ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 51

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 65
31ta' Jannar 2022


Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2022/C 51/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2022/C 51/02

Kawża C-437/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-25 ta’ Novembru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour administrative – il-Lussemburgu) – État luxembourgeois vs L (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni – Direttiva 2011/16/UE – Artikolu 1(1), Artikolu 5 u Artikolu 20(2) – Talba għal informazzjoni – Deċiżjoni ta’ ordni għal komunikazzjoni ta’ informazzjoni – Rifjut li wieħed jikkonforma ruħu ma’ deċiżjoni ta’ ordni – Sanzjoni – Natura prevedibbilment rilevanti tal-informazzjoni mitluba – Assenza ta’ identifikazzjoni bl-isem u individwalment tal-persuni taxxabbli kkonċernati – Kunċett ta’ identità tal-persuna taħt eżami jew investigazzjoni – Motivazzjoni tat-talba għal informazzjoni – Portata – Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Artikolu 47 – Dritt għal rimedju ġudizzjarju effettiv kontra d-deċiżjoni ta’ ordni għal komunikazzjoni ta’ informazzjoni – Artikolu 52(1) – Limitazzjoni – Osservanza tal-kontenut essenzjali tad-dritt)

2

2022/C 51/03

Kawża C-564/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-23 ta’ Novembru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Pesti Központi Kerületi Bíróság – l-Ungerija) – proċeduri kriminali kontra IS (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali – Direttiva 2010/64/UE – Artikolu 5 – Kwalità tal-interpretazzjoni u tat-traduzzjoni – Direttiva 2012/13/UE – Dritt għall-informazzjoni fil-kuntest ta’ proċeduri kriminali – Artikoli 4(5) u 6(1) – Dritt li wieħed jiġi informat dwar l-akkuża miġjuba kontrih – Dritt għall-interpretazzjoni u għat-traduzzjoni – Direttiva 2016/343/UE – Dritt għal rimedju effettiv u għal qorti imparzjali – Artikolu 48(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Artikolu 267 TFUE – It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE – Ammissibbiltà – Appell fl-interess tal-liġi kontra deċiżjoni li tordna rinviju għal deċiżjoni preliminari – Proċedura dixxiplinari – Setgħa tal-qorti superjuri li tiddikjara illegali t-talba għal deċiżjoni preliminari)

3

2022/C 51/04

Kawża C-833/19 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-23 ta’ Novembru 2021 – Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea vs Hamas (Appell – Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Ġlieda kontra t-terroriżmu – Miżuri restrittivi meħuda kontra ċertu persuni u entitajiet – Iffriżar ta’ fondi – Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK – Regolament (KE) Nru 2580/2001 – Żamma tal-inklużjoni ta’ organizzazzjoni fil-lista tal-persuni, gruppi u entitajiet involuti f’atti ta’ terroriżmu – Espożizzjoni tal-motivi individwali nnotifikati lill-organizzazzjoni u li jinsabu f’dokument separat mill-att li jinkludi motivazzjoni ta’ natura ġenerali – Awtentifikazzjoni tal-espożizzjoni tal-motivi individwali – Artikolu 297(2) TFUE)

4

2022/C 51/05

Kawżi magħquda C-884/19 P u C-888/19 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-2 ta’ Diċembru 2021 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Xinyi PV Products (Anhui) Holdings Ltd, GMB Glasmanufaktur Brandenburg GmbH C-884/19 P), GMB Glasmanufaktur Brandenburg GmbH vs Xinyi PV Products (Anhui) Holdings Ltd, Il-Kummissjoni Ewropea (C-888/19 P) (Appell – Dumping – Importazzjonijiet ta’ ħġieġ solari li joriġina miċ-Ċina – Regolament (KE) Nru 1225/2009 – Artikolu 2(7)(b) u (ċ) – Status ta’ impriża li topera fil-kundizzjonijiet ta’ ekonomija tas-suq – Rifjut – Kunċett ta’ distorsjoni importanti kkawżata mis-sistema ekonomika ta’ qabel li ma kinitx tas-suq, fis-sens tat-tielet inċiż tal-Artikolu 2(7)(ċ) – Vantaġġi fiskali)

5

2022/C 51/06

Kawża C-3/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-30 ta’ Novembru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rīgas rajona tiesa – il-Latvja) – proċeduri kriminali kontra AB, CE, MM investīcijas SIA (“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Protokoll (Nru 7) dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea – Membru ta’ korp tal-Bank Ċentrali Ewropew – Gvernatur ta’ bank ċentrali nazzjonali ta’ Stat Membru – Immunità minn proċeduri kriminali – Akkuża marbuta mal-attivitajiet eżerċitati fil-kuntest tal-kariga fi ħdan l-Istat Membru)

5

2022/C 51/07

Kawża C-25/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-25 ta’ Novembru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Višje sodišče v Ljubljani – is-Slovenja) – Proċedura mressqa minn NK, bħala stralċjatur fil-proċedura ta’ falliment ta’ Alpine BAU GmbH (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – Proċedura ta’ insolvenza – Regolament (KE) Nru 1346/2000 – Artikoli 4 u 28 – Artikolu 32(2) – Terminu stabbilit għall-preżentata ta’ krediti fi proċedura ta’ insolvenza – Preżentata, fi proċedura ta’ insolvenza sekondarja pendenti fi Stat Membru, ta’ krediti mill-istralċjatur tal-proċedura prinċipali pendenti fi Stat Membru ieħor – Terminu ta’ dekadenza previst mid-dritt tal-Istat fejn tressqet il-proċedura ta’ insolvenza sekondarja)

6

2022/C 51/08

Kawża C-102/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-25 ta’ Novembru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof – il-Ġermanja) – StWL Städtische Werke Lauf a.d. Pegnitz GmbH vs eprimo GmbH (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Direttiva 2002/58/KE – Ipproċessar ta’ data personali u protezzjoni tal-ħajja privata fis-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi – Il-punt (h) tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 2 – Kunċett ta’ posta elettronika – Artikolu 13(1) – Kunċett ta’ użu ta’ posta elettronika għall-finijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni diretta – Direttiva 2005/29/KE – Prattiki kummerċjali żleali – Anness I, punt 26 – Kunċett ta’ solleċitazzjonijiet persistenti u mhux mixtieqa permezz ta’ posta elettronika – Messaġġi pubbliċitarji – Inbox advertising)

7

2022/C 51/09

Kawża C-233/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-25 ta’ Novembru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberster Gerichtshof – l-Aswtrija) – WD vs job-medium GmbH, fi stralċ (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Politika soċjali – Direttiva 2003/88/KE – Protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema – Artikolu 7(1) – Dritt għal kumpens finanzjarju għal-leave annwali mħallas mhux meħud qabel it-tmiem tar-relazzjoni ta’ xogħol – Tmiem qabel iż-żmien tar-relazzjoni ta’ xogħol minħabba l-impjegat)

8

2022/C 51/10

Kawża C-249/20 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-25 ta’ Novembru 2021 – Il-Kummissjoni Ewropea vs UG (Appell – Servizz pubbliku – Membru tal-persunal bil-kuntratt – Kuntratt għal żmien indeterminat – Xoljiment – Raġunijiet ta’ tkeċċija – Żnaturament – Dannu morali – Ammissibbiltà – Nuqqas li tingħata deċiżjoni dwar kap ta’ talba)

9

2022/C 51/11

Kawża C-271/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-25 ta’ Novembru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgericht Berlin – il-Ġermanja) – Aurubis AG vs Bundesrepublik Deutschland (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra – Skema ta’ allokazzjoni ta’ kwoti mingħajr ħlas – Deċiżjoni 2011/278/UE – Artikolu 3(d) – Subinstallazzjoni ta’ parametru referenzjarju tal-fjuwil – Kunċetti ta’ kombustjoni u ta’ fjuwil – Produzzjoni primarja tar-ram permezz ta’ tidwib flash – Talba għal allokazzjoni – Kwoti mitluba u li għadhom ma ġewx allokati fid-data ta’ skadenza ta’ perijodu ta’ skambju – Possibbiltà li dawn il-kwoti jinħarġu matul il-perijodu ta’ skambju sussegwenti permezz tal-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni ġudizzjarja mogħtija wara din id-data)

9

2022/C 51/12

Kawża C-289/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-25 ta’ Novembru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour d’appel de Paris – Franza) – IB vs FA (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – Regolament (KE) Nru 2201/2003 – Ġurisdizzjoni għall-konjizzjoni ta’ talba għal divorzju – Artikolu 3(1)(a) – Kunċett ta’ residenza abitwali tar-rikorrent)

10

2022/C 51/13

Kawża C-334/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-25 ta’ Novembru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Veszprémi Törvényszék – l-Ungerija) – Amper Metal Kft vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Direttiva 2006/112/KE – Artikolu 2 – Tranżazzjoni suġġetta għall-VAT – Kunċett – Artikolu 168(a) u Artikolu 176 – Dritt għat-tnaqqis tal-VAT tal-input imħallsa – Rifjut – Servizzi pubbliċitarji kklassifikati bħala eċċessivament għolja u inutli mill-amministrazzjoni tat-taxxa – Assenza ta’ dħul mill-bejgħ iġġenerat favur il-persuna taxxabbli)

11

2022/C 51/14

Kawża C-372/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-25 ta’ Novembru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzgericht – l-Awstrija) – QY vs Finanzamt Österreich, li kienet Finanzamt Wien für den 8., 16. Und 17. Bezirk (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikoli 45 u 48 TFUE – Moviment liberu tal-ħaddiema – Ugwaljanza fit-trattament – Benefiċċji tal-familja mogħtija lill-ħaddiema umanitarji fil-qasam tal-iżvilupp li jieħdu lill-membri tal-familja tagħhom fil-pajjiż terz li fih huma jkunu ġew assenjati – Waqfien – It-tieni paragrafu tal-Artikolu 288 TFUE – Atti ġuridiċi tal-Unjoni – Portata tar-regolamenti – Leġiżlazzjoni nazzjonali li l-kamp ta’ applikazzjoni ratione personae tagħha huwa usa’ minn dak ta’ regolament – Kundizzjonijiet – Regolament (KE) Nru 883/2004 – Artikolu 11(3)(a) u (e) – Kamp ta’ applikazzjoni – Ħaddiema impjegata ċittadina ta’ Stat Membru impjegata bħala ħaddiema umanitarja fil-qasam tal-iżvilupp minn persuna li timpjega stabbilita fi Stat Membru ieħor u mibgħuta fuq missjoni f’pajjiż terz – Artikolu 68(3) – Dritt tal-applikant għal benefiċċji tal-familja li jressaq applikazzjoni unika quddiem l-istituzzjoni tal-Istat Membru li għandu bi prijorità l-kompetenza jew l-istituzzjoni tal-Istat Membru kompetenti b’mod sekondarju)

11

2022/C 51/15

Kawża C-484/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-2 ta’ Diċembru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberlandesgericht München – il-Ġermanja) – Vodafone Kabel Deutschland GmbH vs Bundesverband der Verbraucherzentralen und Verbraucherverbände – Verbraucherzentrale Bundesverband e.V. (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Protezzjoni tal-konsumaturi – Direttiva (UE) 2015/2366 – Servizzi ta’ pagament – Artikolu 62(4) – Imposti applikabbli – Artikolu 107(1) – Armonizzazzjoni sħiħa – Artikolu 115(1) u (2) – Traspożizzjoni u applikazzjoni – Abbonamenti tat-televiżjoni bil-kejbil u ta’ aċċess għall-internet – Kuntratti għal żmien indeterminat konklużi qabel id-data ta’ traspożizzjoni ta’ din id-direttiva – Imposti applikati għat-tranżazzjonijiet ta’ pagament mingħajr awtorizzazzjoni ta’ debitu dirett bankarju mibdija wara din id-data)

12

2022/C 51/16

Kawża C-488/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-25 ta’ Novembru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Wojewódzki Sąd Administracyjny w Warszawie – il-Polonja) – Delfarma Sp. z o.o. vs Prezes Urzędu Rejestracji Produktów Leczniczych, Wyrobów Medycznych i Produktów Biobójczych (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikoli 34 u 36 TFUE – Moviment liberu tal-merkanzija – Miżura li għandha effett ekwivalenti għal restrizzjoni kwantitattiva – Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem – Importazzjoni parallela ta’ prodotti mediċinali – Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprevedi l-iskadenza ipso iure tal-awtorizzazzjoni ta’ importazzjoni parallela sena wara l-iskadenza tal-awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq tal-prodott mediċinali ta’ riferiment – Protezzjoni tas-saħħa u tal-ħajja tal-persuni – Proporzjonalità – Direttiva 2001/83/KE – Farmakoviġilanza)

13

2022/C 51/17

Kawża C-161/21: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-4 ta Ottubru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Corte dei conti – Sezione regionale di controllo per la Campania) – l-Italja – Comune di Camerota (Talba għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 53(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Direttiva 2011/85/UE – Direttiva 2011/7/UE – Politika ekonomika u monetarja – Kollettività lokali f’diffikultà finanzjarja – Pjan finanzjarju ta’ bbilanċjar – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissospendi s-setgħat ta’ stħarriġ tal-Qorti tal-Awdituri minħabba l-kriżi sanitarja marbuta mal-pandemija tal-COVID-19 – Artikolu 267 TFUE – Kunċett ta’ qorti nazzjonali – Assenza ta’ tilwima quddiem il-qorti tar-rinviju – Inammissibbiltà manifesta)

14

2022/C 51/18

Kawża C-253/21: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas-6 ta’ Ottubru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Hamburg – il-Ġermanja) – TUIfly GmbH vs FI, RE (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Trasport bl-ajru – Regolament (KE) Nru 261/2004 – Artikolu 5 – Artikolu 7 – Artikolu 8(3) – Passiġġieri li ma jitħallewx jitilgħu u kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet – Kumpens u assistenza għal passiġġieri – kunċett ta’ kanċellazzjoni – Devjazzjoni ta’ titjira lejn ajruport li ma jaqdix l-istess belt, agglomerazzjoni jew reġjun differenti minn dak inizjalment previst – Bdil tar-rotta tal-passiġġieri permezz tal-kowċ)

14

2022/C 51/19

Kawża C-408/21 P: Appell ippreżentat fit-2 ta' Lulju 2021 mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fil-21 ta’ April 2021 fil-Kawża T-252/19, Pech vs Il-Kunsill

15

2022/C 51/20

Kawża C-462/21 P: Appell ippreżentat fit-28 ta’ Lulju 2021 minn Puma SE mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fid-19 ta’ Mejju 2021 fil-Kawża T-510/19 – Puma vs EUIPO – Gemma Group (Rappreżentazzjoni ta’ felin jaqbeż)

16

2022/C 51/21

Kawża C-468/21 P: Appell ippreżentat fid-19 ta’ Lulju 2021 mill-Electrodomésticos Taurus, S.L. mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (L-Għaxar Awla) fis-17 ta’ Mejju 2021 fil-Kawża T-328/20 – Electrodomésticos Taurus, S.L. vs EUIPO – Shenzen Aukey E-Business Co. Ltd

16

2022/C 51/22

Kawża C-565/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fl-14 ta’ Settembru 2021 – Caixabank S.A. vs X

17

2022/C 51/23

Kawża C-583/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Social no 1 de Madrid (Spanja) fl-20 ta’ Settembru 2021 – NC vs BA, DA, DV u CG

18

2022/C 51/24

Kawża C-584/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Social no 1 de Madrid (Spanja) fl-20 ta’ Settembru 2021 – JD vs BA, DA, DV u CG

18

2022/C 51/25

Kawża C-585/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Social no 1 de Madrid (Spanja) fl-20 ta’ Settembru 2021 – TA vs BA, DA, DV u CG

19

2022/C 51/26

Kawża C-586/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Social no 1 de Madrid (Spanja) fl-20 ta’ Settembru 2021 – FZ vs BA, DA, DV u CG

19

2022/C 51/27

Kawża C-641/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzgericht (l-Awstrija) fl-20 ta’ Ottubru 2021 – Climate Corporation Emissions Trading GmbH vs Finanzamt Österreich

20

2022/C 51/28

Kawża C-676/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Korkein hallinto-oikeus (il-Finlandja) fid-9 ta’ Novembru 2021 – A

20

2022/C 51/29

Kawża C-690/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht München I (il-Ġermanja) fis-17 ta’ Novembru 2021 – RSD Reise Service Deutschland GmbH vs QL

21

2022/C 51/30

Kawża C-708/21 P: Appell ippreżentat fl-24 ta’ Novembru 2021 minn Évariste Boshab mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fil-15 ta’ Settembru 2021 fil-Kawża T-107/20, Boshab vs Il-Kunsill

21

2022/C 51/31

Kawża C-709/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Piteşti (ir-Rumanija) fl-24 ta’ Novembru 2021 – MK

