ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 37

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 65
24ta' Jannar 2022


Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2022/C 37/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2022/C 37/02

Kawża C-655/20: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas-17 ta’ Novembru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de Primera Instancia no 38 de Barcelona – Spanja) – Marc Gómez del Moral Guasch vs Bankia SA (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Protezzjoni tal-konsumaturi – Direttiva 93/13/KEE – Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi – Kuntratt ta’ self ipotekarju – Rata ta’ interessi varjabbli – Indiċi ta’ referenza għal self ipotekarju (IRSI) – Stħarriġ ta’ trasparenza mill-qorti nazzjonali – Evalwazzjoni tan-natura inġusta tal-klawżoli kuntrattwali – Konsegwenzi tal-konstatazzjoni tan-nullità – Sentenza tat-3 ta’ Marzu 2020, Gómez del Moral Guasch (C-125/18, EU:C:2020:138) – Kwistjonijiet ġodda)

2

2022/C 37/03

Kawża C-79/21: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas-17 ta’ Novembru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de Primera Instancia no 2 de Ibiza – Spanja) – YB vs Unión de Créditos Inmobiliarios SA (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikoli 53 u 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Protezzjoni tal-konsumaturi – Direttiva 93/13/KEE – Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi – Kuntratt ta’ self ipotekarju – Rata ta’ interessi vajabbli – Indiċi ta’ referenza tas-self ipotekarju (IRPH) – Stħarriġ ta’ trasparenza mill-qorti nazzjonali – Obbligu ta’ informazzjoni – Evalwazzjoni tan-natura inġusta tal-klawżoli kuntrattwali – Rekwiżiti ta’ bona fide, ta’ bilanċ u ta’ trasparenza – Konsegwenzi tal-konstatazzjoni tan-nullità)

3

2022/C 37/04

Kawża C-327/21 P: Appell ippreżentat fil-25 ta’ Mejju 2021 mill-Giro Travel Company SRL mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fl-24 ta’ Marzu 2021 fil-Kawża T-193/18 – Andreas Stihl vs EUIPO

4

2022/C 37/05

Kawża C-360/21 P: Appell ippreżentat fid-9 ta’ Ġunju 2021 mill-FCA Italy SpA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fit-28 ta’ April 2021 fil-Kawża T-191/20 – FCA Italy vs EUIPO

5

2022/C 37/06

Kawża C-373/21 P: Appell ippreżentat fit-18 ta’ Ġunju 2021 minn Hasbro Inc. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla Estiża) fil-21 ta’ April 2021 fil-Kawża T-663/19 – Hasbro vs EUIPO

5

2022/C 37/07

Kawża C-381/21 P: Appell ippreżentat fil-21 ta’ Ġunju 2021 minn Keun Jig Lee mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fil-21 ta’ April 2021 fil-Kawża T-382/20 – Lee v EUIPO

5

2022/C 37/08

Kawża C-483/21 P: Appell ippreżentat fil-5 ta’ Awwissu 2021 minn Health Product Group sp. z o.o. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fis-16 ta’ Ġunju 2021 fil-Kawża T-678/19, Health Product Group vs EUIPO

6

2022/C 37/09

Kawża C-490/21 P: Appell ippreżentat fl-10 ta’ Awwissu 2021 minn Davide Groppi Srl mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fis-16 ta’ Ġunju 2021 fil-Kawża T-187/20 – Davide Groppi vs EUIPO – Viabizzuno (Lampa tal-mejda)

6

2022/C 37/10

Kawża C-513/21 P: Appell ippreżentat fid-19 ta’ Awwissu 2021 minn DI mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla Estiża) fid-9 ta’ Ġunju 2021 fil-Kawża T-514/19, DI v BĊE

6

2022/C 37/11

Kawża C-539/21 P: Appell ippreżentat fis-26 ta’ Awwissu 2021 minn CE mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fis-16 ta’ Ġunju 2021 fil-Kawża T-355/19, CE vs Il-Kumitat tar-Reġjuni

7

2022/C 37/12

Kawża C-560/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesarbeitsgericht (il-Ġermanja) fit-13 ta’ Settembru 2021 – ZS vs Zweckverband Kommunale Informationsverarbeitung Sachsen KISA, Körperschaft des öffentlichen Rechts

8

2022/C 37/13

Kawża C-587/21 P: Appell ippreżentat fit-23 ta’ Settembru 2021 minn DD mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (ir-Raba’ Awla) fl-14 ta’ Lulju 2021 fil-Kawża T-632/19, DD vs FRA

8

2022/C 37/14

Kawża C-590/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Areios Pagos (il-Greċja) fit-23 ta’ Settembru 2021 – Charles Taylor Adjusting Limited, FD vs Starlight Shipping Company, Overseas Marine Enterprises INC

9

2022/C 37/15

Kawża C-613/21 P: Appell ippreżentat fl-1 ta’ Ottubru 2021 mill-Parlament Ewropew mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fl-14 ta’ Lulju 2021 fil-Kawża T-670/19, Carbajo Ferrero vs Il-Parlament

10

2022/C 37/16

Kawża C-617/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Ravensburg (il-Ġermanja) fis-6 ta’ Ottubru 2021 – RU, PO vs Nissan Leasing, Volkswagen Leasing GmbH

11

2022/C 37/17

Kawża C-625/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fit-8 ta’ Ottubru 2021 – VB vs GUPFINGER Einrichtungsstudio GmbH

12

2022/C 37/18

Kawża C-626/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (l-Awstrija) fil-11 ta’ Ottubru 2021 – Funke Sp. z o.o.

13

2022/C 37/19

Kawża C-634/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Wiesbaden (il-Ġermanja) fil-15 ta’ Ottubru 2021 – OQ vs Land Hessen

14

2022/C 37/20

Kawża C-651/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sofiyski rayonen sad (il-Bulgarija) fil-25 ta’ Ottubru 2021 – Proċeduri kriminali kontra М. Ya. M.

15

2022/C 37/21

Kawża C-653/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fis-27 ta’ Ottubru 2021 – Syndicat Uniclima vs Ministre de l’Intérieur

15

2022/C 37/22

Kawża C-655/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rayonen sad – Nesebar (il-Bulgarija) fis-27 ta’ Ottubru 2021 – Proċeduri kriminali kontra G. ST. T.

16

2022/C 37/23

Kawża C-656/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD) (il-Portugall) fid-29 ta’ Ottubru 2021 – IM GESTÃO DE ATIVOS – SOCIEDADE GESTORA DE ORGANISMOS DE INVESTIMENTO COLETIVO, S.A. et vs Autoridade Tributária e Aduaneira

17

2022/C 37/24

Kawża C-668/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākā tiesa (Senāts) (il-Latvja) fit-8 ta’ Novembru 2021 – SIA Druvnieks vs Lauku atbalsta dienests

18

2022/C 37/25

Kawża C-686/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte suprema di cassazione (l-Italja) fil-15 ta’ Novembru 2021 – VW, Legea S.r.l. vs SW, CQ, ET, VW, Legea S.r.l.

18

2022/C 37/26

Kawża C-688/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fis-17 ta’ Novembru 2021 – Confédération paysanne, Réseau Semences Paysannes, Les Amis de la Terre France, Collectif vigilance OGM et Pesticides 16, Vigilance OG2M, CSFV 49, OGM: dangers, Vigilance OGM 33 vs Premier ministre, Ministre de l’Agriculture et de l’Alimentation

19

2022/C 37/27

Kawża C-694/21 P: Appell ippreżentat fis-17 ta’ Novembru 2021 minn Brunswick Bowling Products LLC mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fit-8 ta’ Settembru 2021 fil-Kawża T-152/19, Brunswick Bowling Products LLC vs Il-Kummissjoni

20

2022/C 37/28

Kawża C-701/21 P: Appell ippreżentat fid-19 ta’ Novembru 2021 minn Mytilinaios AE – Omilos Epicheiriseon mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla Estiża) fit-22 ta’ Settembru 2021 fil-Kawżi magħquda T-639/14 RENV, T-352/15 u T-740/17, Dimosia Epicheirisi Ilektrismou AE vs Il-Kummissjoni Ewropea, sostnuta minn Mytilinaios AE – Omilos Epicheiriseon

21

2022/C 37/29

Kawża C-714/21 P: Appell ippreżentat fil-25 ta’ Novembru 2021 minn Françoise Grossetête (T-722/19) mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fil-15 ta’ Settembru 2021 fil-Kawżi magħquda T-720/19 sa T-725/19, Ashworth et vs Il-Parlament

22

2022/C 37/30

Kawża C-715/21 P: Appell ippreżentat fil-25 ta’ Novembru 2021 minn Gerardo Galeote (T-243/20) mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fil-15 ta’ Settembru 2021 fil-Kawża T-240/20 sa T-245/20, Arnaoutakis et vs il-Parlament

22

2022/C 37/31

Kawża C-716/21 P: Appell ippreżentat fil-25 ta’ Novembru 2021 minn Graham R. Watson (T-245/20) mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fil-15 ta’ Settembru 2021 fil-Kawżi magħquda T-240/20 sa T-245/20, Arnaoutakis et vs Il-Parlament

23

2022/C 37/32

Kawża C-739/21 P: Appell ippreżentat fl-1 ta’ Diċembru 2021 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla Estiża) fit-22 ta’ Settembru 2021 fil-Kawżi magħquda T-639/14 RENV, Τ-352/15 u Τ-740/17, Dimosia Epicheirisi Ilektrismou AE (DEI) vs Il-Kummissjoni Ewropea sostnuta minn Mytilinaios AE – Omilos Epicheiriseon

24

 

Il-Qorti Ġenerali

2022/C 37/33

Kawża T-743/16 RENV II: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Novembru 2021 – CX vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku – Uffiċjali – Sanzjoni dixxiplinarja – Tneħħija minn pożizzjoni – Investigazzjoni mill-OLAF – Negozjati mhux awtorizzati u klandestini ta’ kuntratt – Kunflitt ta’ interessi – Ċertifikazzjoni ta’ fattura mhux konformi – Drittijiet tad-difiża – Dritt għal smigħ – Assenzi repetuti tar-rikorrent u tal-avukat tiegħu għas-seduta dixxiplinarja – Ċertezza legali – Aspettativi leġittimi – Proporzjonalità – Terminu raġonevoli – Prinċipju ta’ ne bis in idem – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Obbligu ta’ motivazzjoni)

25

2022/C 37/34

Kawża T-256/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Novembru 2021 – Assi vs Il-Kunsill (Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda kontra s-Sirja – Iffriżar ta’ fondi – Żbalji ta’ evalwazzjoni – Proporzjonalità – Dritt għall-proprjetà – Dritt li tiġi eżerċitata attività ekonomika – Użu ħażin ta’ poter – Obbligu ta’ motivazzjoni – Drittijiet tad-difiża – Dritt għal smigħ xieraq)

25

2022/C 37/35

Kawża T-258/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Novembru 2021 – Foz vs Il-Kunsill (Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda kontra s-Sirja – Iffriżar ta’ fondi – Żball ta’ evalwazzjoni – Proporzjonalità – Dritt għall-proprjetà – Dritt li tiġi eżerċitata attività ekonomika – Użu ħażin ta’ poter – Obbligu ta’ motivazzjoni – Drittijiet tad-difiża – Dritt għal smigħ xieraq)

26

2022/C 37/36

Kawża T-259/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Novembru 2021 – Aman Dimashq vs Il-Kunsill (Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda kontra s-Sirja – Iffriżar ta’ fondi – Żball ta’ evalwazzjoni – Proporzjonalità – Dritt għall-proprjetà – Dritt li tiġi eżerċitata attività ekonomika – Użu ħażin ta’ poter – Obbligu ta’ motivazzjoni – Drittijiet tad-difiża – Dritt għal smigħ xieraq – Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva)

27

2022/C 37/37

Kawża T-359/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Dicembru 2021 – Team Beverage vs EUIPO – Zurich Deutscher Herold Lebensversicherung (Team Beverage) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali Team Beverage – Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti TEAM – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)

28

2022/C 37/38

Kawża T-370/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Novembru 2021 – KL vs BEI (Servizz pubbliku – Persunal tal-BEI – Stat ta’ saħħa – Kapaċità li persuna taħdem – Assenza mhux iġġustifikata – Rikors għal annullament – Kunċett ta’ invalidità – Ġurisdizzjoni sħiħa – Tilwim ta’ natura pekunjarja – Ħlas retroattiv tal-pensjoni tal-invalidità – Rikors għad-danni)

28

2022/C 37/39

Kawża T-433/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Diċembru 2021 – KY vs Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (Servizz pubbliku – Uffiċjali – Pensjonijiet – Drittijiet għall-pensjoni miksuba qabel id-dħul fis-servizz tal-Unjoni Ewropea – Trasferiment lejn l-iskema tal-Unjoni – Akkreditazzjoni tas-snin ta’ servizz – Restituzzjoni tal-ammont tad-drittijiet għall-pensjoni mhux meħuda inkunsiderazzjoni fis-sistema ta’ kalkolu tas-snin ta’ servizz pensjonabbli tal-Unjoni – Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal – Regola tal-‘minimu tas-sussistenza’ – Arrikkiment indebitu)

29

2022/C 37/40

Kawża T-467/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Diċembru 2021 – Inditex vs EUIPO – Ffauf Italia (ZARA) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali ZARA – Trade marks internazzjonali verbali preċedenti LE DELIZIE ZARA u nazzjonali figurattiva preċedenti ZARA – Prova tal-użu ġenwin tat-trade marks preċedenti – Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 47(2) u (3) tar-Regolament (UE) 2017/1001) – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament 2017/1001))

30

2022/C 37/41

Kawża T-581/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Novembru 2021 – YP vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku – Uffiċjali – Promozzjoni – Proċedura ta’ promozzjoni 2019 – Deċiżjoni li ma tingħatax promozzjoni – Artikolu 45 tar-Regolamenti tal-Persunal – Paragun tal-merti – Użu tal-lingwi fil-kuntest tal-funzjonijiet eżerċitati minn uffiċjali allokati għal funzjonijiet lingwistiċi u minn uffiċjali allokati għal funzjonijiet oħra minbarra dawk lingwistiċi – Anzjanità fil-grad – Preżunzjoni ta’ innoċenza – Artikolu 9 tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal – Obbligu ta’ motivazzjoni – Implimentazzjoni ta’ ftehim bonarju)

30

2022/C 37/42

Kawża T-454/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Novembru 2021 – Garment Manufacturers Association in Cambodia vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament – Politika kummerċjali komuni – Sistema ġġeneralizzata ta’ tariffi doganali preferenzjali stabbiliti mir-Regolament (UE) Nru 978/2012 – Irtirar temporanju tal-preferenzi kummerċjali applikabbli għal ċerti prodotti li joriġinaw mill-Kambodja minħabba ksur gravi u sistematiku tad-drittijiet tal-bniedem – Nuqqas ta’ inċidenza diretta – Nuqqas ta’ inċidenza individwali – Inammissibibltà)

31

2022/C 37/43

Kawża T-494/20: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Novembru 2021 – Satabank vs BĊE (Politika ekonomika u monetarja – Sorveljanza prudenzjali tal-istabbilimenti ta’ kreditu inqas importanti – Regolament (UE) Nru 1024/2013 – Missjonijiet speċifiċi tal-BĊE – Rifjut li ssir sorveljanza prudenzjali diretta – Rifjut li tingħata istruzzjoni lill-persuna kompetenti – Rikors manifestament infondat fid-dritt)

32

2022/C 37/44

Kawża T-157/21: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Novembru 2021 – RG vs Il-Kunsill (Rikors għal annullament – Spazju ta’ libertà, ta’ sigurtà u ta’ ġustizzja – Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn, minn naħa, l-Unjoni u l-Euratom u, min-naħa l-oħra, ir-Renju Unit – Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-firma u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni – Mekkaniżmu ta’ konsenja fuq il-bażi ta’ mandat ta’ arrest – Persuna arrestata u miżmuma fl-Irlanda wara t-tmiem tal-perijodu ta’ transizzjoni għall-finijiet tal-eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest maħruġ mir-Renju Unit matul il-perijodu ta’ transizzjoni – Nuqqas ta’ assenjazzjoni individwali – Att mhux regolatorju – Inammissibbiltà)

32

2022/C 37/45

Kawża T-272/21 R II: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Novembru 2021 – Puigdemont i Casamajó et vs Il-Parlament (Proċeduri għal miżuri provviżorji – Dritt istituzzjonali – Membru tal-Parlament – Privileġġi u immunitajiet – Tneħħija tal-immunità parlamentari ta’ membru tal-Parlament – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Nuqqas ta’ urġenza)

33

2022/C 37/46

Kawża T-534/21 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Nvembru 2021 – VP vs Cedefop (Talba għal miżuri provviżorji – Servizz pubbliku – Membri tal-persunal temporanju – Talba għal miżuri provviżorji – Inammissibbiltà)

33

2022/C 37/47

Kawża T-613/21: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Ottubru 2021 – XH vs Il-Kummissjoni

34

2022/C 37/48

Kawża T-644/21: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Ottubru 2021 – Pharmadom vs EUIPO – Wellbe Pharmaceuticals (WellBe PHARMACEUTICALS)

35

2022/C 37/49

Kawża T-682/21: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Ottubru 2021 – ClientEarth vs Il-Kunsill

35

2022/C 37/50

Kawża T-683/21: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Ottubru 2021 – Leino-Sandberg vs Il-Kunsill

37

2022/C 37/51

Kawża T-692/21: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Ottubru 2021 – AL vs Il-Kummissjoni u OLAF

38

2022/C 37/52

Kawża T-693/21: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Ottubru 2021 – NJ vs Il-Kummissjoni

39

2022/C 37/53

Kawża T-699/21: Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Ottubru 2021 – Peace United vs EUIPO – 1906 Collins (MY BOYFRIEND IS OUT OF TOWN)

40

2022/C 37/54

Kawża T-705/21: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Novembru 2021 – Balaban vs EUIPO (Stahlwerk)

41

2022/C 37/55

Kawża T-706/21: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Novembru 2021 – Balaban vs EUIPO (Stahlwerkstatt)

41

2022/C 37/56

Kawża T-715/21: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Novembru 2021 – Cellnex Telecom u Retevisión I vs Il-Kummissjoni

42

2022/C 37/57

Kawża T-731/21: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Novembru 2021 – Společnost pro eHealth databáze vs Il-Kummissjoni

43

2022/C 37/58

Kawża T-732/21: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Novembru 2021 – Asociación de Elaboradores de Cava de Requena vs Il-Kummissjoni

44

2022/C 37/59

Kawża T-734/21: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Novembru 2021 – The Chord Company vs EUIPO – AVSL Group (CHORD)

45

2022/C 37/60

Kawża T-735/21: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Novembru 2021 – Aprile and Commerciale Italiana vs EUIPO – DC Comics partnership (Rappreżentazzjoni stilizzata ta’ farfett il-lejl ġo qafas ovali abjad)

46

2022/C 37/61

Kawża T-737/21: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Novembru 2021 – Refractory Intellectual Property vs EUIPO (e-tech)

47

2022/C 37/62

Kawża T-738/21: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Novembru 2021 – Bora Creations vs EUIPO (essence)

47

2022/C 37/63

Kawża T-741/21: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Novembru 2021 – LG Electronics vs EUIPO – ZTE Deutschland (V10)

48

2022/C 37/64

Kawża T-742/21: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Novembru 2021 – Preventicus vs EUIPO (NIGHTWATCH)

49

2022/C 37/65

Kawża T-743/21: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Novembru 2021 – Ryanair vs Il-Kummissjoni

50

2022/C 37/66

Kawża T-744/21: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Novembru 2021 – Medela vs EUIPO (MAXFLOW)

51

2022/C 37/67

Kawża T-745/21: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Novembru 2021 – Rotkäppchen-Mumm Sektkellereien vs EUIPO – Cantina San Donaci (Passo Lungo)

51

2022/C 37/68

Kawża T-747/21: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Novembru 2021 – Borussia VfL 1900 Mönchengladbach vs EUIPO – Neng (Fohlenelf)

