessata mill-mument meta jippreżentaw lilhom infushom, u dment li jkun hemm rabta oġġettiva bejn l-attivitajiet tagħhom u l-prodott taħt rieżami. Il-fatt li wieħed jiġi kkunsidrat bħala parti interessata huwa mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.

L-aċċess għall-fajl tal-konsultazzjoni mill-partijiet interessati jsir permezz ta’ Tron.tdi f’dan l-indirizz: https://tron.trade.ec.europa.eu/tron/TDI. Jekk jogħġbok segwi l-istruzzjonijiet f’dik il-paġna sabiex tikseb l-aċċess (12).

5.7.    Preżentazzjonijiet oħrajn bil-miktub

Soġġett għad-dispożizzjonijiet ta’ din in-Notifika, il-partijiet interessati kollha huma b’dan mistiedna jesprimu l-opinjonijiet tagħhom, jippreżentaw informazzjoni u jipprovdu evidenza ta’ sostenn. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, tali informazzjoni u evidenza ta’ sostenn iridu jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika.

5.8.    Possibbiltà ta’ seduta ta’ smigħ mis-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni

Il-partijiet kollha interessati jistgħu jitolbu li jinstemgħu mis-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni. Kwalunkwe talba għal seduta ta’ smigħ trid issir bil-miktub u trid tispeċifika r-raġunijiet għat-talba kif ukoll sommarju ta’ dak li l-parti interessata tixtieq tiddiskuti matul is-seduta ta’ smigħ. Is-seduta ta’ smigħ tkun limitata għall-kwistjonijiet stabbiliti bil-miktub minn qabel mill-partijiet interessati.

Fil-prinċipju, is-seduti ta’ smigħ ma jintużawx biex tiġi ppreżentata informazzjoni fattwali li tkun għadha mhijiex fil-fajl. Madankollu, fl-interess tal-amministrazzjoni tajba u sabiex is-servizzi tal-Kummissjoni jkunu jistgħu jimxu ’l quddiem bl-investigazzjoni, il-partijiet interessati jistgħu jiġu mitluba jipprovdu informazzjoni fattwali ġdida wara seduta ta’ smigħ.

5.9.    Struzzjonijiet biex isiru l-preżentazzjonijiet bil-miktub u biex jintbagħtu l-kwestjonarji kompluti u l-korrispondenza

L-informazzjoni ppreżentata lill-Kummissjoni għall-fini ta’ investigazzjonijiet għad-difiża tal-kummerċ trid tkun ħielsa mid-drittijiet tal-awtur. Il-partijiet interessati, qabel ma jippreżentaw lill-Kummissjoni informazzjoni u/jew data li jkunu soġġetti għad-drittijiet tal-awtur ta’ parti terza, iridu jitolbu permess speċifiku lid-detentur tad-drittijiet tal-awtur li jippermetti b’mod espliċitu li l-Kummissjoni (a) tuża l-informazzjoni u d-data għall-finijiet ta’ dan il-proċediment ta’ difiża tal-kummerċ u (b) tipprovdi l-informazzjoni u/jew id-data lill-partijiet interessati f’din l-investigazzjoni f’għamla li tippermettilhom jeżerċitaw id-drittijiet tad-difiża tagħhom.

Il-preżentazzjonijiet bil-miktub kollha, fosthom l-informazzjoni mitluba f’din in-Notifika, il-kwestjonarji mimlija u l-korrispondenza pprovduta mill-partijiet interessati li għalihom jintalab trattament kunfidenzjali jridu jiġu mmarkati bħala “Sensitive” (13). Il-partijiet li jippreżentaw informazzjoni matul din l-investigazzjoni huma mistiedna jagħtu raġunijiet għat-talba tagħhom għal trattament kunfidenzjali.

Il-partijiet li jipprovdu informazzjoni “Sensitive” huma mitluba jipprovdu sommarji mhux kunfidenzjali tagħha skont l-Artikolu 19(2) tar-Regolament bażiku, li jiġu mmarkati “For inspection by interested parties”. Dawn is-sommarji jridu jkunu ddettaljati biżżejjed biex jippermettu li s-sustanza tal-informazzjoni ppreżentata b’mod kunfidenzjali tinftiehem b’mod raġonevoli. Jekk parti li tipprovdi informazzjoni kunfidenzjali tonqos milli tagħti raġunijiet ġusti għal talba ta’ trattament kunfidenzjali jew ma tipprovdix sommarju mhux kunfidenzjali tagħha fil-format u bil-kwalità mitluba, il-Kummissjoni tista’ tinjora tali informazzjoni sakemm ma jkunx jista’ jintwera b’mod sodisfaċenti minn sorsi xierqa li l-informazzjoni hija korretta.

Il-partijiet interessati huma mistiedna jippreżentaw is-sottomissjonijiet u t-talbiet kollha permezz ta’ TRON.tdi (https://tron.trade.ec.europa.eu/ tron/TDI) inklużi talbiet biex jiġu rreġistrati bħala partijiet interessati, dokumenti skenjati ta’ prokura u ta’ ċertifikazzjoni. Meta jużaw TRON.tdi jew il-posta elettronika, il-partijiet interessati jkunu qed jesprimu l-qbil tagħhom mar-regoli applikabbli għall-preżentazzjonijiet elettroniċi li jinsabu fid-dokument “KORRISPONDENZA MAL-KUMMISSJONI EWROPEA F’KAŻIJIET TA’ DIFIŻA TAL-KUMMERĊ” ippubblikat fis-sit web tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ: https://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2014/june/tradoc_152577.pdf Il-partijiet interessati jridu jindikaw isimhom, l-indirizz, in-numru tat-telefown u indirizz tal-posta elettronika validu u jenħtieġ li jiżguraw li l-indirizz tal-posta elettronika pprovdut ikun indirizz tal-posta elettronika uffiċjali tax-xogħol li jiffunzjona u li jiġi ċċekkjat kuljum. Ladarba jiġu pprovduti d-dettalji ta’ kuntatt, il-Kummissjoni tikkomunika mal-partijiet interessati permezz ta’ TRON.tdi jew tal-posta elettronika biss, dment li ma jitolbux li jirċievu d-dokumenti kollha mingħand il-Kummissjoni b’mezz ieħor ta’ komunikazzjoni jew dment li n-natura tad-dokument li jrid jintbagħat ma tkunx teħtieġ l-użu tal-posta rreġistrata. Għal regoli u għal informazzjoni oħra dwar il-korrispondenza mal-Kummissjoni, inklużi l-prinċipji li japplikaw għas-sottomissjonijiet bi TRON.tdi u bil-posta elettronika, jenħtieġ li l-partijiet interessati jikkonsultaw l-istruzzjonijiet dwar il-komunikazzjoni mal-partijiet interessati msemmija hawn fuq.

L-indirizz tal-Kummissjoni għall-korrispondenza:

European Commission

Directorate-General for Trade

Directorate G

Office: CHAR 04/039

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

TRON. tdi: https://tron.trade.ec.europa.eu/tron/tdi

E-mail:

TRADE-R760-HTYP-INJURY@ec.europa.eu

TRADE-R760-HTYP-DUMPING@ec.europa.eu

6.   Skeda tal-investigazzjoni

L-investigazzjoni għandha normalment tiġi konkluża fi żmien 12-il xahar, u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn 15-il xahar mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika, skont l-Artikolu 11(5) tar-Regolament bażiku.

