|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 70 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 65 |
|
Werrej |
Paġna |
|
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2022/C 70/01 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10590 — PAI PARTNERS / OTPP / VEONET) ( 1 ) |
|
|
2022/C 70/02 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10587 — BLACKSTONE / WARBURG PINCUS / INTRAFI GROUP) ( 1 ) |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2022/C 70/03 |
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2022/C 70/04 |
Avviż minn qabel il-konċentrazzjoni (Il-Każ M.10543 — BISCUIT HOLDING / CONTINENTAL BAKERIES HOLDING) ( 1 ) |
|
|
2022/C 70/05 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10515 –ILIAD / UPC POLSKA) ( 1 ) |
|
|
|
ATTI OĦRAJN |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2022/C 70/06 |
||
|
2022/C 70/07 |
||
|
2022/C 70/08 |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
11.2.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 70/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.10590 — PAI PARTNERS / OTPP / VEONET)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2022/C 70/01)
Fit 3 ta’ Frar 2022, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tas-sit web tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Dan is-sit web jipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fis-sit web EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32022M10590. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi tal-Unjoni Ewropea. |
|
11.2.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 70/2 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.10587 — BLACKSTONE / WARBURG PINCUS / INTRAFI GROUP)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2022/C 70/02)
Fit 7 ta’ Frar 2022, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tas-sit web tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Dan is-sit web jipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fis-sit web EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32022M10587. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi tal-Unjoni Ewropea. |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
11.2.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 70/3 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
L-10 ta’ Frar 2022
(2022/C 70/03)
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,1439 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
132,42 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4404 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,84248 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
10,5275 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,0571 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
141,80 |
|
NOK |
Krona Norveġiża |
10,0693 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
24,350 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
354,02 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,4921 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,9451 |
|
TRY |
Lira Turka |
15,4838 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,5894 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,4498 |
|
HKD |
Dollaru ta’ Hong Kong |
8,9142 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,7076 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,5345 |
|
KRW |
Won tal-Korea t’Isfel |
1 367,52 |
|
ZAR |
Rand ta’ l-Afrika t’Isfel |
17,3078 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,2722 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,5275 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
16 390,21 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,7855 |
|
PHP |
Peso Filippin |
58,583 |
|
RUB |
Rouble Russu |
85,0187 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
37,331 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
5,9668 |
|
MXN |
Peso Messikan |
23,3584 |
|
INR |
Rupi Indjan |
85,9373 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta’ referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
V Avviżi
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
11.2.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 70/4 |
Avviż minn qabel il-konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10543 — BISCUIT HOLDING / CONTINENTAL BAKERIES HOLDING)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2022/C 70/04)
1.
Fl-4 ta’ Frar 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).L-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Biscuit Holding S.A.S. (“Biscuit International”, Franza), ikkontrollata minn Platinum Equity |
|
— |
Continental Bakeries Holding B.V. (“Continental Bakeries”, in-Netherlands) |
Biscuit International takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Continental Bakeries kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Biscuit International timmanifattura prinċipalment gallettini ħelwin b’tikketta privata, għalkemm hija attiva wkoll fil-komanifattura ta’ gallettini bil-marka tad-ditta. Biscuit International topera prinċipalment fl-Ewropa u għandha bejgħ limitat fl-Istati Uniti tal-Amerka, l-Afrika, l-Asja Paċifiku u l-Amerka Latina. |
|
— |
Continental Bakeries timmanifattura gallettini ħelwin, alternattivi għall-ħobż u ħobż mixwi. Hija tiffoka fuq prodotti ta’ tikketta privata, għalkemm hija għandha wkoll il-marki tad-ditta tagħha għall-għall-gallettini. Hija topera primarjament fl-Ewropa u għandha bejgħ limitat fl-Istati Uniti tal-Amerka, l-Afrika u l-Asja Paċifiku. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10543 — BISCUIT HOLDING / CONTINENTAL BAKERIES HOLDING
Il-kummenti jistgħu jinbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
L-indirizz tal-posta:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles / Brussel |
|
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
|
11.2.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 70/6 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10515 –ILIAD / UPC POLSKA)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2022/C 70/05)
1.
Fit-3 ta’ Frar 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Iliad S.A. (Franza), kumpanija prinċipali tal-Iliad Group (“Iliad”), ikkontrollata minn Xavier Niel |
|
— |
UPC Polska sp. z o.o. (“UPC”, il-Polonja), ikkontrollata minn Liberty Global Inc. |
Ilian S.A. takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll indirett ta’ UPC kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Iliad S.A.: il-forniment ta’ servizzi tat-telekomunikazzjoni fi Franza, l-Italja u l-Polonja. IIliad S.A. hija l-kumpanija prinċipali ta’ Iliad, li finalment hija kkontrollata minn Xavier Niel. Xavier Niel finalment jikkontrolla kumpaniji oħra attivi f’diversi setturi. Fis-settur tat-telekomunikazzjonijiet, il-Grupp ta’ Xavier Niel huwa attiv fl-Irlanda, f’Malta, f’Ċipru, fi Franza, fl-Italja u fil-Polonja. |
|
— |
UPC: il-forniment ta’ servizzi ta’ telefonija fissa, servizzi tal-internet fissi, servizzi televiżivi bi ħlas, kif ukoll konnettività tan-negozju u servizzi tat-telekomunikazzjoni mobbli fil-Polonja. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10515 –ILIAD / UPC POLSKA
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-fax jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ATTI OĦRAJN
Il-Kummissjoni Ewropea
|
11.2.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 70/7 |
Pubblikazzjoni tad-Dokument Uniku emendat wara l-approvazzjoni ta’ emenda minuri skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012
(2022/C 70/06)
Il-Kummissjoni Ewropea approvat din l-emenda minuri f’konformità mat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 664/2014 (1).
L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ din l-emenda minuri tista’ tiġi kkonsultata fil-bażi tad-data eAmbrosia tal-Kummissjoni
DOKUMENT UNIKU
“Latvijas lielie pelēkie zirņi”
Nru tal-UE: PDO-LV-01194-AM01 – 12 ta’ April 2021
DOP (X) IĠP ( )
1. Isem
“Latvijas lielie pelēkie zirņi”
2. Stat Membru jew pajjiż terz
Il-Latvja
3. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel
3.1. Tip ta’ prodott
Klassi 1.6. Frott, ħaxix u ċereali, friski jew ipproċessati
3.2. Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)
Id-DOP “Latvijas lielie pelēkie zirņi” tirreferi għaż-żrieragħ nexfin tal-kultivar lokali “Retrija” tal-varjetà maculatum tal-piżella (Pisum sativum L.).
Dan il-legum imnixxef għandu l-karatteristiċi morfoloġiċi li ġejjin:
Apparenza: il-piżella tkun kbira, xierfa ħafna, kannella b’disinn immewweġ li jagħtiha lewn fil-griż, u b’ilo iswed.
Piż medju: piż ta’ elf qalba: 360-400 g;
densità tal-massa: 713-790 g/l.
Karatteristiċi kimiċi ta’ “Latvijas lielie pelēkie zirņi” (f’%):
|
— |
kontenut ta’ ilma: sa 16 % |
|
— |
proteina kruda: 20-34 %, |
|
— |
xaħmijiet: 1,2-2,2 %, |
|
— |
fibra kruda: sa 6,8 % |
|
— |
irmied: sa 3,5 % |
Il-“Latvijas lielie pelēkie zirņi” jittieklu mingħajr ma titneħħa t-testa (jew il-qoxra taż-żerriegħa) tal-prodott, billi din ma tistax tiġi sseparata mill-bqija taż-żerriegħa; dan ifisser li l-prodott ma jiddiżintegrax meta jitgħalla, billi t-testa tibqa’ mwaħħla mal-bqija tal-piżella.
Il-piżella mgħollija għandha l-karatteristiċi organolettiċi li ġejjin:
|
— |
konsistenza ratba, ramlija; |
|
— |
togħma ħafifa imma speċifika li tiġi mill-qoxra. |
3.3. Għalf (għal prodotti li ġejjin mill-annimali biss) u materja prima (għal prodotti pproċessati)
—
3.4. Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita
L-istadji kollha fil-produzzjoni – il-kultivazzjoni, it-tnixxif u l-għażla – jsiru fiż-żona kkonċernata.
3.5. Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ. tal-prodott li għalih jirreferi l-isem irreġistrat
—
3.6. Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar tal-prodott li għalih jirreferi l-isem irreġistrat
—
4. Definizzjoni konċiża taż-żona ġeografika
Iż-żona ġeografika fejn jiġi prodott il-prodott b’din id-DOP tkopri kważi l-Latvja kollha, ħlief għar-reġjuni li ġejjin: il-kosta tal-Baħar Baltiku u l-Golf ta’ Riga sa 5 km ’l ġewwa fil-muniċipalitajiet ta’ Nīca, Liepāja u Pāvilosta, iż-żona kostali tal-muniċipalità ta’ Ventspils, iż-żona kostali tal-muniċipalità ta’ Dundaga, u l-muniċipalitajiet ta’ Roja, Engure, Jūrmala, Riga, Carnikava, Ādaži, Saulkrasti u Salacgrīva.
5. Rabta maż-żona ġeografika
Il-fatturi ewlenin li jinfluwenzaw il-kwalità tal-“Latvijas lielie pelēkie zirņi” huma l-kundizzjonijiet klimatiċi lokali, il-karatteristiċi tal-ħamrija u l-fatturi storiċi u dawk marbuta mal-bniedem.
5.1. Speċifiċità taż-żona ġeografika
It-territorju fejn tiġi kkultivata l-“Latvijas lielie pelēkie zirņi” tinsab fiż-żona ta’ klima temperata. Il-klima tal-Latvja hija influwenzata mill-prossimità tal-baħar u l-mases tal-arja deħlin mill-Oċean Atlantiku, allura l-klima tagħha hija predominantement moderata u umda, b’erba’ staġuni distinti. Is-sema spiss ikun imsaħħab (għal medja ta’ 160-180 jum fis-sena) filwaqt li x-xemx toħroġ għal medja ta’ 1 790 siegħa fis-sena. L-akbar numru ta’ ġranet xemxin, b’medja ta’ 28-30 jum, ikunu minn Mejju sa Awwissu, meta x-xemx toħroġ għal 8-10 siegħa kuljum. Il-preċipitazzjoni medja tvarja bejn 574 u 691 mm fis-sena. Il-klima predominantement moderata u umda toħloq il-kundizzjonijiet kollha meħtieġa għall-aħjar tkabbir, rimi tal-fjuri u formazzjoni tal-għalla, u għalhekk il-kwalitajiet u l-karatteristiċi ewlenin tal-legumi joħorġu l-aħjar preċiżament f’dik iż-żona ġeografika.