52

2022/C 37/69

Kawża T-749/21: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Novembru 2021 – Gerhard Grund Gerüste vs EUIPO – Josef Grund Gerüstbau (Josef Grund Gerüstbau)

53

2022/C 37/70

Kawża T-752/21: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Novembru 2021 – Associação do Socorro e Amparo vs EUIPO – De Bragança (quis ut Deus)

53

2022/C 37/71

Kawża T-755/21: Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Diċembru 2021 – Illumina vs Il-Kummissjoni

54

2022/C 37/72

Kawża T-757/21: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Diċembru 2021 – Activa – Grillküche vs EUIPO – Targa (Apparat għax-xiwi)

55

2022/C 37/73

Kawża T-759/21: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Diċembru 2021 – Société des produits Nestlé vs EUIPO – The a2 Milk Company (A2)

56


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

24.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2022/C 37/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 24, 17.1.2022

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 11, 10.1.2022

ĠU C 2, 3.1.2022

ĠU C 513, 20.12.2021

ĠU C 502, 13.12.2021

ĠU C 490, 6.12.2021

ĠU C 481, 29.11.2021

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

24.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/2


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas-17 ta’ Novembru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de Primera Instancia no 38 de Barcelona – Spanja) – Marc Gómez del Moral Guasch vs Bankia SA

(Kawża C-655/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Protezzjoni tal-konsumaturi - Direttiva 93/13/KEE - Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi - Kuntratt ta’ self ipotekarju - Rata ta’ interessi varjabbli - Indiċi ta’ referenza għal self ipotekarju (IRSI) - Stħarriġ ta’ trasparenza mill-qorti nazzjonali - Evalwazzjoni tan-natura inġusta tal-klawżoli kuntrattwali - Konsegwenzi tal-konstatazzjoni tan-nullità - Sentenza tat-3 ta’ Marzu 2020, Gómez del Moral Guasch (C-125/18, EU:C:2020:138) - Kwistjonijiet ġodda)

(2022/C 37/02)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de Primera Instancia no 38 de Barcelona

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Marc Gómez del Moral Guasch

Konvenut: Bankia SA

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 5 tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, u r-rekwiżit ta’ trasparenza tal-klawżoli kuntrattwali, fil-kuntest ta’ self ipotekarju, għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma jippermettu lill-bejjiegħ jew fornitur ma jintegrax f’tali kuntratt id-definizzjoni kompleta tal-parametru referenzjarju li jservi għall-kalkolu ta’ rata ta’ interessi varjabbli jew li ma jagħtix lill-konsumatur, qabel il-konklużjoni ta’ dan il-kuntratt, fuljett ta’ informazzjoni li juri l-istat tal-evoluzzjoni preċedenti ta’ dan il-parametru, għar-raġuni li l-informazzjoni dwar l-imsemmi parametru hija s-suġġett ta’ publikazzjoni uffiċjali, bil-kundizzjoni li, fid-dawl tal-elementi ta’ informazzjoni pubblikament disponibbli u aċċessibbli kif ukoll tal-informazzjoni pprovduta, skont il-każ, mill-bejjiegħ jew fornitur, konsumatur medju, normalment informat u raġjonevolment attent u avżat, kien f’pożizzjoni li jifhem il-funzjonament konkret tal-mod ta’ kalkolu tal-parametru referenzjarju u li għalhekk jevalwa, abbażi ta’ kriterji preċiżi u li jinftiehmu, il-konsegwenzi ekonomiċi, potenzjalment sinjifikattivi, ta’ tali klawżola fuq l-obbligi finanzjarji tiegħu.

2)

L-Artikolu 3(1), l-Artikolu 4(2) u l-Artikolu 5 tad-Direttiva 93/13 għandhom jiġu interpretati fis-sens li, meta qorti nazzjonali tqis li klawżola kuntrattwali li għandha bħala suġġett l-iffissar tal-mod ta’ kalkolu ta’ rata ta’ interessi varjabbli f’kuntratt ta’ self ipotekarju ma hijiex redatta b’mod ċar u li jinftiehem, fis-sens tal-Artikolu 4(2) jew tal-Artikolu 5 ta’ din id-direttiva, hija għandha teżamina jekk din il-klawżola hijiex “inġusta”, fis-sens tal-Artikolu 3(1) tal-imsemmija direttiva.

3)

L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 93/13 għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa jimponi fuq il-qorti nazzjonali l-obbligu li toffri lill-konsumatur l-għażla bejn, minn naħa, reviżjoni ta’ kuntratt permezz tas-sostituzzjoni ta’ klawżola kuntrattwali li tistabbilixxi rata ta’ interessi varajbbli deċiża bħala inġusta bi klawżola li tagħmel riferiment għal parametru previst mil-liġi b’mod supplettiv u, min-naħa l-oħra, annullament tal-kuntratt ta’ self ipotekarju fit-totalità tiegħu, meta dan ma jistax jissussisti mingħajr din il-klawżola.

4)

L-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 93/13, moqrija fid-dawl tal-Artikolu 1(2) ta’ din id-direttiva, għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma ma jipprekludux li, fil-każ ta’ nullità ta’ klawżola inġusta li tistabbilixxi parametru referenzjarju għall-kalkolu tal-interessi varjabbli ta’ self, il-qorti nazzjonali, b’osservanza tal-kundizzjonijiet previsti fil-punt 67 tas-sentenza tat-3 ta’ Marzu 2020, Gómez del Moral Guasch (C-125/18, EU:C:2020:138), tissostitwixxi għal dan il-parametru, parametru legali, applikabbli fl-assenza ta’ ftehim kuntrarju tal-partijiet għall-kuntratt, meta dawn iż-żewġ parametri huma ddeterminati b’mod ta’ kalkolu ta’ livell ta’ kumplessità ekwivalenti u li d-dritt nazzjonali jipprevedi din is-sostituzzjoni fil-każijiet mhux kontenzjużi fejn huwa intiż li jinżamm il-bilanċ tal-benefiċċji bejn il-partijiet, bil-kundizzjoni li l-parametru ta’ sostituzzjoni jirrifletti effettivament dispożizzjoni supplettiva ta’ dritt nazzjonali.

5)

L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 93/13 għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’sitwazzjoni li fiha kuntratt konkluż bejn bejjiegħ jew fornitur u konsumatur ma jistax jissustixxi wara t-tneħħija ta’ klawżola inġusta u li l-annullament tal-kuntratt fit-totalità tiegħu jesponi lill-konsumatur għal konsegwenzi li partikolarment jikkawżaw preġudizzju, il-qorti nazzjonali tista’ tirrimedja n-nullità ta’ din il-klawżola billi tissostitwixxiha b’dispożizzjoni ta’ dritt nazzjonali ta’ natura supplettiva, u l-applikazzjoni tar-rata li tirriżulta mill-parametru ta’ sostituzzjoni għandha ssir fid-data tal-konklużjoni tal-kuntratt.


(1)  Data tal-preżentata: 2.12.2020.


24.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/3


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas-17 ta’ Novembru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de Primera Instancia no 2 de Ibiza – Spanja) – YB vs Unión de Créditos Inmobiliarios SA

(Kawża C-79/21) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikoli 53 u 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Protezzjoni tal-konsumaturi - Direttiva 93/13/KEE - Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi - Kuntratt ta’ self ipotekarju - Rata ta’ interessi vajabbli - Indiċi ta’ referenza tas-self ipotekarju (IRPH) - Stħarriġ ta’ trasparenza mill-qorti nazzjonali - Obbligu ta’ informazzjoni - Evalwazzjoni tan-natura inġusta tal-klawżoli kuntrattwali - Rekwiżiti ta’ bona fide, ta’ bilanċ u ta’ trasparenza - Konsegwenzi tal-konstatazzjoni tan-nullità)

(2022/C 37/03)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de Primera Instancia no 2 de Ibiza

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: YB

Konvenut: Unión de Créditos Inmobiliarios SA

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 5 tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, u r-rekwiżit ta’ trasparenza tal-klawżoli kuntrattwali, fil-kuntest ta’ self ipotekarju, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni u ġurisprudenza nazzjonali li jeżentaw lill-professjonist milli jipprovdi lill-konsumatur, waqt il-konklużjoni ta’ kuntratt ta’ self ipotekarju, l-informazzjoni dwar l-evoluzzjoni fl-imgħoddi tal-indiċi ta’ referenza, mill-inqas matul l-aħħar sentejn, permezz ta’ paragun ma’ mill-inqas indiċi differenti wieħed bħall-indiċi Euribor, sakemm din il-leġiżlazzjoni u din il-ġurisprudenza nazzjonali jippermettu lill-qorti tiżgura ruħha madankollu li, fid-dawl tal-elementi ta’ informazzjoni disponibbli u aċċessibbli għall-pubbliku kif ukoll fid-dawl tal-informazzjoni pprovduta, jekk ikun il-każ, mill-professjonist, konsumatur medju, normalment informat u raġonevolment attent u avżat, seta’ jifhem il-funzjonament konkret tal-metodu għall-kalkolu tal-indiċi ta’ referenza u b’dan il-mod jevalwa, abbażi ta’ kriterji preċiżi u li jinftiehmu, il-konsegwenzi ekonomiċi, potenzjalment sinjifikattivi, ta’ tali klawżola fuq l-obbligi finanzjarji tiegħu.

2)

L-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 93/13 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni u ġurisprudenza nazzjonali li jqisu li l-assenza ta’ bona fide tal-professjonist hija pre-rekwiżit neċessarju għal kull stħarriġ tal-kontenut ta’ klawżola mhux trasparenti ta’ kuntratt konkluż ma’ konsumatur. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tiddetermina jekk, fid-dawl taċ-ċirkustanzi rilevanti kollha tat-tilwima fil-kawża prinċipali, il-professjonist għandux jitqies bħala li aġixxa in bona fide, billi għażel indiċi previst mil-liġi, u jekk il-klawżola li tinkorpora tali indiċi hijiex tali li toħloq żbilanċ sinjifikattiv b’detriment għall-konsumatur bejn id-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet li jirriżultaw mill-kuntratt.

3)

L-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 93/13 għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux li, fil-każ ta’ invalidità ta’ klawżola inġusta li tistabbilixxi indiċi ta’ referenza għall-kalkolu tal-interessi varjabbli ta’ self, il-qorti nazzjonali tissostitwixxi dan l-indiċi b’indiċi legali, applikabbli fl-assenza ta’ ftehim fis-sens kuntrarju tal-partijiet fil-kuntratt, meta dawn iż-żewġ indiċi jipproduċu l-istess effetti, sakemm jiġu osservati l-kundizzjonijiet previsti fil-punt 67 tas-sentenza tat-3 ta’ Marzu 2020, Gómez del Moral Guasch (C-125/18, EU:C:2020:138).

4)

Is-sittax-il domanda magħmula mill-Juzgado de Primera Instancia no 2 de Ibiza (il-Qorti tal-Ewwel Istanza no 2 ta’ Ibiza, Spanja) hija manifestament inammissibbli.


(1)  Data tal-preżentata: 9.2.2021.


24.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/4


Appell ippreżentat fil-25 ta’ Mejju 2021 mill-Giro Travel Company SRL mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fl-24 ta’ Marzu 2021 fil-Kawża T-193/18 – Andreas Stihl vs EUIPO

(Kawża C-327/21 P)

(2022/C 37/04)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Giro Travel Company SRL (rappreżentant: C. N. Frisch, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

B’digriet tas-26 ta’ Novembru 2021, il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla tal-Ammissjoni tal-Appelli) iddeċidiet li l-appell ma kienx ammess u li Giro Travel Company SRL għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.


24.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/5


Appell ippreżentat fid-9 ta’ Ġunju 2021 mill-FCA Italy SpA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fit-28 ta’ April 2021 fil-Kawża T-191/20 – FCA Italy vs EUIPO

(Kawża C-360/21 P)

(2022/C 37/05)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: FCA Italy SpA (rappreżentanti: F. Jacobacci, E. Truffo, avvocati)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

B’digriet tas-6 ta’ Ottubru 2021, il-Qorti tal-Ġustizzja (l-Awla li tiddetermina jekk jistgħux isiru appelli) sostniet li l-appell ma għandux jitħalla jsir u li FCA Italy SpA għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.


24.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/5


Appell ippreżentat fit-18 ta’ Ġunju 2021 minn Hasbro Inc. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla Estiża) fil-21 ta’ April 2021 fil-Kawża T-663/19 – Hasbro vs EUIPO

(Kawża C-373/21 P)

(2022/C 37/06)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Hasbro Inc. (rappreżentant: J. Moss, Barrister)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

Permezz ta’ digriet tal-1 ta’ Diċembru 2021, il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla tal-Ammissjoni tal-Appelli) iddeċidiet li l-appell ma huwiex ammess u li Hasbro Inc. għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.


24.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/5


Appell ippreżentat fil-21 ta’ Ġunju 2021 minn Keun Jig Lee mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fil-21 ta’ April 2021 fil-Kawża T-382/20 – Lee v EUIPO

(Kawża C-381/21 P)

(2022/C 37/07)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Keun Jig Lee (rappreżentanti: F. Jacobacci, avvocato, B. La Tella, avvocatessa)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

Permezz ta’ digriet tat-30 ta’ Novembru 2021, il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla tal-Ammissjoni tal-Appelli) iddeċidiet li l-appell ma jiġix ammess u li Keun Jig Lee għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu.


24.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/6


Appell ippreżentat fil-5 ta’ Awwissu 2021 minn Health Product Group sp. z o.o. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fis-16 ta’ Ġunju 2021 fil-Kawża T-678/19, Health Product Group vs EUIPO

(Kawża C-483/21 P)

(2022/C 37/08)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Health Product Group sp. z o.o. (rappreżentant: M. Kondrat, adwokat)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

Permezz ta’ digriet tat-30 ta’ Novembru 2021, il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla tal-Ammissjoni tal-Appelli) iddeċidiet li l-appell ma kienx ammissibbli u li Health Product Group sp. z o.o. għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


24.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/6


Appell ippreżentat fl-10 ta’ Awwissu 2021 minn Davide Groppi Srl mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fis-16 ta’ Ġunju 2021 fil-Kawża T-187/20 – Davide Groppi vs EUIPO – Viabizzuno (Lampa tal-mejda)

(Kawża C-490/21 P)

(2022/C 37/09)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellant: Davide Groppi Srl (rappreżentanti: F. Boscariol de Roberto, D. Capra, V. Malerba, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

B’digriet tas-26 ta’ Novembru 2021, il-Qorti tal-Ġustizzja (l-Awla li tiddetermina jekk jistgħux isiru appelli) sostniet li l-appell ma għandux jitħalla jsir u li Davide Groppi Srl għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.


24.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/6


Appell ippreżentat fid-19 ta’ Awwissu 2021 minn DI mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla Estiża) fid-9 ta’ Ġunju 2021 fil-Kawża T-514/19, DI v BĊE

(Kawża C-513/21 P)

(2022/C 37/10)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: DI (rappreżentant(i L. Levi, avocate)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Bank Ċentrali Ewropew

Talbiet

L-appellant jitlob lill-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza appellata;

konsegwentement tilqa’ t-talbiet tal-appellanti:

l-annullament tad-deċiżjoni tal-Bord Eżekuttiv tal-ECB tas-7 ta’ Mejju 2019 li timponi t-tkeċċija dixxiplinarja mingħajr avviż;

l-annullament tad-deċiżjoni tal-Bord Eżekuttiv tal-ECB tal-25 ta’ Ġunju 2019 li tirrifjuta li tiftaħ mill-ġdid il-proċeduri dixxiplinari wara l-għeluq tal-proċeduri kriminali;

fi kwalunkwe każ, il-kumpens għad-dannu morali sostnut mill-appellant evalwat ex aequo et bono fl-ammont ta’ EUR 20 000,00;

ir-rimbors tal-ispejjeż kollha.

tikkundanna lill-ECB għall-ispejjeż kollha tal-appell u kif ukoll dawk tal-ewwel istanza.

Aggravji u argumenti prinċipali

Is-sentenza appellata wettqet żball ta’ liġi meta ċaħdet l-ewwel motiv ibbażat fuq in-nuqqas ta’ kompetenza tal-awtur tal-miżuri kkontestati.

Is-sentenza appellata wettqet żball ta’ liġi meta ċaħdet it-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 8.3.2 tar-Regolamenti tal-Persunal u tal-prinċipju ta’ ċertezza legali.

Is-sentenza appellata wettqet żball ta’ liġi meta ċaħdet is-seba’ motiv ibbażat fuq il-ksur tad-dritt għall-preżunzjoni tal-innoċenza u tal-Artikolu 48 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

Is-sentenza appellata wettqet żball ta’ liġi meta ċaħdet ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 8.3.7 tar-Regolamenti tal-Persunal u l-ksur tal-prinċipju ta’ imparzjalità kif stabbilit fl-Artikolu 41 tal-Karta.

Is-sentenza appellata wettqet żball ta’ liġi meta ċaħdet is-sitt motiv ibbażat fuq żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni.


24.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/7


Appell ippreżentat fis-26 ta’ Awwissu 2021 minn CE mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fis-16 ta’ Ġunju 2021 fil-Kawża T-355/19, CE vs Il-Kumitat tar-Reġjuni

(Kawża C-539/21 P)

(2022/C 37/11)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: CE (rappreżentant: M. Casado García-Hirschfeld, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kumitat tar-Reġjuni

Talbiet

Tannulla parzjalment is-sentenza tas-16 ta’ Ġunju 2021, CE vs Il-Kumitat tar-Reġjuni (T-355/19);

Tikkundanna lill-Kumitat tar-Reġjuni għall-ispejjeż kollha, inkluż dawk sostnuti quddiem il-Qorti Ġenerali relatati kemm mal-proċedura prinċipali kif ukoll mal-proċedura għal miżuri provviżorji.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellant jikkontesta b’mod partikolari l-punti 69 u 71, 73 sa 77, 83 sa 91, 109 sa 116, 126 sa 139, 149 u 150 tas-sentenza appellata. Huwa jiżviluppa aggravju uniku insuffiċjenti u ineżatt fid-dritt.


24.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/8


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesarbeitsgericht (il-Ġermanja) fit-13 ta’ Settembru 2021 – ZS vs Zweckverband “Kommunale Informationsverarbeitung Sachsen” KISA, Körperschaft des öffentlichen Rechts

(Kawża C-560/21)

(2022/C 37/12)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesarbeitsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: ZS

Konvenut: Zweckverband “Kommunale Informationsverarbeitung Sachsen” KISA, Körperschaft des öffentlichen Rechts

Domandi preliminari

1)

It-tieni sentenza tal-Artikolu 38(3) tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data(1) għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali, bħalma hija f’dan il-każ l-ewwel sentenza tal-Artikolu 6(4) tal-Bundesdatenschutzgesetz (il-Liġi Federali dwar il-Protezzjoni tad-Data), li torbot it-tkeċċija tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data mill-kontrollur responsabbli għall-ipproċessar tad-data, li jkun il-persuna li timpjega lil dan l-uffiċjal, mar-rekwiżiti li huma speċifikati fiha, u dan irrispettivament minn jekk din it-tkeċċija tkunx dovuta jew le għat-twettiq tal-kompiti tiegħu?

Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda:

2)

It-tieni sentenza tal-Artikolu 38(3) tar-Regolament 2016/679 hija bbażata fuq bażi legali suffiċjenti, b’mod partikolari sa fejn tkopri l-uffiċjali tal-protezzjoni tad-data li jkollhom relazzjoni ta’ xogħol mal-kontrollur responsabbli għall-ipproċessar tad-data?


(1)  ĠU 2016, L 119, p. 1, rettifika fil-ĠU 2018, L 127, p. 2.