7.   Preżentazzjoni tal-informazzjoni

Bħala regola, il-partijiet interessati jistgħu jippreżentaw biss l-informazzjoni fil-perjodi ta’ żmien speċifikati fit-Taqsima 5 ta’ din in-Notifika.

Sabiex l-investigazzjoni titlesta fl-iskadenzi mandatorji, il-Kummissjoni mhix se taċċetta iktar preżentazzjonijiet mingħand il-partijiet interessati wara l-iskadenza għal kummenti dwar l-iżvelar finali jew, jekk ikun applikabbli, wara l-iskadenza għal kummenti dwar l-iżvelar finali addizzjonali.

8.   Possibbiltà għal kummenti dwar il-preżentazzjonijiet ta’ partijiet oħra

Sabiex jiġu ggarantiti d-drittijiet tad-difiża, jenħtieġ li l-partijiet interessati jkollhom il-possibbiltà jikkummentaw dwar l-informazzjoni ppreżentata minn partijiet interessati oħra. Meta jagħmlu dan, il-partijiet interessati jistgħu biss jindirizzaw kwistjonijiet imqajma fil-preżentazzjonijiet ta’ partijiet interessati oħra u ma jistgħux iqajmu kwistjonijiet ġodda.

Jenħtieġ li l-kummenti dwar l-informazzjoni pprovduta minn partijiet interessati oħra b’reazzjoni għall-iżvelar tas-sejbiet definittivi, jiġu ppreżentati fi żmien ħamest ijiem mill-iskadenza għal kummenti dwar is-sejbiet definittivi, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Jekk ikun hemm rivelazzjoni finali addizzjonali, jenħtieġ li l-kummenti dwar l-informazzjoni li jipprovdu partijiet interessati oħra b’reazzjoni għal din ir-rivelazzjoni ulterjuri jsiru fi żmien jum wieħed mill-iskadenza għal kummenti dwar din ir-rivelazzjoni ulterjuri, dment li ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Il-qafas ta’ żmien deskritt huwa mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Kummissjoni li titlob informazzjoni addizzjonali mingħand il-partijiet interessati f’każijiet debitament ġustifikati.

9.   Estensjoni tal-limiti ta’ żmien speċifikati f’din in-Notifika

Estensjonijiet tal-limiti ta’ żmien previsti f’din in-Notifika jistgħu jingħataw fuq talba mill-partijiet interessati li jkollhom raġuni valida.

Jenħtieġ li kull estensjoni għal-limiti ta’ żmien previsti f’din in-Notifika jiġu rikjesti f’ċirkostanzi ta’ eċċezzjoni u jingħataw biss jekk ikunu ġustifikati debitament. Fi kwalunkwe każ, kull estensjoni għall-iskadenza tat-tweġiba għall-kwestjonarji se tkun limitata għal tlett ijiem, u bħala regola ma taqbiżx is-sebat ijiem. Fir-rigward tal-limiti ta’ żmien għall-preżentazzjoni ta’ informazzjoni oħra speċifikata fin-Notifika ta’ Bidu, l-estensjonijiet ikunu limitati għal tlett ijiem sakemm ma jintwerewx xi ċirkostanzi eċċezzjonali.

10.   Nonkooperazzjoni

F’każijiet fejn xi parti interessata tirrifjuta l-aċċess għall-informazzjoni meħtieġa jew ma tipprovdihiex fil-limiti ta’ żmien, jew tfixkel b’mod sinifikanti l-investigazzjoni, jistgħu jiġu stabbiliti konklużjonijiet, sew pożittivi kif ukoll negattivi, fuq il-bażi tal-fatti disponibbli, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.

Fejn jinstab li xi parti interessata tkun ipprovdiet informazzjoni falza jew qarrieqa, l-informazzjoni tista’ tiġi injorata u jistgħu jintużaw il-fatti disponibbli.

Jekk parti interessata ma tikkooperax jew tikkoopera parzjalment biss u, għaldaqstant, il-konstatazzjonijiet ikunu bbażati fuq il-fatti disponibbli f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, ir-riżultat jista’ jkun inqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku tkun ikkooperat.

In-nuqqas ta’ tweġiba kompjuterizzata ma għandhiex tiġi kkunsidrata bħala nuqqas ta’ kooperazzjoni, dment li l-parti interessata turi li l-preżentazzjoni tat-tweġiba kif mitlub tkun tirriżulta f’piż żejjed mhux raġonevoli jew f’kost addizzjonali mhux raġonevoli. Jenħtieġ li l-parti interessata tikkuntattja lill-Kummissjoni immedjatament.

11.   Uffiċjal tas-Seduta

Il-partijiet interessati jistgħu jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta fi proċedimenti kummerċjali. L-Uffiċjal tas-Seduta jirrieżamina t-talbiet għall-aċċess għall-fajl, it-tilwim fir-rigward tal-kunfidenzjalità tad-dokumenti, it-talbiet għal estensjoni tal-limiti ta’ żmien u kwalunkwe talba oħra dwar id-drittijiet tad-difiża tal-partijiet interessati u tal-partijiet terzi li jistgħu jfeġġu matul il-proċediment.

L-Uffiċjal tas-Seduta jista’ jorganizza seduti ta’ smigħ u jagħmilha ta’ medjatur bejn il-parti(jiet) interessata/i u s-servizzi tal-Kummissjoni sabiex jiżgura li d-drittijiet tad-difiża tal-partijiet interessati jkunu qed jiġu eżerċitati bis-sħiħ. Jenħtieġ li t-talba għal seduta ta’ smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta ssir bil-miktub u jenħtieġ li tispeċifika r-raġunijiet għat-talba. L-Uffiċjal tas-Seduta jeżamina r-raġunijiet għat-talbiet. Jenħtieġ li dawn is-seduti ta’ smigħ isiru biss jekk il-kwistjonijiet ma jkunux ġew solvuti mas-servizzi tal-Kummissjoni fi żmien xieraq.

Kwalunkwe talba trid tiġi ppreżentata fi żmien raġonevoli u f’qasir żmien sabiex ma xxekkilx l-andament tajjeb tal-proċedimenti. Għal dan l-għan, jenħtieġ li l-partijiet interessati jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta minn kmieni kemm jista’ jkun wara li jseħħ l-avveniment li jiġġustifika tali intervent. Meta t-talbiet għal seduti ta’ smigħ jiġu ppreżentati lil hinn mill-oqfsa ta’ żmien rilevanti, l-Uffiċjal tas-Seduta jeżamina wkoll ir-raġunijiet għalfejn tali talbiet saru daqshekk tard, in-natura tal-kwistjonijiet imqajma u l-impatt ta’ dawk il-kwistjonijiet fuq id-drittijiet tad-difiża, filwaqt li jqis kif dovut l-interessi tal-amministrazzjoni tajba u t-tlestija tal-investigazzjoni fil-ħin.