Il-ħamrija taż-żona ġeografika definita hija kkundizzjonata bejn moderatament u tajjeb u għandha konsistenza granulometrika, grassa u kalkaruża bl-ogħla pH tal-ħamrija madwar 7; ilkoll fatturi essenzjali għall-iprem tkabbir tal-“Latvijas lielie pelēkie zirņi”.
5.2. Speċifiċità tal-prodott
Il-“Latvijas lielie pelēkie zirņi” nexfin huma distinti mill-piżelli l-oħra għaliex għandhom żrieragħ xierfa partikolarment kbar (massa ta’ 1 000 żerriegħa tiżen 360-400 g). Għalkemm f’kull miżwed ikun hemm ftit żrieragħ, il-kwalitajiet kulinarji tajbin tagħhom, bħall-ħin relattivament qasir għat-tgħollija (madwar 10 minuti inqas minn piżelli oħra) ipattu għal dan il-fatt. Karatteristiċi tal-piżella mgħollija: konsistenza ramlija, ratba u togħma ħafifa imma speċifika li tiġi mill-qoxra.
Il-“Latvijas lielie pelēkie zirņi” jittieklu mingħajr ma titneħħa t-testa (jew il-qoxra taż-żerriegħa) tal-prodott, billi din ma tistax tiġi sseparata mill-bqija taż-żerriegħa; dan ifisser li l-prodott ma jiddiżintegrax meta jitgħalla, billi t-testa tibqa’ mwaħħla mal-bqija tal-piżella.
5.3. Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott
Il-“Latvijas lielie pelēkie zirņi” huwa prodott li ġie żviluppat biss bl-influwenza ta’ kundizzjonijiet naturali speċifiċi u minħabba l-ħila tal-produtturi lokali.
1. Il-fatturi ambjentali li jiżguraw li l-prodott ikollu karatteristiċi ta’ kwalità ogħla (iż-żrieragħ huma xierfa u għandhom konsistenza ramlija):
|
— |
il-klima: id-differenzi fl-umdità u fit-temperatura fl-istadji varji tat-tkabbir tal-pjanta huma kruċjali biex jinkisbu żrieragħ daqshekk kbar. Il-“Latvijas lielie pelēkie zirņi” għandhom staġun tat-tkabbir twil li jdum bejn 80 u 115-il jum. Il-prodott jikber u jiżviluppa pjuttost bil-mod fil-bidu tal-istaġun tat-tkabbir, iżda mbagħad jarmi l-fjuri u jsir pjuttost malajr. Għalhekk, il-kundizzjonijiet klimatiċi tal-Latvja huma adatti biex tinkiseb produzzjoni ta’ kwalità għolja (żrieragħ xierfa, ta’ konsistenza ramlija, ħin qasir tat-tgħollija). Huwa importanti ħafna fiż-żmien tar-rimi tal-fjuri, u speċjalment meta jkunu qed jiffurmaw l-imżiewed (fit-tieni nofs ta’ Ġunju u fl-ewwel nofs ta’ Lulju) li t-temp ikun umdu biżżejjed, billi dan ikollu effett deċiżiv fuq id-daqs taż-żrieragħ u fuq il-ħxuna tal-qoxra. L-umdità eċċessiva f’dan il-perjodu ma tħallix liż-żrieragħ isiru malajr filwaqt li l-kundizzjonijiet nexfin jirriżultaw f’piżelli ċkejknin b’qoxra eħxen. Fiż-żewġ każijiet, ir-riżultat ikun li l-ħin tat-tgħollija jitwal u l-karatteristiċi tat-togħma tal-kultivar jiddeterjoraw, allura l-piżelli għandhom jinżergħu kmieni – l-iktar kmieni fl-aħħar għaxart ijiem ta’ April imma mhux iktar tard mill-ewwel għaxart ijiem ta’ Mejju; |
|
— |
l-ogħla pH tal-ħamrija huwa 7. Il-“Latvijas lielie pelēkie zirņi” huma iktar eżiġenti f’dak li għandu x’jaqsam mal-ambjent tat-tkabbir minn varjetajiet oħra ta’ piżelli. Huma adatti għal ħamrija kkundizzjonata tajjeb jew moderatament ta’ konsistenza granulometrika grossa kalkaruża, iżda ħamrija kkundizzjonata ħażin, ħamrija ramlija grassa u ħamrija minerali qarsa xorta jistgħu jipproduċu kwantitajiet iżgħar. L-aħjar pH tal-ħamrija għal-“Latvijas lielie pelēkie zirņi” huwa madwar 7, li huwa iktar minn ta’ varjetajiet tal-piżelli oħrajn li huma inqas eżiġenti. |
2.
il-kultivazzjoni u l-għażla ta’ “Latvijas lielie pelēkie zirņi” fiż-żona ġeografika definita mal-ġenerazzjonijiet ipproduċew varjetà ta’ kwalità għolja li hija perfettament adatta għall-kundizzjonijiet lokali u li saret prodott gastronomiku favorit.
Hemm tradizzjoni twila tat-tkabbir tal-piżelli griżi fil-Latvja. Dan it-tip ta’ piżelli ilu jitkabbar fil-Latvja mill-bidu tas-seklu 18. Fil-bidu tas-seklu 20 ġew ippubblikati artikli dwar l-ispeċifiċitajiet tat-tkabbir tal-piżelli “griżi”. It-tnissil selettiv tal-piżelli fil-Latvja beda fl-1925 fl-Istitut tal-Istat ta’ Stende għat-Tnissil taċ-Ċereali, iżda tkompla fl-Istitut tal-Istat ta’ Priekuļi għat-Tnissil taċ-Ċereali mill-1945 ’l hawn, u dan juri li l-piżelli jistgħu jitkabbru fil-Latvja kollha. It-tnissil selettiv tal-“Latvijas lielie pelēkie zirņi” nbeda minn persuni mhux esperti permezz tal-piżelli kbar kannella “Vidzeme”. L-Istitut tal-Istat ta’ Priekuļi għat-Tnissil taċ-Ċereali uża l-materjal magħżul b’dan il-mod u tejbu bis-selezzjoni immirata, jiġifieri billi ntagħżlu ż-żerriegħa l-anqas morri biex mill-imrar tal-varjetajiet selvaġġi nkisbu t-togħma u l-apparenza tajba taż-żerriegħa mgħollija, u ħoloq il-varjetà “Retrija” tal-“Latvijas lielie pelēkie zirņi”, l-unika waħda li għandha żerriegħa daqshekk kbira.
It-tkabbir tal-għalla u l-metodi tal-ħsad żviluppati tul bosta snin huma ta’ importanza kruċjali biex tkun żgurata kemm żieda fil-produzzjoni totali kif ukoll prodott ta’ kwalità għolja. Dawn jinkludu, pereżempju, it-tħejjija tal-ħamrija, l-għażla tal-proporzjon it-tajjeb għaż-żriegħ imħallat, u l-għażla taż-żmien it-tajjeb għall-ħsad. Il-“Latvijas lielie pelēkie zirņi” jitkabbru biss fi żriegħ imħallat ma’ pjanti taċ-ċereali (ħafur, xgħir jew qamħ tar-rebbiegħa) li jservu bħala appoġġ. Il-proporzjon tal-għelejjel differenti fiż-żriegħ imħallat għandu jkun kif ġej: Il-proporzjon ta’ “Latvijas lielie pelēkie zirņi” maċ-ċereali huwa jew 1:2 jew 1:1.
Id-dris tal-prodott b’magna tad-dris jeħtieġ l-attenzjoni u l-ħila billi l-“Latvijas lielie pelēkie zirņi” misjur jinqasam min-nofs faċilment. Ladarba l-prodott ikun inħasad, jitnixxef bil-galbu fil-magni tat-tnixxif.
Il-Latvjani ilhom is-sekli jieklu l-piżelli. Il-piżelli, ix-xgħir u l-fażola ilhom parti essenzjali mid-dieta tagħhom u baqgħu importanti sakemm iddaħħlet il-patata fis-seklu 19. Illum “pelēkie zirņi” bil-bejken tissemma fil-kotba ta’ gwida għat-turisti bħala platt Latvjan tipiku, u li ta’ min wieħed iduqu.
Referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-prodott
(it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament)
https://www.pvd.gov.lv/lv/lauksaimniecibas-un-partikas-produktu-norazu-registracija
|
11.2.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 70/11 |
Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda, li ma hijiex minuri, fi Speċifikazzjoni tal-Prodott skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel
(2022/C 70/07)
Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) fi żmien tliet xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.
APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA FL-ISPEĊIFIKAZZJONI TAL-PRODOTT TA’ DENOMINAZZJONIJIET TA’ ORIĠINI PROTETTI JEW TA’ INDIKAZZJONIJIET ĠEOGRAFIĊI PROTETTI LI MA HIJIEX MINURI
Applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda f’konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012
“Arroz del Delta del Ebro”/“Arròs del Delta de l’Ebre”
Nru tal-UE: PDO-ES-0336-AM02 – 9 ta’ Settembru 2020
DOP (X) IĠP ( )
1. Grupp applikant u interess leġittimu
|
Consejo regulador de la DOP Arròs del Delta de l’Ebre [Bord Regolatorju tad-DOP “Arroz del Delta del Ebro”/“Arròs del Delta de l’Ebre”] |
|
C/Salvador Dalí, 27-29 |
|
43870 Amposta (Spanja) |
|
info@do-deltadelebre.com |
|
http://do-deltadelebre.com |
Il-Bord Regolatorju tad-DOP “Arroz del Delta del Ebro”/“Arròs del Delta de l’Ebre” jikkonsisti fil-kultivaturi u fil-proċessuri kollha tad-DOP “Arroz del Delta del Ebro”/“Arròs del Delta de l’Ebre” u għandu interess leġittimu fis-sottomissjoni ta’ din l-applikazzjoni għal emenda.
