ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 513

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 64
20 ta' Diċembru 2021


Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2021/C 513/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2021/C 513/02

Teħid ta’ ġurament mill-Membri l-ġodda tal-Qorti tal-Ġustizzja

2

2021/C 513/03

Elezzjoni tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja

2

2021/C 513/04

Elezzjoni tal-Viċi President tal-Qorti tal-Ġustizzja

2

2021/C 513/05

Elezzjoni tal-presidenti tal-awli komposti minn ħames Imħallfin

2

2021/C 513/06

Ħatra tal-Avukat Ġenerali Ewlieni

3

2021/C 513/07

Elezzjoni tal-presidenti tal-awli komposti minn tliet Imħallfin

3

2021/C 513/08

Għażla tal-Awla inkarigata mill-kawżi previsti fl-Artikolu 107 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja

3

2021/C 513/09

Assenjazzjoni tal-Imħallfin lill-Awli

3

2021/C 513/10

Lista li sservi għad-determinazzjoni tal-kompożizzjoni tal-Kulleġġi Ġudikanti

4

2021/C 513/11

Elezzjoni tar-Reġistratur

6

 

Il-Qorti Ġenerali

2021/C 513/12

Teħid ta’ ġurament mill-membri l-ġodda tal-Qorti Ġenerali

7


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2021/C 513/13

Kawżi magħquda C-845/19 u C-863/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-21 ta’ Ottubru 2021 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Apelativen sad – Varna – il-Bulgarija) – proċeduri kriminali kontra DR (C-845/19), TS (C-863/19) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali – Direttiva 2014/42/UE – Iffriżar u konfiska tal-mezzi strumentali u rikavati minn attività kriminali fl-Unjoni Ewropea – Kamp ta’ applikazzjoni – Konfiska tal-assi miksuba illegalment – Vantaġġ ekonomiku li jirriżulta minn reat kriminali li ma kienx is-suġġett ta’ kundanna – Artikolu 4 – Konfiska – Artikolu 5 – Konfiska estiża – Artikolu 6 – Konfiska tal-assi tat-terzi – Kundizzjonijiet – Konfiska ta’ somma pekunjarja mitluba fuq il-bażi li tappartjeni lil terza persuna – Terza persuna li ma għandhiex id-dritt li tikkostitwixxi ruħha bħala parti fil-proċedura ta’ konfiska – Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea)

8

2021/C 513/14

Kawża C-866/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-21 ta’ Ottubru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Najwyższy – il-Polonja) – SC vs Zakład Ubezpieczeń Społecznych I Oddział w Warszawie (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Sigurtà soċjali tal-ħaddiema migranti – Regolament (KE) Nru 883/2004 – Artikolu 52(1)(b) – Ħaddiem li eżerċita attività bħala persuna impjegata f’żewġ Stati Membri – Perijodu minimu meħtieġ mid-dritt nazzjonali għall-kisba ta’ dritt għal pensjoni tal-irtirar – Teħid inkunsiderazzjoni tal-perijodu ta’ kontribuzzjoni kkompletat taħt il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru ieħor – Aggregazzjoni – Kalkolu tal-ammont tal-benefiċċju tal-irtirar li għandu jitħallas)

9

2021/C 513/15

Kawża C-894/19 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-21 ta’ Ottubru 2021 – Il-Parlament Ewropew vs UZ (Appell – Servizz pubbliku – Uffiċjali – Proċedura dixxiplinari – Sanzjoni dixxiplinari – Investigazzjoni amministrattiva – Artikolu 41(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Rekwiżit ta’ imparzjalità oġġettiva – Appell inċidentali – Ċaħda ta’ talba għal assistenza – Artikolu 41(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali – Dritt għal smigħ)

