ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 64

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 65
7 ta' Frar 2022


Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2022/C 64/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2022/C 64/02

Kawża C-375/20: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-13 ta’ Ottubru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal da Relação de Coimbra – il-Portugall) – Liberty Seguros, Compañia de Seguros y Reaseguros, SA – Sucursal em Portugal, li qabel kienet Liberty Seguros SA vs DR (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Assigurazzjoni obbligatorja tar-responsabbiltà ċivili li tirriżulta mill-użu tal-vetturi bil-mutur – Direttiva 2009/103/KE – Kuntratt ta’ assigurazzjoni konkluż fuq il-bażi ta’ dikjarazzjonijiet foloz – Trasport internazzjonali ta’ persuni u ta’ merkanzija mingħajr awtorizzazzjoni – Nullità tal-kuntratt ta’ assigurazzjoni – Infurzabbiltà kontra terzi vittmi u kontra l-korp inkarigat milli jikkumpensa l-vittmi)

2

2022/C 64/03

Kawża C-583/20: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-21 ta’ Ottubru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Kúria – l-Ungerija) – EuroChem Agro Hungary Kft. vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 53(2) u Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Direttiva 2006/112/KE – Artikolu 273 – Ġlieda kontra l-frodi – Obbligu ta’ dikjarazzjoni dwar it-trasport ta’ merkanzija – Sistema elettronika ta’ kontroll tat-trasport tal-merkanzija bit-triq – Sistema ta’ sanzjonijiet applikabbli għall-kontribwenti f’riskju – Proporzjonalità)

3

2022/C 64/04

Kawża C-691/20: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-22 ta’ Ottubru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Judicial da Comarca do Porto Este – Penafiel – Juízo Trabalho – il-Portugall) – B vs O, P, OP, G, N (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Dritt tal-Unjoni Ewropea – Prinċipji – Artikolu 18 TFUE – Ugwaljanza fit-trattament – Diskriminazzjoni minħabba n-nazzjonalità – Projbizzjoni – Artikolu 49 TFUE – Libertà ta’ stabbiliment – Responsabbiltà in solidum, bejn il-kumpanniji li jagħmlu parti minn grupp, għad-dejn li jirriżulta minn kuntratt ta’ impjieg konkluż minn waħda minn dawn il-kumpanniji – Esklużjoni mil-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru kkonċernat tal-kumpanniji li għandhom is-sede tagħhom fi Stat Membru ieħor)

3

2022/C 64/05

Kawża C-87/21: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-14 ta’ Ottubru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Cluj – ir-Rumanija) – NSV, NM vs BT (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Protezzjoni tal-konsumaturi – Direttiva 93/13/KEE – Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi – Kamp ta’ applikazzjoni – Artikolu 1(2) – Klawżoli kuntrattwali li jirriflettu liġijiet u regolament imperattivi – Kuntratti ta’ self f’munita barranija – Klawżoli dwar ir-riskju tas-suq tal-muniti barranin li jinkludu dispożizzjoni supplettiva tad-dritt nazzjonali – Ksur allegat tal-obbligu ta’ informazzjoni li jaqa’ fuq l-istituzzjoni bankarja li ssellef – Rekwiżit ta’ bona fide – Eżami mill-qorti nazzjonali li għandu jsir bi prijorità fir-rigward tal-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 93/13)

4

2022/C 64/06

Kawża C-316/21: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas-6 ta’ Ottubru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Raad van State – il-Belġju)– Monument Vandekerckhove NV vs Stad Gent (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Direttiva 2014/24/UE – Żvolġiment tal-proċedura – Għażla tal-parteċipanti u għoti ta’ kuntratti – Artikolu 63 – Offerent li jagħmel użu mill-kapaċitajiet ta’ entità oħra sabiex jissodisfa r-rekwiżiti tal-awtorità kontraenti – Nuqqas ta’ osservanza tal-kundizzjonijiet rigward il-kapaċitajiet tekniċi u professjonali tal-offerent mill-entità li l-offerent għandu intenzjoni li jagħmel użu mill-kapaċitajiet tagħha – Obbligu li l-imsemmi offerent ikun jista’ jissostitwixxi l-imsemmija entità – Prinċipju ta’ proporzjonalità)

5

2022/C 64/07

Kawża C-193/21 P: Appell ippreżentat fil-25 ta’ Marzu 2021 minn RY mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fit-13 ta’ Jannar 2021 fil-Kawża T-824/19, RY vs Il-Kummissjoni

5

2022/C 64/08

Kawża C-382/21 P: Appell ippreżentat fit-23 ta’ Ġunju 2021 mil-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fl-14 ta’ April 2021 fil-Kawża T-579/19, The KaiKai Company Jaeger Wichmann GbR vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

6

2022/C 64/09

Kawża C-387/21 P: Appell ippreżentat fit-23 ta’ Ġunju 2021 minn Asolo Ltd u WeMO Brands BV mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fit-28 ta’ April 2021 fil-Kawża T-509/19, Asolo vs EUIPO

7

2022/C 64/10

Kawża C-473/21 P: Appell ippreżentat fit-2 ta’ Awwissu 2021 minn Franz Schröder GmbH & Co. KG mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tliet Awla) fit-2 ta’ Ġunju 2021 fil-Kawża T-854/19 – Franz Schröder vs EUIPO

7

2022/C 64/11

Kawża C-474/21 P: Appell ippreżentat fit-2 ta’ Awwissu 2021 minn Franz Schröder GmbH & Co. KG mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tliet Awla) fit-2 ta’ Ġunju 2021 fil-Kawża T-855/19 – Franz Schröder vs EUIPO

7

2022/C 64/12

Kawża C-475/21 P: Appell ippreżentat fit-2 ta’ Awwissu 2021 minn Franz Schröder GmbH & Co. KG mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tliet Awla) fit-2 ta’ Ġunju 2021 fil-Kawża T-856/19 – Franz Schröder vs EUIPO

8

2022/C 64/13

Kawża C-520/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Rejonowy dla Warszawy – Śródmieścia w Warszawie (il-Polonja) fl-24 ta’ Awwissu 2021 – A.S. vs Bank M. SA

8

2022/C 64/14

Kawża C-523/21 P: Appell ippreżentat fl-24 ta’ Awwissu 2021 mill-Innovative Cosmetic Concepts LLC mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fis-16 ta’ Ġunju 2021 fil-Kawża T-196/20, Chanel vs EUIPO – Innovative Cosmetic Concepts (INCOCO)

9

2022/C 64/15

Kawża C-537/21 P: Appell ippreżentat fil-25 ta’ Awwissu 2021 minn PL mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fis-16 ta’ Ġunju 2021 fil-Kawża T-586/19, PL vs Il-Kummissjoni

9

2022/C 64/16

Kawża C-582/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Okregowy Warszawa-Praga w Warszawie (il-Polonja) fis-17 ta’ Settembru 2021 – FY vs Profi Credit Polska S.A.

10

2022/C 64/17

Kawża C-589/21 P: Appell ippreżentat fit-23 ta’ Settembru 2021 minn Abitron Germany GmbH mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fl-14 ta’ Lulju 2021 fil-Kawża T-75/20 – Abitron Germany GmbH vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

11

2022/C 64/18

Kawża C-619/21 P: Appell ippreżentat fl-1 ta’ Ottubru 2021 minn Cora mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fl-20 ta’ Lulju 2021 fil-Kawża T-500/19, Coravin vs EUIPO – Cora (CORAVIN)

11

2022/C 64/19

Kawża C-632/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de Primera Instancia e Instrucción no 2 de Granadilla de Abona (Spanja) fl-14 ta’ Ottubru 2021 – JF u NS vs Diamond Resorts Europe Limited (Sucursal en España), Diamond Resorts Spanish Sales S.L. u Sunterra Tenerife Sales S.L.

12

2022/C 64/20

Kawża C-635/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Bremen (il-Ġermanja) fil-15 ta’ Ottubru 2021 – LB GmbH vs Hauptzollamt D

13

2022/C 64/21

Kawża C-640/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul Cluj (ir-Rumanija) fid-19 ta’ Ottubru 2021 – SC Zes Zollner Electronic SRL vs Direcţia Regională Vamală Cluj – Biroul Vamal de Frontieră Aeroport Cluj Napoca

13

2022/C 64/22

Kawża C-654/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Okręgowy w Warszawie (il-Polonja) fit-28 ta’ Ottubru 2021 – LM vs KP

14

2022/C 64/23

Kawża C-664/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vrhovno sodišče Republike Slovenije (is-Slovenja) fil-5 ta’ Novembru 2021 – NEC PLUS ULTRA COSMETICS AG vs Ir-Repubblika tas-Slovenja

14

2022/C 64/24

Kawża C-669/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Judicial da Comarca do Porto – Juízo Central Cível da Póvoa de Varzimil – il-Portugall) fid-9 ta’ Novembru 2021 – Gencoal S.A. vs Conceito Norte – Consultadoria de Gestão, Lda., BT

15

2022/C 64/25

Kawża C-670/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Köln (il-Ġermanja) fid-9 ta’ Novembru 2021 – BA vs Finanzamt X

16

2022/C 64/26

Kawża C-687/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Hagen (il-Ġermanja) fis-16 ta’ Novembru 2021 – BL vs Saturn Electro-Handelsgesellschaft mbH Hagen

16

2022/C 64/27

Kawża C-689/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Østre Landsret (id-Danimarka) fis-16 ta’ Novembru 2021 – X vs Udlændinge- og Integrationsministeriet

17

2022/C 64/28

Kawża C-691/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (Franza) fit-18 ta’ Novembru 2021 – Cafpi SA, Aviva assurances SA vs Enedis SA

18

2022/C 64/29

Kawża C-702/21 P: Appell ippreżentat fid-19 ta’ Novembru 2021 minn Laboratoire Pareva mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fil-15 ta’ Settembru 2021fil-Kawżi magħquda T-337/18 u T-347/18, Laboratoire Pareva u Biotech3D vs Il-Kummissjoni

18

2022/C 64/30

Kawża C-705/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Győri Ítélőtábla (l-Ungerija) fit-23 ta’ Novembru 2021 – MJ vs AxFina Hungary Zrt.

19

2022/C 64/31

Kawża C-707/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (Franza) fl-24 ta’ Novembru 2021 – Recamier SA vs BR

20

2022/C 64/32

Kawża C-711/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (il-Belġju) fil-25 ta’ Novembru 2021 – XXX vs État belge, irrappreżentat mis-Segretarju tal-Istat għall-Ażil u għall-Migrazzjoni

21

2022/C 64/33

Kawża C-712/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (il-Belgju) fil-25 ta’ Novembru 2021 – XXX vs État belge, représenté par le Secrétaire d’État à l’Asile et la Migration

21

2022/C 64/34

Kawża C-719/21 P: Appell ippreżentat fil-25 ta’ Novembru 2021 minn Frédéric Jouvin mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fis-26 ta’ April 2021 fil-Kawża T-472/20 u T-472/20 AJ II, Jouvin vs Il-Kummissjoni

22

2022/C 64/35

Kawża C-726/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa miż-Županijski sud u Puli (il-Kroazja) fit-30 ta’ Novembru 2021 – Proċeduri kriminali kontra GR, HS, IT, INTER CONSULTING d.o.o. fi stralċ

23

2022/C 64/36

Kawża C-742/21 P: Appell ippreżentat fit-30 ta’ Novembru 2021 minn Coopérative des artisans pêcheurs associés (CAPA), Jean Derosière, Fabien Hagneré et mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla Estiża) fil-15 ta’ Settembru 2021 fil-Kawża T-777/19, CAPA et vs Il-Kummissjoni

24

2022/C 64/37

Kawża C-757/21 P: Appell ippreżentat fid-9 ta’ Diċembru 2021 minn Nichicon Corporation mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fid-29 ta’ Settembru 2021 fil-Kawża T-342/18, Nichicon Corporation vs Il-Kummissjoni

25

2022/C 64/38

Kawża C-759/21 P: Appell ippreżentat fl-10 ta’ Diċembru 2021 minn Nippon Chemi-Con Corporation mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla Estiża) fid-29 ta’ Settembru 2021 fil-Kawża T-363/18, Nippon Chemi-Con Corporation vs Il-Kummissjoni

26

2022/C 64/39

Kawża C-366/19: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-26 ta’ Ottubru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sofiyski rayonen sad – il-Bulgarija) – BOSOLAR EOOD vs CHEZ ELEKTRO BULGARIA AD, fil-preżenza ta’:NATSIONALNA ELEKTRICHESKA KOMPANIA EAD

28

2022/C 64/40

Kawża C-136/21: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-26 ta’ Ottubru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Constitucional – il-Portugall) – Autoridade Tributária e Aduaneira vs VectorImpacto – Automóveis Unipessoal Lda

28

 

Il-Qorti Ġenerali

2022/C 64/41

Kawża T-751/21: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Novembru 2021 – EMS Electro Medical Systems vs EUIPO (AIRFLOW)

29

2022/C 64/42

Kawża T-762/21: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Diċembru 2021 – C&C IP UK vs EUIPO – Tipico Group (t)

29

2022/C 64/43

Kawża T-766/21: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Diċembru 2021 – Daw vs EUIPO – Sapa Building Systems (alpina)

30

2022/C 64/44

Kawża T-776/21: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Diċembru 2021 – Gameageventures vs EUIPO (GAME TOURNAMENTS)