2. Stat membru jew pajjiż terz
Spanja
3. Intestatura fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott affettwata mill-emenda/i
|
☐ |
Isem il-prodott |
|
☒ |
Deskrizzjoni tal-prodott |
|
☐ |
Żona ġeografika |
|
☐ |
Prova tal-oriġini |
|
☒ |
Metodu ta’ produzzjoni |
|
☒ |
Rabta |
|
☐ |
Tikkettar |
|
☒ |
Oħrajn: korp ta’ kontroll, rekwiżiti legali |
4. Tip ta’ emenda/i
|
☒ |
Emenda għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ DOP jew IĠP irreġistrata li ma għandhiex tikkwalifika bħala minuri f’konformità mat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012. |
|
☐ |
Emenda għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ DOP jew IĠP irreġistrata li ma għandhiex tikkwalifika bħala minuri f’konformità mat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, li għaliha ma ġie ppubblikat l-ebda Dokument Uniku (jew ekwivalenti). |
5. Emenda/i
Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1) (it-taqsima B tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punt 3.2 tad-Dokument Uniku):
|
— |
Sabiex jiġu inklużi tliet varjetajiet ġodda u tiġi estiża l-protezzjoni biex tkopri wkoll ir-ross ismar, il-paragrafu li ġej mit-taqsimiet Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott (it-taqsima B) u d-Dokument Uniku (il-punt 3.2): “Ross abjad tal-varjetajiet ‘Bahía’, ‘Tebre’, ‘Gleva’, ‘Fonsa’, ‘Bomba’ u ‘Montsianell’ tal-ispeċi Oryza sativa L., f’konformità mal-istandard tal-kummerċjalizzazzjoni ‘Extra Class’.” ġie sostitwit bi: “Ross abjad u ismar tal-varjetajiet ‘Bahía’, ‘Tebre’, ‘Gleva’, ‘Fonsa’, ‘Bomba’, ‘Montsianell’, ‘JSendra’, ‘Guara’ u ‘Olesa’ tal-ispeċi Oryza sativa L., imkabbar permezz ta’ metodi agrikoli konvenzjonali jew organiċi (jew sistemi ta’ produzzjoni sostenibbli oħrajn rikonoxxuti mill-gvern). Ir-ross abjad irid ikun f’konformità mal-istandard tal-kummerċjalizzazzjoni ‘Extra Class’ u r-ross ismar (jiġifieri r-‘ross meħluf’) irid ikun f’konformità mal-uniku standard tal-kummerċjalizzazzjoni fis-seħħ għar-ross ismar.” L-inklużjoni ta’ dawn it-tliet varjetajiet ġodda ta’ ross fissret li kien meħtieġ ukoll li jiġu adattati siltiet oħrajn fit-taqsimiet Deskrizzjoni tal-prodott (it-taqsima B tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punt 3.2 tad-Dokument Uniku). It-test li ġej: “Il-varjetajiet ‘Bahía’, ‘Tebre’, ‘Fonsa’, ‘Montsianell’ u ‘Gleva’ għandhom karatteristiċi simili ħafna. Għalkemm jista’ jkun hemm varjazzjonijiet minuri fil-mod li bih dawn jitkabbru, ma hemm l-ebda differenza kbira fil-prodott finali.” ġie sostitwit bi: “Il-varjetajiet kollha koperti b’din id-DOP huma tas-subspeċi japonica. Prattikament kollha kemm huma (‘Bahía’, ‘Tebre’, ‘Fonsa’, ‘Montsianell’, ‘Gleva’, ‘JSendra’ u ‘Guara’) għandhom karatteristiċi simili ħafna. Għalkemm jista’ jkun hemm varjazzjonijiet minuri fil-mod li bih dawn jitkabbru, ma hemm l-ebda differenza kbira fil-prodott finali.” It-test li ġej: “Għalkemm il-varjetà ‘Bomba’ hija differenti mill-oħrajn kemm f’kif titkabbar kif ukoll fir-rossa nnifisha, din ġiet inkluża fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għall-kwalità tagħha u minħabba li din hija tradizzjonali għaż-żona Ebro Delta.” ġie sostitwit bi: “Għalkemm il-varjetà ‘Bomba’ hija differenti mill-oħrajn kemm f’kif titkabbar kif ukoll fir-rossa nnifisha, din ġiet inkluża fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għall-kwalità tagħha u minħabba li din hija tradizzjonali għaż-żona Ebro Delta. Il-ħbub nejjin tal-varjetà ‘Olesa’ jidhru differenti ħafna minn dawk tal-varjetajiet l-oħrajn koperti bid-DOP, iżda din il-varjetà, li oriġinat ukoll fiż-żona ġeografika ddefinita, tipproduċi riżultati simili fil-kċina għall-varjetà ‘Bomba’.” It-test li ġej: “Dawn il-varjetajiet għandhom konċentrazzjoni għolja ta’ lamtu fiċ-ċentru tal-ħabb, li tagħtihom ċentru abjad ġibsi deskritt bl-Ispanjol bħala ‘perlado’ jew ‘lewn il-perla’. Dan huwa dak li jippermetti lir-ross jassorbi t-togħmiet u l-kuluri tal-ingredjenti l-oħrajn użati f’riċetta waqt is-sajran.” ġie sostitwit bi: “Dawn il-varjetajiet għandhom biżżejjed kontenut ta’ amilożju li jippermetti lir-ross jassorbi sew it-togħmiet u l-kuluri tal-ingredjenti l-oħrajn f’riċetta waqt is-sajran.” It-test li ġej: “Dawn il-varjetajiet kollha huma magħrufin għas-sajran bilanċjat tagħhom u għall-ħbub uniformi tagħhom. Dawn huma ideali għall-platti tar-ross lokali tar-reġjun minħabba li, għall-kuntrarju ta’ tipi oħrajn bħar-ross tal-ħabba twila, dawn jassorbu ħafna togħma.” ġie sostitwit bi: “Kollha kemm huma, huma magħrufin għas-sajran bilanċjat tagħhom u għall-ħbub uniformi tagħhom ladarba jissajru. Dawn huma ideali għall-platti tar-ross lokali tar-reġjun minħabba li, għall-kuntrarju ta’ tipi oħrajn bħall-maġġoranza tal-varjetajiet tal-ħabba twila, dawn jassorbu ħafna togħma. Għalkemm l-‘Olesa’ hija varjetà tal-ħabba twila, din tagħti riżultati simili fil-kċina għall-varjetajiet l-oħrajn koperti bid-DOP.” Minħabba l-inklużjoni tar-ross ismar, li, kif inhuwa spjegat taħt Deskrizzjoni tal-prodott (it-taqsima B1 – Definizzjoni tal-prodott – tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punt 3.2 tad-Dokument Uniku), huwa kopert bi standard tal-kummerċjalizzazzjoni differenti, kien meħtieġ li jiġi adattat ukoll il-paragrafu li ġej mit-taqsimiet Deskrizzjoni tal-prodott (it-taqsima B tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punt 3.2 tad-Dokument Uniku): “Meta jintbagħtu għall-kummerċjalizzazzjoni, il-varjetajiet kollha protetti bid-DOP ‘Arroz del Delta del Ebro’ jridu jkunu konformi mal-istandard tal-kummerċjalizzazzjoni ‘Extra Class’, u l-ħbub iridu jkunu tajba u ħielsa minn kwalunkwe fungu, taħsir, insett, parassita, jew riħa u/jew togħma estranja.” Dan ġie sostitwit bi: “Meta jintbagħtu għall-kummerċjalizzazzjoni, il-varjetajiet kollha protetti bid-DOP ‘Arroz del Delta del Ebro’ jridu jkunu konformi mal-istandard tal-kummerċjalizzazzjoni rilevanti, u l-ħbub iridu jkunu tajba u ħielsa minn kwalunkwe fungu, taħsir, insett, parassita, jew riħa u/jew togħma estranja.” Raġunijiet għall-inklużjoni tar-ross ismar: Ir-ross ismar (imsejjaħ ukoll ross “cargo” jew “meħluf”) huwa dak li minnu jsir ir-ross abjad – s’issa l-uniku tip protett bid-DOP. Ir-ross ismar jikkonsisti fil-ħbub tar-ross maturi li minnhom ikunu tneħħew il-ħlifiet jew il-qxur, u li jkun fadlilhom is-saff tan-nuħħala, li jagħti lir-ross il-kulur tiegħu. Id-deċiżjoni li r-ross ismar jiżdied mat-tipi koperti bid-DOP “Arroz del Delta del Ebro” ttieħdet biex nadattaw għad-drawwiet dejjem jinbidlu tal-konsumatur, b’dan it-tip ta’ prodott li qed ikollu domanda dejjem tiżdied. Raġunijiet għall-inklużjoni ta’ varjetajiet ġodda: Flimkien mal-varjetajiet diġà koperti (“Bahía”, “Tebre”, “Fonsa”, “Bomba”, “Montsianell” u “Gleva”), it-tliet żidiet (“JSendra”, “Guara” u “Olesa”) huma t-tliet varjetajiet tar-ross li huma l-aktar kapaċi jadattaw għall-artijiet mistgħadra tal-Ebro Delta. Ir-ross misjur ta’ dawn il-varjetajiet il-ġodda għandu l-istess karatteristiċi bħal dawk tal-varjetajiet diġà koperti bid-DOP, u kollha kemm huma – antiki u ġodda – jappartjenu għas-subspeċi japonica. “JSendra” hija varjetà li hija adattata sew għall-ambjent u għall-kundizzjonijiet prevalenti tat-temp, partikolarment ir-riħ, minħabba l-għoli tal-pjanti. Din hija reżistenti ħafna għat-twaqqigħ tal-ħbub, it-tagħtin u l-Piricularia oryzae. Bħala waħda mill-aktar varjetajiet li jinżergħu tard (fl-ewwel nofs ta’ Mejju), din hija fost l-aktar adattabbli għat-tibdil fil-klima. Il-karatteristiċi tagħha huma simili ħafna għal dawk tal-varjetajiet attwalment koperti bid-DOP. Il-varjetà “Guara” hija wkoll adattata għall-ambjent u l-kundizzjonijiet prevalenti tat-temp. Din hija waħda mill-varjetajiet li jadattaw l-aħjar għall-ħamrija ramlija. Il-karatteristiċi tagħha huma simili ħafna għal dawk tal-varjetajiet attwalment koperti bid-DOP. Il-varjetà “Olesa” oriġinat fl-Ebro Delta u hija adattata tajjeb għall-ambjent lokali. Bħala varjetà ta’ terminu qasir, din tista’ tiġi kkultivata b’mod sostenibbli, billi jintużaw inqas riżorsi naturali u bi prattiki agrikoli ekoloġiċi. Din hija reżistenti ferm għall-infezzjoni fungali u t-tagħtin, u għalhekk tadatta tajjeb għall-klima lokali. Il-proprjetajiet gastronomiċi huma simili ħafna għal dawk tal-varjetajiet diġà koperti bid-DOP. Kemm jadattaw b’mod differenti l-varjetajiet tar-ross għat-tipi differenti ta’ ħamrija huwa s-suġġett ta’ riċerka mwettqa kemm fis-settur privat kif ukoll f’dak pubbliku, permezz tal-“Istazzjon Sperimentali ta’ Ebro” tal-Istitut għar-Riċerka u t-Teknoloġija Agro-Alimentari. L-industrija hija wkoll konxja bis-sħiħ ta’ u sensittiva għall-valur ekoloġiku għoli taż-żona: l-ilħuq ta’ bilanċ bejn il-ġid tal-patrimonju naturali taż-żona u l-valur soċjoekonomiku tagħha dejjem kien prijorità kruċjali. L-għalla tar-ross fl-Ebro Delta hija eżempju ta’ kif għalla stabbilita tard fis-seklu 19 tista’ tkun ta’ kontribut kbir għall-valur għoli ta’ żona bħala sit tan-natura. Għalhekk ikomplu x-xogħol u r-riċerka, bl-għan li jidentifikaw varjetajiet tal-għelejjel aktar sostenibbli li jkollhom l-istess karatteristiċi li jiddistingwu l-varjetajiet eżistenti u li jistgħu jadattaw għall-kundizzjonijiet partikolari tal-Ebro Delta. Il-varjetajiet proposti għall-inklużjoni huma magħrufa li:
Il-varjetajiet il-ġodda żdiedu fit-tabelli li jelenkaw il-karatteristiċi tar-ross fit-taqsimiet Deskrizzjoni tal-prodott (it-taqsima B tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punt 3.2 tad-Dokument Uniku). |
|
— |
Din it-tabella:
għalhekk ġiet sostitwita b’din:
Spjegazzjoni: Il-varjetajiet il-ġodda żdiedu fit-tabella, u d-deskritturi ta’ kemm huma sferiċi l-ħbub tar-ross (“sferika” eċċ.) tneħħew minħabba li dawn ma humiex f’konformità mal-leġiżlazzjoni u minħabba li din l-informazzjoni diġà hija impliċita fil-proporzjon tul-wisa’. It-tabella li ġejja dwar il-prodott finali (Deskrizzjoni tal-prodott – it-taqsima B tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punt 3.2 tad-Dokument Uniku) ġiet immodifikata wkoll:
Din hija t-tabella l-ġdida:
Spjegazzjoni: Il-varjetajiet il-ġodda żdiedu kif spjegat hawn fuq u l-parametru “Tip” li jirreferi għall-kwalità tal-perlado (li għandu ċentru abjad ġibsi) tneħħa mit-tabella u din issa minflok tagħti l-kontenut ta’ amilożju bħala perċentwal tal-lamtu totali (“ % ta’ amilożju”). L-amilożju huwa wieħed mill-forom ta’ lamtu li jinsab fir-ross. Din il-bidla saret minħabba li, filwaqt li l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott (u d-Dokument Uniku) qabel kienet tqabbel il-preżenza ta’ dan iċ-ċentru abjad ġibsi ma’ ċertu kontenut ta’ lamtu u proprjetajiet gastronomiċi, aħna issa nafu li dan ma huwiex eżattament il-każ. Din il-kwalità tal-perlado hija karatteristika żviluppata mill-ħbub tar-ross meta dawn jiffurmaw, iżda huwa l-perċentwal tal-amilożju li jsawwar il-kwalitajiet sensorji tar-ross misjur, minħabba li dan jiddetermina s-sawra, it-tarizza u kemm ikun iwaħħal ir-ross u kemm dan se jespandi fil-volum meta jissajjar. Fi kliem ieħor, il-karatteristika ewlenija ta’ varjetà f’termini tar-riżultati li din tagħti fil-kċina hija l-kontenut ta’ amilożju tagħha, u mhux il-kwalità tal-perlado kif wieħed kien jassumi fil-passat. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
— |
Minbarra l-bidliet ta’ hawn fuq kemm fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott kif ukoll fid-Dokument Uniku, l-introduzzjoni tat-tliet varjetajiet il-ġodda wasslet għal bidla ulterjuri li taffettwa l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott biss: din issa tinkludi deskrizzjoni fil-qosor u xi informazzjoni ewlenija (proprjetajiet bażiċi u rendimenti medji tat-tħin) għal kull waħda minn dawn il-varjetajiet il-ġodda – li jaqblu mad-dettalji diġà mogħtija għall-varjetajiet eżistenti – fis-subtaqsima B.2 (Deskrizzjoni tal-varjetajiet) tat-taqsima Deskrizzjoni tal-prodott. Id-deskrizzjoni ta’ kull varjetà tinkludi l-għoli tal-pjanta, il-perjodu tat-tkabbir, id-daqs u l-piż tal-ħabb, id-data rakkomandata taż-żrigħ u fatti notevoli dwar il-varjetà minn perspettiva agronomika. It-tabelli tal-proprjetajiet bażiċi u r-rendimenti tat-tħin – it-tnejn li huma fit-taqsima B2 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott – issa jinkludu wkoll it-tliet varjetajiet il-ġodda. |
|
— |
Il-perjodi taż-żrigħ għall-varjetajiet “Fonsa”, “Montsianell” u “Bomba” saru aktar flessibbli (it-taqsima B2 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott):
Spjegazzjoni: Filwaqt li d-dati mogħtija fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott huma dawk rakkomandati, l-esperjenza matul is-snin uriet li d-dati taż-żrigħ jistgħu jvarjaw skont meta l-ilma jiġi rilaxxat mill-kanali tat-tisqija fl-għelieqi, jew skont il-kundizzjonijiet tat-temp matul ix-xitwa, li jistgħu jipprevjenu lill-kultivaturi milli jagħmlu x-xogħol meħtieġ fl-għelieqi. Għalhekk, ġie deċiż li l-perjodi taż-żrigħ isiru aktar flessibbli u li ma jkunx hemm dawn id-dati stretti fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott. |
Metodu ta’ produzzjoni
|
— |
Ir-referenzi għar-ross ismar żdiedu fit-taqsima E.b) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott (Metodu ta’ produzzjoni), li jfisser li s-silta li ġejja: “Ir-ross protett huwa ross abjad f’konformità mal-istandard tal-kummerċjalizzazzjoni ‘Extra Class’. Ir-ross abjad huwa ross li minnu s-saff tan-nuħħala kollu jew ftit minnu (il-qoxra taż-żerriegħa u l-perikarpu) ikun tneħħa permezz tat-tħin, li jħallilu kulur abjad (jew bajdani) uniformi. Biex jiġu kkumerċjalizzati bħala ‘Extra Class’, il-ħbub sħaħ u mingħajr difetti jridu jammontaw għal mill-inqas 92,70 % tar-ross u r-ross imfarrak ma jistax jaqbeż l-4 %.” ġiet emendata biex taqra: “Ir-ross protett huwa ross abjad f’konformità mal-istandard tal-kummerċjalizzazzjoni ‘Extra Class’ u r-ross ismar. Ir-ross abjad huwa ross li minnu s-saff tan-nuħħala kollu jew ftit minnu (il-qoxra taż-żerriegħa u l-perikarpu) ikun tneħħa permezz tat-tħin, li jħallilu kulur abjad (jew bajdani) uniformi. Ir-ross ismar huwa ross meħluf, jiġifieri ħbub tar-ross maturi li minnhom ikunu tneħħew il-ħlifiet jew il-qxur, u li jkun fadlilhom is-saff tan-nuħħala, li jagħti lir-ross il-kulur tiegħu. Dan irid jiġi ppakkjat għall-kummerċjalizzazzjoni f’konformità mal-uniku standard tal-kummerċjalizzazzjoni fis-seħħ għar-ross ismar. Il-ħbub sħaħ u mingħajr difetti jridu jammontaw għal mill-inqas 92,70 % tar-ross u r-ross imfarrak ma jistax jaqbeż l-4 %.” Spjegazzjoni: Iż-żieda tar-ross ismar (għar-raġunijiet mogħtija fit-taqsima preċedenti) tfisser li l-informazzjoni dwar dan it-tip ta’ ross għandha tiżdied fit-taqsimiet differenti tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott. Dan jinkludi t-tabella tat-tolleranzi fil-kwalità u d-deskrizzjoni ta’ dan it-tip ta’ ross f’din it-taqsima. |
|
— |
Fit-taqsima E.b) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott (Metodu ta’ produzzjoni), it-tabella tat-tolleranzi fil-kwalità ġiet sostitwita b’referenza għall-konformità mal-leġiżlazzjoni. Dan li ġej: “Trid tingħata attenzjoni waqt l-ipproċessar biex jiġi żgurat li l-ebda fdal tas-saff tan-nuħħala ma jitħalla fuq il-ħbub tar-ross. Il-ħbub tar-ross iridu jkunu fi ħdan il-limiti li ġejjin:
Għalhekk ġie sostitwit bi: “Trid tingħata attenzjoni waqt l-ipproċessar biex jiġi żgurat li l-ebda fdal tas-saff tan-nuħħala ma jitħalla fuq il-ħbub tar-ross abjad. It-tolleranzi fil-kwalità stabbiliti fil-leġiżlazzjoni applikabbli jridu jiġu rrispettati.” Spjegazzjoni: It-tolleranzi fil-kwalità mogħtija fit-tabella kienu eżattament l-istess bħal dawk stabbiliti fil-leġiżlazzjoni għar-ross abjad. Din it-tabella kien ikollha tiġi estiża biex tinkludi t-tipi ġodda ta’ ross, bħar-ross ismar, koperti bid-DOP, iżda minħabba li l-valuri huma eżattament l-istess bħal dawk mogħtija fil-leġiżlazzjoni, ġie deċiż li jkun aħjar li tiġi ssimplifikata l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, filwaqt li t-tabella tiġi sostitwita b’referenza għall-konformità mal-leġiżlazzjoni. Għalhekk, din hija bidla editorjali mingħajr l-ebda effett fuq il-kwalità tal-prodott jew l-istandards tal-kwalità li dan għandu jissodisfa. |
|
— |