9

2021/C 513/16

Kawża C-80/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-21 ta’ Ottubru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunalul Bucureşti – ir-Rumanija) – Wilo Salmson France SAS vs Agenţia Naţională de Administrare Fiscală – Direcţia Generală Regională a Finanţelor Publice Bucureşti, Agenţia Naţională de Administrare Fiscală – Direcţia Generală Regională a Finanţelor Publice Bucureşti – Administraţia Fiscală pentru Contribuabili Nerezidenţi (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Direttiva 2006/112/KE – Artikoli 167 sa 171 u Artikolu 178(a) – Dritt għal tnaqqis tal-VAT – Rimbors tal-VAT favur persuni taxxabbli stabbiliti fi Stat Membru li ma huwiex l-Istat Membru tar-rimbors – Pussess ta’ fattura – Direttiva 2008/9/KE – Ċaħda tat-talba għal rimbors – Kanċellazzjoni tal-fattura mill-fornitur – Ħruġ ta’ fattura ġdida – Talba ġdida għal rimbors – Ċaħda)

10

2021/C 513/17

Kawża C-282/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-21 ta’ Ottubru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-iSpetsializiran nakazatelen sad – il-Bulgarija) – Proċeduri kriminali kontra ZX (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali – Direttiva 2012/13/UE – Dritt għal informazzjoni fi proċeduri kriminali – Artikolu 6(3) – Dritt tal-persuni suspettati jew tal-persuni li jkunu s-suġġett ta’ proċeduri kriminali li jiġu informati dwar id-drittijiet tagħhom – Artikoli 47 u 48 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tipprevedix rimedju proċedurali sabiex jiġu rrimedjati, wara seduta preliminari, in-nuqqas ta’ preċiżjoni u n-nuqqas ta’ kompletezza li jivvizzjaw il-kontenut tal-att ta’ akkuża)

11

2021/C 513/18

Kawża C-393/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-21 ta’ Ottubru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Rejonowy dla Krakowa-Śródmieścia w Krakowie – il-Polonja) – T.B., D. sp. z. o. o. vs G. I. A/S (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali – Regolament (UE) Nru 1215/2012 – Ġurisdizzjoni f’materji tal-assigurazzjonijiet – Artikolu 11(1)(b) – Artikolu 12 – Artikolu 13(2) – Kamp ta’ applikazzjoni ratione personae – Kunċett ta’ persuna leża – Professjonist – Ġurisdizzjoni speċjali – Artikolu 7(2))

12

2021/C 513/19

Kawża C-396/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-21 ta’ Ottubru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Kúria – l-Ungerija) – CHEP Equipment Pooling NV vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Tassazzjoni – Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Modalitajiet tar-rimbors tal-VAT għal persuni taxxabbli li ma humiex stabbiliti fl-Istat Membru tar-rimbors – Direttiva 2008/9/KE – Artikolu 20(1) – Talba għal informazzjoni addizzjonali mill-Istat Membru tar-rimbors – Elementi li jistgħu jkunu s-suġġett ta’ talba għal informazzjoni addizzjonali – Nuqqas ta’ qbil bejn is-somma li tinsab fuq it-talba għal rimbors u s-somma li tinsab fuq il-fatturi prodotti – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Prinċipju ta’ newtralità tal-VAT – Terminu ta’ dekadenza – Konsegwenzi fuq ir-rettifika tal-iżball tal-persuna taxxabbli)

13

2021/C 513/20

Kawża C-402/20 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-21 ta’ Ottubru 2021 – Lípidos Santiga, SA vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell – Enerġija – Direttiva (UE) 2018/2001 – Promozzjoni tal-użu ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli – Limitazzjoni tal-użu ta’ biokarburanti prodotti minn kulturi intiżi għall-ikel tal-bniedem jew l-annimali – Regolament Delegat (UE) 2019/807 – Definizzjoni tal-materji primi b’riskju għoli ta’ tibdil indirett fl-użu tal-art (TIUA) – Żejt tal-palm – Rikors għal annullament – Kundizzjoni li tgħid li persuna fiżika jew ġuridika għandha tkun direttament ikkonċernata – Inammissibbiltà)