31


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

7.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 64/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2022/C 64/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 51, 31.1.2022

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 37, 24.1.2022

ĠU C 24, 17.1.2022

ĠU C 11, 10.1.2022

ĠU C 2, 3.1.2022

ĠU C 513, 20.12.2021

ĠU C 502, 13.12.2021

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

7.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 64/2


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-13 ta’ Ottubru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal da Relação de Coimbra – il-Portugall) – Liberty Seguros, Compañia de Seguros y Reaseguros, SA – Sucursal em Portugal, li qabel kienet Liberty Seguros SA vs DR

(Kawża C-375/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Assigurazzjoni obbligatorja tar-responsabbiltà ċivili li tirriżulta mill-użu tal-vetturi bil-mutur - Direttiva 2009/103/KE - Kuntratt ta’ assigurazzjoni konkluż fuq il-bażi ta’ dikjarazzjonijiet foloz - Trasport internazzjonali ta’ persuni u ta’ merkanzija mingħajr awtorizzazzjoni - Nullità tal-kuntratt ta’ assigurazzjoni - Infurzabbiltà kontra terzi vittmi u kontra l-korp inkarigat milli jikkumpensa l-vittmi)

(2022/C 64/02)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal da Relação de Coimbra

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Liberty Seguros, Compañia de Seguros y Reaseguros, SA – Sucursal em Portugal, li qabel kienet Liberty Seguros SA

Konvenut: DR

Fil-preżenza ta’: Fundo de Garantia Automóvel, VS, FN, JT, Seguradoras Unidas SA

Dispożittiv

L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 3 u l-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2009/103/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar l-assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li jkollha bħala effett li n-nullità tal-kuntratt ta’ assigurazzjoni tar-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur li tirriżulta mill-eżerċizzju, mill-persuna assigurata, ta’ attività kummerċjali ta’ trasport internazzjonali mingħajr awtorizzazzjoni u minn nuqqasijiet jew dikjarazzjonijiet foloz magħmula minn din il-persuna quddiem il-kumpannija ta’ assigurazzjoni fil-mument ta’ konklużjoni ta’ dan il-kuntratt, filwaqt li t-terzi vittmi jkunu passiġġieri li ma setgħux ma kinux jafu b’din l-assenza ta’ awtorizzazzjoni, tkun tista’ tiġi invokata kontra terzi vittmi ta’ inċident tat-traffiku ta’ vetturi bil-mutur.


(1)  ĠU C 348, 19.10.2020


7.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 64/3


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-21 ta’ Ottubru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Kúria – l-Ungerija) – EuroChem Agro Hungary Kft. vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága

(Kawża C-583/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 53(2) u Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 273 - Ġlieda kontra l-frodi - Obbligu ta’ dikjarazzjoni dwar it-trasport ta’ merkanzija - Sistema elettronika ta’ kontroll tat-trasport tal-merkanzija bit-triq - Sistema ta’ sanzjonijiet applikabbli għall-kontribwenti f’riskju - Proporzjonalità)

(2022/C 64/03)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Kúria

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: EuroChem Agro Hungary Kft.

Konvenut: Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága

Dispożittiv

L-Artikolu 273 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, u l-prinċipju ta’ proporzjonalità, għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi fuq persuna taxxabbli kklassifikata bħala “kontribwent f’riskju”, fis-sens tad-dritt nazzjonali, multa intiża li tissanzjona irregolaritajiet imwettqa f’dikjarazzjonijiet ta’ kunsinna ta’ merkanzija, li l-ammont tagħha ma jista’ fl-ebda każ ikun inferjuri għal 30 % ta’ 40 % tal-valur tal-merkanzija.


(1)  ĠU C 28, 25.1.2021.


7.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 64/3


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-22 ta’ Ottubru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Judicial da Comarca do Porto Este – Penafiel – Juízo Trabalho – il-Portugall) – B vs O, P, OP, G, N

(Kawża C-691/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Dritt tal-Unjoni Ewropea - Prinċipji - Artikolu 18 TFUE - Ugwaljanza fit-trattament - Diskriminazzjoni minħabba n-nazzjonalità - Projbizzjoni - Artikolu 49 TFUE - Libertà ta’ stabbiliment - Responsabbiltà in solidum, bejn il-kumpanniji li jagħmlu parti minn grupp, għad-dejn li jirriżulta minn kuntratt ta’ impjieg konkluż minn waħda minn dawn il-kumpanniji - Esklużjoni mil-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru kkonċernat tal-kumpanniji li għandhom is-sede tagħhom fi Stat Membru ieħor)

(2022/C 64/04)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal Judicial da Comarca do Porto Este – Penafiel – Juízo Trabalho

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: B

Konvenuti: O, P, OP, G, N

Dispożittiv

Il-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni, implimentat mill-Artikolu 49 TFUE, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li skontha kumpannija, stabbilita fi Stat Membru minbarra dak li fih hija stabbilita l-kumpannija li tikkontrollaha, ma tistax titqies responsabbli in solidum għal dejn ta’ din l-aħħar kumpannija li jirriżulta minn kuntratt ta’ impjieg.


(1)  ĠU C 110, 29.3.2021.


7.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 64/4


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-14 ta’ Ottubru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Cluj – ir-Rumanija) – NSV, NM vs BT

(Kawża C-87/21) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Protezzjoni tal-konsumaturi - Direttiva 93/13/KEE - Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi - Kamp ta’ applikazzjoni - Artikolu 1(2) - Klawżoli kuntrattwali li jirriflettu liġijiet u regolament imperattivi - Kuntratti ta’ self f’munita barranija - Klawżoli dwar ir-riskju tas-suq tal-muniti barranin li jinkludu dispożizzjoni supplettiva tad-dritt nazzjonali - Ksur allegat tal-obbligu ta’ informazzjoni li jaqa’ fuq l-istituzzjoni bankarja li ssellef - Rekwiżit ta’ bona fide - Eżami mill-qorti nazzjonali li għandu jsir bi prijorità fir-rigward tal-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 93/13)

(2022/C 64/05)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel Cluj

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: NSV, NM

Konvenut: BT

Dispożittiv

L-Artikolu 1(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur għandu jiġi interpretat fis-sens li klawżola inkluża f’kuntratt ta’ self f’munita barranija konkluż bejn konsumatur u bejjiegħ jew fornitur, li tirrifletti dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali ta’ natura supplettiva, ma taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva, anki jekk:

din id-dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali ma kinitx is-suġġett ta’ evalwazzjoni mil-leġiżlatur nazzjonali, bil-għan li jiġi stabbilit bilanċ bejn l-interessi tal-konsumatur u tal-bejjiegħ jew tal-fornitur, fil-kuntest speċifiku ta’ kuntratti ta’ self bankarju konklużi mal-konsumaturi;

il-bejjiegħ jew il-fornitur ikun inkluda din il-klawżola fil-kuntratt ikkonċernat mingħajr ma wettaq l-obbligu tiegħu ta’ informazzjoni u ta’ trasparenza;

hemm indikazzjonijiet li jippermettu li jiġi kkunsidrat li l-bejjiegħ jew il-fornitur ikkonċernat inkluda l-imsemmija klawżola f’dan il-kuntratt billi aġixxa b’mala fide, peress li dan il-bejjiegħ jew il-fornitur ma setgħax ma jkunx jaf li l-applikazzjoni tal-istess klawżola setgħat toħloq, għad-detriment tal-konsumatur, żbilanċ sinjifikattiv bejn id-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet għall-imsemmi kuntratt.


(1)  ĠU C 206, 31.5.2021.


7.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 64/5


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas-6 ta’ Ottubru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Raad van State – il-Belġju)– Monument Vandekerckhove NV vs Stad Gent

(Kawża C-316/21) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Direttiva 2014/24/UE - Żvolġiment tal-proċedura - Għażla tal-parteċipanti u għoti ta’ kuntratti - Artikolu 63 - Offerent li jagħmel użu mill-kapaċitajiet ta’ entità oħra sabiex jissodisfa r-rekwiżiti tal-awtorità kontraenti - Nuqqas ta’ osservanza tal-kundizzjonijiet rigward il-kapaċitajiet tekniċi u professjonali tal-offerent mill-entità li l-offerent għandu intenzjoni li jagħmel użu mill-kapaċitajiet tagħha - Obbligu li l-imsemmi offerent ikun jista’ jissostitwixxi l-imsemmija entità - Prinċipju ta’ proporzjonalità)

(2022/C 64/06)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Raad van State

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Monument Vandekerckhove NV

Konvenut: Stad Gent

Fil-preżenza ta’: Denys NV, Aelterman BVBA

Dispożittiv

It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 63(1) tad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE, moqri flimkien mal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament, ta’ nondiskriminazzjoni u ta’ proporzjonalità kif stabbiliti fl-Artikolu 18(1) ta’ din id-direttiva, għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta tikkonstata li entità li operatur ekonomiku għandu intenzjoni li jagħmel użu mill-kapaċitajiet tagħha ma tissodisfax il-kriterji ta’ selezzjoni, l-awtorità kontraenti hija obbligata li titlob lil dan l-operatur li jissostitwixxi din l-entità, jekk ma jkunx jixtieq jiġi eskluż mill-proċedura ta’ għoti tal-kuntratt pubbliku kkonċernat.


(1)  ĠU C 320, 9.8.21.


7.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 64/5


Appell ippreżentat fil-25 ta’ Marzu 2021 minn RY mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fit-13 ta’ Jannar 2021 fil-Kawża T-824/19, RY vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-193/21 P)

(2022/C 64/07)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: RY (rappreżentant: J.-N. Louis, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Permezz ta’ digriet tad-9 ta’ Diċembru 2021, il-Qorti tal-Ġustizzja (is-Sitt Awla) ċaħdet l-appell bħala manifestament inammissibbli.


7.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 64/6


Appell ippreżentat fit-23 ta’ Ġunju 2021 mil-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fl-14 ta’ April 2021 fil-Kawża T-579/19, The KaiKai Company Jaeger Wichmann GbR vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-382/21 P)

(2022/C 64/08)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellant: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Hanf, D. Gája, E. Markakis, V. Ruzek, aġenti)

Parti oħra fil-proċedura: The KaiKai Company Jaeger Wichmann GbR

Talbiet

L-appellant jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla fl-intier tagħha s-sentenza tal-14 ta’ April 2021, The KaiKai Company Jaeger Wichmann vs EUIPO (Apparat u oġġetti għall-ġinnastika jew għall-isport), T-579/19, EU:T:2021:186;

tiċħad fl-intier tiegħu, ir-rikors tar-rikorrenti fl-ewwel istanza ppreżentat kontra d-deċiżjoni kkontestata tat-Tielet Bord tal-Appell fil-Każ R 573/2019-3;

tikkundanna lir-rikorrenti fl-ewwel istanza għall-ispejjeż sostnuti mill-appellant f’din il-proċedura kif ukoll fil-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellant, l-EUIPO, iqajjem aggravju bbażat fuq ksur tal-Artikolu 41(1) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 (1), aggravju li jqajjem kwistjoni sinjifikattiva għall-unità, għall-konsistenza u għall-iżvilupp tad-dritt tal-Unjoni fis-sens tat-tielet paragrafu tal-Artikolu 58a tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

Is-sentenza appellata tikser l-Artikolu 41(1) tar-Regolament Nru 6/2002 sa fejn tikkonstata, b’kontradizzjoni mal-formulazzjoni ċara u mingħajr ambigwità ta’ din id-dispożizzjoni, li din ma tirregolax (lacuna legis) il-każ fejn prijorità li tikkonċerna disinn Komunitarju rreġistrat hija bbażata fuq “privattiva” preċedenti. Permezz ta’ din il-konstatazzjoni, il-Qorti Ġenerali ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-għażla ċara u mingħajr ambigwità tal-leġiżlatur tal-Unjoni riflessa f’din id-dispożizzjoni li jiġu esklużi l-privattivi bħala bażi tal-invokazzjonijiet ta’ prijorità fir-rigward tad-disinni Komunitarji rreġistrati u li jiġu limitati tali invokazzjonijiet esklużivament għad-disinni jew għall-mudelli ta’ utilità preċedenti.

Minbarra dan, is-sentenza appellata tikser l-Artikolu 41(1) tar-Regolament Nru 6/2002 billi tissostitwixxi r-regola espliċita u eżawrjenti li jipprevedi permezz ta’ applikazzjoni diretta tal-Artikolu 4 tal-Konvenzjoni ta’ Pariġi (2). Ir-rikonoxximent li neċessarjament jirriżulta minn dan li r-regola prevista fl-imsemmi Artikolu 4 tal-Konvenzjoni ta’ Pariġi għandha effett dirett imur kontra l-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, fejn la din il-konvenzjoni u lanqas il-Ftehim TRIPs (3) ma huma ta’ natura li joħolqu drittijiet li l-individwi jistgħu jinvokaw quddiem il-qrati tal-Unjoni fuq il-bażi tad-dritt tal-Unjoni.

Fl-aħħar nett, is-sentenza appellata tikser l-Artikolu 41(1) tar-Regolament Nru 6/2002 billi minbarra dan tissostitwixxi r-regola espliċita u eżawrjenti li jipprevedi permezz ta’ interpretazzjoni żbaljata tal-Artikolu 4 tal-Konvenzjoni ta’ Pariġi. Din il-konvenzjoni ma tinkludix bażi legali li tippermetti li jiġu sostnuti l-konstatazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali li l-invokazzjoni ta’ prijorità fir-rigward ta’ disinn Komunitarju rreġistrat tista’ tkun ibbażata fuq privattiva f’terminu ta’ invokazzjoni ta’ prijorità ta’ tnax-il xahar.