Taħt l-intestatura Ħżin u preservazzjoni tat-taqsima E.b) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott (Metodu ta’ produzzjoni) saret korrezzjoni fir-referenza li ġejja għat-temperatura tal-arja użata waqt il-ħżin u l-preservazzjoni: “Sabiex ir-ross jinżamm fl-aħjar kundizzjonijiet matul il-ħin tiegħu fis-sajlos jistenna li jiġi pproċessat, l-arja – preferibbilment arja kiesħa ta’ 5 °C jew f’temperatura ambjentali – tiġi ppompjata ġewwa f’intervalli.” Inbidlet għal: “Sabiex ir-ross jinżamm fl-aħjar kundizzjonijiet matul il-ħin tiegħu fis-sajlos jistenna li jiġi pproċessat, l-arja – preferibbilment arja kiesħa ta’ 10-15 °C jew f’temperatura ambjentali – tiġi ppompjata ġewwa f’intervalli.” Spjegazzjoni: Dan kien żball: 5 °C hija temperatura baxxa wisq u prattikament twassal biex ir-ross jiffriża. Għalhekk, dan il-valur ġie korrett minn 5 °C għal 10-15 °C. |
|
— |
Taħt l-intestatura Ippakkjar u tikkettar tat-taqsima E.b) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott (Metodu ta’ produzzjoni), is-sentenza li ġejja: “Ir-ross kollu f’kull pakkett irid ikun ross ‘Extra Class’ ta’ varjetà waħda.” inbidlet għal: “Ir-ross kollu f’kull pakkett irid ikun ta’ varjetà waħda.” Spjegazzjoni: Ir-referenza għall-istandard tal-kummerċjalizzazzjoni “Extra Class” tneħħiet minn dan il-punt minħabba li, kif ġie spjegat hawn fuq, hemm klassi differenti għar-ross ismar. Rabta maż-żona ġeografika (it-taqsima F tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punt 5 tad-Dokument Uniku): Il-bidliet li ġejjin huma reviżjonijiet editorjali mhux kritiċi li kienu meħtieġa li jsiru fit-taqsima Rabta maż-żona ġeografika tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott (it-taqsima F) u d-Dokument Uniku (il-punt 5), biex bażikament jiġu riflessi l-bidliet fid-deskrizzjoni tal-prodott fiż-żewġ dokumenti. |
|
— |
Fil-punt 5.2 tad-Dokument Uniku (Speċifiċità tal-prodott), is-silta li ġejja: “Il-varjetajiet kollha huma magħrufa għas-sajran bilanċjat tagħhom, għall-ħbub uniformi tagħhom u għall-kapaċita ta’ assorbiment tajba tagħhom bis-saħħa tal-kontenut ta’ lamtu għoli li jinsab fiċ-ċentru abjad ġibsi tal-ħabb, kwalità magħrufa bħala ‘perlado’. Ir-ross huwa apprezzat għal kemm jissajjar tajjeb, filwaqt li jagħti ħbub ħfief u separati (kapaċità ta’ aderenza bejn il-ħbub ta’ 7,3), u għall-ammont ta’ ilma li dan jassorbi (1,93 grammi ilma għal kull gramma ross), u dan jiżgura li r-ross jieħu ħafna togħma mid-diversi platti li fihom jintuża.” inbidlet għal: “Il-varjetajiet kollha koperti bid-DOP ‘Arroz del Delta del Ebro’ huma kkaratterizzati minn sajran bilanċjat, ħbub uniformi ladarba jissajru, u kapaċità ta’ assorbiment tajba bis-saħħa tal-kontenut ta’ amilożju għoli tagħhom bħala perċentwal tal-lamtu totali. Ir-ross huwa apprezzat għal kemm jissajjar tajjeb, filwaqt li jagħti ħbub ħfief u separati, u għall-kapaċita tajba tiegħu li jassorbi l-ilma, li tiżgura li dan ikollu ħafna togħma mill-użu tiegħu fid-diversi platti taż-żona tal-Ebro Delta.” L-istess bidla saret fit-taqsima F tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott (Rabta mal-ambjent). Spjegazzjoni: Kif ġie spjegat fir-rigward tal-emenda fid-Deskrizzjoni tal-prodott, fil-passat kien isir tqabbil bejn il-kwalità tal-perlado – il-ħbub tar-ross ikollhom ċentru abjad ġibsi – u l-kontenut ta’ lamtu u l-proprjetajiet gastronomiċi tar-ross. Madankollu, issa huwa magħruf li l-karatteristika ewlenija ta’ varjetà f’termini tar-riżultati li din tagħti fil-kċina hija l-kontenut ta’ amilożju tagħha, u mhux il-kwalità tal-perlado kif wieħed kien jassumi fil-passat. Għalhekk, it-test dwar ir-rabta inbidel ukoll. Ir-referenzi għall-“kapaċità ta’ aderenza bejn il-ħbub” u “għall-ammont ta’ ilma li dan jassorbi” tneħħew mit-taqsima Rabta minħabba li dawn huma meqjusa bħala żejda. Din hija sempliċiment reviżjoni editorjali minħabba li l-informazzjoni dwar dawn il-kwalitajiet għall-varjetà ta’ referenza (“Bahía”) għadha tista’ tinstab taħt Deskrizzjoni tal-prodott (it-taqsima B tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punt 3.2 tad-Dokument Uniku), u ma nbidlet fl-ebda dokument. |
|
— |
Ir-referenza għall-kulur tar-ross tneħħiet minn din is-sentenza fil-punt 5.3 tad-Dokument Uniku (Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott...): “Ir-ross minn din iż-żona jagħti prova ta’ reputazzjoni fost il-konsumaturi għall-kulur abjad lewn il-perli tiegħu u għat-togħma u s-sawra mogħtija mill-proprjetajiet tal-varjetajiet użati u miż-żona li fiha jitkabbar.” Il-verżjoni ġdida proposta hija: “Ir-ross minn din iż-żona jagħti prova ta’ reputazzjoni fost il-konsumaturi għat-togħma u s-sawra mogħtija mill-proprjetajiet tal-varjetajiet użati u miż-żona li fiha jitkabbar.” L-istess bidla saret fit-taqsima F tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott (Rabta mal-ambjent). Spjegazzjoni: Filwaqt li r-ross huwa storikament magħruf għall-kulur abjad tiegħu, id-dikjarazzjoni ta’ dan f’din it-taqsima tistà tkun qarrieqa issa li r-ross ismar żdied fid-DOP sabiex – kif ġie spjegat hawn fuq – nadattaw għad-drawwiet dejjem jinbidlu tal-konsumaturi. Għalhekk, din ir-referenza trid titneħħa. |
Oħrajn
|
— |
Korp ta’ kontroll (it-taqsima G tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott): id-dettalji tal-korp ta’ ċertifikazzjoni ġew aġġornati. |
|
— |
Rekwiżiti skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali (it-taqsima I tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott): din it-taqsima tneħħiet minħabba li ma hijiex meħtieġa skont ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012. |
DOKUMENT UNIKU
“Arroz del Delta del Ebro”/“Arròs del Delta de l’Ebre”
Nru tal-UE: PDO-ES-0336-AM02 – 9 ta’ Settembru 2020
DOP (X)IĠP ( )
1. Isem(Ismijiet) [tad-DPO jew tal-IĠP]
“Arroz del Delta del Ebro”/“Arròs del Delta de l’Ebre”
2. Stat Membru jew Pajjiż Terz
Spanja
3. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel
3.1. Tip ta’ prodott
Klassi 1.6. Frott, ħaxix u ċereali, friski jew ipproċessati
3.2. Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)
Ross abjad u ismar tal-varjetajiet “Bahía”, “Tebre”, “Gleva”, “Fonsa”, “Bomba”, “Montsianell”, “JSendra”, “Guara” u “Olesa” tal-ispeċi Oryza sativa L., imkabbar permezz ta’ metodi agrikoli konvenzjonali jew organiċi (jew sistemi ta’ produzzjoni sostenibbli oħrajn rikonoxxuti mill-gvern). Ir-ross abjad irid ikun f’konformità mal-istandard tal-kummerċjalizzazzjoni “Extra Class” u r-ross ismar (jiġifieri r-“ross meħluf”) irid ikun f’konformità mal-uniku standard tal-kummerċjalizzazzjoni fis-seħħ għar-ross ismar.
Il-karatteristiċi speċifiċi tal-ħbub tal-varjetà ta’ referenza (“Bahía”) huma kif ġej:
|
Karatteristiċi ta’ ħbub proċessati u nejjin |
Tul: 5,53 mm Wisa’: 2,99 mm Ħxuna: 2,14 mm Amilożju (bħala % ta’ estratt niexef): 19,41 % |
|
Prestazzjoni tat-tħin: kemm jiflaħ ir-ross għall-ipproċessar |
Rendiment totali: 69,90 % % ta’ ross imfarrak: 11,63 % |
|
Karatteristiċi relatati mat-tisjir |
Ħin tat-tisjir: 16-il minuta Assorbiment tal-ilma*: 1,93 Żieda fit-tul tal-ħabb: 8,45 % *(g. ilma/g. ross) |
|
Karatteristiċi sensorji tar-ross misjur (permezz tal-iskala ta’ Batcher u analiżi sensorja permezz tad-dewqan*): (*) Permezz ta’ skala ta’: 9 = tajjeb ħafna; 7 = tajjeb; 5 = normali; 3 = taħt l-istandard |
Grad ta’ aderenza bejn il-ħbub misjura: 7,83 Aċċettata: 5,75 Dehra: 5,5 |
Il-varjetajiet kollha koperti b’din id-DOP huma tas-subspeċi japonica. Prattikament kollha kemm huma (“Bahía”, “Tebre”, “Fonsa”, “Montsianell”, “Gleva”, “JSendra” u “Guara”) għandhom karatteristiċi simili ħafna. Għalkemm jista’ jkun hemm varjazzjonijiet minuri fil-mod li bih dawn jitkabbru, ma hemm l-ebda differenza kbira fil-prodott finali.
Għalkemm il-varjetà “Bomba” hija differenti mill-oħrajn kemm f’kif titkabbar kif ukoll fir-rossa nnifisha, din ġiet inkluża fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għall-kwalità tagħha u minħabba li din hija tradizzjonali għaż-żona Ebro Delta. Il-ħbub nejjin tal-varjetà “Olesa” jidhru differenti ħafna minn dawk tal-varjetajiet l-oħrajn koperti bid-DOP, iżda din il-varjetà, li oriġinat ukoll fiż-żona ġeografika ddefinita, tipproduċi riżultati simili fil-kċina għall-varjetà “Bomba”.
