|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 69 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 65 |
|
Werrej |
Paġna |
|
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2022/C 69/01 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10154 — BME/Saint-Gobain Distribution the Netherlands) ( 1 ) |
|
|
2022/C 69/02 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10372 — SHV Energy/UGI International Holding/JV) ( 1 ) |
|
|
2022/C 69/03 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10411 — ABM / YKA / HEBEI MAURI) ( 1 ) |
|
|
2022/C 69/04 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10387 — MERIDIAM / ALLIANZ / NEUCONNECT) ( 1 ) |
|
|
2022/C 69/05 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10547 — VOITH GROUP / VOITH HYDRO) ( 1 ) |
|
|
2022/C 69/06 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10569 — KKR / GIP / CYRUSONE) ( 1 ) |
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2022/C 69/10 |
||
|
|
PROĊEDURI TAL-QORTI |
|
|
|
Il-Qorti tal-EFTA |
|
|
2022/C 69/11 |
||
|
2022/C 69/12 |
||
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2022/C 69/13 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10601 — WARBURG PINCUS / OXFORD PROPERTIES / HALE) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
|
ATTI OĦRAJN |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2022/C 69/14 |
||
|
2022/C 69/15 |
||
|
2022/C 69/16 |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
10.2.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 69/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.10154 — BME/Saint-Gobain Distribution the Netherlands)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2022/C 69/01)
Fit 9 ta’ Lulju 2021, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32021M10154. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
|
10.2.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 69/2 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.10372 — SHV Energy/UGI International Holding/JV)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2022/C 69/02)
Fit 21 ta’ Diċembru 2021, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tas-sit web tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Dan is-sit web jipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fis-sit web EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32021M10372. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi tal-Unjoni Ewropea. |
|
10.2.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 69/3 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.10411 — ABM / YKA / HEBEI MAURI)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2022/C 69/03)
Fit 18 ta’ Jannar 2022, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tas-sit web tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Dan is-sit web jipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fis-sit web EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32022M10411. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi tal-Unjoni Ewropea. |
|
10.2.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 69/4 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.10387 — MERIDIAM / ALLIANZ / NEUCONNECT)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2022/C 69/04)
Fit 17 ta’ Diċembru 2021, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tas-sit web tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Dan is-sit web jipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fis-sit web EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32021M10387. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi tal-Unjoni Ewropea. |
|
10.2.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 69/5 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.10547 — VOITH GROUP / VOITH HYDRO)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2022/C 69/05)
Fit 27 ta’ Jannar 2022, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fil-Ġermaniż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tas-sit web tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Dan is-sit web jipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fis-sit web EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32022M10547. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi tal-Unjoni Ewropea. |
|
10.2.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 69/6 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.10569 — KKR / GIP / CYRUSONE)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2022/C 69/06)
Fit 4 ta’ Frar 2022, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tas-sit web tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Dan is-sit web jipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fis-sit web EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32022M10569. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi tal-Unjoni Ewropea. |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
10.2.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 69/7 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
Id-9 ta’ Frar 2022
(2022/C 69/07)
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,1435 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
132,04 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4437 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,84255 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
10,4075 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,0555 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
142,20 |
|
NOK |
Krona Norveġiża |
10,0585 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
24,288 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
352,94 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,5135 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,9449 |
|
TRY |
Lira Turka |
15,5510 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,5933 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,4514 |
|
HKD |
Dollaru ta’ Hong Kong |
8,9106 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,7107 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,5349 |
|
KRW |
Won tal-Korea t’Isfel |
1 365,72 |
|
ZAR |
Rand ta’ l-Afrika t’Isfel |
17,5281 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,2759 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,5285 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
16 390,99 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,7853 |
|
PHP |
Peso Filippin |
58,603 |
|
RUB |
Rouble Russu |
85,5289 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
37,404 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
6,0198 |
|
MXN |
Peso Messikan |
23,4719 |
|
INR |
Rupi Indjan |
85,5765 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta’ referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
|
10.2.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 69/8 |
Sommarju tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq għall-użu u/jew għall-użu tas-sustanzi elenkati fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH)
(Ippubblikat skont l-Artikolu 64(9) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (1) )
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2022/C 69/08)
Deċiżjoni li tagħti awtorizzazzjoni
|
Referenza tad-Deċiżjoni (2) |
Data tad-Deċiżjoni |
Isem is-sustanza |
Detenturi tal-awtorizzazzjoni |
Numru tal-awtorizzazzjoni |
Użu awtorizzat |
Data ta’ skadenza tal-perjodu ta’ rieżami |
Raġunijiet għad-deċiżjoni |
|
C(2022)524 |
3.2.2022 |
bis(2-metossietil)etere (diglim) Nru tal-KE 203-924-4; Nru tal-CAS 111-96-6 |
Acton Technologies Limited |
REACH/22/2/0 |
Użu bħala solvent trasportatur fil-formulazzjoni u fl-applikazzjoni sussegwenti tan-naftalid tas-sodju li jintuża bħala inċiżur għall-modifika tal-uċuħ magħmulin mill-fluworopolimeri filwaqt li jikkonserva l-integrità strutturali tal-oġġett. |
3 ta’ Frar 2034 |
Ir-riskju huwa kkontrollat b’mod adegwat f’konformità mal-Artikolu 60(2) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. Ma jeżistux alternattivi xierqa. |
|
REACH/22/2/1 |
Bħala solvent trasportatur fl-applikazzjoni tan-naftalid tas-sodju bħala inċiżur għall-modifika tal-uċuħ tal-fluworopolimeru filwaqt li tiġi ppreservata l-integrità strutturali tal-oġġett (proċessi tal-utenti downstream) |
(1) ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.
(2) Id-deċiżjoni tinsab fis-sit web tal-Kummissjoni Ewropea: http://ec.europa.eu/growth/sectors/chemicals/reach/about/index_en.htm
|
10.2.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 69/9 |
Sommarju tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq għall-użu u/jew għall-użu tas-sustanzi elenkati fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH)
(Ippubblikat skont l-Artikolu 64(9) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (1))
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2022/C 69/09)
Deċiżjoni li tagħti awtorizzazzjoni parzjalment
|
Referenza tad-Deċiżjoni (2) |
Data tad-Deċiżjoni |
Isem is-sustanza |
Detenturi tal-awtorizzazzjoni |
Numru tal-awtorizzazzjoni |
Użu awtorizzat |
Data ta’ skadenza tal-perjodu ta’ rieżami |
Raġunijiet għad-deċiżjoni |
|
C(2022)523 |
10.2.2022 |
bis(2-metossietil)etere (diglim) Nru tal-KE 203-924-4; Nru tal-CAS 111-96-6 |
Acton Technologies Limited |
REACH/22/1/0 |
bħala solvent trasportatur fl-applikazzjoni tan-naftalid tas-sodju bħala inċiżur għall-modifika tal-uċuħ magħmulin mill-fluworopolimeru filwaqt li tiġi ppreservata l-integrità strutturali tal-oġġetti fir-rigward tal-ES2 u tal-ES5 (proċessi tal-utenti downstream) Użu rifjutat |
it-3 ta’ Frar 2026 |
Ir-riskju huwa kkontrollat b’mod adegwat skont l-Artikolu 60(2) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. Ma jeżistux alternattivi xierqa. |
|
Użu bħala solvent trasportatur fil-formulazzjoni u fl-applikazzjoni sussegwenti tan-naftalid tas-sodju li jintuża bħala inċiżur għall-modifika tal-uċuħ magħmulin mill-fluworopolimeri filwaqt li jikkonserva l-integrità strutturali tal-oġġetti (proċessi interni) bħala solvent trasportatur fl-applikazzjoni tan-naftalid tas-sodju bħala inċiżur għall-modifika tal-uċuħ tal-fluworopolimeru filwaqt li tiġi ppreservata l-integrità strutturali tal-oġġetti fir-rigward tal-ES1, l-ES3 u l-ES4 (proċessi tal-utenti downstream) |
Ma japplikax |
L-applikazzjoni ma wrietx li r-riskju huwa kkontrollat b’mod adegwat f’konformità mal-Artikolu 60(2) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. L-applikazzjoni ma wrietx li l-benefiċċi soċjoekonomiċi jegħlbu r-riskju għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent mill-użi tas-sustanza f’konformità mal-Artikolu 60(4) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. |
(1) ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.
(2) Id-deċiżjoni hija disponibbli fis-sit web tal-Kummissjoni Ewropea: Awtorizzazzjoni (europa.eu)
V Avviżi
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
10.2.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 69/10 |
Sejħiet għal proposti u attivitajiet relatati fil-kuntest tal-Programm ta’ Ħidma tal-EIC għall-2022 fl-ambitu tal-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2021-2027) – Orizzont Ewropa
(2022/C 69/10)
B’dan qed jingħata avviż tat-tnedija tas-sejħiet għal proposti u attivitajiet relatati fil-kuntest tal-Programm ta’ Ħidma tal-EIC għall-2022 fl-ambitu tal-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2021-2027) – Orizzont Ewropa.
Il-Kummissjoni adottat il-Programm ta’ Ħidma tal-EIC għall-2022 bid-Deċiżjoni C(2022) 701 tas-7 ta’ Frar 2022.