Il-prinċipji fundamentali li jirregolaw ir-relazzjoni bejn id-dritt internazzjonali u d-dritt tal-Unjoni, li ma ttieħdux inkunsiderazzjoni fis-sentenza appellata, iservu fost oħrajn sabiex jipproteġu l-ekwilibriju istituzzjonali u l-awtonomija tal-ordinament ġuridiku tal-Unjoni u għandhom pożizzjoni kostituttiva importanti għall-ordinament ġuridiku tal-Unjoni. Is-sentenza appellata ma għandhiex biss effetti fuq il-kwistjoni tal-invokazzjonijiet ta’ prijorità għar-reġistrazzjoni tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali, iżda tikkostitwixxi wkoll preċedent għall-oqsma ta’ regolamentazzjoni kollha li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Ftehim TRIPs.

Ammissjoni tal-appell

Permezz ta’ digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla tal-Ammissjoni tal-Appelli) tal-10 ta’ Diċembru 2021, l-appell ġie ammess fl-intier tiegħu.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002 tat-12 ta’ Diċembru 2001 dwar id-disinji Komunitarji (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 27, p. 142).

(2)  Konvenzjoni ta’ Pariġi għall-Protezzjoni tal-Proprjetà Industrijali tal-20 ta’ Marzu 1883, irriveduta l-aħħar fi Stokkolma (l-Isvezja) fl-14 ta’ Lulju 1967 u emendata fit-28 ta’ Settembru 1979 (United Nations Treaty Series, Bd. 828, Nru 11851, p. 305 iktar ’il quddiem il-“Konvenzjoni ta’ Pariġi”).

(3)  Ftehim dwar l-aspetti tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali relatati mal-kummerċ (TRIPs) (ĠU Edizzjoni bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 21, p. 305, iktar ’il quddiem il-“Ftehim TRIPs”).


7.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 64/7


Appell ippreżentat fit-23 ta’ Ġunju 2021 minn Asolo Ltd u WeMO Brands BV mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fit-28 ta’ April 2021 fil-Kawża T-509/19, Asolo vs EUIPO

(Kawża C-387/21 P)

(2022/C 64/09)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Asolo Ltd u WeMO Brands BV (rappreżentanti: W. Pors advocaat, N. Dorenbosch, advocaat)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

Permezz ta’ digriet tat-13 ta’ Diċembru 2021, il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla tal-Ammissjoni tal-Appelli) iddeċidiet li l-appell ma kienx ammess u li Asolo LTD u WeMo Brands BV għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess.


7.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 64/7


Appell ippreżentat fit-2 ta’ Awwissu 2021 minn Franz Schröder GmbH & Co. KG mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tliet Awla) fit-2 ta’ Ġunju 2021 fil-Kawża T-854/19 – Franz Schröder vs EUIPO

(Kawża C-473/21 P)

(2022/C 64/10)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Franz Schröder GmbH & Co. KG (rappreżentanti: L. Pechan, N. Fangmann, Rechtsanwälte)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea, RDS Design ApS

Permezz ta’ digriet tat-8 ta’ Diċembru 2021, il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla tal-Ammissjoni tal-Appelli) iddeċidiet li l-appell ma kienx ammess u li Franz Schröder GmbH & Co. KG għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.


7.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 64/7


Appell ippreżentat fit-2 ta’ Awwissu 2021 minn Franz Schröder GmbH & Co. KG mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tliet Awla) fit-2 ta’ Ġunju 2021 fil-Kawża T-855/19 – Franz Schröder vs EUIPO

(Kawża C-474/21 P)

(2022/C 64/11)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Franz Schröder GmbH & Co. KG (rappreżentanti: L. Pechan, N. Fangmann, Rechtsanwälte)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea, RDS Design ApS

Permezz ta’ digriet tat-8 ta’ Diċembru 2021, il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla tal-Ammissjoni tal-Appelli) iddeċidiet li l-appell ma kienx ammess u li Franz Schröder GmbH & Co. KG għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.


7.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 64/8


Appell ippreżentat fit-2 ta’ Awwissu 2021 minn Franz Schröder GmbH & Co. KG mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tliet Awla) fit-2 ta’ Ġunju 2021 fil-Kawża T-856/19 – Franz Schröder vs EUIPO

(Kawża C-475/21 P)

(2022/C 64/12)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Franz Schröder GmbH & Co. KG (rappreżentanti: L. Pechan, N. Fangmann, Rechtsanwälte)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea, RDS Design ApS

Permezz ta’ digriet tat-8 ta’ Diċembru 2021, il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla tal-Ammissjoni tal-Appelli) iddeċidiet li l-appell ma kienx ammess u li Franz Schröder GmbH & Co. KG għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.


7.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 64/8


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Rejonowy dla Warszawy – Śródmieścia w Warszawie (il-Polonja) fl-24 ta’ Awwissu 2021 – A.S. vs Bank M. SA

(Kawża C-520/21)

(2022/C 64/13)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Rejonowy dla Warszawy – Śródmieścia w Warszawie

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: A.S.

Konvenut: Bank M. SA.

Domanda preliminari

L-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (1), u l-prinċipji ta’ effettività, ta’ ċertezza legali u ta’ proporzjonalità għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu interpretazzjoni ġudizzjarja tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li skontha, fil-każ li kuntratt ta’ kreditu konkluż bejn bank u konsumatur ikun null minħabba li fih hemm inklużi klawżoli kuntrattwali inġusti, il-partijiet jistgħu, minbarra r-rimbors tal-flus imħallsa fl-eżekuzzjoni ta’ dan il-kuntratt (il-bank – il-kapital tal-kreditu, u l-konsumatur – il-menswalitajiet, l-ispejjeż, il-kummissjonijiet u l-primjums tal-assigurazzjoni) kif ukoll l-interessi moratorji legali mill-mument tat-tfakkira għall-ħlas, jitolbu wkoll xi benefiċċji oħra, fosthom ammonti dovuti (b’mod partikolari remunerazzjoni, kumpens, ħlas lura tal-ispejjeż jew aġġustament tal-benefiċċju) abbażi tal-fatt li:

1.

il-persuna li twettaq il-ħlas monetarju ġiet temporanjament imċaħħda mill-possibbiltà li tagħmel użu minn flusha, u b’hekk tilfet il-possibbiltà li tinvesti l-flus u bis-saħħa ta’ dan tikseb profitti,

2.

il-persuna li twettaq il-ħlas monetarju ġarrbet l-ispejjeż relatati mal-ġestjoni tal-kuntratt ta’ kreditu u mat-trasferiment tal-flus lill-parti l-oħra,

3.

il-persuna li tirċievi l-ħlas monetarju kisbet il-benefiċċju li temporanjament setgħet tuża l-flus ta’ ħaddieħor, fost oħrajn setgħet tinvestihom u bis-saħħa ta’ dan tikseb profitti,

4.

il-persuna li tirċievi l-ħlas monetarju temporanjament kellha l-possibbiltà li tuża l-flus ta’ ħaddieħor mingħajr ħlas, liema fatt kien ikun impossibbli taħt il-kundizzjonijiet tas-suq,

5.

il-valur tax-xiri tal-flus naqas mal-mogħdija taż-żmien, u dan ifisser telf reali għall-persuna li twettaq il-ħlas monetarju,

6.

it-tqegħid għad-dispożizzjoni temporanja tal-flus għal użu jista’ jiġi ttrattat bħala t-twettiq ta’ servizz li għalih il-persuna li twettaq il-ħlas monetarju ma kisbitx remunerazzjoni?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288.


7.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 64/9


Appell ippreżentat fl-24 ta’ Awwissu 2021 mill-Innovative Cosmetic Concepts LLC mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fis-16 ta’ Ġunju 2021 fil-Kawża T-196/20, Chanel vs EUIPO – Innovative Cosmetic Concepts (INCOCO)

(Kawża C-523/21 P)

(2022/C 64/14)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Innovative Cosmetic Concepts LLC (rappreżentanti: J. Oria Sousa-Montes, P. Revuelta Martos u I. Temiño Ceniceros, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), Chanel

Permezz ta’ digriet tas-16 ta’ Diċembru 2021, il-Qorti tal-Ġustizzja (l-Awla tal-Ammissjoni tal-Appelli) ordnat li l-appell ma jiġix ammess.


7.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 64/9


Appell ippreżentat fil-25 ta’ Awwissu 2021 minn PL mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fis-16 ta’ Ġunju 2021 fil-Kawża T-586/19, PL vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-537/21 P)

(2022/C 64/15)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: PL (rappreżentant: N. de Montigny, avocate)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Tilqa’ l-appell u tannulla s-sentenza appellata;

Tibgħat il-kawża lura quddiem il-Qorti Ġenerali;

Tikkundanna lill-appellata għall-ispejjeż sostnuti mill-appellanti fil-kuntest ta’ din il-proċedura u tal-proċedura fl-ewwel istanza.

Aggravji u argumenti prinċipali

Fl-appell tagħha, l-appellanti tqajjem, essenzjalment, l-aggravji u l-argumenti li ġejjin:

1.

Dwar ir-rifjut tal-ewwel parti tal-ewwel motiv tar-rikors għal annullament:

Il-kelma “whistleblower”, użata mill-Qorti Ġenerali, ma tinsabx fir-Regolamenti tal-Persunal u timplika evalwazzjoni ppreġudikata u negattiva.

Billi qieset indispensabbli li tiġi stabbilita rabta bejn l-eżerċizzju ta’ evalwazzjoni kkontestat u d-denunzji li r-rikorrenti għamlet quddiem l-OLAF, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi u kkontradixxiet it-tagħlim li joħroġ mill-Kawża T-689/16.

Il-Qorti Ġenerali fehmet b’mod żbaljat il-kontenut tal-annessi tal-proċess kif ukoll il-portata tal-protezzjoni marbuta mal-istatus ta’ informatur u illegalment qalbet l-oneru tal-obbligi u tal-prova.

Il-Qorti Ġenerali wettqet ukoll żball ta’ liġi u ddeċidiet ultra petita meta ddeċidiet li r-rikorrenti ma kinitx talbet lis-segretarju ġenerali jassumi r-rwol ta’ evalwatur tal-appell u lanqas talbet li l-Kumitat tar-Rapporti jiltaqa’.

2.

Dwar it-tieni parti tal-ewwel motiv tar-rikors għal annullament:

Il-Qorti Ġenerali illegalment iddeċidiet li huwa ammissibbli u affidabbli l-Anness D.7 prodott mill-Kummissjoni.

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi u ddeċidiet ultra petita meta kkritikat lir-rikorrenti li ma kkontestatx in-nomina ta’ F bħala evalwatur matul l-eżerċizzju ta’ evalwazzjoni. Hija kisret ukoll it-termini tal-Artikolu 3(3) tad-DĠI.

Huwa kuntrarju għall-elementi inklużi fil-proċess li l-Qorti Ġenerali qieset li s-sitwazzjoni ta’ kunflitt kienet biss allegata filwaqt li din ma kinitx ikkontestata.

Il-Qorti Ġenerali qieset ukoll b’mod żbaljat li r-rikorrenti ma kinitx uriet li, mingħajr l-irregolarità ddenunzjata, l-evalwazzjoni setgħet kienet differenti.

3.

Fuq ir-rifjut tat-tieni parti tat-tieni motiv tar-rikors għal annullament:

Il-Qorti Ġenerali naqset milli tiddeċiedi l-kwistjoni tal-ammissibbiltà u tal-affidabbiltà tal-Anness D.7 filwaqt li hija bbażat ruħha fuq dan l-anness.

Il-Qorti Ġenerali fehmet b’mod ħażin il-protezzjoni mogħtija lill-istatus ta’ informatur u naqset milli tivverifika l-eżistenza ta’ parzjalità suġġettiva li tivvizzja l-proċedura ta’ evalwazzjoni.

Il-Qorti Ġenerali ddeċidiet minn qabel id-deċiżjoni potenzjali ta’ sentenza għal annullament u ddeċidiet ultra petita. Hija kisret ukoll il-prinċipju tal-kontradittorju.

Il-Qorti Ġenerali applikat ukoll b’mod żbaljat id-DĠI dwar l-evalwazzjoni.

4.

Dwar ir-rifjut tal-ewwel parti tat-tielet motiv tar-rikors għal annullament:

Billi ddeċidiet li r-rapport kien ġie stabbilit fuq elementi preċiżi, affidabbli u vverifikati, il-Qorti Ġenerali fehmet b’mod żbaljat l-elementi fattwali u d-dokumenti prodotti mill-partijiet. Barra minn hekk, hija imponiet kundizzjoni ta’ ammissibbiltà tal-motiv illegali u kisret ir-regoli applikabbli fil-każ ta’ assenzi twal. Fl-aħħar nett, hija astjeniet illegalment milli tanalizza s-sitwazzjoni tar-rikorrenti fuq il-mertu.

5.