Għal iktar informazzjoni u għad-dettalji ta’ kuntatt, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġni web tal-Uffiċjal tas-Seduta fis-sit web tad-DĠ Kummerċ: http://ec.europa.eu/trade/trade-policy-and-you/contacts/hearing-officer/.

12.   Possibbiltà li jintalab rieżami skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku

Billi dan ir-rieżami ta’ skadenza qed jinbeda f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, is-sejbiet tiegħu mhux se jwasslu biex il-miżuri eżistenti jiġu emendati iżda biex dawk il-miżuri jitħassru jew jinżammu skont l-Artikolu 11(6) tar-Regolament bażiku.

Jekk xi parti interessata tqis li jkun ġustifikat li jsir rieżami tal-miżuri, sabiex ikun possibbli li l-miżuri jiġu emendati, din il-parti tista’ titlob li jsir rieżami skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku.

Il-partijiet li jixtiequ jitolbu rieżami ta’ dan it-tip, li jsir indipendentement mir-rieżami ta’ skadenza msemmi f’din in-Notifika, jistgħu jikkuntattjaw lill-Kummissjoni fl-indirizz mogħti hawn fuq.

13.   Ipproċessar tad-data personali

Kwalunkwe data personali li tinġabar f’din l-investigazzjoni se tiġi trattata skont ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14).

Avviż dwar il-protezzjoni tad-data li jinforma lill-individwi kollha dwar l-ipproċessar tad-data personali fil-qafas tal-attivitajiet tad-difiża tal-kummerċ tal-Kummissjoni huwa disponibbli fis-sit web tad-DĠ Kummerċ: http://ec.europa.eu/trade/policy/accessing-markets/trade-defence/


(1)  ĠU C 205, 31.5.2021, p. 4.

(2)  ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/325 tal-24 ta’ Frar 2017 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ħjut b’saħħithom ħafna (high tenacity) ta’ poliesteri li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 49, 25.2.2017, p. 6).

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1159 tad-29 ta’ Ġunju 2017 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1105/2010 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/325 fir-rigward tad-definizzjoni tal-ambitu tal-prodott tal-miżuri antidumping attwali li jikkonċernaw l-importazzjonijiet ta’ ħjut b’saħħithom ħafna (high tenacity) ta’ poliesteri li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, u li jipprevedi, f’ċerti każijiet, il-possibbiltà ta’ ħlas lura jew remissjoni tad-dazji (ĠU L 167, 30.6.2017, p. 31).

(5)  Id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar Distorsjonijiet Sinifikanti fl-Ekonomija tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-Finijiet tal-Investigazzjonijiet għad-Difiża tal-Kummerċ, 20 ta’ Diċembru 2017, SWD(2017) 483 final/2, jinsab hawnhekk: https://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2017/december/tradoc_156474.pdf

(6)  Id-dokumenti msemmija fir-rapport tal-pajjiż jistgħu jinkisbu wkoll wara talba motivata kif xieraq.

(7)  https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX%3A52020XC0316%2802%29

(8)  Ir-referenzi kollha għall-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika se jkunu referenzi għall-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, dment li ma jkunx speċifikat mod ieħor.

(9)  Produttur huwa kwalunkwe kumpanija fil-pajjiż ikkonċernat li tipproduċi l-prodott taħt rieżami, inkluż kwalunkwe kumpanija relatata magħha involuta fil-produzzjoni, fil-bejgħ domestiku jew fl-esportazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami.

(10)  Huma biss l-importaturi li mhumiex relatati ma’ produtturi fil-pajjiż ikkonċernat li jistgħu jintgħażlu għall-kampjun. L-importaturi li huma relatati mal-produtturi jridu jimlew l-Anness I tal-kwestjonarju għal dawn il-produtturi. F’konformità mal-Artikolu 127 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, żewġ persuni għandhom jitqiesu li jkunu relatati jekk: (a) ikunu uffiċjali jew diretturi tan-negozju tal-persuna l-oħra; (b) ikunu sħab rikonoxxuti legalment f’negozju; (c) ikunu impjegatur u impjegat; (d) parti terza tippossjedi jew tikkontrolla jew iżżomm direttament jew indirettament 5 % jew aktar tal-ishma maħruġa bi dritt tal-vot tat-tnejn li huma; (e) wieħed minnhom jikkontrolla direttament jew indirettament lill-ieħor; (f) it-tnejn li huma jkunu direttament jew indirettament ikkontrollati minn persuna terza; (g) flimkien jikkontrollaw persuna terza direttament jew indirettament; jew (h) ikunu membri tal-istess familja (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558). Il-persuni għandhom jitqiesu li jkunu membri tal-istess familja biss jekk ir-relazzjoni ta’ bejniethom tkun waħda minn dawn: (i) konjuġi, (ii) ġenitur u wild, (iii) aħwa (sew jekk mill-istess ġenituri jew aħwa minn ġenitur wieħed), (iv) nannu jew nanna u neputi jew neputija, (v) ziju jew zija u neputi jew neputija, (vi) ġenitur tar-rispett u wild tar-rispett, (vii) aħwa tar-rispett. Skont l-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, “persuna” tfisser persuna fiżika, persuna ġuridika u kwalunkwe assoċjazzjoni ta’ persuni li mhijiex persuna ġuridika iżda li hija rikonoxxuta taħt il-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali bħala li jkollha l-kapaċità biex tagħmel atti legali (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).

(11)  Id-data pprovduta minn importaturi mhux relatati tista’ tintuża wkoll b’rabta ma’ aspetti oħra ta’ din l-investigazzjoni apparti milli biex jiġi stabbilit id-dumping.

(12)  F’każ ta’ problemi tekniċi kkuntattja lit-Trade Service Desk permezz ta’ email lil trade-service-desk@ec.europa.eu jew ċempel +32 22979797.

(13)  Dokument “Sensitive” huwa dokument li jitqies li jkun kunfidenzjali skont l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku u l-Artikolu 6 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-GATT 1994 (il-Ftehim dwar l-AntiDumping). Huwa wkoll dokument protett skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).

(14)  Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).


ANNESS

Verżjoni “Sensittiva”

Verżjoni “Għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati”

(immarka l-kaxxa rilevanti)

PROĊEDIMENT ANTIDUMPING DWAR IMPORTAZZJONIJIET TA’ ĦAJT TAL-INSIĠ TAL-POLIESTER TA’ TENAĊITÀ GĦOLJA JORIĠINAW MIR-REPUBBLIKA TAL-POPLU TAĊ-ĊINA

INFORMAZZJONI GĦALL-GĦAŻLA TAL-KAMPJUN TA’ IMPORTATURI MHUX RELATATI

Din il-formola hija mfassla biex lill-importaturi li mhumiex relatati tgħinhom iwieġbu t-talba għal informazzjoni dwar it-teħid ta’ kampjun li saret fil-punt 5.3.3 tan-notifika ta’ bidu.

Jenħtieġ li kemm il-verżjoni “Sensittiva”u kemm il-verżjoni “For inspection by interested” parties jintbagħtu lura lill-Kummissjoni kif stipulat fin-notifika ta’ bidu.

