|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 68 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 65 |
|
Werrej |
Paġna |
|
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2022/C 68/01 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10576 — BAIN CAPITAL / HELLMAN & FRIEDMAN / ATHENAHEALTH GROUP) ( 1 ) |
|
|
III Atti preparatorji |
|
|
|
IL-BANK ĊENTRALI EWROPEW |
|
|
2022/C 68/02 |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2022/C 68/03 |
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2022/C 68/04 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10608 – CMA CGM / CLS BUSINESS) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
2022/C 68/05 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10582 - GAMALIFE / GOING CONCERN OF ZURICH INVESTMENTS LIFE) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
2022/C 68/06 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10595 – CERBERUS / HBCE (FRENCH RETAIL BANKING)) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
2022/C 68/07 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10589 — ADT / FORD NEXT / SNTNL) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
9.2.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 68/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.10576 — BAIN CAPITAL / HELLMAN & FRIEDMAN / ATHENAHEALTH GROUP)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2022/C 68/01)
Fit 1 ta’ Frar 2022, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tas-sit web tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Dan is-sit web jipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fis-sit web EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32022M10576. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi tal-Unjoni Ewropea. |
III Atti preparatorji
IL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
|
9.2.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 68/2 |
OPINJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tat-30 ta’ Novembru 2021
dwar proposta għal regolament biex jiġu estiżi r-rekwiżiti ta’ traċċabilità għat-trasferimenti ta’ kriptoassi
(CON/2021/37)
(2022/C 68/02)
Introduzzjoni u bażi legali
Fl-14 u l-20 ta’ Ottubru 2021 il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) irċieva talba mingħand il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, rispettivament, għal opinjoni dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-informazzjoni li takkumpanja t-trasferimenti ta’ fondi u ta’ ċerti kriptoassi (riformulazzjoni) (1) (iktar ’il quddiem ir-“regolament propost”).
Il-kompetenza tal-BĊE biex jagħti opinjoni hija bbażata fuq l-Artikoli 127(4) u 282(5) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea billi r-regolament propost fih dispożizzjonijiet li jaffettwaw il-kompiti bażiċi tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (SEBĊ) biex timplimenta l-politika monetarja tal-Unjoni u biex tippromwovi t-tħaddim bla xkiel ta’ sistemi ta’ pagament skont l-ewwel u r-raba’ inċiżi tal-Artikolu 127(2) tat-Trattat; il-kontribut tas-SEBĊ għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja skont l-Artikolu 127(5) tat-Trattat, u l-istatus tal-karti tal-flus tal-euro bħala valuta legali skont l-Artikolu 127(1) tat-Trattat. Skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 17.5 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-Kunsill Governattiv adotta din l-opinjoni.
Osservazzjonijiet ġenerali
Il-BĊE jilqa’ l-inizjattiva tal-Kummissjoni Ewropea biex jiġu estiżi r-rekwiżiti ta’ traċċabilità għall-kriptoassi permezz tar-regolament propost, li jifforma parti mill-pakkett Kontra l-Ħasil tal-Flus/il-Ġlieda kontra l-Finanzjament tat-Terroriżmu (AML/CFT) (2) adottat mill-Kummissjoni fl-20 ta’ Lulju 2020.
Peress li t-trasferimenti tal-kriptoassi huma soġġetti għal riskji simili ta’ ħasil tal-flus u ta’ finanzjament tat-terroriżmu bħat-trasferimenti elettroniċi ta’ fondi, il-fornituri ta’ servizzi ta’ kriptoassi jenħtieġ li jkunu soġġetti għall-istess livell ta’ rekwiżiti ta’ AML/CFT bħal entitajiet oħrajn marbutin b’obbligu. Il-BĊE għalhekk jilqa’ r-regolament propost bħala mezz biex ikun hemm kundizzjonijiet ekwivalenti għall-fornituri tas-servizzi tal-kriptoassi.