22

2022/C 51/32

Kawża C-758/21 P: Appell ippreżentat fid-9 ta’ Diċembru 2021 minn Ryanair DAC, Airport Marketing Services Ltd, FR Financing (Malta) Ltd mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fid-29 ta’ Settembru 2021, fil-Kawża T-448/18, Ryanair et vs Il-Kummissjoni

23

2022/C 51/33

Kawża C-643/20: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta’ Ottubru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Veszprémi Törvényszék – l-Ungerija) – ENERGOTT Fejlesztő és Vagyonkezelő Kft vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága

24

 

Il-Qorti Ġenerali

2022/C 51/34

Kawża T-500/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Diċembru 2021 – BZ vs BĊE (Servizz pubbliku – Persunal tal-BĊE – Talba għar-rikonoxximent tax-xogħol bħala l-kaġun ta’ marda – Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Dannu materjali – Dannu morali)

25

2022/C 51/35

Kawża T-257/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Novembru 2021 – Al Zoubi vs Il-Kunsill (Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda kontra s-Sirja – Iffriżar ta’ fondi – Żbalji ta’ evalwazzjoni)

25

2022/C 51/36

Kawża T-804/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Diċembru 2021 – HC vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku – Reklutaġġ – Avviż ta’ kompetizzjoni – Kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/363/18 – Deċiżjoni li r-rikorrent ma jiġix ammess għall-fażi sussegwenti tal-kompetizzjoni – Obbligu ta’ motivazzjoni – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Eċċezzjoni ta’ illegalità – Trattament ugwali – Proporzjonalità – Dritt għal smigħ – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Sistema lingwistika tal-kompetizzjoni – Diskriminazzjoni bbażata fuq il-lingwa – Responsabbiltà)

26

2022/C 51/37

Kawża T-265/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Diċembru 2021 – JR vs Il-Kummissjoni (Aċċess għal dokumenti – Regolament (KE) Nru 1049/2001 – Dokumenti relatati mal-eżami orali ta’ kompetizzjoni – Rifjut parzjali ta’ aċċess – Metodu ta’ arrotondament tal-marka – Koeffiċjenti għall-għoti ta’ piż tad-diversi partijiet u subpartijiet tal-eżami orali – Sigriet tax-xogħlijiet tal-Bord tal-Għażla – Regolament (UE) 2018/1725 – Assenza parzjali ta’ lok li tingħata deċiżjoni)

27

2022/C 51/38

Kawża T-293/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Dicembru 2021 – Ruiz-Ruiz vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku – Uffiċjali – Reklutaġġ – Avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/371/19 – Deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla li r-rikorrent ma jiġix ammess għall-istadju sussegwenti tal-kompetizzjoni – Kriterju ta’ ammissjoni marbut mal-esperjenza professjonali – Konformità mal-avviż tal-kompetizzjoni tal-kriterju użat mill-Bord tal-Għażla – Żball manifest ta’ evalwazzjoni)

28

2022/C 51/39

Kawża T-546/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Diċembru 2021 – Sopra Steria Benelex u Unisys Belgium vs Il-Kummissjoni (Kuntratti pubbliċi għal servizzi – Proċedura ta’ sejħa għal offerti – Servizzi ta’ speċifikazzjoni, ta’ żvilupp, ta’ manutenzjoni u ta’ assistenza tal-pjattaformi informatiċi għad-DĠ Tassazzjoni u Unjoni Doganali – Ċaħda tal-offerta ta’ offerent u għoti tal-kuntratt lil offerent ieħor – Obbligu ta’ motivazzjoni – Offerta anormalment baxxa)

28

2022/C 51/40

Kawża T-662/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Diċembru 2021 – Muratbey Gida vs EUIPO – M. J. Dairies (Ġobon triplu elikali) (Disinn Komunitarju – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrapreżenta ġobon triplu elikali – Disinn internazzjonali preċedenti – Raġuni għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Karattru individwali – Żvelar tad-disinn preċedenti – Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 – Impressjoni globali differenti – Artikolu 6 tar-Regolament Nru 6/2002)

29

2022/C 51/41

Kawża T-700/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Diċembru 2021 – Schmid vs EUIPO – Landeskammer für Land- und Forstwirtschaft in Steiermark (Steirisches Kürbiskernöl g.g.A) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Steirisches Kürbiskernöl g. g. A GESCHÜTZTE GEOGRAFISCHE ANGABE – Raġuni assoluta għal rifjut – Trade mark li tinkludi badges, emblemi jew stemmi – Emblema ta’ waħda mill-oqsma ta’ azzjoni tal-Unjoni – Indikazzjonijiet ġeografiċi protetti – Artikolu 7(1)(i) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(i) tar-Regolament (UE) 2017/1001))

30

2022/C 51/42

Kawża T-71/21: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Diċembru 2021 – QB vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku – Membri tal-persunal temporanju – Remunerazzjoni – Allowance tal-espatrijazzjoni – Artikolu 4(1)(a) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal – Rifjut ta’ għoti tal-allowance tal-espatrijazzjoni – Attività professjonali prinċipali – Servizzi mwettqa għal Stat ieħor)

30

2022/C 51/43

Kawża T-84/21: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Diċembru 2021 – Jieyang Defa Industry vs EUIPO – Mattel (Ras ta’ pupa) (Disinn Komunitarju – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta ras ta’ pupa – Disinn preċedenti – Raġuni għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Assenza ta’ karattru individwali – Grad ta’ libertà tad-disinjatur – Assenza ta’ impressjoni globali differenti – Artikolu 6 u Artikolu 25(1(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002)

31

2022/C 51/44

Kawża T-152/21: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Diċembru 2021 – Union syndicale Solidaires des SDIS de France et DOM/TOM vs Il-Kummissjoni (Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Preżentazzjoni ta’ ilment mal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni – Terminu ta’ risposta – Dritt għal amministrazzjoni tajba – Obbligu ta’ diliġenza – Żmien raġonevoli – Assenza ta’ ksur serju biżżejjed ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi)

31

2022/C 51/45

Kawża T-230/21: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Diċembru 2021 – Jalkh vs Il-Parlament (Dritt istituzzjonali – Membru tal-Parlament – Privileġġi u immunitajiet – Deċiżjoni ta’ tneħħija tal-immunità parlamentari – Artikoli 8 u 9 tal-Protokoll Nru 7 fuq il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet – Proċedura ta’ tneħħija tal-immunità – Żball manifest ta’ evalwazzjoni)

32

2022/C 51/46

Kawża T-714/21: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Novembru 2021 – AL vs Il-Kummissjoni

33

2022/C 51/47

Kawża T-750/21: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Novembru 2021 – Beauty Biosciences vs EUIPO – Société de Recherche Cosmétique (BIO-BEAUTÉ)

34

2022/C 51/48

Kawża T-754/21: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Novembru 2021 – Peace United vs EUIPO – 1906 Collins (bâoli)

35

2022/C 51/49

Kawża T-758/21: Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Diċembru 2021 – Dorsum vs EUIPO — ID Quantique (Clavis)

36

2022/C 51/50

Kawża T-760/21: Rikors ippreżentat fid-29 ta' Novembru 2021 – DCM Film Distribution vs Il-Kummissjoni

37

2022/C 51/51

Kawża T-761/21: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Diċembru 2021 – Courtois et vs Il-Kummissjoni

38

2022/C 51/52

Kawża T-769/21: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Diċembru 2021 – Euranimi vs Il-Kummissjoni

39

2022/C 51/53

Kawża T-770/21: Rikors ippreżentat fid-9 ta' Diċembru 2021 – OC vs SEAE

40

2022/C 51/54

Kawża T-777/21: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Diċembru 2021 – Trend Glass vs EUIPO (ECO STORAGE)

40


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

31.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 51/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2022/C 51/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 37, 24.1.2022

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 24, 17.1.2022

ĠU C 11, 10.1.2022

ĠU C 2, 3.1.2022

ĠU C 513, 20.12.2021

ĠU C 502, 13.12.2021

ĠU C 490, 6.12.2021

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

31.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 51/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-25 ta’ Novembru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour administrative – il-Lussemburgu) – État luxembourgeois vs L

(Kawża C-437/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni - Direttiva 2011/16/UE - Artikolu 1(1), Artikolu 5 u Artikolu 20(2) - Talba għal informazzjoni - Deċiżjoni ta’ ordni għal komunikazzjoni ta’ informazzjoni - Rifjut li wieħed jikkonforma ruħu ma’ deċiżjoni ta’ ordni - Sanzjoni - Natura “prevedibbilment rilevanti” tal-informazzjoni mitluba - Assenza ta’ identifikazzjoni bl-isem u individwalment tal-persuni taxxabbli kkonċernati - Kunċett ta’ “identità tal-persuna taħt eżami jew investigazzjoni” - Motivazzjoni tat-talba għal informazzjoni - Portata - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 47 - Dritt għal rimedju ġudizzjarju effettiv kontra d-deċiżjoni ta’ ordni għal komunikazzjoni ta’ informazzjoni - Artikolu 52(1) - Limitazzjoni - Osservanza tal-kontenut essenzjali tad-dritt)

(2022/C 51/02)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour administrative

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: État luxembourgeois

Konvenut: L

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 1(1), l-Artikolu 5 u l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal Kunsill 2011/16/UE tal-15 ta’ Frar 2011 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni u li tħassar id-Direttiva 77/799/KEE, għandhom jiġu interpretati fis-sens li talba għal informazzjoni għandha titqies li tirrigwarda informazzjoni li ma tidhirx, b’mod manifest, nieqsa minn kull rilevanza prevedibbli, meta l persuni li jkunu s-suġġett ta’ eżami jew ta’ investigazzjoni fis-sens ta’ din l-aħħar dispożizzjoni ma jkunux identifikati b’isimhom u individwalment minn din it-talba, iżda li l-awtorità li tagħmel it-talba tistabbilixxi, abbażi ta’ spjegazzjonijiet ċari u suffiċjenti, li hija qiegħda twettaq investigazzjoni mmirata rigward grupp limitat ta’ persuni, iġġustifikata b’suspetti bbażati fuq nuqqas ta’ osservanza ta’ obbligu legali speċifiku.

2)

L-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi interpretat fis-sens li persuna fil-pussess ta’ informazzjoni, li:

ġiet imposta fuqha sanzjoni amministrattiva pekunjarja għal nuqqas ta’ osservanza ta’ deċiżjoni ta’ ordni għal komunikazzjoni ta’ informazzjoni fil-kuntest ta’ skambju bejn amministrazzjonijiet fiskali nazzjonali taħt id-Direttiva 2011/16, li ma tistax tkun is-suġġett ta’ rikors kontenzjuż skont id-dritt nazzjonali tal-Istat Membru rikjest, u

li tkun ikkontestat il-legalità ta’ din id-deċiżjoni b’mod inċidentali fil-kuntest ta’ rikors kontenzjuż dirett kontra d-deċiżjoni ta’ sanzjoni għan-nuqqas ta’ osservanza ta’ din l-ordni, b’hekk ukoll tkun kisbet għarfien tal-informazzjoni minima msemmija fl-Artikolu 20(2) ta’ din id-direttiva matul il-proċedura ġudizzjarja relatata ma’ dan ir-rikors,

għandha, wara r-rikonoxximent definittiv tal-legalità tal-imsemmija deċiżjonijiet maħruġa kontra tagħha, tingħata l-possibbiltà li tikkonforma ruħha mad-deċiżjoni ta’ ordni għal komunikazzjoni ta’ informazzjoni fit-terminu inizjalment previst għal dan il-għan mid-dritt nazzjonali, mingħajr ma dan iwassal għaż-żamma tas-sanzjoni li hija kellha ġġarrab sabiex teżerċita d-dritt tagħha għal rimedju effettiv. Huwa biss jekk din il-persuna ma ssegwix din id-deċiżjoni f’dan it terminu li s-sanzjoni imposta ssir dovuta b’mod leġittimu.


(1)  ĠU C 270, 12.8.2019.


31.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 51/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-23 ta’ Novembru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Pesti Központi Kerületi Bíróság – l-Ungerija) – proċeduri kriminali kontra IS

(Kawża C-564/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali - Direttiva 2010/64/UE - Artikolu 5 - Kwalità tal-interpretazzjoni u tat-traduzzjoni - Direttiva 2012/13/UE - Dritt għall-informazzjoni fil-kuntest ta’ proċeduri kriminali - Artikoli 4(5) u 6(1) - Dritt li wieħed jiġi informat dwar l-akkuża miġjuba kontrih - Dritt għall-interpretazzjoni u għat-traduzzjoni - Direttiva 2016/343/UE - Dritt għal rimedju effettiv u għal qorti imparzjali - Artikolu 48(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 267 TFUE - It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE - Ammissibbiltà - Appell fl-interess tal-liġi kontra deċiżjoni li tordna rinviju għal deċiżjoni preliminari - Proċedura dixxiplinari - Setgħa tal-qorti superjuri li tiddikjara illegali t-talba għal deċiżjoni preliminari)

(2022/C 51/03)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Pesti Központi Kerületi Bíróság

Parti fil-proċedura kriminali prinċipali

IS

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 267 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li l-qorti suprema ta’ Stat Membru tikkonstata, wara appell fl-interess tal-liġi, l-illegalità ta’ talba għal deċiżjoni preliminari li l-Qorti tal-Ġustizzja ġiet adita biha minn qorti inferjuri skont din id-dispożizzjoni, minħabba li d-domandi magħmula ma humiex rilevanti u neċessarji għas-soluzzjoni tat-tilwima fil-kawża prinċipali, mingħajr madankollu ma taffettwa l-effetti legali tad-deċiżjoni li tinkludi din it-talba. Il-prinċipju ta’ supremazija tad-dritt tal-Unjoni jobbliga lil dik il-qorti inferjuri tinjora tali deċiżjoni tal-qorti suprema nazzjonali.

2)

L-Artikolu 267 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li tinbeda proċedura dixxiplinari kontra mħallef ta’ qorti nazzjonali minħabba li jkun adixxa lill-Qorti tal-Ġustizzja b’talba għal deċiżjoni preliminari skont din id-dispożizzjoni.

3)

L-Artikolu 5 tad-Direttiva 2010/64/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ottubru 2010 dwar id-drittijiet għall-interpretazzjoni u għat-traduzzjoni fi proċedimenti kriminali għandu jiġi interpretat fis-sens li jimponi fuq l-Istati Membri l-obbligu li jieħdu miżuri konkreti sabiex jiżguraw li l-kwalità tal-interpretazzjoni u tat-traduzzjonijiet ipprovduti tkun suffiċjenti sabiex il-persuna ssuspettata jew il-persuna akkużata tifhem l-akkuża miġjuba kontriha u sabiex din l-interpretazzjoni tkun tista’ tiġi mistħarrġa mill-qrati nazzjonali.

L-Artikolu 2(5) tad-Direttiva 2010/64, l-Artikolu 4(5) u l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2012/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar id-dritt għall-informazzjoni fi proċeduri kriminali, moqrija fid-dawl tal-Artikolu 48(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li persuna tiġi ġġudikata fil-kontumaċja tagħha meta, minħabba interpretazzjoni inadegwata, hija ma tkunx ġiet informata, f’lingwa li tifhem, bl-akkuża mressqa kontriha jew meta jkun impossibbli li tiġi stabbilita l-kwalità tal-interpretazzjoni pprovduta u għalhekk li jiġi stabbilit li hija ġiet informata, f’lingwa li hija tifhem, bl-akkuża miġjuba kontriha.


(1)  ĠU C 95, 23.3.2020.


31.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 51/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-23 ta’ Novembru 2021 – Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea vs Hamas

(Kawża C-833/19 P) (1)

(Appell - Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Ġlieda kontra t-terroriżmu - Miżuri restrittivi meħuda kontra ċertu persuni u entitajiet - Iffriżar ta’ fondi - Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK - Regolament (KE) Nru 2580/2001 - Żamma tal-inklużjoni ta’ organizzazzjoni fil-lista tal-persuni, gruppi u entitajiet involuti f’atti ta’ terroriżmu - Espożizzjoni tal-motivi individwali nnotifikati lill-organizzazzjoni u li jinsabu f’dokument separat mill-att li jinkludi motivazzjoni ta’ natura ġenerali - Awtentifikazzjoni tal-espożizzjoni tal-motivi individwali - Artikolu 297(2) TFUE)

(2022/C 51/04)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Driessen u S. Van Overmeire, aġenti)

Parti oħra fil-proċedura: Hamas (rappreżentant: L. Glock, avukata)

Dispożittiv

1)

Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-4 ta’ Settembru 2019, Hamas vs Il-Kunsill (T-308/18, EU:T:2019:557), hija annullata sa fejn tilqa’ t-tmien motiv imqajjem fl-ewwel istanza u tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/475 tal-21 ta’ Marzu 2018 li taġġorna l-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2017/1426, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/468 tal-21 ta’ Marzu 2018 li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/1420, id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1084 tat-30 ta’ Lulju 2018 li taġġorna l-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2018/475, u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1071 tat-30 ta’ Lulju 2018 li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/468, sa fejn l-imsemmija atti jikkonċernaw lill-Hamas, inkluż lill-Hamas-Izz al-Din al-Qassem.