Fuq ir-rifjut tat-tieni parti tat-tielet motiv tar-rikors għal annullament:

Il-Qorti Ġenerali fehmet b’mod żbaljat ir-regoli fil-qasam ta’ amministrazzjoni tal-prova u kisret il-prinċipju tal-kontradittorju u d-drittijiet tad-difiża.


7.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 64/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Okregowy Warszawa-Praga w Warszawie (il-Polonja) fis-17 ta’ Settembru 2021 – FY vs Profi Credit Polska S.A.

(Kawża C-582/21)

(2022/C 64/16)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Okregowy Warszawa-Praga w Warszawie

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: FY

Konvenut: Profi Credit Polska S.A.

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 4(3) u l-Artikolu 19(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea fid-dawl tal-prinċipju ta’ ekwivalenza li jirriżulta mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, għandhom jiġu interpretati fis-sens li sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni dwar interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni mogħtija fuq il-bażi tal-Artikolu 267(1) TFUE jservu bħala bażi għal ftuħ mill-ġdid ta’ proċedura ċivili konkluża permezz ta’ sentenza definittiva preċedenti, fil-każ fejn dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali, bħall-Artikolu 4011 tal-Kodeks postępowania cywilnego (il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili), tawtorizza l-ftuħ mill-ġdid tal-proċedura fil-każ ta’ għoti ta’ sentenza definittiva fuq il-bażi ta’ dispożizzjoni li t-Trybunał Konstytucyjny (il-Qorti Kostituzzjonali, il-Polonja) qieset li kienet inkompatibbli ma’ att legali superjuri?

2)

Il-prinċipju ta’ interpretazzjoni tad-dritt nazzjonali konformement mad-dritt tal-Unjoni li jirriżulta mill-Artikolu 4(3) TUE kif ukoll mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni jirrikjedi interpretazzjoni wiesgħa ta’ dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali, bħall-punt 2 tal-Artikolu 401 tal-Kodeks postępowania cywilnego (il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili) b’tali mod li tinkludi fil-bażi għall-ftuħ mill-ġdid ta’ proċeduri stabbiliti fl-imsemmi artikolu sentenza definittiva mogħtija fil-kontumaċja, li fiha qorti, bi ksur tal-obbligi li jirriżultaw mis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża C-176/17 Profi Credit, naqset milli teżamina kuntratt li jorbot lil konsumatur ma’ kreditur fir-rigward ta’ klawżoli kuntrattwali inġusti fejn illimitat ruħha sempliċement għall-eżami tal-validità formali ta’ ċedola?


7.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 64/11


Appell ippreżentat fit-23 ta’ Settembru 2021 minn Abitron Germany GmbH mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fl-14 ta’ Lulju 2021 fil-Kawża T-75/20 – Abitron Germany GmbH vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-589/21 P)

(2022/C 64/17)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellant: Abitron Germany GmbH (rappreżentanti: T. Dolde, C. Zimmer, Rechtsanwälte)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea, Hetronic International, Inc.

B’digriet tat-13 ta’ Diċembru 2021, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (Awla tal-Ammissjoni tal-Appelli) iddeċidiet li l-appell ma għandux jiġi ammess u kkundannat lill-appellanti għall-ispejjeż tagħha stess.


7.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 64/11


Appell ippreżentat fl-1 ta’ Ottubru 2021 minn Cora mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fl-20 ta’ Lulju 2021 fil-Kawża T-500/19, Coravin vs EUIPO – Cora (CORAVIN)

(Kawża C-619/21 P)

(2022/C 64/18)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Cora (rappreżentant: M. Georges-Picot, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: Coravin, Inc., L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

B’digriet tat-13 ta’ Diċembru 2021, il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla tal-Ammissjoni tal-Appelli) ordnat li l-appell ma huwiex ammess.


7.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 64/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de Primera Instancia e Instrucción no 2 de Granadilla de Abona (Spanja) fl-14 ta’ Ottubru 2021 – JF u NS vs Diamond Resorts Europe Limited (Sucursal en España), Diamond Resorts Spanish Sales S.L. u Sunterra Tenerife Sales S.L.

(Kawża C-632/21)

(2022/C 64/19)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de Primera Instancia e Instrucción no 2 de Granadilla de Abona

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: JF u NS

Konvenuti: Diamond Resorts Europe Limited (Sucursal en España), Diamond Resorts Spanish Sales S.L. u Sunterra Tenerife Sales S.L.

Domandi preliminari

1)

Il-Konvenzjoni ta’ Ruma dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali miftuħa għall-firem f’Ruma fid-19 ta’ Ġunju 1980 (1) u r-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali (Ruma I) (2), għandhom jiġi kkunsidrati li huma applikabbli għal kuntratti li ż-żewġ partijiet tagħhom huma ċittadini tar-Renju Unit?

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda

2)

Ir-Regolament Nru 593/2008 għandu jiġi interpretat bħala li huwa applikabbli għal kuntratti konklużi qabel id-dħul fis-seħħ tiegħu, b’konformità mal-Artikolu 24 tal-imsemmi regolament? Jekk ir-risposta tkun fin-negattiv, kuntratt ta’ użu ta’ proprjetà immobbli b’timeshare, taħt il-forma ta’ sottoskrizzjoni għal punti ta’ klabb, għandu jiġi kkunsidrat bħala li jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 4(3) jew tal-Artikolu 5 tal-Konvenzjoni ta’ Ruma tal-1980, u dan, ukoll fil-każ fejn ikun il-konsumatur li jkun għażel bħala liġi applikabbli l-liġi ta’ Stat differenti minn dak tar-residenza abitwali tiegħu? Barra minn hekk, jekk ir-risposta tkun li dan il-kuntratt jista’ jaqa’ taħt iż-żewġ dispożizzjonijiet, liema sistema għandha tieħu l-prijorità?

3)

Indipendentement mir-risposti għat-tieni domanda, kuntratt ta’ użu ta’ proprjetà immobbli b’timeshare, taħt il-forma ta’ sottoskrizzjoni għal punti ta’ klabb, għandu jiġi kkunsidrat bħala kuntratt li jagħti lok għall-kisba ta’ drittijiet in rem fuq proprjetà immobbli, jew għall-kisba ta’ drittijiet in personam ta’ tip assoċjattiv?

Jekk jiġi kkunsidrat li dan iwassal għall-kisba ta’ drittijiet in rem, għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-liġi applikabbli, għandu jiġi applikat bi prijorità l-Artikolu 4[1](c) jew l-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 593/2008, u dan, ukoll fil-każ fejn ikun il-konsumatur li jkun għażel bħala liġi applikabbli l-liġi ta’ Stat differenti minn dak tar-residenza abitwali tiegħu?

Jekk jiġi kkunsidrat li dan iwassal għall-kisba ta’ drittijiet in personam, dawn id-drittijiet għandhom jiġu kkunsidrati bħala drittijiet ta’ kiri ta’ proprjetà immobbli fis-sens tal-Artikolu 4[1](c) jew bħala drittijiet għal provvista ta’ servizzi fis-sens tal-Artikolu 4[1](b)? Fi kwalunkwe każ, l-Artikolu 6(1) għandu jiġi applikat bi prijorità fir-rigward tar-relazzjonijiet li jinvolvu konsumaturi u/jew utenti, u dan, ukoll fil-każ fejn ikun il-konsumatur li jkun għażel bħala liġi applikabbli l-liġi ta’ Stat differenti minn dak tar-residenza abitwali tiegħu?

4)

Fil-każijiet kollha msemmija iktar ’il fuq, id-dispożizzjonijiet relatati mal-liġi applikabbli tal-Konvenzjoni ta’ Ruma tal-1980 u tar-Regolament Nru 593/2008 għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali skont liema “[i]l-kuntratti kollha dwar drittijiet relatati mal-użu ta’ proprjetà jew proprjetajiet immobbli li jinsabu fi Spanja matul perijodu determinat jew determinabbli tas-sena huma suġġetti għad-dispożizzjonijiet ta’ din il-liġi, ikunu liema jkunu l-post u d-data tal-konklużjoni tagħhom”?


(1)  ĠU 1980, L 266, p. 1.

(2)  ĠU 2008, L 177, p. 6, rettifika fil-ĠU 2009, L 309, p. 87.


7.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 64/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Bremen (il-Ġermanja) fil-15 ta’ Ottubru 2021 – LB GmbH vs Hauptzollamt D

(Kawża C-635/21)

(2022/C 64/20)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Bremen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: LB GmbH

Konvenut: Hauptzollamt D

Domanda preliminari

In-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (1), fil-verżjoni li tirriżulta mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1821 tas-6 ta’ Ottubru 2016 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (2), għandha tiġi interpretata fis-sens li l-hekk imsejħa Air Lounger bħal dawk ineżami, li huma deskritti f’iktar dettall fid-digriet tar-rinviju, għandhom jiġu kklassifikat fis-subintestatura 9401 8000?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 2, p. 382.

(2)  ĠU 2016, L 294, p. 1, rettifiki fil-ĠU 2016, L 329, p. 119 u fil-ĠU 2017, L 150, p. 19.


7.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 64/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul Cluj (ir-Rumanija) fid-19 ta’ Ottubru 2021 – SC Zes Zollner Electronic SRL vs Direcţia Regională Vamală Cluj – Biroul Vamal de Frontieră Aeroport Cluj Napoca

(Kawża C-640/21)

(2022/C 64/21)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Tribunalul Cluj

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: SC Zes Zollner Electronic SRL

Konvenut: Direcţia Regională Vamală Cluj – Biroul Vamal de Frontieră Aeroport Cluj Napoca

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 173 jew l-Artikolu 174 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (1) huma applikabbli fil-każ li [d-destinatarju tal-merkanzija] jikkonstata differenza kwantitattiva żejda minn dik inkluża fid-dikjarazzjoni doganali inizjali?

2)

L-espressjoni “merkanzija oħra barra dik li kienet tkopri oriġinarjament [id-dikjarazzjoni doganali]”, fis-sens tal-Artikolu 173 tar-Regolament [Nru 952/2013], tirreferi għal merkanzija oħra f’termini kwantitattivi jew kwalitattivi, jew inkella għaż-żewġ aspetti?

3)

Fil-każ li tiġi identifikata differenza kwantitattiva żejda meta mqabbla mal-merkanzija inkluża fid-dikjarazzjoni doganali, hemm rimedju disponibbli [għad-destinatarju tal-merkanzija] fis-sens tar-Regolament [Nru 952/2013] li jippermettilu jikkoreġi żbalji mingħajr ma jġarrab sanzjonijiet amministrattivi jew kriminali?


(1)  ĠU 2013, L 269, p. 1, rettifiki fil-ĠU 2013, L 287, p. 90 u fil-ĠU 2016, L 267, p. 2.


7.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 64/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Okręgowy w Warszawie (il-Polonja) fit-28 ta’ Ottubru 2021 – LM vs KP

(Kawża C-654/21)

(2022/C 64/22)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Okręgowy w Warszawie

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: LM

Konvenut: KP

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 124(d) moqri flimkien mal-Artikolu 128(1) tar-Regolament Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2017 dwar it-trade mark tal-Unjoni Ewropea (1), għandu jinftiehem fis-sens li t-terminu “kontrotalba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità” li jinsab f’dawn id-dispożizzjonijiet għandu jfisser talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità esklużivament sa fejn din tkun relatata mal-pretensjoni tar-rikorrent dwar ksur tat-trade mark tal-Unjoni, b’tali mod li l-qorti nazzjonali ma tiħux konjizzjoni tal-kontrotalba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità li jkollha portata usa’ minn dik relatata mal-pretensjoni tar-rikorrent dwar il-ksur?

2)

L-Artikolu 129(3) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal 14 ta’ Ġunju 2017 dwar it-trade mark tal-Unjoni Ewropea, għandu jinftiehem fis-sens li d-dispożizzjoni msemmija, li tirrigwarda “regoli ta’ proċedura li jirregolaw l-istess tip ta’ azzjoni fir-rigward ta’ trade mark nazzjonali”, tirreferi għal regoli proċedurali nazzjonali li jkunu applikabbli fi proċedimenti speċifiċi dwar ksur tad-dritt tat-trade mark tal-Unjoni (kif ukoll ta’ proċedimenti ta’ kontrotalba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità), jew tirreferi ukoll b’mod ġenerali għal regoli proċedurali nazzjonali preżenti fl-ordinament ġuridiku tal-Istat Membru, li huwa rilevanti fejn, fid-dawl tad-data ta’ tressiq ta’ proċedimenti speċifiċi għal ksur tad-dritt tat-trade mark tal-Unjoni, ir-regoli proċedurali dwar azzjonijiet ta’ kontrotalba għal dikjarazzjonijiet ta’ invalidità ta’ trade mark relatati ma’ trade marks nazzjonali ma kinux jeżistu fl-ordinament ġuridiku tal-Istat Membru?


(1)  ĠU 2017, L 154, p. 1


7.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 64/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vrhovno sodišče Republike Slovenije (is-Slovenja) fil-5 ta’ Novembru 2021 – NEC PLUS ULTRA COSMETICS AG vs Ir-Repubblika tas-Slovenja

(Kawża C-664/21)

(2022/C 64/23)

Lingwa tal-kawża: is-Sloven

Qorti tar-rinviju

Vrhovno sodišče Republike Slovenije

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: NEC PLUS ULTRA COSMETICS AG

Konvenuta: Ir-Repubblika tas-Slovenja.