Il-BĊE jilqa’ l-allinjament propost tal-qafas legali tal-UE mar-Rakkomandazzjonijiet tat-Task Force ta’ Azzjoni Finanzjarja (FATF), b’mod partikolari r-Rakkomandazzjoni 16 (3), peress li jkompli jtaffi r-riskji tal-AML/CFT assoċjati mat-trasferimenti ta’ kriptoassi, biex b’hekk jiġu stabbiliti kundizzjonijiet ekwivalenti bejn it-trasferimenti f’muniti uffiċjali u t-trasferimenti fi kriptoassi biex jiġi evitat l-użu ħażin tal-kriptoassi għall-finijiet tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu. Filwaqt li jenħtieġ li jinkisbu kundizzjonijiet ekwivalenti f’termini tal-intensità tar-rekwiżiti tal-AML/CFT applikabbli għall-fornituri ta’ servizzi ta’ kriptoassi, jenħtieġ li r-rekwiżiti speċifiċi jkopru r-riskji assoċjati mal-karatteristiċi teknoloġiċi tal-kriptoassi u tat-trasferimenti tal-kriptoassi. Pereżempju, ir-rekwiżiti li jirrigwardaw it-traċċabbiltà tat-trasferimenti tal-kriptoassi jenħtieġ li jqisu l-karatteristiċi speċifiċi tat-teknoloġiji sottostanti għal dawn it-trasferimenti.
Għall-finijiet ta’ mitigazzjoni effettiva tar-riskji AML/CFT, ir-regolament propost jenħtieġ li jiġi ċċarat biex jiġi evitat kwalunkwe dubju li t-tranżazzjonijiet bejn kartieri ospitati u mhux ospitati huma koperti, bl-effett li eżattament l-istess informazzjoni bħal dik għal trasferimenti ta’ kriptoassi oħra trid tinġabar u tinħażen. Barra minn hekk, l-iżviluppi tas-suq u l-attivitajiet ta’ ħasil tal-flus li jinvolvu l-kriptoassi mingħajr l-użu ta’ fornituri tas-servizzi jew fi skambji deċentralizzati bejn il-pari jenħtieġ li jiġu mmonitorjati mill-qrib ukoll mill-Kummissjoni u mill-awtoritajiet nazzjonali rilevanti, u jenħtieġ li jiġu proposti miżuri leġiżlattivi ulterjuri, fejn xieraq, jekk jiġu osservati żieda sinifikanti fil-volumi tat-tranżazzjonijiet u żieda fl-użu ta’ tali assi għal attivitajiet illeċiti f’dan is-segment.
Fl-aħħar nett, minħabba l-pass mgħaġġel tal-iżviluppi teknoloġiċi fil-qasam tal-kriptoassi, huwa importanti li l-implimentazzjoni tal-qafas tiġi mmonitorjata mill-qrib f’kollaborazzjoni mal-awtoritajiet rilevanti u, fejn xieraq, mas-settur privat.
1. Definizzjoni ta’ kriptoassi u l-kamp ta’ applikazzjoni tar-regolament propost
|
1.1 |
Ir-Regolament propost se juża d-definizzjoni ta’ “kriptoassi” stabbilita fil-proposta tal-Kummissjoni għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-Swieq fil-Kriptoassi, u li jemenda d-Direttiva (UE) 2019/1937 (4) (minn hawn’ il quddiem ir-“regolament MiCA propost”). Kif diġà ġie nnotat mill-BĊE (5), ir-regolament MiCA propost fih definizzjoni tal-kriptoassi wiesgħa u speċifika għat-teknoloġija. Il-BĊE jifhem li din hija maħsuba biex tkun definizzjoni wiesgħa u komprensiva, u li konsegwentement ir-regolament propost għandu l-għan li jestendi r-rekwiżiti ta’ traċċabbiltà għall-kriptoassi kollha, irrispettivament mit-teknoloġija sottostanti (teknoloġija tar-reġistru distribwit jew teknoloġija oħra) użata għall-ħruġ tagħhom. |
|
1.2 |
Fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni tar-regolament propost, il-BĊE jifhem li, bħal dak tar-regolament MiCA propost, dan mhux maħsub biex ikopri l-kriptoassi maħruġa minn banek ċentrali meta jaġixxu fil-kapaċità tagħhom ta’ awtorità monetarja. Madankollu, għal raġunijiet ta’ ċertezza legali u sabiex il-kamp ta’ applikazzjoni tar-regolament propost jiġi allinjat bis-sħiħ ma’ dak tar-regolament MiCA propost, il-BĊE jipproponi li dan jiġi indikat b’mod espliċitu fil-premessi u d-dispożizzjonijiet tar-regolament propost. |
2. Referenza għall-muniti uffiċjali
Ir-regolament propost fih referenzi għat-terminu “muniti ta’ kors legali” (6). Skont it-Trattati u l-liġi monetarja tal-Unjoni, l-euro hija l-munita unika taż-żona tal-euro, jiġifieri, ta’ dawk l-Istati Membri li adottaw l-euro bħala l-munita tagħhom. Fir-rigward tal-Istati Membri li ma adottawx l-euro bħala l-munita tagħhom, it-Trattati jirreferu b’mod konsistenti għall-muniti ta’ dawk l-Istati Membri. It-Trattati mkien ma jirreferu għall-euro jew għall-muniti tal-Istati Membri bħala muniti “ta’ kors legali”. F’dan l-isfond, mhuwiex xieraq li ssir referenza f’test legali tal-Unjoni għal “muniti ta’ kors legali”. Minflok, ir-regolament propost għandu jirreferi għal “muniti uffiċjali” (7).