1.   DETTALJI TA’ KUNTATT U IDENTITÀ

Agħti d-dettalji li ġejjin dwar il-kumpanija tiegħek:

Isem tal-kumpanija

 

Indirizz

 

Persuna ta’ kuntatt

 

Indirizz tal-email

 

Telefon

 

2.   FATTURAT U VOLUM TAL-BEJGĦ

Indika l-fatturat totali f’euro (EUR) tal-kumpanija, il-valur f’euro (EUR) u l-volum f’tunnellati tal-importazzjonijiet fl-Unjoni u l-bejgħ mill-ġdid fis-suq tal-Unjoni wara l-importazzjoni mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami kif definit fin-notifika ta’ bidu.

 

Volum f’tunnellati

Valur f’euros (EUR)

Fatturat totali tal-kumpanija tiegħek f’euro (EUR)

 

 

Importazzjonijiet fl-Unjoni tal-prodott rieżamat u li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

 

 

Importazzjonijiet fl-Unjoni tal-prodott soġġett għal rieżami (kwalunkwe oriġini)

 

 

Bejgħ mill-ġdid fis-suq tal-Unjoni wara l-importazzjoni mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina tal-prodott rieżaminat

 

 

3.   ATTIVITAJIET TAL-KUMPANIJA TIEGĦEK U TAL-KUMPANIJI RELATATI (1)

Agħti dettalji tal-attivitajiet preċiżi tal-kumpanija u tal-kumpaniji relatati kollha (elenkahom u ddikjara r-relazzjoni tagħhom mal-kumpanija tiegħek) involuti fil-produzzjoni u/jew fil-bejgħ (f’esportazzjonijiet u/jew fis-suq domestiku) tal-prodott taħt rieżami. Attivitajiet bħal dawn jistgħu jinkludu x-xiri tal-prodott rieżaminat jew il-produzzjoni tiegħu skont arranġamenti ta’ sottokuntrattar, jew l-ipproċessar jew il-kummerċjalizzazzjoni tiegħu, iżda mhumiex limitati għal dawn biss.

Isem u lokalità tal-kumpanija

Attivitajiet

Relazzjoni

 

 

 

 

 

 

 

 

 

4.   INFORMAZZJONI OĦRA

Agħti kull informazzjoni rilevanti oħra li l-kumpanija tqis li tkun utli biex tgħin lill-Kummissjoni fl-għażla tal-kampjun.

5.   IĊ-ĊERTIFIKAZZJONI

Meta tipprovdi l-informazzjoni ta’ hawn fuq, il-kumpanija tkun qed taqbel mal-inklużjoni possibbli tagħha fil-kampjun. Jekk il-kumpanija tintgħażel biex tkun parti mill-kampjun, dan ifisser li trid timla kwestjonarju u taċċetta li ssirilha żjara fil-post biex jiġu vverifikati t-tweġibiet tagħha. Jekk il-kumpanija tindika li ma taqbilx mal-possibbiltà li tiġi inkluża fil-kampjun, din titqies li ma kkooperatx fl-investigazzjoni. Is-sejbiet tal-Kummissjoni għall-importaturi li ma jikkooperawx jissejsu fuq il-fatti disponibbli u r-riżultat jista’ jkun inqas favorevoli għal dik il-kumpanija milli kieku tkun ikkooperat.

Firma tal-uffiċjal awtorizzat:

Isem u titlu tal-uffiċjal awtorizzat:

Data:


(1)  F’konformità mal-Artikolu 127 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, żewġ persuni għandhom jitqiesu li jkunu relatati jekk: (a) ikunu uffiċjali jew diretturi tan-negozju tal-persuna l-oħra; (b) ikunu msieħba rikonoxxuti legalment fin-negozju; (c) ikunu min iħaddem u l-impjegat; (d) terza persuna tippossjedi jew tikkontrolla jew iżżomm direttament jew indirettament 5 % jew aktar tal-azzjoni bid-dritt tal-vot jew l-ishma pendenti tat-tnejn li huma; (e) waħda minnhom tikkontrolla direttament jew indirettament lill-persuna l-oħra; (f) it-tnejn li huma jkunu direttament jew indirettament ikkontrollati minn terza persuna; (g) flimkien jikkontrollaw terza persuna direttament jew indirettament; jew (h) ikunu membri tal-istess familja (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558). Il-persuni għandhom jitqiesu li jkunu membri tal-istess familja jekk ikollhom xi waħda mir-relazzjonijiet segwenti ma’ xulxin biss: (i) konjuġi, (ii) ġenitur u wild, (iii) aħwa (sew jekk mill-istess ġenituri jew aħwa minn ġenitur wieħed), (iv) nannu jew nanna u neputi jew neputija, (v) ziju jew zija u neputi jew neputija, (vi) ġenitur tar-rispett u wild tar-rispett, (vii) aħwa tar-rispett. F’konformità mal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, “persuna” tfisser persuna fiżika, persuna ġuridika u kwalunkwe assoċjazzjoni ta’ persuni li mhijiex persuna ġuridika iżda li hija rikonoxxuta taħt il-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali bħala li jkollha l-kapaċità biex tagħmel atti legali (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

23.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 87/13


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10325 – KRONOSPAN / PFLEIDERER POLSKA)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 87/03)

1.   

Fil-15 ta’ Frar 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Kronospan Holdings P.L.C (“Kronospan”, Ċipru),

Pfleiderer Polska sp. z.o.o (“Pfleiderer Polska”, il-Polonja), li tappartjeni għall-Pfleiderer Group.

Kronospan takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ Pfleiderer Polska kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Kronospan hija manifattur u fornitur ta’ pannelli b’bażi ta’ injam u l-prodotti ta’ valur miżjud ulterjuri tagħhom ipproċessati. B’mod partikolari, Kronospan timmanifattura u tiddistribwixxi pannelli tal-partiċelli mhux maħduma u miksija (flimkien imsejħa particle board, PB), pannelli ta’ densità medja (medium-density fibreboard, MDF), pannelli ta’ densità għolja (high-density fibreboard, HDF) inkluż HDF irqaq u vverniċjati HDF (thin-HDF, T-HDF u lacquered-HDF, L-HDF), uċuħ tax-xogħol (elementi/komponenti postforming, flimkien il-Komponenti), pavimenti laminati, laminati dekorattivi, u pannelli b’filamenti orjentati,

Pfleiderer Polska hija manifattur u fornitur ta’ firxa ta’ prodotti tal-injam maħdum u prodotti lesti tal-wiċċ, jiġifieri PB, T-HDF u L-HDF u l-Komponenti.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10325 – KRONOSPAN / PFLEIDERER POLSKA

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


23.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 87/15


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10603 – CARLYLE / ALTADIA)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 87/04)

1.   

Fl-14 ta’ Frar 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

The Carlyle Group Inc. (l-Istati Uniti tal-Amerka) (minn hawn ’il quddiem, “Carlyle”),

LSFX Flavum Topco, S.L. (Spanja) (minn hawn ’il quddiem, “Altadia”), bħalissa kkontrollata minn Lone Star Funds (l-Istati Uniti tal-Amerka) permezz tal-kumpanija azzjonista tagħha LSF10 Flavum Holdings S.à.r.l (il-Lussemburgu).