Domanda preliminari

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1), b’mod partikolari l-Artikolu 131 u l-Artikolu 138(1), kif ukoll il-prinċipji tad-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-prinċipji ta’ newtralità fiskali, ta’ effettività u ta’ proporzjonalità, jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi l-produzzjoni jew il-ġbir ta’ provi ġodda, li jistabbilixxu li r-rekwiżiti sostantivi previsti fl-Artikolu 138(1) tad-Direttiva tal-VAT huma ssodisfatti, diġà matul il-proċedura amministrattiva tal-ewwel livell, jiġifieri fl-osservazzjonijiet dwar il-proċess verbali tal-kontroll fiskali li jinħareġ qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni tat-taxxa?


(1)  ĠU 2006, L 347, p. 1, bir-rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.


7.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 64/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Judicial da Comarca do Porto – Juízo Central Cível da Póvoa de Varzimil – il-Portugall) fid-9 ta’ Novembru 2021 – Gencoal S.A. vs Conceito Norte – Consultadoria de Gestão, Lda., BT

(Kawża C-669/21)

(2022/C 64/24)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal Judicial da Comarca do Porto – Juízo Central Cível da Póvoa de Varzim

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Gencoal S.A.

Konvenut: Conceito Norte – Consultadoria de Gestão, Lda., BT

Domanda preliminari

Sa fejn l-Artikolu 31(1) u (4) tad-Digriet Irjali [Spanjol] Nru 1624/1992 tad-29 ta’ Diċembru [1992] dwar ir-Regolament tal-VAT Spanjol, kif ukoll l-Artikolu 15(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/9/KE tat-12 ta’ Frar 2008 li tistabbilixxi regoli dettaljati għar-rifużjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud, prevista fid-Direttiva 2006/112/EC, għal persuni taxxabbli mhux stabbiliti fl-Istat Membru ta’ rifużjoni iżda stabbiliti fi Stat Membru ieħor (1) jipprevedu, fl-ewwel każ, li t-terminu għat-tressiq ta’ talba għal rimbors tal-VAT mill-imprendituri jew bejjiegħa jew fornituri li ma humiex stabbiliti fit-territorju ta’ applikazzjoni tal-VAT iżda li huma stabbiliti fil-Komunità [Unjoni Ewropea] jibda jiddekorri [mill-jum] ta’ wara dak ta’ tmiem kull trimestru jew sena kalendarja u jintemm fit-30 ta’ Settembru ta’ wara s-sena kalendarja li fiha t-taxxi msemmija jkunu tħallsu u, fit-tieni każ, li t-talba għal rimbors għandha titressaq lill-Istat Membru ta’ stabbiliment sat-30 ta’ Settembru tas-sena kalendarja sussegwenti għall-perijodu ta’ rimbors, dawn l-artikoli jiksru l-prinċipju ta’ newtralità fiskali (b’konsegwenzi fuq il-livell ta’ newtralità kompetittiva u tal-prinċipju ta’ ugwaljanza b’rabta mal-projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni) li jirriżulta mis-sistema komuni ta’ VAT misluta mill-premessi 4, 5 u 7 u mill-Artikoli 167, 170, 171 u 178 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (2), kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2008/8/KE tat-12 ta’ Frar 2008 li temenda d-Direttiva 2006/112/KE fir-rigward tal-post tal-forniment ta’ servizzi (3), kif ukoll mid-dritt fundamentali stabbilit fl-Artikolu 41(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea?


(1)  ĠU 2008, L 44, p. 23.

(2)  ĠU 2006, L 347, p. 1, u rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.

(3)  ĠU 2008, L 44, p. 11.


7.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 64/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Köln (il-Ġermanja) fid-9 ta’ Novembru 2021 – BA vs Finanzamt X

(Kawża C-670/21)

(2022/C 64/25)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Köln

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: BA

Konvenut: Finanzamt X

Domanda preliminari

L-Artikoli 63(1), 64 u 65 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ Stat Membru dwar il-ġbir tat-taxxa fuq is-suċċessjoni li tipprevedi, għall-kalkolu ta’ din it-taxxa, li proprjetà immobbli mibnija li tagħmel parti minn patrimonju privat u li tinsab f’pajjiż terz (f’dan il-każ, il-Kanada) u li hija mikrija għal użu ta’ abitazzjoni, tittieħed inkunsiderazzjoni fil-valur totali tagħha, filwaqt li proprjetà immobbli li tagħmel parti minn patrimonju privat, li tinsab fit-territorju nazzjonali, fi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jew fi Stat taż-Żona Ekonomika Ewropea, u li hija mikrija għal użu ta’ abitazzjoni, tittieħed inkunsiderazzjoni biss f’90 % tal-valur tagħha fil-kalkolu tat-taxxa fuq is-suċċessjoni?


7.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 64/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Hagen (il-Ġermanja) fis-16 ta’ Novembru 2021 – BL vs Saturn Electro-Handelsgesellschaft mbH Hagen

(Kawża C-687/21)

(2022/C 64/26)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Hagen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: BL

Konvenut: Saturn Electro-Handelsgesellschaft mbH Hagen

Domandi preliminari

1)

Id-dispożizzjoni dwar il-kumpens għad-danni prevista fl-Artikolu 82 tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (1) hija ineffettiva fl-assenza ta’ ċertezza dwar il-konsegwenzi legali li għandhom jinstiltu fil-każ ta’ kumpens għal danni morali?

2)

Fir-rigward ta’ talba għal kumpens għad-danni huwa meħtieġ li, minbarra l-komunikazzjoni mhux iġġustifikata lil terz mhux awtorizzat ta’ data li għandha tiġi protetta, jiġi kkonstatat dannu morali li għandu jiġi stabbilit mill-persuna li tressaq it-talba?

3)

Sabiex ikun hemm ksur tar-Regolament 2016/679 huwa biżżejjed li d-data personali tas-suġġett tad-data (l-isem, l-indirizz, il-professjoni, id-dħul, il-persuna li timpjegah), b’konsegwenza ta’ żball klerikali min-naħa ta’ impjegat tal-impriża inkwistjoni, tkun ġiet ikkomunikata bi żball, f’forma stampata fuq karta, lil terz bħala dokument fuq karta?

4)

Ikun hemm ipproċessar ulterjuri illegali permezz ta’ komunikazzjoni mhux intenzjonata (żvelar) lil terz meta l-impriża, b’konsegwenza ta’ żball klerikali ta’ impjegat tagħha, tkun ikkomunikat, f’forma stampata, lil terz mhux awtorizzat data li barra minn hekk tkun maħżuna f’sistema tal-informatika (Artikolu 2(1), Artikolu 5(1)(f), Artikolu 6(1) u Artikolu 24 tar-Regolament 2016/679)?

5)

Jista’ jingħad li hemm dannu morali fis-sens tal-Artikolu 82 tar-Regolament 2016/679 anki meta t-terz li jkun irċieva d-dokument bid-data personali ma jkunx ħa nota ta’ din id-data qabel ma d-dokument li fuqu kienet tinsab din id-data ġie rritornat, jew, sabiex ikun hemm dannu morali fis-sens tal-Artikolu 82 tar-Regolament 2016/679 huwa biżżejjed l-inkwiet tal-individwi li d-data personali tagħhom ġiet ikkomunikata b’mod illegali sa fejn kull żvelar mhux awtorizzat ta’ data personali jimplika l-possibbiltà inevitabbli li d-data tiġi pproċessata b’mod ulterjuri jew anki abbużata minn numru mhux magħruf ta’ persuni?

6)

Kemm għandu jitqies li huwa gravi l-ksur meta l-komunikazzjoni mhux intenzjonata lil terz setgħet tiġi evitata permezz ta’ kontroll aħjar tal-persuni impjegati bħala assistenti fi ħdan l-impriża u/jew permezz ta’ organizzazzjoni aħjar tas-sigurtà tad-data, pereżempju permezz ta’ trattament separat tal-kunsinna tal-merkanzija u tal-kuntratti, b’mod partikolari tad-dokumenti dwar il-finanzjament, bl-użu ta’ dokument separat dwar il-kunsinna jew bi trażmissjoni fi ħdan l-impriża lill-impjegati responsabbli għall-kunsinna tal-merkanzija, mingħajr l-intervent tal-klijent li jirċievi d-dokumenti stampati, inkluż l-irċevuta tal-kunsinna (Artikolu 32(1)(b) u (2) kif ukoll punt 7 tal-Artikolu 4 tar-Regolament 2016/679?

7)

L-għoti ta’ sanzjoni bħal fil-każ ta’ sanzjoni kuntrattwali għandu jitqies li huwa kumpens għal dannu morali?


(1)  ĠU 2016, L 119, p. 1, rettifika fil-ĠU 2018, L 127, p. 2.


7.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 64/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Østre Landsret (id-Danimarka) fis-16 ta’ Novembru 2021 – X vs Udlændinge- og Integrationsministeriet

(Kawża C-689/21)

(2022/C 64/27)

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Qorti tar-rinviju

Østre Landsret

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: X

Konvenut: Udlændinge- og Integrationsministeriet

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 20 TFUE, flimkien mal-Artikolu 7 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprovdi, bħala prinċipju, li ċ-ċittadinanza ta’ dak l-Istat Membru tintilef ex lege meta tintlaħaq l-età ta’ 22 sena fil-każ ta’ persuni li jkunu twieldu barra minn dak l-Istat Membru u li qatt ma jkunu għexu f’dak l-Istat Membru u lanqas ma jkunu rrisjedew hemmhekk f’ċirkustanzi li jindikaw rabta mill-qrib ma’ dak l-Istat Membru, bil-konsegwenza li l-persuni li wkoll ma jkollhomx ċittadinanza ta’ Stat Membru ieħor jiċċaħħdu mill-istatus ta’ ċittadini tal-Unjoni u mid-drittijiet marbuta ma’ dak l-istatus, b’teħid inkunsiderazzjoni tal-fatt li mil-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali jirriżulta li:

(a)

tiġi preżunta rabta mill-qrib mal-Istat Membru, b’mod partikolari, wara total ta’ sena residenza f’dak l-Istat Membru,

(b)

jekk talba sabiex tinżamm iċ-ċittadinanza tiġi ssottomessa qabel ma tintlaħaq l-età ta’ 22 sena, tista’ tinkiseb awtorizzazzjoni sabiex tinżamm iċ-ċittadinanza ta’ dak l-Istat Membru taħt kundizzjonijiet inqas stretti u għal dan il-għan l-awtoritajiet kompetenti għandhom jeżaminaw il-konsegwenzi tat-telf taċ-ċittadinanza, u

(c)

ċittadinanza mitlufa tista’ tiġi rkuprata meta tintlaħaq l-età ta’ 22 sena biss permezz ta’ naturalizzazzjoni, li fir-rigward tagħha hemm marbuta numru ta’ kundizzjonijiet, inkluż dik ta’ residenza interrotta fl-Istat Membru ta’ perijodu twil, għalkemm il-perijodu ta’ residenza jista’ sa ċertu punt ikun iqsar għal persuni li qabel kienu ċittadini ta’ dak l-Istat Membru?


7.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 64/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (Franza) fit-18 ta’ Novembru 2021 – Cafpi SA, Aviva assurances SA vs Enedis SA

(Kawża C-691/21)

(2022/C 64/28)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Cafpi SA, Aviva assurances SA

Konvenut: Enedis SA

Domanda preliminari

L-Artikoli 2 u 3(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 85/374/KEE tal-25 ta’ Lulju 1985 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri dwar responabbiltà għall-prodotti difettużi (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-operatur ta’ network ta’ distribuzzjoni tal-elettriku jista’ jitqies bħala “produttur”, peress li jibdel il-livell ta’ vultaġġ tal-elettriku tal-fornitur sabiex dan jitqassam lill-klijent finali?


(1)  ĠU Edizzjoni bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 1, p. 257.


7.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 64/18


Appell ippreżentat fid-19 ta’ Novembru 2021 minn Laboratoire Pareva mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fil-15 ta’ Settembru 2021fil-Kawżi magħquda T-337/18 u T-347/18, Laboratoire Pareva u Biotech3D vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-702/21 P)

(2022/C 64/29)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Laboratoire Pareva (rappreżentanti: P. Sellar, K. Van Maldegem, advocaten, M. Grunchard, S. Englebert, M. Ombredane, avocats)

Partijiet oħra fil-proċedura: Biotech3D Ltd & Co. KG, Il-Kummissjoni Ewropea, Ir-Repubblika Franċiża, L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi

Talbiet

L-appellant jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tordna miżura istruttorja taħt l-Artikolu 64(2)(b) tar-Regoli tal-Proċedura għall-produzzjoni ta’ traskrizzjoni bil-miktub tal-proċedura orali miżmuma quddiem il-Qorti Ġenerali;

tannulla s-sentenza appellata, u

tannulla l-atti kkontestati u tagħti ordni dwar l-ispejjeż tal-appell u tal-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali favur l-appellant jew tagħti ordni dwar l-ispejjeż ta’ dan l-appell favur l-appellant u tibgħat lura l-kawżi quddiem il-Qorti Ġenerali għall-kunsiderazzjoni mill-ġdid.

Aggravji u argumenti prinċipali

1.

Il-Qorti Ġenerali naqset milli tqajjem ex officio n-nuqqas ta’ motivazzjoni suffiċjenti.