2)

Ir-rikors ippreżentat fil-Kawża T-308/18 mill-Hamas huwa miċħud.

3)

Il-Hamas hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea f’dan l-appell kif ukoll dawk sostnuti fl-ewwel istanza.


(1)  ĠU C 10, 13.1.2020.


31.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 51/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-2 ta’ Diċembru 2021 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Xinyi PV Products (Anhui) Holdings Ltd, GMB Glasmanufaktur Brandenburg GmbH C-884/19 P), GMB Glasmanufaktur Brandenburg GmbH vs Xinyi PV Products (Anhui) Holdings Ltd, Il-Kummissjoni Ewropea (C-888/19 P)

(Kawżi magħquda C-884/19 P u C-888/19 P) (1)

(Appell - Dumping - Importazzjonijiet ta’ ħġieġ solari li joriġina miċ-Ċina - Regolament (KE) Nru 1225/2009 - Artikolu 2(7)(b) u (ċ) - Status ta’ impriża li topera fil-kundizzjonijiet ta’ ekonomija tas-suq - Rifjut - Kunċett ta’ “distorsjoni importanti kkawżata mis-sistema ekonomika ta’ qabel li ma kinitx tas-suq”, fis-sens tat-tielet inċiż tal-Artikolu 2(7)(ċ) - Vantaġġi fiskali)

(2022/C 51/05)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn L. Flynn, T. Maxian Rusche u A. Demeneix, sussegwentement minn L. Flynn u T. Maxian Rusche, aġenti) (C-884/19 P), GMB Glasmanufaktur Brandenburg GmbH (rappreżentant: R. MacLean, Solicitor) (C-888/19 P)

Partijiet oħra fil-proċedura: Xinyi PV Products (rappreżentanti: Y. Melin u B. Vigneron, avocats), (C-884/19 P u C-888/19 P) GMB Glasmanufaktur Brandenburg GmbH (rappreżentant: R. MacLean, Solicitor) (C-884/19 P), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn L. Flynn, T. Maxian Rusche u A. Demeneix, sussegwentement minn L. Flynn u T. Maxian Rusche, aġenti) (C-888/19 P)

Dispożittiv

1)

Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-24 ta’ Settembru 2019, Xinyi PV Products (Anhui) Holdings vs Il-Kummissjoni (T-586/14 RENV, EU:T:2016:668), hija annullata.

2)

Il-kawża tintbagħat lura quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea sabiex tiddeċiedi dwar it-tieni sar-raba’ motiv imqajjem quddiemha.

3)

L-ispejjeż huma rriżervati.


(1)  ĠU C 54, 17.2.2020.

ĠU C 45, 10.2.2020.


31.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 51/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-30 ta’ Novembru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rīgas rajona tiesa – il-Latvja) – proċeduri kriminali kontra AB, CE, “MM investīcijas” SIA

(Kawża C-3/20) (1)

(“Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protokoll (Nru 7) dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea - Membru ta’ korp tal-Bank Ċentrali Ewropew - Gvernatur ta’ bank ċentrali nazzjonali ta’ Stat Membru - Immunità minn proċeduri kriminali - Akkuża marbuta mal-attivitajiet eżerċitati fil-kuntest tal-kariga fi ħdan l-Istat Membru)

(2022/C 51/06)

Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

Qorti tar-rinviju

Rīgas rajona tiesa

Parti fil-proċeduri kriminali prinċipali

AB, CE, “MM investīcijas” SIA

LR Ģenerālprokuratūras Krimināltiesiskā departamenta Sevišķi svarīgu lietu izmeklēšanas nodaļa

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 22 tal-Protokoll (Nru 7) dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, moqri fid-dawl tal-Artikolu 130 TFUE u tal-Artikolu 7 tal-Protokoll (Nru 4) dwar l-Istatuti tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-gvernatur ta’ bank ċentrali ta’ Stat Membru jista’ jibbenefika mill-immunità minn proċeduri legali prevista fl-Artikolu 11(a) tal-Protokoll (Nru 7) dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea għall-atti li huwa wettaq fil-kapaċità uffiċjali tiegħu bħala membru ta’ korp tal-Bank Ċentrali Ewropew.

2)

L-Artikolu 11(a) tal-Protokoll (Nru 7) dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, moqri flimkien mal-Artikolu 22 ta’ dan il-protokoll, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-gvernatur ta’ bank ċentrali ta’ Stat Membru jkompli, għall-atti mwettqa fil-kapaċità uffiċjali tiegħu, jibbenefika mill-immunità minn proċeduri legali prevista fl-Artikolu 11(a) tal-imsemmi protokoll wara li jkun waqaf jeżerċita l-funzjonijiet tiegħu.

3)

L-Artikolu 11(a) tal-Protokoll (Nru 7) dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, moqri flimkien mal-Artikoli 17 u 22 ta’ dan il-protokoll, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-awtorità nazzjonali responsabbli għall-proċeduri kriminali, jiġifieri, skont l-istadju tal-proċeduri, l-awtorità responsabbli għall-proċeduri kriminali jew il-qorti kriminali kompetenti, għandha l-kompetenza sabiex tevalwa fl-ewwel lok jekk l-eventwali reat li twettaq mill-gvernatur ta’ bank ċentrali nazzjonali, fil-kapaċità tiegħu ta’ membru ta’ korp tal-Bank Ċentrali Ewropew, huwiex riżultat ta’ att ta’ dan il-gvernatur imwettaq fl-eżerċizzju tal-kompiti tiegħu fi ħdan dan il-korp, iżda għandha, f’każ ta’ dubju, titlob, skont il-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali, l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew u taġixxi skont din l-opinjoni. B’kuntrast ma’ dan, huwa biss il-Bank Ċentrali Ewropew li għandu jevalwa, meta titressaq quddiemu talba għat-tneħħija tal-immunità ta’ dan il-gvernatur, jekk tali tneħħija tal-immunità tmurx kontra l-interessi tal-Unjoni Ewropea, bla ħsara għall-istħarriġ li jista’ jkun hemm ta’ din l-evalwazzjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja.

4)

L-Artikolu 11(a) tal-Protokoll (Nru 7) dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi interpretat fis-sens li l-immunità minn proċeduri legali li huwa jipprevedi ma tipprekludix il proċeduri kriminali fl-intier tagħhom, b’mod partikolari l-miżuri ta’ investigazzjoni, il-ġbir ta’ provi u n-notifika tal-att ta’ akkuża. Madankollu, jekk, sa mill-istadju tal-investigazzjonijiet immexxija mill-awtoritajiet nazzjonali u qabel ma tiġi adita qorti, jiġi kkonstatat li l-persuna suġġetta għall-investigazzjonijiet tista’ tibbenefika mill-immunità minn proċeduri legali għall-atti li huma s-suġġett ta’ proċeduri kriminali, huma dawn l-awtoritajiet li għandhom jitolbu t-tneħħija tal-immunità lill-istituzzjoni tal-Unjoni Ewropea kkonċernata. Din l-immunità ma tipprekludix li l-provi miġbura matul l-investigazzjoni jkunu jistgħu jintużaw fi proċeduri ġudizzjarji oħra.

5)

L-Artikolu 11(a) u l-Artikolu 17 tal-Protokoll (Nru 7) dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-immunità minn proċeduri legali ma tapplikax meta l-benefiċjarju ta’ din l-immunità jkun involut fi proċeduri kriminali għal atti li ma jkunux twettqu fil-kuntest tal-funzjonijiet li huwa jeżerċita f’isem istituzzjoni tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 77, 9.3.2020.


31.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 51/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-25 ta’ Novembru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Višje sodišče v Ljubljani – is-Slovenja) – Proċedura mressqa minn NK, bħala stralċjatur fil-proċedura ta’ falliment ta’ Alpine BAU GmbH

(Kawża C-25/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Proċedura ta’ insolvenza - Regolament (KE) Nru 1346/2000 - Artikoli 4 u 28 - Artikolu 32(2) - Terminu stabbilit għall-preżentata ta’ krediti fi proċedura ta’ insolvenza - Preżentata, fi proċedura ta’ insolvenza sekondarja pendenti fi Stat Membru, ta’ krediti mill-istralċjatur tal-proċedura prinċipali pendenti fi Stat Membru ieħor - Terminu ta’ dekadenza previst mid-dritt tal-Istat fejn tressqet il-proċedura ta’ insolvenza sekondarja)

(2022/C 51/07)

Lingwa tal-kawża: is-Sloven

Qorti tar-rinviju

Višje sodišče v Ljubljani

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: NK, bħala stralċjatur fil-proċedura ta’ falliment ta’ Alpine BAU GmbH

Konvenut: Alpine BAU GmbH, Salzburg – fergħa ta’ Celje, fi stralċ

Dispożittiv

L-Artikolu 32(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000 tad-29 ta’ Mejju 2000 dwar proċedimenti ta’ falliment [insolvenza], moqri flimkien mal-Artikoli 4 u 28 ta’ dan ir-regolament, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-preżentazzjoni, fi proċedura ta’ insolvenza sekondarja, ta’ krediti diġà ppreżentati fil-proċedura ta’ insolvenza prinċipali, mill-istralċjatur ta’ din l-aħħar proċedura, hija suġġetta għad-dispożizzjonijiet dwar it-termini ta’ preżentazzjoni tal-krediti u l-konsegwenzi tal-preżentazzjonijiet tardivi, previsti mil-liġi tal-Istat tal-ftuħ ta’ din il-proċedura sekondarja.


(1)  ĠU C 103, 30.09.2020.


31.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 51/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-25 ta’ Novembru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof – il-Ġermanja) – StWL Städtische Werke Lauf a.d. Pegnitz GmbH vs eprimo GmbH

(Kawża C-102/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2002/58/KE - Ipproċessar ta’ data personali u protezzjoni tal-ħajja privata fis-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi - Il-punt (h) tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 2 - Kunċett ta’ “posta elettronika” - Artikolu 13(1) - Kunċett ta’ “użu ta’ posta elettronika għall-finijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni diretta” - Direttiva 2005/29/KE - Prattiki kummerċjali żleali - Anness I, punt 26 - Kunċett ta’ “solleċitazzjonijiet persistenti u mhux mixtieqa permezz ta’ posta elettronika” - Messaġġi pubbliċitarji - Inbox advertising)

(2022/C 51/08)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: StWL Städtische Werke Lauf a.d. Pegnitz GmbH

Konvenut: eprimo GmbH

fil-preżenza ta: Interactive Media CCSP GmbH

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika), kif emendata bid-Direttiva 2009/136/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 għandu jiġi interpretat fis-sens li jikkostitwixxi “użu […] ta’ posta elettronika għal finijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni diretta”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, il-wiri fl-inbox tal-utent ta’ servizz ta’ posta elettronika ta’ messaġġi pubbliċitarji f’forma simili għal dik ta’ ittra elettronika ġenwina u fl-istess post bħal din tal-aħħar, filwaqt li kemm id-determinazzjoni każwali tad-destinatarji tal-imsemmija messaġġi kif ukoll in-neċessità li jiġi kkonstatat il-livell ta’ intensità tal-piż impost fuq dan l-utent huma irrilevanti f’dan ir-rigward, peress li dan l-użu huwa awtorizzat biss sakemm l-imsemmi utent ikun ġie informat b’mod ċar u preċiż dwar il-modalitajiet ta’ komunikazzjoni ta’ tali reklamar, b’mod partikolari fil-lista tal-ittri elettroniċi privati rċevuti, u jkun ta l-kunsens tiegħu b’mod speċifiku u b’għarfien sħiħ li jirċievi tali messaġġi pubbliċitarji.

2)

Il-punt 26 tal-Anness I tad-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2005 dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali) għandu jiġi interpretat fis-sens li forma ta’ reklamar li tikkonsisti fil-wiri fl-inbox tal-utent ta’ servizz ta’ posta elettronika ta’ messaġġi pubbliċitarji f’forma li hija simili għal dik ta’ ittra elettronika ġenwina u fl-istess post bħal din tal-aħħar taqa’ taħt il-kunċett ta’ “solleċitazzjonijiet persistenti u mhux mixtieqa” tal-utenti ta’ servizzi ta’ posta elettronika, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, jekk il-wiri ta’ dawn il-messaġġi pubbliċitarji, minn naħa, huwa ta’ natura suffiċjentement frekwenti u regolari sabiex ikun jista’ jiġi kklassifikat bħala “solleċetizzjonijiet persistenti” u, min-naħa l-oħra, jista’ jiġi kklassifikat bħala “solleċitazzjonijiet mhux mixtieqa” fl-assenza ta’ kunsens mogħti minn dan l-utent qabel dan il-wiri.


(1)  ĠU C 209, 22.06.2020.


31.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 51/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-25 ta’ Novembru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberster Gerichtshof – l-Aswtrija) – WD vs job-medium GmbH, fi stralċ

(Kawża C-233/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Direttiva 2003/88/KE - Protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema - Artikolu 7(1) - Dritt għal kumpens finanzjarju għal-leave annwali mħallas mhux meħud qabel it-tmiem tar-relazzjoni ta’ xogħol - Tmiem qabel iż-żmien tar-relazzjoni ta’ xogħol minħabba l-impjegat)

(2022/C 51/09)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberster Gerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: WD

Konvenut: job-medium GmbH, fi stralċ

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol, moqri fid-dawl tal-Artikolu 31(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjoni ta’ dritt nazzjonali li tipprevedi li ma huwa dovut l-ebda kumpens finanzjarju għal-leave annwali mħallas mhux meħud fir-rigward tal-aħħar sena ta’ impjieg kurrenti, meta l-ħaddiem itemm qabel iż-żmien, unilateralment u mingħajr raġuni serja, ir-relazzjoni ta’ xogħol.

2)

Ma hemmx lok għall-qorti nazzjonali li tivverifika jekk kienx impossibbli għall-ħaddiem li jieħu il-ġranet ta’ leave li għalihom huwa kien intitolat.


(1)  ĠU C 297, 7.9.2020.


31.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 51/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-25 ta’ Novembru 2021 – Il-Kummissjoni Ewropea vs UG

(Kawża C-249/20 P) (1)

(Appell - Servizz pubbliku - Membru tal-persunal bil-kuntratt - Kuntratt għal żmien indeterminat - Xoljiment - Raġunijiet ta’ tkeċċija - Żnaturament - Dannu morali - Ammissibbiltà - Nuqqas li tingħata deċiżjoni dwar kap ta’ talba)

(2022/C 51/10)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Mongin u L. Radu Bouyon, aġenti)

Parti oħra fil-proċedura: UG (rappreżentant: inizjalment minn M. Richard u P. Junqueira de Oliveira, sussegwentement minn M. Richard, avukati)

Dispożittiv

1)

Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tat-2 ta’ April 2020, UG vs Il-Kummissjoni (T-571/17, mhux ippubblikat, EU:T:2020:141), hija annullata sa fejn annullat id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tas-17 ta’ Ottubru 2016 li ttemm il-kuntratt ta’ impjieg għal żmien indeterminat ta’ UG, ikkonstatat l-eżistenza ta’ illegalità li tista’ żżomm responsabbli din l-istituzzjoni u ċaħdet bħala inammissibbli l-kap ta’ talba ta’ UG ibbażat fuq il-kumpens għad-dannu morali tiegħu.

2)

Il-kawża intbagħtet lura lill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

3)

L-ispejjeż huma rriżervati.


(1)  ĠU C 348, 19.10.2020.


31.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 51/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-25 ta’ Novembru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgericht Berlin – il-Ġermanja) – Aurubis AG vs Bundesrepublik Deutschland

(Kawża C-271/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra - Skema ta’ allokazzjoni ta’ kwoti mingħajr ħlas - Deċiżjoni 2011/278/UE - Artikolu 3(d) - Subinstallazzjoni ta’ parametru referenzjarju tal-fjuwil - Kunċetti ta’ “kombustjoni” u ta’ “fjuwil” - Produzzjoni primarja tar-ram permezz ta’ tidwib flash - Talba għal allokazzjoni - Kwoti mitluba u li għadhom ma ġewx allokati fid-data ta’ skadenza ta’ perijodu ta’ skambju - Possibbiltà li dawn il-kwoti jinħarġu matul il-perijodu ta’ skambju sussegwenti permezz tal-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni ġudizzjarja mogħtija wara din id-data)

(2022/C 51/11)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgericht Berlin

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Aurubis AG

Konvenut: Bundesrepublik Deutschland

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 3(d) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/278/UE tas-27 ta’ April 2011 li tiddetermina regoli tranżitorji madwar l-Unjoni kollha għal allokazzjoni armonizzata mingħajr ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ “subinstallazzjoni ta’ parametru referenzjarju tal-fjuwil” ikopri, fi ħdan installazzjoni li tipproduċi r-ram primarju u li l-attività tagħha taqa’ taħt l-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE, kif emendata bid-Direttiva 2009/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 li temenda d-Direttiva 2003/87/KE għat-titjib u l-estensjoni tal-iskema Komunitarja għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra, funderija tat-tidwib flash li tikkawża l-ossidazzjoni tal-kubrit preżenti fil-materja prima użata, li tikkonsisti f’konċentrat tar-ram.