Jintlaqgħu proposti għal dawn is-sejħiet. Il-Programm ta’ Ħidma tal-EIC għall-2022, li jinkludi l-iskadenzi u l-baġits, huwa disponibbli permezz tas-sit web tal-opportunitajiet ta’ Offerti u Finanzjament flimkien ma’ informazzjoni dwar il-modalitajiet tas-sejħiet u l-attivitajiet relatati, u l-informazzjoni għall-applikanti dwar kif għandhom iressqu l-proposti:
https://ec.europa.eu/info/funding-tenders/opportunities/portal/screen/home
PROĊEDURI TAL-QORTI
Il-Qorti tal-EFTA
|
10.2.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 69/11 |
SENTENZA TAL-QORTI
tat-23 ta’ Novembru 2021
fil-Kawża E-16/20
Q u Oħrajn vs Il-Gvern Norveġiż, irrappreżentat mill-Bord tal-Appelli tal-Immigrazzjoni (Utlendingsnemnda – UNE)
(Dritt kontinwu ta’ residenza – Bin/Bint ir-raġel jew il-mara minn żwieġ ta’ qabel, ċittadin taż-ŻEE – Drittijiet miksuba għal ġenitur ċittadin ta’ pajjiż terz li jieħu ħsieb wild – Abbuż tad-drittijiet –Żwieġ ta’ konvenjenza – Ir-Regolament (UE) Nru 492/2011 – Id-Direttiva 2004/38/KE)
(2022/C 69/11)
Fil-Kawża E-16/20, Q u Oħrajn vs Il-Gvern Norveġiż, irrappreżentat mill-Bord tal-Appelli tal-Immigrazzjoni (Utlendingsnemnda - UNE) - JITLOB lill-Qorti skont l-Artikolu 34 tal-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar it-Twaqqif ta’ Awtorità ta’ Sorveljanza u Qorti tal-Ġustizzja mill-Qorti Distrettwali ta’ Oslo (Oslo tingrett) dwar l-interpretazzjoni tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar id-dritt taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom li jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri, li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li jħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KKE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE, u b’mod partikolari l-Artikoli 7(1)(b), 12(3) u 35, il-Qorti, magħmula minn Páll Hreinsson, President (Imħallef Relatur), Per Christiansen u Bernd Hammermann, Imħallfin, taw sentenza fit-23 ta’ Novembru 2021, li l-parti operattiva tagħha hija din li ġejja:
|
1. |
Il-wild ta’ ċittadin taż-ŻEE li qabel kien jaħdem fi Stat ieħor taż-ŻEE u l-ġenitur ċittadin ta’ pajjiż terz li jieħu ħsieb dan il-wild, jiksbu dritt ta’ residenza fuq il-bażi tal-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2011 dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fl-Unjoni. Dan japplika irrispettivament minn jekk il-wild huwiex komuni għaċ-ċittadin taż-ŻEE u għall-konjuġi, jew jekk il-wild huwiex tal-konjuġi biss. |
|
2. |
Wild li huwa d-dixxendent tal-konjuġi ċittadin ta’ pajjiż terz taċ-ċittadin taż-ŻEE biss, li ngħata dritt ta’ residenza fuq il-bażi tal-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 492/2011 bl-użu taċ-ċittadin taż-ŻEE bħala persuna ta’ riferiment, iżomm tali dritt ta’ residenza anki jekk iċ-ċittadin taż-ŻEE jkun applika għal divorzju mill-ġenitur ta’ dan il-wild. |
|
3. |
Fil-każ li l-awtoritajiet ta’ Stat taż-ŻEE jkunu stabbilixxew li żwieġ bejn ċittadin taż-ŻEE u ċittadin ta’ pajjiż terz jammonta għal żwieġ ta’ konvenjenza, l-Istat taż-ŻEE jista’ jieħu kwalunkwe miżura meħtieġa biex jirrifjuta, itemm jew jirtira d-drittijiet li jirriżultaw minn tali abbuż. Madankollu, kwalunkwe miżura bħal din għandha tkun proporzjonata u soġġetta għal salvagwardji proċedurali. |
|
10.2.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 69/12 |
SENTENZA TAL-QORTI
tal-10 ta’ Novembru 2021
fil-Kawża E-17/20
Zvonimir Cogelja vs id-Direttorat tas-Saħħa (Embætti landlæknis),
(Moviment liberu tal-persuni u tas-servizzi - Id-Direttiva 2005/36/KE - Provi ta’ kwalifiki formali - Ħruġ ta’ provi - Awtorità kompetenti)
(2022/C 69/12)
Fil-Kawża E-17/20, Zvonimir Cogelja vs id-Direttorat tas-Saħħa (Embætti landlæknis) – TALBA lill-Qorti skont l-Artikolu 34 tal-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar l-Istabbiliment ta’ Awtorità ta’ Sorveljanza u Qorti tal-Ġustizzja mill-Qorti tad-Distrett ta’ Reykjavík (Héraðsdómur Reykjavíkur) dwar l-interpretazzjoni tad-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Settembru 2005 dwar ir-rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali, u b’mod partikolari l-Artikolu 25, flimkien mal-Artikoli 3(1)(c), 21 u 26 ta’ din id-direttiva, kif adattati għall-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, il-Qorti, magħmula minn Páll Hreinsson, President, Per Christiansen (Imħallef Relatur) u Bernd Hammermann, Imħallfin, qatgħet is-sentenza fl-10 ta’ Novembru 2021, li l-parti operattiva tagħha hija kif ġej:
Biex l-awtorità kompetenti ta’ Stat taż-ŻEE toħroġ provi ta’ kwalifiki formali għal taħriġ mediku speċjalizzat f’konformità mal-Artikolu 25 tad-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Settembru 2005 dwar ir-rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali, hija trid tkun tista’ tivvaluta u tikkonferma li r-rekwiżiti għall-ħruġ tal-provi ta’ kwalifiki formali huma ssodisfati. Dan huwa possibbli jekk l-Istat taż-ŻEE joffri taħriġ mediku speċjalizzat li jissodisfa r-rekwiżiti minimi skont id-Direttiva 2005/36/KE fit-territorju tiegħu stess. Inkella, din l-awtorità kompetenti jrid ikollha fis-seħħ sistema li tiżgura l-verifika tal-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 25 tad-Direttiva 2005/36/KE, pereżempju billi jkollha fis-seħħ kurrikulu jew l-ekwivalenti tiegħu li jiddeskrivi programm komprensiv ta’ edukazzjoni u taħriġ. Jekk le, din l-awtorità kompetenti ma tistax toħroġ tali evidenza ta’ kwalifiki formali skont id-Direttiva 2005/36/KE.
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
10.2.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 69/13 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10601 — WARBURG PINCUS / OXFORD PROPERTIES / HALE)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2022/C 69/13)
1.
Fis-26 ta’ Jannar 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Warburg Pincus LLC (“Warburg Pincus”, l-Istati Uniti tal-Amerka), |
|
— |
Oxford Properties Asia Holdings I Pte. Ltd (“‘Oxford Properties’”, il-Kanada), |
|
— |
Hale Capital Group Pty Ltd (“Hale”, l-Awstralja). |
Warburg Pincus u Oxford Properties jakkwsitaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Hale.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Warburg Pincus: ditta globali ta’ ekwità privata attiva f’varjetà ta’ setturi, inklużi l-konsumaturi, l-enerġija, is-servizzi finanzjarji, il-kura tas-saħħa, is-servizzi industrijali u tan-negozju, il-proprjetà immobbli u t-teknoloġija. |
|
— |
Oxford Properties: is-sjieda, l-iżvilupp u l-ġestjoni ta’ assi ta’ proprjetà immobbli. Oxford Properties tappartjeni għall-fergħa tal-proprjetà immobbli ta’ OMERS Administration Corporation (“OMERS”), l-amministratur tal-Pjan tal-Pensjoni Primarja tas-Sistema ta’ Rtirar tal-Impjegati Muniċipali ta’ Ontario u fiduċjarju tal-fondi tal-pensjonijiet. |
|
— |
Hale: l-iżvilupp u l-ġestjoni ta’ portafoll ta’ investimenti ta’ proprjetà immobbli industrijali fir-reġjun tal-Asja-Paċifiku. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10601 — WARBURG PINCUS / OXFORD PROPERTIES / HALE
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz tal-posta:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles / Brussel |
|
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet).
ATTI OĦRAJN
Il-Kummissjoni Ewropea
|
10.2.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 69/15 |
Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ isem skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel
(2022/C 69/14)
Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) fi żmien tliet xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.
DOKUMENT UNIKU
“GIRESUN TOMBUL FINDIĞI”
Nru tal-UE: PDO-TR-02419 – 26 ta’ April 2018
DOP (X) IĠP ( )
1. Isem/Ismijiet [tad-DOP jew tal-IĠP]
“Giresun Tombul Fındığı”
2. Stat Membru jew Pajjiż Terz
It-Turkija
3. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel
3.1. Tip ta’ prodott
Klassi 1.6. Frott, ħaxix u ċereali, friski jew ipproċessati
3.2. Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)
Il-“Giresun Tombul Fındığı” huwa ġellewż li jappartjeni għall-ispeċi Corylus avellana L. u jiġi kkumerċjalizzat bħala ġellewż bil-qoxra jew mingħajrha: nej bil-qoxra u mingħajrha, u inkaljat mingħajr qoxra.
Il-kultivar “Giresun Tombul Fındığı” għandu jirrappreżenta mill-inqas 90 % tal-għażla fl-azjenda agrikola flimkien mal-kultivari “Sivri Fındık”, “Kalınkara Fındık” u “Palaz Fındık” li għal dawn huwa permess massimu ta’ 10 %.
Il-qoxra tal-Giresun Tombul Fındığı hija tonda, tal-kulur kannella pjuttost jgħajjat, kemxejn bir-rix fil-ponta u għandha l-ġnub iċċattjati. Il-lewża hija tonda, mhux fibruża, bil-qoxra taż-żerriegħa ta’ kulur jgħajjat ċar, it-testa ma tippenetrax fil-qalba u tista’ titqaxxar faċilment.
Tabella 1
Xi proprjetajiet fiżiċi tal-“Giresun Tombul Fındığı”
|
Speċifikazzjonijiet |
|
Bil-qoxra |
Nej mingħajr qoxra |
Inkaljat mingħajr qoxra |
|
Daqs (Dijametru tal-wisa’, mm) |
Kbir |
16 -18 |
13 -15 |
13 -15 |
|
Medju |
14 -16 |
11 -13 |
11 -13 |
|
|
Żgħir |
12 -14 |
9 -11 |
9 -11 |
|
|
Indewwa, % |
mass. |
7 |
6 |
3 |
|
1 kg/Numru ta’ Frott Mnixxef |
|
- |
500 -700 |
- |
|
Ħxuna tal-qoxra (mm.) |
min.- mass. |
0,70 - 1,25 |
- |
- |
|
Proporzjon tal-lewża mal-frotta sħiħa, % |
min.- mass. |
47,5 - 55 |
- |
- |
|
Kapaċità ta’ tqaxxir tat-testa, % |
min.- mass. |
- |
- |
90 -100 |
Tabella 2
Xi proprjetajiet kimiċi tal-“Giresun Tombul Fındığı”
|
Speċifikazzjonijiet |
|
Bil-qoxra |
Nej mingħajr qoxra |
Inkaljat mingħajr qoxra |
|
Proporzjon totali ta’ xaħam fil-frott, % |
min.- mass. |
56,0 -68,0 |
56,0 -68,0 |
57,0 -70,0 |
|
Proporzjon totali ta’ proteini fil-frott, % (Fattur, N = 6.25) |
min.- mass. |
14,0 -21,0 |
14,0 -21,0 |
14,4 -21,6 |
|
Aċidu olejku, % (g/100 g ta’ żejt) |
min.- mass. |
77,0 -85,0 |
77,0 -85,0 |
- |
|
Vitamina E (mg/100 g ta’ żejt) |
min.- mass. |
28,0 -45,0 |
28,0 -45,0 |
- |
It-togħma u l-aroma li jitħallew fil-ħalq kemm jekk il-“Giresun Tombul Fındığı” ikun nej u kemm jekk ikun inkaljat huma intensivi ħafna. Il-ġellewż jintgħomod faċilment u ma jħallix sensazzjoni ta’ nixfa fil-ħalq, filwaqt li jinħass żejtni. Barra minn hekk, ma jħallix togħma morra meta jittiekel.
