ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 9

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 65
10ta' Jannar 2022


Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2022/C 9/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10527 — INSIGHT / VECTOR CAPITAL / IRIS HOLDINGS JV) ( 1 )

1


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2022/C 9/02

Informazzjoni kkomunikata mill-istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

2

2022/C 9/03

Informazzjoni kkomunikata mill-istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

3


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2022/C 9/04

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10472 — Deutsche Post DHL Group/JF Hillebrand Group) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

4

2022/C 9/05

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10548 — TELEKOM DEUTSCHLAND / IFM INVESTORS / JV) — Kawża li tista’ tiġi kkunsidrata għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

6


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

10.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.10527 — INSIGHT / VECTOR CAPITAL / IRIS HOLDINGS JV)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 9/01)

Fit 9 ta’ Diċembru 2021, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tas-sit web tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Dan is-sit web jipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fis-sit web EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32021M10527. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

10.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/2


Informazzjoni kkomunikata mill-istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

(2022/C 9/02)

F’konformità mal-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), ittieħdet deċiżjoni li s-sajd jingħalaq kif stabbilit fit-tabella ta’ hawn taħt:

Data u żmien tal-għeluq

8.12.2021

Durata

8.12.2021 - 31.12.2021

Stat Membru

Franza

Stokk jew Grupp ta’ stokkijiet

ALB/AN05N

Speċi

Alonga tat-Tramuntana (Thunnus alalunga)

Żona

L-Oċean Atlantiku, fit-Tramuntana ta’ 5° N

Tip(i) ta’ bastimenti tas-sajd

Numru ta’ referenza

21/TQ92


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1


10.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/3


Informazzjoni kkomunikata mill-istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

(2022/C 9/03)

F’konformità mal-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), ittieħdet deċiżjoni li s-sajd jingħalaq kif stabbilit fit-tabella ta’ hawn taħt:

Data u żmien tal-għeluq

8.12.2021

Durata

8.12.2021 - 31.12.2021

Stat Membru

Franza

Stokk jew Grupp ta’ stokkijiet

HER/4AB. (inkl. HER/*4N-S62)

Speċi

Aringa (Clupea harengus)

Żona

L-ilmijiet tal-Unjoni u dawk Norveġiżi taż-żona 4 fit-Tramuntana ta’ 53o 30’ N

Tip(i) ta’ bastimenti tas-sajd

Numru ta’ referenza

22/TQ92


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

10.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/4


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10472 — Deutsche Post DHL Group/JF Hillebrand Group)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 9/04)

1.   

Fit-22 ta’ Diċembru 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Deutsche Post AG, li topera bħala Deutsche Post DHL Group (“DPDHL”, il-Ġermanja),

JF Hillebrand Group AG u s-sussidjarji diretti u indiretti tagħha (“Hillebrand”, il-Ġermanja).

Deutsche Post AG takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Hillebrand kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Deutsche Post AG: Deutsche Post AG hija l-entità prinċipali Ġermaniża tad-DPDHL. Deutsche Post AG hija attiva fil-loġistika, inklużi l-konsenja tal-pakketti nazzjonali u internazzjonali, is-servizzi internazzjonali express, l-ispedizzjoni u t-trasport tal-merkanzija, il-kummerċ elettroniku u l-ġestjoni tal-katina tal-provvista. Hija attiva wkoll fis-servizz postali fil-Ġermanja. Deutsche Post AG hija kkwotata fil-Borża ta’ Frankfurt (il-Ġermanja).

Hillebrand: Hillebrand hija attiva fit-trasport tal-merkanzija, inklużi servizzi ta’ spedizzjoni tal-merkanzija bl-ajru, bil-baħar u bl-art inklużi servizzi anċillari u servizzi ta’ loġistika tal-kuntratti għal-likwidi mhux perikolużi. Hillebrand tipproduċi wkoll il-flexitanks użati għat-trasport ta’ likwidi bl-ingrossa fil-containers.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10472 — Deutsche Post DHL Group/JF Hillebrand Group

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-fax jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


10.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/6


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10548 — TELEKOM DEUTSCHLAND / IFM INVESTORS / JV)

Kawża li tista’ tiġi kkunsidrata għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 9/05)

1.   

Fit-22 ta’ Diċembru 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Telekom Deutschland GmbH (“TDG”, il-Ġermanja), ikkontrollata minn Deutsche Telekom AG (“DT”, il-Ġermanja)

IFM Investors Pty Ltd (“IFM”, l-Awstralja)

GlasfaserPlus GmbH (“JV”, il-Ġermanja).

TDG u IFM jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ joint ventu (JV).

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi f’joint venture.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

TDG: l-offerta ta’ network tal-broadband, telekomunikazzjonijiet mobbli, u servizzi oħra tat-telekomunikazzjoni lil klijenti residenzjali u kummerċjali,

IFM: maniġer tal-investiment globali bi sjieda tal-investitur b’assi mmaniġġati fl-infrastruttura, ekwitajiet ikkwotati fil-Borża, kapital privat u investimenti tad-dejn,

il-JV: l-ippjanar, il-kostruzzjoni u t-tħaddim sussegwenti ta’ network tat-telekomunikazzjonijiet tal-fibra ottika f’ċerti żoni rurali u b’popolazzjoni inqas densa fil-Ġermanja.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10548 TELEKOM DEUTSCHLAND / IFM INVESTORS / JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-fax jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (“ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.