24.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/8


Appell ippreżentat fit-23 ta’ Settembru 2021 minn DD mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (ir-Raba’ Awla) fl-14 ta’ Lulju 2021 fil-Kawża T-632/19, DD vs FRA

(Kawża C-587/21 P)

(2022/C 37/13)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: DD (rappreżentant: N. Lorenz, Rechtsanwältin)

Parti oħra fil-proċedura: Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali

Talbiet

L-appellant jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza appellata kollha kemm hi,

konsegwentement,

tannulla d-deċiżjoni tad-direttur tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) tad-19 ta’ Novembru 2018, li tiċħad it-talba tal-appellant taħt l-Artikolu 90(1) tar-Regolamenti tal-Persunal;

jekk ikun meħtieġ, tannulla d-deċiżjoni tad-direttur tal-FRA tat-12 ta’ Ġunju 2018, riċevuta fit-13 ta’ Ġunju 2018, li tiċħad l-ilment taħt l-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal, diretta mill-appellant kontra d-deċiżjoni msemmija hawn fuq tad-19 ta’ Novembru 2019;

tagħti lill-appellant kumpens għad-dannu morali li huwa sofra, kif iddettaljat f’dan l-appell, stmat ex aequo et bono għal EUR 100 000;

tikkundanna lill-FRA għall-ispejjeż kollha.

Aggravji u argumenti prinċipali

Żball ta’ liġi u żnaturament tal-provi rigward l-espożizzjoni tal-fatti.

Żball ta’ liġi u ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali rigward l-ewwel kap ta’ illegalità.

Żball ta’ liġi, ksur tal-awtorità ta’ res judicata, motivazzjoni insuffiċjenti, nuqqas ta’ teħid ta’ deċiżjoni fuq kap ta’ talbiet tal-appellant, żnaturament tal-provi rigward it-tieni kap ta’ illegalità.

Żball ta’ liġi, żball manifest ta’ evalwazzjoni u motivazzjoni insuffiċjenti rigward it-tielet kap ta’ illegalità.

Żball ta’ liġi, żnaturament tal-provi, żball manifest ta’ evalwazzjoni, aggravju bbażat fuq il-fatt li l-Qorti Ġenerali aġixxiet ultra viresultra petita, aggravju bbażat fuq il-fatt li l-Qorti Ġenerali ċaħdet b’mod żbaljat l-offerta tal-appellant li jipproduċi fuq talba dokument li kien rilevanti għall-kawża u motivazzjoni insuffiċjenti rigward ir-raba’ kap ta’ illegalità.

Żball ta’ liġi, motivazzjoni insuffiċjenti, klassifikazzjoni ġuridika żbaljata tal-fatti, żnaturament tal-provi u żball manifest ta’ evalwazzjoni rigward il-ħames kap ta’ illegalità.

Żball ta’ liġi, żnaturament tal-provi, nuqqas ta’ teħid ta’ deċiżjoni fuq kap ta’ talbiet tal-appellant, klassifikazzjoni ġuridika żbaljata, aggravju bbażat fuq il-fatt li l-Qorti Ġenerali aġixxiet ultra petita, aggravju bbażat fuq il-fatt li l-Qorti Ġenerali ċaħdet b’mod żbaljat it-talba tal-appellant li tordna l-produzzjoni ta’ dokument rilevanti għall-kawża, eżami mhux komplet tat-talba u aggravju bbażat fuq fastidju invokat mill-appellant rigward is-sitt kap ta’ illegalità.

Żball ta’ liġi rigward is-sezzjoni dwar ir-realtà tad-dannu allegat u ta’ rabta ta’ kawżalità.


24.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/9


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Areios Pagos (il-Greċja) fit-23 ta’ Settembru 2021 – Charles Taylor Adjusting Limited, FD vs Starlight Shipping Company, Overseas Marine Enterprises INC

(Kawża C-590/21)

(2022/C 37/14)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Qorti tar-rinviju

Areios Pagos.

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Charles Taylor Adjusting Limited, FD

Konvenut: Starlight Shipping Company, Overseas Marine Enterprises INC

Domandi preliminari

1)

L-espressjoni manifestament kontra l-ordni pubbliku tal-Unjoni u, b’estensjoni, mal-ordni pubbliku nazzjonali, li tikkostitwixxi raġuni għaċ-ċaħda ta’ rikonoxximent u għad-dikjarazzjoni ta’ eżekuzzjoni skont il-punt 1 tal-Artikolu 34 u l-Artikolu 45(1) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 44/2001 tat-22 ta’ Diċembru 2000 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali (1), għandha tinftiehem fis-sens li tirrigwarda, minbarra l-anti-suit injunctions, li jipprojbixxu l-ftuħ u t-tkomplija ta’ proċedimenti quddiem qorti ta’ Stat Membru ieħor, ukoll deċiżjonijiet u digrieti mogħtija minn qrati ta’ Stati Membri li: i) jipprekludu u jostakolaw lir-rikorrent fir-rigward tal-għoti ta’ protezzjoni ġudizzjarja min-naħa ta’ qorti ta’ Stat Membru ieħor jew fit-tkomplija ta’ proċedimenti diġà pendenti quddiemha, u ii) liema fatt jikkostitwixxi għalhekk indħil fil-ġurisdizzjoni ta’ qorti ta’ Stat Membru ieħor biex tieħu konjizzjoni ta’ tilwima speċifika, diġà pendenti quddiemha u li diġà ġiet attribwita lilha u li titqies li hija kompatibbli mal-ordni pubbliku tal-Unjoni? B’mod iktar partikolari, ir-rikonoxximent u/jew id-dikjarazzjoni ta’ eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni jew ta’ digriet ta’ qorti ta’ Stat Membru li jagħti kumpens pekunjarju provviżorju u bil-quddiem lill-persuni li jitolbuh, ir-rikonoxximent u d-dikjarazzjoni ta’ eżekuzzjoni għall-infieq u l-ispejjeż li jirriżultaw mit-tressiq tal-azzjoni ġudizzjarja jew mit-tkomplija ta’ proċedimenti quddiem il-qorti ta’ Stat Membru ieħor, jinsabu f’kuntrast mal-ordni pubbliku tal-Unjoni skont il-punt 1 tal-Artikolu 34 u l-Artikolu 45(1) tar-Regolament Nru 44/2001 għall-fatt li: a) b’riżultat tal-eżami ta’ tali azzjoni, il-kawża tkun koperta bi ftehim ta’ riżoluzzjoni, konkluż b’mod regolari u kkonfermat minn qorti tal-Istat Membru li jagħti d-deċiżjoni (jew) u digriet u, b) il-qorti tal-Istat Membru l-ieħor adita mill-konvenut b’azzjoni ġdida ma jkollhiex ġurisdizzjoni bis-saħħa ta’ klawżola li tattribwixxi ġurisprudenza esklużiva?

2)

Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda, jeżisti fis-sens veru tal-punt 1 tal-Artikolu 34 tar-Regolament Nru 44/2001, kif delimitat mill-interpretazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja, ostakolu għar-rikonoxximent u d-dikjarazzjoni tan-natura eżekuttiva fil-Greċja tad-deċiżjoni u tad-digrieti msemmija iktar ’il fuq (l-ewwel domanda), mogħtija minn qrati ta’ Stat Membru ieħor (ir-Renju Unit) meta din id-deċiżjoni jew dawn id-digrieti huma manifestament u direttament kuntrarji għall-ordni pubbliku intern konformement mal-prinċipji fundamentali kulturali u legali, adottati fil-pajjiż, u mar-regoli fundamentali tad-dritt Grieg, li jirrigwardaw in-nukleu nnifsu tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja (Artikolu 8 u Artikolu 20 tal-Kostituzzjoni Ellenika, Artikolu 33 tal-Kodiċi Ċivili Grieg u l-prinċipju ta’ preservazzjoni tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja, kif ippreċiżat mill-Artikoli 176 u 173(1) sa (3), 185, 205 u 191 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili Grieg, iċċitati fil-punt 6 tal-motivi) kif ukoll mal-Artikolu 6(1) tal-Karta Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, ta’ natura li jiġġustifika f’tali każ, li d-dritt tal-Unjoni dwar il-moviment liberu tad-deċiżjonijiet ġudizzjarji ma jiġix applikat, u n-nuqqas ta’ rikonoxximent minħabba dan l-ostakolu huwa kompatibbli mal-prinċipji li jassimilaw u jippromwovu l-perspettiva Ewropea?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4,p. 42.


24.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/10


Appell ippreżentat fl-1 ta’ Ottubru 2021 mill-Parlament Ewropew mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fl-14 ta’ Lulju 2021 fil-Kawża T-670/19, Carbajo Ferrero vs Il-Parlament

(Kawża C-613/21 P)

(2022/C 37/15)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: I. Terwinghe, C. González Argüelles, R. Schiano, aġenti)

Parti oħra fil-proċedura: Fernando Carbajo Ferrero

Talbiet

B’mod prinċipali:

Tannulla s-sentenza tal-14 ta’ Lulju 2021 tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-670/19;

Tibgħat il-kawża lura lill-Qorti Ġenerali;

Tirriżerva l-ispejjeż.

B’mod sussidjarju:

Tannulla s-sentenza tal-14 ta’ Lulju 2021 tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-670/19;

Tiċħad ir-rikors ippreżentat fl-ewwel istanza;

Tikkundanna lil F. Carbajo Ferrero għall-ispejjeż kollha.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-ewwel aggravju tal-appell huwa bbażat, minn naħa, fuq żbalji ta’ liġi dwar l-interpretazzjoni tad-deċiżjoni li tistabbilixxi l-istadji tal-proċedura tal-għażla tal-uffiċjali għolja tas-16 ta’ Mejju 2000, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Bureau tat-18 ta’ Frar 2008, u fuq l-interpretazzjoni tal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ trasparenza u, min-naħa l-oħra, fuq żnaturament tal-fatti. Il-Parlament jargumenta li l-Qorti Ġenerali ddeċidiet b’mod żbaljat li l-proċedura ta’ ħatra tad-Direttur tal-Midja tad-Direttorat Ġenerali tal-Komunikazzjoni saret b’mod irregolari, sa fejn il-Kumitat Konsultattiv tal-ħatra tal-uffiċjali għolja ma użax l-istess kriterji ta’ benchmarking tal-merti matul il-proċedura kollha.

Permezz tat-tieni aggravju, ibbażat fuq żball ta’ liġi u fuq żnaturament tal-fatti u tal-provi, il-Parlament jargumenta li l-qrati li jiddeċiedu fuq il-mertu fehmu b’mod ħażin il-funzjoni tar-rapport tal-intervisti, stabbilit mill-Kumitat Konsultattiv, u kkonkludew b’mod żbaljat li l-Awtorità tal-Ħatra ma ħaditx inkunsiderazzjoni b’mod korrett l-esperjenza professjonali tar-rikorrent.


24.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Ravensburg (il-Ġermanja) fis-6 ta’ Ottubru 2021 – RU, PO vs Nissan Leasing, Volkswagen Leasing GmbH

(Kawża C-617/21)

(2022/C 37/16)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Ravensburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: RU, PO

Konvenuti: Nissan Leasing, Volkswagen Leasing GmbH

Domandi preliminari

1)

Kuntratti ta’ leasing għal vetturi bil-mutur li huma bbażati fuq il-kilometraġġ, ta’ żmien fiss ta’ madwar sentejn jew iktar, li jeskludu d-dritt ordinarju ta’ xoljiment u li taħthom il-konsumatur għandu jiżgura li l-vettura tkun koperta minn assigurazzjoni għar-responsabbiltà ċivili u minn assigurazzjoni komprensiva li tkopri r-riskji kollha, huwa repsonsabbli wkoll sabiex jasserixxi d-drittijiet tiegħu fil-każ ta’ difetti fil-konfront ta’ terzi (b’mod partikolari fil-konfront tal-konċessjonarju u tal-produttur tal-vettura) u, barra minn hekk, iġorr ir-riskju ta’ telf, ħsara u deprezzament ieħor, jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u/jew tad-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE (2) u/ jew id-Direttiva 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2002 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq b’distanza ta’ servizzi finanzjarji ta’ konsumaturi u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 90/619/KEE u d-Direttivi 97/7/KE u 98/27/KE (3)? Huma kuntratti ta’ kreditu fis-sens tal-Artikolu 3(ċ) tad-Direttiva 2008/48 u/jew kuntratti relatati ma’ servizzi finanzjarji fis-sens tal-punt 12 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2011/83 u l-Artikolu 2(b) tad-Direttiva 2002/65?

2)

Fil-każ li l-kuntratti ta’ leasing għal vetturi bil-mutur li huma bbażati fuq il-kilometraġġ, kif deskritti fl-ewwel domanda, huma kuntratti relatati ma’ servizzi finanzjarji:

a)

Il-post tan-negozju ta’ persuna li tipprepara t-tranżazzjonijiet konklużi mal-konsumaturi f’isem il-kummerċjant, iżda li hija stess ma għandha l-ebda setgħa ta’ rappreżentanza sabiex tikkonkludi l-kuntratti inkwistjoni għandu jitqies ukoll bħala l-post tan-negozju immobbli fis-sens tal-punt 9 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2011/83?

Fl-affermattiv:

b)

Dan japplika wkoll fejn il-persuna li tħejji l-bażi għall-kuntratt twettaq attività kummerċjali f‘settur ieħor u/jew ma tkunx awtorizzata taħt il-liġi superviżorja u/jew ċivili sabiex tikkonkludi kuntratti relatati ma’ servizzi finanzjarji?

3)

Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għall-punt (a) jew għall-punt (b) tat-tieni domanda:

L-Artikolu 16(l) tad-Direttiva 2011/83 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kuntratti ta’ leasing għal vetturi bil-mutur li huma bbażati fuq il-kilometraġġ, kif deskritti fl-ewwel domanda, jaqgħu taħt din l-eċċezzjoni?

4)

Fil-każ li l-kuntratti ta’ leasing għal vetturi bil-mutur li huma bbażati fuq il-kilometraġġ, kif deskritti fl-ewwel domanda, huma kuntratti relatati ma’ servizzi finanzjarji:

a)

Kuntratt mill-bogħod fis-sens tal-Artikolu 2(a) tad-Direttiva 2002/65 u tal-punt 7 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2011/83 jeżisti wkoll fejn l-uniku kuntatt personali waqt negozjati kuntrattwali kien ma’ persuna li ppreparat it-tranżazzjonijiet konklużi mal-konsumaturi f’isem il-kummerċjant iżda li hija stess ma għandha l-ebda setgħa ta’ rappreżentanza sabiex tikkonkludi l-kuntratti inkwistjoni?

Fin-negattiv:

b)

Dan japplika wkoll fejn il-persuna li ppreparat il-kuntratt twettaq attività kummerċjali f’settur ieħor u/jew ma tkunx awtorizzata taħt il-liġi superviżorja u/jew ċivili sabiex tikkonkludi kuntratti relatati ma’ servizzi finanzjarji?


(1)  ĠU 2011, L 304, p. 64.

(2)  ĠU 2008, L 133, p. 66, rettifiki fil-ĠU 2009, L 207, p. 14, fil-ĠU 2010, L 199, p. 40, u fil-ĠU 2011, L 234, p. 46.

(3)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 4, p. 321, rettifika fil-ĠU 2013, L 228, p. 14.


24.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fit-8 ta’ Ottubru 2021 – VB vs GUPFINGER Einrichtungsstudio GmbH

(Kawża C-625/21)

(2022/C 37/17)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberster Gerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: VB

Konvenut: GUPFINGER Einrichtungsstudio GmbH

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (1) (iktar ’il quddiem id-“Direttiva dwar il-klawżoli inġusti”), għandhom jiġu interpretati fis-sens li, fil-kuntest tal-eżami ta’ talba għad-danni kuntrattwali ta’ imprenditur kontra konsumatur, ibbażata fuq l-irtirar mhux iġġustifikat mill-kuntratt mill-konsumatur, l-applikazzjoni tad-dritt nazzjonali supplimentari tkun diġà eskluża meta t-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali tal-imprenditur jinkludu klawżola inġusta li, flimkien mad-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali supplimentari, tagħti lill-imprenditur l-għażla ta’ kumpens fil-forma ta’ somma f’daqqa kontra konsumatur li jikser il-kuntratt?

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda:

2)

Tali applikazzjoni tad-dritt nazzjonali supplimentari tiġi eskluża wkoll meta l-imprenditur ma jibbażax it-talba għad-danni tiegħu kontra l-konsumatur fuq dik il-klawżola?

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel u għat-tieni domanda:

3)

Huwa kontra d-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni ċċitati iktar ’il fuq li, fil-każ ta’ klawżola li tinkludi diversi dispożizzjonijiet (pereżempju sanzjonijiet alternattivi fil-każ ta’ rtirar mhux iġġustifikat mill-kuntratt), dawk il-partijiet tal-klawżola li, fi kwalunkwe każ, jikkorrispondu mad-dritt nazzjonali supplimentari u li ma għandhomx jiġu kklassifikati bħala inġusti, jinżammu fir-relazzjonijiet kuntrattwali?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288.


24.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (l-Awstrija) fil-11 ta’ Ottubru 2021 – Funke Sp. z o.o.

(Kawża C-626/21)

(2022/C 37/18)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Funke Sp. z o.o.

Konvenut: Landespolizeidirektion Wien

Domandi preliminari

id-Direttiva 2001/95KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Diċembru 2001 dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti (1) fil-verżjoni tagħha emendata bir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 339/93 (2) kif ukoll bir-Regolament (KE) Nru 596/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2009 li jadatta ċerti atti suġġetti għall-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE, b’rabta mal-proċedura regolatorja bi skrutinju – Adattament għall-proċedura regolatorja bi skrutinju – Ir-Raba’ Parti (3), b’mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu u l-Anness II tagħha,

ir-Regolament (KE) Nru 765/2008, b’mod partikolari l-Artikoli 20 u 22 tiegħu, kif ukoll

id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/417 tat-8 ta’ Novembru 2018 li tiffissa linji gwida għall-ġestjoni tas-Sistema ta’ Informazzjoni Rapida tal-Unjoni Ewropea “RAPEX” stabbilita skont l-Artikolu 12 tad-Direttiva 2001/95/KE dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti u s-sistema ta’ notifika tagħha (4), għandhom jiġu interpretati fis-sens

1.

li d-dritt ta’ operatur ekonomiku sabiex jikkompleta notifika tar-RAPEX jirriżulta direttament minn dawn id-dispożizzjonijiet?

2.

li d-deċiżjoni dwar tali talba’ taqa’ taħt il-kompetenza tal-Kummissjoni Ewropea?

jew

3.

li d-deċiżjoni dwar tali talba taqa’ taħt il-kompetenza tal-awtorità tal-Istat Membru kkonċernat?

(f’każ ta’ risposta fl-affermattiv għat-tielet domanda)

4.

il-protezzjoni ġudizzjarja (nazzjonali) kontra tali deċiżjoni hija suffiċjenti meta tingħata mhux lil kulħadd, iżda unikament lill-operatur ekonomiku kkonċernat mill-miżura (obbligatorja), kontra l-miżura (obbligatorja) meħuda mill-awtorità?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bi l-Malti, Kapitolu 15, Vol. 6, p. 447.

(2)  ĠU 2008, L 218, p. 30.

(3)  ĠU 2009, L 188, p. 14, rettifika fil-ĠU 2012, L 86, p 25.

(4)  ĠU 2019, L 73, p. 121.


24.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Wiesbaden (il-Ġermanja) fil-15 ta’ Ottubru 2021 – OQ vs Land Hessen

(Kawża C-634/21)

(2022/C 37/19)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgericht Wiesbaden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: OQ

Konvenut Land Hessen

Intervenjent: SCHUFA Holding AG

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 22(1) tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data(1) għandu jiġi interpretat fis-sens li t-tfassil awtomatizzat ta’ valur ta’ probabbiltà li jikkonċerna l-kapaċità tal-persuna kkonċernata li tħallas kreditu fil-futur jikkostitwixxi diġà deċiżjoni bbażata esklużivament fuq ipproċessar awtomatizzat – inkluż it-tfassil tal-profil – li tipproduċi effetti legali li jikkonċernaw lill-persuna kkonċernata jew jaffettwawha b’mod sinjifikattiv b’mod simili, meta dan il-valur, stabbilit permezz ta’ data personali tal-persuna kkonċernata jiġi kkomunikat mill-kontrollur lil terz kontrollur u meta dan tal-aħħar jibbaża ruħu b’mod determinanti fuq l-imsemmi valur għad-deċiżjoni tiegħu fuq l-istabbiliment, l-eżekuzzjoni jew it-tmiem ta’ relazzjoni kuntrattwali mal-persuna kkonċernata?