3.3. Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)
—
3.4. Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita
Il-“Giresun Tombul Fındığı” jitkabbar fi msaġar tradizzjonali estensivi, f’żoni b’xaqlibiet imżerżqa, xi drabi fuq artijiet imtarrġa. Il-kultivar jitkabbar f’arbuxelli b’aktar minn zokk wieħed f’ġonna fejn l-altitudni ma taqbiżx is-750 metru.
Il-proċessi kollha inkluż it-tħawwil tas-siġriet, il-fertilizzazzjoni, iż-żbir, il-ħsad, it-teħlif u t-tnixxif, għandhom isiru fir-reġjun ġeografiku speċifikat fil-punt 4.
3.5. Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ. li għalih jirreferi l-isem irreġistrat
—
3.6. Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar tal-prodott li għalih jirreferi l-isem irreġistrat
L-informazzjoni li ġejja trid tinkiteb jew tiġi stampata fuq il-pakketti tal-“Giresun Tombul Fındığı” b’mod li jkun jista’ jinqara u li ma jkunx jista’ jitħassar.
|
— |
l-isem kummerċjali jew qasir tal-kumpanija u l-indirizz tagħha, jew it-trademark irreġistrata tal-kumpanija |
|
— |
in-numru tal-lott |
|
— |
l-isem tal-oġġett - “Giresun Tombul Fındığı” |
|
— |
il-piż nett, |
|
— |
il-logo li ġej:
|
|
— |
Ologramm uffiċjali ta’ awtentiċità |
4. Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika
Iż-żona tal-produzzjoni għall-ġbir, il-ħażna, it-tqaxxir, l-għażla u l-kalibrazzjoni tal-“Giresun Tombul Fındığı” tinstab fil-provinċji ta’ Giresun u ta’ Trabzon li ġejjin:
|
(a) |
fil-provinċja ta’ Giresun: Piraziz, Bulancak, Dereli, Keşap, Espiye, Yağlıdere, Tirebolu, Güce, Doğankent, Görele, Çanakçı, Eynesil, Giresun. |
|
(b) |
fil-provinċji ta’ Trabzon; Beşikdüzü u Vakfıkebir. |
L-irħula kollha f’dawn id-distretti huma inklużi fiż-żona tal-produzzjoni.
Il-koordinati ġeografiċi tal-postijiet mogħtija ’l fuq minn 37 ° 50’ u 39° 12’ lejn il-lvant jikkorrispondu bejn il-lonġitudnijiet 40° 07’ u 41° 08’ tal-latitudnijiet tat-tramuntana.
Illustrazzjoni 1. Iż-żona ta’ produzzjoni tal-“Giresun Tombul Fındığı”: Il-parti tal-muniċipalitajiet ta’ Giresun u ta’ Trabzon.
5. Rabta maż-żona ġeografika
L-aktar karatteristiċi distintivi importanti tal-“Giresun Tombul Fındığı” huma t-togħma u l-aroma distintivi, il-kontenut għoli ta’ żejt, il-ħxuna tal-qoxra, il-proporzjon għoli tal-lewża mal-frotta sħiħa, u l-kapaċità ta’ tqaxxir tat-testa. Dawn huma dovuti kemm għal fatturi naturali kif ukoll umani.
Fit-Turkija, il-ġellewż jinqasam f’żewġ kategoriji: il-kwalità tal-Giresun u l-kwalità Levanti. Il-ġellewż imkabbar fiż-żona ġeografika biss huwa ddefinit bħala l-kwalità tal-Giresun (Premium) u jinxtara mingħand il-bidwi bi prezz ogħla. Il-ġewż li jitkabbar f’partijiet oħra tat-Turkija huwa ddefinit bħala tal-Kwalità Levanti (Sekondarja).
Fost il-fatturi li jinfluwenzaw il-karatteristiċi tal-“Giresun Tombul Fındığı” l-aktar importanti hija l-klima. Dawn il-fatturi jinfluwenzaw kemm tkun ħoxna l-qoxra, ir-rendiment tal-lewża wara li titneħħa l-qoxra (jitqies il-proporzjon għoli tal-lewża mal-frotta sħiħa) u kemm titqaxxar faċilment it-testa meta jiġi inkaljat fil-forn.
Iż-żona għandha klima subtropikali umda bi sjuf sħan u umdi u bi xtiewi friski u umdi. It-temperatura medja annwali fil-provinċja ta’ Giresun hija ta’ 14.1 C b’medji li jaqgħu għal bejn 7.1 u 11.3 °C minn Jannar sa April u li jilħqu bejn l-20.1 u t-23.2 rispettivament minn Ġunju sa Awwissu. Dawn it-temperaturi huma ottimali biex iwarrdu s-siġar tal-ġellewż u għall-iżvilupp u l-maturazzjoni tal-“Giresun Tombul Fındığı”. Il-veloċità medja annwali tar-riħ tar-reġjun ta’ Giresun hija ta’ 4.3 km/siegħa. It-temperatura hija partikolarment importanti matul id-dakkir u l-fertilizzazzjoni, u għandha effett dirett fuq it-tiswir tal-ġellewża u l-iżvilupp tal-frotta. F’Giresun l-għadd medju ta’ ġranet ta’ xita huwa tal-medja ta’ 160,6 b’xita ta’ 1 401 mm fis-sena u b’sigħat ta’xemx kuljum ta’ bejn 2.6 u 3.4 minn Ġunju sa Awwissu. Dan l-ammont ta’ xita u s-sigħat ta’ xemx kuljum huma biżżejjed biex il-ġewż jilħaq il-proporzjon minimu xieraq tal-piż u tax-xaħam u l-kompożizzjoni tal-aċidi xaħmin rispettivament. Is-sigħat ta’ xemx jiżguraw livell għoli ta’ aċidu olejku, ta’ kontenut ta’ vitamina E u ta’ aroma.
L-umdità relattiva tal-arja hija ta’ bejn 76 u 76,3 % fil-perjodu tal-iżvilupp u l-maturazzjoni tal-frott. Din l-umdità relattiva taffettwa wkoll il-kwalità tal-ġellewż minħabba li matul dak il-perjodu l-frott joħloq l-istrutturi bijokimiċi tiegħu (xaħam, proteina, togħma). Minħabba din ir-rata partikolari ta’ umdità fl-arja, il-qxur tal-“Giresun Tombul Fındığı” isiru irqaq u għalhekk jistgħu jitqaxxru faċilment.
Il-karatteristiċi tal-ħamrija tar-reġjun ta’ Giresun għandhom il-kundizzjonijiet minimi għall-kultivazzjoni tal-ġellewż. Il-pjanti tal-ġellewż jikbru l-aħjar f’ħamrija fonda, fertili u skulata sew b’pH ta’ bejn 6.0 u 7.5 u t-tipi ta’ ħamrija adattati jinkludu t-tafal tar-ramel. Il-proprjetajiet tal-ħamrija jaffettwaw id-daqs tal-lewża u l-ħxuna tal-qoxra tal-“Giresun Tombul Fındığı”.
It-tkabbir tal-ġellewż fil-Provinċja ta’ Giresun u ta’ Trabzon imur lura għal żminijiet antiki. Il-bdiewa ilhom żmien twil jagħżlu u jippropagaw il-ġenotipi b’mod veġetattiv. Il-“Giresun Tombul Fındığı” hija varjetà lokali li feġġet permezz ta’ għażla naturali. Minħabba l-karatteristiċi bħat-togħma, ir-rendiment, il-qoxra rqiqa, u r-rata għolja ta’ tibjid, il-bdiewa kabbru din il-varjetà fil-ġonna tagħhom b’rata ta’ 90 % u jħawlu l-varjetajiet l-oħra biss bħala għajnuna għad-dakkir.
Il-produtturi għandhom il-kapaċità li jiddeterminaw b’mod tajjeb iż-żmien tal-ħsad billi josservaw is-sfurija tal-ħliefa, meta ¾ tal-qoxra ssir kannella (ħmurija), meta l-kultivar jiżviluppa l-aroma u t-togħma speċifiċi u meta jaqgħu l-mazez. Kriterju ieħor tal-ħsad huwa li l-kontenut ta’ ndewwa tal-ġellewż għandu jinżel taħt it-30 %. Il-maturazzjoni xierqa hija importanti ħafna għall-iżvilupp ta’ xi proprjetajiet kimiċi bħall-valuri tax-xaħam u tal-proteina, kif ukoll proprjetajiet fiżiċi bħall-kulur tal-qoxra, ir-rendiment, u t-tqaxxir tat-testa.
Il-ħsad isir billi jitriegħdu l-friegħi u jinġabar il-ġewż mill-art jew billi l-ġewż jinqata’ bl-idejn mir-rimjiet. Il-ġewż jinħasad bil-ħliefa u jitqiegħed fl-għelieqi tad-dris u jitnixxef sakemm il-kontenut tal-ilma jilħaq it-12 %. Imbagħad il-ġewż jiġi sseparat mill-ħliefa permezz ta’ magni tad-dris u jkompli jitnixxef sakemm il-kontenut tal-ilma, fil-każ tal-lewża, jaqa’ taħt is-6 %. Il-bdiewa tal-“Giresun Tombul Fındığı” ilhom mijiet ta’ snin isegwu dawn il-proċessi ta’ ħsad u jużaw teknoloġiji ġodda biss (bħas-separazzjoni tal-ħliefa) jekk dawn ma jaffettwawx il-proprjetajiet tal-frott.
Referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott
(it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament)
—
|
10.2.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 69/20 |
Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni ta’ approvazzjoni ta’ emenda standard għal Speċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33
(2022/C 69/15)
Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata f’konformità mal-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1).
KOMUNIKAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD LI TIMMODIFIKA D-DOKUMENT UNIKU
Manchuela
PDO-ES-A0046-AM03
Data tal-komunikazzjoni: 18 ta’ Novembru 2021
DESKRIZZJONI TAL-EMENDA APPROVATA U R-RAĠUNIJIET GĦALIHA
1. It-terminoloġija użata għall-parametri analitiċi taz-zokkor residwu nġiebet f’konformità mal-leġiżlazzjoni fis-seħħ.
Deskrizzjoni
Il-parametru analitiku “zokkor residwu” beda jissejjaħ “zokkrijiet totali espressi f’termini ta’ fruttożju u ta’ glukożju” f’konformità mal-Artikolu 20 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/34 tas-17 ta’ Ottubru 2018, li jipprevedi d-determinazzjoni taz-zokkrijiet totali espressi f’termini ta’ fruttożju u glukożju.
Din l-emenda tikkonċerna l-punt 2.1.1 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott iżda ma taffettwax id-Dokument Uniku.
Tip ta’ emenda: standard
Din l-emenda tadatta t-terminoloġija użata għall-karatteristiċi fiżiċi u kimiċi. Ma tinvolvi l-ebda emenda għall-prodott finali, li jżomm il-karatteristiċi u l-profil li jirriżultaw mill-interazzjoni bejn il-fatturi naturali u umani, kif deskritti fir-rabta. Għalhekk, din l-emenda titqies li ma taqa’ taħt l-ebda waħda mill-kategoriji previsti fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament (UE) 2019/33.
Raġunijiet:
Għall-konformità mar-regolamenti msemmija qabel.
2. Inklużjoni tat-taqsima dwar l-inbid aħmar
Deskrizzjoni:
Żdiedet il-kategorija tal-inbid aħmar. Tneħħiet ir-referenza għall-inbejjed ta’ aktar minn sena mit-taqsima dwar “Inbejjed ħomor ta’ aktar minn sena, Crianzas, Reservas u Gran Reserva, li issa tissejjaħ “Inbejjed ħomor, Crianzas , Reservas u Gran Reserva”. Dan għaliex qiegħda tiġi prodotta kategorija ta’ nbid li għandha l-karatteristiċi analitiċi stipulati fit-taqsima dwar l-inbejjed ħomor mhux imqaddmin, iżda li għandha karatteristiċi organolettiċi differenti minn dawk tal-inbejjed ħomor mhux imqaddmin, u differenti wkoll mill-inbejjed ħomor klassifikati bħala Crianza, Reserva u Gran Reserva. Għalhekk żdiedu l-karatteristiċi organolettiċi partikolari ta’ din il-kategorija ta’ nbid aħmar.
Din l-emenda taffettwa l-punt 2.1.2 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punt 4 tad-Dokument Uniku.
Tip ta’ emenda: standard
Din l-emenda ma tinvolvi l-ebda emenda għall-prodott finali, li jżomm il-karatteristiċi u l-profil tiegħu, li huma konsegwenza tal-interazzjoni bejn il-fatturi naturali u umani, kif deskritti fir-rabta. Għalhekk, din l-emenda titqies li ma taqa’ taħt l-ebda waħda mill-kategoriji previsti fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament (UE) 2019/33.
Raġunijiet
Is-suq attwali għall-inbid jitlob il-produzzjoni ta’ nbejjed b’karatteristiċi speċifiċi li ma kinux previsti fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott. Saru esperimenti b’dan it-tip ta’ nbid għal numru ta’ snin. Il-panel intern tad-dewqan tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Manchuela jemmen li dan għandu l-karatteristiċi u l-profil deskritti fir-rabta għall-inbejjed koperti mid-DO Manchuela.
3. Reviżjoni tal-parametri analitiċi
Deskrizzjoni
Tnaqqis fil-limitu tal-kulur minimu għall-inbejjed ħomor. Jeżistu varjetajiet ta’ għeneb differenti fiż-żona tal-produzzjoni tad-DO Manchuela. Fuq naħa, hemm il-Garnacha Tintorera, li b’mod naturali tipproduċi nbejjed b’potenzjal ta’ kulur għoli ħafna. Fuq in-naħa l-oħra, il-Monastrell u l-Garnacha Tinta jipproduċu nbejjed b’tannini aktar rotob b’intensità tal-kulur medja.
Din l-emenda taffettwa l-punt 2 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, iżda d-Dokument Uniku ma huwiex affettwat.
Tip ta’ emenda: standard
Din l-emenda ma tinvolvi l-ebda emenda għall-prodott finali, li jżomm il-karatteristiċi u l-profil tiegħu, li huma konsegwenza tal-interazzjoni bejn il-fatturi naturali u umani, kif deskritti fir-rabta. Għalhekk, din l-emenda titqies li ma taqa’ taħt l-ebda waħda mill-kategoriji previsti fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament (UE) 2019/33.
Raġunijiet
Tul dawn l-aħħar għaxar snin, id-domanda tas-suq b’mod ġenerali kienet għal inbejjed magħmulin minn varjetà tal-għeneb waħda, li għandhom aktar aroma ta’ frott, sabiex jappellaw għal ġenerazzjonijiet ġodda ta’ konsumaturi li qed isiru familjari mal-kultura tal-inbid.
L-ispeċjalisti fil-fabbriki kollha tal-inbid għandu jkollhom l-għodod meħtieġa biex jagħmlu nbejjed li jappellaw għas-swieq nazzjonali u internazzjonali filwaqt li jżommu l-karatteristiċi taż-żona tal-produzzjoni u tal-varjetajiet tal-għeneb.
It-tnaqqis fl-intensità minima tal-kulur għall-inbejjed ħomor ma timminax il-kwalità, iżda pjuttost l-oppost. Se żżid il-potenzjal tal-varjetajiet tal-għeneb differenti taż-żona, u tipproduċi nbejjed aktar sottili, kumplessi u attraenti.
4. Definizzjoni mill-ġdid tal-karatteristiċi organolettiċi
Deskrizzjoni
Il-formulazzjoni tad-deskrizzjonijiet organolettiċi nbidlet.
Din l-emenda taffettwa l-punt 2.2 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punt 4 tad-Dokument Uniku.
Tip ta’ emenda: standard
Din l-emenda tadatta l-karatteristiċi organolettiċi sabiex ikunu jistgħu jiġu vvalutati aħjar fl-analiżi sensorjali. Ma tinvolvix bidla għall-prodott, li jżomm il-karatteristiċi u l-profil li jirriżultaw mill-interazzjoni bejn il-fatturi ambjentali u umani, kif deskritti fir-rabta. Għalhekk, din l-emenda titqies li ma taqa’ taħt l-ebda waħda mill-kategoriji previsti fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33.
Raġunijiet
L-implimentazzjoni tal-istandard UNE-EN-ISO 17065 għall-finijiet taċ-ċertifikazzjoni tirrikjedi bidla fid-deskrizzjoni organolettika tal-inbejjed protetti. L-għan huwa li dawn il-karatteristiċi jintrabtu mad-deskritturi li jistgħu jiġu vvalutati minn bord sensorjali li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-istandard UNE-EN-ISO 17025.
5. Definizzjoni tal-karatteristiċi organolettiċi wara l-inklużjoni tal-kategorija tal-inbid aħmar
Deskrizzjoni
Peress li qed tiżdied il-kategorija l-ġdida tal-inbid, il-karatteristiċi organolettiċi tagħha jridu jiġu definiti.
Din l-emenda taffettwa l-punt 2.2 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, iżda d-Dokument Uniku ma huwiex affettwat.
Tip ta’ emenda: standard
Din l-emenda ma tinvolvi l-ebda emenda għall-prodott finali, li jżomm il-karatteristiċi u l-profil tiegħu, li huma konsegwenza tal-interazzjoni bejn il-fatturi naturali u umani, kif deskritti fir-rabta. Għalhekk, din l-emenda titqies li ma taqa’ taħt l-ebda waħda mill-kategoriji previsti fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament (UE) 2019/33.
Raġunijiet:
Deskrizzjoni ta’ kategorija ġdida tal-inbid inkluża fid-DOP.
6. Adattament tal-prattiki enoloġiċi speċifiċi għall-inbejjed bojod u ħomor
Deskrizzjoni
Din l-emenda taffettwa l-punt 3 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punt 5 tad-Dokument Uniku.
Punt 3.1. Inbejjed bojod: ir-rekwiżit li l-inbejjed jiġu prodotti f’kontenituri tal-istainless steel tneħħa peress li, f’Manchuela, huma magħmulin f’tipi oħra ta’ tankijiet. Il-kwalità eċċezzjonali tal-inbejjed prodotti hjia l-istess.
Punt 3.4. Inbejjed ħomor mhux imqaddmin: il-kliem “mingħajr qxur” tneħħa peress li nstab li l-preżenza tal-qxur [waqt il-fermentazzjoni] ma tnaqqasx il-kwalità ta’ dawn l-inbejjed.
Punt 3.5. Ġew miżjuda l-prattiki enoloġiċi għall-inbid aħmar. B’riżultat tal-emenda għall-kategoriji tal-inbejjed, u ż-żieda tal-inbid aħmar, ġew speċifikati l-prattiki enoloġiċi.
Punt 3.13. Ġew miżjuda l-prattiki enoloġiċi għall-ice wine. L-ice wines jistgħu jkunu bojod, rożè u ħomor fl-istili differenti tagħhom, bħal mhux imqaddmin, tal-ballut, imqaddmin jew iffermentati fil-bettija, inklużi fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott. Dawn l-inbejjed jistgħu jsiru minn kwalunkwe waħda mill-varjetajiet awtorizzati fl-Ispeċifikazzjoni għad-DO Manchuela.