2)

Id-Deċiżjoni 2011/278 għandha tiġi interpretata fis-sens li l-kwoti mingħajr ħlas li l-operatur ta’ installazzjoni għandu dritt għalihom fir-rigward tat-tielet perijodu ta’ skambju (mill-2013 sal-2020) ikunu għadhom jistgħu jiġu allokati lil dan tal-aħħar wara l-31 ta’ Diċembru 2020, permezz tal-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni ġudizzjarja mogħtija wara dik id-data.


(1)  ĠU C 287, 31.8.2020.


31.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 51/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-25 ta’ Novembru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour d’appel de Paris – Franza) – IB vs FA

(Kawża C-289/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Regolament (KE) Nru 2201/2003 - Ġurisdizzjoni għall-konjizzjoni ta’ talba għal divorzju - Artikolu 3(1)(a) - Kunċett ta’ “residenza abitwali” tar-rikorrent)

(2022/C 51/12)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour d’appel de Paris

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: IB

Konvenut: FA

Dispożittiv

L-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 tas-27 ta’ Novembru 2003 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000, għandu jiġi interpretat fis-sens li konjuġi li jaqsam il-ħajja tiegħu bejn żewġ Stati Membri jista’ jkollu r-residenza abitwali tiegħu biss f’wieħed minn dawn l-Istati Membri, b’tali mod li huma biss il-qrati tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tinsab din ir-residenza abitwali li għandhom ġurisdizzjoni sabiex jiddeċiedu dwar it-talba għax-xoljiment tar-rabta matrimonjali.


(1)  ĠU C 297, 07.09.2020.


31.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 51/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-25 ta’ Novembru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Veszprémi Törvényszék – l-Ungerija) – Amper Metal Kft vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága

(Kawża C-334/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 2 - Tranżazzjoni suġġetta għall-VAT - Kunċett - Artikolu 168(a) u Artikolu 176 - Dritt għat-tnaqqis tal-VAT tal-input imħallsa - Rifjut - Servizzi pubbliċitarji kklassifikati bħala eċċessivament għolja u inutli mill-amministrazzjoni tat-taxxa - Assenza ta’ dħul mill-bejgħ iġġenerat favur il-persuna taxxabbli)

(2022/C 51/13)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Veszprémi Törvényszék

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Amper Metal Kft

Konvenut: Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága

Dispożittiv

L-Artikolu 168(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud għandu jiġi interpretat fis-sens li persuna taxxabbli tista’ tnaqqas it-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) tal-input imħallsa għal servizzi pubbliċitarji meta tali provvista ta’ servizzi tikkostitwixxi tranżazzjoni suġġetta għall-VAT, fis-sens tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2006/112, u jkollha rabta diretta u immedjata ma’ tranżazzjoni taxxabbli waħda jew iktar tal-output jew mal-attività ekonomika kollha tal-persuna taxxabbli, fir-rigward tal-ispejjeż ġenerali tagħha, mingħajr ma tieħu inkunsiderazzjoni l-fatt li l-prezz iffatturat għal tali servizzi jkun eċċessiv meta mqabbel ma’ valur ta’ riferiment iddefinit mill-amministrazzjoni tat-taxxa nazzjonali u li tali servizzi ma jkunux taw lok għal żieda fid-dħul mill-bejgħ ta’ din il-persuna taxxabbli.


(1)  ĠU C 423, 7.12.2020.


31.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 51/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-25 ta’ Novembru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzgericht – l-Awstrija) – QY vs Finanzamt Österreich, li kienet Finanzamt Wien für den 8., 16. Und 17. Bezirk

(Kawża C-372/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikoli 45 u 48 TFUE - Moviment liberu tal-ħaddiema - Ugwaljanza fit-trattament - Benefiċċji tal-familja mogħtija lill-ħaddiema umanitarji fil-qasam tal-iżvilupp li jieħdu lill-membri tal-familja tagħhom fil-pajjiż terz li fih huma jkunu ġew assenjati - Waqfien - It-tieni paragrafu tal-Artikolu 288 TFUE - Atti ġuridiċi tal-Unjoni - Portata tar-regolamenti - Leġiżlazzjoni nazzjonali li l-kamp ta’ applikazzjoni ratione personae tagħha huwa usa’ minn dak ta’ regolament - Kundizzjonijiet - Regolament (KE) Nru 883/2004 - Artikolu 11(3)(a) u (e) - Kamp ta’ applikazzjoni - Ħaddiema impjegata ċittadina ta’ Stat Membru impjegata bħala ħaddiema umanitarja fil-qasam tal-iżvilupp minn persuna li timpjega stabbilita fi Stat Membru ieħor u mibgħuta fuq missjoni f’pajjiż terz - Artikolu 68(3) - Dritt tal-applikant għal benefiċċji tal-familja li jressaq applikazzjoni unika quddiem l-istituzzjoni tal-Istat Membru li għandu bi prijorità l-kompetenza jew l-istituzzjoni tal-Istat Membru kompetenti b’mod sekondarju)

(2022/C 51/14)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: QY

Konvenut: Finanzamt Österreich, li kienet Finanzamt Wien für den 8., 16. Und 17. Bezirk

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 11(3)(a) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali għandu jiġi interpretat fis-sens li ħaddiema impjegata ċittadina ta’ Stat Membru li hija stess u wliedha huma residenti tiegħu, li hija rreklutata fil-kuntest ta’ kuntratt ta’ xogħol bħala ħaddiema umanitarja fil-qasam tal-iżvilupp minn persuna li timpjega li għandha s-sede tagħha fi Stat Membru ieħor, li taqa’, skont il-leġiżlazzjoni ta’ dan l-Istat Membru l-ieħor, taħt l-iskema ta’ sigurtà soċjali obbligatorja ta’ dan tal-aħħar, li hija assenjata f’pajjiż terz mhux immedjatament wara r-reklutaġġ tagħha, iżda fi tmiem perijodu ta’ taħriġ fl-imsemmi Stat Membru l-ieħor u li fih hija sussegwentement tirritorna għal fażi ta’ reintegrazzjoni, għandha titqies bħala li teżerċita attività bħala persuna impjegata fih, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.

2)

It-tieni paragrafu tal-Artikolu 288 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix l-adozzjoni, minn Stat Membru, ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li l-kamp ta’ applikazzjoni ratione personae tagħha huwa usa’ minn dak tar-Regolament Nru 883/2004, inkwantu din tipprevedi assimilazzjoni taċ-ċittadini tal-Istati Partijiet fil-Ftehim dwar iż-Żona Ewropea, tat-2 ta’ Mejju 1992, maċ-ċittadini tiegħu stess, bil-kundizzjoni li din il-leġiżlazzjoni tiġi interpretata b’mod konformi ma’ dan ir-regolament u li s-supremazija ta’ dan tal-aħħar ma tiġix ikkontestata.

3)

L-Artikolu 68(3)(a) tar-Regolament Nru 883/2004 u l-Artikolu 60(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament Nru 883/2004 għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jorbtu reċiprokament lill-istituzzjoni tal-Istat Membru li għandu bi prijorità l-kompetenza u lill-istituzzjoni tal-Istat Membru kompetenti b’mod sekondarju, b’tali mod li l-applikant għal benefiċċji tal-familja għandu jressaq biss applikazzjoni waħda quddiem waħda minn dawn l-istituzzjonijiet u sussegwentement huma dawn iż-żewġ istituzzjonijiet li għandhom jipproċessaw flimkien l-imsemmija applikazzjoni.

4)

L-Artikoli 45 u 48 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux li Stat Membru jwaqqaf, b’mod ġenerali, il-benefiċċji tal-familja li huwa kien jagħti sa dak iż-żmien lill-ħaddiema umanitarji fil-qasam tal-iżvilupp li jieħdu lill-membri tal-familja tagħhom f’pajjiż terz li fih huma jkunu ġew assenjati, sakemm, minn naħa, dan il-waqfien japplika mingħajr distinzjoni kemm għall-benefiċċjarji ċittadini ta’ dan l-Istat Membru kif ukoll għall-benefiċċjarji ċittadini tal-Istati Membri l-oħra u, min-naħa l-oħra, l-imsemmi waqfien jimplika differenza fit-trattament bejn il-ħaddiema umanitarji fil-qasam tal-iżvilupp ikkonċernati mhux skont jekk huma eżerċitawx jew le d-dritt tagħhom ta’ moviment liberu qablu jew warajh, iżda skont jekk uliedhom jirrisjedux magħhom fi Stat Membru jew f’pajjiż terz.


(1)  ĠU C 433,14.12.2020.


31.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 51/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-2 ta’ Diċembru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberlandesgericht München – il-Ġermanja) – Vodafone Kabel Deutschland GmbH vs Bundesverband der Verbraucherzentralen und Verbraucherverbände – Verbraucherzentrale Bundesverband e.V.

(Kawża C-484/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protezzjoni tal-konsumaturi - Direttiva (UE) 2015/2366 - Servizzi ta’ pagament - Artikolu 62(4) - Imposti applikabbli - Artikolu 107(1) - Armonizzazzjoni sħiħa - Artikolu 115(1) u (2) - Traspożizzjoni u applikazzjoni - Abbonamenti tat-televiżjoni bil-kejbil u ta’ aċċess għall-internet - Kuntratti għal żmien indeterminat konklużi qabel id-data ta’ traspożizzjoni ta’ din id-direttiva - Imposti applikati għat-tranżazzjonijiet ta’ pagament mingħajr awtorizzazzjoni ta’ debitu dirett bankarju mibdija wara din id-data)

(2022/C 51/15)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberlandesgericht München

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Vodafone Kabel Deutschland GmbH

Konvenut: Bundesverband der Verbraucherzentralen und Verbraucherverbände – Verbraucherzentrale Bundesverband e.V.

Dispożittiv

L-Artikolu 62(4) tad-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar is-servizzi ta’ pagament fis-suq intern, li temenda d-Direttivi 2002/65/KE, 2009/110/KE u 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010, u li tħassar id-Direttiva 2007/64/KE, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni jew prattika nazzjonali li bis-saħħa tagħhom, fil-kuntest ta’ kuntratti għal żmien indeterminat konklużi mal-konsumaturi, il-projbizzjoni li jintalbu imposti għall-użu ta’ strumenti ta’ pagament u għas-servizzi ta’ pagament imsemmija f’dan l-Artikolu 62(4), tapplika biss għat-tranżazzjonijiet ta’ pagament mibdija b’eżekuzzjoni tal-kuntratti konklużi wara t-13 ta’ Jannar 2018, b’tali mod li dawn l-imposti jibqgħu applikabbli għat-tranżazzjonijiet ta’ pagament mibdija wara din id-data b’eżekuzzjoni ta’ kuntratti għal żmien indeterminat konklużi qabel l-istess data.


(1)  ĠU C 433, 14.12.2020.


31.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 51/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-25 ta’ Novembru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Wojewódzki Sąd Administracyjny w Warszawie – il-Polonja) – Delfarma Sp. z o.o. vs Prezes Urzędu Rejestracji Produktów Leczniczych, Wyrobów Medycznych i Produktów Biobójczych

(Kawża C-488/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikoli 34 u 36 TFUE - Moviment liberu tal-merkanzija - Miżura li għandha effett ekwivalenti għal restrizzjoni kwantitattiva - Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem - Importazzjoni parallela ta’ prodotti mediċinali - Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprevedi l-iskadenza ipso iure tal-awtorizzazzjoni ta’ importazzjoni parallela sena wara l-iskadenza tal-awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq tal-prodott mediċinali ta’ riferiment - Protezzjoni tas-saħħa u tal-ħajja tal-persuni - Proporzjonalità - Direttiva 2001/83/KE - Farmakoviġilanza)

(2022/C 51/16)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Wojewódzki Sąd Administracyjny w Warszawie

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Delfarma sp. z o.o.

Konvenut: Prezes Urzędu Rejestracji Produktów Leczniczych, Wyrobów Medycznych i Produktów Biobójczych

Dispożittiv

L-Artikoli 34 u 36 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi l-iskadenza ipso iure, mingħajr eżami ta’ eventwali riskju għas-saħħa u għall-ħajja tal-persuni, ta’ awtorizzazzjoni ta’ importazzjoni parallela ta’ prodott mediċinali wara terminu ta’ sena mid-data ta’ skadenza tal-awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq ta’ riferiment. Il-fatt li l-importaturi paralleli huma eżentati mill-obbligu li jissottomettu rapporti perjodiċi dwar is-sigurtà ma huwiex element li jista’ jiġġustifika bħala tali l-adozzjoni ta’ tali deċiżjoni.


(1)  ĠU C 19, 18.1.21.


31.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 51/14


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-4 ta Ottubru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Corte dei conti – Sezione regionale di controllo per la Campania) – l-Italja – Comune di Camerota

(Kawża C-161/21) (1)

(Talba għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 53(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Direttiva 2011/85/UE - Direttiva 2011/7/UE - Politika ekonomika u monetarja - Kollettività lokali f’diffikultà finanzjarja - Pjan finanzjarju ta’ bbilanċjar - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissospendi s-setgħat ta’ stħarriġ tal-Qorti tal-Awdituri minħabba l-kriżi sanitarja marbuta mal-pandemija tal-COVID-19 - Artikolu 267 TFUE - Kunċett ta’ “qorti nazzjonali” - Assenza ta’ tilwima quddiem il-qorti tar-rinviju - Inammissibbiltà manifesta)

(2022/C 51/17)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte dei conti – Sezione regionale di controllo per la Campania

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Comune di Camerota

Dispożittiv

It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte dei conti – Sezione regionale di controllo per la Campania (il-Qorti tal-Awdituri – Awla reġjonali ta’ stħarriġ għall-Campania, l-Italja), permezz ta’ deċiżjoni tad-9 Marzu 2021, hija manifestament inammissibbli.


(1)  ĠU C 217, 07.06.2021.


31.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 51/14


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas-6 ta’ Ottubru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Hamburg – il-Ġermanja) – TUIfly GmbH vs FI, RE

(Kawża C-253/21) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Trasport bl-ajru - Regolament (KE) Nru 261/2004 - Artikolu 5 - Artikolu 7 - Artikolu 8(3) - Passiġġieri li ma jitħallewx jitilgħu u kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet - Kumpens u assistenza għal passiġġieri - kunċett ta’ “kanċellazzjoni” - Devjazzjoni ta’ titjira lejn ajruport li ma jaqdix l-istess belt, agglomerazzjoni jew reġjun differenti minn dak inizjalment previst - Bdil tar-rotta tal-passiġġieri permezz tal-kowċ)

(2022/C 51/18)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Hamburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: TUIfly GmbH

Konvenuti: FI, RE

Dispożittiv

L-Artikolu 5(1)(c), l-Artikolu 7(1) u l-Artikolu 8(3) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91, għandhom jiġu interpretati fis-sens li titjira ddevjata li tinżel f’ajruport differenti mill-ajruport inizjalment previst iżda li jaqdi l-istess belt, agglomerazzjoni jew reġjun tista’ tagħti lill-passiġġier dritt għal kumpens minħabba kanċellazzjoni ta’ titjira.


(1)  ĠU C 289, 19.07.2021


31.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 51/15


Appell ippreżentat fit-2 ta' Lulju 2021 mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fil-21 ta’ April 2021 fil-Kawża T-252/19, Pech vs Il-Kunsill

(Kawża C-408/21 P)

(2022/C 51/19)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. de Gregorio Merino, E. Dumitriu-Segnana, K. Pavlaki, E. Rebasti, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: Laurent Pech, Ir-Renju tal-Isvezja

Talbiet

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali;

tiddeċiedi definittivament dwar il-kwistjoni suġġett ta’ dan l-appell; u

tikkundanna lir-rikorrent fil-Kawża T-252/19 għall-ispejjeż sostnuti mill-Kunsill fl-ewwel istanza u fil-kuntest ta’ dan l-appell.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tiegħu, il-Kunsill jinvoka tliet aggravji:

L-ewwel aggravju: interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljati tat-tieni inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 (1)

L-ewwel parti tal-aggravju: il-Qorti Ġenerali wettqet żball fl-evalwazzjoni tagħha tal-kwistjoni dwar jekk l-opinjoni mitluba għandhiex portata partikolarment wiesgħa u interpretat dan il-kriterju, stabbilit mill-ġurisprudenza, b’mod li jrendih ineffettiv. Billi ma rrispondietx għall-argumenti mressqa mill-Kunsill f’dan ir-rigward, il-Qorti Ġenerali barra minn hekk kisret l-obbligu tagħha ta’ motivazzjoni.

