ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 31

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 65
21ta' Jannar 2022


Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2022/C 31/01

Avviż tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tar-regoli tranżizzjonali tal-oriġini li jipprevedu akkumulazzjoni djagonali bejn il-Partijiet Kontraenti applikanti fiż-żona pan-Ewro-Mediterranja (PEM)

1

2022/C 31/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10554 — BLACKSTONE / FRANCISCO PARTNERS / RENAISSANCE) ( 1 )

4

2022/C 31/03

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10422 – WMG / BLACKROCK GROUP / INFLUENCE MEDIA / THE INITIAL FUND) ( 1 )

5

2022/C 31/04

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10535 — GIP / APG / AUSTRALIANSUPER / PEEL GROUP / PEEL PORTS) ( 1 )

6


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2022/C 31/05

Avviż dwar l-iskadenza imminenti ta’ ċerti miżuri antidumping

7

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2022/C 31/06

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10555 — ADIA / TRANSURBAN / AUSTRALIANSUPER / CPP INVESTMENTS / WCX) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

8

2022/C 31/07

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10540 — ECDC / HPIL / JV) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

10

2022/C 31/08

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10599 – Clearlake Capital Group / STG Partners / Dodge Construction Network) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

12

2022/C 31/09

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10587 - BLACKSTONE / WARBURG PINCUS / INTRAFI GROUP) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

14

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2022/C 31/10

Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni tal-approvazzjoni ta’ emenda standard għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid, kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33

16

2022/C 31/11

Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni tal-approvazzjoni ta’ emenda standard għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid, kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33.

20

2022/C 31/12

Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni ta’ approvazzjoni ta’ emenda standard fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid, kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33

25


 

Rettifika

 

Rettifika għad-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea — Prijoritajiet Leġiżlattivi tal-UE għall-2022 ( ĠU C 514 I, 21.12.2021 )

32


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

21.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 31/1


Avviż tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tar-regoli tranżizzjonali tal-oriġini li jipprevedu akkumulazzjoni djagonali bejn il-Partijiet Kontraenti applikanti fiż-żona pan-Ewro-Mediterranja (PEM)

(2022/C 31/01)

Għall-fini tal-applikazzjoni tal-akkumulazzjoni djagonali tal-oriġini fost il-Partijiet Kontraenti applikanti (1), il-Partijiet Kontraenti applikanti kkonċernati jinnotifikaw lil xulxin, permezz tal-Kummissjoni Ewropea, dwar ir-regoli tal-oriġini fis-seħħ mal-Partijiet Kontraenti l-oħra.

Huwa mfakkar li l-akkumulazzjoni djagonali (tat-tħaddim, tal-ipproċessar u/jew tal-materjali) tista’ tiġi applikata biss jekk il-Partijiet Kontraenti applikanti tal-manifattura aħħarija u tad-destinazzjoni aħħarija jkunu kkonkludew ftehimiet ta’ kummerċ ħieles, li fihom regoli tal-oriġini identiċi, mal-Partijiet Kontraenti applikanti kollha li qed jipparteċipaw fil-kisba tal-istatus oriġinarju.

Prodotti li joriġinaw f’Parti Kontraenti applikant li ma tkunx kkonkludiet ftehim mal-Partijiet Kontraenti applikanti tal-manifattura aħħarija u/jew tad-destinazzjoni aħħarija għandhom jiġu ttrattati bħala mhux oriġinarji.

Abbażi tan-notifiki li jsiru mill-Partijiet Kontraenti applikanti lill-Kummissjoni, it-tabelli mehmuża jispeċifikaw:

 

Tabella 1 – ħarsa ġenerali simplifikata tal-possibbiltajiet ta’ akkumulazzjoni fl-1 ta’ Jannar 2022.

 

Tabella 2 – id-data li fiha l-akkumulazzjoni djagonali ssir applikabbli.

Fit-Tabella 1, “X” tindika l-eżistenza ta’ ftehim ta’ kummerċ ħieles bejn żewġ sħab ta’ ftehim ta’ kummerċ ħieles li jkun fih ir-regoli tal-oriġini li jippermettu l-akkumulazzjoni bbażata fuq ir-regoli tranżizzjonali tal-oriġini. Għall-użu ta’ akkumulazzjoni djagonali ma’ sieħeb terz, jenħtieġ li jkun hemm “X” fl-intersezzjoni kollha tat-tabella bejn it-tliet imsieħba.

F’Tabella 2, id-dati msemmija jirreferu għad-data tal-applikazzjoni tal-akkumulazzjoni djagonali abbażi tal-Artikolu 8 tal-Appendiċi A għal kull protokoll dwar ir-regoli tal-oriġini bejn il-Partijiet Kontraenti applikanti. F’dak il-każ, id-data hija preċeduta b’“(T)”.

Il-kodiċijiet għall-Partijiet Kontraenti applikanti elenkati fit-tabelli huma mogħtija hawn taħt.

L-Unjoni Ewropea

UE

L-Istati tal-EFTA:

l-Iżlanda

IS

L-Iżvizzera (inkluż il-Liechtenstein) (2)

CH (+ LI)

In-Norveġja

NO

Il-Gżejjer Faeroe

FO

Il-parteċipanti fil-Proċess ta’ Barċellona:

Il-Ġordan

JO

Il-Palestina (3)

PS

Il-parteċipanti fil-Proċess ta’ Stabbilizzazzjoni u ta’ Assoċjazzjoni tal-UE:

L-Albanija

AL

Il-Maċedonja ta’ Fuq

MK

Is-Serbja

RS

Il-Georgia

GE

Ir-Repubblika tal-Moldova

MD

Dan l-avviż jissostitwixxi l-avviż 2021/C 492/01 (ĠU C 492, 08.12.2021, p. 1).

Tabella 1

Ħarsa ġenerali simplifikata tal-possibbiltajiet ta’ akkumulazzjoni djagonali skont ir-regoli tranżizzjonali tal-oriġini fiż-żona pan-Ewro-Mediterranja fl-1 ta’ Jannar 2022

 

UE

CH (+LI)

IS

NO

FO

JO

PS

AL

MK

RS

GE

MD

UE

 

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

CH (+LI)

X

 

X

X

 

 

 

X

 

X

 

 

IS

X

X

 

X

 

 

 

X

 

X

 

 

NO

X

X

X

 

 

 

 

X

 

X

 

 

FO

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

JO

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

PS

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

AL

X

X

X

X

 

 

 

 

 

 

 

 

MK

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

RS

X

X

X

X

 

 

 

 

 

 

 

 

GE

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

MD

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 


Tabella 2

Id-data tal-applikazzjoni tar-regoli tranżizzjonali tal-oriġini li jipprevedu akkumulazzjoni djagonali fiż-żona pan-Ewro-Mediterranja

 

UE

CH (+LI)

IS

NO

FO

JO

PS

AL

MK

RS

GE

MD

UE

 

(T) 01.09.2021

(T) 01.09.2021

(T) 01.09.2021

(T) 01.09.2021

(T) 01.09.2021

(T) 01.09.2021

(T) 01.09.2021

(T) 09.09.2021

(T) 06.12.2021

(T) 01.09.2021

(T) 16.11.2021

CH (+LI)

(T) 01.09.2021

 

(T) 01.11.2021

(T) 01.11.2021

 

 

 

(T) 01.01.2022

 

(T) 01.01.2022

 

 

IS

(T) 01.09.2021

(T) 01.11.2021

 

(T) 01.11.2021

 

 

 

(T) 01.01.2022

 

(T) 01.01.2022

 

 

NO

(T) 01.09.2021

(T) 01.11.2021

(T) 01.11.2021

 

 

 

 

(T) 01.01.2022

 

(T) 01.01.2022

 

 

FO

(T) 01.09.2021

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

JO

(T) 01.09.2021

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

PS

(T) 01.09.2021

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

AL

(T) 01.09.2021

(T) 01.01.2022

(T) 01.01.2022

(T) 01.01.2022

 

 

 

 

 

 

 

 

MK

(T) 09.09.2021

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

RS

(T) 06.12.2021

(T) 01.01.2022

(T) 01.01.2022

(T) 01.01.2022

 

 

 

 

 

 

 

 

GE

(T) 01.09.2021

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

MD

(T) 16.11.2021

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 


(1)  “Parti Kontraenti applikanti” tfisser Parti Kontraenti tal-Konvenzjoni PEM li tinkorpora r-regoli tranżizzjonali tal-oriġini tal-PEM fil-ftehimiet kummerċjali preferenzjali bilaterali tagħha ma’ Parti Kontraenti oħra tal-Konvenzjoni PEM

(2)  L-Iżvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein jiffurmaw unjoni doganali.