Tip ta’ emenda: standard
Din l-emenda ma tinvolvi l-ebda emenda għall-prodott finali, li jżomm il-karatteristiċi u l-profil tiegħu, li huma konsegwenza tal-interazzjoni bejn il-fatturi naturali u umani, kif deskritti fir-rabta. Għalhekk, din l-emenda titqies li ma taqa’ taħt l-ebda waħda mill-kategoriji previsti fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament (UE) 2019/33.
Raġunijiet
L-ice wines ilhom jiġu żviluppati għal numru ta’ snin f’Manchuela. Il-panel intern tad-dewqan għad-DO Manchuela ġġudika dan it-tip ta’ nbid bħala xieraq għall-inklużjoni fost l-inbejjed fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tagħna. Dan hu dovut għall-kwalità għolja tiegħu u għall-espressjoni qawwija tal-varjetà tal-għeneb li minnha huma prodotti dawn l-inbejjed.
7. Inklużjoni tal-varjetajiet tal-għeneb Tardana, magħrufa wkoll bħala Planta Nova, Moscatel de Alejandría, Garnacha Blanca u Touriga Nacional
Deskrizzjoni
Il-varjetajiet tal-għeneb li ġejjin użati għall-produzzjoni tal-inbid ġew inklużi: Tardana, magħrufa wkoll bħala Planta Nova, Moscatel de Alejandría, Garnacha Blanca u Touriga Nacional.
Il-punt 6 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ġie emendat, iżda d-Dokument Uniku ma huwiex affettwat peress li żdiedu bħala varjetajiet sekondarji.
Tip ta’ emenda: standard
Din l-emenda ma tinvolvi l-ebda emenda għall-prodott finali, li jżomm il-karatteristiċi u l-profil tiegħu, li huma konsegwenza tal-interazzjoni bejn il-fatturi naturali u umani, kif deskritti fir-rabta. Għalhekk, din l-emenda titqies li ma taqa’ taħt l-ebda waħda mill-kategoriji previsti fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament (UE) 2019/33.
Raġunijiet
Il-varjetajiet imsemmija hawn fuq ilhom jitkabbru f’Manchuela għala bosta snin. Intwera li jsiru nbejjed ta’ kwalità għolja minn varjetajiet bħat-Tardana, il-Moscatel de Alejandría, il-Garnacha Blanca u t-Touriga Nacional. Il-panel intern tad-dewqan għad-DO Manchuela ilu snin jimmonitorja l-iżvilupp u l-kwalità ta’ dawn l-inbejjed. Il-kwalità meħtieġa mill-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tagħna intweriet, jiġifieri li dawn il-varjetajiet ta’ għeneb jistgħu jiġu inklużi fost il-varjetajiet permessi għad-DO Manchuela.
8. Aġġornament tar-referenzi regolatorji u tal-korpi taċ-ċertifikazzjoni approvati
Deskrizzjoni
Fl-ewwel, fit-tieni u fit-tielet paragrafi tal-punt 8 u fit-tielet u d-disa’ paragrafi tal-punt 9.2, ir-referenza għar-Regolamenti li tħassru ġiet sostitwita b’referenza għar-Regolamenti fis-seħħ.
Din l-emenda taffettwa l-punti 8 u 9.2 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott iżda ma taffettwax id-Dokument Uniku.
Tip ta’ emenda: standard
Din l-emenda hija aġġornament. Għalhekk, din l-emenda titqies li ma taqa’ taħt l-ebda waħda mill-kategoriji previsti fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33.
Raġunijiet:
Aġġornament tar-referenzi regolatorji.
9. Emenda tad-dispożizzjonijiet dwar it-tikkettar biex jiġi inkluż it-terminu Vino de Hielo [ice wine] u biex jitneħħew żewġ termini tradizzjonali
Deskrizzjoni
It-terminu Vino de Hielo ġie inkluż għall-inbid prodott skont ir-rekwiżiti stipulati fil-punt 3.13 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott. Il-parametri analitiċi għal dan l-inbid huma dawk speċifikati għad-diversi tipi ta’ nbid. L-ice wines jistgħu jkunu bojod, rożè jew ħomor fid-diversi stili tagħhom kif stabbiliti fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, bħal mhux imqaddmin, miżmuma fil-btieti tal-ballut, imqaddmin jew iffermentati fil-bettija. It-termini tradizzjonali Superior u Rancio [imqaddmin fit-tul] tneħħew.
Din l-emenda taffettwa l-punt 8 tal-Ispeċifikazzjoni u l-punt 9 tad-Dokument Uniku.
Emenda standard.
Din l-emenda ma tinvolvi l-ebda emenda għall-prodott finali, li jżomm il-karatteristiċi u l-profil tiegħu, li huma konsegwenza tal-interazzjoni bejn il-fatturi naturali u umani, kif deskritti fir-rabta. Għalhekk, din l-emenda titqies li ma taqa’ taħt l-ebda waħda mill-kategoriji previsti fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament (UE) 2019/33.
Raġunijiet:
Sabiex jiġu stabbiliti r-rekwiżiti għall-użu tat-terminu Vino de Hielo u jitneħħew it-termini li ma humiex jintużaw.
DOKUMENT UNIKU
1. Isem/ismijiet għar-reġistrazzjoni
Manchuela
2. Tip ta’ indikazzjoni ġeografika
DOP – Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta
3. Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli
|
1. |
Inbid |
|
5. |
Inbid spumanti ta’ kwalità |
4. Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed
1. Inbid abjad, inbid iffermentat fil-bettija u nbejjed rożè, xotti
DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA
L-inbejjed bojod huma ta’ lewn isfar iżda ma għandhomx sfumaturi ta’ ambra. Huma ċari u ta’ kulur jgħajjat, u mimlijin aromi primarji.
L-inbejjed iffermentati fil-bettija huma ċari b’aromi primarji ta’ intensità medja, ibbilanċjata mill-aromi mill-bettija. Iħallu togħma li tfakkar fl-aromi primarji u tal-bettija.
L-inbejjed rożè jkopru l-firxa sħiħa tal-kulur roża. Huma ċari u trasparenti. Aromi primarji. Ibbilanċjati, jista’ jkollhom ċerta aċidità u/jew qrusija qawwija.
|
* |
Il-qawwa alkoħolika totali massima hija fi ħdan il-limiti legali stabbiliti mil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE. |
|
* |
Il-kontenut massimu ta’ diossidu tal-kubrit huwa fi ħdan il-limiti legali stabbiliti mil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE. |
|
Karatteristiċi analitiċi |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
10,5 |
|
Aċidità totali minima |
4,5 grammi għal kull litru, espressi bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
10 |
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
2. Inbid abjad, inbid abjad iffermentat fil-bettija u nbejjed rożè, semixotti, ħelwin mezzani u ħelwin
DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA
Id-dehra u l-aroma ta’ dawn l-inbejjed jixbhu lil dawk ta’ nbejjed xotti oħrajn tal-istess tip. Togħmiet ibbilanċjati, jista’ jkollhom ċertu aċidità u/jew qrusija qawwija, li la hija ftit wisq u lanqas eċċessiva.
|
* |
Il-qawwa alkoħolika totali massima hija fi ħdan il-limiti legali stabbiliti mil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE. |
|
* |
It-total massimu ta’ diossidu tal-kubrit jinsab fi ħdan il-limiti legali stabbiliti mil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE. |
|
Karatteristiċi analitiċi |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
9 |
|
Aċidità totali minima |
4,5 grammi għal kull litru, espressi bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
10 |
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
3. Inbejjed ħomor: mhux imqaddmin, iffermentati fil-bettija, tal-ballut, marċerazzjoni karbonika u ħomor, xotti
DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA
L-inbejjed ħomor għandhom karattru, u jkopru firxa ta’ kuluri minn sfumaturi ta’ vjola sa oranġjo, kannella u granata. L-aromi jinkludu aromi nodfa primarji u veġetali, għandhom sensazzjoni ġeneruża fil-ħalq, idumu jintiegħmu u b’togħmiet pronunzjati.
L-inbejjed iffermentati fil-bettija huma ċari b’aromi primarji, b’togħma ta’ frott u/jew ta’ fjuri, ta’ intensità medja, ibbilanċjata mill-aromi mill-bettija. Iħallu togħma li tfakkar fl-aromi primarji u tal-bettija.
|
* |
Il-qawwa alkoħolika totali massima hija fi ħdan il-limiti legali stabbiliti mil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE. |
|
* |
It-total massimu ta’ diossidu tal-kubrit jinsab fi ħdan il-limiti legali stabbiliti mil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE. |
|
Karatteristiċi analitiċi |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
12 |
|
Aċidità totali minima |
4,5 grammi għal kull litru, espressi bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
13,3 |
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
4. Inbejjed ħomor Crianza, Reserva u Gran Reserva
DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA
L-inbejjed imqaddmin huma ta’ lewn aħmar, u jista’ jkollhom sfumaturi ċari ta’ kannella ċar jew ta’ lewn l-okra fil-wiċċ. L-aromi primarji u terzjarji huma ċari u jistgħu jinkludu aromi tal-ġamm. Nodfa u bbilanċjati fil-ħalq, b’ammont medju sa għoli ta’ tannini, u jħallu togħma persistenti u sottili.
|
* |
Il-qawwa alkoħolika totali massima hija fi ħdan il-limiti legali stabbiliti mil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE. |
|
* |
Kontenut massimu ta’ kubrit: 160 mg/l jekk iz-zokkor ikun ≥ 5 g/l |
|
Karatteristiċi analitiċi |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
12 |
|
Aċidità totali minima |
4,5 grammi għal kull litru, espressi bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
20 |
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
140 |
5. Inbejjed spumanti ta’ kwalità bojod u rożè
DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA
L-inbejjed huma bojod jew rożè. Huma ċari u ta’ kulur jgħajjat b’ragħwa ta’ bżieżaq żgħar u persistenti. Aromi primarji u/jew sekondarji. Jista’ jkun hemm perjodi fil-bettiji li jistgħu jipproduċu ċerti noti. Fil-ħalq, huma bbilanċjati, b’tul medju, u jħallu togħma ta’ aromi primarji u/jew sekondarji.
|
* |
Il-qawwa alkoħolika totali massima hija fi ħdan il-limiti legali stabbiliti mil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE. |
|
* |
It-total massimu ta’ diossidu tal-kubrit jinsab fi ħdan il-limiti legali stabbiliti mil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE. |
|
Karatteristiċi analitiċi |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
10,5 |
|
Aċidità totali minima |
4,5 grammi għal kull litru, espressi bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
11,66 |
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
5. Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid
5.1. Prattiki enoloġiċi speċifiċi
Inbejjed bojod, maċerazzjoni kiesħa qasira u li jkunu għadhom qegħdin joqogħdu. Fermentazzjoni f’temperaturi kkontrollati, taħt it-18 °C f’tankijiet jew f’bettiji tal-ballut, kompletament jew parzjalment (mill-inqas 75 %).