13

2021/C 513/21

Kawża C-23/21: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-23 ta’ Settembru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Gericht Erster Instanz Eupen – il-Belgju) – IO vs Wallonische Region (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Artikolu 49 TFUE – Libertà ta’ stabbiliment – Moviment bit-triq – Sewwieq li jirrisjedi fi Stat Membru – Vettura rreġistrata fi Stat Membru ieħor – Vettura mqiegħda għad-dispożizzjoni ta’ direttur ta’ kumpannija stabbilita f’dan l-Istat Membru ieħor – Obbligu ta’ reġistrazzjoni fl-ewwel Stat Membru)

14

2021/C 513/22

Kawża C-30/21: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-21 ta’ Settembru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Lennestadt – il-Ġermanja – Nemzeti Útdíjfizetési Szolgáltató Zrt. vs NW (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – Regolamenti (UE) Nru 1215/2012 – Artikolu 1(1) – Kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae – Kunċett ta’ materji ċivili u kummerċjali – Proċedura intiża għall-irkupru ta’ tariffa marbuta mal-użu ta’ triq suġġetta għal pedaġġ)

15

2021/C 513/23

Kawża C-510/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fid-19 ta’ Awwissu 2021 – DB vs Austrian Airlines AG

15

2021/C 513/24

Kawża C-519/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Cluj (ir-Rumanija) fl-24 ta’ Awwissu 2021 – ASA vs DGRFP Cluj

16

2021/C 513/25

Kawża C-522/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Pfälzisches Oberlandesgericht (il-Ġermanja) fl-24 ta’ Awwissu 2021 – MS vs Saatgut Treuhandverwaltungs GmbH

17

2021/C 513/26

Kawża C-524/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Bucureşti (ir-Rumanija) fl-24 ta’ Awwissu 2021 – IG vs Agenţia Judeţeană de Ocupare a Forţei de Muncă Ilfov

17

2021/C 513/27

Kawża C-525/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Bucureşti (ir-Rumanija) fl-24 ta’ Awwissu 2021 – Agenţia Municipală pentru Ocuparea Forţei de Muncă Bucureşti vs IM

18

2021/C 513/28

Kawża C-555/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fid-9 ta’ Settembru 2021 – UniCredit Bank Austria AG vs Verein für Konsumenteninformation

19

2021/C 513/29

Kawża C-577/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sofiyski gradski sad (il-Bulgarija) fl-20 ta’ Settembru 2021 – LM u NO vs HUK-COBURG-Allgemeine Versicherung AG

20

2021/C 513/30

Kawża C-596/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Nürnberg (il-Ġermanja) fit-28 ta’ Settembru 2021 – A vs Finanzamt M

20

2021/C 513/31

Kawża C-603/21 P: Appell ippreżentat fit-28 ta’ Settembru 2021 mill-Unie van Professionele Transporteurs en Logistieke Ondernemers (UPTR) mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fit-28 ta’ Lulju 2021 fil-Kawża T-634/20, UPTR vs Il-Parlament u Il-Kunsill

21

2021/C 513/32

Kawża C-605/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Městským soudem v Praze (ir-Repubblika Ċeka) fit-30 ta’ Settembru 2021 – Heureka Group a.s. vs Google LLC

22

2021/C 513/33

Kawża C-606/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-cour d’appel de Paris (Franza) fit-30 ta’ Settembru 2021 – Doctipharma SAS vs Union des Groupements de pharmaciens d’officine (UDGPO), Pictime Coreyre

23

2021/C 513/34

Kawża C-633/21: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Ottubru 2021 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika

24

2021/C 513/35

Kawża C-258/20: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-24 ta’ Settembru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Juzgado de lo Social no 1 de Barcelona – Spanja) – HVvs Instituto Nacional de la Seguridad Social (INSS)