(3)  Din id-deżinjazzjoni ma għandhiex tiġi interpretata bħala rikonoxximent ta’ Stat tal-Palestina u hija mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet individwali tal-Istati Membri fuq din il-kwistjoni


21.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 31/4


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.10554 — BLACKSTONE / FRANCISCO PARTNERS / RENAISSANCE)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 31/02)

Fit 12 ta’ Jannar 2022, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tas-sit web tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Dan is-sit web jipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fis-sit web EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32022M10554. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


21.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 31/5


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.10422 – WMG / BLACKROCK GROUP / INFLUENCE MEDIA / THE INITIAL FUND)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 31/03)

Fit 12 ta’ Jannar 2022, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tas-sit web tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Dan is-sit web jipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fis-sit web EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32022M10422. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


21.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 31/6


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.10535 — GIP / APG / AUSTRALIANSUPER / PEEL GROUP / PEEL PORTS)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 31/04)

Fit 17 ta’ Jannar 2022, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tas-sit web tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Dan is-sit web jipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fis-sit web EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32022M10535. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

Il-Kummissjoni Ewropea

21.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 31/7


Avviż dwar l-iskadenza imminenti ta’ ċerti miżuri antidumping

(2022/C 31/05)

1.   Kif previst fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1), il-Kummissjoni tavża li, sakemm ma jitnediex rieżami f’konformità mal-proċedura li ġejja, il-miżuri anti-dumping imsemmijin hawn taħt se jiskadu fid-data msemmija fit-tabella ta’ hawn taħt.

2.   Proċedura

Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jippreżentaw talba bil-miktub għal rieżami. Din it-talba trid tinkludi biżżejjed evidenza li l-iskadenza tal-miżuri x’aktarx twassal għat-tkomplija jew għar-rikorrenza tad-dumping u tad-dannu. Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li tagħmel rieżami tal-miżuri kkonċernati, l-importaturi, l-esportaturi, ir-rappreżentanti tal-pajjiż tal-esportazzjoni u l-produtturi tal-Unjoni mbagħad jingħataw l-opportunità li jelaboraw jew jirrifjutaw il-kwistjonijiet imsemmija fit-talba għal rieżami, jew jikkummentaw dwarhom.

3.   Limitu ta’ żmien

Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jippreżentaw talba bil-miktub għal rieżami abbażi ta’ dak imsemmi hawn fuq, lil dan l-indirizz: European Commission, Directorate-General for Trade (Unit G-1), CHAR 4/39, 1049 Brussels, Il-Belġju (2), fi kwalunkwe żmien mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż, iżda mhux aktar tard minn tliet xhur qabel id-data msemmija fit-tabella ta’ hawn taħt.

4.   Dan l-avviż huwa ppubblikat f’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036.

Prodott

Pajjiż(i) tal-oriġini jew tal-esportazzjoni

Miżuri

Referenza

Data ta’ skadenza (3)

Ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar

Il-Brażil, l-Iran, ir-Russja, u l-Ukrajna

Dazju anti-dumping

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1795 tal-5 ta’ Ottubru 2017 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mill-Brażil, l-Iran, ir-Russja u l-Ukrajna u li jtemm l-investigazzjoni fir-rigward ta’ importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mis-Serbja

(ĠU L 258, 6.10.2017, p. 24)

7.10.2022


(1)  ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.

(2)  TRADE-Defence-Complaints@ec.europa.eu

(3)  Il-miżura tiskadi f’nofsillejl (00:00) tal-jum imsemmi f’din il-kolonna.


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

21.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 31/8


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10555 — ADIA / TRANSURBAN / AUSTRALIANSUPER / CPP INVESTMENTS / WCX)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 31/06)

1.   

Fl-14 ta’ Jannar 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Tawreed Investments Limited (“Tawreed”, il-Gżejjer Cayman), ikkontrollata minn Abu Dhabi Investment Authority (“ADIA”, l-Emirata Għarab Magħquda),

AustralianSuper Pty Ltd (“AustralianSuper”, l-Awstralja),

Transurban Holdings Limited (“Transurban”, l-Awstralja),

Canada Pension Plan Investment Board (“CPP Investments”, il-Kanada),

WestConnex (“WCX”, l-Awstralja).

Tawreed, AustralianSuper, Transurban and CPP Investments jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ WCX kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ kuntratt jew xi mezzi ieħor.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Tawreed: kumpanija tal-iinvestiment li tiġġestixxi portafoll ta’ investiment globali u tiffoka fuq assi tal-infrastrutturi,

AustralianSuper: fond tal-pensjoni għall-ħaddiema fis-settur industrijali,

Transurban: operatur ta’ toroq bil-pedaġġ li jiġġestixxi u jiżviluppa networks ta’ toroq urbani bil-pedaġġ fl-Awstralja, il-Kanada u l-Istati Uniti tal-Amerka,

CPP Investments: organizzazzjoni għall-ġestjoni tal-investimenti,

WCX: żvilupp, manutenzjoni, ġestjoni u kummerċjalizzazzjoni ta’ toroq bil-pedaġġ fl-Awstralja.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10555 — ADIA / TRANSURBAN / AUSTRALIANSUPER / CPP INVESTMENTS / WCX

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-fax jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


21.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 31/10


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10540 — ECDC / HPIL / JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 31/07)

1.   

Fit-12 ta’ Jannar 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Energy City Development Company (“EDCO”, l-Arabja Sawdija), sussidjarja li hija proprjetà kollha kemm hi tas-Saudi Arabian Oil Company (“Saudi Aramco”, l-Arabja Sawdija),

Hutchison Port Investments Limited (“HPIL”, il-Gżejjer Kajman) li tappartjeni għal CK Hutchison Holdings Limited (“CKHH”, Hong-Kong).

ECDC u HPIL jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Energy City Logistics Company LLC (l-Impriża Bi Sħab (Joint Venture, JV), l-Arabja Sawdija).

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi f’impriża bi sħab.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

ECDC sid u żviluppatur tal-King Salman Energy Park (SPARK), żona industrijali fl-iżvilupp fir-Renju tal-Arabja Sawdija,

HPIL: żviluppatur u operatur globali ta’ terminals tal-containers u fornitur ta’ servizzi loġistiċi assoċjati,

il-Joint Venture: se tiġi stabbilita u se tkun attiva fir-Renju tal-Arabja Sawdija. Se tiżviluppa, tikkummerċjalizza u tħaddem il-port xott u ż-żona tal-loġistika relatata fi SPARK.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10540 — ECDC / HPIL/ JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-fax jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


21.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 31/12


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10599 – Clearlake Capital Group / STG Partners / Dodge Construction Network)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 31/08)

1.   