Għall-inbejjed rożè, maċerazzjoni għal perjodu ta’ bejn 4 sigħat u 12-il siegħa f’temperaturi taħt l-24 °C. Jitħallew joqogħdu u fermentazzjoni bil-mod għal mill-inqas ħamest ijiem, f’temperaturi kkontrollati taħt it-18 oC.
Għall-inbejjed ħomor, maċerazzjoni b’kuntatt mal-qxur għal perjodu ta’ mill-inqas 48 siegħa, f’temperaturi kkontrollati ta’ inqas minn 28 oC. Tneħħija mit-tank u għasir, filwaqt li titkompla l-fermentazzjoni f’temperaturi taħt il-25 °C.
Ice wine: l-għeneb irid jinħasad f’temperaturi fuq id-dielja ta’ 5 oC taħt iż-żero jew inqas, jiġifieri ffriżati. Jingħasar meta jkun iffriżat, mingħajr ma jitneħħa z-zokk qabel.
Tqaddim fil-btieti.
5.2. Rendimenti massimi għal kull ettaru
|
1. |
Varjetajiet ta’ għeneb li minnu jinkiseb l-inbid abjad, imħarrġa f’għamla ta’ gobelet jew b’tali mod li l-friegħi kollha jkunu jinsabu fil-parti ta’ fuq
|
|
2. |
Varjetajiet ta’ għeneb li minnu jinkiseb l-inbid abjad, imħarrġa f’għamla ta’ gobelet jew b’tali mod li l-friegħi kollha jkunu jinsabu fil-parti ta’ fuq
|
|
3. |
Varjetajiet ta’ għeneb li minnu jinkiseb l-inbid aħmar, imħarrġa f’għamla ta’ gobelet jew b’tali mod li l-friegħi kollha jkunu jinsabu fil-parti ta’ fuq
|
|
4. |
Varjetajiet ta’ għeneb li minnu jinkiseb l-inbid aħmar, imħarrġa f’għamla ta’ gobelet jew b’tali mod li l-friegħi kollha jkunu jinsabu fil-parti ta’ fuq
|
|
5. |
Varjetajiet ta’ għeneb li minnu jinkiseb l-inbid abjad, imħarrġa ma’ kannizzata
|
|
6. |
Varjetajiet ta’ għeneb li minnu jinkiseb l-inbid abjad, imħarrġa ma’ kannizzata
|
|
7. |
Varjetajiet ta’ għeneb li minnu jinkiseb l-inbid aħmar, imħarrġa ma’ kannizzata
|
|
8. |
Varjetajiet ta’ għeneb li minnu jinkiseb l-inbid aħmar, imħarrġa ma’ kannizzata
|
6. Definizzjoni taż-żona demarkata
Ġeografikament tikkonsisti fit-territorju fix-Xlokk tal-provinċja ta’ Cuenca u fil-Majjistral tal-provinċja ta’ Albacete, bejn ix-xmajjar Júcar u Cabriel.
7. Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid/jinkisbu l-inbejjed
|
|
BOBAL |
|
|
CABERNET SAUVIGNON |
|
|
GARNACHA TINTA |
|
|
MACABEO - VIURA |
|
|
TEMPRANILLO - CENCIBEL |
|
|
VERDEJO |
8. Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet
Iż-żona tal-produzzjoni tinsab bejn żewġ widien ta’ xmajjar. Hija kkaratterizzata mill-ħamrija taflija fuq is-sedimenti tal-ġebla tal-ġir taż-żewġ xmajjar. It-temperaturi huma għoljin, bi kważi xejn xita bejn Mejju u Settembru, u ż-żona tgawdi minn ħafna sigħat ta’ dawl tax-xemx. Dawn il-fatturi kollha jagħtu lok għall-preżenza tal-varjetà lokali Bobal. Ir-riżultat huwa nbejjed ta’ intensità aromatika fina u qawwija, b’noti ta’ frott u ta’ fjuri, aċidità eċċellenti u intensità kbira tal-kulur. L-inbejjed ma jitilfux il-kulur intens tagħhom, li jiddistingwihom minn inbejjed oħra minħabba l-kontenut polifenoliku abbundanti tagħhom, il-valuri baxxi tal-pH u l-IPT [indiċi totali tal-polifenoli] għoli mingħajr maċerazzjonijiet fit-tul.
9. Rekwiżiti oħra applikabbli (ippakkjar, tikkettar, rekwiżiti addizzjonali)
Qafas legali:
Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ rekwiżit ieħor:
Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar
Deskrizzjoni tar-rekwiżit
L-inbejjed spumanti ta’ kwalità tad-DOP Manchuela jistgħu jużaw it-termini Premium u Reserva fuq it-tikketti tagħhom.
Meta l-inbejjed ikunu saru kif deskritt fil-punt 3.13, jista’ jintuża t-terminu Vino de Hielo. Il-parametri analitiċi għal dan l-inbid huma dawk speċifikati għad-diversi tipi ta’ nbid. L-ice wines jistgħu jkunu bojod, rożè jew ħomor fid-diversi stili tagħhom kif stabbiliti fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, bħal mhux imqaddmin, miżmuma fil-btieti tal-ballut, imqaddmin jew iffermentati fil-bettija.
Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott
http://pagina.jccm.es/agricul/paginas/comercial-industrial/consejos_new/pliegos/Pliego_de_condiciones_manchuela_20210421_mp.pdf
|
10.2.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 69/28 |
Pubblikazzjoni tad-Dokument Uniku emendat wara l-approvazzjoni ta’ emenda minuri skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012
(2022/C 69/16)
Il-Kummissjoni Ewropea approvat din l-emenda minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 664/2014 (1).
L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ din l-emenda minuri tista’ tiġi kkonsultata fil-bażi tad-data eAmbrosia tal-Kummissjoni
DOKUMENT UNIKU
“Jamón de Teruel” / “Paleta de Teruel”
Nru tal-UE: PDO-ES-0078-AM03 – 15 ta’ Frar 2021
DOP (X) IĠP ( )
1. Isem
“Jamón de Teruel” / “Paleta de Teruel”
2. Stat Membru jew pajjiż terz
Spanja
3. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel
3.1. Tip ta’ prodott
Klassi 1.2. Prodotti tal-laħam (imsajra, immellħa, affumikati, eċċ.).
3.2. Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)
Il-prieżet u l-ispalel ippreservati huma prodotti tal-laħam miksuba wara li s-saqajn ta’ quddiem u ta’ wara tal-ħanżir (rispettivament) jiġu soġġetti għal proċess ta’ tmelliħ, ħasil, stadju wara t-tmelliħ, preservazzjoni (tnixxif u maturazzjoni) u tqaddim.
Il-prieżet u l-ispalel ippreservati għandhom il-karatteristiċi morfoloġiċi li ġejjin:
|
a) |
Għamla: tawwalija, maqtugħa u ttondjata fit-truf tagħha sakemm jidher il-muskolu, u tinżamm is-sieq. Jistgħu jkunu wkoll miksija kompletament bil-ġilda jew maqtugħa f’forma ta’ “V” bil-punt ta’ isfel f’nofs l-eħxen parti tal-ispalla jew ir-riġel ippreservati tal-ħanżir. |
|
b) |
Piż: 7 kg jew aktar għall-prieżet, u 4,5 kg jew aktar għall-ispalel ippreservati, fi tmiem il-perjodu minimu ta’ produzzjoni stabbilit. |
Il-wiċċ ta’ barra tal-qatgħat jista’ jkun kopert b’moffa tipika jew ikun imnaddaf u midluk biż-żejt jew bix-xaħam. Il-wiċċ tal-qatgħa għandu l-karatteristiċi li ġejjin:
|
a) |
Kulur: Kulur aħmar u dehra tleqq meta jinqata’ u bix-xaħam infiltrat parzjalment fit-tessut tal-muskoli. |
|
b) |
Laħam: togħma sottili, mhux mielħa ħafna. |
|
c) |
Xaħam: konsistenza żejtnija, ileqq, kulur abjad jagħti fl-isfar, aromatiku u b’togħma pjaċevoli. |
3.3. Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)
Il-produtturi tal-għalf kompost għat-tmigħ tal-ħnieżer koperti mid-DOP iridu jkunu bbażati fiż-żona ġeografika tal-provinċja ta’ Teruel jew tal-provinċji li jmissu mal-konfini tagħha, b’mod partikolari Zaragoza, Guadalajara, Cuenca, Valencia, Castellón u Tarragona.
L-għalf tal-bhejjem huwa magħmul prinċipalment miċ-ċereali, permezz ta’ definizzjoni tal-perċentwali tal-materja prima li ssir parti mill-kompożizzjoni tal-għalf, li tkun ifformulata b’mill-inqas 50 % ċereali, li sa fejn ikun possibbli jkunu ġejjin miż-żona ta’ produzzjoni.
Il-korp ta’ spezzjoni se jkun responsabbli li jevalwa l-oriġini tal-materja prima użata fil-proċessi ta’ produzzjoni tal-għalf u jivverifika din id-disponibbiltà, abbażi tad-data dwar il-produzzjoni.
Il-ħnieżer maħsuba għall-produzzjoni tal-prieżet u l-ispalel ippreservati koperti minn din id-denominazzjoni għandhom ikunu ġejjin minn inkroċjar bejn:
Il-linja tal-omm: Landrace, Large White jew inkroċjar taż-żewġ razez. Il-linja tal-missier: Duroc
Huma biss dawk il-ħnieżer li jkunu twieldu u ssemmnu fl-azjendi agrikoli fil-provinċja ta’ Teruel u li jkunu ġew maqtula u mbiċċra f’faċilitajiet li jinsabu wkoll fil-provinċja ta’ Teruel, li jistgħu jipprovdu s-saqajn ta’ wara u ta’ quddiem maħsuba għall-produzzjoni tal-prieżet u l-ispalel ippreservati koperti.