3. Data tal-applikazzjoni tar-regolament propost
L-allinjament tad-data tal-applikazzjoni tar-regolament propost ma’ dik tar-regolament MiCA propost jkun ta’ għajnuna minn perspettiva ta’ stabbiltà sistemika u finanzjarja sabiex jiġi żgurat li r-regolament propost japplika għat-trasferimenti ta’ kriptoassi mill-aktar fis possibbli, minflok ma nistennew id-dħul fis-seħħ tal-bqija tal-pakkett tal-AML. Kif innotat mill-Kummissjoni, sa issa, it-trasferimenti ta’ assi virtwali baqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar is-servizzi finanzjarji, li jesponi lid-detenturi ta’ kriptoassi għal riskji ta’ ħasil tal-flus u ta’ finanzjament tat-terroriżmu, peress li l-flussi ta’ flus illeċiti jistgħu jsiru permezz ta’ trasferimenti ta’ kriptoassi u jagħmlu ħsara lill-integrità, l-istabbiltà u r-reputazzjoni tas-settur finanzjarju (8). Għadd ta’ Stati Membri diġà lleġiżlaw dwar dan il-punt (9).
Fejn il-BĊE jirrakkomanda li r-regolament propost jiġi emendat, il-proposti ta’ abbozzar speċifiċi huma stabbiliti f’dokument ta’ ħidma tekniku separat flimkien ma’ test ta’ spjegazzjoni f’dan is-sens. Id-dokument ta’ ħidma tekniku huwa disponibbli bl-Ingliż fuq EUR-Lex.
Magħmul fi Frankfurt am Main, it-30 ta’ Novembru 2021.
Il-President tal-BĊE
Christine LAGARDE
(1) COM(2021) 422 final.
(2) Il-pakkett jinkludi wkoll: (a) proposta għal regolament dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet ta’ ħasil tal-flus (ML) jew ta’ finanzjament tat-terroriżmu (TF) (C(2021) 420 final); (b) proposta għal direttiva dwar il-mekkaniżmi li għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri għall-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet ta’ ħasil tal-flus jew finanzjament tat-terroriżmu u li tħassar id-Direttiva (UE) 2015/849 (C(2021) 423 final); u (c) proposta għal regolament li jistabbilixxi l-Awtorità għall-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus u Kontra l-Finanzjament tat-Terroriżmu u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) 1094/2010, (UE) 1095/2010(C(2021) 421 final).
(3) Ara r-Rakkomandazzjonijiet tal-FATF. Jinsabu fuq is-sit web tal-FATF fuq https://www.fatf-gafi.org
(4) COM/2020/593 final.
(5) Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 12 tal-Opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta’ Frar 2021 dwar proposta għal regolament dwar is-Swieq fil-Kriptoassi, u li jemenda d-Direttiva (UE) 2019/1937 (ĠU C 152, 29.4.2021, p. 1). L-opinjonijiet kollha tal-BĊE huma disponibbli fuq EUR-Lex.
(6) Ara l-premessi 8 u 27 tar-regolament propost.
(7) Ara l-paragrafu 2.1.5 tal-Opinjoni CON/2021/4 u l-paragrafu 1.1.3 tal-Opinjoni CON/2016/49 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-12 ta’ Ottubru 2016 dwar proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva (UE) 2015/849 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda d-Direttiva 2009/101/KE (ĠU C 459, 9.12.2016, p. 3).
(8) Ara t-tmien paragrafu tal-ewwel punt tat-Taqsima 1 tal-memorandum ta’ spjegazzjoni għar-regolament propost.