Carlyle takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Altadia.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Carlyle hija maniġer globali ta’ assi alternattivi, li tiġġestixxi fondi li jinvestu globalment fi tliet dixxiplini ta’ investiment: (i) Ekwità Privata Globali; (ii) Kreditu Globali; u (iii) Soluzzjonijiet ta’ Investiment;

Altadia hija involuta fl-iżvilupp, il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ sustanzi intermedji tal-madum taċ-ċeramika għall-madum taċ-ċeramika użat fil-kummerċ tal-kostruzzjoni (jiġifieri, fl-art, fil-ħitan u fil-kontrouċuħ).

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10603 – CARLYLE / ALTADIA

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

23.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 87/16


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ isem skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

(2022/C 87/05)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) fi żmien tliet xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.

DOKUMENT UNIKU

“Äkta Gränna Polkagrisar”

Nru tal-UE: PGI-SE-02603 – 21 ta’ April 2020

DOP ( ) IĠP (X)

1.   Isem/Ismijiet [tad-DOP jew tal-IĠP]

“Äkta Gränna Polkagrisar”

2.   Stat Membru jew Pajjiż Terz

L-Iżvezja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott

Klassi 2.3. Ħobż, għaġina, kejkijiet, ħelu, gallettini u prodotti oħra tal-furnara

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)

L-“Äkta Gränna Polkagrisar” hu ħelu tradizzjonali bi strixxi spirali ħomor magħmul miz-zokkor imħawwar biż-żejt naturali tal-peppermint.

L-“Äkta Gränna Polkagrisar” għandu l-karatteristiċi li ġejjin:

Karatteristiki morfoloġiċi

Forma: Stikka ċilindrika dritta.

 

Tul: 10-50 cm

 

Dijametru: 10-100 mm

 

Superfiċe: Xotta u lixxa.

 

Piż: 25-350 gramma

Kulur: Abjad newtrali bi strixxi spirali ħomor karminju (lewn NCS 1080-R), fejn l-intensità tal-kulur aħmar tista’ tvarja ftit minn lott għall-ieħor.

 

Karatteristiċi kimiċi

 

Zokkor: 85-99 %

 

Glukożju: 0-15 %

 

Żejt tal-peppermint

Kulur aħmar naturali – normalment aħmar karminju (E120)

Karatteristiċi organolettiċi

Togħma: Togħma ċara tan-nagħniegħ li tiġi bbilanċjata wara ftit ħin bil-ħlewwa. Togħma friska u dejjiema tal-peppermint.

Aroma: Aroma ta’ nagħniegħ b’sfumaturi ħelwin.

Konsistenza: Iebsa imma tista’ tomgħodha kemm xejn. Għandha tkun possibbli li tinqata’ b’sikkina mingħajr ma titfarrak. Il-konsistenza tiddependi fuq għadd ta’ fatturi ambjentali u fatturi oħra. Il-parti ta’ ġewwa hija poruża bi bżieżaq tal-arja żgħar, tondi u delikati.

Esperjenza meta jittiekel: Inizjalment iebes ħafna, bil-mod il-mod jinbidel għal li tista’ tomgħodu u jirtab. It-toqob mimlija bl-arja jistgħu jiġu nnutati b’mod ċar. Il-bżieżaq tal-arja huma r-raġuni għaliex il-“polkagris” jiżviluppa wara xi ftit ħin konsistenza li tomgħod fil-ħalq.

3.3.   Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

3.4.   Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita

Biex tipprepara l-“Äkta Gränna Polkagrisa”, iz-zokkor, ix-xropp tal-glukożju, l-ilma u l-ħall jitgħallew f’borom mingħajr għatu. Il-lott imsajjar ma jistax ikun fih aktar minn 5 kg zokkor.

Ladarba l-lott jilħaq madwar 150 °C il-massa titferra’ fuq ċangatura mkessħa. Parti żgħira tal-massa titneħħa u tiġi kkulurita ħamra.

Wara li l-massa titkessaħ għal madwar 70 °C, l-arja tinħadem fiha u fl-istess ħin titħawwar biż-żejt tal-peppermint.

Ladarba l-massa tkun bajda u poruża, id-dulċier tal-“polkagris” ikollu madwar 10 minuti biex jifforma l-“polkagrisar”. Il-massa tiġi ffurmata f’forma tawwalija qabel mal-massa ta’ kulur aħmar titqiegħed fuqha. Wara li tintewa u titgħawweġ, il-massa tiġi ffurmata f’“polkagris” kbir bi strixxi spirali ħomor li jinqata’ min-nofs. Iż-żewġ nofsijiet huma rromblati fi stikek irqaq li jerġgħu jinqatgħu min-nofs. Dan il-proċess ikompli sakemm il-“polkagrisar” ikun laħaq it-tul u l-ħxuna mixtieqa.

Il-“polkagrisar” komplut jitħalla jiksaħ fuq ċinga trasportatriċi li tkun qed tiċċaqlaq b’mod kostanti sabiex il-prodott jikseb il-forma lixxa u uniformi li hija karatteristika tal-“Äkta Gränna Polkagrisar”.

3.5.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ. tal-prodott li għalih jirreferi l-isem irreġistrat

L-“Äkta Gränna Polkagrisar” jinbiegħ imgeżwer f’imballaġġ tal-karti jew bis-cellophane ittikettat “Äkta Gränna Polkagrisar”.

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar tal-prodott li għalih jirreferi l-isem irreġistrat

L-ebda rekwiżit addizzjonali għajr dawk li jirriżultaw mil-leġiżlazzjoni ordinarja.

4.   Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

L-“Äkta Gränna Polkagrisar” isir fil-parroċċa ta’ Gränna fil-parti tal-Majjistral tal-provinċja ta’ Småland.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

Ir-rabta maż-żona ġeografika hija bbażata fuq il-metodu ta’ kif isir l-“Äkta Gränna Polkagrisar”, li joriġina fi Gränna u li nżamm sal-lum il-ġurnata.

L-arti ta’ kif isir l-“Äkta Gränna Polkagrisar” ġiet ivvintata fil-belt ta’ Gränna minn Amalia Eriksson f’nofs is-snin 1800. Minn dak iż-żmien ’l hawn, ir-riċetta u l-metodu ta’ tħejjija ngħaddew f’sistema ta’ apprendisti, li fiha dulċiera ġodda jitgħallmu s-sengħa minn dulċier stabbilit tal-“polkagris”.

Sabiex tinkiseb il-konsistenza partikolari li tikkaratterizza l-“Äkta Gränna Polkagrisar”, dulċier tas-sengħa tal-“polkagris” għandu jkun jaf, fost affarijiet oħra, kif il-konsistenza hija affettwata mill-kwantitajiet tad-diversi ingredjenti, mill-punt tat-togħlija, mill-ammont ta’ arja maħduma fil-massa u mid-daqs tal-prodott finali.

Glukożju żejjed jew nuqqas ta’ ilma jwebbes il-“polkagris”, filwaqt li nuqqas ta’ ħall se jagħmlu imrammel. Jekk il-massa titgħalla bil-mod wisq, jew jekk it-temperatura tal-massa tkun baxxa ħafna meta titqiegħed fuq il-mejda mkessħa, il-“polkagris” jibqa’ artab. Id-dulċier għandu jiżgura wkoll li l-massa titkessaħ b’mod uniformi billi jċaqlaqha u billi jitwi t-truf b’mod kostanti.