Abbażi tad-dimensjonijiet tal-ħbub tar-ross tal-ħliefa, il-varjetajiet huma kklassifikati kif ġej:
|
Varjetà |
Tul |
Proporzjon tul-wisa’ |
|
“Bahía” |
8,2 mm (medja) |
2,20 |
|
“Tebre” |
8,1 mm (medja) |
2,00 |
|
“Fonsa” |
7,9 mm (medja) |
2,00 |
|
“Bomba” |
7,4 mm (qasira) |
1,85 |
|
“Montsianell” |
8,3 mm (medja) |
2,16 |
|
“Gleva” |
7,9 mm (medja) |
2,04 |
|
“JSendra” |
8,2 mm (medja) |
2,16 |
|
“Guara” |
8,0 mm (medja) |
2,11 |
|
“Olesa” |
9,1 mm (twila) |
3,1 |
|
Valuri ta’ referenza medji għal kull varjetà. |
||
Il-ħbub proċessati (ross abjad) huma kklassifikati kif ġej:
|
Varjetà |
Kategorija |
% ta’ amilożju |
|
“Bahía” |
Ħabba mezzana |
19,1 |
|
“Tebre” |
Ħabba mezzana |
20,0 |
|
“Fonsa” |
Ħabba mezzana |
20,3 |
|
“Bomba” |
Ħabba mezzana |
24,9 |
|
“Montsianell” |
Ħabba mezzana |
18,1 |
|
“Gleva” |
Ħabba mezzana |
17,7 |
|
“JSendra” |
Ħabba mezzana |
17,5 |
|
“Guara” |
Ħabba mezzana |
17,5 |
|
“Olesa” |
Ħabba twila |
24,0 |
|
Valuri ta’ referenza medji għal kull varjetà. |
||
Dawn il-varjetajiet għandhom biżżejjed kontenut ta’ amilożju li jippermetti lir-ross jassorbi sew it-togħmiet u l-kuluri tal-ingredjenti l-oħrajn f’riċetta waqt is-sajran.
Kollha kemm huma, huma magħrufin għas-sajran bilanċjat tagħhom u għall-ħbub uniformi tagħhom ladarba jissajru. Dawn huma ideali għall-platti tar-ross lokali tar-reġjun minħabba li, għall-kuntrarju ta’ tipi oħrajn bħall-maġġoranza tal-varjetajiet tal-ħabba twila, dawn jassorbu ħafna togħma. Għalkemm l-“Olesa” hija varjetà tal-ħabba twila, din tagħti riżultati simili fil-kċina għall-varjetajiet l-oħrajn koperti bid-DOP.
Meta jintbagħtu għall-kummerċjalizzazzjoni, il-varjetajiet kollha protetti bid-DOP “Arroz del Delta del Ebro” jridu jkunu konformi mal-istandard tal-kummerċjalizzazzjoni rilevanti, u l-ħbub iridu jkunu tajbin u ħielsa minn kwalunkwe fungu, taħsir, insett, parassita, jew riħa u/jew togħma estranja.
Il-kontenut ta’ ndewwa ma jistax jaqbeż il-15 % u ma jrid jitħalla l-ebda fdal tas-saff tan-nuħħala fuq il-ħabb (fil-każ tar-ross abjad).
3.3. Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)
—
3.4. Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita
Il-proċess sħiħ, mit-tkabbir sat-tħin u l-illostrar tar-ross, isir fiż-żona ġeografika deskritta fil-punt 4.
3.5. Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.
Ir-ross jiġi ppakkjat f’kaxex jew f’pakketti ta’ 5, 2, 1, 0,5 jew 0,25 kg li mbagħad jitqiegħdu f’kontenitur ieħor biex jiġi żgurat li l-kaxxa jew il-pakkett ta’ ġewwa jibqgħu intatti. Jistgħu jintużaw biss materjali tajbin għal mal-ikel li jkunu permessi bil-liġi għall-ippakkjar.
3.6. Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar
L-ippakkjar irid ikollu l-kliem “Arroz del Delta del Ebro”/“Arròs del Delta de l’Ebre”, kif ukoll id-DOP u l-logos tal-UE u l-informazzjoni ġenerali kollha meħtieġa mil-leġiżlazzjoni applikabbli.
Il-logo tad-DOP, bil-kulur, huwa kif ġej:
4. Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika
Iż-żona li fiha titkabbar u tiġi pproċessata d-DOP “Arroz del Delta del Ebro” hija l-Ebro Delta, fi ħdan id-distretti ta’ Baix Ebre u El Montsià fil-Provinċja ta’ Tarragona.
Iż-żona tal-produzzjoni tiġbor fiha t-territorju kollu tal-muniċipalitajiet ta’ Deltebre u Sant Jaume d’Enveja, u l-partijiet ta’ L’Aldea, Amposta, L’Ampolla, Camarles u Sant Carles de la Ràpita li jaqgħu fi ħdan iż-żona tal-Ebro Delta.
Iż-żona tat-tħin u tal-illostrar tiġbor fiha l-istess muniċipalitajiet bħaż-żona tal-produzzjoni.
5. Rabta maż-żona ġeografika
5.1. Speċifiċità taż-żona ġeografika
It-tkabbir tar-ross huwa tradizzjonali fiż-żona tal-Ebro Delta, b’rabtiet mill-qrib mal-formazzjoni u mal-iżvilupp fiżiku u ġeoloġiku tad-Delta.
Hemm ħafna referenzi bil-miktub li jagħtu prova tar-rabta bejn din it-tradizzjoni tat-tkabbir tar-ross u ż-żona tal-Ebro Delta. Eżempju notevoli huwa l-Geografía de Catalunya [Il-Ġeografija ta’ Catalonia] ta’ Lluís Solé i Sabaris (1958), li kiteb li “hemm evidena ta’ tentattivi ta’ tkabbir tar-ross fl-Ebro Delta fis-seklu ħmistax; madankollu, kien fis-seklu dsatax li t-tkabbir tar-ross tassew żviluppa bħala attività”. Fl-istess xogħol huwa jiddikjara wkoll li “fid-Delta, li kienet tintuża għar-ragħa ta’ bhejjem transumanzi, il-Canal de la Derecha [kanal tan-naħa tal-lemin], mibni f’Xerta fit-tieni nofs tas-seklu dsatax, ippermetta lill-art tgħargħar bl-ilma ħelu u l-istabbiliment ta’ għalla tar-ross. Minn dakinhar, it-tkabbir tar-ross kiber kontinwament, bil-benefiċċju li ħamrija tiġi desalinata u fl-istess ħin tagħti prodott tajjeb”.
L-attività kompliet mingħajr interruzzjonijiet sal-lum u r-ross issa huwa l-għalla ewlenija mkabbra fiż-żona.
Fatturi naturali
It-tkabbir tar-ross żviluppa fl-Ebro Delta kemm minħabba l-ħamrija u l-klima lokali kif ukoll minħabba s-salinità tal-art u l-livell tal-wiċċ tas-sukkursu.
Il-ħamrija xaħxija tal-Ebro Delta hija fertili ħafna u ideali għat-tkabbir tar-ross. L-għamla tal-ħamrija hija influwenzata ferm mit-tisqija u mill-prattika magħrufa bħala colmateo jew “mili bil-ħama” (taħlita ta’ movimenti tal-ilma u tal-ħamrija biex jiġi żgurat li l-ħmiemel ikunu f’kundizzjoni tajba qabel iż-żrigħ).
Ir-rendiment tal-għalla huwa fost l-ogħla fid-dinja, u dan jirrifletti l-pożizzjoni taż-żona fuq l-40 parallel tat-Tramuntana u l-iżoterm ta’ 19 °C.
Fattur ewlieni ieħor huwa s-salinità tal-ħamrija bħala riżultat tal-ilma baħar għaddej fid-Delta u tal-klima “Mediterranja kostali”. Ix-xtiewi huma moderati u ftit li xejn tagħmel xita, b’irjieħ min-N-NW (Mistral u Levant), filwaqt li s-sjuf huma sħan, b’nixfiet qawwija u b’arja niedja mis-S-SE (Ostro u Leveche). Kull sena jkun hemm mill-inqas żiffa ħafifa kważi kuljum.
Il-profil idroloġiku taż-żona huwa ffurmat mill-aħħar sezzjoni – madwar 30 km – tax-Xmara Ebro u miż-żewġ kanali (lemin u xellug) li jgħaddu mid-diga ta’ Xerta-Tivenys, bejn wieħed u ieħor b’mod parallel max-xmara, qabel joħorġu ’l barra f’network kbir ta’ kanali u drejns tat-tisqija meta jilħqu d-Delta. Bla dubju, il-fatt li l-ilma kollu użat għat-tisqija tal-għalla jiġi minn sors wieħed għandu rwol deċiżiv fl-uniformità tal-prodott imkabbar hemmhekk, u anke fl-għoti tal-karatteristiċi tiegħu li jiddistingwuh mir-ross imkabbar fi bnadi oħrajn.
5.2. Speċifiċità tal-prodott
Il-varjetajiet kollha koperti bid-DOP “Arroz del Delta del Ebro” huma kkaratterizzati minn sajran bilanċjat, ħbub uniformi ladarba jissajru, u kapaċità ta’ assorbiment tajba bis-saħħa tal-kontenut ta’ amilożju għoli tagħhom bħala perċentwal tal-lamtu totali.
Ir-ross huwa apprezzat għal kemm jissajjar tajjeb, filwaqt li jagħti ħbub ħfief u separati, u għall-kapaċita tajba tiegħu li jassorbi l-ilma, li tiżgura li r-ross ikollu ħafna togħma mill-użu tiegħu fid-diversi platti taż-żona tal-Ebro Delta.
5.3. Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għal DOP) jew il-kwalità, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħra speċifiċi tal-prodott (għal IĠP)
Il-prodott għandu karatteristiċi uniformi f’termini ta’ kwalità minħabba li l-varjetajiet kollha jipproduċu prodott finali simili, għajr għall-varjetajiet “Bomba” u “Olesa”, li minkejja dan ġew inklużi fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, l-ewwel waħda minħabba li din hija tradizzjonali għaż-żona u l-aħħar waħda minħabba li din oriġinat hemmhekk. Il-varjetà ma hijiex, madankollu, l-uniku fattur li jiddistingwi l-prodott mill-kompetituri tiegħu: iż-żona ġeografika, l-ambjent, il-klima, l-ilma u l-proċess tal-maturazzjoni kollha għandhom rwol importanti, u t-taħlita ta’ dawn il-fatturi kollha hija kostanti ħafna madwar iż-żona tal-produzzjoni.
L-inħawi naturali taż-żona jinfluwenzaw il-karatteristiċi tar-ross. Il-klima u l-ħamrija lokali, kif ukoll il-grad ta’ salinità u l-livell tal-wiċċ tas-sukkursu, ifissru li r-ross huwa l-unika għalla mkabbra fi ħdan iż-żona definita. L-għelieqi tal-ħliefa tad-Delta huma eċċellenti għall-kultivazzjoni, b’rendimenti tal-għalla għoljin.
