ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 055I

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 65
2 ta' Frar 2022


Werrej

Paġna

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2022/C 55 I/01

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10512 – LEAR CORPORATION / INTERIOR COMFORT SYSTEMS BUSINESS OF KONGSBERG AUTOMOTIVE GROUP) ( 1 )

1


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

2.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CI 55/1


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10512 – LEAR CORPORATION / INTERIOR COMFORT SYSTEMS BUSINESS OF KONGSBERG AUTOMOTIVE GROUP)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 55 I/01)

1.   

Fl-24 ta’ Jannar 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 u wara referenza skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Lear Corporation (“Lear”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

In-negozju tas-sistemi ta’ kumdità interna ta’ Kongsberg Automotive ASA (“Interior comfort systems business of Kongsberg”, in-Norveġja).

Lear takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv tan-negozju kollu tas-sistemi ta’ kumdità interna ta’ Kongsberg.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz ta’ xiri ta’ assi u ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Lear: il-forniment ta’ sedili tal-karozzi, faxex ta’ wajers u elettronika lil manifatturi ewlenin tal-karozzi,

in-negozju tas-sistemi ta’ kumdità interna ta’ Kongsberg: id-disinn, il-manifattura u l-forniment tat-tisħin tas-sedili, il-ventilazzjoni tas-sedili, it-tagħmir ta’ appoġġ u massaġġi lumbari, it-tisħin tal-pannelli, l-unitajiet elettroniċi anċillari, u l-komponenti tas-sistema għall-karozzi tal-passiġġieri.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10512 – LEAR CORPORATION / INTERIOR COMFORT SYSTEMS BUSINESS OF KONGSBERG AUTOMOTIVE GROUP

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).