25

2021/C 513/36

Kawża C-689/20: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta’ Settembru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sofiyski rayonen sad – il-Bulgarija) – Banka DSK EAD vs RP

25

2021/C 513/37

Kawża C-336/21: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-20 ta’ Settembru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landesgericht Korneuburg – l-Awstrija) – L GmbH vs F GmbH, BW, SW

25

 

Il-Qorti Ġenerali

2021/C 513/38

Kawża T-503/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Settembru 2021 – T i D kontrolni sistemi vs EUIPO – Sigmatron (Apparat u mezzi ta’ senjalazzjoni) (Disinn Komunitarju – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta apparat u mezzi ta’ senjalazzjoni – Disinn Komunitarju preċedenti – Raġuni ta’ invalidità – Assenza ta’ karattru individwali – Dikjarazzjoni ta’ invalidità tad-disinn preċedenti – Assenza ta’ rilevanza – Żvelar tad-disinn preċedenti – Utent informat – Livell ta’ libertà tal-kreatur – Assenza ta’ impressjoni globali differenti – Artikolu 6 u Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002)

26

2021/C 513/39

Kawża T-201/18: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Ottubru 2021 – Diusa Rendering u Assograssi vs Il-Kummissjoni (Saħħa pubblika – Regoli għall-prevenzjoni, il-kontroll u l-eradikazzjoni ta’ ċerti enċefalopatiji sponġiformi kontaġġjużi – Projbizzjoni ta’ esportazzjoni ta’ fertilizzanti organiċi u prodotti li jtejbu l-ħamrija dderivati minn materjal tal-Kategorija 2 – Nuqqas min-naħa tal-Kummissjoni li tibda l-proċedura bil-għan li teżamina mill-ġdid il-projbizzjoni – Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni – Proposta ta’ abbozz ta’ miżuri li jtemmu n-nuqqas li tittieħed azzjoni – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

26

2021/C 513/40

Kawża T-329/20: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Ottubru 2021 – 4B Company vs EUIPO – Deenz [Pendent (ġojjell)] (Disinn Komunitarju – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta pendent (ġojjell) – Żamma tad-disinn f’forma emendata – Artikolu 25(6) tar Regolament (KE) Nru 6/2002 – Interess ġuridiku – Inammissibbiltà)

27

2021/C 513/41

Kawża T-510/20: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Ottubru 2021 – Fachverband Spielhallen u LM vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat – Trattament fiskali tal-operaturi ta’ casinos pubbliċi fil-Ġermanja – Ilment – Fażi preliminari ta’ eżami – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata l-assenza ta’ għajnuna mill-Istat – Kundizzjonijiet għall-ftuħ ta’ proċedura ta’ investigazzjoni formali – Diffikultajiet serji – Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat – Imposta fuq il-profitti – Vantaġġ – Natura selettiva – Rikors manifestament infondat fid-dritt)

28

2021/C 513/42

Kawża T-22/21: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Ottubru 2021 – Equinoccio-Compañía de Comercio Exterior vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament – Strument ta’ għajnuna għall-preadeżjoni – Stat terz – Suq pubbliku nazzjonali – Xoljiment tal-kuntratt mill-awtorità kontraenti – Talba ta’ implimentazzjoni mill-awtorità kontraenti ta’ garanzija bankarja – Kontrofirma mill-kap tad-delegazzjoni tal-Unjoni fl-Istat terz jew mill-assistent kap – Nuqqas ta’ kompetenza)

28

2021/C 513/43

Kawża T-297/21 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Ottubru 2021 – Troy Chemical Company u Troy vs Il-Kummissjoni (Proċeduri għal miżuri provviżorji – Prodotti bijoċidali – Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/348 – Approvazzjoni tal-carbendazim bħala sustanza attiva eżistenti intiża sabiex tintuża fil-prodotti bijoċidali tat-tipi ta’ prodotti 7 (preservattivi għall-pellikoli) u 10 (preservattivi tal-bini) – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Nuqqas ta’ urġenza)