L-annimali użati għat-tnissil ma għandhomx jintużaw biex jinkisbu saqajn ta’ wara u ta’ quddiem maħsuba għall-produzzjoni ta’ prieżet u spalel ippreservati koperti mid-denominazzjoni tal-oriġini.
L-irġiel għandhom jiġu kkastrati qabel ma jidħlu fl-azjenda tat-tismin, u n-nisa ma għandhomx ikunu f’oestrus meta jinqatlu.
Għall-produzzjoni ta’ prieżet u spalel ippreservati koperti mid-denominazzjoni ta’ oriġini, jistgħu jiġu pprovduti biss qatgħat minn karkassi ta’ ħnieżer li l-piż sħun tal-karkassa tagħhom ikun tal-anqas 86 kg, u li l-ħxuna tax-xaħam tad-dahar tagħhom, imkejla fiż-żona lumbari għall-għoli tal-ponta ta’ fuq ta’ sieq il-ħanżir, tkun bejn 16-il mm u 45 mm.
3.4. Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita
Passi fiż-żona tal-produzzjoni:
|
— |
Produzzjoni tal-annimali |
|
— |
Qtil u tbiċċir tal-annimali |
Passi fiż-żona tal-ipproċessar:
|
— |
Tmelliħ |
|
— |
Ħasil |
|
— |
Proċess ta’ wara t-tmelliħ |
|
— |
Preservazzjoni |
|
— |
Tqaddim |
3.5. Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.
Il-korp ta’ spezzjoni, fuq bażi mhux diskriminatorja, għandu jawtorizza l-bejgħ tal-perżut u tal-ispalla ppreservati, mingħajr għadam, f’porzjonijiet jew f’fetet – li kollha jridu jkunu ppakkjati – minn dawk il-faċilitajiet għat-tnixxif u l-ippakkjar irreġistrati fiż-żona tal-ipproċessar, dejjem sakemm jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Ispeċifikazzjoni u jgħaddu mill-kontrolli u mill-proċess ta’ ċertifikazzjoni stabbiliti.
Il-limitazzjoni tal-ipproċessar ta’ dawn il-prodotti u tal-ippakkjar sussegwenti tagħhom għaż-żona tal-ipproċessar issegwi kriterji tekniċi stretti, biex jiġi żgurat li tinżamm il-kwalità tal-prodott, billi din tista’ tvarja jekk jinbidlu l-kundizzjonijiet tal-ħżin u tal-immaniġġar.
3.6. Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar
It-tikketti kummerċjali ta’ kull kumpanija rreġistrata għandu jkollhom dawn il-kliem: “Denominación de Origen Protegida Jamón de Teruel” jew “Denominación de Origen Protegida Paleta de Teruel”, kif xieraq għal kull prodott.
Il-prieżet u l-ispalel f’qatgħat sħaħ maħsuba għall-bejgħ għandhom jiġu identifikati bil-kelma “TERUEL” u l-istilla bi tmien ponot immarkata bis-sħana, u bit-tikketta (timbru) bin-numru bil-logo tad-DOP.
Dawn it-tikketti għandhom jiġu applikati fl-industrija, b’tali mod li ma jkunux jistgħu jerġgħu jintużaw.
Il-qatgħat, porzjonijiet jew fetet mingħajr għadam tal-prieżet u l-ispalel ippreservati ppakkjati għandu jkollhom tikketta sekondarja bin-numru bil-kelma “Jamón” jew “Paleta”, skont liema tapplika, u l-logo tad-DOP.
L-informazzjoni fuq din it-tikketta sekondarja bin-numru tista’ tiġi inkluża fit-tikketta kummerċjali tal-kumpaniji li jitolbu li jagħmlu dan.
Dawn l-attivitajiet, relatati mal-użu korrett tal-kliem “Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta” u tal-isem “TERUEL”, ma għandhomx jiġu applikati b’mod diskriminatorju. Il-ħruġ tat-tikketti u t-tikketti sekondarji għandu jsir awtomatikament għal kull prodott li juri konformità mal-Ispeċifikazzjoni, abbażi tar-rapporti mħejjija mill-korp regolatorju li jwettaq l-attivitajiet ta’ ċertifikazzjoni, u b’hekk b’dan il-mod jiġi żgurat li l-ebda operatur ma jiġi ddiskriminat f’dawn l-attivitajiet.
It-termini fakultattivi li ġejjin jistgħu jintużaw b’mod volontarju fuq it-tikkettar tal-biċċiet sħaħ, tal-biċċiet mingħajr għadam, tal-porzjonijiet jew tal-fetet tal-prodott kopert minn din id-denominazzjoni, dment li l-prodott jikkonforma ma’ dawn ir-rekwiżiti:
Għall-prieżet:
|
— |
“Más de 18 meses”, meta l-perjodu minimu tal-produzzjoni jkun ta’ 79 ġimgħa u l-piż fil-mument tal-klassifikazzjoni jkun ta’ 8 kg jew aktar. |
|
— |
“Más de 22 meses”, fejn il-perjodu minimu tal-produzzjoni jkun ta’ 96 ġimgħa u l-piż fil-mument tal-klassifikazzjoni jkun ta’ 9 kg jew aktar. |
Għall-ispalel:
|
— |
“Más de 10 meses”, fejn il-perjodu minimu tal-produzzjoni jkun ta’ 44 ġimgħa u l-piż fil-mument tal-klassifikazzjoni jkun ta’ 5 kg jew aktar. |
|
— |
“Más de 11 meses”, fejn il-perjodu minimu tal-produzzjoni jkun ta’ 48 ġimgħa u l-piż fil-mument tal-klassifikazzjoni jkun ta’ 5,5 kg jew aktar. |
4. Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika
Iż-żona ta’ produzzjoni hija magħmula mill-provinċja ta’ Teruel.
Iż-żona ta’ produzzjoni tal-prieżet u l-ispalel ippreservati hija magħmula minn dawk il-muniċipalitajiet fil-provinċja ta’ Teruel li l-altitudni medja tagħha hija ta’ 800 m jew aktar, għalkemm il-faċilitajiet tat-tnixxif jinsabu f’altitudni ta’ mill-inqas 800m ’il fuq mil-livell tal-baħar. L-altitudni medja titkejjel billi jintuża l-“mudell terren diġitali” (DTM) jew teknoloġija simili, u l-altitudni assoluta tal-faċilità tat-tnixxif titkejjel permezz tas-Sistema ta’ Informazzjoni Territorjali ta’ Aragón [Sistema de Información Territorial de Aragón - SITAR] jew sistema oħra ta’ dan it-tip, b’marġni ta’ tolleranza ta 6 % fiż-żewġ każijiet.
5. Rabta maż-żona ġeografika
5.1. Speċifiċità taż-żona ġeografika
Il-kwalità eċċellenti tal-prodott “Jamón de Teruel” / “Paleta de Teruel” hija dovuta prinċipalment għall-kundizzjonijiet li jinżammu fihom l-annimali qabel, matul u wara li jinqatlu, iżda għandna niddistingwu bejn iż-żona ġeografika tat-trobbija u tal-qatla u tat-tbiċċir tal-annimali, minn hawn ’il quddiem iż-“żona ta’ produzzjoni”, u ż-żona ġeografika għall-ipproċessar tal-prieżet u l-ispalel ippreservati, minn hawn ’il quddiem iż-“żona ta’ pproċessar”.
Iż-żona ta’ pproċessar għall-prieżet u l-ispalel ippreservati hija kkaratterizzata mill-klima kontinentali tagħha b’influwenza Mediterranja, bi xtiewi kesħin u twal, u ġlata qawwija fl-artijiet muntanjużi. Il-klima hija xotta, b’ħafna ġranet mingħajr sħab. Il-preċipitazzjoni annwali hija ta’ madwar 400 mm b’madwar 70 jum tax-xita fis-sena.
It-temperatura medja annwali hija ta’ 12 °C, it-temperatura massima assoluta medja hija ta’ 37 °C u dik minima ta’ - 10 °C. Id-differenza bejn it-temperatura medja fis-sajf u fix-xitwa hija ta’ 19 °C u ż-żona ma tesperjenzax ġlata bejn Mejju u Ottubru. Dawn il-kundizzjonijiet ħeġġew l-istabbiliment ta’ industriji tal-ipproċessar tal-laħam.
Il-prieżet u l-ispalel jimmaturaw fil-kundizzjonijiet klimatiċi eċċellenti taż-żona ġeografika tal-ipproċessar, bil-klima xotta u kiesħa tagħha - parametri li huma ideali għall-kisba ta’ prieżet u spalel li huma ta’ prestiġju kbir.
Fix-xogħol tiegħu tal-1798 dwar l-istorja tal-politika ekonomika ta’ Aragón “Historia de la Economía Política de Aragón”, in-naturalist, avukat u studjuż tal-istorja Spanjol Jordán de Asso jinnota b’mod speċifiku li “l-ispeċjalità tal-ħnieżer imrobbija fid-distrett Albarracín tagħtihom valur kbir. Dawn l-annimali għandhom għal qalbhom ħafna l-weraq tal-berwieqa (Aspholedus ramosus), li jitnixxfu għall-foraġġ fix-xitwa.” Minkejja l-għadd żgħir ta’ annimali u l-piż kbir mal-qatla miksub permezz tat-tismin, il-ħanżir “domestiku” kien tassew teżor fl-unitajiet domestiċi rurali, fejn kien jirrappreżenta l-bażi tad-dieti tal-familji tar-raħħala matul is-sena kollha.
Dawn il-ħnieżer kienu l-materja prima tal-annimali li, flimkien mad-dieta speċjali tagħhom u t-tagħlif inċidentali fuq il-ġandar, flimkien mal-klima kiesħa u xotta tal-artijiet muntanjużi ta’ Jiloca, Albarracín, Gúdar u Maestrazgo, għamluha possibbli li tinħoloq tradizzjoni qawwija ta’ laħam, prieżet u spalel tal-ħnieżer ta’ kwalità għolja. Ovvjament dawk l-annimali sparixxew, iżda baqgħu l-kompetenza u l-għarfien ta’ ħafna bdiewa artiġjanali, li għaddew l-esperjenza tagħhom bit-tnissil ta’ dawn l-annimali, biex inżammu l-karatteristiċi ta’ dawk ir-razez (ir-razza Molina ta’ oriġini Ċeltika u r-razza Iberjana Morella, li għandha l-aħjar tendenza għat-tismin), li ppermettew li tinżamm din it-tradizzjoni mill-imgħoddi ta’ laħam ta’ kwalità għolja.