Fl-14 ta’ Jannar 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Clearlake Capital Group, L.P. (“Clearlake”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

Dodge Construction Network Holdings, L.P. (“Dodge”, l-Istati Uniti tal-Amerka), ikkontrollata minn STG Partners, LLC (“STG”, l-istati Uniti tal-Amerka)

Clearlake u STG jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Dodge.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Clearlake: investiment ta’ ekwità privata, b’kumpaniji ta’ portafoll attivi fis-software u s-servizzi abilitati mit-teknoloġija, l-enerġija u l-provi industrijali, u l-konsumaturi,

STG: investiment ta’ ekwità privata, b’kumpaniji ta’ portafoll attivi fis-software, id-data u l-analitika,

Dodge: fornitur ta’ data, analitika, aħbarijiet u intelligence li jservu l-industrija tal-kostruzzjoni kummerċjali tal-Amerka ta’ Fuq.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10599 – Clearlake Capital Group / STG Partners / Dodge Construction Network

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-fax jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


21.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 31/14


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10587 - BLACKSTONE / WARBURG PINCUS / INTRAFI GROUP)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 31/09)

1.   

Fl-14 ta’ Jannar 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Blackstone Inc. (l-Istati Uniti tal-Amerka, “Blackstone”),

Warburg Pincus LLC (l-Istati Uniti tal-Amerka, “Warburg Pincus”),

Nexus Parent LLC (l-Istati Uniti tal-Amerka, “IntraFi Group”), ikkontrollata minn Blackstone.

Blackstone u Warburg Pincus jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ IntraFi Group.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Blackstone: ġestjoni tal-assi globali. Għandha l-kwartieri ġenerali tagħha fl-Istati Uniti tal-Amerka u għandha uffiċċji fl-Ewropa u fl-Asja. Blackstone hija kkwotata fil-Borża ta’ New York,

Warburg Pincus: kumpanija fi New York b’responsabbiltà limitata u tiġġestixxi l-fondi tal-ekwità privata ta’ Warburg Pincus. Hija kumpanija ta’ ekwità privata globali li għandha l-kwartieri ġenerali tagħha fi New York,

IntraFi Group: fornitur ta’ soluzzjonijiet teknoloġiċi finanzjarji li toffri tqegħid ta’ depożiti u servizzi ta’ finanzjament bl-ingrossa lill-istituzzjonijiet finanzjarji.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10587 – BLACKSTONE / WARBURG PINCUS / INTRAFI GROUP

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-fax jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

21.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 31/16


Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni tal-approvazzjoni ta’ emenda standard għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid, kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33

(2022/C 31/10)

Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata f’konformità mal-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1)

KOMUNIKAZZJONI TAL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD

Barbera d’Alba

PDO-IT-A1068-AM04

Data tal-komunikazzjoni: 21 ta’ Ottubru 2021

DESKRIZZJONI TAL-EMENDA APPROVATA U R-RAĠUNIJIET GĦALIHA

1.   Barbera d’Alba - iddeżinjat bħala mis-subżona Castellinaldo

Iż-żona ġeografika ddefinita għad-DOP Barbera d’Alba tinkludi s-subżona msejħa “Castellinando”. Din iż-żona b’karatteristiċi uniċi kienet magħrufa tradizzjonalment li hija partikolarment adattata għall-vitikultura u ilha inkluża fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ Barbera d’Alba mill-bidu, tant li ilu jiġu prodott inbid bl-isem Barbera Castellinaldo f’din iż-żona sa mill-bidu tas-seklu 20. Fis-snin 90, il-produtturi ngħaqdu flimkien biex jiffurmaw assoċjazzjoni bil-għan li jistabbilixxu regoli aktar restrittivi minn dawk li japplikaw għall-inbejjed koperti mid-DOP. Is-subżona ta’ Castellinaldo ġiet iddefinita b’mod espliċitu. Tinkludi l-muniċipalità ta’ Castellinaldo d’Alba u parti mill-muniċipalitajiet ta’ Vezza d’Alba, Canale, Priocca, Magliano Alfieri, Castagnito u Guarene fil-provinċja ta’ Cuneo. Ir-regoli għas-subżona ta’ Castellinaldo huma stabbiliti fl-aħħar tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għall-Barbera d’Alba, b’kundizzjonijiet aktar restrittivi maħsuba biex jenfasizzaw il-karatteristiċi uniċi tagħha. Il-ħamrija ma hijiex daqshekk ramlija u l-art tixbah aktar dik li tinsab fuq il-lemin tax-Xmara Tanaro. F’termini tar-riżalt, l-għoljiet huma aktar ġentili mill-bqija taż-żona koperta mid-DOP. Il-ħamrija hija inqas ramlija iżda l-preżenza tat-tafal tpatti għal dan (Marne di Sant’Agata, saff ta’ fossili, Tortonjan ta’ Fuq). Is-subżona tirrappreżenta madwar 20 % taż-żona eliġibbli għad-DOP Barbera d’Alba, ekwivalenti għal erja potenzjali ta’ 207 ettari bi produzzjoni potenzjali ta’ madwar 1 837 000 flixkun.

L-emendi jikkonċernaw l-Artikoli 1 u 9 tal-Ispeċifikazzjoni ġenerali għad-DOP (ir-regoli għas-subżona Castellinaldo u t-taqsima dwar ir-rabta, rispettivament), kif ukoll it-taqsimiet li ġejjin: 4. Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed; 5. Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid; 5.1 Prattiki enoloġiċi speċifiċi u 5.2. Rendimenti massimi għal kull ettaru; 6. Żona tal-produzzjoni tal-għeneb; 8. Rabta mal-ambjent.

2.   Żona tal-produzzjoni tal-għeneb

Sabiex tittejjeb iċ-ċarezza, id-deskrizzjoni fl-Ispeċifikazzjoni taż-żona tal-produzzjoni għall-għeneb tad-DOP Barbera d’Alba ġiet ifformulata mill-ġdid biex tinkludi aktar dettalji. Dan għaliex id-deskrizzjoni eżistenti kienet wisq ġenerali. Din hija emenda klerikali li ma tinvolvi l-ebda bidla fid-demarkazzjoni taż-żona ġeografika.

Il-konfini tas-subżona tal-produzzjoni tal-għeneb Castellinaldo fi ħdan iż-żona tad-DOP Barbera d’Alba ġew deskritti wkoll.

L-emendi jikkonċernaw it-Taqsima 4 tad-Dokument Uniku (Definizzjoni taż-żona demarkata).

3.   Deskrizzjoni tar-rabta

It-taqsima dwar ir-rabta ġiet estiża biex tinkludi informazzjoni dwar is-subżona Castellinaldo.

Id-deskrizzjoni estiża tar-rabta fl-Artikolu 9 (Rabta mal-ambjent) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ġiet inkluża wkoll fit-Taqsima 8 (Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet) tad-Dokument Uniku.

4.   Rendimenti massimi għal kull ettaru

Ġew miżjuda r-rendimenti massimi tal-għeneb għal kull ettaru għas-subżona Castellinaldo. Dawn huma aktar restrittivi minn dawk li japplikaw għall-inbejjed koperti mid-DOK ġenerali. Din l-emenda tikkonċerna t-Taqsima 5 tad-Dokument Uniku (Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid; 5.2 Rendimenti massimi għal kull ettaru).

5.   Emendi klerikali

Ġew miżjuda referenzi għad-dettalji ta’ kuntatt mat-taqsima Informazzjoni oħra tad-Dokument Uniku (il-punti 2.1; 2.2 u 2.5).

DOKUMENT UNIKU

1.   Isem/ismijiet għar-reġistrazzjoni

Barbera d’Alba

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

DOP – Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta

3.   Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli

1.