2)

Jekk l-ewwel domanda preliminari tingħata risposta fin-negattiv: l-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 22 tar-Regolament 2016/679 għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li skontha l-użu ta’ valur ta’ probabbiltà – f’dan il-każ, valur dwar is-solvenza u r-rieda tal-persuna fiżika li tħallas meta tkun inkluża informazzjoni dwar dejn – fir-rigward ta’ aġir partikolari fil-futur ta’ persuna fiżika għall-finijiet tad-deċiżjoni dwar l-istabbiliment, l-eżekuzzjoni jew it-tmiem ta’ relazzjoni kuntrattwali ma’ din il-persuna (“scoring”) huwa ammissibbli biss meta jkunu ssodisfatti kundizzjonijiet supplimentari ddeterminati oħra li huma esposti f’iktar dettall fil-motivi ta’ din id-deċiżjoni tar-rinviju?


(1)  ĠU 2016, L 119, p. 1, rettifika fil-ĠU L 127, 23.5.2018, p. 2.


24.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sofiyski rayonen sad (il-Bulgarija) fil-25 ta’ Ottubru 2021 – Proċeduri kriminali kontra М. Ya. M.

(Kawża C-651/21)

(2022/C 37/20)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Sofiyski rayonen sad

Parti fil-proċeduri kriminali nazzjonali

М. Ya. M.

Domandi preliminari

1.

L-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 650/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-infurzar ta’ deċiżjonijiet u l-aċċettazzjoni u l-infurzar ta’ strumenti awtentiċi fil-qasam tas-suċċessjonijiet u dwar il-ħolqien ta’ Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni (1), ikkunsidrat flimkien mal-prinċipju ta’ protezzjoni taċ-ċertezza legali, għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’sitwazzjoni fejn il-werriet ikun għamel, quddiem qorti tal-Istat Membru tar-residenza abitwali tiegħu, dikjarazzjoni li tirrigwarda l-aċċettazzjoni jew ir-rinunzja tas-suċċessjoni ta’ deċedut li fid-data tal-mewt tiegħu kellu r-residenza abitwali tiegħu fi Stat Membru ieħor, jipprekludi li tintalab ir-reġistrazzjoni ulterjuri, f’dan l-aħħar Stat Membru, tal-imsemmija dikjarazzjoni ta’ rinunzja jew ta’ aċċettazzjoni?

2.

Fil-każ li r-risposta għall-ewwel domanda tkun fis-sens li hija possibbli reġistrazzjoni ulterjuri, l-Artikolu 13 tar-Regolament Nru 650/2012, ikkunsidrat flimkien mal-prinċipji ta’ protezzjoni taċ-ċertezza legali u ta’ applikazzjoni effettiva tad-dritt tal-Unjoni Ewropea kif ukoll mal-obbligu ta’ kooperazzjoni bejn l-Istati Membri previst fl-Artikolu 4(3) TUE, għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’sitwazzjoni fejn werriet ikun irrinunzja, fl-Istat Membru tar-residenza abitwali tiegħu, għas-suċċessjoni ta’ deċedut komuni, jippermetti li werriet ieħor, li jirrisjedi fl-Istat Membru fejn kellu r-residenza abitwali tiegħu d-deċedut fid-data tal-mewt tiegħu, jitlob ir-rikonoxximent ta’ din ir-rinunzja, minkejja l-fatt li d-dritt proċedurali ta’ dan l-aħħar Stat Membru ma jipprevedix il-possibbiltà li rinunzja għas-suċċessjoni tiġi rreġistrata f’isem ħaddieħor?


(1)  ĠU 2012, L 201, p. 107, rettifiki fil-ĠU 2012, L 344, p. 3, u fil-ĠU 2013, L 60, p. 140.


24.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fis-27 ta’ Ottubru 2021 – Syndicat Uniclima vs Ministre de l’Intérieur

(Kawża C-653/21)

(2022/C 37/21)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Syndicat Uniclima

Konvenut: Ministre de l’Intérieur

Domandi preliminari

1)

L-armonizzazzjoni imposta mid-Direttivi 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar il-makkinarju, u li temenda d-Direttiva 95/16/KE (1), mid-Direttiva 2014/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għat-tqegħid fis-suq ta’ tagħmir elettriku ddisinjat għall-użu fi ħdan ċerti limiti tal-voltaġġ (2) u mid-Direttiva 2014/68/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mat-tqegħid fis-suq ta’ apparat ta’ pressjoni (3) tawtorizza lill-Istati Membri li jistabbilixxu rekwiżiti ta’ sigurtà, u jekk iva taħt liema kundizzjonijiet u f’liema limiti, li japplikaw għat-tagħmir irregolat minnhom, sakemm dawn ir-rekwiżiti ma jinvolvux modifika ta’ dan it-tagħmir li, kif jidher bit-twaħħil tal-“marka CE”, ikun konformi mar-rekwiżiti ta’ dawn id-direttivi?

2)

L-armonizzazzjoni li dawn jimponu tawtorizza lill-Istati Membri li jistabbilixxu, għas-sempliċi użu ta’ dan it-tagħmir f’bini miftuħ għall-pubbliku u fid-dawl tar-riskji partikolari ta’ sigurtà kontra n-nirien, rekwiżiti ta’ sigurtà li jistgħu jinvolvu l-modifika ta’ tagħmir li, madankollu, kif jidher bit-twaħħil tal-“marka CE”, ikun konformi mar-rekwiżiti ta’ dawn id-direttivi?

3)

Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għad-domanda preċedenti, tista’ tingħata risposta pożittiva għaliha jekk ir-rekwiżiti ta’ sigurtà inkwistjoni, minn naħa, ikunu imposti biss meta dan l-istess tagħmir juża refriġeranti li jieħdu n-nar li jissostitwixxu l-gassijiet serra fluworurati, konformement mal-għanijiet stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 517/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 (4) u, min-naħa l-oħra, ikunu relatati biss ma’ dak it-tagħmir li, għalkemm ikun konformi mar-rekwiżiti ta’ dawn id-direttivi, ma joffrix, fir-rigward tar-riskju ta’ nirien fil-każ tal-użu ta’ refriġeranti li jieħdu n-nar, is-sigurtà li jkun issiġillat ermetikament?


(1)  ĠU 2006, L 157, p. 24, rettifika fil-ĠU 2007, L 174, p. 18.

(2)  ĠU 2014, L 96, p. 357.

(3)  ĠU 2014, L 189, p. 164, rettifika fil-ĠU 2015, L 157, p. 112.

(4)  ĠU 2014, L 150, p. 195.


24.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rayonen sad – Nesebar (il-Bulgarija) fis-27 ta’ Ottubru 2021 – Proċeduri kriminali kontra G. ST. T.

(Kawża C-655/21)

(2022/C 37/22)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Rayonen sad – Nesebar

Parti fil-proċeduri kriminali nazzjonali

G. ST. T.

Domandi preliminari

1.

Leġislazzjoni u ġurisprudenza li minnhom jirriżulta li d-danni mġarrba mid-detentur jagħmlu parti mill-elementi kostitwenti tar-reati kriminali previsti fl-Artikolu 172b(1) u (2) tan-Nakazatelen kodeks (il-Kodiċi Kriminali, iktar ’il quddiem in-“NK”) huma konformi mal-istandards dwar id-danni kkawżati mill-eżerċizzju illegali ta’ drittijiet intellettwali introdotti permezz tad-Direttiva 2004/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (1)?

2.

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda: il-mekkaniżmu ta’ preżunzjoni għad-determinazzjoni tad-danni, li ġie introdott fir-Repubblika tal-Bulgarija permezz tal-ġurisprudenza u li jwassal sabiex id-danni jiġu ddeterminati fl-ammont tal-valur tal-merkanzija offruta għall-bejgħ, ikkalkolat skont il-prezzijiet bl-imnut ta’ merkanzija prodotta b’mod legali, huwa konformi mal-istandards previsti fid-Direttiva 2004/48?

3.

Leġizlazzjoni li ma tistabbilixxix distinzjoni bejn il-ksur amministrattiv (Artikolu 127(1) taż-Zakon za markite i geografskite oznachenia (il-Liġi dwar it-Trade Marks u l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi, iktar ’il quddiem iż-“ZMGO”) fil-verżjoni attwali ta’ din il-liġi u Artikolu 81(1) taż-ZMGO fis-seħħ fl-2016), ir-reat kriminali previst fl-Artikolu 172b(1) tan-NK u, fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda, ir-reat kriminali previst fl-Artikolu 172b(2) tan-NK, hija konformi mal-prinċipju ta’ nullum crimen, sine lege, kif iddikjarat fl-Artikolu 49 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea?

4.

Il-pieni previsti fl-Artikolu 172b(2) tan-NK, jiġifieri bejn ħames u tmien snin privazzjoni tal-libertà u multa ta’ bejn BGN 5 000 u BGN 8 000, huma konformi mal-prinċipju ddikjarat fl-Artikolu 49(3) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, li jipprovdi li s-severità tal-piena ma għandhiex tkun sproporzjonata għar-reat?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 2, p. 32.


24.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD) (il-Portugall) fid-29 ta’ Ottubru 2021 – IM GESTÃO DE ATIVOS – SOCIEDADE GESTORA DE ORGANISMOS DE INVESTIMENTO COLETIVO, S.A. et vs Autoridade Tributária e Aduaneira

(Kawża C-656/21)

(2022/C 37/23)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: IM GESTÃO DE ATIVOS – SOCIEDADE GESTORA DE ORGANISMOS DE INVESTIMENTO COLETIVO, S.A. et

Konvenut: Autoridade Tributária e Aduaneira

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 5(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/7/KE tat-12 ta’ Frar 2008 dwar it-taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital (1) jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħall-approprjazzjoni 17.3.4 tal-Código do Imposto do Selo (il-Kodiċi tat-Taxxa tal-Boll), li tipprevedi t-tassazzjoni fil-forma ta’ taxxa tal-boll fuq il-kummissjonijiet imposti minn banek lill-entitajiet ta’ ġestjoni ta’ fondi ta’ titoli b’kapital varjabbli għall-provvista ta’ servizzi lil dawn tal-aħħar relatati mal-attività tal-banek intiża għat-twettiq ta’ sottoskrizzjonijiet ġodda ta’ Unitajiet ta’ Ishma, jiġifieri li tirrigwarda dħul ġdid ta’ kapital mill-fondi ta’ investiment u li jimmaterjalizza ruħu bis-sottoskrizzjoni ta’ unitajiet ġodda ta’ ishma maħruġa mill-fondi?

2)

L-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2008/7 jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi t-tassazzjoni fil-forma ta’ taxxa tal-boll fuq il-kummissjonijiet ta’ ġestjoni imposti mill-entitajiet ta’ ġestjoni fuq il-fondi ta’ titoli b’kapital varjabbli, sa fejn dawn il-kummissjonijiet jinkludu l-impożizzjoni mill-ġdid tal-kummissjonijiet imposti mill-banek lill-entitajiet ta’ ġestjoni għall-attività msemmija?


(1)  ĠU 2008, L 46, p. 11.


24.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākā tiesa (Senāts) (il-Latvja) fit-8 ta’ Novembru 2021 – SIA “Druvnieks” vs Lauku atbalsta dienests

(Kawża C-668/21)

(2022/C 37/24)

Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

Qorti tar-rinviju

Augstākā tiesa (Senāts)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: SIA “Druvnieks”

Konvenut: Lauku atbalsta dienests

Domandi preliminari

1)

L-applikazzjoni tal-Artikolu 60 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008, hija ġġustifikata meta impriża oħra tal-proprjetarju tal-kumpannija li titlob l-għajnuna tkun wettqet ksur li l-konsegwenzi finanzjarji tiegħu ma ġewx irrimedjati u meta l-kumpannija li titlob l-għajnuna effettivament ħadet l-attività agrikola ta’ din l-impriża?

2)

L-Artikolu 60 tar-Regolament Nru 1306/2013, jista’ jiġi applikat b’tali mod li jkun ikkonstatat li persuna evitat is-sanzjoni amministrattiva prevista fl-Artikolu 64(4)(d) tal-imsemmi regolament, meta ebda deċiżjoni ma ttieħdet fil-konfront tal-kumpannija rikorrenti jew tal-proprjetarju tagħha sabiex tiġi imposta sanzjoni amministrattiva li twassal għall-esklużjoni tagħha miċ-ċirku tal-applikanti għall-għajnuna?

3)

L-Artikolu 60 tar-Regolament Nru 1306/2013, jista’ jiġi applikat fis-sens li l-awtorità inkarigata mill-eżami tal-proposta ta’ abbozz għandha tivverifika jekk impriżi oħrajn miżmuma preċedentement mill-proprjetarju tal-kumpannija li titlob l-għajnuna jaqgħux taħt il-punt (14) tal-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 702/2014 (2) tal-25 ta’ Ġunju 2014 li jiddikjara ċertu kategoriji ta’ għajnuna fis-setturi tal-agrikoltura u l-forestrija u f’żoni rurali kompatibbli mas-suq intern bl-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, fil-każ ta’ nuqqas ta’ osservanza, tiċħad il-proposta ta’ abbozz mingħajr ebda evalwazzjoni individwali oħra tal-fatti?


(1)  ĠU 2013, L 347, p. 549, u rettifiki fil-ĠU 2016, L 130, p. 6, u fil-ĠU 2017, L 327, p. 83.

(2)  ĠU 2014, L 193, p. 1.


24.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte suprema di cassazione (l-Italja) fil-15 ta’ Novembru 2021 – VW, Legea S.r.l. vs SW, CQ, ET, VW, Legea S.r.l.

(Kawża C-686/21)

(2022/C 37/25)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte suprema di cassazione

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: VW, Legea S.r.l.

Konvenuti: SW, CQ, ET, VW, Legea S.r.l.

Domandi preliminari

1)

Il-fatt li regoli Komunitarja (1) jipprevedu d-dritt ta’ esklużività lil proprjetarju ta’ trade mark tal-Unjoni u fl-istess waqt anki l-possibbiltà li l-proprjetà tappartjeni lil iktar minn persuna waħda pro quota, ifisser li l-konċessjoni għal użu tat-trade mark komuni lil terzi b’mod esklużiv, b’mod gratuwitu u għal żmien indeterminat, tista’ tiġi deċiża mill-maġġoranza tal-proprjetarji komuni jew teħtieġ kunsens b’mod unanimu?

2)

F’din it-tieni perspettiva, fil-każ ta’ trade marks nazzjonali u Komunitarji li jappartjenu lil iktar minn persuna waħda, interpretazzjoni li tistabbilixxi l-impossibbiltà li wieħed mill-proprjetarji komuni tat-trade mark mogħtija b’konċessjoni lil terzi permezz ta’ deċiżjoni unanima, b’mod gratuwitu u għal żmien indeterminat, jeżerċita unilateralment ir-rexissjoni tal-imsemmija deċiżjoni, hija konformi mal-prinċipji tad-dritt Komunitarju? Jew inkella, alternattivament, għandha titqies li hija konformi mal-prinċipji Komunitarji interpretazzjoni opposta, jiġifieri interpretazzjoni li teskludi li l-proprjetarju komuni jkun marbut indefinittivament bil-ftehim oriġinali, fejn ikun jista’ jinħeles minn dan il-ftehim b’effett fuq l-att ta’ konċessjoni?


(1)  Direttiva (UE) 2015/2436 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2015 biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks (ĠU 2015, L 336, p. 1, u r-rettifika fil-ĠU 2016, L 110, p. 5); Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2017 dwar it-trademark tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2017, L 154, p. 1).


24.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fis-17 ta’ Novembru 2021 – Confédération paysanne, Réseau Semences Paysannes, Les Amis de la Terre France, Collectif vigilance OGM et Pesticides 16, Vigilance OG2M, CSFV 49, OGM: dangers, Vigilance OGM 33 vs Premier ministre, Ministre de l’Agriculture et de l’Alimentation

(Kawża C-688/21)

(2022/C 37/26)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Confédération paysanne, Réseau Semences Paysannes, Les Amis de la Terre France, Collectif vigilance OGM et Pesticides 16, Vigilance OG2M, CSFV 49, OGM: dangers, Vigilance OGM 33

Konvenuti: Premier ministre, Ministre de l’Agriculture et de l’Alimentation

Parti oħra: Fédération française des producteurs d’oléagineux et de protéagineux

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Marzu 2001 dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta’ organiżmi modifikati ġenetikament u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE (1), moqri flimkien mal-punt 1 tal-Anness I B ta’ din id-direttiva u fid-dawl tal-premessa 17 tagħha, għandu jiġi interpretat fis-sens li, sabiex issir distinzjoni bejn it-tekniki/metodi ta’ mutaġenesi t-tekniki/metodi li kienu tradizzjonalment użati għal diversi applikazzjonijiet u li għandhom rekord ta’ sikurezza għal żmien twil, fis-sens tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-25 ta’ Lulju 2018, hemm lok li jiġu kkunsidrati biss il-modalitajiet li skonthom l-aġent mutaġeniku jimmodifika l-materjal ġenetiku tal-organiżmu jew il-varjazzjonijiet kollha fl-organiżmu indotti mill-proċess użat, inklużi l-varjazzjonijiet somaklonali, li jistgħu jaffettwaw is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent?

2)

L-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/18/KE tat-12 ta’ Marzu 2001, moqri flimkien mal-punt 1 tal-Anness IB, ta’ din id-direttiva u fid-dawl tal-premessa 17 tagħha, għandu jiġi interpretat fis-sens li, sabiex jiġi ddeterminat jekk teknika/metodu ta’ mutaġenesi intużatx/intużax tradizzjonalment għal diversi applikazzjonijiet u jekk għandhiex/għandux rekord ta’ sikurezza għal żmien twil, fis-sens tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-25 ta’ Lulju 2018, hemm lok li jittieħdu inkunsiderazzjoni biss il-kulturi fil-kamp sħiħ ta’ organiżmi miksuba b’dan il-metodu/teknika jew jekk huwiex possibbli li jittieħed kont ukoll tax-xogħolijiet u pubblikazzjonijiet ta’ riċerka li ma humiex relatati ma’ dawn il-kulturi u jekk, fir-rigward ta’ dawn ix-xogħlijiet u pubblikazzjonijiet, huma dawk biss li jirrigwardaw ir-riskji għas-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent li għandhom jiġu kkunsidrati?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 6, p. 77.


24.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/20


Appell ippreżentat fis-17 ta’ Novembru 2021 minn Brunswick Bowling Products LLC mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fit-8 ta’ Settembru 2021 fil-Kawża T-152/19, Brunswick Bowling Products LLC vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-694/21 P)

(2022/C 37/27)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Brunswick Bowling Products LLC (rappreżentant: R. Marents, avocat)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea, Ir-Renju tal-Isvezja

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla l-punti 1 u 2 tad-dispożittiv tas-sentenza appellata;

tirrinvija l-kawża lura l-Qorti Ġenerali;

jew, sussidjarjament, tannulla l-punti 1 u 2 tad-dispożittiv tas-sentenza appellata u tiddeċiedi r-rikors fl-ewwel istanza u tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1960 (1) fl-intier tagħha;

u, fi kwalunkwe każ, tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-ewwel aggravju, ibbażat fuq ksur tal-Artikoli 263 u 256(1) TFUE ikkunsidrati flimkien, tal-Artikolu 41(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem, il-“Karta”) u tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba inkwantu l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi naqset milli tevalwa l-informazzjoni li fuqha bbażat ruħha jew li naqset milli tibbaża ruħha fuqha l-Kummissjoni biex tadotta d-deċiżjoni finali tagħha u, għaldaqstant, billi naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni l-fatturi rilevanti kollha, filwaqt li, fejn il-Kummissjoni għandha d-dmir li tiżgura li jkollha għad-dispożizzjoni tagħha l-iktar informazzjoni kompleta u affidabbli possibbli, verifika adegwata tal-legalità tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni mill-Qorti Ġenerali timplika verifika dwar jekk il-Kummissjoni bbażatx ruħha fuq l-informazzjoni kollha rilevanti u jekk, fejn applikabbli, l-informazzjoni li fuqha bbażat ruħha l-Kummissjoni hijiex fattwalment preċiża, affidabbli, kompleta u konsistenti.