It-tieni parti tal-aggravju: il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi ma ħaditx inkunsiderazzjoni n-natura delikata tal-opinjoni ġudizzjarja fid-dawl taċ-ċirkustanzi speċifiċi tal-kuntest li fih ingħatat, b’mod partikolari n-natura determinanti li għandha għall-proċess deċiżjonali. L-interpretazzjoni tan-natura delikata tal-opinjonijiet ġuridiċi proposta mill-Qorti Ġenerali, li tiżola l-kontenut ta’ opinjoni ġuridika miċ-ċirkustanzi li hemm madwara, hija ġuridikament żbaljata u ċċaħħad mill-parti l-kbira tal-essenza tagħha l-protezzjoni offruta mit-tieni inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament.

It-tielet parti tal-aggravju: il-Qorti Ġenerali wettqet żball fl-evalwazzjoni tagħha tal-kwistjoni dwar jekk l-iżvelar tal-opinjoni ġuridika jimminax il-proċeduri legali li jmiss billi jikkomprometti l-ugwaljanza bejn il-partijiet quddiem il-qorti u d-drittijiet tad-difiża tal-Kunsill.

It-tieni aggravju: interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljati tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001

L-ewwel parti tat-tieni aggravju: billi ddeċidiet dwar l-applikabbiltà tal-eċċezzjoni prevista fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta kkunsidrat li d-deċiżjoni konfermattiva kellha – imma kienet naqset milli – tiċċita elementi tanġibbli. Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali llimitat ir-raġunament tagħha għal affermazzjonijiet ġenerali li, flimkien, jiċħdu l-protezzjoni minflok ma jirrispondu b’mod speċifiku għall-ġustifikazzjonijiet mogħtija mill-Kunsill rigward ir-riskju li kien jikkostitwixxi l-proċess deċiżjonali tiegħu.

It-tieni parti tat-tieni aggravju: il-Qorti Ġenerali wettqet ukoll żball ta’ liġi meta kkunsidrat li l-prinċipju ta’ responsabbiltà demokratika li fuqu huwa bbażat it-tisħiħ tat-trasparenza tad-dokumenti leġiżlattivi japplika bl-istess mod għad-dokumenti kollha relatati mal-proċeduri leġiżlattivi, kemm jekk ikunu jinkludu pożizzjonijiet ta’ persuni li jieħdu deċiżjonijiet kif ukoll jekk ikunu jikkostitwixxu kontribuzzjonijiet ta’ servizzi interni, inkluż is-servizz ġuridiku.

It-tielet aggravju: ksur tal-Artikolu 113 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Qorti Ġenerali u żnaturament tal-fatti

Fl-aħħar nett, il-Qorti Ġenerali rrifjutat li tiftaħ mill-ġdid il-fażi orali tal-proċedura u li tieħu inkunsiderazzjoni l-fatt li kienu nbdew proċeduri ġudizzjarji kontra r-Regolament 2020/2092 (2) għal dak li jikkonċerna eżattament l-istess kwistjonijiet ġuridiċi bħala dawk eżaminati fl-opinjoni. Din hija irregolarità ta’ proċedura li ma ppermettietx lill-Kunsill jinstema’ dwar element essenzjali għall-kawża mressqa quddiem il-Qorti Ġenerali.


(1)  Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331).

(2)  Regolament (UE, Euratom) 2020/2092 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2020 dwar reġim ġenerali ta’ kondizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni (ĠU 2020, L 443 I, p. 1).


31.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 51/16


Appell ippreżentat fit-28 ta’ Lulju 2021 minn Puma SE mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fid-19 ta’ Mejju 2021 fil-Kawża T-510/19 – Puma vs EUIPO – Gemma Group (Rappreżentazzjoni ta’ felin jaqbeż)

(Kawża C-462/21 P)

(2022/C 51/20)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Puma SE (rappreżentant: P. González-Bueno Catalán de Ocón, abogado)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Permezz ta’ digriet tal-1 ta’ Diċembru 2021, il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla tal-Ammissjoni tal-Appelli) ddeċidiet li l-appell ma huwiex ammissibbli u kkundannat lil Puma SE għall-ispejjeż rispettivi tagħha.


31.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 51/16


Appell ippreżentat fid-19 ta’ Lulju 2021 mill-Electrodomésticos Taurus, S.L. mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (L-Għaxar Awla) fis-17 ta’ Mejju 2021 fil-Kawża T-328/20 – Electrodomésticos Taurus, S.L. vs EUIPO – Shenzen Aukey E-Business Co. Ltd

(Kawża C-468/21 P)

(2022/C 51/21)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Appellant: Electrodomésticos Taurus, S.L. (rappreżentant: E. Manresa Medina, abogado)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

Permezz ta’ digriet tas-6 ta’ Ottubru 2021, il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla tal-Ammissjoni tal-Appelli) ddeċidiet li l-appell ma huwiex ammissibbli u kkundannat lil Electrodomésticos Taurus, S.L. għall-ispejjeż rispettivi tagħha.


31.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 51/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fl-14 ta’ Settembru 2021 – Caixabank S.A. vs X

(Kawża C-565/21)

(2022/C 51/22)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Supremo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Caixabank S.A.

Konvenut: X

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 3(1) u l-Artikoli 4 u 5 tad-Direttiva 93/13/KEE (1) tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, jipprekludu ġurisprudenza nazzjonali li, fid-dawl tal-leġiżlazzjoni speċifika tal-kummissjoni ta’ ftuħ prevista fid-dritt nazzjonali, bħala remunerazzjoni għas-servizzi marbuta mal-eżami, mal-għoti jew mal-ipproċessar tas-self jew tal-kreditu ipotekarju jew ma’ servizzi oħra simili inerenti għall-attività tal-persuna li ssellef, li tiġi ġġenerata mill-għoti tas-self jew tal-kreditu, imħallsa f’darba u, ġeneralment, fil-mument tal-konklużjoni tal-kuntratt, tqis li l-klawżola li tistabbilixxi tali kummissjoni tirregola element essenzjali tal-kuntratt, peress li din tal-aħħar hija komponent prinċipali tal-prezz, u li ma jistax jiġi deċiż li din il-klawżola hija ta’ natura inġusta jekk din hija fformulata b’mod ċar u li jinftiehem, fis-sens wiesa’ stabbilit mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea?

2)

L-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 93/13 jipprekludi ġurisprudenza nazzjonali li, għall-finijiet tal-evalwazzjoni tan-natura ċara u li tinftihem tal-klawżola li tirregola element essenzjali tal-kuntratt ta’ self jew ta’ kreditu ipotekarju, tieħu inkunsiderazzjoni elementi bħal ma huma l-għarfien mifrux ta’ tali klawżola fost il-konsumaturi, l-informazzjoni li l-istituzzjoni finanzjarja hija obbligata li tipprovdi lill-persuna li tissellef potenzjali f’konformità mal-leġiżlazzjoni relatata mal-fuljetti informattivi standardizzati, ir-reklamar tal-istituzzjonijiet bankarji, l-attenzjoni partikolari li l-konsumatur medju jagħti lil din il-klawżola, sa fejn din hija element tal-prezz li għandu jitħallas b’mod sħiħ fil-bidu tas-self u li jikkostitwixxi parti sostanzjali tas-sagrifiċċju ekonomiku li l-ksib tas-self jirrappreżenta għall-konsumatur, kif ukoll il-fatt li l-formulazzjoni, il-pożizzjonament u l-istruttura tal-klawżola jippermettu li jiġi kkonstatat li din hija element essenzjali tal-kuntratt?

3)

L-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 93/13 jipprekludi ġurisprudenza nazzjonali li tqis li klawżola kuntrattwali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, dwar il-kummissjoni ta’ ftuħ ta’ kuntratt ta’ self jew ta’ kreditu li s-suġġett tagħha hija r-remunerazzjoni ta’ servizzi marbuta mal-eżami, mat-tfassil u mal-ipproċessar personali ta’ applikazzjoni għal self jew għal kreditu (studju tal-vijabbiltà tas-self, tas-solvenza tad-debitur, tal-oneri ta’ piż fuq il-proprjetà immobbli li ser tkun is-suġġett tal-ipoteka, eċċ.), kundizzjonijiet minn qabel għall-ksib ta’ tali self jew kreditu, u li hija espliċitament prevista mil-leġiżlazzjoni nazzjonali bħala remunerazzjoni għal xogħlijiet inerenti għall-għoti tas-self jew tal-kreditu, ma toħloqx, bi ħsara għall-konsumatur, żbilanċ sinjifikattiv bejn id-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet li jirriżultaw mill-kuntratt, minkejja r-rekwiżit ta’ bona fide?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288.


31.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 51/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Social no 1 de Madrid (Spanja) fl-20 ta’ Settembru 2021 – NC vs BA, DA, DV u CG

(Kawża C-583/21)

(2022/C 51/23)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de lo Social no 1 de Madrid

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: NC

Konvenuti: BA, DA, DV u CG

Domanda preliminari

L-Artikolu 1(1)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE tat-12 ta’ Marzu 2001 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet ta’ l-impjegati fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriżi, negozji jew partijiet ta’ impriżi jew negozji (1), u, konsegwentement, il-kontenut tal-imsemmija direttiva, huma applikabbli għal sitwazzjoni fejn il-proprjetarju ta’ uffiċju nutarili, uffiċjal pubbliku li huwa fl-istess waqt persuna privata li timpjega ħaddiema fis-servizz tagħha u li r-relazzjonijiet tiegħu fil-kapaċità tiegħu ta’ persuna li timpjega huma rregolati mid-dritt ġenerali tax-xogħol kif ukoll minn ftehim kollettiv settorjali, jissuċċedi proprjetarju preċedenti tal-uffiċċju nutarili, jiret l-atti, ikompli jeżerċita l-attività fl-istess post ta’ xogħol bl-istess struttura materjali, u jkompli jimpjega lill-persunal li kien jaħdem għal dan in-nutar tal-aħħar?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 98.


31.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 51/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Social no 1 de Madrid (Spanja) fl-20 ta’ Settembru 2021 – JD vs BA, DA, DV u CG

(Kawża C-584/21)

(2022/C 51/24)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de lo Social no 1 de Madrid

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: JD

Konvenuti: BA, DA, DV u CG

Domanda preliminari

L-Artikolu 1(1)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE tat-12 ta’ Marzu 2001 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet ta’ l-impjegati fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriżi, negozji jew partijiet ta’ impriżi jew negozji (1), u, konsegwentement, il-kontenut tal-imsemmija direttiva, huma applikabbli għal sitwazzjoni fejn il-proprjetarju ta’ uffiċċju nutarili, uffiċjal pubbliku li huwa fl-istess waqt persuna privata li timpjega ħaddiema fis-servizz tagħha u li r-relazzjonijiet tiegħu fil-kapaċità tiegħu ta’ persuna li timpjega huma rregolati mid-dritt ġenerali tax-xogħol kif ukoll minn ftehim kollettiv settorjali, jissuċċedi proprjetarju preċedenti tal-uffiċċju nutarili, jiret l-atti, ikompli jeżerċita l-attività fl-istess post ta’ xogħol bl-istess struttura materjali, u jkompli jimpjega lill-persunal li kien jaħdem għal dan in-nutar tal-aħħar?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 98.


31.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 51/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Social no 1 de Madrid (Spanja) fl-20 ta’ Settembru 2021 – TA vs BA, DA, DV u CG

(Kawża C-585/21)

(2022/C 51/25)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de lo Social no 1 de Madrid

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: TA

Konvenuti: BA, DA, DV u CG

Domanda preliminari

L-Artikolu 1(1)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE tat-12 ta’ Marzu 2001 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet ta’ l-impjegati fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriżi, negozji jew partijiet ta’ impriżi jew negozji (1), u, konsegwentement, il-kontenut tal-imsemmija direttiva, huma applikabbli għal sitwazzjoni fejn il-proprjetarju ta’ uffiċċju nutarili, uffiċjal pubbliku li huwa fl-istess waqt persuna privata li timpjega ħaddiema fis-servizz tagħha u li r-relazzjonijiet tiegħu fil-kapaċità tiegħu ta’ persuna li timpjega huma rregolati mid-dritt ġenerali tax-xogħol kif ukoll minn ftehim kollettiv settorjali, jissuċċedi proprjetarju preċedenti tal-uffiċċju nutarili, jiret l-atti, ikompli jeżerċita l-attività fl-istess post ta’ xogħol bl-istess struttura materjali, u jkompli jimpjega lill-persunal li kien jaħdem għal dan in-nutar tal-aħħar?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 98.


31.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 51/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Social no 1 de Madrid (Spanja) fl-20 ta’ Settembru 2021 – FZ vs BA, DA, DV u CG

(Kawża C-586/21)

(2022/C 51/26)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de lo Social no 1 de Madrid

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: FZ

Konvenuti: BA, DA, DV u CG

Domanda preliminari

L-Artikolu 1(1)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE tat-12 ta’ Marzu 2001 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet ta’ l-impjegati fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriżi, negozji jew partijiet ta’ impriżi jew negozji (1), u, konsegwentement, il-kontenut tal-imsemmija direttiva, huma applikabbli għal sitwazzjoni fejn il-proprjetarju ta’ uffiċċju nutarili, uffiċjal pubbliku li huwa fl-istess waqt persuna privata li timpjega ħaddiema fis-servizz tagħha u li r-relazzjonijiet tiegħu fil-kapaċità tiegħu ta’ persuna li timpjega huma rregolati mid-dritt ġenerali tax-xogħol kif ukoll minn ftehim kollettiv settorjali, jissuċċedi proprjetarju preċedenti tal-uffiċċju nutarili, jiret l-atti, ikompli jeżerċita l-attività fl-istess post ta’ xogħol bl-istess struttura materjali, u jkompli jimpjega lill-persunal li kien jaħdem għal dan in-nutar tal-aħħar?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 98.


31.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 51/20


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzgericht (l-Awstrija) fl-20 ta’ Ottubru 2021 – Climate Corporation Emissions Trading GmbH vs Finanzamt Österreich

(Kawża C-641/21)

(2022/C 51/27)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Climate Corporation Emissions Trading GmbH

Konvenut: Finanzamt Österreich

Domanda preliminari

Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2008/8/KE tat-12 ta’ Frar 2008 li temenda d-Direttiva 2006/112/KE fir-rigward tal-post tal-forniment ta’ servizzi (1), għandha tiġi interpretata fis-sens li l-awtoritajiet u l-qrati nazzjonali għandhom iqisu bħala li qiegħed fit-territorju nazzjonali l-post ta’ provvista ta’ servizzi li, formalment, skont id-dritt bil-miktub, jinsab fl-Istat Membru l-ieħor fejn huwa stabbilit ir-riċevitur tal-provvista, meta l-persuna taxxabbli nazzjonali li tipprovdi s-servizzi kellha tkun taf li, bil-provvista ta’ servizzi mwettqa, hija kienet qed tipparteċipa f’evażjoni tal-VAT imwettqa fil-kuntest ta’ katina ta’ provvisti?


(1)  Direttiva 2006/112/KE (ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60); Direttiva 2008/8/KE (ĠU 2008, L 44, p. 11).


31.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 51/20


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Korkein hallinto-oikeus (il-Finlandja) fid-9 ta’ Novembru 2021 – A

(Kawża C-676/21)

(2022/C 51/28)

Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

Qorti tar-rinviju

Korkein hallinto-oikeus

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: A

Parti oħra fil-proċedura: Veronsaajien oikeudenvalvontayksikkö

Domandi preliminari

1)

Id-dispożizzjonijiet tat-Titolu II tat-Tielet Parti tat-Trattat FUE dwar il-moviment liberu tal-merkanzija jew l-Artikolu 110 TFUE jistgħu jipprekludu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprovdi li, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, it-taxxa fuq il-vetturi inkluża fil-valur tal-vettura, li hija prevista fl-autoverolaki (1482/1994) (il-Liġi Nru 1482/1994 dwar it-Taxxa fuq il-Vetturi), ma tiġix irrimborsata lill-proprjetarju tal-vettura meta dan jesporta definittivament il-vettura sabiex tintuża fi Stat Membru ieħor u, f’dan ir-rigward, huwa rilevanti jekk il-vettura kinitx intiża li tintuża essenzjalment fit-territorju tal-Istat Membru li ġabar it-taxxa fuq il-vetturi b’mod permanenti u jekk din il-vettura kinitx fil-fatt intużat b’dan il-mod?

2)

Fil-każ li l-użu li għalih tkun intiża l-vettura u l-użu effettiv tagħha huma rilevanti sabiex tingħata risposta għall-ewwel domanda, kif għandha tiġi stabbilita n-natura mhux permanenti ta’ dawn l-użi, sa fejn it-tul ta’ użu ta’ vettura mis-sid fl-Istat Membru ma jistax jiġi vverifikat bil-quddiem?