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta naqset milli twettaq l-obbligu tagħha li tqajjem ex officio eċċezzjoni dwar is-suffiċjenza tal-motivazzjoni fl-atti kkontestati u għalhekk milli tevalwa dan il-punt ta’ liġi. Il-Qorti Ġenerali kkonkludiet li “l-effett teratoġeniku ġie identifikat bħala wieħed mill-effetti ta’ tħassib għas-saħħa tal-bniedem għal dak li jirrigwarda l-PHMB ta’ Pareva” (punt 133) minkejja li ma hemm ebda riferiment għal dan il-fattur fil-motivazzjoni tal-atti kkontestati. Skont il-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-Qorti Ġenerali kellha obbligu li tikkunsidra u tikkonkludi dwar jekk l-atti kkontestati kinux ivvizzjati b’nuqqas min-naħa tal-konvenuta li tagħti motivazzjoni suffiċjenti b’riferiment għall-allegat fattur ta’ teratoġeniċità kif meħtieġ mill-Artikolu 296 TFUE.

2.

Il-Qorti Ġenerali żnaturat is-sens ċar tal-fatti

Il-Qorti Ġenerali żnaturat is-sens ċar tal-fatti billi kkunsidrat li s-sustanza inkwistjoni hija teratoġenika u li l-appellant ma kkontestax li l-effett teratoġeniku kien il-fattur deċiżiv tas-saħħa tal-bniedem fl-adozzjoni tal-atti kkontestati. Din il-konklużjoni żnaturat manifestament il-fatti rreġistrati quddiem il-Qorti Ġenerali u d-dikjarazzjonijiet li saru fil-proċedura orali, li konsegwentement wasslu għal żnaturament tal-evalwazzjoni tal-Qorti Ġenerali tal-legalità tal-atti kkontestati.


7.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 64/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Győri Ítélőtábla (l-Ungerija) fit-23 ta’ Novembru 2021 – MJ vs AxFina Hungary Zrt.

(Kawża C-705/21)

(2022/C 64/30)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Győri Ítélőtábla

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: MJ

Konvenut: AxFina Hungary Zrt.

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (1), jipprekludu interpretazzjoni tad-dritt nazzjonali skont liema l-konsegwenzi ġuridiċi misluta mill-invalidità li tirriżulta minn klawżola inġusta applikata f’kuntratt konkluż ma’ konsumatur, fil-każ li l-klawżola kklassifikata bħala inġusta tolqot is-suġġett prinċipali tas-servizz u, konsegwentement, il-kuntratt (ta’ self) ma jistax jiġi eżegwit billi titwarrab il-kundizzjoni kklassifikata bħala inġusta, huma li l-qorti nazzjonali, wara li tkun iddikjarat il-kuntratt invalidu fit-totalità tiegħu – fi kliem ieħor li l-kuntratt innifsu, fit-totalità tiegħu, ma jistax jinżamm u jipproduċi effetti legali vinkolanti għall-konsumatur –,

a)

tiddikjara l-kuntratt validu billi tissostitwixxi l-munita tal-kont tas-self mogħti li tikkostitwixxi s-suġġett prinċipali tal-kuntratt bil-forint Ungeriż u billi tissostitwixxi l-ammont iddenominat fil-munita tal-kont bl-ammont f’forint effettivament miksub mingħand il-kreditur mill-konsumatur, u billi tiddetermina l-interessi pagabbli, fuq l-ammont prinċipali stabbilit b’dan il-mod, b’mod differenti wkoll minn dawk li jirriżultaw mill-kuntratt iddikjarat invalidu (li dawn jissostitwixxu), jiġifieri b’tali mod li r-rata “inizjali” fil-mument tal-konklużjoni tal-kuntratt hija ugwali għall-valur tar-rata ta’ interessi tas-self interbankarju f’forint ta’ Budapest bħala rata ta’ interessi ta’ referenza (BUBOR) miżjuda bil-marġni ta’ interessi ddefinit fil-kuntratt oriġinali (iddenominat f’munita barranija);

b)

tiddikjara l-kuntratt validu billi tillimita r-rata tal-kambju bejn il-munita barranija u l-forint Ungeriż, jiġifieri billi tnaqqas ir-riskju tal-kambju effettivament assunt mill-konsumatur, iżda li huwa affettwat mill-klawżola inġusta tal-kuntratt, għal livell meqjus bħala raġonevoli mill-qorti u li jista’ jitqies li jikkorrispondi għal dak li seta’ jiġi kkunsidrat mill-konsumatur fil-mument tal-konklużjoni tal-kuntratt, billi tħalli mhux mibdula r-rata ta’ interessi stabbilita fil-kuntratt sad-data tal-konverżjoni f’forint prevista b’mod vinkolanti minn liġi sussegwenti?

2)

Il-fatt li d-dikjarazzjoni ta’ validità applikata skont id-dritt Ungeriż

a)

jew issir f’sitwazzjoni ta’ fatt li fiha għad hemm kuntratt eżistenti bejn il-partijiet, jiġifieri li ż-żamma tal-kuntratt għandha l-għan li tista’ tinżamm għall-futur ir-relazzjoni ġuridika bejn il-partijiet billi jiġu kkoreġuti b’mod retroattiv il-klawżoli kklassifikati bħala inġusti – billi s-servizzi pprovduti sa dak iż-żmien jiġu kkalkolati mill-ġdid fid-dawl tal-klawżoli emendati – u, b’dan il-mod, li l-konsumatur jiġi protett mill-konsegwenzi partikolarment dannużi li jkun jimplika l-obbligu ta’ rimbors immedjat f’ammont wieħed;

b)

jew issir f’sitwazzjoni ta’ fatt li fiha l-kuntratt bejn il-partijiet li għandu jiġi eżaminat fil-kuntest tat-tilwima fid-dawl ta’ klawżola kuntrattwali inġusta ma għadux jeżisti – għaliex it-terminu previst tal-kuntratt diġà skada jew għaliex il-kreditur diġà xoljieh qabel għar-raġuni li l-pagamenti mensili ma tħallsux jew għaliex l-ammont imħallas tqies bħala insuffiċjenti mill-imsemmi kreditur, jew inkella, indipendentement minn dan kollu, għaliex ebda waħda mill-partijiet ma tqisu bħala validu, jew l-invalidità tiegħu ma tistax tibqa’ tiġi kkontestata minħabba deċiżjoni ġudizzjarja –, jiġifieri f’sitwazzjoni li fiha d-dikjarazzjoni ta’ validità tal-kuntratt b’effett retroattiv ma sservix sabiex jinżamm il-kuntratt fl-interess tal-konsumatur, iżda sabiex tippermetti li jiġu saldati l-obbligi reċiproċi u li tiġi mitmuma r-relazzjoni ġudizzjarja billi tiġi kkorreġuta jew kkorreġuti l-klawżola jew il-klawżoli kklassifikati bħala inġusti, huwa rilevanti fir-rigward tar-risposta għad-domanda magħmula fil-punt (1)?

3)

Jekk il-Qorti tal-Ġustizzja tagħti risposta affermattiva għall-punti (a) u (b) tad-domanda 1, fid-dawl tal-aspetti mqajma fil-punt (2), id-dispożizzjonijiet ikkonċernati tad-direttiva ċċitata iktar ’il fuq jipprekludu, fis-sitwazzjoni ta’ fatt deskritta fil-punt (a) tad-domanda 2, iż-żamma tal-kuntratt sad-data tal-modifika prevista mil-leġiżlatur f’liġi dwar il-konverżjoni f’forint, billi [id-dispożizzjonijiet invalidi tal-kuntratt] jiġu ssostitwiti bid-dispożizzjonijiet legali skont liema:

ħlief fil-każ ta’ stipulazzjoni kuntrarja (invalida f’dan il-każ), dejn ta’ somma flus għandu jitħallas fil-munita legali fil-post tal-ħlas;

fir-relazzjonijiet kuntrattwali, ħlief fil-każ ta’ eċċezzjonijiet previsti mil-liġi, huma dovuti interessi;

ir-rata ta’ interessi applikabbli hija, ħlief fil-każ ta’ eċċezzjonijiet previsti mil-liġi, ugwali għar-rata bażika tal-bank ċentrali?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288.


7.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 64/20


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (Franza) fl-24 ta’ Novembru 2021 – Recamier SA vs BR

(Kawża C-707/21)

(2022/C 64/31)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Recamier SA

Konvenut: BR

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 33(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta’ Diċembru 2000 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (1), magħruf bħala “Brussell I”, għandu jiġi interpretat fis-sens li d-definizzjoni awtonoma tal-awtorità ta’ res judicata tkopri l-kundizzjonijiet u l-effetti kollha tagħha jew li parti tista’ tiġi ddeterminata mil-liġi tal-qorti li quddiemha tressqet il-kawża u/jew mil-liġi tal-qorti li tat id-deċiżjoni?

2)

Fl-ewwel ipoteżi, it-talbiet imressqa quddiem il-qrati ta’ żewġ Stati Membri għandhom jitqiesu, fid-dawl tad-definizzjoni awtonoma tal-awtorità ta’ res judicata, bħala li għandhom l-istess kawżali meta r-rikorrent jallega fatti identiċi iżda jinvoka motivi differenti?

3)

Żewġ talbiet ibbażati, waħda fuq responsabbiltà kuntrattwali u l-oħra fuq responsabbiltà delittwali, iżda bbażati fuq l-istess relazzjoni legali, bħall-eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ direttur, għandhom jitqiesu li għandhom l-istess kawżali?

4)

Fit-tieni ipoteżi, l-Artikolu 33(1) tar-Regolament Nru 44/2001, li bis-saħħa tiegħu ġie deċiż li deċiżjoni ġudizzjarja għandha tiċċirkola fl-Istati Membri bl-istess portata u bl-istess effetti bħal dawk li għandha fl-Istat Membru fejn tkun ingħatat, jeħtieġ li jsir riferiment għal-liġi tal-qorti ta’ oriġini jew jawtorizza, fir-rigward tal-konsegwenzi proċedurali marbuta magħha, l-applikazzjoni tal-liġi tal-qorti li quddiemha ntalbet l-eżekuzzjoni?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42.


7.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 64/21


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (il-Belġju) fil-25 ta’ Novembru 2021 – XXX vs État belge, irrappreżentat mis-Segretarju tal-Istat għall-Ażil u għall-Migrazzjoni

(Kawża C-711/21)

(2022/C 64/32)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: XXX

Konvenut: État belge, irrappreżentat mis-Segretarju tal-Istat għall-Ażil u għall-Migrazzjoni,

Domandi preliminari

1)

L-Artikoli 4, 7 u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Artikoli 5, 6(6) u 13 tad-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (1), moqrija fid-dawl tas-sentenza C-181/16 tad-19 ta’ Ġunju 2018, għandhom jiġu interpretati fis-sens li qorti adita bir-rikors ippreżentat kontra deċiżjoni ta’ ritorn adottata wara deċiżjoni ta’ rifjut li tingħata protezzjoni internazzjonali tista’, fl-evalwazzjoni tal-legalità tad-deċiżjoni ta’ ritorn, tieħu inkunsiderazzjoni biss bidliet fiċ-ċirkustanzi, ta’ natura li jkollhom effett sinjifikattiv fuq l-evalwazzjoni tas-sitwazzjoni fid-dawl tal-Artikolu 5 iċċitat iktar ’il fuq, li jkunu seħħew qabel l-għeluq tal-proċedura ta’ protezzjoni internazzjonali mill-Kunsill għall-Kwistjonijiet dwar Barranin?

2)

Iċ-ċirkustanzi previsti fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 2008/115 iridu jkunu seħħew fiż-żmien meta l-barrani kien qiegħed jirrisjedi illegalment jew kien awtorizzat li jibqa’?


(1)  ĠU 2008, L 348, p. 98.


7.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 64/21


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (il-Belgju) fil-25 ta’ Novembru 2021 – XXX vs État belge, représenté par le Secrétaire d’État à l’Asile et la Migration

(Kawża C-712/21)

(2022/C 64/33)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d'État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: XXX

Konvenut: État belge, représenté par le Secrétaire d’État à l’Asile et la Migration

Domandi preliminari

1)

L-Artikoli 7 u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Artikoli 5, 6.6 u 13 tad-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (1), moqrija fid-dawl tas-sentenza C-181/16 tad-19 ta’ Ġunju 2018, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-qorti adita bir-rikors ippreżentat kontra deċiżjoni ta’ ritorn adottata wara deċiżjoni ta’ ċaħda ta’ għoti tal-protezzjoni internazzjonali tista’, fl-evalwazzjoni tal-legalità tad-deċiżjoni ta’ ritorn, tieħu inkunsiderazzjoni biss bidliet fiċ-ċirkustanzi, li jista’ jkollhom effett sinjifikattiv fuq l-evalwazzjoni tas-sitwazzjoni fid-dawl tal-Artikolu 5 imsemmi iktar ’il fuq, li seħħew qabel l-għeluq tal-proċedura ta’ protezzjoni internazzjonali mill-Conseil du contentieux des étrangers.

2)

Iċ-ċirkustanzi msemmija fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment għandhom ikunu seħħew f’mument fejn il-barrani kien f’soġġorn legali jew awtorizzat li jibqa’?


(1)  ĠU 2008, L 348, p. 98.