(9) Pereżempju, fl-1 ta’ Ottubru 2021, daħliet fis-seħħ ordinanza tal-Ministeru tal-Finanzi Ġermaniż dwar rekwiżiti ta’ diliġenza dovuta msaħħa għat-trasferiment ta’ crypto-assets (Verordnung über verstärkte Sorgfaltspflichten bei dem Transfer von Kryptowerten vom 24. Settembru 2021 (BGBl. I S. 4465)). Skont l-Ordinanza, il-fornituri ta’ servizzi ta’ kriptoassi li jittrasferixxu kriptoassi f’isem min jieħu l-ordni jridu jittrażmettu simultanjament u b’mod sigur lill-fornitur tas-servizzi tal-kriptoassi li jaġixxi f’isem il-benefiċjarju l-isem, l-indirizz u n-numru tal-kont (eż. ċavetta pubblika) ta’ min jagħti l-ordni, u l-isem u n-numru tal-kont (eż. ċavetta pubblika) tal-benefiċjarju. Il-fornitur ta’ servizzi ta’ kriptoassi li jaġixxi f’isem il-benefiċjarju jrid jiżgura li jirċievi u jaħżen informazzjoni dwar l-oriġinatur u l-benefiċjarju. It-traċċabbiltà sħiħa tal-partijiet involuti fi trasferiment ta’ kriptoassi hija maħsuba bħala għodda fil-prevenzjoni, l-identifikazzjoni u l-investigazzjoni tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, kif ukoll il-monitoraġġ tal-evażjoni tas-sanzjonijiet. L-Ordinanza tirrikjedi wkoll li l-entitajiet marbutin b’obbligu jiżguraw li l-informazzjoni dwar il-benefiċjarju jew l-oriġinatur ta’ trasferiment tinġabar meta t-trasferiment isir minn jew lejn kartiera elettronika li ma tkunx ġestita minn fornitur ta’ servizzi ta’ kriptoassi, anki jekk ma jkun hemm l-ebda riskju ta’ trasferiment tad-data.
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
9.2.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 68/5 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
It-8 ta’ Frar 2022
(2022/C 68/03)
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,1408 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
131,68 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4437 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,84363 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
10,4433 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,0545 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
142,40 |
|
NOK |
Krona Norveġiża |
10,0758 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
24,259 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
353,09 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,5312 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,9450 |
|
TRY |
Lira Turka |
15,5558 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,6025 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,4505 |
|
HKD |
Dollaru ta’ Hong Kong |
8,8923 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,7196 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,5349 |
|
KRW |
Won tal-Korea t’Isfel |
1 367,88 |
|
ZAR |
Rand ta’ l-Afrika t’Isfel |
17,6380 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,2636 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,5215 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
16 418,40 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,7740 |
|
PHP |
Peso Filippin |
58,715 |
|
RUB |
Rouble Russu |
85,7797 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
37,606 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
6,0209 |
|
MXN |
Peso Messikan |
23,5601 |
|
INR |
Rupi Indjan |
85,2545 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta’ referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
V Avviżi
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
9.2.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 68/6 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10608 – CMA CGM / CLS BUSINESS)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2022/C 68/04)
1.
Fl-1 ta’ Frar 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
CMA CGM S.A. (“CMA CGM”, Franza), |
|
— |
CLS Business, ikkontrollat minn Ingram Micro Inc. (“Ingram”, l-Istati Uniti tal-Amerka). |
CMA CGM S.A. takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ CLS Business kollu kemm hu.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz ta’ xiri ta’ ishma u assi.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
CMA CGM toffri firxa ta’ servizzi relatati mat-trasport bil-baħar, inkluż it-trasport bil-baħar tal-containers u s-servizzi tat-terminal tal-port. CMA CGM hija attiva wkoll fis-servizzi ta’ spedizzjoni tal-merkanzija u ta’ loġistika kuntrattwali permezz tas-sussidjarja tagħha, CEVA Logistics, |
|
— |
CLS Business jinkludi n-negozju tal-loġistika kuntrattwali ta’ Ingram, li bħalissa mħaddem mid-Diviżjoni ta’ Ingram għas-Servizzi tal-Kummerċ u taċ-Ċiklu tal-Ħajja. CLS Business joffri firxa ta’ servizzi fil-loġistika kuntrattwali prinċipalment fl-Amerka ta’ Fuq u fl-Ewropa, b’mod partikolari l-loġistika ta’ spedizzjoni u l-loġistika inversa. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
Il-Każ M.10608 – CMA CGM / CLS BUSINESS
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-fax jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
|
9.2.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 68/8 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10582 - GAMALIFE / GOING CONCERN OF ZURICH INVESTMENTS LIFE)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2022/C 68/05)
1.