It-tieni aggravju, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 296(2) TFUE, tal-Artikolu 41(1) u 41(2)(ċ) tal-Karta u tal-obbligu ta’ motivazzjoni inkwantu l-Qorti Ġenerali naqset milli tipprovdi raġunament suffiċjentement iddettaljat u mmotivat, filwaqt li, konformement mal-obbligu ta’ motivazzjoni tagħha, il-Qorti Ġenerali għandha tiżvela r-raġunament tagħha b’tali mod li l-appellanti tkun tista’ tkun taf ir-raġunijiet għad-deċiżjoni mogħtija.


(1)  Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1960 tal-10 ta’ Diċembru 2018 dwar miżura ta’ salvagwardja meħuda mill-Iżvezja skont id-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, biex tipprojbixxi t-tqegħid fis-suq ta’ tip ta’ magna pinsetter u kitt supplimentari li għandu jintuża flimkien ma’ dik it-tip ta’ magna pinsetter, immanifatturata minn Brunswick Bowling & Billiards, u biex tirtira dawk il-magni li diġà tqiegħdu fis-suq (ĠU 2018, L 315, p. 29).


24.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/21


Appell ippreżentat fid-19 ta’ Novembru 2021 minn Mytilinaios AE – Omilos Epicheiriseon mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla Estiża) fit-22 ta’ Settembru 2021 fil-Kawżi magħquda T-639/14 RENV, T-352/15 u T-740/17, Dimosia Epicheirisi Ilektrismou AE vs Il-Kummissjoni Ewropea, sostnuta minn Mytilinaios AE – Omilos Epicheiriseon

(Kawża C-701/21 P)

(2022/C 37/28)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Appellant: Mytilinaios AE – Omilos Epicheiriseon (rappreżentanti: Vassilios-Spyridon Christianos u Georgios Karydis, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: Dimosia Epicheirisi Ilektrismou AE (DEI), Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-Kawżi magħquda T-639/14 RENV, T-325/15 u T-740/17;

jekk ikun hemm bżonn, tibgħat il-kawża lura quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex tagħti deċiżjoni;

tikkundanna lil DEI AE għall-ispejjeż kollha tal-kawża.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-għan tas-sentenza appellata kien li jiġi ddeterminat jekk il-Kummissjoni kienx imissha kellha, fis-sens tal-Artikolu 4(3) u (4) tar-Regolament 2015/1589 (1), dubji jew diffikultajiet serji fir-rigward tal-eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat li tikkonċerna t-tariffa għall-provvista ta’ enerġija elettrika applikata minn DEI AE fir-rigward tal-appellanti wara deċiżjoni ta’ arbitraġġ, dubji jew diffikultajiet serji li kellhom iwasslu lill-Kummissjoni tibda proċedura ta’ investigazzjoni formali.

L-appellanti tinvoka tliet aggravji u ssostni li fis-sentenza appellata:

Fl-ewwel lok, il-Qorti Ġenerali naqset milli teżamina l-prinċipji ġenerali tad-dritt ta’ “nemo auditur […]” u ta’ “venire contra factum proprium” fir-rigward tal-interess leġittimu ta’ DEI AE li tippreżenta rikors għal annullament.

Fit-tieni lok, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi, minn naħa, fir-rigward tal-kriterju ta’ operatur privat previst fl-Artikolu 107(1) TFUE u, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-kwalità tat-tribunal ta’ arbitraġġ bħala korp tal-Istat.

Fit-tielet lok, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni tal-Artikolu 4 tar-Regolament 2015/1589, minn naħa, fir-rigward tar-rekwiżit ta’ dubji jew ta’ diffikultajiet serji dwar l-eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat fil-fażi tal-eżami preliminari tal-ilmenti u, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-inverżjoni tal-oneru tal-prova.


(1)  Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat-13 ta’ Lulju 2015 li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2015, L 248, p. 9).


24.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/22


Appell ippreżentat fil-25 ta’ Novembru 2021 minn Françoise Grossetête (T-722/19) mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fil-15 ta’ Settembru 2021 fil-Kawżi magħquda T-720/19 sa T-725/19, Ashworth et vs Il-Parlament

(Kawża C-714/21 P)

(2022/C 37/29)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Françoise Grossetête (rappreżentanti: J. M. Martínez Gimeno, abogado, D. Sarmiento Ramírez-Escudero, abogado, E. Arnaldos Orts, abogado, F. Doumont, avocat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

Tannulla s-sentenza appellata fit-totalità tagħha;

Tiddeċiedi l-kawża u tannulla d-deċiżjoni tal-Parlament li tinsab fin-noti ta’ ffissar tad-drittijiet għall-pensjoni komplementari dovuti lill-appellanti, sa fejn din tistabbilixxi tnaqqis speċjali ta’ 5 % mill-ammont nominali tal-pensjoni tagħha, imħallas direttament fil-fond ta’ pensjoni komplementari volontarja;

Tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż tal-proċedura tal-appell u tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-722/19.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-aggravji huma bbażati: (i) fuq in-nuqqas ta’ kompetenza tal-Bureau sabiex jadotta d-deċiżjoni tal-Bureau tal-2018, b’mod partikolari, sa fejn din tistabbilixxi kundizzjonijiet materjali għad-drittijiet li kienu fil-proċess li jinkisbu qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolamenti tal-Persunal; (ii) fuq ksur tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 27(2) tar-Regolamenti tal-Persunal minħabba n-nuqqas ta’ osservanza tad-drittijiet li kienu fil-proċess li jinkisbu qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dawn tal-aħħar; (iii) fuq ksur kemm tal-prinċipju ta’ ugwaljanza u ta’ nondiskriminazzjoni kif ukoll tal-prinċipju ta’ proporzjonalità; (iv) fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali (assenza ta’ miżuri tranżitorji) u tal-prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi.


24.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/22


Appell ippreżentat fil-25 ta’ Novembru 2021 minn Gerardo Galeote (T-243/20) mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fil-15 ta’ Settembru 2021 fil-Kawża T-240/20 sa T-245/20, Arnaoutakis et vs il-Parlament

(Kawża C-715/21 P)

(2022/C 37/30)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Gerardo Galeote (rappreżentanti: J. M. Martínez Gimeno, avukat, D. Sarmiento Ramírez-Escudero, avukat, E. Arnaldos Orts, avukat, F. Doumont, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: il-Parlament Ewropew

Talbiet

Tannulla s-sentenza appellata fl-intier tagħha;

Tiddeċiedi fuq il-kawża u tannulla d-deċiżjoni tal-Parlament sa fejn ġiet miċħuda t-talba tar-rikorrent peress li ma laħaqx l-età rikjesta ta’ 65 sena, li jingħata dritt ta’ pensjoni kumplimentari volontarja;

Tikkundanna lill-Parlament għall-ispejjeż tal-proċedura fl-istadju tal-appell u l-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-243/20.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-aggravji huma bbażati fuq: (i) in-nuqqas ta’ kompetenza tal-Bureau li jieħu d-deċiżjoni tal-Bureau 2018, b’mod partikolari, peress li jistabbilixxi Kundizzjonijiet materjali tad-dritt li qed jiġu miksuba qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolamenti tal-Persunal; (ii) il-ksur tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 27(2) tar-Regolamenti tal-Persunal minħabba n-nuqqas ta’ rispett għad-drittijiet li jagħtu titolu prospettiv qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolamenti tal-Persunal; (iii) ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza u nondiskriminazzjoni kif ukoll tal-prinċipju ta’ proporzjonalità; (iv) ksur tal-prinċipju taċ-ċertezza legali (nuqqas ta’ miżuri tranżitorji) u tal-prinċipju tal-aspettattivi leġittimi.


24.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/23


Appell ippreżentat fil-25 ta’ Novembru 2021 minn Graham R. Watson (T-245/20) mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fil-15 ta’ Settembru 2021 fil-Kawżi magħquda T-240/20 sa T-245/20, Arnaoutakis et vs Il-Parlament

(Kawża C-716/21 P)

(2022/C 37/31)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Graham R. Watson (rappreżentanti: J. M. Martínez Gimeno, abogado, D. Sarmiento Ramírez-Escudero, abogado, E. Arnaldos Orts, abogado, F. Doumont, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

Tannulla s-sentenza appellata fit-totalità tagħha;

Tiddeċiedi t-tilwima u tannulla d-deċiżjoni tal-Parlament sa fejn din tiċħad it-talba tar-rikorrent, minħabba li ma laħaqx l-età meħtieġa ta’ 65 sena, li jingħata dritt għal pensjoni komplementari volontarja;

Tikkundanna lill-Parlament għall-ispejjeż tal-proċedura ta’ appell u tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-245/20.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-aggravji tal-appell huma bbażati: (i) fuq in-nuqqas ta’ kompetenza tal-Bureau sabiex jieħu d-deċiżjoni tal-Bureau tal-2018, b’mod partikolari, sa fejn din tistabbilixxi l-kundizzjonijiet materjali għad-drittijiet li qegħdin jiġu akkwistati qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolamenti tal-Persunal; (ii) fuq il-ksur tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 27(2) tar-Regolamenti tal-Persunal minħabba n-nuqqas ta’ osservanza tad-drittijiet li qegħdin jiġu akkwistati qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dawn tal-aħħar; (iii) fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza u ta’ nondiskriminazzjoni kif ukoll tal-prinċipju ta’ proporzjonalità; (iv) fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali (assenza ta’ miżuri tranżitorji) u tal-prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi.


24.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/24


Appell ippreżentat fl-1 ta’ Diċembru 2021 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla Estiża) fit-22 ta’ Settembru 2021 fil-Kawżi magħquda T-639/14 RENV, Τ-352/15 u Τ-740/17, Dimosia Epicheirisi Ilektrismou AE (DEI) vs Il-Kummissjoni Ewropea sostnuta minn Mytilinaios AE – Omilos Epicheiriseon

(Kawża C-739/21 P)

(2022/C 37/32)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Appellant: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: Antonios Bouchagiar u Paul-John Loewenthal)

Partijiet oħra fil-proċedura: Dimosia Epicheirisi Ilektrismou AE (DEI) (rikorrenti fl-ewwel istanza)

Mytilinaios AE – Omilos Epicheiriseon (intervenjenti fl-ewwel istanza)

Talbiet

Insostenn tal-appell tagħha l-Kummissjoni Ewropea titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla Estiża) tat-22 ta’ Settembru 2021, fil-Kawżi magħquda T-639/14 RENV, T-352/15 u T-740/17, DEI vs Il-Kummissjoni;

taqta’ u tiddeċiedi b’mod definittiv fuq ir-rikors propost fl-ewwel istanza fil-Kawża T-740/17 u tiċħad dan ir-rikors (inkella tiddeċiedi b’mod definittiv fuq it-tielet u r-raba’ motiv, billi tiċħad dawn, kif ukoll dwar l-ewwel u t-tieni parti tal-ħames motiv; u tibgħat lura l-Kawża T-740/17 quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex tiddeċiedi dwar il-motivi l-oħra), u fl-istess waqt tiddeċiedi li r-rikors fil-Kawżi T-639/14 RENV u T-352/15 ma għadx għandu skop u li ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni; kif ukoll

tikkundanna lill-appellata u rikorrenti fl-ewwel istanza għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti tinvoka aggravju wieħed:

Skont l-appellanti, il-Qorti Ġenerali interpretat u applikat b’mod żbaljat l-Artikolu 107(1) TFUE billi qieset li l-Kummissjoni ma setgħatx teskludi l-eżistenza ta’ vantaġġ ibbażat fuq l-applikazzjoni tal-kriterju tal-operatur f’ekonomija tas-suq fir-rikors ta’ DEI għall-arbitraġġ ma’ Mytilineos, iżda kellha teżamina jekk it-tariffa ffissata mit-tribunal ta’ arbitraġġ jikkorrispondi fil-fatt mal-prezz tax-xiri, peress li t-tribunal ta’ arbitraġġ kellu jiġi ttrattat bl-istess mod bħal kwalunkwe qorti oħra tal-Istat.

Abbażi ta’ tali żball ta’ liġi, il-Qorti Ġenerali żbaljat meta kkonkludiet li l-Kummissjoni kellu jkollha dubji, fis-sens tal-Artikolu 4(4) tar-Regolament 2015/1589 (1), li fuq il-bażi tagħhom kellha tibda proċedura ta’ investigazzjoni formali skont l-Artikolu 108(2) TFUE għal dak li jirrigwarda t-tariffa ffissata mit-tribunal ta’ arbitraġġ.


(1)  Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat-13 ta’ Lulju 2015 li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2015, L 248, p. 9).


Il-Qorti Ġenerali

24.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/25


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Novembru 2021 – CX vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-743/16 RENV II) (1)

(“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Sanzjoni dixxiplinarja - Tneħħija minn pożizzjoni - Investigazzjoni mill-OLAF - Negozjati mhux awtorizzati u klandestini ta’ kuntratt - Kunflitt ta’ interessi - Ċertifikazzjoni ta’ fattura mhux konformi - Drittijiet tad-difiża - Dritt għal smigħ - Assenzi repetuti tar-rikorrent u tal-avukat tiegħu għas-seduta dixxiplinarja - Ċertezza legali - Aspettativi leġittimi - Proporzjonalità - Terminu raġonevoli - Prinċipju ta’ ne bis in idem - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Obbligu ta’ motivazzjoni”)

(2022/C 37/33)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: CX (rappreżentant: É. Boigelot, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Bohr u C. Ehrbar, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Ottubru 2013 li imponiet fuq ir-rikorrent is-sanzjoni ta’ tneħħija minn pożizzjoni mingħajr tnaqqis tad-drittijiet tiegħu għal pensjoni u, min-naħa l-oħra, għall-kumpens tad-danni li dan ġarrab minħabba din id-deċiżjoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

CX għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea relatati ma’ din il-proċedura kif ukoll mal-proċeduri fil-Kawżi F-5/14 R, F-5/14, T-493/15 P, T-743/16 RENV u C-131/19 P.


(1)  ĠU C 85, 22.3.2014 (kawża inizjalment irreġistrata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea taħt in-numru F-5/14 u ttrasferita lill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fl-1.9.2016).


24.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/25


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Novembru 2021 – Assi vs Il-Kunsill

(Kawża T-256/19) (1)

(“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra s-Sirja - Iffriżar ta’ fondi - Żbalji ta’ evalwazzjoni - Proporzjonalità - Dritt għall-proprjetà - Dritt li tiġi eżerċitata attività ekonomika - Użu ħażin ta’ poter - Obbligu ta’ motivazzjoni - Drittijiet tad-difiża - Dritt għal smigħ xieraq”)

(2022/C 37/34)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Bashar Assi (Damasku, is-Sirja) (rappreżentant: L. Cloquet, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Kyriakopoulou u V. Piessevaux, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/87 tal-21 ta’ Jannar 2019 li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU 2019, L 18 I, p. 13), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/85 tal-21 ta’ Jannar 2019 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU 2019, L 18 I, p. 4), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/806 tas-17 ta’ Mejju 2019 li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU 2019, L 132, p. 36, rettifika fil-ĠU 2019, L 234, p. 31), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/798 tas-17 ta’ Mejju 2019 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU 2019, L 132, p. 1, rettifika fil-ĠU 2019, L 234, p. 31), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/719 tat-28 ta’ Mejju 2020 li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU 2020, L 168, p. 66), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/716 tat-28 ta’ Mejju 2020 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU 2020, L 168, p. 1), inkwantu dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrent.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/719 tat-28 ta’ Mejju 2020 li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja, u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/716 tat-28 ta’ Mejju 2020 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja, huma annullati inkwantu dawn jikkonċernaw lil Bashar Assi.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, nofs dawk ta’ B. Assi.

4)

B. Assi għandu jbati nofs l-ispejjeż tiegħu.


(1)  ĠU C 246, 22.7.2019.


24.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/26


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Novembru 2021 – Foz vs Il-Kunsill

(Kawża T-258/19) (1)

(“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra s-Sirja - Iffriżar ta’ fondi - Żball ta’ evalwazzjoni - Proporzjonalità - Dritt għall-proprjetà - Dritt li tiġi eżerċitata attività ekonomika - Użu ħażin ta’ poter - Obbligu ta’ motivazzjoni - Drittijiet tad-difiża - Dritt għal smigħ xieraq”)

(2022/C 37/35)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Samer Foz (Dubaï, l-Emirati Għarab Magħquda) (rappreżentanti: L. Cloquet u J.-P. Buyle, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Kyriakopoulou u V. Piessevaux, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/87 tal-21 ta’ Jannar 2019 li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU 2019, L 18 I, p. 13), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/85 tal-21 ta’ Jannar 2019 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU 2019, L 18 I, p. 4), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/806 tas-17 ta’ Mejju 2019 li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU 2019, L 132, p. 36, u rettifika fil-ĠU 2019, L 234, p. 31), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/798 tas-17 ta’ Mejju 2019 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU 2019, L 132, p. 1, u rettifika fil-ĠU 2019, L 234, p. 31), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/719 tat-28 ta’ Mejju 2020 li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU 2020, L 168, p. 66), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/716 tat-28 ta’ Mejju 2020 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU 2020, L 168, p. 1), sa fejn dawn l-atti jirrigwardaw lir-rikorrent.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Samer Foz huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 238, 15.7.2019.


24.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/27


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Novembru 2021 – Aman Dimashq vs Il-Kunsill

(Kawża T-259/19) (1)

(“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra s-Sirja - Iffriżar ta’ fondi - Żball ta’ evalwazzjoni - Proporzjonalità - Dritt għall-proprjetà - Dritt li tiġi eżerċitata attività ekonomika - Użu ħażin ta’ poter - Obbligu ta’ motivazzjoni - Drittijiet tad-difiża - Dritt għal smigħ xieraq - Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva”)

(2022/C 37/36)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Aman Dimashq JSC (Damasku, is-Sirja) (rappreżentanti: L. Cloquet u J.-P. Buyle, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Kyriakopoulou u V. Piessevaux, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/87 tal-21 ta’ Jannar 2019 li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU 2019, L 18 I, p. 13), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/85 tal-21 ta’ Jannar 2019 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU 2019, L 18 I, p. 4), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/806 tas-17 ta’ Mejju 2019 li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU 2019, L 132, p. 36, rettifika fil-ĠU 2019, L 234, p. 31), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/798 tas-17 ta’ Mejju 2019 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU 2019, L 132, p. 1, rettifika fil-ĠU 2019, L 234, p. 31), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/719 tat-28 ta’ Mejju 2020 li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU 2020, L 168, p. 66), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/716 tat-28 ta’ Mejju 2020 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU 2020, L 168, p. 1), inkwantu dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Aman Dimashq JSC hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 238, 15.7.2019.


24.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/28


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Dicembru 2021 – Team Beverage vs EUIPO – Zurich Deutscher Herold Lebensversicherung (Team Beverage)

(Kawża T-359/20) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali Team Beverage - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti TEAM - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

(2022/C 37/37)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Team Beverage AG (Bremen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: O. Spieker, A. Schönfleisch, N. Willich u N. Achilles, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Walicka, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Zurich Deutscher Herold Lebensversicherung AG (Bonn, il-Ġermanja) (rappreżentant: F. Kramer, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ April 2020 (Każ R 2727/2019-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Zurich Deutscher Herold Lebensversicherung u Team Beverage.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Team Beverage AG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 255, 3.8.2020.