Inbid

4.   Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed

1.   Barbera d’Alba, Barbera d’Alba Superiore, Barbera d’Alba Vigna (Kategorija: Inbid)

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

Kulur: aħmar lewn ir-rubin; Aroma: ta’ frott u distintiva; Togħma: xotta, mimlija togħma, armonjuża; Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 12,00 % sa 12,50 %; Estratt minimu mingħajr zokkor: 23,0 g/l.

Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella ta’ hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

 

Aċidità totali minima

4,5 fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

2.   Barbera d’Alba ddeżinjat bħala mis-subżona Castellinaldo u bl-indikazzjoni “Vigna” (Kategorija: Inbid)

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

Kulur: aħmar lewn ir-rubin, iqarreb lejn il-granata biż-żmien; Aroma: ta’ frott u distintiva; Togħma: xotta, mimlija togħma, armonjuża, strutturata tajjeb; Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 12,50 %; Estratt minimu mingħajr zokkor: 25,0 g/l;

Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella ta’ hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

 

Aċidità totali minima

5,0 fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

5.   Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid

Prattiki enoloġiċi speċifiċi

1.

Perjodu ta’ tqaddim għall-inbejjed tad-DOP Barbera d’Alba ddeżinjati bħala mis-subżona Castellinaldo

Prattika enoloġika speċifika

Biex jikkwalifika għad-DOK Barbera d’Alba bid-denominazzjoni tas-subżona Castellinaldo, l-inbid irid jgħaddi minn perjodu ta’ tqaddim ta’ 14-il xahar, li minnhom mill-inqas sitt xhur iridu jitqattgħu fi btieti tal-injam u tlieta fil-flixkun, li jibdew mill-1 ta’ Novembru tas-sena li fiha jinqata’ l-għeneb.

Rendimenti massimi għal kull ettaru:

1.

Barbera d’Alba, Barbera d’Alba Superiore

10 000 kilogramma għeneb għal kull ettaru

2.

Barbera d’Alba ddeżinjat bħala mis-subżona Castellinaldo

9 500 kilogramma għeneb għal kull ettaru

3.

Barbera d’Alba u s-subżona Barbera d’Alba Castellinaldo bl-indikazzjoni “vigna”

9 000 kilogramma għeneb għal kull ettaru

6.   Definizzjoni taż-żona demarkata

L-għeneb maħsub għall-produzzjoni tal-inbid bid-denominazzjoni tal-oriġini Barbera d’Alba għandu jitkabbar fiż-żona tal-oriġini, li tikkonsisti fil-muniċipalitajiet sħaħ ta’:

Alba, Albaretto della Torre, Barbaresco, Barolo, Borgomale, Camo, Canale, Castagnito, Castellinaldo, Castiglione Falletto, Castiglione Tinella, Castino, Corneliano d’Alba, Cossano Belbo, Diano d’Alba, Govone, Grinzane Cavour, Guarene, Magliano Alfieri, Mango, Monforte d’Alba, Montelupo Albese, Monticello d’Alba, Neive, Neviglie, Novello, Perletto, Piobesi d’Alba, Priocca, Rocchetta Belbo, Roddi, Roddino, Rodello, S. Vittoria d’Alba, S. Stefano Belbo, Serralunga d’Alba, Sinio, Treiso, Trezzo Tinella, Verduno, Vezza d’Alba; u parti mit-territorju tal-muniċipalitajiet ta’ Baldissero d’Alba, Bra, Cortemilia, Cherasco, La Morra, Monchiero, Montà d’Alba, Montaldo Roero, Monteu Roero, Narzole, Pocapaglia, S. Stefano Roero u Sommariva Perno, fil-provinċja ta’ Cuneo.

L-għeneb maħsub għall-produzzjoni tal-inbejjed Barbera d’Alba ddeżinjati bħala mis-subżona Castellinaldo jrid jiġi prodott fi ħdan il-konfini tal-muniċipalità ta’ Castellinaldo d’Alba jew f’parti mill-muniċipalitajiet ta’ Vezza d’Alba, Canale, Priocca, Magliano Alfieri, Castagnito u Guarene, fil-provinċja ta’ Cuneo.

7.   Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid / jinkisbu l-inbejjed

 

Barbera N.

 

Nebbiolo N.

8.   Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet

Rabta mal-ambjent

A)

L-inbejjed Barbera d’Alba għandhom l-oriġini tagħhom fil-“Langhe” (jiġifieri għoljiet twal u baxxi), terminu li xi esperti jsostnu li ġej minn “langues”, jiġifieri strixxi ta’ art li jiffurmaw kontorni vividi li jvarjaw mal-mogħdija tal-istaġuni. Mill-perspettiva ġeoloġika, dawn l-għoljiet twal u baxxi jmorru lura għall-era Terzjarja jew Ċenożojka, li bdiet kważi 70 miljun sena ilu. Iż-żona tal-produzzjoni tal-għoljiet għoljin fuq ix-Xmara Tanaro hija kkaratterizzata minn lom abjad bit-tufu. Il-biċċa l-kbira tal-art fit-territorju tappartjeni għall-formazzjoni ġeoloġika magħrufa bħala “terreno tortoniano” [ħamrija Tortonjana], waħda mill-14-il saff li jiffurmaw il-ħamrija sedimentarja tal-baċir idrografiku terzjarju tal-Piemonte. Il-ħamrija Tortonjana tipikament tikkonsisti f’saffi ta’ ramel u lom. Il-lom griż jagħti fil-blu ma huwiex solidu ħafna u jirriżulta f’serbut għoljiet pjuttost baxxi li jagħtu fl-abjad u li huma ideali għall-vitikultura. Il-varjetà tad-dwieli Barbera hija eżempju mill-ifjen ta’ kemm iż-żoni Langa u Roero huma adattati tajjeb għall-vitikultura: hija eċċellenti għat-tqaddim, u fl-istess ħin, għal inbejjed mhux imqaddmin eċċitanti. Prinċipalment titkabbar fuq l-għoljiet tal-Lbiċ, bit-tekniki tat-tħarriġ espalier u taż-żabra Guyot.

B)

Id-dettalji tal-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott jirriżultaw essenzjalment jew esklużivament mill-ambjent ġeografiku

L-inbid Barbera d’Alba tal-Kategorija I huwa magħmul bl-użu tal-varjetà Barbera biss. Madankollu, f’xi każijiet, tradizzjonalment jiżdied ammont żgħir ta’ għeneb Nebbiolo biex jikkumpensa għall-aċidità li hija tipika tal-varjetà tad-dwieli.

C)

Deskrizzjoni tar-rabta kawżali bejn l-elementi msemmija f’(A) u (B). L-inbid Barbera kien meqjus bħala inbid tal-“kampanja” iżda maż-żmien ir-reputazzjoni tiegħu kibret, peress li l-proċessi xierqa tal-produzzjoni tal-inbid urew li jirriżultaw kemm fi nbejjed eċċellenti lesti biex jinxtorbu kif ukoll fi nbejjed strutturati tajjeb li jdumu tajjeb għal żmien medju u li jitqaddmu u jippreservaw, wara ħafna snin, l-aktar karatteristiċi uniċi ta’ din il-varjetà tad-dwieli partikolarment ta’ preġju u ta’ dan it-territorju. Is-subżona Castellinaldo tinsab fuq ix-xatt tax-xellug tax-Xmara Tanaro, fejn is-sawra tal-art hija aktar maħlula u l-komponent ramli huwa ogħla milli fil-muniċipalitajiet l-oħra fejn jiġi prodott il-Barbera d’Alba. Dan l-aspett minn dejjem iddistingwa l-inbejjed prodotti f’din iż-żona, sal-punt li l-kombinament bejn il-Barbera d’Alba u l-Castellinaldo saret dejjem aktar prominenti. L-inbid diġà kien ġie rikonoxxut f’numru ta’ pubblikazzjonijiet, fosthom uħud importanti, bħall-Monografija ta’ Fantini lejn l-aħħar tas-seklu 19. Il-produtturi fis-subżona Castellinaldo ngħaqdu flimkien biex jiffurmaw assoċjazzjoni lejn l-aħħar tas-snin 90, bil-ħsieb li jadottaw regoli aktar restrittivi minn dawk tal-inbejjed Barbera d’Alba.