Ladarba l-massa tkun tkessħet għat-temperatura t-tajba, id-dulċier jibda jaħdem l-arja fil-massa billi jiġbed u jgħawweġ b’mod ripetut madwar ganċ imwaħħal mal-ħajt. L-arja maħduma fil-massa jagħmilha bajda. Jekk il-dulċier ma jħaddimx fih biżżejjed arja, ikun hemm inqas bżieżaq tal-arja fil-massa, u b’hekk il-“polkagris” jibqa’ iebes. Ħafna arja tagħmel il-“polkagris” fraġli u jitfarrak aktar malajr.

Id-dulċier tal-“polkagris” għandu wkoll jadatta l-varjabbli msemmija hawn fuq skont id-daqs tal-prodott finali. Il-“Polkagris” kbir għandu t-tendenza li jiċċattja bil-piż tiegħu stess, b’tali mod li l-forma karatteristika ta’ stikka tonda tal-“Äkta Gränna Polkagrisar” tintilef. Id-dulċier tal-“polkagris” jista’ jmur kontra dan il-fenomenu billi jagħli l-massa f’temperatura ogħla jew billi juża aktar glukożju.

Sa mill-bidu tiegħu kien prodott lokali, u r-reputazzjoni tal-ħelu speċjali nfirex malajr permezz tal-artikli tal-istampa. Fil-bidu tas-snin 1900, l-“Äkta Gränna Polkagrisar” kien magħruf fil-parti l-kbira tal-Iżvezja. L-“Äkta Gränna Polkagrisar” kien ukoll esportat lejn l-Istati Uniti. Illum l-“Äkta Gränna Polkagrisar” hu magħruf sew madwar l-Iżvezja kollha u mit-turisti li jżuru Gränna, il-“belt tal-polkagris”.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni

(it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament)

https://www.livsmedelsverket.se/globalassets/produktion-handel-kontroll/livsmedelsinformation-markning-halsopastaenden/skyddade-beteckningar/produktbeskrivning_akta_granna_polkagrisar_2021_10_04.pdf


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.


23.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 87/19


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ isem skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

(2022/C 87/06)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) fi żmien tliet xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.

DOKUMENT UNIKU

“Lenticchia di Onano”

Nru tal-UE: PGI-IT-02651 – 15 ta’ Diċembru 2020

DOP ( ) IĠP (X)

1.   Isem/Ismijiet

“Lenticchia di Onano”

2.   Stat Membru jew pajjiż terz

L-Italja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott

Klassi 1.6. Frott, ħaxix u ċereali, friski jew ipproċessati

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)

L-IĠP “Lenticchia di Onano” tirreferi għaż-żerriegħa tal-ispeċi Lens esculenta M. li tappartjeni għall-kultivari “Lenticchia di Onano”, ekotip lokali, u Eston, u li titkabbar fiż-żona ddefinita fil-punt 4. Meta tinħareġ għall-konsum, ikollha l-karatteristiċi li ġejjin:

Karatteristiċi fiżiċi:

Forma: forma ta’ lenti ċċattjata

Daqs: dijametru ta’ 3-8 mm

Kulur: kannella ċar, ħadrani li jvarja fl-intensità tiegħu u l-grad ta’ tbajja’ (1-95 %) fuq il-wiċċ

Qoxra: lixxa u rqiqa

Piż medju ta’ 100 żerriegħa: mill-inqas 4,50 g

Karatteristiċi organolettiċi:

Ma hemmx għalfejn titħalla tixxarrab qabel it-tisjir u, anke wara t-tisjir, iż-żerriegħa tagħha tibqa’ intatta b’pejst bellusi, fin u kremuż.

Karatteristiċi kimiċi

Total taz-zokkor: inqas minn 1,5 %

Ħadid: mill-inqas 6,5 mg/100 g

Il-“Lenticchia di Onano” ma għandu jkollha l-ebda deterjorazzjoni fil-kulur jew fid-dehra li tikkomprometti l-karatteristiċi tagħha; it-tolleranza globali massima hija li 2,0 % tal-għads ikunu maqsumin, imtebba’, bi ħsara kkawżata mill-bumunqar jew skuluriti. Barra minn hekk, huwa permess li sa mhux aktar minn 2,0 % tal-prodott niexef jista’ ma jissodisfax il-kriterji tad-daqs.

3.3.   Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

3.4.   Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita

Il-“Lenticchia di Onano” trid titkabbar fiż-żona ddefinita fil-punt 4.

3.5.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.

It-tipi awtorizzati ta’ ppakkjar huma kif ġej:

boroż: 250 g sa 5 kg

boroż ippakkjati f’atmosfera kkontrollata (nitroġenu): 250 g sa 5 kg

basktijiet: sa 25 kg

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar

Minbarra s-simbolu grafiku tal-UE, il-logo tal-IĠP, l-indikazzjonijiet u t-tagħrif rikjest mil-liġi, fuq it-tikketta tal-ippakkjar irid ikun hemm dawn l-indikazzjonijiet addizzjonali li ġejjin, stampati b’mod ċar u leġibbli:

“Lenticchia di Onano” segwita mill-akronomu I.G.P. [IĠP] (Indicazione Geografica Protetta [Indikazzjoni Ġeografika Protetta])

L-isem, l-isem kummerċjali u l-indirizz tal-produttur u l-entità responsabbli mill-ippakkjar

Ma tista’ tiżdied l-ebda deskrizzjoni li ma tkunx espressament prevista. Madankollu, huwa permess li jintużaw l-ismijiet tad-ditti sakemm dawn ma jkollhom l-ebda skop ta’ tifħir u ma jkunux tali li jqarrqu bil-konsumatur, kif ukoll l-isem tal-azjenda proprjetarja tal-art minn fejn ikun ġie l-prodott u indikazzjonijiet veritieri u dokumentabbli oħra li huma permessi skont id-dritt tal-Unjoni, nazzjonali jew reġjonali u li ma jkunux f’kunflitt mal-għanijiet u l-kontenut ta’ din l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.

L-isem “Lenticchia di Onano” ma jistax jiġi tradott.

Logo

Dan huwa l-logo tal-IĠP:

Image 1

4.   Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

Iż-żona tal-produzzjoni tal-Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Lenticchia di Onano” tinkludi t-territorju amministrattiv kollu tal-muniċipalitajiet li ġejjin fil-provinċja ta’ Viterbo: Acquapendente, Gradoli, Grotte di Castro, Latera, Onano u San Lorenzo Nuovo.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

L-applikazzjoni għar-rikonoxximent tal-“Lenticchia di Onano” hija bbażata fuq ir-reputazzjoni tagħha.

Il-“Lenticchia di Onano” hija kkaratterizzata minn reputazzjoni b’saħħitha kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f’dak internazzjonali, bis-saħħa wkoll tar-rikonoxximent kummerċjali konsiderevoli li rċiviet.

Fiż-żona tal-produzzjoni tagħha, imsemmija fil-punt 4, il-“Lenticchia di Onano” minn dejjem kienet meqjusa bħala simbolu tal-biedja u tal-kultura gastronomika lokali, fejn it-tradizzjoni qadima li tmur lura għal żmien l-Etruski, il-kundizzjonijiet favorevoli tal-ħamrija u tal-klima fiż-żona u l-attività intraprenditorjali vivaċi kabbru l-fama u r-reputazzjoni tal-prodott.