24.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/28


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Novembru 2021 – KL vs BEI

(Kawża T-370/20) (1)

(“Servizz pubbliku - Persunal tal-BEI - Stat ta’ saħħa - Kapaċità li persuna taħdem - Assenza mhux iġġustifikata - Rikors għal annullament - Kunċett ta’ invalidità - Ġurisdizzjoni sħiħa - Tilwim ta’ natura pekunjarja - Ħlas retroattiv tal-pensjoni tal-invalidità - Rikors għad-danni”)

(2022/C 37/38)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: KL (rappreżentanti: L. Levi u A. Champetier, avukati)

Konvenut: Il-Bank Ewropew tal-Investiment (rappreżentanti: G. Faedo u M. Loizou, aġenti, assistiti minn A. Duron, avukata)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u l-Artikolu 50a tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u intiża, fl-ewwel lok, għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal-BEI tat-8 ta’ Frar u tat-8 ta’ Marzu 2019 li jiddikjaraw lir-rikorrent bħala kapaċi li jaħdem u assenti b’mod mhux iġġustifikat sa mit-18 ta’ Frar 2019 u, safejn hemm bżonn, tad-deċiżjoni tal-President tal-BEI tas-16 ta’ Marzu 2020 li kkonfermat dawn id-deċiżjonijiet, fit-tieni lok, għall-kundanna tal-BEI għall-ħlas retroattiv tal-pensjoni tal-invalidità tar-rikorrent sa mill-1 ta’ Frar 2019 u, fit-tielet lok, għall-kumpens għad-dannu li r-rikorrent sofra minħabba dawn id-deċiżjonijiet.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjonijiet tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) tat-8 ta’ Frar u tat-8 ta’ Marzu 2019, li jiddikjaraw lil KL bħala kapaċi li jaħdem u assenti b’mod mhux iġġustifikat b’effett mit-18 ta’ Frar 2019, u d-deċiżjoni tal-President tal-BEI tas-16 ta’ Marzu 2020, li tikkonfermahom, huma annullati.

2)

Il-BEI huwa kkundannat iħallas pensjoni tal-invalidità lil KL b’effett mill-1 ta’ Frar 2019, kif ukoll l-interessi moratorji fuq din il-pensjoni sal-ħlas komplet, fejn l-interessi moratorji huma ffissati bir-rata ta’ interessi applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għat-tranżazzjonijiet prinċipali ta’ rifinanzjament tiegħu u fis-seħħ fl-ewwel ġurnata tax-xahar ta’ skadenza tal-ħlas, miżjuda b’żewġ punti, suġġetti għat-tnaqqis tal-ammonti li tħallsu lir-rikorrent bħala remunerazzjoni matul l-istess perijodu u li minnhom jidher li, minħabba l-ħlas tal-pensjoni tal-invalidità, dawn ma kinux dovuti lilu.

3)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

4)

Il-BEI huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 255, 3.8.2020.


24.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/29


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Diċembru 2021 – KY vs Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

(Kawża T-433/20) (1)

(“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Pensjonijiet - Drittijiet għall-pensjoni miksuba qabel id-dħul fis-servizz tal-Unjoni Ewropea - Trasferiment lejn l-iskema tal-Unjoni - Akkreditazzjoni tas-snin ta’ servizz - Restituzzjoni tal-ammont tad-drittijiet għall-pensjoni mhux meħuda inkunsiderazzjoni fis-sistema ta’ kalkolu tas-snin ta’ servizz pensjonabbli tal-Unjoni - Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal - Regola tal-‘minimu tas-sussistenza’ - Arrikkiment indebitu”)

(2022/C 37/39)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: KY (rappreżentant: J.-N. Louis, avukat)

Konvenut: Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Inghelram u A. Ysebaert, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni impliċita, ikkonfermata mid-deċiżjoni espliċita tal-10 ta’ Ottubru 2019, li tiċħad it-talba għal restituzzjoni tal-parti mhux akkreditata tad-drittijiet għall-pensjoni miksuba mir-rikorrenti qabel id-dħul tagħha fis-servizz u ttrasferiti lejn l-iskema tal-pensjoni tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

KY hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 279, 24.8.2020.


24.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/30


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Diċembru 2021 – Inditex vs EUIPO – Ffauf Italia (ZARA)

(Kawża T-467/20) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali ZARA - Trade marks internazzjonali verbali preċedenti LE DELIZIE ZARA u nazzjonali figurattiva preċedenti ZARA - Prova tal-użu ġenwin tat-trade marks preċedenti - Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 47(2) u (3) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament 2017/1001)”)

(2022/C 37/40)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Industria de Diseño Textil, SA (Inditex) (Arteixo, Spanja) (rappreżentanti: G. Marín Raigal u E. Armero Lavie, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: H. O’Neill u V. Ruzek, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Ffauf Italia SpA (Riese Pio X, l-Italja) (rappreżentanti: P. Creta, A. Lanzarini, B. Costa u M. Lazzarotto, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ Mejju 2020 (Każ R 2040/2019-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Ffauf Italia u Inditex.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Industria de Diseño Textil, SA (Inditex) hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 304, 14.9.2020.


24.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/30


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Novembru 2021 – YP vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-581/20) (1)

(“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Promozzjoni - Proċedura ta’ promozzjoni 2019 - Deċiżjoni li ma tingħatax promozzjoni - Artikolu 45 tar-Regolamenti tal-Persunal - Paragun tal-merti - Użu tal-lingwi fil-kuntest tal-funzjonijiet eżerċitati minn uffiċjali allokati għal funzjonijiet lingwistiċi u minn uffiċjali allokati għal funzjonijiet oħra minbarra dawk lingwistiċi - Anzjanità fil-grad - Preżunzjoni ta’ innoċenza - Artikolu 9 tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal - Obbligu ta’ motivazzjoni - Implimentazzjoni ta’ ftehim bonarju”)

(2022/C 37/41)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: YP (rappreżentanti: J. Van Rossum u J.-N. Louis, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Brauhoff, L. Radu Bouyon u L. Hohenecker, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Novembru 2019 li ma tinkludix isem ir-rikorrent fil-lista tal-uffiċjali promossi fil-kuntest tal-proċedura ta’ promozzjoni 2019.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

YP huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 371, 3.11.2020.


24.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/31


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Novembru 2021 – Garment Manufacturers Association in Cambodia vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-454/20) (1)

(“Rikors għal annullament - Politika kummerċjali komuni - Sistema ġġeneralizzata ta’ tariffi doganali preferenzjali stabbiliti mir-Regolament (UE) Nru 978/2012 - Irtirar temporanju tal-preferenzi kummerċjali applikabbli għal ċerti prodotti li joriġinaw mill-Kambodja minħabba ksur gravi u sistematiku tad-drittijiet tal-bniedem - Nuqqas ta’ inċidenza diretta - Nuqqas ta’ inċidenza individwali - Inammissibibltà”)

(2022/C 37/42)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Garment Manufacturers Association in Cambodia (Phnom Penh, il-Kambodja) (rappreżentanti: C. Borelli, S. Monti u C. Ziegler, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Biolan u E. Schmidt, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament parzjali tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/550 tat-12 ta’ Frar 2020 li jemenda l-Annessi II u IV tar-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-irtirar temporanju tal-arranġamenti msemmija fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) Nru 978/2012 fir-rigward ta’ ċerti prodotti li joriġinaw mir-Renju tal-Kambodja (ĠU 2020, L 127, p. 1).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Garment Manufacturers Association in Cambodia hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 287, 31.8.2020.


24.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/32


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Novembru 2021 – Satabank vs BĊE

(Kawża T-494/20) (1)

(“Politika ekonomika u monetarja - Sorveljanza prudenzjali tal-istabbilimenti ta’ kreditu inqas importanti - Regolament (UE) Nru 1024/2013 - Missjonijiet speċifiċi tal-BĊE - Rifjut li ssir sorveljanza prudenzjali diretta - Rifjut li tingħata istruzzjoni lill-persuna kompetenti - Rikors manifestament infondat fid-dritt”)

(2022/C 37/43)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Satabank plc (St. Julians, Malta) (rappreżentant: O. Behrends, avukat)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew (rappreżentanti: C. Hernández Saseta, F. Bonnard u A. Lefterov, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-BĊE tal-15 ta’ Mejju 2020 li tirrifjuta li tiġi żgurata s-superviżjoni diretta tar-rikorrenti u li tagħti struzzjonijiet li jikkonċernawha lill-persuna kompetenti.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Satabank plc hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE).


(1)  ĠU C 371, 3.11.2020.


24.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/32


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Novembru 2021 – RG vs Il-Kunsill

(Kawża T-157/21) (1)

(“Rikors għal annullament - Spazju ta’ libertà, ta’ sigurtà u ta’ ġustizzja - Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn, minn naħa, l-Unjoni u l-Euratom u, min-naħa l-oħra, ir-Renju Unit - Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-firma u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni - Mekkaniżmu ta’ konsenja fuq il-bażi ta’ mandat ta’ arrest - Persuna arrestata u miżmuma fl-Irlanda wara t-tmiem tal-perijodu ta’ transizzjoni għall-finijiet tal-eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest maħruġ mir-Renju Unit matul il-perijodu ta’ transizzjoni - Nuqqas ta’ assenjazzjoni individwali - Att mhux regolatorju - Inammissibbiltà”)

(2022/C 37/44)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: RG (rappreżentant: R. Purcell, solicitor)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Antoniadis, J. Ciantar u A. Stefanuc, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/2252 tad-29 ta’ Diċembru 2020 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra, u tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq dwar il-proċeduri ta’ sigurtà għall-iskambju u għall-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata (ĠU 2020, L 444, p. 2).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talbiet ta’ intervent tal-Irlanda u tal-Kummissjoni Ewropea.

3)

RG huwa kkundannat ibati, minbarra l-ispejjeż tiegħu stess, dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, minbarra dawk relatati mat-talbiet għal intervent.

4)

RG, il-Kunsill, l-Irlanda u l-Kummissjoni għandhom ibatu kull wieħed minnhom l-ispejjeż tagħhom stess relatati mat-talbiet tal-intervent.


(1)  ĠU C 288, 14.6.2021.


24.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/33


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Novembru 2021 – Puigdemont i Casamajó et vs Il-Parlament

(Kawża T-272/21 R II)

(“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Dritt istituzzjonali - Membru tal-Parlament - Privileġġi u immunitajiet - Tneħħija tal-immunità parlamentari ta’ membru tal-Parlament - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza”)

(2022/C 37/45)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Carles Puigdemont i Casamajó (Waterloo, il-Belġju), Antoni Comín i Oliveres (Waterloo), Clara Ponsatí i Obiols (Waterloo) (rappreżentanti: P. Bekaert, G. Boye, J. Costa i Rosselló u S. Bekaert, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: N. Lorenz, N. Görlitz u J.-C. Puffer, aġenti)

Intervenjent insostenn tal-konvenut: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: S. Centeno Huerta, aġent)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet P9_TA(2021)0059, P9_TA(2021)0060 u P9_TA(2021)0061 tal-Parlament tad-9 ta’ Marzu 2021 dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità tar-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


24.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/33


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Nvembru 2021 – VP vs Cedefop

(Kawża T-534/21 R)

(“Talba għal miżuri provviżorji - Servizz pubbliku - Membri tal-persunal temporanju - Talba għal miżuri provviżorji - Inammissibbiltà”)

(2022/C 37/46)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: VP (rappreżentant: L. Levi, avukat)

Konvenut: Ic-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Vokazzjonali (rappreżentanti: T. Bontinck, A. Guillerme et T. Payan, avukati)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża, minn naħa, għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-att tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Cedefop li jappoġġja d-deċiżjoni tad-Direttur Eżekuttiv tiegħu li terġa tiġi stabbilita l-pożizzjoni ta’ konsulent legali intern u li tinbeda proċedura ta’ għażla u, min-naħa l-oħra, sabiex il-Cedefop jiġi ordnat iżomm vakanti pożizzjoni ta’ membru tal-persunal temporanju fil-grad AD sabiex ir-rikorrenti terġa tiġi integrata fil-pożizzjoni ta’ konsulent legali.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


24.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/34


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Ottubru 2021 – XH vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-613/21)

(2022/C 37/47)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: XH (rappreżentant: E. Auleytner, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-4 ta’ Diċembru 2020 dwar iċ-ċaħda tat-talba għal assistenza tar-rikorrenti u d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra bi tweġiba għall-ilment ippreżentat mir-rikorrenti;

tannulla d-deċiżjoni tas-26 ta’ Mejju 2021 dwar il-ftuħ ta’ proċedura ta’ invalidità u d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra bi tweġiba għall-ilment ippreżentat mir-rikorrenti;

tikkumpensa lir-rikorrenti għat-telf u għad-danni mġarrba minnha;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq żball ta’ liġi u fuq irregolarità fil-proċedura kontenzjuża: ksur tal-Artikoli 12a u 24 tar-Regolamenti tal-Persunal fid-dawl tal-Artikolu 7 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, b’mod partikolari, ksur tad-dmir ta’ diliġenza u tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba stabbilit fl-Artikolu 41 tal-Karta.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikoli 12a, 24 u 59 sa 60 tar-Regolamenti tal-Persunal, peress li ġew stabbiliti għanijiet manifestament impossibbli li jintlaħqu billi r-rikorrenti hija obbligata taħdem matul il-leave tal-mard tagħha li jinvolvi inkapaċità totali għax-xogħol.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 59 tar-Regolamenti tal-Persunal fid-dawl tal-Artikoli 12a u 24 tar-Regolamenti tal-Persunal, peress li l-proċedura ta’ invalidità nfetħet mingħajr ma kien intlaħaq it-tul meħtieġ ta’ leave tal-mard fil-mument tal-ftuħ.

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikoli 7 u 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali.


24.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/35


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Ottubru 2021 – Pharmadom vs EUIPO – Wellbe Pharmaceuticals (WellBe PHARMACEUTICALS)

(Kawża T-644/21)

(2022/C 37/48)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Pharmadom (Boulogne-Billancourt, Franza) (rappreżentant: M-P. Dauquaire, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Wellbe Pharmaceuticals S.A. (Varsavja, il-Polonja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea WellBe PHARMACEUTICALS – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 151 176

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Lulju 2021 fil-Każ R 1423/2020-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


24.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/35


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Ottubru 2021 – ClientEarth vs Il-Kunsill

(Kawża T-682/21)

(2022/C 37/49)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: ClientEarth AISBL (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: O. Brouwer, B. Verheijen u T. van Helfteren, lawyers)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-konvenut tad-9 ta’ Awwissu 2021, referenza SGS 21/2870, li waslet għand ir-rikorrenti fid-9 ta’ Awwissu 2021, li tirrifjuta l-aċċess għal ċerti dokumenti mitlub skont Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (1) u Regolament (KE) Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Settembru 2006 dwar l-applikazzjoni għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità tad-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (2)

tikkundanna lill-konvenut iħallas l-ispejjeż tar-rikorrenti skont l-Artikolu 134 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, inklużi l-ispejjeż relatati ma’ kull parti intervenjenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq żbalji ta’ liġi kif ukoll żball manifest ta’ evalwazzjoni li jwasslu għal applikazzjoni żbaljata tal-eċċezzjoni tal-protezzjoni tal-proċess deċiżjonali (l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament Nru 1049/2001, minħabba li l-iżvelar ma jdgħajjifx serjament il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet invokat.

Ir-rikorrenti ssostni li l-Kunsill naqas milli jilħaq il-limitu għoli stabbilit mit-test legali, jiġifieri li l-iżvelar għandu jkun tali li jdgħajjef serjament il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet. L-ewwel nett, ma kien fadal l-ebda proċess ta’ teħid ta’ deċiżjoni fuq is-sustanza fiż-żmien tad-deċiżjoni kkontestata. Barra minn hekk, il-Kunsill ibbaża ruħu b’mod żbaljat fuq argument li l-indħil estern mill-pubbliku fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tar-Regolament 1367/2006 ikun problematiku.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq żbalji ta’ liġi kif ukoll żball manifest ta’ evalwazzjoni li jwasslu għal applikazzjoni żbaljata tal-eżenzjoni tal-protezzjoni tal-proċess deċiżjonali (l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament Nru 1049/2001) minħabba li l-iżvelar ma jdgħajjifx serjament il-protezzjoni tal-pariri legali.

Il-Kunsill naqas milli juri li d-dokument mitlub fih parir legali operattiv speċifiku. Barra minn hekk, il-Kunsill ma ħax inkunsiderazzjoni d-dispożizzjonijiet u l-prinċipji legali rilevanti, kif stabbiliti fil-liġi u l-ġurisprudenza, li l-proċess leġiżlattiv tal-Unjoni Ewropea għandu jkun miftuħ u li analiżi legali tas-servizz legali ta’ istituzzjoni tal-Unjoni li jkun fiha analiżijiet legali ġenerali importanti relatati ma’ proċess leġiżlattiv għall-adozzjoni jew ir-reviżjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni għandhom (meta mitluba taħt ir-Regolament Nru 1049/2001) jiġu żvelati.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq żbalji ta’ liġi u żball manifest ta’ evalwazzjoni li jirriżulta fl-applikazzjoni ħażina tal-eżenzjoni tal-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet (l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament Nru 1049/2001) u l-protezzjoni tal-eżenzjoni ta’ pariri legali (it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001), minħabba li d-deċiżjoni kkontestata naqset milli tirrikonoxxi u tagħti aċċess fuq il-bażi ta’ interess pubbliku prevalenti.

Il-Kunsill naqas milli jirrikonoxxi u jagħti aċċess fuq il-bażi ta' interess pubbliku prevalenti. B'mod partikolari, jeżisti interess pubbliku prevalenti peress li r-reviżjoni tar-Regolament Nru 1367/2006 hija ta’ importanza sinjifikattiva ħafna għal-livell futur ta’ aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali u d-deċiżjoni kkontestata taffettwa lir-rikorrenti b’mod partikolari u sinjifikattiva fit-twettiq tal-missjoni tagħha bħala NGO li qed taqdi interess pubbliku.

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq żbalji ta’ liġi u żball manifest ta’ evalwazzjoni li jirriżulta fl-applikazzjoni ħażina tal-protezzjoni tal-eċċezzjoni tar-relazzjonijiet internazzjonali (it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament Nru 1049/2001).

Il-Kunsill naqas milli jilħaq il-limitu għoli stabbilit mit-test legali biex jinvoka validament l-eċċezzjoni li tinsab fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament Nru 1049/2001, jiġifieri li l-iżvelar ta’ dokument għandu jkun tali li jdgħajjef speċifikament u effettivament il-protezzjoni tar-relazzjonijiet internazzjonali, u li r-riskju li l-interess jiġi mdgħajjef għandu jkun raġonevolment prevedibbli u ma jkunx purament ipotetiku.

5.

Il-ħames motiv, sussidjarjament, ibbażat fuq żbalji ta’ liġi u żball manifest ta’ evalwazzjoni li jirriżultaw fl-applikazzjoni ħażina tal-obbligu ta’ aċċess parzjali għad-dokumenti (Artikolu 4(6) tar-Regolament Nru 1049/2001).

Fl-aħħar nett, huwa argumentat li l-Kunsill ma eżaminax u ma tax aċċess parzjali għall-istandard legali meħtieġ. Applika ħażin it-test legali li jirrikjedi li l-Kunsill jevalwa jekk kull parti tad-dokument mitlub hijiex koperta minn (kwalunkwe waħda) l-eċċezzjonijiet invokati.


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331.

(2)  ĠU 2006 L 264, p. 13. Nota editorjali: id-dokument mitlub huwa relatat mal-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet dwar ir-reviżjoni proposta tar-Regolament 1367/2006.