9.   Rekwiżiti oħra applikabbli (ippakkjar, tikkettar, rekwiżiti addizzjonali)

Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott

https://www.politicheagricole.it/flex/cm/pages/ServeBLOB.php/L/IT/IDPagina/17437


(1)  ĠU L 9, 11.1.2019, p. 2.


21.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 31/20


Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni tal-approvazzjoni ta’ emenda standard għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid, kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33.

(2022/C 31/11)

Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata f’konformità mal-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1).

KOMUNIKAZZJONI TAL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD

Lacrima di Morro / Lacrima di Morro d’Alba

PDO-IT-A0431-AM03

Data tal-komunikazzjoni: 21 ta’ Ottubru 2021

DESKRIZZJONI TAL-EMENDA APPROVATA U R-RAĠUNIJIET GĦALIHA

1.   Indikazzjoni obbligatorja tas-sena li fiha ġie prodott l-għeneb

Deskrizzjoni:

Artikolu 7 (Deżinjazzjoni u preżentazzjoni) — L-aħħar paragrafu:

“Huwa obbligatorju li t-tikkettar imsemmi fl-Artikolu 1 jindika s-sena li fiha ġie prodott l-għeneb, fil-każ ta’ kontenituri b’volum nominali sa 3 litri.”

Dan għandu jiġi sostitwit minn:

“Is-sena tal-produzzjoni tal-għeneb trid tiġi indikata fuq it-tikkettar tal-inbejjed imsemmi fl-Artikolu 1.”

Raġuni:

Dan huwa titjib fil-formulazzjoni fl-aħħar paragrafu tal-Artikolu 7 sabiex isir aktar ċar li s-sena li fiha ġie prodott l-għeneb trid tiġi indikata fuq it-tikketti tat-tipi kollha ta’ nbejjed koperti mid-DOP Lacrima di Morro jew Lacrima di Morro d’Alba (il-Liġi Nru 238 tat-12 ta’ Diċembru 2016).

Din l-emenda tikkonċerna l-Artikolu 7 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.

Id-Dokument Uniku ma huwiex affettwat minn din l-emenda.

2.   Għeluq tal-fliexken

Deskrizzjoni:

Artikolu 8 (Imballaġġ) — L-aħħar paragrafu:

“L-inbejjed Lacrima di Morro Superiore, Lacrima di Morro d’Alba Superiore, Lacrima di Morro Passito u Lacrima di Morro d’Alba Passito jistgħu jiġu rilaxxati għall-konsum biss fi fliexken tal-ħġieġ b’kapaċità ta’ mhux aktar minn 3,00 litri. Għal dawn it-tipi ta’ nbid, l-użu ta’ tappijiet bil-kamin, ta’ għeluq li jiċċarrtu u ta’ kapsuni huwa pprojbit.”

Dan għandu jiġi sostitwit minn:

“L-inbejjed Lacrima di Morro Superiore, Lacrima di Morro d’Alba Superiore, Lacrima di Morro Passito u Lacrima di Morro d’Alba Passito jistgħu jiġu rilaxxati għall-konsum biss fi fliexken tal-ħġieġ b’kapaċità ta’ sa 3,00 litri. Għal dawn it-tipi ta’ nbid, l-użu ta’ għeluq li jiċċarrtu u ta’ kapsuni huwa pprojbit.”

Raġuni:

L-emenda tneħħi l-projbizzjoni fuq l-użu ta’ tappijiet bil-kamin. Madankollu, dan ma għandux jiġi interpretat bħala “twessigħ” tar-regoli li jirregolaw id-DOP, iżda bħala “adattament” tad-DOP Lacrima di Morro jew Lacrima di Morro d’Alba għall-ħtiġijiet tas-suq.

L-Artikolu 8 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ġie emendat.

Id-Dokument Uniku ma huwiex affettwat minn din l-emenda.

3.   Korp ta’ spezzjoni — aġġornament tal-indirizz

Deskrizzjoni:

Aġġornament tal-indirizz tal-uffiċċju rreġistrat tal-korp ta’ spezzjoni

Raġuni:

Din hija emenda purament teknika biex jiġi indikat l-uffiċċju rreġistrat il-ġdid tal-korp ta’ spezzjoni (Valoritalia S.r.l.)

L-Artikolu 10 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ġie emendat.

Id-Dokument Uniku ġie emendat kif ġej: Taqsima 2. DETTALJI TA’ KUNTATT - Subtaqsima 2.5. Dettalji tal-korp ta’ spezzjoni

DOKUMENT UNIKU

1.   Isem/ismijiet għar-reġistrazzjoni

 

Lacrima di Morro

 

Lacrima di Morro d’Alba

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika:

DOP – Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta

3.   Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli

1.

Inbid

4.   Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed

1.   Lacrima di Morro jew Lacrima di Morro d’Alba

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

L-inbejjed tad-DOP Lacrima di Morro u Lacrima di Morro d’Alba huma ta’ kulur aħmar lewn ir-rubin, b’aroma milqugħa u intensa u togħma distintiva bellusija u pjaċevoli. Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 11,00 %. Estratt minimu mingħajr zokkor: 20,0 g/l. Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella ta’ hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

 

Aċidità totali minima

4,50 fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

2.   Lacrima di Morro Superiore u Lacrima di Morro d’Alba Superiore

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

L-inbejjed tad-DOP Lacrima di Morro Superiore u Lacrima di Morro d’Alba Superiore huma ta’ kulur aħmar skur lewn ir-rubin, b’aroma milqugħa u intensa u togħma distintiva bellusija u pjaċevoli.

Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 12,00 %.

Aċidità totali minima: 4,5 g/l.

Estratt minimu mingħajr zokkor: 22,0 g/l.

Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella ta’ hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

 

Aċidità totali minima

4,50 fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

3.   Lacrima di Morro Passito u Lacrima di Morro d’Alba Passito

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

L-inbejjed tad-DOP Lacrima di Morro Passito u Lacrima di Morro d’Alba Passito huma ta’ sfumaturi varjabbli ta’ aħmar, kultant iqarrbu lejn lewn il-granata, b’aroma distintiva u qawwija u togħma armonjuża u bellusija.

Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 15,00 %; li minnha l-qawwa proprja hija mill-inqas 13,00 %.

Aċidità totali minima: 4,0 g/l.

Estratt minimu mingħajr zokkor: 25,0 g/l.

Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella ta’ hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

 

Aċidità totali minima

4,0 fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

25

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

5.   Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid

Prattiki enoloġiċi speċifiċi

Rendimenti massimi għal kull ettaru:

1.

Lacrima di Morro u Lacrima di Morro d’Alba

13 000 kilogramma għeneb għal kull ettaru

2.

Lacrima di Morro Superiore u Lacrima di Morro d’Alba Superiore

10 000 kilogramma għeneb għal kull ettaru

3.

Lacrima di Morro Passito u Lacrima di Morro d’Alba Passito

13 000 kilogramma għeneb għal kull ettaru

6.   Definizzjoni taż-żona demarkata

Iż-żona tal-produzzjoni tal-għeneb użat għall-produzzjoni tal-inbejjed tad-DOP Lacrima di Morro u Lacrima di Morro d’Alba tinsab fil-provinċja ta’ Ancona. Din tinkludi t-territorju kollu tal-muniċipalitajiet ta’ Morro d’Alba, Monte S.Vito, S. Marcello, Belvedere Ostrense, Ostra u Senigallia, bl-eċċezzjoni tal-qigħan tal-widien u l-għoljiet li jħarsu lejn il-baħar fil-muniċipalità ta’ Senigallia, li tinsab bejn il-kosta u l-awtostrada.