Fl-1 ta’ Frar 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
GamaLife - Companhia de Seguros de Vida, S.A. (“GamaLife”, il-Portugall), |
|
— |
Unità tan-negozju ta’ Zurich Investments Life S.p.A. (Il-“Kumpanija fil-Mira”, l-Italja). |
Gamalife takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll tal-Kumpanija fil-Mira kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ assi.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Gamalife hija impriża tal-assikurazzjoni tal-ħajja, attiva primarjament fil-Portugall, proprjetà kollha kemm hi ta’ fondi ta’ investiment mogħtija minn Apax Partners LLP (“AP”, ir-Renju Unit). |
|
— |
Il-Kumpanija fil-Mira hija portafoll prinċipalment magħluq ta’ kuntratti tal-assikurazzjoni tal-ħajja, flimkien mal-assi, l-operazzjonijiet, il-kuntratti, l-impjegati, id-drittijiet, l-obbligazzjonijiet u l-obbligi rilevanti. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10582 - GAMALIFE / GOING CONCERN OF ZURICH INVESTMENTS LIFE
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-fax jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
|
9.2.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 68/10 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10595 – CERBERUS / HBCE (FRENCH RETAIL BANKING))
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2022/C 68/06)
1.
Fil-31 ta’ Jannar 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Cerberus Capital Management L.P. (“Cerberus”, l-Istati Uniti tal-Amerka), u |
|
— |
In-negozju bankarju Franżiz għall-konsumaturi ta’ HSBC Continental Europe (“HBCE’s French Retail Banking Business”, Franza), parti minn HSBC Group ikkontrollat minn HSBC Holdings plc. |
Cerberus takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ HBCE’s French Retail Banking Business kollu kemm hu.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ assi.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Cerberus hija kumpanija ta’ investiment fit-tul f’kull tip ta’ titoli u assi, inklużi iżda mhux limitati għal, kreditu komplementari, ekwità privata, pjattaformi ta’ proprjetà immobbli u self tas-suq medju. |
|
— |
HBCE’s French Retail Banking Business joffri lill-klijenti tiegħu: servizzi bankarji u finanzjarji ta’ kuljum; soluzzjonijiet għall-ħtiġijiet ta’ finanzjament tagħhom fuq terminu qasir u twil; soluzzjonijiet tal-assikurazzjoni u pariri finanzjarji, tal-assikurazzjoni u tal-investiment u servizzi ta’ ġestjoni tal-assi. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10595 – CERBERUS / HBCE (FRENCH RETAIL BANKING)
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-fax jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
|
9.2.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 68/12 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10589 — ADT / FORD NEXT / SNTNL)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2022/C 68/07)
1.
Fit-2 ta’ Frar 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
ADT LLC (“ADT”, l-Istati Uniti tal-Amerka), finalment ikkontrollata minn Apollo Group (l-Istati Uniti tal-Amerka), |
|
— |
Ford Next LLC (“Ford Next”, l-Istati Uniti tal-Amerka), li tappartjeni għal Ford Group (l-Istati Uniti tal-Amerka), |
|
— |
SNTNL LLC (“SNTNL”, l-Istati Uniti tal-Amerka), ikkontrollata minn Ford Next. |
ADT u Ford Next jakkwistaw, fis-sen tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ SNTNL.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ titoli f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi f’impriża bi sħab (joint venture, JV).
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
ADT tipprovdi sigurtà, awtomatizzazzjoni, soluzzjonijiet ta’ djar intelliġenti u toffri servizzi ta’ monitoraġġ professjonali 24/7. |
|
— |
Ford Next iżżomm l-operazzjonijiet tan-negozju tal-vetturi awtonomi ta’ Ford Group, inklużi l-integrazzjoni tas-sistemi ta’ sewqan awtonomu, ir-riċerka awtonoma tal-vetturi u l-inġinerija avvanzata, l-iżvilupp tan-network tat-trasport bħala servizz tal-AV, l-esperjenza tal-utent, l-istrateġija tan-negozju u t-timijiet tal-iżvilupp tan-negozju. |
|
— |
SNTNL għandha l-intenzjoni li tiżviluppa, timmanifattura u tbigħ sistemi ta’ sigurtà tal-vetturi konnessi u intelliġenti u servizzi relatati bħall-monitoraġġ minn terzi persuni. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10589 — ADT / FORD NEXT / SNTNL
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email, permezz tal-fax jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles / Brussel |
|
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).