Ir-ross minn din iż-żona jagħti prova ta’ reputazzjoni fost il-konsumaturi għat-togħma u s-sawra mogħtija mill-proprjetajiet tal-varjetajiet użati u miż-żona li fiha jitkabbar. Ir-ross huwa apprezzat ukoll għal kemm jissajjar tajjeb, filwaqt li jagħti ħbub ħfief u separati, u għall-kapaċita tajba tiegħu li jassorbi l-ilma, li tiżgura li r-ross ikollu ħafna togħma mill-użu tiegħu f’diversi platti.
Referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott
(it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament)
L-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott aġġornata tista’ tinstab fuq http://agricultura.gencat.cat/web/.content/01-departament/informacio-publica-tramits/2020/sollicitud-modificacio-dop-arros-delta-ebre/enllacos-documents/fitxers-binaris/pliego-condiciones-dop-arroz-delta-ebro-modificacion.pdf filwaqt li l-proċess tal-emendar jinsab għaddej.
Din se tiġi ppublikata fuq http://agricultura.gencat.cat/ca/ambits/alimentacio/segells-qualitat-diferenciada/distintius-origen/dop-igp/normativa-dop-igp/plecs-condicions/en-vigor/castella/ ladarba tkun ġiet approvata.
|
11.2.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 70/23 |
Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ isem skont l-Artikolu 50(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel
(2022/C 70/08)
Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) fi żmien tliet xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.
SPEĊIFIKAZZJONI TAL-PRODOTT TA’ SPEĊJALITÀ TRADIZZJONALI GARANTITA
“Sopa da Pedra de Almeirim”
Nru tal-UE: TSG-PT-02627 – 6 ta’ Awwissu 2020
Stat Membru jew pajjiż terz: Il-Portugall
1. Isem li għandu jiġi rreġistrat / ismijiet li għandhom jiġu rreġistrati
“Sopa da Pedra de Almeirim”
2. Tip ta’ prodott
Klassi 2.21. Ikliet ippreparati.
3. Raġunijiet għar-reġistrazzjoni
3.1. Indika jekk il-prodott: (kaxxi ta’ kontroll ☒, ☐)
|
☒ |
jirriżultax minn metodu ta’ produzzjoni, ipproċessar jew kompożizzjoni li jikkorrispondi għal prattika tradizzjonali għal dak il-prodott jew l-oġġett tal-ikel; |
|
☐ |
huwiex prodott minn materja prima jew minn ingredjenti li kienu jintużaw tradizzjonalment. |
L-isem “Sopa da Pedra de Almeirim” ġieli jintuża ħażin, jiġifieri t-tiftix fuq l-internet kultant itella’ riċetti li jkopru firxa wiesgħa ta’ verżjonijiet ta’ “Sopa da Pedra de Almeirim” magħmulin miċ-ċanga, mill-karrotti u mill-kaboċċi, li ma humiex inklużi fir-riċetta ġenwina ta’ “Sopa da Pedra de Almeirim”, li dawk l-ingredjenti ma jiffurmawx parti minnha.
Għalhekk, meta jintuża l-isem “Sopa da Pedra de Almeirim”, dan jirreferi għal prodott speċifiku, magħmul minn ċerti ingredjenti (u minn dawk l-ingredjenti biss) li jikkonforma kemm mal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott kif ukoll mal-metodu ta’ produzzjoni partikolari.
3.2. Indika jekk l-isem:
|
☒ |
kienx jintuża tradizzjonalment sabiex jirreferi għall-prodott speċifiku; |
|
☐ |
jidentifikax il-karattru tradizzjonali jew il-karattru speċifiku tal-prodott. |
L-isem “Sopa da Pedra de Almeirim” għadu jintuża u ssir referenza għalih f’bosta kotba msemmija fil-punt 4.3.
Ilha soppa tipika f’Almeirim għal diversi sekli, u l-preżentazzjoni kummerċjali ta’ dan il-platt bħala “Sopa da Pedra de Almeirim” lil pubbliku ferm usa’ bdiet fl-1960, meta restorant beda jipprepara u joffri s-soppa b’dak l-isem. Minħabba l-karatteristiċi fiżiċi tagħha, peress li s-soppa fiha biċċiet kbar, hija ta’ lewn kannella ħamrani u fiha ħafna ingredjenti, tqabblet mal-ġebel li bih huma pavimentati ħafna mit-toroq fil-parti l-qadima ta’ Almeirim. B’hekk, saret magħrufa bħala “Sopa da Pedra de Almeirim”.
4. Deskrizzjoni
4.1. Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem imsemmi fil-punt 1, inklużi l-karatteristiċi fiżiċi, kimiċi, mikrobijoloġiċi jew organolettiċi tiegħu li juru l-karattru speċifiku tal-prodott (l-Artikolu 7(2) ta’ dan ir-Regolament)
“Sopa da Pedra de Almeirim” hija speċjalità magħmula mill-ħaxix, b’mod partikolari mill-fażola u mill-patata, u l-laħam tal-majjal (saqajn, ħaddejn, bacon u zalzett).
“Sopa da Pedra de Almeirim” hija soppa ħoxna li fiha biċċiet kbar, minħabba l-preżenza ta’ ingredjenti bħall-fażola, il-patata u z-zalzett. Dawn il-karatteristiċi fiżiċi huma l-ispirazzjoni wara l-isem tal-platt, peress li jfakkru fil-ġebel li bih huma pavimentati l-eqdem toroq ta’ Almeirim.
Tabella I tistabbilixxi l-parametri fiżiċi prinċipali u l-meded rispettivi għall-ingredjenti prinċipali:
|
|
Parametru (valuri medji) |
Kummenti |
|
Ingredjenti |
Daqs (cm) |
|
|
Fażola pinto mnixxfa |
1,0 - 2,0 |
|
|
Patata |
0,5 - 3,0 |
Maqtugħa f’biċċiet kubi żgħar |
|
Majjal: saqajn u/jew ħaddejn |
1,0 - 3,0 |
Dawn jistgħu jkunu s-saqajn ta’ quddiem jew ta’ wara |
|
|
Ħxuna (mm) |
|
|
Zalzett: chouriço u morcela |
4,0 - 10,0 |
Maqtugħ fi flieli |
|
Zalzett: farinheira |
5,0 - 12,0 |
Maqtugħ fi flieli |
Is-soppa hija ta’ lewn kannella ħamrani, b’biċċiet kbar ta’ daqsijiet differenti mxerrda tad-diversi ingredjenti tagħha, fosthom iz-zalzett, il-laħam, il-patata u l-kosbor.
Il-fażola tipproduċi speċi ta’ “krema” li tgħaqqad il-brodu u tipproduċi konċentrat, u l-kubi żgħar tal-patata wkoll jagħtu lis-soppa konsistenza iktar magħquda.
“Sopa da Pedra de Almeirim” hija soppa magħquda. Il-laħam tal-majjal jagħmilha kremuża u l-kombinazzjoni fluwida tal-fażola u l-patata tagħtiha sawra bellusija. Għandha togħma qawwija u bbilanċjata minħabba l-laħam tal-majjal u z-zalzett. Hemm ukoll ħjiliet ta’ ħwawar, bħall-imsiemer tal-qronfol u l-kemmun, miz-zalzett morcela, u ta’ bżar ħelu/paprika miċ-chouriço. Iż-żieda tal-kosbor frisk tagħti lis-soppa ċerta freskezza.
Is-soppa hija kombinazzjoni distintiva ta’ dawn it-togħmiet u sawriet, immarkata minn noti pikkanti miz-zalzett u l-majjal, u freskezza minħabba ż-żieda tal-kosbor frisk.
4.2. Deskrizzjoni tal-metodu ta’ produzzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem imsemmi fil-punt 1 li l-produtturi għandhom isegwu, inklużi, fejn xieraq, in-natura u l-karatteristiċi tal-materja prima jew tal-ingredjenti użati, kif ukoll il-metodu li permezz tiegħu jitħejja l-prodott (l-Artikolu 7(2) ta’ dan ir-Regolament)
Il-materja prima u l-ingredjenti addizzjonali użati biex issir “Sopa da Pedra de Almeirim” huma kif ġej (għal kwantità ta’ 50 litru):
|
— |
Fażola pinto mnixxfa (6 sa 8 kg) |
|
— |
Chouriço tal-majjal (1,4 sa 2,1 kg) |
|
— |
Mazzit tal-morcela (1,4 sa 2,1 kg) |
|
— |
Zalzett farinheira (1,35 sa 2,25 kg) |
|
— |
Saqajn u/jew ħaddejn tal-majjal (15 sa 25 kg) |
|
— |
Bacon ippreservat (0,5 sa 1,5 kg) |
|
— |
Patata (15 sa 25 kg) |
|
— |
Basal (2,5 sa 5 kg) |
|
— |
Kosbor frisk – qabel u wara t-tisjir (30 sa 150 g) |
|
— |
Tewm (250 sa 500 g) |
|
— |
Werqa randa (10 sa 30 werqa randa mnixxfa) |
|
— |
Bżar (15 sa 25 g) |
|
— |
Paprika (30 sa 150 g) u/jew pejst tal-bżar aħmar (200 sa 350 g) |
|
— |
Żejt taż-żebbuġa (1 sa 2,5 l) u/jew xaħam għall-ikel (200 sa 400 g) |
|
— |
Ilma (biżżejjed biex issir il-kwantità ta’ soppa indikata) |
|
— |
Melħ, għat-togħma |
Is-saqajn jiġu mmellħa l-ġurnata ta’ qabel, u mbagħad imlaħalħa immedjatament qabel it-tisjir biex jitneħħa l-melħ żejjed. Bl-istess mod, il-fażola mnixxfa trid tixxarrab minn qabel, jew inkella trid titlaħlaħ bl-ilma qabel ma titqiegħed fil-borma. Il-basal u t-tewm jinqatgħu f’biċċiet irqaq. Il-patata tinqata’ f’biċċiet żgħar.
Tisjir – madwar 2 sa 4 sigħat
L-ewwel nett, mal-borma jiżdied l-ilma, flimkien mal-fażola, mal-basal, mat-tewm, mal-paprika u/jew mal-pejst tal-bżar aħmar, mal-bżar, mal-weraq tar-rand u, jekk jintużaw, ma’ ħwawar oħra bħall-kosbor, maż-żejt taż-żebbuġa jew max-xaħam għall-ikel (mhux neċessarjament f’dik l-ordni). L-ingredjenti jitpoġġew fil-borma kesħin, mingħajr ma jinqlew.