7.   Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid / jinkisbu l-inbejjed

Lacrima N.

8.   Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet

Lacrima di Morro u Lacrima di Morro d’Alba

Iż-żona tal-produzzjoni għall-inbejjed tad-DOP Lacrima di Morro u Lacrima di Morro d’Alba għandha storja antika ħafna ta’ vitikultura, kif jixhdu bosta dokumenti bikrin u sejbiet arkeoloġiċi. Jinsabu deskrizzjonijiet tal-varjetà tad-dwieli Lacrima f’diversi rekords bil-miktub li jmorru lura għas-seklu 18. Il-fattur uman kellu rwol primarju fir-rigward kemm tal-għażla tad-dielja mkabbra kif ukoll ta’ kif evolvew il-metodi agrikoli u ta’ vinifikazzjoni. Il-karatteristiċi organolettiċi partikolari ħafna u uniċi tal-inbejjed tad-DOP Lacrima di Morro u Lacrima di Morro d’Alba huma r-riżultat tal-interazzjoni bejn dawn il-fatturi umani u l-fatturi naturali fiż-żona.

9.   Rekwiżiti oħra applikabbli (ippakkjar, tikkettar, rekwiżiti addizzjonali)

Is-sena li fiha ġie prodott l-għeneb

Qafas legali:

Il-leġiżlazzjoni tal-UE

Tip ta’ rekwiżit ieħor:

Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

Huwa obbligatorju li t-tikkettar fuq l-inbejjed Lacrima di Morro, Lacrima di Morro d’Alba, Lacrima di Morro Superiore, Lacrima di Morro d’Alba Superiore, Lacrima di Morro Passito u Lacrima di Morro d’Alba Passito jindika s-sena li fiha ġie prodott l-għeneb.

Ippakkjar, ibbottiljar u projbizzjoni fuq ċerti sistemi tal-għeluq

Qafas legali:

Il-leġiżlazzjoni tal-UE

Tip ta’ rekwiżit ieħor:

Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

It-tip ta’ nbid Lacrima di Morro jew Lacrima di Morro d’Alba msemmi fl-Artikolu 1 jista’ jiġi rilaxxat għall-konsum biss fi fliexken tal-ħġieġ b’kapaċità ta’ mhux aktar minn ħames litri.

L-inbejjed Lacrima di Morro Superiore, Lacrima di Morro d’Alba Superiore, Lacrima di Morro Passito u Lacrima di Morro d’Alba Passito jistgħu jiġu rilaxxati għall-konsum biss fi fliexken tal-ħġieġ b’kapaċità ta’ mhux aktar minn tliet litri. Għal dawn it-tipi ta’ nbid, l-użu ta’ għeluq li jiċċarrtu u ta’ kapsuni huwa pprojbit.

Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott

https://www.politicheagricole.it/flex/cm/pages/ServeBLOB.php/L/IT/IDPagina/17456


(1)  ĠU L 9, 11.1.2019, p. 2.


21.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 31/25


Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni ta’ approvazzjoni ta’ emenda standard fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid, kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33

(2022/C 31/12)

Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata f’konformità mal-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1)

KOMUNIKAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD LI TEMENDA D-DOKUMENT UNIKU

Pla de Bages

PDO-ES-A1557-AM05

Data tal-komunikazzjoni: 20 ta’ Ottubru 2021

DESKRIZZJONI TAL-EMENDA APPROVATA U R-RAĠUNIJIET GĦALIHA

1.   Żieda fil-limiti għall-aċidità volatili fl-inbejjed bojod, rożè u ħomor

Deskrizzjoni

Il-paragrafu li jirreferi għall-aċidità volatili tal-inbejjed tal-Kategorija 1 ġie emendat kif ġej:

“Inbejjed ta’ inqas minn sena għandu jkollhom aċidità volatili ta’ inqas minn 0,70 g/l, espressa bħala aċidu aċetiku, għall-inbejjed bojod u rożè u ta’ inqas minn 0,8 g/l għall-inbejjed ħomor.

L-inbejjed imqaddmin għal aktar minn sena u l-inbejjed prodotti fi btieti tal-injam fl-istess sena, kemm jekk bil-fermentazzjoni u/jew bit-tqaddim, għandu jkollhom aċidità volatili massima ta’ 0,9 g/l fl-inbejjed bojod u rożè u ta’ 1,1 g/l fl-inbejjed ħomor.” Fi kliem ieħor, għall-inbejjed bojod u rożè l-limitu żdied minn 0,6 għal 0,7 g/l għall-inbejjed mhux imqaddma u għal 0,9 g/l għal dawk imqaddmin fil-btieti tal-injam. Għall-inbejjed ħomor imqaddmin fil-btieti, il-limitu żdied minn 1 għal 1,1 g/l.

L-emenda tikkonċerna t-Taqsima 2(D-3) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u t-Taqsima 4 tad-Dokument Uniku.

Din hija meqjusa bħala emenda standard minħabba li ma hija koperta mill-ebda wieħed mit-tipi ta’ emendi elenkati fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 tas-17 ta’ Ottubru 2018 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni ta’ denominazzjonijiet ta’ oriġini, indikazzjonijiet ġeografiċi u termini tradizzjonali fis-settur tal-inbid, il-proċedura ta’ oġġezzjoni, ir-restrizzjonijiet tal-użu, l-emendi għall-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott, it-tħassir tal-protezzjoni, u t-tikkettar u l-preżentazzjoni.

Raġunijiet

Ir-raġuni għal din l-emenda hija l-inklużjoni ta’ sistemi ġodda għall-produzzjoni tal-inbid li huma differenti minn dawk konvenzjonali, fejn jintużaw temperaturi ta’ fermentazzjoni ogħla, ħmira magħżula b’mod naturali u tagħmir ġdid tal-produzzjoni tal-inbid, li spiss jirriżultaw fi nbejjed b’aċidità volatili ogħla.

Fl-istess ħin, hemm numru dejjem akbar ta’ varjetajiet indiġeni fiż-żona ta’ Pla de Bages, li għandhom tendenza li jkunu aktar sensittivi meta jsiru l-inbejjed.

2.   Tneħħija tal-limiti tad-densità tat-tħawwil

Deskrizzjoni

Il-paragrafu “Id-densità massima tat-tħawwil hi ta’ 4 500 dielja/ettaru u d-densità minima hi ta’ 2 500 dielja/ettaru. Kwalunkwe densità oħra trid tiġi approvata.” tħassar.

Din l-emenda tikkonċerna t-Taqsima 3.1 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u t-Taqsima 5(a) tad-Dokument Uniku.

Din hija meqjusa bħala emenda standard minħabba li ma hija koperta mill-ebda wieħed mit-tipi ta’ emendi elenkati fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 tas-17 ta’ Ottubru 2018 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni ta’ denominazzjonijiet ta’ oriġini, indikazzjonijiet ġeografiċi u termini tradizzjonali fis-settur tal-inbid, il-proċedura ta’ oġġezzjoni, ir-restrizzjonijiet tal-użu, l-emendi għall-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott, it-tħassir tal-protezzjoni, u t-tikkettar u l-preżentazzjoni.

Raġunijiet

L-irqajja’ tal-vinji għandhom tqassim u konfigurazzjonijiet varjati ħafna minħabba t-terren muntanjuż taż-żona tad-DOP Pla de Bages.

Uħud mill-vinji jinsabu f’għelieqi relattivament kbar li faċli jinħadmu bil-magna, għalhekk id-densità tat-tħawwil tista’ taqbeż il-massimu ta’ 4 500 dielja/ettaru.