29

2021/C 513/44

Kawża T-603/21: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Settembru 2021 – WO vs UPPE

29

2021/C 513/45

Kawża T-631/21: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Settembru 2021 – BZ vs BĊE

30

2021/C 513/46

Kawża T-686/21: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Ottubru 2021 – energy cake vs EUIPO – Foodtastic (ENERGY CAKE)

32

2021/C 513/47

Kawża T-688/21: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Ottubru 2021 – BNP Paribas Public Sector vs SRB

32

2021/C 513/48

Kawża T-689/21: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Ottubru 2021 – Auken et vs Il-Kummissjoni

34

2021/C 513/49

Kawża T-690/21: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Ottubru 2021 – LW Capital vs Il-Kummissjoni

35

2021/C 513/50

Kawża T-691/21: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Ottubru 2021 – Alcogroup u Alcodis vs Il-Kummissjoni

35

2021/C 513/51

Kawża T-473/19: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Ottubru 2021 – Diageo et vs Il-Kummissjoni

36

2021/C 513/52

Kawża T-476/19: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Ottubru 2021 – AstraZeneca et vs Il-Kummissjoni

36

2021/C 513/53

Kawża T-628/19: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Ottubru 2021 – Teva vs Il-Kummissjoni u EMA

36

2021/C 513/54

Kawża T-515/20: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Ottubru 2021 – Puma vs EUIPO – Caterpillar (SPEEDCAT)

37

2021/C 513/55

Kawża T-708/20: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Ottubru 2021 – TrekStor vs EUIPO (e.Gear)

37


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

20.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 513/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2021/C 513/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 502, 13.12.2021

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 490, 6.12.2021

ĠU C 481, 29.11.2021

ĠU C 471, 22.11.2021

ĠU C 462, 15.11.2021

ĠU C 452, 8.11.2021

ĠU C 431, 25.10.2021

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


Il-Qorti tal-Ġustizzja

20.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 513/2


Teħid ta’ ġurament mill-Membri l-ġodda tal-Qorti tal-Ġustizzja

(2021/C 513/02)

Maħtura bħala Mħallfin tal-Qorti tal-Ġustizzja permezz ta’ deċiżjonijiet tar-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea tad-19 ta’ Frar 2021 (1), tal-21 ta’ April 2021 (2), tat-2 ta’ Ġunju 2021 (3) u tas-7 ta’ Lulju 2021 (4), għall-perijodu bejn is-7 ta’ Ottubru 2021 u s-6 ta’ Ottubru 2027, M. Gavalec, O. Spineanu-Matei, D. Gratsias, Z. Csehi u M. L. Arastey Sahún ħadu l-ġurament quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja fis-7 ta’ Ottubru 2021.

Maħtura bħala Avukati Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja permezz ta’ deċiżjonijiet tar-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea tal-21 ta’ April 2021 2, tas-7 ta’ Lulju 2021 4 u tat-8 ta’ Settembru 2021 (5), għall-perijodu bejn is-7 ta’ Ottubru 2021 u s-6 ta’ Ottubru 2027, N. Emiliou, T. Ćapeta u L. Medina ħadu l-ġurament quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja fis-7 ta’ Ottubru 2021.

Maħtur bħala Avukat Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja permezz ta’ deċiżjoni tar-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea tat-8 ta’ Settembru 2021 5, għall-perijodu bejn is-7 ta’ Ottubru 2021 u s-6 ta’ Ottubru 2024, A. M. Collins ħa l-ġurament quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja fis-7 ta’ Ottubru 2021.


(1)  ĠU L 64, 24.2.2021, p. 4.

(2)  ĠU L 176, 19.5.2021, p. 3.

(3)  ĠU L 201, 8.6.2021, p. 28.

(4)  ĠU L 243, 9.7.2021, p. 45.

(5)  ĠU L 319, 10.9.2021, p. 4.