3)

Jekk, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, in-nuqqas ta’ ħlas tar-rimbors mal-esportazzjoni previst fil-Liġi Nru 1482/1994 dwar it-Taxxa fuq il-Vetturi jikkostitwixxi restrizzjoni għall-moviment liberu tal-merkanzija, din ir-restrizzjoni tista’ tiġi ġġustifikata bl-għan li titwaqqaf l-esportazzjoni ta’ vetturi antiki li ħafna drabi jkunu f’kundizzjoni ħażina u jniġġsu? Il-limitazzjoni tar-rimbors mal-esportazzjoni għall-vetturi li jkollhom inqas minn għaxar snin għandha titqies li hija kuntrarja għad-dritt tal-Unjoni Ewropea minħabba li t-taxxa fuq il-vettura xorta waħda tinġabar fuq il-vetturi użati importati, irrispettivament mill-età tagħhom?


31.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 51/21


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht München I (il-Ġermanja) fis-17 ta’ Novembru 2021 – RSD Reise Service Deutschland GmbH vs QL

(Kawża C-690/21)

(2022/C 51/29)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht München I

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: RSD Reise Service Deutschland GmbH

Konvenut: QL

Domanda preliminari

L-Artikolu 12(4) tad-Direttiva (UE) 2015/2302 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar pakketti tal-ivvjaġġar u arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta, li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE (1), għandu jiġi interpretat, fil-każ tal-irtirar tal-operatur tat-tour minħabba pandemija dinjija, fis-sens li l-vjaġġatur huwa mġiegħel, jekk ikun il-każ, li jaċċetta voucher u/jew posponiment tal-pagament minflok ir-rimbors mitlub?


(1)  ĠU 2015, L 326, p. 1.


31.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 51/21


Appell ippreżentat fl-24 ta’ Novembru 2021 minn Évariste Boshab mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fil-15 ta’ Settembru 2021 fil-Kawża T-107/20, Boshab vs Il-Kunsill

(Kawża C-708/21 P)

(2022/C 51/30)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Évariste Boshab (rappreżentanti: T. Bontinck, P. De Wolf, T. Payan, A. Guillerme, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

L-appellant jitlob lill-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-15 ta’ Settembru 2021 fil-Kawża T-107/20, Boshab vs Il-Kunsill;

tilqa’ r-rikors fuq il-mertu u tannulla d-Deċiżjoni 2019/2109/PESK (1) sa fejn din iżżomm lill-appellant fin-Nru 8 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/788/PESK kif ukoll ir- Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2101 (2) sa fejn l-appellant jinżamm fin-Nru 8 tal-Anness Ia tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż taż-żewġ istanzi.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellant jinvoka żewġ aggravji bbażati, fuq il-ksur tad-drittijiet tad-difiża u fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni.

1.

Fir-rigward tal-ewwel aggravju, l-appellant isostni li l-Qorti Ġenerali kisret id-drittijiet tad-difiża u b’mod partikolari d-dritt ta’ smigħ tal-appellanti, peress li hija ma waslitx għall-konklużjonijiet li huma xierqa minħabba l-fatt li l-Kunsill ċaħad fis-sustanza tiegħu id-dritt ta’ smigħ billi ma wettaqx il-verifiki meħtieġa, b’mod partikolari billi rrikorra għal seduta u li konsegwentement il-proċedura li twassal għat-tiġdid setgħet ikollha riżultat ieħor.

2.

Fir-rigward tat-tieni aggravju, l-appellant jsostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni, peress li naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni li l-miżuri restrittivi għandhom natura kawtelatorja u, mid-definizzjoni tagħhom, provviżorja, li l-validità tagħhom hija dejjem suġġetta għall-kontinwazzjoni taċ-ċirkustanzi fattwali u legali li rregolaw l-adozzjoni tagħhom kif ukoll għall-ħtieġa li jinżammu sabiex jintlaħaq l-għan assoċjat magħhom; li hija ma kkonstatatx li l-elementi mressqa mill-Kunsill bl-ebda mod ma setgħu jiġġustifikaw kwalunkwe aġir li jaqa’ taħt il-kriterju ta’ inklużjoni fil-listi kkontestati, jiġifieri atti li jikkostitwixxu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem; u li hija ma ċċensuratx in-nuqqas tal-Kunsill li jeżamina l-materjal ippreżentat mill-appellant fil-kuntest tal-proċedura ta’ reviżjoni u li ma wettqitx, fuq din il-bażi, il-verifiki tagħha stess.


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/2109 tad-9 ta’ Diċembru 2019 li temenda d-Deċiżjoni 2010/788/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ĠU 2019, L 318, p. 134).

(2)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/2101 tad-9 ta’ Diċembru 2019 li jimplimenta l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra persuni li jaġixxu bi ksur għall-embargo tal-armi fir-rigward tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ĠU 2019, L 318, p. 1).


31.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 51/22


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Piteşti (ir-Rumanija) fl-24 ta’ Novembru 2021 – MK

(Kawża C-709/21)

(2022/C 51/31)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel Piteşti

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: MK

Domandi preliminari

1)

Il-prinċipju ta’ indipendenza tal-imħallfin, stabbilit fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE, ikkunsidrat flimkien mal-Artikolu 2 TUE u mal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, jipprekludi dispożizzjoni nazzjonali, bħall-Artikolu 148(2) tal-Constituția României (il-Kostituzzjoni Rumena), kif interpretata mill-Curtea Constituțională (il-Qorti Kostituzzjonali, ir-Rumanija) fis-sentenza Nru 390/2021, li tipprovdi li l-qrati nazzjonali ma għandhomx is-setgħa li janalizzaw il-konformità ta’ dispożizzjoni nazzjonali, meqjusa kostituzzjonali permezz ta’ sentenza tal-Curtea Constituțională (il-Qorti Kostituzzjonali), mad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni Ewropea?

2)

Il-prinċipju ta’ indipendenza tal-imħallfin, stabbilit fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE, ikkunsidrat flimkien mal-Artikolu 2 TUE u mal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, jipprekludi dispożizzjoni nazzjonali, bħall-Artikolu 99(ș) tal-Legea nr. 303/2004 privind statutul judecătorilor și procurorilor (il-Liġi Nru 303/2004 dwar l-Istatus tal-Imħallfin u tal-Prosekuturi), li tippermetti l-ftuħ ta’ proċedura dixxiplinari u l-impożizzjoni ta’ sanzjoni dixxiplinari fil-konfront ta’ mħallef għal nuqqas ta’ osservanza ta’ sentenza tal-Curtea Constituțională (il-Qorti Kostituzzjonali), meta l-imħallef huwa mitlub jistabbilixxi s-supremazija tad-dritt tal-Unjoni, fir-rigward tal-kunsiderazzjonijiet ta’ sentenza tal-Curtea Constituțională (il-Qorti Kostituzzjonali), dispożizzjoni nazzjonali din li ċċaħħad lill-imħallef mill-possibbiltà li japplika s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea li huwa jqis li għandha prijorità?

3)

Il-prinċipju ta’ indipendenza tal-imħallfin, stabbilit fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE, ikkunsidrat flimkien mal-Artikolu 2 TUE u mal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, jipprekludi prattiki ġudizzjarji nazzjonali li jipprojbixxu lill-imħallef, taħt piena ta’ responsabbiltà dixxiplinari, milli japplika l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fi proċeduri kriminali bħall-kontestazzjoni tat-tul raġonevoli tal-proċeduri kriminali, irregolat mill-Artikolu 4881 tal-Cod de procedură penală (il-Kodiċi tal-Proċeduri Kriminali) tar-Rumanija?


31.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 51/23


Appell ippreżentat fid-9 ta’ Diċembru 2021 minn Ryanair DAC, Airport Marketing Services Ltd, FR Financing (Malta) Ltd mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fid-29 ta’ Settembru 2021, fil-Kawża T-448/18, Ryanair et vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-758/21 P)

(2022/C 51/32)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Ryanair DAC, Airport Marketing Services Ltd, FR Financing (Malta) (rappreżentanti: E. Vahida, avocat, B. Byrne, advocaat, u S. Rating, abogado)

Part oħra fil-proċedura: il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

L-appellanti jitolbu lill-Qorti tal-Ġustizzja:

tannulla s-sentenza appellata;

tannulla l-Artikoli 5 u 6 u l-Artikoli 9, 10 u 11, sa fejn jikkonċernaw l-appellanti, tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/628 (id-deċiżjoni kkontestata) (1), jew sussidjarjament, tibgħat il-kawża lura lill-Qorti Ġenerali għal kunsiderazzjoni mill-ġdid; u fi kwalunkwe każ

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-appellanti fir-rigward ta’ din il-proċedura ta’ appell u tal-proċedura fil-Kawża T-448/18 quddiem il-Qorti Ġenerali.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti jressqu erba’ aggravji.

L-ewwel nett, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi ċaħdet bħala inammissibbli, u għalhekk irrifjutat li tieħu inkunsiderazzjoni għall-istħarriġ ġudizzjarju tagħha, provi ewlenin li ġew ippreżentati mill-appellanti qabel l-għeluq tal-fażi orali tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali. Il-Qorti Ġenerali: żbaljat meta injorat, jew naqset milli tikkunsidra debitament, il-prinċipji legali li jsostnu r-regoli fl-Artikoli 85, (1) sa (3), tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali; u żbaljat meta injorat il-ġurisprudenza li tapplika dawk id-dispożizzjonijiet.

Fit-tieni lok, il-Qorti Ġenerali interpretat ħażin l-Artikolu 17 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 (2) u applikat ħażin l-Artikolu 296 TFUE billi kkonstatat rispettivament li: (i) il-Kummissjoni ma kinitx kisret it-terminu ta’ preskrizzjoni applikabbli għall-irkupru tal-għajnuna; u (ii) id-deċiżjoni kkontestata kien fiha raġunament suffiċjenti f'dak ir-rigward.

Fit-tielet lok, il-Qorti Ġenerali żnaturat is-sens ċar tal-provi prodotti quddiemha meta evalwat jekk il-Kummissjoni applikatx legalment l-hekk imsejjaħ “operatur f’ekonomija tas-suq” meta ddeterminat jekk l-appellanti rċevewx vantaġġ fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE. Il-Qorti Ġenerali żnaturat evidenza relatata ma’: (i) tariffa ta’ sigurtà stipulata fi ftehim ta' servizzi ta' ajruport bejn l-ajruport u Ryanair; (ii) l-istima tal-ispejjeż operattivi inkrementali li l-ajruport seta' jistenna; u (iii) il-fattur tat-tagħbija bbażat fuqu mill-Kummissjoni meta twettaq il-valutazzjoni tal-profitabbiltà ex ante tagħha.

Fir-raba’ lok, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta kkonkludiet li żbalji li jikkonċernaw l-ammont tal-għajnuna li għandha tiġi rkuprata kkalkulat abbażi ta’ data ex ante ma għandhomx jiġu kkoreġuti abbażi ta’ data ex post fil-fajl meta ġiet adottata d-deċiżjoni kkontestata.


(1)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/628 tal-11 ta’ Novembru 2016 dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.24221(2011/C) (ex 2011/NN) implimentata mill-Awstrija għall-ajruport ta' Klagenfurt, għal Ryanair u linji tal-ajru oħrajn li jużaw l-ajruport (notifikata bid-dokument C(2016) 7131) (ĠU 2018, L 107, p. 1).

(2)  Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat-13 ta’ Lulju 2015 li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2015, L 248, p. 9).


31.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 51/24


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta’ Ottubru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Veszprémi Törvényszék – l-Ungerija) – ENERGOTT Fejlesztő és Vagyonkezelő Kft vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága

(Kawża C-643/20) (1)

(2022/C 51/33)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 98, 22.3.2021.


Il-Qorti Ġenerali

31.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 51/25


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Diċembru 2021 – BZ vs BĊE

(Kawża T-500/16) (1)

(“Servizz pubbliku - Persunal tal-BĊE - Talba għar-rikonoxximent tax-xogħol bħala l-kaġun ta’ marda - Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Dannu materjali - Dannu morali”)

(2022/C 51/34)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: BZ (rappreżentant: H. Tettenborn, avukat)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew (rappreżentanti: E. Carlini u F. Feyerbacher, aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur, avukat)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u fuq l-Artikolu 50a tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal-BĊE tad-29 ta’ Awwissu 2011, tal-20 ta’ Diċembru 2011 u tal-25 ta’ April 2012 kif ukoll, min-naħa l-oħra, għall-kumpens għad-danni materjali u morali subiti mir-rikorrenti minħabba fl-aġir tal-BĊE.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

BZ huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  [kunfidenzjali] (kawża inizjalment irreġistrata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea taħt in-numru [kunfidenzjali] u ttrasferita lill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fl-1.9.2016).


31.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 51/25


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Novembru 2021 – Al Zoubi vs Il-Kunsill

(Kawża T-257/19) (1)

(“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra s-Sirja - Iffriżar ta’ fondi - Żbalji ta’ evalwazzjoni”)

(2022/C 51/35)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Khaldoun Al Zoubi (Damasku, is-Sirja) (rappreżentant: L. Cloquet, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Kyriakopoulou u V. Piessevaux, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/87 tal-21 ta’ Jannar 2019 li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU 2019, L 18 I, p. 13), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/85 tal-21 ta’ Jannar 2019 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU 2019, L 18 I, p. 4), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/806 tas-17 ta’ Mejju 2019 li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU 2019, L 132, p. 36, rettifika fil-ĠU 2019, L 234, p. 31), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/798 tas-17 ta’ Mejju 2019 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU 2019, L 132, p. 1, rettifika fil-ĠU 2019, L 234, p. 31), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/719 tat-28 ta’ Mejju 2020 li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU 2020, L 168, p. 66), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/716 tat-28 ta’ Mejju 2020 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU 2020, L 168, p. 1), inkwantu dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrent.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/87 tal-21 ta’ Jannar 2019 li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/85 tal-21 ta’ Jannar 2019 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja, id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/806 tas-17 ta’ Mejju 2019 li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/798 tas-17 ta’ Mejju 2019 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja, id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/719 tat-28 ta’ Mejju 2020 li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/716 tat-28 ta’ Mejju 2020 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja, huma annullati inkwantu dawn jikkonċernaw lil Khaldoun Al Zoubi.

2)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 238, 15.7.2019.


31.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 51/26


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Diċembru 2021 – HC vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-804/19) (1)

(“Servizz pubbliku - Reklutaġġ - Avviż ta’ kompetizzjoni - Kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/363/18 - Deċiżjoni li r-rikorrent ma jiġix ammess għall-fażi sussegwenti tal-kompetizzjoni - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Eċċezzjoni ta’ illegalità - Trattament ugwali - Proporzjonalità - Dritt għal smigħ - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Sistema lingwistika tal-kompetizzjoni - Diskriminazzjoni bbażata fuq il-lingwa - Responsabbiltà”)

(2022/C 51/36)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: HC (rappreżentanti: G. Pandey, V. Villante u D. Rovetta, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Brauhoff, T. Lilamand u D. Milanowska, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament, l-ewwel, tal-avviż tal-kompetizzjoni EPSO/AD/363/18 tal-11 ta’ Ottubru 2018 organizzata sabiex jiġu stabbiliti żewġ listi ta’ riżerva li minnhom il-Kummissjoni kellha tirrekluta amministraturi (AD 7) fl-oqsma tad-dwana u tal-fiskalità, it-tieni, tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla ta’ din il-kompetizzjoni li isem ir-rikorrent ma jitniżżilx fil-lista tal-persuni mistiedna għaċ-ċentru ta’ evalwazzjoni, it-tielet, tad-deċiżjoni tal-istess bord tal-għażla li tiċħad it-talba għal eżami mill-ġdid, ir-raba’, tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Awwissu 2019 li tiċħad l-ilment tiegħu konformement mal-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea, il-ħames, tal-lista ta’ kandidati mistiedna għall-fażi sussegwenti tal-kompetizzjoni u, min-naħa l-oħra, għall-ksib ta’ kumpens għad-dannu li r-rikorrent allegatament ġarrab minħabba dan.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

HC huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 54, 17.2.2020.


31.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 51/27


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Diċembru 2021 – JR vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-265/20) (1)

(“Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Dokumenti relatati mal-eżami orali ta’ kompetizzjoni - Rifjut parzjali ta’ aċċess - Metodu ta’ arrotondament tal-marka - Koeffiċjenti għall-għoti ta’ piż tad-diversi partijiet u subpartijiet tal-eżami orali - Sigriet tax-xogħlijiet tal-Bord tal-Għażla - Regolament (UE) 2018/1725 - Assenza parzjali ta’ lok li tingħata deċiżjoni”)

(2022/C 51/37)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: JR (rappreżentanti: L. Levi u A. Champetier, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Milanowska, C. Ehrbar u H. Kranenborg, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Frar 2020 u tad-9 ta’ April 2020 li jirrifjutaw lir-rikorrenti l-aċċess għal ċerti dokumenti relatati mal-kompetizzjoni interna COM/03/AD/18 (AD 6) – 1 – Amministraturi.