Il-ħamrija li fiha tikber il-“Lenticchia di Onano” hija ta’ oriġini vulkanika (il-kumpless vulkaniku Vulsini) u għandha tendenza li tkun maħlula, mingħajr ħafna blat u ġebel, fonda biżżejjed, u b’ammont tajjeb ta’ elementi kimiċi. Dawn il-karatteristiċi jsaħħu l-karatteristiċi organolettiċi tal-prodott, biex b’hekk jagħmluha possibbli li jinkisbu żrieragħ b’forma regolari u mingħajr l-anomaliji morfoloġiċi li huma tipiċi għall-ħamrija kompatta.

Din il-ħamrija b’mod naturali fiha ammont tajjeb ta’ oligoelementi, speċjalment il-ħadid, u dan għandu għadd ta’ effetti ta’ benefiċċju fuq l-għalla, inkluż kontenut totali ta’ zokkor baxx, togħma mimlija u tul tajjeb ta’ ħajja tal-prodott fuq l-ixkaffa.

Ir-reputazzjoni li tgawdi fis-suq ilha tikber mill-aħħar tas-seklu dsatax u dan huwa kkonfermat mill-bosta premjijiet li rebħet fl-Italja u lil hinn minnha.

Bejn tmiem is-seklu dsatax u l-bidu tas-seklu għoxrin, il-prodott beda jiġi identifikat mill-post tal-oriġini tiegħu Onano. Ir-reputazzjoni ta’ dan l-għads laħqet l-aqwa tagħha f’dan il-perjodu. Fl-1874, il-lenticchie dionane, sponsorjati mill-kumitat agrikolu ta’ Viterbo, intgħażlu mid-Direttorat tal-Agrikoltura tal-Ministeru tar-Renju tal-Italja li kien għadu kif ġie stabbilit għall-Agrikoltura, l-Industrija u l-Kummerċ biex jipparteċipaw fl-Exposition Universelle ta’ Pariġi.

L-għads kien jitkabbar għall-kontenut għoli ta’ ħadid tiegħu u kien jittiekel mir-raħħala lokali biex jikkumpensa għan-nuqqas ta’ laħam tal-annimali. L-evidenza turi li t-tkabbir tal-għads ilu jsir fiż-żona ta’ Viterbo sa mill-Medju Evu, u għadu għaddej sal-lum.

Fil-ġabra ta’ Ordnijiet, Statuti u Liġijiet Muniċipali tal-Komunità u n-Nies ta’ Onano, datata 1561, l-importanza ta’ dan l-għads hija murija mill-multi kbar imposti fuq persuni li serqu jew għamlu ħsara lill-pjanti u l-prodotti. Ma kinux jiġu prodotti għall-konsum proprju mill-produtturi stess u, fil-fatt, fil-bidu tas-seklu 17, l-amministraturi lokali kellhom iwaqqfu lin-negozjanti barranin milli jixtru l-għads kollu mis-suq ta’ kull ġimgħa f’Onano. Għamlu dan billi imponew limitu massimu fuq il-bejgħ u l-esportazzjoni tal-għads, li kien stabbilit għal 18-il kg għal kull persuna (Ittra mid-Duka Sforza lill-Kunsill tal-Komunità ta’ Onano, 1616).

Bosta sorsi jirreferu għall-istorja tal-“Lenticchia di Onano” bejn tmiem is-seklu 19 u l-bidu tas-seklu 20, meta l-prodott beda jiġi kkaratterizzat mill-isem tal-post tal-oriġini tiegħu: Onano. Fl-1874, il-lenticchie dionane, sponsorjati mill-kumitat agrikolu ta’ Viterbo, intgħażlu mid-Direttorat tal-Agrikoltura tal-Ministeru tar-Renju tal-Italja li kien għadu kif ġie stabbilit għall-Agrikoltura, l-Industrija u l-Kummerċ biex jipparteċipaw fl-Exposition Universelle ta’ Pariġi. Bejn l-1910 u l-1911, il-“Lenticchia di Onano” ipparteċipat f’bosta wirjiet internazzjonali u kellha l-opportunità li tiġi apprezzata f’Londra, Pariġi u Buenos Aires, fejn rebħet premjijiet tal-ewwel post, diplomi u medalji tad-deheb għall-kwalità tagħha.

Fl-1934, il-“Lenticchia di Onano” għal darba oħra ntgħażlet bħala wieħed mill-prodotti tipiċi ta’ Alta Tuscia u ttieħdet fil-wirja nazzjonali tal-agrikoltura.

Kif qal Domenico Orzi, il-kap tal-iskola tal-agrikoltura ta’ Viterbo, f’Tuscia Agricola: “L-iskola tagħna setgħet turi xi kampjuni mill-aqwa tal-‘Lenticchia di Onano’ fit-taqsima tal-frott u l-ħaxix. Dawn il-prodotti huma tipiċi tal-provinċja ta’ Viterbo u saru importanti ħafna, kif muri mill-produzzjoni medja annwali tagħhom, li għall-għads hija ta’ 600 tunnellata.”

Tista’ tinstab aktar evidenza tar-rikonoxximent fil-Listino dei prezzi all’ingrosso praticati sulla piazza di Viterbo [Lista ta’ prezzijiet bl-ingrossa fis-suq ta’ Viterbo], li fiha, mill-1936, kien hemm entrata separata, biex tkun tista’ ssir distinzjoni bejn il-lenticchia comune [l-għadsa komuni] u l-“Lenticchia di Onano” [l-għadsa ta’ Onano], li kellha elenkar u suq, anki fil-livell tal-bejgħ bl-ingrossa, distinti minn dawk tal-prodott ġeneriku.

Bejn is-snin 50 u s-snin 60, il-“Lenticchia di Onano” baqgħet tiġi mfittxija u kkunsmata l-aktar fil-provinċji ta’ Viterbo u Ruma, għalkemm ma kienx hemm nuqqas ta’ domanda minn reġjuni u pajjiżi oħra.

Il-fatt li l-“Lenticchia di Onano” kienet inkluża fil-ftehim tal-1964 bejn l-Italja u Franza għall-protezzjoni tal-ismijiet u l-oriġini ta’ numru ta’ prodotti agroalimentari, u tabilħaqq kienet l-unika entrata taħt l-għads, juri li kien hemm suq barrani (Il-konvenzjoni dwar il-protezzjoni tad-denominazzjonijiet tal-oriġini, l-indikazzjonijiet tas-sors u d-denominazzjonijiet ta’ ċerti prodotti (bi protokoll u annessi), iffirmata f’Ruma fit-28 ta’ April 1964, irreġistrata għal Franza fis-27 ta’ Jannar 1970, fin-Nazzjonijiet Uniti, Serje tat-Trattati, vol. 712, Nru 10233, New York 1972, p. 356).