Karatteristika essenzjali ta’ din id-denominazzjoni li bla dubju għandha tiġi enfasizzata hija l-għarfien biex tiġi riprodotta l-esperjenza mill-imgħoddi fit-tnissil ta’ annimali xierqa mir-razez Landrace, Large White u Duroc. Dan il-ħanżir xieraq huwa l-prodott ta’ inkroċjar tar-razez imsemmija qabel, li jipproduċi ibridu vigoruż. Il-karatteristiċi morfoloġiċi tiegħu huma prinċipalment dovuti għall-kriterji applikati fl-għażla tal-proġenituri tiegħu.
Ovvjament, dan l-għarfien kondiviż kollu huwa kkumplimentat mill-għarfien espert ta’ dawk l-operaturi li joqtlu l-ħnieżer, li mhux biss għandu jkollhom piż tal-karkassa ta’ mill-inqas 86 kg iżda wkoll il-livell adattat ta’ ħxuna tax-xaħam tad-dahar, imkejla fil-punt ta’ nofs il-karkassa, biex jiġu aċċettati għall-ipproċessar fi prodott tad-DOP. Fir-rigward tat-tbiċċir, ta’ min jinnota l-għarfien espert meħtieġ għas-separazzjoni jew għall-qtugħ mingħajr ksur tas-sieq ta’ wara jew ta’ quddiem, l-iżvinar, it-tneħħija tal-ġilda żejda, il-ġarr tal-qatgħat lejn il-faċilità tat-tnixxif u l-klassifikazzjoni tagħhom, abbażi tal-piż u t-temperatura interna tagħhom, sabiex jinkisbu prodotti omoġenji li jistgħu jiġu aċċettati mill-proċessuri, filwaqt li jirrikonoxxu li dawk il-biċċiet bix-xaħam u mingħajr ħsarat ikunu dawk użati għall-produzzjoni tal-prodott.
L-għarfien espert fil-prattika tat-tmelliħ, fejn il-melħ jitħalla jibqa’ f’kuntatt mal-qatgħat għal bejn 0,65 ta’ ġurnata u ġurnata sħiħa għal kull kilogramma ta’ piż frisk tas-sieq ta’ wara jew ta’ quddiem, baqa’ jiġi mgħoddi sal-lum, u jippermetti li jiżviluppa perżut b’togħma pjaċevoli, delikata u kemxejn mielħa. Bl-istess mod, il-fatt li kienu jifhmu l-klima lokali taż-żona tal-ipproċessar għamilha possibbli li tintuża din il-prattika ta’ tmelliħ.
Il-ġeografija varjata ta’ Teruel ipproduċiet għadd kbir ta’ riċetti antiki u tradizzjonali. Żewġ etnologi u gastronomi, il-Professur Antonio Beltrán u José Manuel Porquet fit-trattati gastronomiċi tagħhom, isemmu riċetti rappreżentattivi tal-provinċja ta’ Teruel li jinkludu l-“Jamón de Teruel” bħala ingredjent: is-“soppa tat-tewm ta’ Teruel”, bil-perżut imqatta’ biċċiet u l-“perżut bit-tadam fl-istil ta’ Teruel”. Fl-aħħar nett ma nistgħux ninsew ir-“regañaos” li jittieklu komunement fil-festival tal-“Vaquilla del Ángel” f’Teruel — magħmulin minn bażi ta’ għaġina biż-żejt, miksija b’fetet tal-perżut u bżar aħmar, mixwija fil-forn jew fit-taġen.
5.2. Speċifiċità tal-prodott
|
— |
Ir-razza Duroc hija kkaratterizzata mir-rata ottimali ta’ tkabbir, ir-robustezza kbira, il-prolifiċità tajba u r-rendimenti għoljin tagħha. Il-laħam ta’ din ir-razza għandu kontenut għoli ta’ xaħam, li jippermetti li jinkiseb laħam ta’ kwalità għolja. |
|
— |
Il-Landrace huwa annimal ta’ tul u daqs akbar mill-medja, li jagħmluh sors tajjeb ta’ laħam għad-denominazzjoni tal-oriġini. Din ir-razza tispikka għall-konformazzjoni eċċellenti, ir-rata għolja ta’ tkabbir ta’ kuljum, l-effiċjenza kbira tal-għalf u l-ħxuna tax-xaħam tad-dahar tagħha. |
|
— |
Ir-razza Large-White hija razza li tadatta ħafna, robusta, b’fekondità u fertili, b’rati ta’ tkabbir u żidiet tekniċi diċenti, u l-laħam tagħha hu ta’ kwalità eċċellenti, definit primarjament mis-sukkulenza, is-sawra, il-konformazzjoni u l-kulur tiegħu. |
L-influwenza pożittiva tar-razza Duroc, kif ukoll it-tip speċjali tal-għalf ibbażat fuq iċ-ċereali, ikkumplimentati minn piż kbir tal-karkassa, iddefinew u rfinaw l-għarfien espert ta’ bosta bdiewa artiġjanali mill-passat. Hija l-esperjenza li għaddew lill-ġenerazzjonijiet ta’ warajhom, flimkien mat-teknoloġija moderna, li tagħmilha possibbli li tinkiseb il-kwalità ta’ prodotti bħall-“Jamón de Teruel” u l-“Paleta de Teruel”.
Il-karatteristiċi kwalitattivi fundamentali li jiddistingwuhom minn prodotti simili oħra jkunu diġà jidhru fil-qatgħat friski lesti biex jiġu ppreservati, li għandhom:
|
— |
pH ftit ogħla u rata ta’ dekompożizzjoni aktar bil-mod; |
|
— |
kulur aktar skur; |
|
— |
“kapaċità” akbar “li jżommu l-ilma”; |
|
— |
aktar “sukkulenza”; |
|
— |
livell ogħla ta’ xaħam intramuskolari (% akbar ta’ xaħam intramuskolari); |
|
— |
livell aktar baxx ta’ xaħam saturat; |
|
— |
sawra aktar ratba u laħam aktar “tari” (aktar xaħmin u sukkulenti); |
|
— |
adegwatezza akbar għall-konservazzjoni u l-maturazzjoni. |
Fir-rigward tal-prodott ipproċessat, huwa kkaratterizzat mill-fatt li huwa inqas mielaħ u għandu togħma aktar intensa ta’ “preservazzjoni”, kif deskritt fil-punt 3.2.
5.3. Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għal DOP) jew il-kwalità, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħra speċifiċi tal-prodott (għal IĠP)
Għall-ipproċessar ta’ prodotti tal-laħam, huwa meħtieġ li l-materja prima tiġi soġġetta għal serje ta’ tekniki tal-konservazzjoni, li essenzjalment tfisser it-tmelliħ u d-deidratazzjoni, sabiex il-prodott finali jiġi stabbilizzat mikrobijoloġikament. Il-kundizzjonijiet ġeografiċi ta’ altitudni ’l fuq mil-livell tal-baħar, l-ammont ta’ xita u t-temperaturi ambjentali fiż-żona tal-ipproċessar, flimkien mat-tradizzjonijiet mgħoddija minn ġenerazzjoni għal oħra, jagħtu lil dawn il-prodotti l-karatteristiċi organolettiċi speċjali tagħhom, b’mod partikolari:
|
— |
it-togħma delikata tagħhom, b’kontenut minimu ta’ melħ, bħala riżultat tat-tip ta’ tmelliħ użat, jiġifieri li l-qatgħat jitgħattew b’melħ xott, b’temperaturi baxxi ħafna għall-ħin minimu meħtieġ għall-penetrazzjoni tal-ammont korrett tal-melħ; |
|
— |
stadju ta’ mistrieħ wara t-tmelliħ li jsir ukoll f’temperaturi baxxi ħafna; |
|
— |
il-kulur aħmar u d-dehra tleqq meta jinqata’, minħabba t-temperaturi ambjentali ħfief tal-proċess tat-tnixxif, proċess tat-tnixxif li jsir skont il-klima tipika tal-provinċja ta’ Teruel, ġeneralment friska u b’umdità minn medja sa baxxa, li tippermetti tnixxif bil-mod u bbilanċjat. Dan, min-naħa tiegħu, jagħmel il-maturazzjoni intensa, u jippermetti l-iżvilupp ta’ aroma u togħma qawwijin, flimkien ma’ sawra ratba u li faċli tintgħomod. Ix-xaħam intramuskolari jiffavorixxi dan il-proċess ta’ tnixxif bil-mod u ta’ maturazzjoni intensa, |
|
— |
l-immaniġġar waqt l-aħħar fażijiet ta’ maturazzjoni u tqaddim li jżid l-attività tal-enzima proteolitika u lipolitika, biex b’hekk jiġu rfinati u ssupplimentati l-aromi, it-togħmiet u s-sawriet, kemm tal-laħam kif ukoll tax-xaħam; |
|
— |
konsistenza żejtnija, ileqq, b’kulur abjad jagħti fl-isfar, aromatiku u b’togħma pjaċevoli, minħabba l-ġenotip ideali tal-ħnieżer miksub bl-inklużjoni tal-missirijiet mir-razza Duroc, il-kontenut għoli ta’ ċereali fl-għalf mogħti lill-annimali, u l-piżijiet kbar tal-annimali meta jinqatlu li jippermettu li l-laħam ikun kif suppost, “la mqaddem wisq u lanqas wisq ftit”, bil-livell tajjeb ta’ xaħam intramuskolari. |
Dawn il-karatteristiċi kollha ta’ dan il-prodott jagħmluh speċjali u jiddistingwuh minn prodotti simili oħra, b’riżultat tal-fatturi naturali u tal-attività tal-bniedem deskritti fil-punt 5.1.
Referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott
(it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament)
https://www.aragon.es/documents/20127/60698021/Pliego+de+Condiciones+de+la+denominaci%C3%B3n+de+origen+protegida+Jam%C3%B3n+de+Teruel_Paleta+de+Teruel+-+Consolidado.pdf/07d33dfc-1bfe-e48f-3c2e-18c4502a3578?t=1611235730833