7.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 64/22


Appell ippreżentat fil-25 ta’ Novembru 2021 minn Frédéric Jouvin mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fis-26 ta’ April 2021 fil-Kawża T-472/20 u T-472/20 AJ II, Jouvin vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-719/21 P)

(2022/C 64/34)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Frédéric Jouvin (rappreżentant: L. Bôle-Richard, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-digriet tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tas-26 ta’ April 2021 fil-Kawża T-472/20 u T-472/20 AJ II, Jouvin vs Il-Kummissjoni, sa fejn jiċħad ir-rikors bħala manifestament infondat fid-dritt;

tilqa’ t-talbiet magħmula fl-ewwel istanza u tibgħat lura l-fajl lill-Kummissjoni;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellant jinvoka tliet aggravji.

L-ewwel aggravju huwa bbażat fuq kwalifika manifestament żbaljata tal-fatti magħmulha mill-Qorti Ġenerali, fuq żball tal-Qorti Ġenerali fil-konstatazzjoni tal-kontenut ta’ prova u fuq żball ta’ liġi fir-rigward tal-livell ta’ prova meħtieġ. Skont ir-rikorrent, il-Qorti Ġenerali twettaq żball ta’ liġi billi tagħmel kwalifika legali żbaljata tal-fatti mressqa għall-kunsiderazzjoni tagħha. Il-Qorti Ġenerali ssostni fil-fatt li n-numru għoli ta’ kontrafatturi ma jikkontestax il-konstatazzjoni magħmula mill-Kummissjoni rigward l-assenza ta’ prova ta’ kollużjoni bejn l-impriżi msemmija fl-ilment tar-rikorrent. Issa, il-konstatazzjoni tan-numru għoli u esponenzjali ta’ kontrafatturi ma huwiex intiż li juri l-eżistenza ta’ kollużjoni, iżda jidher bħala konsegwenza ta’ dan tal-aħħar.

Il-prova ta’ din il-kollużjoni tressqet mill-appellant li wera li l-impriżi li pparteċipaw fix-xogħlijiet ta’ normalizzazzjoni kienu ġew ikkuntattjati minn qabel sabiex jingħataw liċenzji fuq il-portafoll ta’ privattivi tiegħu. Wara li fallew in-negozzjati, l-impriżi kollha kkuntattjati pparteċipaw fix-xogħlijiet ta’ normalizzazzjoni mal-ISO u ebda waħda minnhom ma ssoddisfatt l-obbligi ta’ dikjarazzjoni tal-konoxxenza tal-privattivi kollha li jistgħu jkunu marbuta mal-istandard li kien qiegħed jiġi żviluppat. Dawn l-elementi jikkostitwixxi ksur tal-kollużjoni li wasslet għaż-żieda esponenzjali tan-numru ta’ kontrofatturi.

L-appellant jinvoka wkoll il-motiv ibbażat fuq żball ta’ liġi f’dak li jikkonċerna l-livell ta’ prova meħtieġ mill-Kummissjoni u wara mill-Qorti Ġenerali fid-digriet tagħha sabiex tiġi pprovata l-eżistenza ta’ kollużjoni bejn l-impriża msemmija.

It-tieni aggravju huwa bbażat fuq nuqqas ta’ kunsiderazzjoni tal-fatti ppreżentati quddiem il-Qorti Ġenerali. Skont l-appellant, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li l-argumenti tal-appellant dwar tqassim ta’ swieq ma tqajmux matul il-proċedimenti amministrattivi. Madankollu, l-appellant effettivament qajjem dan l-argument matul il-proċedimenti amministrattivi, f’ittra tal-15 ta’ Mejju 2018 mibgħuta lill-Kummissjoni, jiġifieri iktar minn sentejn qabel id-deċiżjoni finali ta’ din tal-aħħar li tiċħad l-ilment tal-appellant. Għaldaqstant, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta naqset milli tikkonstata l-kontenut reali ta’ element ta’ prova mressaq quddiemha.

Fl-aħħar nett, it-tielet aggravju huwa bbażat fuq żball ta’ liġi tal-Qorti Ġenerali fil-konstatazzjoni tal-kontenut ta’ prova. Il-Qorti Ġenerali tqis li l-appellant jitlobha essenzjalment tikkonstata ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni. Għaldaqstant, l-appellant isostni li l-Kummissjoni billi evalwat fil-valur ġust tagħhom il-provi li kienu tressqu quddiemha matul il-proċedimenti amministrattivi, setgħet biss tikkonstata li kien hemm kollużjoni bejn l-impriżi msemmija fl-ilment u konsegwentement ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni.

Fir-rigward tal-konstatazzjoni ta’ diskriminazzjoni sostnuta mill-appellant, l-appellant illimita ruħu fir-rikors tiegħu sabiex jiżviluppa l-argumenti diġà proposti fil-proċedimenti amministrattivi u sabiex jesponi l-iżball manifest ta’ evalwazzjoni mwettaq mill-Kummissjoni billi ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-fatti mressqa mill-appellant. Billi sostniet li l-appellant ma ressaq ebda argument li jirrigwarda d-deċiżjoni manifestament ikkontestata, il-Qorti Ġenerali tikser l-obbligu tagħha ta’ motivazzjoni meta l-argumenti kollha tal-appellant kienu intiżi sabiex juru l-iżball manifest ta’ evalwazzjoni mwettaq mill-Kummissjoni.

Fir-rigward tal-karatterizzazzjoni ta’ kollużjoni, l-appellant jakkuża wkoll lill-Kummissjoni bi żball manifest ta’ evalwazzjoni. Fl-ebda każ l-appellant ma talab lill-Qorti Ġenerali tikkonstata direttament ksur għar-regoli tal-kompetizzjoni, iżda pjuttost li tikkonstata li l-analiżi tal-fatti mressqa quddiem il-Kummissjoni kellha twassal inkontestabbilment lil din tal-aħħar sabiex tikkonstata hija stess ksur għar-regoli tal-kompetizzjoni u ksur ċar tar-rakkomandazzjonijiet tagħha stess.


7.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 64/23


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa miż-Županijski sud u Puli (il-Kroazja) fit-30 ta’ Novembru 2021 – Proċeduri kriminali kontra GR, HS, IT, INTER CONSULTING d.o.o. fi stralċ

(Kawża C-726/21)

(2022/C 64/35)

Lingwa tal-kawża: il-Kroat

Qorti tar-rinviju

Županijski sud u Puli (il-Qorti tal-Kontea ta’ Pula)

Partijiet fil-kawża prinċipali

GR, HS, IT, INTER CONSULTING d.o.o. fi stralċ

Domanda preliminari

Sabiex jiġi evalwat jekk inkisirx il-prinċipju ta’ ne bis in idem, il-fatti li jinsabu fid-dispożittiv tal-att tal-akkuża taż-Županijsko državno odvjetništvo u Puli-Pola (l-Uffiċċju tal-Prosekutur ta’ Pula, il-Kroazja) tat-28 ta’ Settembru 2015 jistgħu jitqabblu biss mal-fatti determinanti msemmija fid-dispożittiv tal-att tal-akkuża tal-Istaatsanwaltschaft Klagenfurt (l-Uffiċċju tal-Prosekutur ta’ Klagenfurt, l-Awstrija) tad-9 ta’ Jannar 2015 u fid-dispożittiv tas-sentenza tal-Landesgericht Klagenfurt (il-Qorti Reġjonali ta’ Klagenfurt) tat-3 ta’ Novembru 2016, ikkonfermata mis-sentenza tal-Oberster Gerichtshof (il-Qorti Suprema tar-Repubblika tal-Awstrija) tal-4 ta’ Marzu 2019, jew, mal-fatti tad-dispożittiv tal-att tal-akkuża taż- Županijsko državno odvjetništvo u Puli-Pola (l-Uffiċċju tal-Prosekutur ta’ Pula), jistgħu jitqabblu wkoll il-fatti li jinsabu fil-motivi tas-sentenza tal-Landesgericht Klagenfurt (il-Qorti Reġjonali ta’ Klagenfurt) tat-3 ta’ Novembru 2016, ikkonfermata mis-sentenza tal-Oberster Gerichtshof (il-Qorti Suprema) tar-Repubblika tal-Awstrija, kif ukoll dawk li minħabba fihom saret il-proċedura ta’ investigazzjoni mill-Istaatsanwaltschaft Klagenfurt (l-Uffiċċju tal-Prosekutur ta’ Klagenfurt) kontra diversi persuni, fost oħrajn ukoll kontra GR u HS, u li sussegwentement tħallew barra mill-att tal-akkuża tal-Istaatsanwaltschaft Klagenfurt (l-Uffiċċju tal-Prosekutur ta’ Klagenfurt) tad-9 ta’ Jannar 2015 (u liema fatti ma ssemmewx fid-dispożittiv speċifiku)?


7.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 64/24


Appell ippreżentat fit-30 ta’ Novembru 2021 minn Coopérative des artisans pêcheurs associés (CAPA), Jean Derosière, Fabien Hagneré et mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla Estiża) fil-15 ta’ Settembru 2021 fil-Kawża T-777/19, CAPA et vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-742/21 P)

(2022/C 64/36)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Coopérative des artisans pêcheurs associés (CAPA), Jean Derosière, Fabien Hagneré et (rappreżentant: M. Le Berre, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea, Comité régional des pêches maritimes et des élevages marins Hauts-de-France, Fonds régional d’organisation du marché du poisson (From Nord), Organisation de producteurs CME Manche-Mer du Nord (OP CME Manche-Mer du Nord), République française, Ailes Marines SAS, Éoliennes Offshore des Hautes Falaises, Éoliennes Offshore du Calvados, Parc du Banc de Guérande, Éoliennes en Mer Dieppe Le Tréport, Éoliennes en Mer Îles d'Yeu et de Noirmoutier, Herviou & Associés SARL

Talbiet

L-appellanti jitolbu li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tiddikjara dan l-appell ammissibbli u fondat;

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-15 ta’ Settembru 2021 fil-Kawża T-777/19, CAPA et vs Il-Kummissjoni Ewropea;

tiddikjara ammissibbli r-rikors ippreżentat quddiem il-Qorti Ġenerali;

tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż tal-istanza.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħhom, l-appellanti jinvokaw sitt aggravji.

L-ewwel aggravju bbażat fuq nuqqas ta’ stħarriġ ġudizzjarju effettiv. Skont l-appellanti, il-Qorti Ġenerali ma eżerċitatx il-kompetenza kollha tagħha billi naqset milli teżamina jekk kienx hemm riskju ta’ effett konkret tal-għajnuna kontenzjuża fuq l-appellanti.

It-tieni aggravju huwa bbażat fuq konstatazzjonijiet ineżatti u żnaturament tal-provi. Skont l-appellanti, il-Qorti Ġenerali għamlet konstatazzjonijiet ineżatti dwar xi wħud mill-provi prodotti mill-appellanti, u żnaturat ċerti provi oħra prodotti wkoll mill-appellanti, b’mod partikolari fir-rigward tar-riskji tal-impatt tal-għajnuna kontenzjuża fuq l-attività tal-appellanti.

It-tielet aggravju huwa bbażat fuq żbalji fil-klassifikazzjoni tal-fatti. Skont l-appellanti, is-sentenza appellata fiha żbalji ta’ klassifikazzjoni tal-fatti billi tistabbilixxi distinzjonijiet bejn ċerti effetti tal-għajnuna kontenzjuża u billi tqis li wħud minn dawn l-effetti kienu dissoċjabbli mill-għajnuna kontenzjuża.

Ir-raba’ aggravju huwa bbażat fuq l-applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 108(2) TFUE u tal-Artikolu 1(h) tar-Regolament (UE) 2015/1589 (1). Skont l-appellanti, is-sentenza appellata tapplika b’mod żbaljat il-kunċett ta’ parti interessata fis-sens ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, kemm mill-perspettiva tal-eżistenza ta’ relazzjoni ta’ kompetizzjoni bejn l-appellanti u l-benefiċjarji tal-għajnuna kontenzjuża kif ukoll mill-perspettiva tar-riskju ta’ effett konkret tal-għajnuna kontenzjuża fuq l-appellanti.

Il-ħames aggravju huwa bbażat fuq applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 39 TFUE. Skont l-appellanti, is-sentenza appellata tapplika b’mod żbaljat l-Artikolu 39 TFUE għall-kwistjoni dwar jekk l-appellanti għandhomx l-istatus ta’ parti interessata.

Fl-aħħar nett, is-sitt aggravju huwa bbażat fuq nuqqas ta’ motivazzjoni peress li s-sentenza appellata tonqos milli tissodisfa l-obbligu ta’ motivazzjoni, b’mod partikolari billi ma tiġġustifikax l-esklużjoni tal-appellanti mill-istatus ta’ parti interessata, il-konstatazzjoni tagħha dwar l-assenza ta’ rabta bejn l-għajnuna kontenzjuża u r-riskji ta’ impatt tal-proġetti tat-turbini eoliċi benefiċjarji, u l-assenza ta’ teħid inkunsiderazzjoni tal-“karattru partikolari” tal-attività tas-sajd fis-sens tal-Artikolu 39 TFUE fl-eżami tal-istatus tal-appellanti bħala partijiet interessati.


(1)  Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat-13 ta’ Lulju 2015 li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2015, L 248, p. 9).