24.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/37


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Ottubru 2021 – Leino-Sandberg vs Il-Kunsill

(Kawża T-683/21)

(2022/C 37/50)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Päivi Leino-Sandberg (Helsinki, il-Finlandja) (rappreżentanti: O. Brouwer, B. Verheijen u T. van Helfteren, lawyers)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-konvenut tad-9 ta’ Awwissu 2021, referenza SGS 21/2869, li waslet għand ir-rikorrenti fid-9 ta’ Awwissu 2021, li tirrifjuta l-aċċess għal ċerti dokumenti (1) mitlub skont Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni; (2)

tikkundanna lill-konvenut iħallas l-ispejjeż tar-rikorrenti skont l-Artikolu 134 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, inklużi l-ispejjeż relatati ma’ kull parti intervenjenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq żbalji ta’ liġi kif ukoll żball manifest ta’ evalwazzjoni li jwasslu għal applikazzjoni żbaljata tal-eċċezzjoni tal-protezzjoni tal-proċess deċiżjonali (l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament Nru 1049/2001, minħabba li l-iżvelar ma jdgħajjifx serjament il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet invokat.

Ir-rikorrenti ssostni li l-Kunsill naqas milli jilħaq il-limitu għoli stabbilit mit-test legali, jiġifieri li l-iżvelar għandu jkun tali li jdgħajjef serjament il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet. L-ewwel nett, ma kien fadal l-ebda proċess ta’ teħid ta’ deċiżjoni fuq is-sustanza fiż-żmien tad-deċiżjoni kkontestata. Barra minn hekk, il-Kunsill bbaża ruħu b’mod żbaljat fuq argument li l-indħil estern mill-pubbliku fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tar-Regolament 1367/2006 ikun problematiku.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq żbalji ta’ liġi kif ukoll żball manifest ta’ evalwazzjoni li jwasslu għal applikazzjoni żbaljata tal-eżenzjoni tal-protezzjoni tal-proċess deċiżjonali (l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament Nru 1049/2001) minħabba li l-iżvelar ma jdgħajjifx serjament il-protezzjoni tal-pariri legali.

Il-Kunsill naqas milli juri li d-dokument mitlub fih parir legali operattiv speċifiku. Barra minn hekk, il-Kunsill ma ħax inkunsiderazzjoni d-dispożizzjonijiet u l-prinċipji legali rilevanti, kif stabbiliti fil-liġi u l-ġurisprudenza, li l-proċess leġiżlattiv tal-Unjoni Ewropea għandu jkun miftuħ u li analiżi legali tas-servizz legali ta’ istituzzjoni tal-Unjoni li jkun fiha analiżijiet legali ġenerali importanti relatati ma’ proċess leġiżlattiv għall-adozzjoni jew ir-reviżjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni għandhom (meta mitluba taħt ir-Regolament Nru 1049/2001) jiġu żvelati.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq żbalji ta’ liġi u żball manifest ta’ evalwazzjoni li jirriżulta fl-applikazzjoni ħażina tal-eżenzjoni tal-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet (l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament Nru 1049/2001) u l-protezzjoni tal-eżenzjoni ta’ pariri legali (it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001), minħabba li d-deċiżjoni kkontestata naqset milli tirrikonoxxi u tagħti aċċess fuq il-bażi ta’ interess pubbliku prevalenti.

Il-Kunsill naqas milli jirrikonoxxi u jagħti aċċess fuq il-bażi ta' interess pubbliku prevalenti. B’mod partikolari, jeżisti interess pubbliku prevalenti peress li r-reviżjoni tar-Regolament Nru 1367/2006 hija ta’ importanza sinjifikattiva ħafna għal-livell futur ta’ aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali u d-deċiżjoni kkontestata taffettwa lir-rikorrenti b’mod partikolari u sinjifikattiva fl-eżerċizzju tal-kompitu tagħha bħala riċerkatur u akkademiku li qed taqdi interess pubbliku.

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq żbalji ta’ liġi u żball manifest ta’ evalwazzjoni li jirriżulta fl-applikazzjoni ħażina tal-protezzjoni tal-eċċezzjoni tar-relazzjonijiet internazzjonali (it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament Nru 1049/2001).

Il-Kunsill naqas milli jilħaq il-limitu għoli stabbilit mit-test legali biex jinvoka validament l-eċċezzjoni li tinsab fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament Nru 1049/2001, jiġifieri li l-iżvelar ta’ dokument għandu jkun tali li jdgħajjef speċifikament u effettivament il-protezzjoni tar-relazzjonijiet internazzjonali, u li r-riskju li l-interess jiġi mdgħajjef għandu jkun raġonevolment prevedibbli u ma jkunx purament ipotetiku.

5.

Il-ħames motiv, sussidjarjament, ibbażat fuq żbalji ta’ liġi u żball manifest ta’ evalwazzjoni li jirriżultaw fl-applikazzjoni ħażina tal-obbligu ta’ aċċess parzjali għad-dokumenti (Artikolu 4(6) tar-Regolament Nru 1049/2001).

Fl-aħħar nett, huwa argumentat li l-Kunsill ma eżaminax u ma tax aċċess parzjali għall-istandard legali meħtieġ. Applika ħażin it-test legali li jirrikjedi li l-Kunsill jevalwa jekk kull parti tad-dokument mitlub hijiex koperta minn (kwalunkwe waħda) l-eċċezzjonijiet invokati.


(1)  Nota editorjali: id-dokument mitlub jirrelata għall-proċess deċiżjonali li jirrigwarda l-proposta ta’ reviżjoni tar-Regolament (KE) Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Settembru 2006 dwar l-applikazzjoni għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità tad-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (ĠU 2006 L 264, p. 13).

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331.


24.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/38


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Ottubru 2021 – AL vs Il-Kummissjoni u OLAF

(Kawża T-692/21)

(2022/C 37/51)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: AL (rappreżentant: R. Rata, avukat)

Konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea, L-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla i) d-deċiżjoni tal-OLAF OCM (2021)22007 datata 22 ta’ Lulju 2021; ii) id-deċiżjoni tal-OLAF OCM (2021)22008 datata 22 ta’ Lulju 2021; iii) id-deċiżjoni tal-Kummissjoni (riferiment Ares(2021)20233749) datata 22 ta’ Marzu 2021 u iv) id-deċiżjoni tal-Kummissjoni (riferiment Ares(2021)1610971) datata 3 ta’ Marzu 2021;

tikkundanna lill-konvenuti jħallsu i) l-ammont ta’ EUR 1 127,66 miżmum fl-assenza ta’ deċiżjoni amministrattiva individwali tal-PMO fir-rigward tal-irkupru; ii) l-ammont ta’ EUR 9 250,05 miżmum għal Mejju, Ġunju, Lulju, Awwissu u Settembru 2021 u iii) EUR 1 ex æquo et bono bħala kumpens għad-dannu mhux materjali sostnut mir-rikorrent li jirriżulta mill-aġir illegali tal-OLAF fl-investigazzjoni OF/2016/0928/A1 li wasslet għat-tneħħija tar-rikorrent mill-kariga tiegħu;

tikkundanna lill-konvenuti jbatu l-ispejjeż tagħhom u l-ispejjeż sostnuti mir-rikorrent.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur mill-OLAF tal-Artikolu 90(2) u tal-Artikolu 90a tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea, ikkawżat miċ-ċaħda tal-ilment tar-rikorrent tat-23 ta’ Marzu 2021 bħala inammissibbli abbażi ta’ ġurisprudenza stabbilita skont liema r-rapport finali u r-rakkomandazzjonijiet tal-OLAF ma jikkostitwixxux atti li jikkawżaw effetti ġuridiċi.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur mill-OLAF tal-Artikolu 90(2) u tal-Artikolu 90a tal-imsemmija regolamenti, ikkawżat miċ-ċaħda tal-ilment tar-rikorrent datat 23 ta’ April 2021 inkwantu inammissibbli. Ir-rikorrent jallega li l-ilment kellu jiġi ddikjarat ammissibbli mill-OLAF għaliex l-OLAF huwa servizz tal-Kummissjoni, u għalhekk jagħmel parti mill-Kummissjoni, u li kellu jeżamina l-ilment tar-rikorrent.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-ksur mill-Kummissjoni tal-Artikolu 90(2) tal-imsemmija Regolamenti tal-Persunal sa fejn il-Kummissjoni adottat deċiżjoni impliċita ta’ ċaħda rigward l-ilment tar-rikorrent dirett kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Marzu 2021 (riferiment Ares(2021)2023374) li tikkonferma d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Marzu 2021 (riferiment Ares(2021)1610971).


24.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/39


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Ottubru 2021 – NJ vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-693/21)

(2022/C 37/52)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: NJ (rappreżentant: C. Maczkovics, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

Tiddikjara, konformement mal-Arikolu 265 TFUE, li, bi ksur tat-Tratti, il-Kummissjoni żammet lura milli tagħti deċiżjoni dwar l-ilment tagħha SA.50952 (2018FC) tad-19 ta’ April 2018 dwar l-għajnuna mill-Istat;

Tordna lill-Kummissjoni tieħu pożizzjoni mingħajr dewmien dwar l-ilment irreġistrat taħt in-numru SA.50952(2018FC);

Tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha, inkluż dawk imġarrba mir-rikorrenti, anki jekk, wara l-preżentata ta’ dan ir-rikors, il-Kummissjoni tieħu l-miżuri li jirrendu dan ir-rikors mingħajr skop, fil-fehma tal-Qorti Ġenerali, jew jekk il-Qorti Ġenerali tiċħad ir-rikors bħala inammissibbli.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motiv uniku li jallega li l-Kummissjoni kisret l-obbligi tagħha taħt it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Hija tallega b’mod partikolari l-ksur tal-Artikolu 265 TFUE, kif ukoll tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 12(1) tar-Regolament 2015/1589 (1), tal-obbligu ta’ diliġenza u ta’ eżami imparzjali, tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba u tal-prinċipju ta’ adozzjoni ta’ deċiżjonijiet f’terminu raġonevoli, inkwantu l-Kummissjoni ma adottat ebda deċiżjoni skont l-Artikolu 4(2), (3) jew (4) tar-Regolament 2015/1589 iktar minn tliet snin u sitt xhur wara li r-rikorrenti ppreżentat l-ilment dwar l-għajnuna mill-Istat SA.50952(2018FC). Ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni kellha tagħti deċiżjoni f’terminu ta’ tnax-il xahar, konformement mal-Kodiċi tal-Aħjar Prattika għat-tmexxija tal-proċeduri ta’ kontroll tal-għajnuna mill-Istat (2) jew tal-inqas f’terminu raġonevoli.


(1)  Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat-13 ta’ Lulju 2015 li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) (ĠU 2015, L 248, p. 9).

(2)  Kodiċi tal-Aħjar Prattika għat-tmexxija tal-proċeduri ta’ kontroll tal-għajnuna mill-Istat (ĠU 2009, C 136, p. 13).


24.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/40


Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Ottubru 2021 – Peace United vs EUIPO – 1906 Collins (MY BOYFRIEND IS OUT OF TOWN)

(Kawża T-699/21)

(2022/C 37/53)

Lingwa tar-rikors: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Peace United Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: M. Artzimovitch, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: 1906 Collins LLC (Miami, Florida, l-Istati Uniti)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “MY BOYFRIEND IS OUT OF TOWN” – Trade mark tal-Unjoni Nru 11 352 804

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-30 ta’ Lulju 2021 fil-Każ R 276/2020-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn, wara żbalji differenti ta’ evalwazzjoni ta’ fatt u ta’ liġi u wara ksur tal-obbligu ta’ amministrazzjoni tajba, il-Bord tal-Appell qies li ma sarx użu ġenwin tat-trade mark tal-Unjoni MY BOYFRIEND IS OUT OF TOWN Nru 11 352 804 matul il-perijodu kontenzjuż għas-servizzi msemmija fil-klassijiet 41 u 43;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 63(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill sa fejn il-Bord tal-Appell wettaq żball ta’ evalwazzjoni fuq in-natura inġusta tal-azzjoni għal revoka;

Ksur tal-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill sa fejn il-Bord tal-Appell wettaq żball ta’ evalwazzjoni fir-rigward tal-użu ġenwin tat-trade mark.


24.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/41


Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Novembru 2021 – Balaban vs EUIPO (Stahlwerk)

(Kawża T-705/21)

(2022/C 37/54)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Okan Balaban (Bornheim, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Schaaf, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “Stahlwerk” – Applikazzjoni Nru 18 235 592

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-2 ta’ Settembru 2021 fil-Każ R 77/2021-1

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-konvenut tat-18 ta’ Novembru 2020 li tiċħad l-applikazzjoni bin-numru 18 235 592 kif ukoll id-deċiżjoni kkontestata sa fejn tiċħad parzjalment l-applikazzjoni, u tordna lill-konvenut jirreġistra t-trade mark għall-prodotti u għas-servizzi kollha indikati fl-applikazzjoni;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


24.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/41


Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Novembru 2021 – Balaban vs EUIPO (Stahlwerkstatt)

(Kawża T-706/21)

(2022/C 37/55)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Okan Balaban (Bornheim, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Schaaf, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “Stahlwerkstatt” – Applikazzjoni Nru 18 219 170

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-2 ta’ Settembru 2021 fil-Każ R 1987/2020-1

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tirriformula d-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-konvenut tas-27 ta’ Awwissu 2020 kif ukoll id-deċiżjoni kkontesata, u tordna lill-konvenut jirreġistra t-trade mark għal serivizzi ta’ edukazzjoni u ta’ struzzjoni fil-klassi 41;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


24.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/42


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Novembru 2021 – Cellnex Telecom u Retevisión I vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-715/21)

(2022/C 37/56)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Cellnex Telecom, SA (Madrid, Spanja) u Retevisión I, SA (Madrid) (rappreżentanti: J. Buendía Sierra; A. Lamadrid de Pablo u N. Bayón Fernández, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara ammissibbli u tilqa’ l-motivi għal annullament invokati fir-rikorsi tagħhom;

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta’ Ġunju 2021 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.28599 (C 23/2010) (ex NN 36/2010, ex CP 163/2009) mogħtija minn Spanja għall-estensjoni tat-televiżjoni diġitali terrestri f’żoni remoti u inqas urbanizzati (minbarra f’Castilla La Mancha) (1);

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur manifest tal-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE u ksur tad-drittijiet proċedurali mogħtija mid-dritt tal-Unjoni lill-partijiet interessati.

Ir-rikorrenti jallegaw f’dan ir-rigward li dan il-ksur seħħ bl-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata suġġett tar-rikors mingħajr ma ġiet adottata deċiżjoni ġdida għall-ftuħ ta’ proċedura, u mingħajr ma ġiet emendata d-deċiżjoni għall-ftuħ ta’ proċedura li ppreċediet id-Deċiżjoni tal-2013, u mingħajr ma ġew informati minn qabel dwar l-analiżi preliminari tal-Kummissjoni fil-qasam tal-għażla.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq żball ta’ liġi fl-applikazzjoni tal-Artikolu 107(1) TFUE f’relazzjoni mal-kunċett ta’ għażla, ksur tal-oneru tal-prova u nuqqas ta’ motivazzjoni.

Ir-rikorrenti jallegaw f’dan ir-rigward li l-Kummissjoni tiżbalja fl-analiżi “prinċipali” ta’ għażla tagħha meta ssostni li s-sistema ta’ riferiment hija “il-kundizzjonijiet normali tas-suq li fihom għandhom joperaw l-impriżi”, fejn tinkludi l-impriżi u s-setturi kollha tal-ekonomija. Il-Kummissjoni tiżbalja fl-analiżi “sussidjarja” ta’ għażla tagħha meta ssostni li t-teknoloġiji terrestri u bis-satellita jkunu f’sitwazzjonijiet paragunabbli fil-mument meta jingħata s-sinjal ta’ televiżjoni diġitali lil dik li d-deċiżjoni kkontestata suġġett tar-rikors issejjaħ żona II.


(1)  ĠU 2021, L 417, p. 1


24.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/43


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Novembru 2021 – Společnost pro eHealth databáze vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-731/21)

(2022/C 37/57)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Partijiet

Rikorrent: Společnost pro eHealth databáze (Praga, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: P. Konečný, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2021) 6597 tat-2 ta’ Settembru 2021;

tikkundanna lill-konvenuta tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti mir-rikorrenti f’din il-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tal-projbizzjoni ta’ retroattività u fuq l-applikazzjoni żbaljata ta’ kundizzjonijiet iktar onerużi fir-rigward tal-parteċipazzjoni fil-proġett.

Ir-rikorrenti ssostni li l-konvenuta ma setgħetx tirreferi għal obbligu li jirriżulta minn dokument mhux vinkolanti, li l-eżistenza tiegħu ma kinitx magħrufa mill-partijiet kuntrattwali u li fir-rigward tal-użu tiegħu qatt ma kienu taw il-kunsens tagħhom.

Ir-rikorrenti ssostni wkoll li r-riferiment għal obbligu li jirriżulta minn tali dokument mhux vinkolanti sar mill-konvenuta minflok riferiment għall-kuntratt inkwistjoni dwar l-għoti ta’ sussidju.

Fl-istess ħin, ir-rikorrenti ssostni li l-konvenuta kisret il-prinċipju ta’ projbizzjoni ta’ retroattività sa fejn irreferiet għall-applikazzjoni ta’ rekwiżiti formali iktar rigorużi li jirriżultaw minn dokument li kien inħoloq biss wara l-mument li fih ġie konkluż il-kuntratt dwar l-għoti ta’ sussidju.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ legalità ta’ att legali minħabba n-nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni tal-provi prodotti.

Ir-rikorrenti ssostni li, fir-rapport finali dwar l-awditu finanzjarju mwettaq, il-konvenuta ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-provi prodotti mir-rikorrenti, minkejja li kien imissha ħadithom inkunsiderazzjoni, b’tali mod li kisret il-prinċipju ta’ legalità ta’ att legali.

Ir-rikorrenti ssostni wkoll li l-provi prodotti kienu ġew prodotti fuq talba mill-awditur finanzjarju.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ legalità ta’ att legali li jikkonsisti fl-applikazzjoni ta’ żball fil-kalkolu.

Ir-rikorrenti ssostni li l-konvenuta wettqet żball fid-determinazzjoni tal-ammont użat bħala bażi għall-kalkolu tal-ammont finali li kellu jitħallas lura mir-rikorrenti lill-konvenuta.

Ir-rikorrenti targumenta li, jekk ikollha tħallas lura l-ammont ikkalkolat mill-konvenuta, hija tkun qiegħda tħallas lura somma li qatt ma kienet tħallset lilha, u tkun qiegħda tħallas lill-konvenuta ammont ferm ogħla.

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.

Ir-rikorrenti ssostni li għandu jiġi rrikonoxxut favur tagħha rimbors tal-ispejjeż għall-membri tal-persunal minn tal-inqas ekwivalenti għas-salarji medji tal-impjegati kkonċernati, matul is-snin 2008 sa 2011, fil-kumpannija IT fir-Repubblika Ċeka. Ir-rikorrenti tqis li n-nuqqas ta’ rikonoxximent ta’ dawn l-ispejjeż huwa att inġust u sproporzjonat min-naħa tal-konvenuta.


24.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/44


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Novembru 2021 – Asociación de Elaboradores de Cava de Requena vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-732/21)

(2022/C 37/58)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Asociación de Elaboradores de Cava de Requena (Requena, Spanja) (rappreżentant: G. Guillem Carrau, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla, abbażi tal-Artikolu 263 TFUE, il-pubblikazzjoni tal-komunikazzjoni dwar l-approvazzjoni ta’ emenda standard għall-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt tal-“Cava”, PDO-ES-A0735-AM10 (1), ippubblikata skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 tas-17 ta’ Ottubru 2018 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni ta’ denominazzjonijiet ta’ oriġini, indikazzjonijiet ġeografiċi u termini tradizzjonali fis-settur tal-inbid, il-proċedura ta’ oġġezzjoni, ir-restrizzjonijiet tal-użu, l-emendi għall-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott, it-tħassir tal-protezzjoni, u t-tikkettar u l-preżentazzjoni (2).