Dispożittiv

1)

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet tar-rikorrenti fir-rigward tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Frar 2020 u tad-9 ta’ April 2020, sa fejn dawn jirrifjutaw l-aċċess għall-metodu ta’ arrotondament użat mill-Bord tal-Għażla tal-kompetizzjoni interna COM/03/AD/18 (AD 6) – 1 – Amministraturi.

2)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ April 2020 hija annullata peress li tiċħad l-aċċess għad-dokument li fih il-koeffiċjenti għall-għoti ta’ piż taż-żewġ partijiet tat-test orali (intervista u preżentazzjoni strutturata) previsti mill-avviż ta’ kompetizzjoni interna COM/03/AD/18 (AD 6) – 1 – Amministraturi kif ukoll taż-żewġ subpartijiet tal-intervista (esperjenza professjonali u motivazzjoni), previsti wkoll mill-avviż ta’ kompetizzjoni.

3)

Il-Kummissjoni hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 247, 27.7.2020.


31.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 51/28


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Dicembru 2021 – Ruiz-Ruiz vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-293/20) (1)

(“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Reklutaġġ - Avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/371/19 - Deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla li r-rikorrent ma jiġix ammess għall-istadju sussegwenti tal-kompetizzjoni - Kriterju ta’ ammissjoni marbut mal-esperjenza professjonali - Konformità mal-avviż tal-kompetizzjoni tal-kriterju użat mill-Bord tal-Għażla - Żball manifest ta’ evalwazzjoni”)

(2022/C 51/38)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Vanesa Ruiz-Ruiz (Alkmaar, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: M. Velardo, avukata)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Gattinara, T. Lilamand u I. Melo Sampaio, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament, minn naħa, tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla tal-20 ta’ Settembru 2019 li tiċħad it-talba għal eżami mill-ġdid tar-rifjut ta’ ammissjoni tar-rikorrenti għall-istadju sussegwenti tal-kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/371/19 u, min-naħa l-oħra, tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tas-7 ta’ Frar 2020 li tiċħad l-ilment tar-rikorrenti kontra l-imsemmija deċiżjoni.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla tal-20 ta’ Settembru 2019 li tiċħad it-talba għal eżami mill-ġdid tal-esklużjoni ta’ Vanesa Ruiz-Ruiz mill-kompetizzjoni EPSO/AD/371/19 hija annullata.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 222, 6.7.2020.


31.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 51/28


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Diċembru 2021 – Sopra Steria Benelex u Unisys Belgium vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-546/20) (1)

(“Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Servizzi ta’ speċifikazzjoni, ta’ żvilupp, ta’ manutenzjoni u ta’ assistenza tal-pjattaformi informatiċi għad-DĠ ‘Tassazzjoni u Unjoni Doganali’ - Ċaħda tal-offerta ta’ offerent u għoti tal-kuntratt lil offerent ieħor - Obbligu ta’ motivazzjoni - Offerta anormalment baxxa”)

(2022/C 51/39)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Sopra Steria Benelex (Ixelles, il-Belġju), Unisys Belgium (Machelen, il-Belġju) (rappreżentanti L. Masson u G. Tilman, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. André u M. Ilkova, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Lulju 2020 li tirrigwarda, minn naħa, iċ-ċaħda tal-offerta komuni ppreżentata minn Sopra Steria Benelux u Unisys Belgium għal-lott A fil-kuntest tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti bir-referenza TAXUD/2019/OP/0006 u intiża għal servizzi fid-dawl tal-ispeċifikazzjoni, tal-iżvilupp, tal-manutenzjoni u tal-assistenza tat-tielet livell tal-pjattaformi informatiċi tad-Direttorat Ġenerali “Tassazzjoni u Unjoni Doganali” u, min-naħa l-oħra, l-għoti tal-kuntratt lill-konsorzju l-ieħor parteċipanti.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tat-2 ta’ Lulju 2020 li tirrigwarda, minn naħa, iċ-ċaħda tal-offerta komuni ppreżentata minn Sopra Steria Benelux u Unisys Belgium għal-lott A fil-kuntest tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti bir-referenza TAXUD/2019/OP/0006 u intiża għal servizzi fid-dawl tal-ispeċifikazzjoni, tal-iżvilupp, tal-manutenzjoni u tal-assistenza tat-tielet livell tal-pjattaformi informatiċi tad-Direttorat Ġenerali “Tassazzjoni u Unjoni Doganali” u, min-naħa l-oħra, l-għoti tal-kuntratt lill-konsorzju l-ieħor parteċipanti hija annullata f’dak li jirrigwarda l-lott A.

2)

Il-Kummissjoni hija kkundannata għall-ispejjeż rispettivi tagħha, kif ukoll għal dawk sostnuti minn Sopra Steria Benelux u Unisys Belgium.


(1)  ĠU C 359, 26.10.2020.


31.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 51/29


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Diċembru 2021 – Muratbey Gida vs EUIPO – M. J. Dairies (Ġobon triplu elikali)

(Kawża T-662/20) (1)

(“Disinn Komunitarju - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrapreżenta ġobon triplu elikali - Disinn internazzjonali preċedenti - Raġuni għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Karattru individwali - Żvelar tad-disinn preċedenti - Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 - Impressjoni globali differenti - Artikolu 6 tar-Regolament Nru 6/2002”)

(2022/C 51/40)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Muratbey Gida Sanayí Ve Tícaret AŞ (Istanbul, it-Turkija) (rappreżentant: M. Schork, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: M. Capostagno, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: M. J. Dairies EOOD (Sofija, il-Bulgarija) (rappreżentanti: D. Dimitrova u I. Pakidanska, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Awla tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ Awwissu 2020 (Każ R 1925/2019-3), dwar proċedeimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn M. J. Dairies u Muratbey Gida Sanayí ve Tícaret.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Muratbey Gida Sanayí ve Tícaret AŞ hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 9, 11.1.2021.


31.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 51/30


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Diċembru 2021 – Schmid vs EUIPO – Landeskammer für Land- und Forstwirtschaft in Steiermark (Steirisches Kürbiskernöl g.g.A)

(Kawża T-700/20) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Steirisches Kürbiskernöl g. g. A GESCHÜTZTE GEOGRAFISCHE ANGABE - Raġuni assoluta għal rifjut - Trade mark li tinkludi badges, emblemi jew stemmi - Emblema ta’ waħda mill-oqsma ta’ azzjoni tal-Unjoni - Indikazzjonijiet ġeografiċi protetti - Artikolu 7(1)(i) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(i) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”)

(2022/C 51/41)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Gabriele Schmid (Halbenrain, l-Awstrija) (rappreżentant: A. Ginzburg, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Hanf u M. Eberl, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Landeskammer für Land- und Forstwirtschaft in Steiermark (Graz, l-Awstrija) (rappreżentant: I. Hödl, avukata)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-23 ta’ Settembru 2020 (Każ R 2186/2019-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn il-Landeskammer für Land- und Forstwirtschaft in Steiermark u G. Schmid.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-23 ta’ Settembru 2020 (Każ R 2186/2019-4) hija annullata.

2)

L-EUIPO għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn Gabriele Schmid.

3)

Il-Landeskammer für Land- und Forstwirtschaft in Steiermark għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 28, 25.1.2021.


31.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 51/30


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Diċembru 2021 – QB vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-71/21) (1)

(Servizz pubbliku - Membri tal-persunal temporanju - Remunerazzjoni - Allowance tal-espatrijazzjoni - Artikolu 4(1)(a) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal - Rifjut ta’ għoti tal-allowance tal-espatrijazzjoni - Attività professjonali prinċipali - Servizzi mwettqa għal Stat ieħor)

(2022/C 51/42)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: QB (rappreżentant: R. Wardyn, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Bohr u A.-C. Simon, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tas-6 ta’ April 2020 tal-Uffiċċju “Amministrazzjoni u Ħlas tal-Intitolamenti Individwali” (PMO) tal-Kummissjoni li ċaħad lir-rikorrent l-għoti tal-allowance tal-espatrijazzjoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

QB huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 148, 26.4.2021.


31.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 51/31


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Diċembru 2021 – Jieyang Defa Industry vs EUIPO – Mattel (Ras ta’ pupa)

(Kawża T-84/21) (1)

(“Disinn Komunitarju - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta ras ta’ pupa - Disinn preċedenti - Raġuni għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Assenza ta’ karattru individwali - Grad ta’ libertà tad-disinjatur - Assenza ta’ impressjoni globali differenti - Artikolu 6 u Artikolu 25(1(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002”)

(2022/C 51/43)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Jieyang Defa Industry Co. Ltd (Jieyang, iċ-Ċina) (rappreżentanti: C. Bercial Arias u F. Codevelle, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjent quddiem il-Qorti Ġenerali: Mattel, Inc. (El Segundo, California, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: A. Pompe-Ciszewska u P. Mleczak, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Diċembru 2020 (Każ R 2021/2019-3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Mattel u Jieyang Defa Industry Co.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Jieyang Defa Industry Co. Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 110, 29.3.2021.


31.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 51/31


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Diċembru 2021 – Union syndicale Solidaires des SDIS de France et DOM/TOM vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-152/21) (1)

(“Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Preżentazzjoni ta’ ilment mal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni - Terminu ta’ risposta - Dritt għal amministrazzjoni tajba - Obbligu ta’ diliġenza - Żmien raġonevoli - Assenza ta’ ksur serju biżżejjed ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi”)

(2022/C 51/44)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Union syndicale Solidaires des services départementaux d’incendie et de secours (SDIS) de France et DOM/TOM (Nîmes, Franza) (rappreżentant: O. Coudray, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Ehrbar u A. Spina, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża li tikseb kumpens għad-dannu allegatament subit mir-rikorrenti bħala riżultat tan-nuqqas ta’ azzjoni illegali mill-Kummissjoni fit-trattament tal-ilment tagħha, irreġistrat fis-27 ta’ Ġunju 2019 bir-riferiment CHAP(2019)01840, għal allegat nuqqas tar-Repubblika Franċiża ta’ twettiq tad-dritt tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

L-Union syndicale Solidaires des services départementaux d’incendie et de secours (SDIS) de France et DOM/TOM hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 182, 10.5.2021.


31.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 51/32


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Diċembru 2021 – Jalkh vs Il-Parlament

(Kawża T-230/21) (1)

(“Dritt istituzzjonali - Membru tal-Parlament - Privileġġi u immunitajiet - Deċiżjoni ta’ tneħħija tal-immunità parlamentari - Artikoli 8 u 9 tal-Protokoll Nru 7 fuq il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet - Proċedura ta’ tneħħija tal-immunità - Żball manifest ta’ evalwazzjoni”)

(2022/C 51/45)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Jean-François Jalkh (Gretz-Armainvilliers, Franza) (rappreżentant: F. Wagner, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: N. Lorenz u A.-M. Dumbrăvan, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Parlament P9_TA(2021)0092 tal-25 ta’ Marzu 2021 dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità tar-rikorrent [2020/2110(IMM)].

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Jean-François Jalkh huwa kkundannat għall-ispejjeż, inklużi dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.


(1)  ĠU C 242, 21.6.2021.


31.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 51/33


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Novembru 2021 – AL vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-714/21)

(2022/C 51/46)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: AL (rappreżentant: R. Rata, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

primarjament, tannulla d-deċiżjoni tal-konvenuta tal-4 ta’ Awwissu 2021 (Rif. Ares (2021) 4962656) b’risposta għall-ilment fis-sens tal-Artikolu 90(2) imressaq mir-rikorrent fid-9 ta’ April 2021 kontra d-deċiżjoni tal-PMO tal-11 ta’ Jannar 2021 (1);

tordna lill-konvenuta tiżvela u tipproduċi (i) provi dokumentarji fir-rigward tal-kalkolu li serva ta’ bażi għad-deċiżjoni tal-PMO tal-21 ta’ Novembru 2019; u (ii) it-test sħiħ tar-“Risposta ta’ DĠ RU għal ilment ieħor”, parzjalment ikkwotata mill-PMO fl-ittra elettronika tat-8 ta’ Ottubru 2020;

tordna lill-konvenuta tiddetermina l-ispiża preżunta tal-manteniment mill-1 ta’ Novembru 2020 sat-30 ta’ Settembru 2021 ibbażata fuq ir-residenza ta’ omm ir-rikorrent fil-Belġju; u

tordna lill-konvenuta tħallas allowance għal omm ir-rikorrent assimilata għal wild mill-1 ta’ Novembru 2020 sat-30 ta’ Settembru 2021;

tordna lill-konvenuta issostni l-ispejjeż tagħha u tħallas dawk sostnuti mir-rikorrent.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur mill-konvenuta tal-Artikolu 2(4) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal u tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta’ April 2014 dwar dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implimentazzjoni li jikkonċernaw persuni li għandhom jiġu kkunsidrati bħala wild dipendenti, sa fejn, fil-kalkolu tal-ispiża tal-manteniment ta’ omm ir-rikorrent, il-konvenuta qieset b’mod żbaljat li l-post ta’ residenza ta’ omm ir-rikorrent kien ir-Rumanija u mhux il-Belġju. Barra minn hekk, il-Kummissjoni żbaljat meta ddeterminat l-ispiża tal-manteniment ta’ omm ir-rikorrent għal 50 % tas-salarju bażiku ta’ uffiċjal fl-ewwel skala tal-grad AST 1 bil-korrezzjoni tal-koeffiċjenti tal-pajjiż għar-Rumanija, peress li omm ir-rikorrent tirrisjedi b’mod permanenti fid-dar tar-rikorrent u, għaldaqstant, kellu jiġu kkunsidrat 40 % tas-salarju bażiku (mingħajr ebda korrezzjoni).

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 85 tar-Regolamenti tal-Persunal, sa fejn ir-rikorrent ma kienx konxju li ma kien hemm ebda raġuni debita għall-ħlas tal-allowance ta’ assimilazzjoni għall-perijodu bejn l-1 ta’ Novembru 2019 sal-31 ta’ Ottubru 2020, u l-ħlas żejjed ma kienx tant evidenti tali li ma setax ma jindunax bih.


(1)  Nota editorjali: id-deċiżjoni kkontestata tirrigwarda l-ħlas ta’ allowance tal-familja skont l-Artikolu 2(4) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal applikabbli għall-uffiċċjali tal-Unjoni Ewropea.


31.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 51/34


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Novembru 2021 – Beauty Biosciences vs EUIPO – Société de Recherche Cosmétique (BIO-BEAUTÉ)

(Kawża T-750/21)

(2022/C 51/47)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Beauty Biosciences LLC (Dallas, Texas, l-Istati Uniti) (rappreżentant: D. Mărginean, lawyer)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Société de Recherche Cosmétique SARL (il-Lussemburgu, il-Lussemburgu)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “BIO-BEAUTÉ” – Trade mark tal-Unjoni Nru 13 609 631

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: Proċedimenti ta’ kanċellazzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-28 ta’ Settembru 2021 fil-Każijiet magħquda R 1871/2020-4 u R 1891/2020-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla parzjalment id-deċiżjoni kkontestata fis-sens li t-trademark ikkontestata tiġi ddikjarata invalida għall-prodotti fil-klassi 3: “dentifriċi; żjut essenzjali; Fwejjaħ, eau de toilette, eau de cologne; inċens; ilma tal-fwieħa”;

tannulla parzjalment id-deċiżjoni kkontestata fis-sens li t-trademark ikkontestata tiġi ddikjarata invalida għall-prodotti fil-klassi 3: “Kożmetiċi; Deodoranti tal-ġisem; Estratti ta' pjanti għal skopijiet kożmetiċi; Sapun, ħalib għat-tindif; Kremi kosmetiċi, ġellijiet, ħalib, lozjonijiet, maskri, pomati, trab, serum u preparazzjonijiet għall-kura tal-ġilda; Preparazzjonijiet kontra t-tikmix; Preparazzjonijiet kożmetiċi għall-kura tax-xufftejn; Preparazzjonijiet għall-ikkunzar (kożmetiċi), preparazzjonijiet għal wara x-xemx (kożmetiċi); Preparazzjonijiet kożmetiċi għal skopijiet ta’ tnaqqis fil-ħxuna; Depilatorji; Prodotti tax-xagħar (preparazzjonijiet għall-kura tax-xagħar u tal-qorriegħa); Banjijiet (Preparazzjonijiet kożmetiċi għal -); make-up u preparazzjonijiet għat-tneħħija tal-make-up; Preparazzjonijiet għat-tqaxxir u preparazzjonijiet ta’ wara t-tqaxxir”;

tibdel id-deċiżjoni kkontestata fis-sens li tiddikjara invalida t-trademark ikkontestata għall-prodotti fil-klassi 3: “dentifriċi; żjut essenzjali; fwejjaħ, eau de toilette, eau de cologne; inċens; ilma tal-fwieħa”;

tibdel id-deċiżjoni kkontestata u tibdelha fis-sens li t-trademark ikkontestata tiġi ddikjarata invalida għall-prodotti fil-klassi 3: “Kożmetiċi; Deodoranti tal-ġisem; Estratti ta' pjanti għal skopijiet kożmetiċi; Sapun, ħalib għat-tindif; Kremi kożmetiċi, ġellijiet, ħalib, lozjonijiet, maskri, pomati, trab, serum u preparazzjonijiet għall-kura tal-ġilda; Preparazzjonijiet kontra t-tikmix; Preparazzjonijiet kosmetiċi għall-kura tax-xufftejn; Preparazzjonijiet għall-ikkunzar (kożmetiċi), preparazzjonijiet għal wara x-xemx (kożmetiċi); Preparazzjonijiet kożmetiċi għal skopijiet ta' tnaqqis fil-ħxuna; Depilatorji; Prodotti tax-xagħar (preparazzjonijiet għall-kura tax-xagħar u tal-qorriegħa); Banjijiet (Preparazzjonijiet kożmetiċi għal -); Make-up u preparazzjonijiet għat-tneħħija tal-makeup; Preparazzjonijiet għat-tqaxxir tal-leħja u preparazzjonijiet ta’ wara t-tqaxxir tal-leħja”;

order Société de Recherche Cosmétique S.A.R.L. tbati l-ispejjeż imġarrba minn Beauty Biosciences LLC f’din il-kawża, fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell u fil-proċedimenti quddiem id-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 59(1)(a) flimkien mal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill peress li l-Bord tal-Appell evalwa b’mod żbaljat li l-EUTM Nru 13 609 631 BIO-BEAUTÉ ma hijiex deskrittiva b'rabta mal-prodotti fil-klassi 3 “dentifriċi; żjut essenzjali; Fwejjaħ, eau de toilette, eau de cologne; inċens; ilma tal-fwieħa”;