7.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 64/25


Appell ippreżentat fid-9 ta’ Diċembru 2021 minn Nichicon Corporation mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fid-29 ta’ Settembru 2021 fil-Kawża T-342/18, Nichicon Corporation vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-757/21 P)

(2022/C 64/37)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Nichicon Corporation (rappreżentanti: A. Ablasser-Neuhuber, F. Neumayr, G. Fussenegger, H. Kühnert, Rechtsanwälte)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

L-appellenti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza annullata kif ukoll id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2018) 1768 final tal-21 ta’ Marzu 2018 li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Il-Każ AT.40136 — Kapasiters, iktar il quddiem id-“deċiżjoni kkontestata”) sa fejn tikkonċerna lill-appellanti;

sussidjarjament, tannulla s-sentenza appellata sa fejn il-Qorti Ġenerali ċaħdet:

l-ewwel motiv dwar żbalji materjali ta’ fatt li jirrigwardaw il-laqgħat tat-“18 ta’ Diċembru 1998”, “April/Mejju 2005”, “Frar 2009”, “Lulju 2009”, tad-“9 ta’ Marzu 2010” u tal-“31 ta’ Mejju 2010” sabiex tiġi stabbilita l-parteċipazzjoni tal-appellanti fi ksur tad-dritt tal-kompetizzjoni tal-UE;

it-tieni parti tat-tieni motiv, dwar in-nuqqas ta’ responsabbiltà tal-appellanti għal kuntatti bilaterali u trilaterali bejn l-impriżi kkonċernati l-oħra;

it-tielet parti tat-tieni motiv, dwar in-nuqqas ta’ parteċipazzjoni fi ksur uniku u kontinwu qabel is-7 ta’ Novembru 2003;

ir-raba’ motiv dwar żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni fl-iffissar tal-multa;

u konsegwentement, tannulla parzjalment id-deċiżjoni kkontestata and tnaqqas il-multa ta’ EUR 72 901 000 imposta fuq l-appellanti għal ammont proporzjonali;

sussidjarjament, tirrinvija l-kawża lura lill-Qorti Ġenerali sabiex tiddeċiedi mill-ġdid, u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Essenzjalment, l-appellanti tinvoka erba’ aggravji.

L-ewwel aggravju: ksur ta’ rekwiżit proċedurali essenzjali minħabba n-nuqqas ta’ awtentifikazzjoni tas-sentenza appellata

Is-sentenza appellata, ma kinitx iffirmata bl-idejn mill-imħallfin responsabbli. Għalhekk, ma għandhiex l-awtentifikazzjoni neċessarja. Il-firem neqsin għandhom jitqiesu li huma ksur ta’ rekwiżit proċedurali essenzjali. Is-sentenza appellata għandha għalhekk tiġi annullata.

It-tieni aggravju: żbalji fl-evalwazzjoni tal-konstatazzjonijiet tal-Kummissjoni dwar il-fatti

L-analiżi tal-Qorti Ġenerali tal-motivi invokati mill-appellanti fl-ewwel istanza huwa vvizzjat bi żnaturament tal-provi, żbalji ta’ liġi u motivazzjoni insuffiċjenti.

It-tielet aggravju: żbalji ta’ liġi fl-evalwazzjoni tal-konstatazzjonijiet tal-Kummissjoni dwar l-eżistenza ta’ ksur uniku u kontinwu u r-responsabbiltà tal-appellanti għal parteċipazzjoni fih

L-ewwel, il-Qorti Ġenerali pprovdiet motivazzjoni insuffiċjenti u wettqet żball ta’ liġi meta ċaħdet il-motiv li l-Kummissjoni ma kinitx stabilixxiet ir-responsabbiltà tal-appellanti, sal-punt meħtieġ mil-liġi, fir-rigward ta’ laqgħat bilaterali u trilaterali mal-impriżi l-oħra kkonċernati. It-tieni, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ċaħdet il-motiv tal-appellanti li l-Kummissjoni kienet naqset milli tistabbilixxi ksur kontinwu.

Ir-raba’ aggravju: żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni fl-iffissar tal-multa

L-ewwel, il-Qorti Ġenerali twettaq żball ta’ liġi meta tieħu bħala bażi l-valur tal-bejgħ iffatturat liż-ŻEE minflok il-valur tal-bejgħ mibgħut/ ikkunsinnjat liż-ŻEE. Barra minn hekk, fid-determinazzjoni tal-koeffiċjent ta’ gravità għal 16 %, il-Qorti Ġenerali tistabbilixxi standard legali insuffiċjenti billi ma tikkunsidrax iċ-ċirkustanzi individwali tal-appellanti. It-tieni, il-Qorti Ġenerali qieset b’mod insuffiċjenti fatturi mitiganti, peress li l-ammont assolut tal-multa imposta fuq l-appellanti huwa sproporzjonat. Għalhekk, il-Qorti Ġenerali tikser, inter alia, il-prinċipju ta’ proporzjonalità u ta’ ugwaljanza fit-trattament meta ma tikkunsidrax b’mod xieraq il-parteċipazzjoni limitata tal-appellanti. Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali twettaq żball ta’ liġi meta tirrifjuta li tirrikonoxxi n-negliġenza u l-aġir kompetittiv tal-appellanti bħala fatturi mitiganti.


7.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 64/26


Appell ippreżentat fl-10 ta’ Diċembru 2021 minn Nippon Chemi-Con Corporation mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla Estiża) fid-29 ta’ Settembru 2021 fil-Kawża T-363/18, Nippon Chemi-Con Corporation vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-759/21 P)

(2022/C 64/38)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Nippon Chemi-Con Corporation (rappreżentanti: H.-J. Niemeyer, M. Röhrig, P. Neideck, Rechtsanwälte, I.-L. Stoicescu, avukata)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla s-sentenza appellata u tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-21 ta’ Marzu 2018 (1) li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Il-Każ AT.40136 — Kapasiters), inkwantu tikkonċerna lill-appellanti;

sussidjarjament, tannulla s-sentenza appellata inkwantu din tikkonferma l-multa imposta fuq l-appellanti, u tannulla l-Artikolu 2(j) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Marzu 2018;

iktar sussidjarjament, tnaqqas l-ammont tal-multa imposta fuq l-appellanti fid-dawl tal-aggravji li se jintlaqgħu, u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-ewwel istanza u tal-appell.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn ta’ dan l-appell, l-appellanti tinvoka sitt aggravji.

1.   L-ewwel aggravju: L-assenza tal-firem tal-Imħallfin fis-sentenza tal-Qorti Ġenerali

Fl-assenza tal-firem tat-tliet Imħallfin, is-sentenza hija invalida fl-intier tagħha, kif stabbilit fl-Artikolu 118 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali u fl-Artikolu 37 tal-Istatut tal-Qorti Ġenerali.

2.   It-tieni aggravju: Ksur tal-Artikolu 101 TFUE (punti 143 sa 307 tas-sentenza)

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball fl-applikazzjoni tagħha tal-Artikolu 101 TFUE meta kkonfermat il-konstatazzjoni ta’ ksur magħmula mill-Kummissjoni Ewropea. Il-Qorti Ġenerali naqset milli tevalwa b’mod xieraq ir-rilevanza tal-ksur allegat għaż-ŻEE. Hija applikat b’mod żbaljat id-duttrina tas-sensiela ta’ indizji u qelbet l-oneru tal-prova għad-detriment tal-appellanti, u b’hekk kisret il-preżunzjoni ta’ innoċenza.

3.   It-tielet aggravju: Ksur uniku u kontinwu (punti 308 sa 400 tas-sentenza)

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball fl-applikazzjoni tagħha tal-Artikolu 101 TFUE meta kkonkludiet li kien jeżisti ksur uniku u kontinwu li jkopri l-kapaċitaturi elettrolitiċi kollha mis-26 ta’ Ġunju 1998 sat-23 ta’ April 2012. Il-Qorti Ġenerali applikat kriterju ġuridiku inkorrett sabiex tiddetermina jekk kienx jeżisti pjan ġenerali, li huwa rekwiżit li jikkostitwixxi ksur uniku u kontinwu. Barra minn hekk, anki jekk il-kriterju ġuridiku jiġi aċċettat, il-fatti stabbiliti mill-Qorti Ġenerali ma jippermettux li tiġi preżunta l-eżistenza ta’ ksur kontinwu, jiġifieri ksur mhux interrott.

4.   Ir-raba’ aggravju: Ksur minħabba l-għan (punti 401 sa 429 tas-sentenza)

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball fl-applikazzjoni tagħha tal-Artikolu 101 TFUE meta kkonfermat il-perspettiva tal-Kummissjoni Ewropea li l-ksur kollu għandu jiġi kkwalifikat bħala ksur minħabba l-għan. Il-Qorti Ġenerali pprovdiet motivazzjoni insuffiċjenti għall-konklużjoni tagħha u applikat kriterju ġuridiku inkorrett għall-evalwazzjoni tal-informazzjoni skambjata.

5.   Il-ħames aggravju: Ġurisdizzjoni (punti 71 sa 82 tas-sentenza)

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball meta kkonfermat li, bis-saħħa tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikoli 53 u 56 tal-Ftehim ŻEE, il-Kummissjoni Ewropea kellha ġurisdizzjoni territorjali sabiex tissanzjona l-ksur kollu. Sabiex tistabbilixxi l-ġurisdizzjoni, il-Qorti Ġenerali messha applikat livell ta’ tolleranza iktar milli sempliċement tirrikorri għall-konstatazzjoni ta’ “sempliċi bejgħ [tal-kapaċitaturi elettrolitċi] fl-Unjoni”, u, fi kwalunkwe każ, kellha timmotiva b’mod suffiċjenti l-konklużjoni tagħha.

6.   Is-sitt aggravju: Kalkolu tal-multa (punti 430 sa 526 tas-sentenza)

Il-Qorti Ġenerali naqset milli tapplika b’mod korrett il-prinċipju ta’ proporzjonalità u, fl-evalwazzjoni tagħha tal-provi li l-appellanti ppreżentat lill-Kummissjoni Ewropea, kisret numru ta’ rekwiżiti proċedurali, fosthom l-obbligi ta’ motivazzjoni u ta’ twettiq ta’ evalwazzjoni kompleta tal-provi u ta’ eżami sħiħ tal-fatti.


(1)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2018) 1768 final.


7.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 64/28


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-26 ta’ Ottubru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sofiyski rayonen sad – il-Bulgarija) – “BOSOLAR” EOOD vs “CHEZ ELEKTRO BULGARIA” AD, fil-preżenza ta’:“NATSIONALNA ELEKTRICHESKA KOMPANIA” EAD

(Kawża C-366/19) (1)

(2022/C 64/39)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 255, 29.7.2019.


7.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 64/28


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-26 ta’ Ottubru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Constitucional – il-Portugall) – Autoridade Tributária e Aduaneira vs VectorImpacto – Automóveis Unipessoal Lda

(Kawża C-136/21) (1)

(2022/C 64/40)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 189, 17.5.2021.


Il-Qorti Ġenerali

7.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 64/29


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Novembru 2021 – EMS Electro Medical Systems vs EUIPO (AIRFLOW)

(Kawża T-751/21)

(2022/C 64/41)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: EMS Electro Medical Systems GmbH (Munchen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: K. Scheib u C. Schulte, lawyers)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “AIRFLOW” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 1 533 193

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-29 ta’ Settembru 2021 fil-Każ R 546/2021-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk sostnuti minn EMS Electro Medical Systems GmbH.

Motivi invokati

Interpretazzjoni żbaljata tal-Artikolu 7(1)(c) u tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Interpretazzjoni żbaljata tal-Artikolu 7(1)(b) u tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 75(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 76(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill


7.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 64/29


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Diċembru 2021 – C&C IP UK vs EUIPO – Tipico Group (t)

(Kawża T-762/21)

(2022/C 64/42)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: C&C IP UK Ltd (Bristol, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: A. von Mühlendahl u H. Hartwig, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Tipico Group ltd. (San Ġiljan, Malta)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea “t” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 915 463

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-3 ta’ Settembru 2021 fil-Każ R 2326/2020-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tiċħad l-appell ippreżentat minn Tipico Group Ltd. mid-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-EUIPO tad-19 ta’ Ottubru 2020 fil-Każ B 3 080 138;

tikkundanna lill-EUIPO, u lil Tipico Group Ltd. jekk hija tintervjeni f’dawn il-proċeduri, għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikoli 8(1)(b) u 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


7.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 64/30


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Diċembru 2021 – Daw vs EUIPO – Sapa Building Systems (alpina)

(Kawża T-766/21)

(2022/C 64/43)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Daw SE (Ober-Ramstadt, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Haberl, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Sapa Building Systems SpA (Naviglio, l-Italja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea “alpina” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 123 342

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-23 ta’ Settembru 2021 fil-Każ R 2198/2020-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lil Sapa Building Systems SpA għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 33(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


7.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 64/31


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Diċembru 2021 – Gameageventures vs EUIPO (GAME TOURNAMENTS)

(Kawża T-776/21)

(2022/C 64/44)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Gameageventures LLP (Folkestone, ir-Renju Unit) (rappreżentant: S. Santos Rodriguez, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: l-applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea “GAME TOURNAMENTS” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 207 605

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-5 ta’ Ottubru 2021 fil-Każ R 221/2021-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti fil-proċedimenti quddiem l-EUIPO.

Motivi invokati

Ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni u tad-dritt għal smigħ;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 7(3) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u amministrazzjoni tajba.