Bl-istess mod, l-irqajja’ mtarrġin żgħar li diffiċli jiġu aċċessati f’nofs żoni bil-foresti jfissru li d-densità tat-tħawwil tista’ wkoll tkun inqas mill-minimu attwali ta’ 2 500 dielja/ettaru stipulat fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.

Peress li dawn kollha huma vinji kkultivati fiż-żona u jipproduċu nbejjed li għandhom id-denominazzjoni ta’ oriġini Pla de Bages, inqisu li l-limitazzjoni tad-densità tat-tħawwil ma tagħmilhiex possibbli li din id-diversità ta’ vinji tkun rappreżentata bis-sħiħ.

3.   Indikazzjoni tal-varjetajiet adatti għall-produzzjoni ta’ nbid ħelu naturali

Deskrizzjoni

Fit-taqsima fejn huwa deskritt tip ta’ nbid likur, inbid ħelu naturali, ġie speċifikat li dawn l-inbejjed għandhom isiru mill-varjetajiet ta’ għeneb Garnacha, Macabeo jew Malvasía Aromatica / Malvasia de Sitges.

Din l-emenda tikkonċerna t-Taqsima 2(D-3) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott iżda ma taffettwax id-Dokument Uniku.

Din hija meqjusa bħala emenda standard minħabba li ma hija koperta mill-ebda wieħed mit-tipi ta’ emendi elenkati fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 tas-17 ta’ Ottubru 2018 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni ta’ denominazzjonijiet ta’ oriġini, indikazzjonijiet ġeografiċi u termini tradizzjonali fis-settur tal-inbid, il-proċedura ta’ oġġezzjoni, ir-restrizzjonijiet tal-użu, l-emendi għall-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott, it-tħassir tal-protezzjoni, u t-tikkettar u l-preżentazzjoni.

Raġunijiet

Kien meħtieġ li tiġi ssupplimentata t-taqsima li tiddefinixxi l-inbid ħelu naturali peress li ma kinitx kompluta fl-Ispeċifikazzjoni. Il-lista tal-varjetajiet tal-għeneb li jistgħu jintużaw għall-produzzjoni ta’ tali nbid kienet nieqsa.

DOKUMENT UNIKU

1.   Isem/ismijiet għar-reġistrazzjoni

Pla de Bages

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

DOP – Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta

3.   Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli

1.

Inbid

3.

Inbid likur

5.

Inbid spumanti ta’ kwalità

8.

Inbid semispumanti

4.   Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed

1.   Inbejjed bojod u rożè

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

Prodotti mill-varjetajiet elenkati fit-Taqsima 6. L-inbejjed bojod huma ta’ kulur ċar b’aromi friski ta’ fjuri u ħxejjex aromatiċi. Billi hija żona influwenzata ħafna mill-Pirinej, l-aromi tal-inbejjed bojod huma fost l-aktar friski minn dawk deskritti għal kull varjetà, bi preżenza qawwija ta’ frott aċiduż. L-inbejjed rożè huma robusti, magħmulin minn għeneb misjur li jagħti struttura tajba u sensazzjoni sottili. Il-kulur ivarja minn maċerazzjonijiet iqsar għal inbejjed rożè aktar qawwija.

Il-qawwa alkoħolika attwali minima hija 11,5 % vol. għall-inbejjed rożè magħmula biss mill-għeneb Sumoll u Ull de Llebre u 12,5 % vol. għall-varjetajiet l-oħra kollha.

L-inbejjed imqaddmin għal aktar minn sena u l-inbejjed prodotti fi btieti tal-injam fl-istess sena, kemm jekk bil-fermentazzjoni u/jew bit-tqaddim, għandu jkollhom aċidità volatili massima ta’ 0,9 g/l.

KARATTERISTIĊI ANALITIĊI

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

11

Aċidità totali minima

4,5 grammi għal kull litru, espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

11,67

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

180

2.   Inbid aħmar

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

L-inbejjed ħomor għandhom isiru mill-varjetajiet awtorizzati. Għandhom kulur intens ħafna. L-istaġun tat-tkabbir u l-klima friska jippromwovu s-sajran bil-mod fil-ħarifa, li jippermetti l-akkumulazzjoni mmarkata tal-kulur fil-varjetajiet kollha. Madankollu, ta’ min jinnota li l-varjetajiet indiġeni għandhom tendenza li jkollhom inqas potenzjal ta’ kulur u għalhekk jipproduċu nbejjed inqas ikkuluriti. Huma nbejjed strutturati tajjeb u qawwija ħafna.

Il-qawwa alkoħolika proprja minima għall-inbejjed magħmula biss minn għeneb Sumoll, Ull de Llebre, Picapoll Negro u Garró/Mandó hija ta’ 11,5 % vol.

L-inbejjed li jitqaddmu għal aktar minn sena u l-inbejjed li jiġu prodotti fi btieti tal-injam fl-istess sena, kemm jekk bil-fermentazzjoni u/jew bit-tqaddim, għandu jkollhom aċidità volatili massima ta’ 1,1 g/l.

KARATTERISTIĊI ANALITIĊI

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

12,5

Aċidità totali minima

4,5 grammi għal kull litru, espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

13,3

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

150

3.   Inbid semispumanti

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

L-inbejjed semispumanti għandhom bażikament l-istess parametri bħall-bojod u r-rożè, bil-karatteristiċi speċifiċi li ġejjin:

1.

Dawn l-inbejjed għandhom aċidità ogħla minħabba li l-qawwa alkoħolika tagħhom hija limitata. Din tikkontribwixxi għas-sens ta’ freskezza tagħha, li huwa bbilanċjat b’mod fin mill-preżenza tad-diossidu tal-karbonju.

2.

Dawn l-inbejjed għandhom togħma aktar strutturata u huma aktar mimlija fil-ħalq minħabba s-sensazzjoni li tinħass li tinħoloq mid-diossidu tal-karbonju li fihom.

KARATTERISTIĊI ANALITIĊI

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

10,5

Aċidità totali minima

4,5 grammi għal kull litru, espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

13,3

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

200

4.   Inbid spumanti ta’ kwalità

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

Viżwalment, il-kuluri ta’ dawn l-inbejjed huma simili għal dawk deskritti fit-taqsima dwar l-inbejjed bojod u rożè.

Aromi sottostanti ta’ frott frisk, frott taċ-ċitru u fjuri huma mogħtija mill-cuvées. It-tqaddim fuq il-karfa li tiżviluppa fil-flixkun iżżid noti ta’ frott u ħobż imnixxef.

Dawn l-inbejjed huma ħafna aktar mimlija fil-ħalq mill-inbejjed li jsiru minnhom. Il-kremożità tagħhom hija proporzjonata man-numru ta’ xhur ta’ tqaddim, u d-diossidu tal-karbonju huwa integrat tajjeb. Il-bżieżaq fini joħolqu sinerġiji mal-qalba aċiduża tal-inbejjed miż-żona, li jagħtu l-freskezza u l-karatteristika ta’ togħma persistenti tal-inbejjed spumanti magħmulin f’reġjuni friski.

KARATTERISTIĊI ANALITIĊI

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

10,5

Aċidità totali minima

4,5 grammi għal kull litru, espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

13,3

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

185

5.   Inbejjed likur

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

Dawn l-inbejjed jistgħu jsiru minn għeneb misjur iżżejjed jew minn għeneb affettwat minn moffa nobbli.

L-inbejjed magħmulin minn għeneb misjur iżżejjed jiksbu noti ta’ frott imqadded, żbib, xiropp u ħlewwiet. Meta jkunu magħmula minn għeneb affettwat minn taħsir nobbli, dawn l-aromi jkunu ssupplimentati b’noti ta’ qoxra tal-larinġ u għasel.