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha r-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq in-nuqqas ta’ osservanza ta’ rekwiżit essenzjali tal-proċedura fl-eżami tal-fajl tal-emenda li hija s-suġġett ta’ dan ir-rikors, sa fejn ġie ammess li l-emenda hija s-suġġett ta’ rikors quddiem il-qrati tar-Renju ta’ Spanja u sa fejn il-proċedura ma ġietx sospiża, peress li dan imur kontra l-ġurisprudenza fis-seħħ fir-rigward tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tad-dritt relatat mal-applikazzjoni tat-Trattati, għar-raġunijiet li ġejjin: sa fejn din ġiet ipproċessata bħala emenda standard, filwaqt li din hija modifika fost dawk identifikati bħala “tal-Unjoni” fis-sens tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 14(1)(c) u (d) u d-dispożizzjonijiet relatati (Artikoli 15, 17 u 55, fost l-oħrajn) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni(UE) 2019/33 tas-17 ta’ Ottubru 2018 u tal-Artikolu 6 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/34 (3) tas-17 ta’ Ottubru 2018 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-applikazzjonijiet għall-protezzjoni ta’ denominazzjonijiet ta’ oriġini, ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi u ta’ termini tradizzjonali fis-settur tal-inbid, il-proċedura ta’ oġġezzjoni, l-emendi għall-ispeċifikazzjonijiet tal-prodotti, ir-reġistru ta’ ismijiet protetti, it-tħassir tal-protezzjoni u l-użu ta’ simboli, u tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward sistema xierqa ta’ kontrolli; sa fejn tmur kontra l-prinċipju ġenerali ta’ verità, fil-qasam tal-ittikkettjar mhux obbligatorju, li jirriżulta mill-eżiġenża li l-unità ġeografika iżgħar tkun tikkoinċidi maż-żona amministrattiva ta’ Requena u kontra d-dritt tal-konsumatur li jkun jista’ jidentifika l-oriġini tiegħu (Artikolu 120 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 (4) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007, u l-Artikolu 55(1) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 tas-17 ta’ Ottubru 2018); sa fejn tmur kontra d-drittijiet miksuba mill-produtturi tal-assoċjazzjoni matul madwar 40 sena ta’ użu kontinwu tal-isem CAVA DE REQUENA u kontra l-leġiżlazzjoni li tipproteġi dawn id-drittijiet (sentenza tat-Tribunal Supremo del Reino de España [il-Qorti Suprema tar-Renju ta’ Spanja] Nru 1893/1989 u digriet ta’ eżekuzzjoni tal-1991) u tmur kontra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 tas-17 ta’ Ottubru 2018, li l-Artikolu 40 tiegħu, permezz ta’ riferiment għall-Artikolu 119 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew, jimponi l-obbligu li fuq it-tiketta tissemma l-oriġini, sa fejn ma huwiex possibbli li jiġi indikat biss, kif allegat, il-kodiċi postali; sa fejn tmur kontra l-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament meta mqabbla mal-produtturi l-oħra ta’ CAVA li effettivament għandhom unità ġeografika iżgħar u li għandhom il-possibbiltà li jindikaw l-oriġini ġeografika tal-prodott lill-konsumatur; sa fejn tmur kontra l-ġurisprudenza tal-Qorti Ġenerali dwar l-aċċess għas-suq fil-kuntest tal-moviment liberu tal-merkanzija (Artikoli 34 et seq TFUE) u tippermetti l-effett kumulattivi tad-domanda fis-suq tal-CAVA, sitwazzjoni li tmur kontra d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 101 TFUE.


(1)  ĠU 2021, C 369, p. 2.

(2)  ĠU 2019, L 9, p. 2, bir-rettifika fil-ĠU 2019, L 269, p. 13.

(3)  ĠU 2019, L 9, p. 46.

(4)  ĠU 2013, L 347, p. 671, bir-rettifika fil-ĠU 2020, L 1, p. 5.


24.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/45


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Novembru 2021 – The Chord Company vs EUIPO – AVSL Group (CHORD)

(Kawża T-734/21)

(2022/C 37/59)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: The Chord Company Ltd (Wiltshire, Ir-Renju Unit) (rappreżentant: A. Deutsch, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: AVSL Group Ltd (Manchester, ir-Renju Unit)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni “CHORD” – Trade mark tal-Unjoni Nru 8 245 229

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-31 ta’ Awwissu 2021 fil-Każ R 1664/2020-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u/jew lill-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż tar-rikorrenti fil-Qorti Ġenerali, l-appell u l-proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/625;

Ksur tal-Artikolu 27(2) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/625 u tal-Artikolu 95 tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tad-dritt għal smigħ skont l-Artikolu 94(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


24.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/46


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Novembru 2021 – Aprile and Commerciale Italiana vs EUIPO – DC Comics partnership (Rappreżentazzjoni stilizzata ta’ farfett il-lejl ġo qafas ovali abjad)

(Kawża T-735/21)

(2022/C 37/60)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Luigi Aprile (San Giuseppe Vesuvianol, l-Italja), Commerciale Italiana Srl (Nola, l-Italja) (rappreżentant: C. Saettel, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: DC Comics partnership (Burbank, California, l-Istati Uniti)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni (Rappreżentazzjoni stilizzata ta’ farfett il-lejl ġo qafas ovali abjad) – Trade mark tal-Unjoni Nru 38 158

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-6 ta’ Settembru 2021 fil-Każ R 1447/2020-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara r-rikors ammissibbli;

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-intervenjenti għall-ispejjeż skont l-Artikolu 134(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 95(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 59(1)(a) moqri flimkien mal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 59(1)(a) moqri flimkien mal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill


24.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/47


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Novembru 2021 – Refractory Intellectual Property vs EUIPO (e-tech)

(Kawża T-737/21)

(2022/C 37/61)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Refractory Intellectual Property GmbH & Co. KG (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentant: J. Schmidt, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea e-tech – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 274 481

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-9 ta’ Settembru 2021 fil-Każ R 548/2021-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


24.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/47


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Novembru 2021 – Bora Creations vs EUIPO (essence)

(Kawża T-738/21)

(2022/C 37/62)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Bora Creations, SL (Andratx, Spanja) (rappreżentanti: R. Lange u M. Ebner, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea essence – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 269 704

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ Settembru 2021 fil-Każ R 693/2021-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tirreġistra t-trade mark tal-Unjoni li għaliha saret l-applikazzjoni;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) u tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


24.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/48


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Novembru 2021 – LG Electronics vs EUIPO – ZTE Deutschland (V10)

(Kawża T-741/21)

(2022/C 37/63)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: LG Electronics, Inc. (Seul, ir-Repubblika tal-Korea t’Isfel) (rappreżentant: M. Bölling, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: ZTE Deutschland (Düsseldorf, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “V10” – Trade mark tal-Unjoni Nru 14 328 892

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Settembru 2021 fil-Każ R 2101/2020-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn din tiċħad l-appell tar-rikorrenti mid-deċiżjoni ta’ kanċellazzjoni fir-rigward biss tal-oġġetti smart phones, mowbajls u smart phones li jintlibsu;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) 207/2009 minħabba differenzjazzjoni insuffiċjenti bejn oġġetti invalidati;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) 207/2009 minħabba argumenti inkonsistenti dwar il-perċezzjoni tal-pubbliku;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) 207/2009 meta sabet li ma hemm l-ebda karatteristika intrinsika u inerenti;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) 207/2009 meta sabet li ma hemm l-ebda karatteristika rrikonoxxibbli faċilment;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) 207/2009 meta sabet li ma hemm l-ebda karatteristika speċifika, preċiża u oġġettiva.


24.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/49


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Novembru 2021 – Preventicus vs EUIPO (NIGHTWATCH)

(Kawża T-742/21)

(2022/C 37/64)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Preventicus GmbH (Jena, il-Germanja) (rappreżentant: J. Zecher, lawyer)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “NIGTHWATCH” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 996 007– Ċaħda – It-talba għal konverżjoni ta’ applikazzjoni għal trademark tal-UE f’applikazzjoni għal trademark nazzjonali tar-Renju Unit.

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-9 ta’ Settembru 2021 fil-Każ R 1241/2020-4.

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż sostnuti quddiem il-Qorti Ġenerali u għall-ispejjeż sostnuti matul il-proċeduri tal-appell u tal-eżami quddiem l-EUIPO.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 139(1), flimkien mal-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tad-dritt għal trattament tal-kwistjoni b’mod ġust u mingħajr dewmien skont l-Artikolu 41(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

Ksur tad-dritt għal smigħ skont l-Artikolu 41(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.


24.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/50


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Novembru 2021 – Ryanair vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-743/21)

(2022/C 37/65)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Ryanair DAC (Swords, l-Irlanda) (rappreżentanti: E. Vahida, F-C. Laprévote, V. Blanc, D. Pérez de Lamo, S. Rating u I.-G. Metaxas-Maranghidis, lawyers)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-konvenuta tas-16 ta’ Lulju 2021 dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.57369 (2020/N) – Il-Portugall – Għajnuna għas-salvataġġ lil TAP SGPS (1), u

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv: il-konvenuta wettqet ksur ta’ liġi u evalwazzjoni manifestament żbaljata meta qieset li l-għajnuna mill-Istat taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae tal-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u għar-ristrutturazzjoni, mingħajr ma ddeterminat b’mod korrett jekk id-diffikultajiet tal-applikanti kinux serji wisq sabiex tindirizzahom waħedha, u jekk dawn kinux diffikultajiet intrinsiċi jew ikkawżati minn allokazzjoni arbitrarja tal-ispejjeż fi ħdan il-grupp li tagħmel parti minnu.

2.

It-tieni motiv: il-konvenuta applikat b’mod żbaljat l-Artikolu 107(3)(c) TFUE. Qiegħed jiġi argument li l-kontroll imwettaq mill-konvenuta fir-rigward ta’ jekk hijiex issodisfatta l-kundizzjoni ta’ kompatibbiltà li teħtieġ li għajnuna għandha tikkontribwixxi għal għan ta’ interess ġenerali u l-evalwazzjoni tagħha tan-natura adegwata u proporzjonata tal-għajnuna għas-salvataġġ u tal-effetti negattivi tagħha huma vvizzjati bi żbalji ta’ liġi u bi żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni.

3.

It-tielet motiv: id-deċiżjoni kkontestata tikser il-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi (applikati għat-trasport bl-ajru permezz tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 (2)) kif ukoll il-prinċipju ta’ stabbiliment liberu.

4.

Ir-raba’ motiv: il-konvenuta naqset milli tiftaħ proċedura ta’ investigazzjoni formali minkejja li ltaqgħet ma’ diffikultajiet serji u kisret id-drittijiet proċedurali tar-rikorrenti.

5.

Il-ħames motiv: id-deċiżjoni kkontestata tikser l-obbligu ta’ motivazzjoni tal-Kummissjoni taħt it-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE.


(1)  ĠU 2021, C 345, p. 1.

(2)  Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 24 ta’ Settembru 2008 dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi ta’ l-ajru fil-Komunità (ĠU 2008, L 293, p. 3).


24.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/51


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Novembru 2021 – Medela vs EUIPO (MAXFLOW)

(Kawża T-744/21)

(2022/C 37/66)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Medela Holding AG (Baar, l-Isvizzera) (rappreżentanti: M. Hartmann u S. Fröhlich, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “MAXFLOW” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 328 426

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-30 ta’ Awwissu 2021 fil-Każ R 876/2021-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


24.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/51


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Novembru 2021 – Rotkäppchen-Mumm Sektkellereien vs EUIPO – Cantina San Donaci (Passo Lungo)

(Kawża T-745/21)

(2022/C 37/67)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Rotkäppchen-Mumm Sektkellereien GmbH (Freiburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: K. Schmidt-Hern u A. Lubberger, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Cantina Sociale Cooperativa San Donaci (San Donaci, l-Italja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “Passo Lungo” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 082 770

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-20 ta’ Settembru 2021 fil-Każ R 130/2021-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikoli 46(1)(a) u 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 95(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


24.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/52


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Novembru 2021 – Borussia VfL 1900 Mönchengladbach vs EUIPO – Neng (Fohlenelf)

(Kawża T-747/21)

(2022/C 37/68)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Borussia VfL 1900 Mönchengladbach GmbH (Mönchengladbach, il-Ġermanja) (rappreżentant: R. Kitzberger, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: David Neng (Brüggen, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “Fohlenelf” – Trade mark tal-Unjoni Nru 12 246 898

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-28 ta’ Settembru 2021 fil-Każ R 2126/2020-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tal-kawża kif ukoll għall-ispejjeż tar-rikorrenti, inklużi l-ispejjeż inkorsi fil-proċedura prekontenzjuża.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 97(1)(d) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


24.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/53


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Novembru 2021 – Gerhard Grund Gerüste vs EUIPO – Josef Grund Gerüstbau (Josef Grund Gerüstbau)

(Kawża T-749/21)

(2022/C 37/69)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Gerhard Grund Gerüste (Kamp-Lintfort, il-Ġermanja) (rappreżentant: P. Lee, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Josef Grund Gerüstbau GmbH (Erfurt, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Josef Grund Gerüstbau – Trade mark tal-Unjoni Nru 17 372 178

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-22 ta’ Settembru 2021 fil-Każ R 1925/2020-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata kif ukoll tannulla kompletament it-trade mark tal-Unjoni Nru 17 372 178;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-intervenjenti għall-ispejjeż tal-proċedura inkluż fil-kuntest tal-ispejjeż sostnuti fil-proċedimenti ta‘ appell.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


24.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/53


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Novembru 2021 – Associação do Socorro e Amparo vs EUIPO – De Bragança (quis ut Deus)

(Kawża T-752/21)

(2022/C 37/70)

Lingwa tar-rikors: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrent: Associação do Socorro e Amparo (Lisbona, il-Portugall) (rappreżentant: J. Motta Veiga, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Duarte Pio De Bragança (Sintra, il-Portugall)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva quis ut Deus –Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 9 131 566

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ Ottubru 2021 fil-Każ R 581/2021-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tilqa’ dan ir-rikors, filwaqt li titlob is-sostituzzjoni tad-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell bid-deċiżjoni ta’ dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark tal-Unjoni Nru 9 131 566 għall-prodotti u servizzi kollha protetti mit-trade mark fuq il-bażi tal-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, inkwantu t-trade mark ma kienx suġġett għal użu ġenwin għal perijodu mhux interrott ta’ ħames snin;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-kawża, inklużi l-onorarji tal-avukati li l-ammont tagħhom għandu jiġi ddeterminat fl-aħħar.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


24.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/54


Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Diċembru 2021 – Illumina vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-755/21)

(2022/C 37/71)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Illumina, Inc. (Wilmington, Delaware, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: D. Beard, Barrister-at-law, u P. Chappatte, lawyer)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Ottubru 2021 fil-Każ COMP/M.10493 adottata skont l-Artikolu 8(5)(a) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet) (1) (i) li tikkonstata li Illumina implimentat l-akkwist ta’ GRAIL bi ksur tal-Artikolu 7 tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet; (ii) li timponi fuq Illumina u GRAIL il-miżuri interim stabbiliti fit-Taqsima 4.7 tad-Deċiżjoni; u (iii) li titlob lil Illumina u GRAIL jimplimentaw jew jiksbu l-implimentazzjoni ta’ tali miżuri minnufih, u fin-nuqqas ta’ dan jiġu imposti sanzjonijiet perjodiċi (iktar ’il quddiem id-Deċiżjoni); u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż ta’ dawn il-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li d-Deċiżjoni ma taqax taħt il-kompetenzi tal-Kummissjoni inkwantu l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet ma japplikax. B’mod partikolari:

Is-setgħa tal-Kummissjoni taħt l-Artikolu 8(5) tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet sabiex tadotta d-Deċiżjoni tiddependi fuq il-konċentrazzjoni implimentata bi ksur tal-Artikolu 7.

Jekk il-kontestazzjoni ta’ Illumina fil-Każ T-227/21 tad-deċiżjoni tar-rinviju tintlaqa’ u d-deċiżjonijiet ta’ rinviju jiġu annullati, f’dan il-każ Illumina qatt ma kienet tkun suġġetta għall-obbligu taħt l-Aritkolu 7 tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet li tissospendi l-implimentazzjoni tal-konċentrazzjoni u konsegwentement, il-Kummissjoni ma kellhiex kompetenza sabiex tadotta d-Deċiżjoni jew kwalunkwe parti minnha.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li d-dispożizzjonijiet fid-Deċiżjoni li jirrigwardaw il-finanzjament huma sproporzjonati. B’mod partikolari:

Ir-rekwiżit fid-Deċiżjoni li Illumina tipprovdi finanzjament għal GRAIL taħt kundizzjonijiet li jipprojbixxu lil Illumina milli tkun taf l-iskop ta’ dan il-finanzjament huwa sproporzjonat peress li Illumina għandha ħtieġa urġenti għal tali informazzjoni sabiex tikkonforma ruħha ma’ obbligi legali oħrajn.

It-tħassib tal-Kummissjoni seta’ jiġi faċilment indirizzat permezz ta’ miżuri inqas intrużivi.

3.

It-tielet motivi ibbażat fuq il-fatt li d-Deċiżjoni hija sproporzjonata fit-trattament tal-obbligi kuntrattwali preeżistenti ta’ Illumina u/jew il-Kummissjoni naqset milli tipprovdi raġunijiet xierqa skont l-Artikolu 296 TFUE u l-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. B’mod partikolari:

Ir-raġunament tal-Kummissjoni huwa tawtoloġiku u għaldaqstant jikser l-obbligu ta’ motivazzjoni xierqa għad-deċizjoni tagħha.

Id-Deċiżjoni tidher li titlob b’mod sproporzjonat lil Illumina tikser obbligi kuntrattwali preeżistenti sabiex tipprovdi informazzjoni lil detenturi partikolari ta’ strumenti finanzjarji.


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 3, p. 40.


24.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/55


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Diċembru 2021 – Activa – Grillküche vs EUIPO – Targa (Apparat għax-xiwi)

(Kawża T-757/21)

(2022/C 37/72)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Activa – Grillküche GmbH (Selb, il-Ġermanja) (rappreżentanti: F. Stangl u M. Würth, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Targa GmbH (Soest, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tad-disinn kontenzjuż: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Disinn kontenzjuż ikkonċernat: id-disinn tal-Unjoni Nru 3 056 449-0001

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-4 ta’ Ottubru 2021 fil-Każ R 1651/2020-3

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata fl-intier tagħha u d-deċiżjoni Nru ICD 104479 tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni tal-EUIPO tat-12 ta’ Ġunju 2020 fl-intier tagħha;

tiddikjara d-disinn kontenzjuż invalidu; u

tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002;

Ksur tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 63(1), flimkien mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002;

Ksur tat-tieni sentenza tal-Artikolu 63(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002.


24.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/56


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Diċembru 2021 – Société des produits Nestlé vs EUIPO – The a2 Milk Company (A2)

(Kawża T-759/21)

(2022/C 37/73)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Société des produits Nestlé SA (Vevey, l-Isvizzera) (rappreżentanti: A. Jaeger-Lenz u J. Thomsen, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: The a2 Milk Company Ltd (Auckland, New Zealand)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark figurattiva A2 li tindika l-Unjoni Ewropea – Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Nru 1 438 650

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-15 ta’ Ottubru 2021 fil-Każ R 2447/2020-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-EUIPO tas-17 ta’ Novembru 2020, u tiċħad l-oppożizzjoni Nru B 3080425 kollha kemm hi u taċċetta r-reġistrazzjoni internazzjonali Nru WO 1438650 sabiex tindika l-Unjoni u;

tordna lill-EUIPO jbati l-ispejjeż tal-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali u tordna l-intervenjent potenzjali jbati l-ispejjeż quddiem l-EUIPO għall-proċedimenti ta’ oppożizzjoni u għall-proċeduri tal-appell.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.