Imbagħad, jiżdiedu s-saqajn, il-ħaddejn, il-bacon u z-zalzett. Iz-zalzett farinheira jista’ jiżdied aktar tard, meta s-saqajn u l-fażola pinto jkunu kważi saru. Xi koki saħansitru jippreferu jsajruhom għalihom, biex jevitaw li jinqasmu.
Meta jkun sar kollox, jitneħħew il-laħam u z-zalzett. Ladarba jibirdu, dawn jinqatgħu f’biċċiet żgħar u fi flieli, rispettivament.
Il-patata, maqtugħa f’kubi żgħar irregolari, imbagħad tiżdied mal-brodu, li jkun għadu jtektek fil-borma. F’dan il-punt, il-ħwawar jistgħu jiġu aġġustati, jekk ikun hemm bżonn. Ladarba l-patata tkun saret, jintefa n-nar. Is-soppa jenħtieġ li titħalla toqgħod biex il-fażola tipproduċi l-“krema” tagħha u tgħaqqad il-brodu. Il-patata jenħtieġ ukoll li tkun bdiet tiddiżintegra, b’tali mod li t-truf tal-kubi irregolari żgħar jiġu għat-tond, li wkoll jgħin biex il-brodu jagħqad. Dan jiżgura li l-ingredjenti kollha jingħaqdu flimkien b’mod tajjeb u jipproduċu soppa lixxa u bellusija.
4.3. Deskrizzjoni tal-elementi ewlenin li jistabbilixxu l-karattru tradizzjonali tal-prodott (l-Artikolu 7(2) ta’ dan ir-Regolament)
L-oriġini ta’ “Sopa da Pedra de Almeirim”, qabel ma kienet magħrufa b’dak l-isem, tmur lura għall-platti tradizzjonali tal-bdiewa lokali f’dan ir-reġjun agrikolu fuq ix-xtajta tax-xmara Tagus.
Il-biedja ta’ sussistenza kellha importanza partikolari f’dan ir-reġjun, peress li ż-żona kienet tintuża bħala riżerva tal-kaċċa għar-rikreazzjoni tar-Re u tan-nies tal-palazz tiegħu, jiġifieri in-nies tal-lokal ma kellhomx permess jikkaċċaw. B’riżultat ta’ dan, il-ħxejjex imkabbra fil-ġonna kulinarji u l-majjali mrobbija fid-djar, li kienu jinqatlu fix-xitwa u l-partijiet kollha tagħhom kienu jintużaw, kienu kruċjali għas-sopravivenza tal-popolazzjoni.
Kienu preċiżament dawn li kienu jikkostitwixxu l-ingredjenti tal-famuża “Sopa da Pedra de Almeirim”, anke jekk ir-riċetta tvarja bejn familja u oħra. In-nies kienu jkabbru l-fażola u l-patata, u l-laħam tal-majjal kien jiġi ppreservat f’kontenituri tat-tmelliħ u kien jintuża biex isir iz-zalzett. Bħala regola, dawn kienu l-prodotti li ffurmaw il-bażi tas-soppa tradizzjonali tar-reġjun, li kienet sustanzjuża ħafna u ideali biex tagħti s-saħħa meħtieġa għax-xogħol agrikolu iebes. Barra minn hekk, peress li kienet rikka, u kien fiha l-majjal, il-bacon u z-zalzett, kienet meqjusa ikla sħiħa. “Din ir-riċetta, li toriġina min-nies komuni, hija parti integrali mill-kultura popolari ta’ Almeirim,” jgħid l-istoriku lokali Eurico Henriques, li huwa wkoll il-kunsillier muniċipali ta’ Almeirim responsabbli għall-kultura.
Kien biss ħafna wara, fil-bidu tas-snin sittin (sitt deċennji), li s-soppa saret magħrufa bħala “Sopa da Pedra de Almeirim”. Il-popolarità ta’ din l-ispeċjalità lokali kibret l-iżjed bis-saħħa tal-ħanut żgħir tal-merċa mmexxi mill-bejjiegħ tal-ħut José Manuel “Toucinho” u minn martu Maria Manuela Aranha, li twieldet fl-1912 u hija meqjusa bħala “l-omm tas-sopa da pedra”, li ommha Mariana kienet ilha tagħmel din is-soppa tal-laħam u l-fażola minn ħafna qabel l-1960 [ara: Morreu a Mãe da Sopa da Pedra - YouTube, imtella’ fl-4 ta’ Mejju 2009].
Skont l-istorja tal-familja, dan il-ħanut fil-parti l-qadima tal-belt kien jilqa’ lill-bejjiegħa li jivvjaġġaw, li kienu jieqfu fl-inħawi biex ibigħu l-oġġetti tagħhom u biex jirkupraw saħħithom għall-bqija tal-vjaġġ tagħhom. Hawnhekk kienu jduqu wħud mill-platti reġjonali li kienet tipprepara l-familja. Is-soppa lokali tal-fażola, tal-patata u taz-zalzett dejjem kienet tkun fil-menù, u kienet favorita sew fost il-vjaġġaturi. Hélia Costa, bint il-koppja li stabbilew il-ħanut tal-merċa u aktar tard ir-restorant, tirrakkonta: “Dawn il-bejjiegħa kienu wkoll il-fornituri tagħna, nies li konna nafuhom sew. Darba waħda, wieħed minnhom ġie biex jiekol, u ommi servietu soppa minn riċetta li kienu jagħmlu n-nanniet tiegħi. Tant għoġbitu li ried iġib lil uħud minn sħabu biex iduquha. Imma peress li hawnhekk kienu jsiru sopop oħra, biex ikun jista’ jidentifika din ir-riċetta speċifika, qal: ‘Dik is-soppa skura u tqila, li qisha l-ġebel tat-triq’, b’referenza għat-toroq miksija biċ-ċagħaq taż-żona. Għad hawn ħafna toroq miksija b’ċagħaq bħal dawn f’dawn in-naħat.”
L-isem li ngħatat, ispirat mill-ġebel tal-pavimentar tal-eqdem toroq f’din il-belt fir-Ribatejo, sar l-isem kummerċjali ta’ soppa rustika tradizzjonali li, meta ġriet il-kelma, saret famuża u bdiet tiġbed il-viżitaturi lejn il-belt, li kienu jiġu hemm biss biex iduquha. Il-ħanut tal-merċa żgħir ta bidu, fl-1962, għar-restorant rinomat bħala “l-pijunier tas-Sopa da Pedra de Almeirim”. Matul is-snin, fetħu restoranti oħra u dawn bdew jagħmlu s-“Sopa da Pedra de Almeirim” skont ir-riċetti lokali, u din l-attività kulinari baqgħet dejjem tikber fl-importanza.
Inkluża fil-Contos Tradicionais do Povo Português [Ħrejjef Folkloristiċi Tradizzjonali mill-Portugall] (1883) ta’ Teófilo Braga, il-leġġenda tgħid li kollox beda minn fra li b’makakkerija kbira daħak b’bidwi u wasslu biex jemmen li kien għamel soppa tajba minn ġebla li kien qed iġorr fil-but. Mal-ġebla żied il-patata, il-fażola u z-zalzett biex issir is-soppa. Bl-assoċjazzjoni tal-isem “Sopa da Pedra” mas-soppa deskritta fl-istorja, u x-xebh tal-ingredjenti tagħha ma’ dawk tas-soppa ta’ Almeirim, il-fatti u l-ħrejjef malajr tħalltu. Din il-leġġenda saret reklam li għen jagħmel is-“Sopa da Pedra de Almeirim” ta’ veru popolari. Peress li l-viżitaturi fir-restoranti spiss kienu jistaqsu għall-ġebla, sar komuni li tiżdied waħda mas-suppiera qabel tisserva.
Il-fama tas-“Sopa da Pedra de Almeirim” infirxet mal-pajjiż kollu, u anke f’pajjiżi oħra, bis-saħħa tal-Confraria Gastronómica de Almeirim [is-Soċjetà Gastronomika ta’ Almeirim], li l-għan tagħha huwa li xxerred u tippreserva l-wirt kulturali, storiku, etnografiku u kulinari ta’ din il-muniċipalità fir-Ribatejo. “Fost ir-riċetti tipiċi kollha ta’ Almeirim, is-Sopa da Pedra tispikka b’mod ċar. Nivvjaġġaw madwar il-pajjiż kollu biex nippromwovuha, u diġà xandarna l-kelma f’pajjiżi bħal Spanja, Franza, il-Belġju u l-Ungerija,” jgħid Rui Figueiredo, il-Gran Mastru tas-Soċjetà, li, mill-2013, bdiet torganizza l-festival annwali tas-“Sopa da Pedra de Almeirim”.
Din l-ispeċjalità tradizzjonali tant hija assoċjata mill-qrib ma’ Almeirim, il-post tal-oriġini tagħha, li matul is-snin is-“Sopa da Pedra de Almeirim” bdiet tissejjaħ ikona kulinari ewlenija, waħda mill-ispeċjalitajiet l-aktar magħrufa tal-Portugall, fuq programmi televiżivi ddedikati għall-kċina nazzjonali (RTP, 2009, 7 Maravilhas da Gastronomia| Sopa da Pedra| Reportagem; RTP Memória, 2017, Horizontes da Memória, Sopa da Pedra, Almeirim, 1999; TV4Ribatejo, 2009, Morreu a Mãe da Sopa da Pedra).
Persuni ewlenin fil-preservazzjoni u t-tixrid ta’ platti nazzjonali, bħal Maria de Lourdes Modesto, inkludew is-“Sopa da Pedra de Almeirim” fost ir-riċetti popolari tagħhom mis-1960ijiet ’l hawn [Modesto, M.L. (1982), Cozinha Tradicional Portuguesa [Il-Kċina Tradizzjonali Portugiża], Verbo, Lisbona, l-ewwel edizzjoni].
Il-festival annwali tas-Sopa da Pedra, li ilu jsir kull sena mill-2013, diġà sar avveniment ewlieni fil-ħajja kulturali tal-belt u jġib eluf ta’ viżitaturi lejn il-belt. Bl-appoġġ tal-kunsill muniċipali, dan l-avveniment huwa promoss mis-Soċjetà Gastronomika ta’ Almeirim, li ġiet stabbilita bil-għan li tippromwovi l-affarijiet tipiċi lokali, u b’mod partikolari s-“Sopa da Pedra de Almeirim”.