Għalkemm il-gosti tal-ikel u d-domandi tas-suq kellhom impatt qawwi fuq il-produzzjoni tal-għads fil-livell nazzjonali, il-“Lenticchia di Onano” baqgħet iżżomm is-sehem tagħha mis-suq, imsaħħa mill-istorja u r-reputazzjoni b’saħħitha tagħha. Dan ġie rikonoxxut ukoll mill-Istitut Nazzjonali tal-Istatistika tal-Italja (ISTAT) fl-Almanakk tal-Istatistika Agrikola, fejn il-prodott ġie inkluż fit-tabella “prodotti/swieq u kwalitajiet” fl-1970 (ISTAT, Annuario di statistica agraria [l-Almanakk tal-Istatistika Agrikola], vol. XVIII, Ruma 1972, p. 242).

Illum il-ġurnata, it-tabelli tal-istatistika u l-prezzijiet attwali ma għadhomx jagħmlu distinzjoni bejn il-prezzijiet tal-għads komuni u dawk tal-għads marbut ma’ postijiet ta’ oriġini speċifiċi. Fi kwalunkwe każ, il-prodott huwa rikonoxxut fuq il-fuljetti tar-reklamar għall-prodotti inklużi fi “skemi ta’ kwalità” marbuta mal-ispeċjalitajiet taż-żona tal-Lazio, li jitqassmu permezz tal-mezzi tal-marketing tal-bejjiegħa bl-imnut Taljani l-kbar u li dejjem jindikaw l-oriġini tal-“Lenticchia di Onano” sabiex jiddistingwuha mill-għads komuni. Il-prezz għal kull kg ukoll huwa differenti għaż-żewġ tipi ta’ għads: minn 7,20 sa 11,00 euro/kg għal-“Lenticchia di Onano”, meta mqabbla ma’ minn 2,30 sa 4,50 euro/kg għall-għads ġeneriku.

Il-“Lenticchia di Onano” hija l-ingredjent bażiku f’ħafna riċetti tradizzjonali fiż-żona u hija apprezzata mill-koki u mill-esperti tal-gastronomija minħabba t-togħma distintiva tagħha u l-fatt li tissajjar malajr filwaqt li tibqa’ sħiħa. Ilha meqjusa prodott niċċa fir-rivisti tal-inbid u tal-ikel mill-1931 minħabba li hija “estremament rinomata u esportata ħafna” (Touring Club Italiano, Guida Gastronomica d’Italia [Gwida Gastronomika tal-Italja, 1931) u għadha preżenti fil-gwidi ta’ ċirkolazzjoni kbira ddedikati għall-iskoperta tat-togħmiet taż-żona (bħal Tuscia a tavola [Il-Kċina ta’ Tuscia] ta’ Italo Arieti, 1996, jew il-Guide ai sapori e ai piaceri [Gwidi għall-ispeċjalitajiet kulinarji u l-attivitajiet ta’ divertiment] iddedikati għal Ruma u għal-Lazio, jew għal Tuscia, minn La Repubblica u L’Espresso, 2021). Il-“Lenticchia di Onano” tidher f’Il Golosario. Guida alle cose buone d’Italia [Enċiklopedija tat-Togħma. Gwida għall-ispeċjalitajiet kulinarji tal-Italja] ta’ Paolo Massobrio (edizzjoni waħdanija, 2021), u wkoll fi Slow Food Revolution (Slow Food Editore, 2005) ta’ Carlo Petrini u f’Almanacco Slow Food. Prodotti e ricette per un anno [Almanakk tas-Slow Food. Prodotti u riċetti għal sena] ta’ Carlo Bogliotti (Slow Food Editore, 2021).

Wieħed jista’ jduqha fir-restoranti f’Ruma fejn tradizzjonalment hija marbuta maċ-ċelebrazzjonijiet tas-Sena l-Ġdida bħala sinjal ta’ xorti tajba u risq.

Il-“Lenticchia di Onano” hija wieħed mill-prodotti tipiċi tal-kċina reġjonali tal-Lazio u hija magħrufa wkoll barra mill-pajjiż, fejn hija promossa minn koki famużi għall-kċina Taljana. Fl-2008, ir-rivista Amerikana Women’s Wear Daily (WWD), magħrufa bħala l-Bibbja tal-moda globali, issuġġeriet il-“Lenticchia di Onano” lill-qarrejja tagħha fost l-“ispeċjalitajiet staġjonali” biex wieħed jibqa’ sħun fix-xitwa (https://wwd.com/fashion-news/fashion-features/in-season-winter-treats-1868335 – aċċessata fis-26 ta’ Ġunju 2021).

Il-lasagna tal-għads ta’ Onano, min-naħa l-oħra, tissemma fil-ktieb Making Artisan Pasta (Quarry Books, 2012) ta’ Aliza Green, il-koka famuża u esperta kulinari minn Philadelphia.

Il-kok Italo-Awstraljan Guy Grossi inkluda l-“Lenticchia di Onano” fil-ktieb tat-tisjir tiegħu Love Italy (Penguin Random House, 2013), fejn xtaq jixħet dawl fuq l-isforzi tal-kultivaturi li qed iżommu ħajja l-produzzjoni ta’ dan l-għads antik.

Mill-Awstralja wkoll, il-kok Stefano “Steve” Manfredi jsemmi l-“Lenticchia di Onano” bħala wieħed mill-prodotti l-aktar stmati tal-Lazio, u jsejħilha “rinomata ħafna” (Stefano Manfredi’s Italian Food, Fairfax books, Crows Nest, 2013).

Gino D’Acampo, kok Naplitan li huwa popolari ħafna fir-Renju Unit minħabba l-programmi televiżivi tiegħu, jiddedika paragrafu tal-ktieb tat-tisjir tiegħu għall-istorja tal-għads ta’ Onano: Gino’s Italian Coastal Escape. A Taste of Italy from the Aeolian Islands to Elba, (Hodder&Stoughton, 2017).

Ta’ min isemmi wkoll li hemm festival annwali ddedikat lil-“Lenticchia di Onano”, li ilu jsir kull sena mill-1964, ħlief f’ċirkostanzi eċċezzjonali. Organizzat mill-Muniċipalità ta’ Onano bħala parti miċ-ċelebrazzjoni ta’ San Trifonu, il-festival isir matul il-ġimgħa tal-festa tal-Assunta.

Ir-reputazzjoni tal-isem “Lenticchia of Onano” hija kkonfermata fuq il-web b’aktar minn 5 000 riżultat fuq Google.

Il-“Lenticchia di Onano” hija rreġistrata fil-lista ta’ prodotti agroalimentari tradizzjoanli tar-Reġjun tal-Lazio.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott

(it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament)

It-test sħiħ tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott huwa disponibbli fuq is-sit web li ġej: http://www.politicheagricole.it/flex/cm/pages/ServeBLOB.php/L/IT/IDPagina/3335”

jew inkella:

billi żżur direttament il-paġna ewlenija tal-Ministeru tal-Politika Agrikola, Alimentari u tal-Forestrija (www.politicheagricole.it) u tikklikkja fuq “Qualità” (fin-naħa ta’ fuq tal-lemin tal-iskrin), u mbagħad fuq “Prodotti DOP IGP STG” (fuq in-naħa tax-xellug tal-iskrin) u fl-aħħar tagħfas fuq “Disciplinari di Produzione all’esame dell’UE”.


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.