L-inbejjed ħelwin naturali li jsiru billi titwaqqaf il-fermentazzjoni, normalment b’mikrofiltrazzjoni u billi l-inbejjed jinżammu kesħin, ikollhom il-karatteristiċi ta’ nbejjed mhux imqaddmin iżda b’zokkor preżenti b’mod naturali.

Huma prodotti nbejjed mistelles, rancio u nbid ħelu naturali.

KARATTERISTIĊI ANALITIĊI

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

15

Aċidità totali minima

4,5 grammi għal kull litru, espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

180

5.   Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid

5.1.   Prattiki enoloġiċi speċifiċi

1.   Metodu tal-kultivazzjoni

Iridu jintużaw prattiki ta’ kultivazzjoni tradizzjonali sabiex jinkisbu l-aqwa kwalitajiet. Il-prattiki kollha tal-produzzjoni tal-inbid iridu jirrispettaw l-ambjent u l-bilanċ fiżjoloġiku tad-dwieli. Irid jiġi applikat għarfien espert agronomiku sabiex jinkiseb għeneb f’kundizzjoni ottimali għall-produzzjoni tal-inbid.

Id-dielja trid titħarreġ f’konformità mal-prattiki u l-metodi tal-produzzjoni tal-inbid ġeneralment aċċettati.

L-għeneb maħsud għandu jiġi ttrasportat kemm jista’ jkun malajr u bl-użu ta’ metodi li jiżguraw li l-kwalità tal-għeneb tiġi ppreżervata.

2.   Restrizzjoni rilevanti fuq il-produzzjoni tal-inbejjed

L-għeneb irid jinħasad b’attenzjoni kbira. L-inbejjed koperti mid-DOP jistgħu jiġu prodotti biss minn għeneb b’saħħtu li jkun misjur biżżejjed biex jipproduċi nbejjed b’qawwa alkoħolika naturali ta’ mill-inqas 9,5 % vol. għall-inbejjed bojod u 11 % vol. għall-inbejjed ħomor. L-inbejjed semispumanti jew spumanti ta’ kwalità magħmulin mill-għeneb irid ikollhom qawwa alkoħolika naturali minima ta’ 9,5 % vol.

5.2.   Rendimenti massimi għal kull ettaru

1.   Varjetajiet bojod

10 000 kilogramma għeneb għal kull ettaru

2.   Varjetajiet bojod

70 ettolitru għal kull ettaru

3.   Varjetajiet ħomor

9 000 kilogramma għeneb għal kull ettaru

4.   Varjetajiet ħomor

63 ettolitru għal kull ettaru

6.   Definizzjoni taż-żona demarkata

L-inbejjed bid-DOP Pla de Bages huma prodotti fil-muniċipalitajiet li ġejjin:

Aguilar de Segarra

Artés

Avinyó

Balsareny

Calders

Callús

Cardona

Castellbell i el Vilar

Castellfollit del Boix

Castellgalí

Castellnou de Bages

El Pont de Vilomara i Rocafort

L’Estany

Fonollosa

Gaià

Manresa

Marganell

Moià

Monistrol de Calders

Monistrol de Montserrat

Mura

Navarcles

Navàs

Rajadell

Sallent

Sant Feliu Sasserra

Sant Fruitós de Bages

Sant Joan de Vilatorrada

Sant Mateu de Bages

Sant Salvador de Guardiola

Sant Vicenç de Castellet

Santpedor

Santa Maria d’Oló

Súria

Talamanca

7.   Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid / jinkisbu l-inbejjed

PICAPOLL BLANCO

SUMOLL TINTO

TEMPRANILLO – ULL DE LLEBRE

8.   Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet

8.1.   Inbid

Il-kundizzjonijiet agrikoli u klimatiċi tad-distrett huma kkaratterizzati minn temperaturi u livell ta’ xita li huma differenti ħafna minn dawk tad-distretti fil-viċinat. L-altitudni medja u d-distanza tad-distrett mill-baħar u mill-iskarpata ta’ qabel il-kosta jiffurmaw ċerti aspetti tal-klima tiegħu li huma responsabbli għall-qalba aċiduża tal-inbejjed tiegħu.

Il-foresti abbundanti u n-numru kbir ta’ ħxejjex aromatiċi li jikbru fid-distrett kollu jagħtuh ambjent distintiv li għandu influwenza qawwija u speċifika fuq il-prodotti kollha tal-inbid tad-DOP Pla de Bages. L-aromi primarji tal-inbejjed jiġu infużi bl-irwejjaħ ta’ dawk il-ħxejjex aromatiċi. Il-klin, il-lavanda, is-sagħtar, eċċ. huma preżenti.

8.2.   Inbid semispumanti

Il-kummenti li saru fit-taqsima preċedenti dwar l-inbejjed japplikaw ukoll hawnhekk.

8.3.   Inbid spumanti ta’ kwalità

Id-distrett ta’ Bages għandu tradizzjoni twila ta’ produzzjoni tal-inbejjed spumanti. Il-muniċipalità ta’ Artés hija koperta mid-DOP Cava peress li l-inbejjed ta’ dak it-tip ilhom jiġu prodotti hemmhekk minn mindu saru l-ewwel esperimenti fil-bidu tas-seklu 20. Fi kliem ieħor, kienet pijuniera fil-produzzjoni tal-inbejjed spumanti. Il-varjetajiet ewlenin użati għall-produzzjoni tal-inbejjed spumanti, Macabeo, Xarel·lo u Parellada, għandhom il-karatteristiċi deskritti hawn fuq fit-taqsima dwar l-inbejjed.

8.4.   Inbid likur

L-inbejjed likuri ilhom jiġu prodotti fid-distrett ta’ Bages sa minn kemm ilu jiftakar il-bniedem. L-inbid rancio, mistelle u l-inbid ħelu naturali ilhom għal bosta snin xarbiet komuni fid-djar tad-distrett. Il-kombinazzjoni ta’ metodu tradizzjonali tal-produzzjoni u l-varjetajiet tad-dwieli tad-distrett, li huma influwenzati mill-kundizzjonijiet agroklimatiċi msemmija hawn fuq, tagħti lil dawn l-inbejjed karatteristiċi organolettiċi partikolari.

9.   Rekwiżiti oħra applikabbli (ippakkjar, tikkettar, rekwiżiti addizzjonali)

Qafas legali:

Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit ieħor:

L-ippakkjar fiż-żona ġeografika demarkata

Deskrizzjoni tal-kondizzjoni:

L-inbejjed tad-DOP Pla de Bages iridu jiġu ppakkjati fiż-żona speċifikata fir-regolamenti li jirregolaw id-DOP. Din id-deċiżjoni ttieħdet mill-Bord Regolatorju peress li jikkunsidra li, minħabba ż-żona żgħira koperta mid-DOP, kwalunkwe interferenza esterna jista’ jkollha impatt negattiv fuq il-kwalità, peress li tmur lil hinn mill-kontroll tal-Bord u tista’ timmina l-istandards stabbiliti.

Link għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott

http://incavi.gencat.cat/web/.content/005-normativa/plecs-condicions-do-catalanes/Arxius-plecs/Plec-de-condicions-DO-Pla-de-Bages-maig-2021.pdf


(1)  ĠU L 9, 11.1.2019, p. 2.


Rettifika

21.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 31/32


Rettifika għad-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea — Prijoritajiet Leġiżlattivi tal-UE għall-2022

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 514 I tal-21 ta’ Diċembru 2021 )

(2022/C 31/13)

Fil-qoxra, fil-werrej u f’paġna 1, fit-titolu:

flok:

“IL-KUNSILL”,

aqra:

«IL-PARLAMENT EWROPEW

IL-KUNSILL

IL-KUMMISSJONI EWROPEA”.