Ksur tal-Artikolu 59(1)(a) flimkien mal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill peress li l-Bord tal-Appell evalwa b’mod żbaljat li l-EUTM Nru 13 609 631 BIO-BEAUTÉ m'għandhiex karattru distintiv fir-rigward tal-prodotti fil-klassi 3 “dentifriċi; żjut essenzjali; Fwejjaħ, eau de toilette, eau de cologne; inċens; ilma tal-fwieħa”;

Ksur tal-Artikolu 59(1)(a) flimkien mal-Artikolu 7(3) u l-Artikolu 59(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill peress li l-Bord tal-Appell evalwa b’mod żbaljat li l- EUTM Nru 13 609 631 BIO-BEAUTÉ kisbet karattru distintiv fir-rigward tal-prodotti fil-klassi 3 “Kożmetiċi; Deodoranti tal-ġisem; Estratti ta' pjanti għal skopijiet kożmetiċi; Sapun, ħalib għat-tindif; Kremi kosmetiċi, ġellijiet, ħalib, lozjonijiet, maskri, pomati, trab, serum u preparazzjonijiet għall-kura tal-ġilda; Preparazzjonijiet kontra t-tikmix; Preparazzjonijiet kożmetiċi għall-kura tax-xufftejn; Preparazzjonijiet għall-ikkunzar (kożmetiċi), preparazzjonijiet għal wara x-xemx (kożmetiċi); Preparazzjonijiet kosmetiċi għal skopijiet ta' tnaqqis fil-ħxuna; Depilatorji; Prodotti tax-xagħar 2 (preparazzjonijiet għall-kura tax-xagħar u tal-qorriegħa); Banjijiet (Preparazzjonijiet kożmetiċi għal -); Makeup u preparazzjonijiet għat-tneħħija tal-make-up; Preparazzjonijiet għat-tqaxxir tal-leħja u preparazzjonijiet ta’ wara t-tqaxxir tal-leħja”.


31.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 51/35


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Novembru 2021 – Peace United vs EUIPO – 1906 Collins (bâoli)

(Kawża T-754/21)

(2022/C 51/48)

Lingwa tar-rikors: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Peace United Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: M. Artzimovitch, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: 1906 Collins LLC (Miami, Florida, l-Istati Uniti)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea “bâoli” – Trade mark tal-Unjoni Nru 6 619 977

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Settembru 2021 fil-Każ R 275/2020-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn, wara diversi żbalji ta’ evalwazzjoni ta’ fatt u ta’ liġi u ksur tal-obbligu ta’ amministrazzjoni tajba, il-Bord tal-Appell ikkunsidra li t-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 6 619 977 bâoli ma kinitx is-suġġett ta’ użu ġenwin matul il-perijodu inkwistjoni għas-servizzi msemmija fil-klassijiet 41 u 43;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 63(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill sa fejn il-Bord tal-Appell wettaq żball ta’ evalwazzjoni dwar in-natura illegali tal-azzjoni għal revoka;

Ksur tal-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill sa fejn il-Bord tal-Appell wettaq żball ta’ evalwazzjoni dwar l-użu ġenwin tat-trade mark.


31.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 51/36


Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Diċembru 2021 – Dorsum vs EUIPO — ID Quantique (Clavis)

(Kawża T-758/21)

(2022/C 51/49)

Lingwa tar-rikors: l-Ungeriż

Partijiet

Rikorrent: Dorsum Informatikai Fejlesztő és Szolgáltató Zrt. (Budapest, l-Ungerija) (rappreżentant: Gy. Hajdu, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: ID Quantique SA (Carouge, l-Isvizzera)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “Clavis” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18064876

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-22 ta’ Settembru 2021 fil-Każ R 189/2021-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

prinċipalment, timmodifika d-deċiżjoni kkontestata u tilqa’ r-rikors tar-rikorrenti;

sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni kkontestata b’effetti li jestendu wkoll għad-deċiżjoni mogħtija mill-EUIPO fis-27 ta’ Novembru 2020;

tordna li r-rikorrenti tkun ikkumpensata għall-ispejjeż tal-proċeduri.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 47(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

Ksur tal-Artikolu 107 tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

Ksur tal-Artikolu 95 tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

Ksur tar-rekwiżiti formali essenzjali.


31.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 51/37


Rikors ippreżentat fid-29 ta' Novembru 2021 – DCM Film Distribution vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-760/21)

(2022/C 51/50)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: DCM Film Distribution GmbH (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Huttenlauch, M. Klasse and P. Hesse, lawyers)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C(2021) 7095 final tat-28 ta’ Settembru 2021 dwar l-istħarriġ tal-legalità ta’ att tal-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Edukazzjoni u għall-Kultura skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 (1) tad-19 ta’ Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b’ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità, konformament mal-Artikolu 264(1) TFEU; u

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha r-rikorrenti tinvoka seba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-interpretazzjoni tal-Kummissjoni ta’ “Kumpannija Ewropea” ma hijiex kompatibbli mat-tifsira letterali tal-Linji Gwida u tal-Programm ta’ Ħidma.

Hija ssostni li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi meta interpretat il-kriterju ta’ nazzjonalità bħala li jerreferi biss għall-persuni fiżiċi sidien tal-kumpannija applikanti. B’dan il-mod, il-Kummissjoni hija żbaljata meta tinterpreta s-“sjieda” bħala li tfisser “sjieda aħħarija”. Il-kliem użat ma jippermettux li jiġi konkluż li n-nazzjonalità tas-“sid aħħari” u mhux biss dik tal-azzjonisti hija deċiżiva sabiex l-applikant jiġi kklassifikat bħala Kumpannija Ewropea. L-interpretazzjoni stretta tal-Kummissjoni mhux biss talli ma hijiex sostnuta mill-kliem użat iżda talli hija inkonsistenti u tmur kontra t-tifsira normali tat-termini “nazzjonalità”, “kumpannija tal-Unjoni”, u “xogħol Ewropew” kif stabbilita fid-dritt tal-Unjoni.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-interpretazzjoni tal-Kummissjoni ta’ “Kumpannija Ewropea” ma hijiex kompatibbli mar-regoli ta’ livell superjuri tad-dritt tal-Unjoni.

Hija ssostni li billi bbażat ruħha fuq din l-interpretazzjoni żbaljata mingħajr ma ħadet inkunsiderazzjoni b’mod xieraq il-fatti tal-kawża, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tmur kontra l-għanijiet tad-dritt applikabbli tal-Unjoni.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni hija f’kontradizzjoni mar-Regolament (EU) Nru 1295/2013 (2) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-Programm Ewropa Kreattiva (2014 sa 2020) u li jirrevoka d-Deċiżjonijiet Nru 1718/2006/KE, Nru 1855/2006/KE u Nru 1041/2009/KE li fuqu hija bbażata l-iskema ta’ sussidju Creative Europe MEDIA.

Hija ssostni li l-fatt li n-nazzjonalità tas-sid aħħari tal-kumpannija applikanti tintuża bħala rekwiżit minn qabel għall-eliġibbiltà għas-sussidji bl-ebda mod ma huwa bbażat fuq ir-Regolament Ewropea Kreattiva; fil-fatt, dan imur kontra l-kunċett ta’ implimentazzjoni konsistenti tal-għanijiet ġenerali u speċifiċi tas-sotto programm Creative Europe MEDIA.

4.

Ir-raba motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tikser ukoll ir-rekwiżiti tar-Regolament (EU, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3).

Hija ssostni li l-interpretazzjoni tal-Kummissjoni tal-kriterji ta’ eliġibbiltà ma tosservax il-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni, li l-Kummissjoni hija obbligata li tosserva fid-deċiżjonijiet finanzjarji tagħha dwar għajnuna.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tikser l-Artikolu 20 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

Hija ssostni li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni twassal sabiex każijiet simili jiġu trattati b’mod differenti bi ħsara għal ċerti entitajiet, trattament li ma huwiex iġġustifikat oġġettivament.

6.

Is-sitt motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni marret lil hinn mis-setgħat diskrezzjonali tagħha.

Hija ssostni li l-għażla ta’ interpretazzjoni li tikser u li hija kunfliġġenti mad-dritt tal-Unjoni minkejja li kienu disponibbli diversi interpretazzjonijiet alternattivi oħra li huma konsistenti mad-dritt tal-Unjoni, tikkostitwixxix użu ħażin ta’ diskrezzjoni min-naħa tal-Kummissjoni.

7.

Is-seba’ motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tikser il-prinċipju ta’ proporzjonalità.

Hija ssostni li l-għoti ta’ sussidju suġġett għall-kundizzjoni li ma jkunx hemm trasferiment ta’ profitti lejn kwalunkwe pajjiż terz kienet tkun miżura daqstant effettiva iżda inqas restrittiva.


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 4, p. 235.

(2)  ĠU 2013, L 347, p. 221, bir-rettfika fil-ĠU 2014, L 189, p. 260.

(3)  ĠU 2018, L 193, p. 1, bir-rettifika fil-ĠU 2019, L 60, p. 36.


31.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 51/38


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Diċembru 2021 – Courtois et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-761/21)

(2022/C 51/51)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Fabien Courtois (Rueil-Malmaison, Franza) u 2088 rikorrent ieħor (rappreżentant: A. Durand, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara li t-talbiet tar-rikorrenti huma ammissibbli u fondati;

tannulla d-deċiżjoni impliċita ta’ ċaħda tal-24 ta’ Settembru 2021 mnissla mill-assenza ta’ risposta għat-talba konfermattiva mressqa mir-rikorrenti fit-13 ta’ Awwissu 2021;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż ta’ din il-proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq l-ammissibbiltà tar-rikors. Ir-rikorrenti jsostnu, f’dan ir-rigward, il-locus standi tagħhom bħala applikanti intitolati sabiex jippreżentaw rikors fis-sens tal-Artikolu 8(3) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (1) (iktar ’il quddiem ir-“Regolament 1049/2001”) u bħala destinatarji tal-att ikkontestat fis-sens tal-Aritkolu 263(4) TFUE. Ir-rikorrenti jindikaw, barra minn hekk, li għandhom interess ġuridiku mnissel mir-rifjut għall-aċċess għad-dokumenti kkontestat mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni impliċita tagħha ta’ rifjut tal-24 ta’ Settembru 2021 u mill-preġudizzju kkawżat mid-deċiżjoni kkontestata għad-drittijiet fundamentali tagħhom.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-legalità interna tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni. Ir-rikorrenti jsostnu li l-Kummissjoni kisret id-dritt ta’ aċċess għad-dokumenti tar-rikorrenti billi bbażat ruħha fuq motivi mhux kompleti u żbaljati. Ir-rikorrenti jżidu jgħidu wkoll li huma jinvokaw interessi pubbliċi superjuri li jiġġustifikaw l-aċċess għad-dokumenti. Finalment, ir-rikorrenti jqisu li l-Kummissjoni kisret il-prinċipju ta’ proporzjonalità sa fejn marret lil hinn minn dak li kien neċessarju sabiex tilħaq l-għanijiet tagħha.


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331.


31.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 51/39


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Diċembru 2021 – Euranimi vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-769/21)

(2022/C 51/52)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: European Association of Non-Integrated Metal Importers & distributors (Euranimi) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: M. Campa, D. Rovetta, P. Gjørtler, V. Villante, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1483 tal-15 ta’ Settembru 2021 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ prodotti tal-azzar inossidabbli rrumblati ċatti fil-kiesaħ li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u t-Tajwan wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż tar-rikorrenti u tagħha stess.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha intiż għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1483 tal-15 ta’ Settembru 2021 (1), ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 (2) minħabba żball manifest ta’ evalwazzjoni min-naħa tad-dipartimenti tal-Kummissjoni.

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 fir-rigward tad-dannu u tal-evalwazzjoni tar-rabta kawżali kemm għall-prodotti miċ-Ċina u kemm għal dawk mit-Tajwan minħabba żball manifest ta’ evalwazzjoni.

3.

It-tielet motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 fir-rigward tal-istatus legali tar-rapport li bih il-Kummissjoni tistabbilixxi l-eżistenza ta’ distorsjoni sinjifikattiva tas-suq f’pajjiż partikolari jew f’settur partikolari f’dan il-pajjiż u fir-rigward tal-użu ta’ tali rapporti għad-determinazzjoni tad-dumping.


(1)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1483 tal-15 ta’ Settembru 2021 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ prodotti tal-azzar inossidabbli rrumblati ċatti fil-kiesaħ li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u t-Tajwan wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU 2021, L 327, p. 1).

(2)  Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2016, L 176, p. 21)


31.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 51/40


Rikors ippreżentat fid-9 ta' Diċembru 2021 – OC vs SEAE

(Kawża T-770/21)

(2022/C 51/53)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: OC (rappreżentanti: L. Levi u N. Flandin, avukati)

Konvenut: Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara dan ir-rikors ammissibbli u fondat;

konsegwentement,

tannulla d-deċiżjoni tal-10 ta’ Settembru 2020, innotifikata fil-11 ta’ Frar 2021, li permezz tagħha l-Awtorità tal-Ħatra ċaħdet it-talba għall-assistenza tar-rikorrenti mressqa abbażi tal-Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea;

sa fejn ikun meħtieġ, tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tal-31 ta’ Awwissu 2021 li tiċħad l-ilment tar-rikorrenti tas-6 ta’ Mejju 2021 kontra d-deċiżjoni tal-10 ta’ Settembru 2021;

tikkundanna lill-konvenut għat-totalità tal-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha r-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni u tad-dritt għal smiegħ.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-proċedura u tar-regoli ta’ kompetenza fil-qasam ta’ tqassim ta’ poteri. F’dan ir-rigward ir-rikorrenti ssostni li id-deċiżjoni li tinfetaħ investigazzjoni amministrattiva kellha tittieħed mis-Segretarju Ġenerali tas-SEAE.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni allegatament imwettqa mis-SEAE fir-rigward tad-definizzjoni ta’ fastidju psikoloġiku adottata minnu u fuq ksur tal-Artikolu 12a tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq ksur tad-dmir ta’ premura.


31.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 51/40


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Diċembru 2021 – Trend Glass vs EUIPO (ECO STORAGE)

(Kawża T-777/21)

(2022/C 51/54)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrent: Trend Glass sp. z o.o. (Radom, il-Polonja) (rappreżentant: J. Gwiazdowska, avukata)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea ECO STORAGE – Applikazzjoni Nru 18 324 347

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-11 ta’ Ottubru 2021 fil-Każ R 1315/2021-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata fl-intier tagħha u tagħti sentenza definittiva billi tilqa’ r-reġistrazzjoni tal-applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Nru 18 324 347;

sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni kkontestata tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO u terġa’ tibgħat il-każ quddiem dan tal-aħħar sabiex jiġi eżaminat mill-ġdid;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell kif ukoll quddiem id-Dipartiment tal-Operazzjonijiet tal-EUIPO.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill moqri flimkien mal-Artikolu 7(2) tal-istess regolament;

Ksur tal-Artikolu 33(2) u (7) u tal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 94(1) u tal-Artikolu 95(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 20 u tal-Artikolu 41(1) u (2)(a) u (ċ) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, flimkien mad-dritt għal smigħ, l-obbligu ta’ motivazzjoni, il-prinċipji ta’ amministrazzjoni tajba, ta’ ċertezza legali u ta’ ugwaljanza fit-trattament.