20.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 513/2


Elezzjoni tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja

(2021/C 513/03)

Fil-laqgħa tat-8 ta’ Ottubru 2021, l-Imħallfin tal-Qorti tal-Ġustizzja eleġġew, skont l-Artikolu 8(1) tar-Regoli tal-Proċedura, lil K. Lenaerts bħala President tal-Qorti tal-Ġustizzja, għall-perijodu mit-8 ta’ Ottubru 2021 sas-6 ta’ Ottubru 2024.


20.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 513/2


Elezzjoni tal-Viċi President tal-Qorti tal-Ġustizzja

(2021/C 513/04)

Fil-laqgħa tat-8 ta’ Ottubru 2021, l-Imħallfin tal-Qorti tal-Ġustizzja eleġġew, skont l-Artikolu 8(4) tar-Regoli tal-Proċedura, lil L. Bay Larsen, bħala Viċi President tal-Qorti tal-Ġustizzja, għall-perijodu mit-8 ta’ Ottubru 2021 sas-6 ta’ Ottubru 2024.


20.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 513/2


Elezzjoni tal-presidenti tal-awli komposti minn ħames Imħallfin

(2021/C 513/05)

Fil-laqgħa tat-8 ta’ Ottubru 2021, l-Imħallfin tal-Qorti tal-Ġustizzja eleġġew, skont l-Artikolu 12(1) tar-Regoli tal-Proċedura, lil A. Arabadjiev, bħala President tal-Ewwel Awla, lil A. Prechal, bħala President tat-Tieni Awla, lil K. Jürimäe, bħala President tat-Tielet Awla, lil C. Lycourgos, bħala President tar-Raba’ Awla, u lil E. Regan, bħala President tal-Ħames Awla, għall-perijodu mit-8 ta’ Ottubru 2021 sas-6 ta’ Ottubru 2024.


20.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 513/3


Ħatra tal-Avukat Ġenerali Ewlieni

(2021/C 513/06)

Fil-laqgħa tat-8 ta’ Ottubru 2021, l-Avukati Ġenerali eleġġew, skont l-Artikolu 14(1) tar-Regoli tal-Proċedura, lil M. Szpunar bħala Avukat Ġenerali Ewlieni, għall-perijodu mit-8 ta’ Ottubru 2021 sas-6 ta’ Ottubru 2024.


20.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 513/3


Elezzjoni tal-presidenti tal-awli komposti minn tliet Imħallfin

(2021/C 513/07)

Fil-laqgħa tal-11 ta’ Ottubru 2021, l-Imħallfin tal-Qorti tal-Ġustizzja eleġġew, skont l-Artikolu 12(2) tar-Regoli tal-Proċedura, lil I. Ziemele, bħala President tas-Sitt Awla, lil J. Passer, bħala President tas-Seba’ Awla, lil N. Jääskinen, bħala President tat-Tmien Awla, lil S. Rodin, bħala President tad-Disa’ Awla, u lil I. Jarukaitis, bħala President tal-Għaxar Awla, għall-perijodu mill-11 ta’ Ottubru 2021 sas-6 ta’ Ottubru 2022.


20.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 513/3


Għażla tal-Awla inkarigata mill-kawżi previsti fl-Artikolu 107 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja

(2021/C 513/08)

Waqt il-laqgħa ġenerali tagħha tal-11 ta’ Ottubru 2021, il-Qorti tal-Ġustizzja, b’applikazzjoni tal-Artikolu 11(2) tar-Regoli tal-Proċedura, għażlet l-Ewwel Awla u t-Tieni Awla sabiex ikunu l-Awli inkarigati mill-kawżi previsti fl-Artikolu 107 tal-imsemmija regoli, għall-perijodu mill-11 ta’ Ottubru 2021 sas-6 ta’ Ottubru 2022.


20.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 513/3


Assenjazzjoni tal-Imħallfin lill-Awli

(2021/C 513/09)

Waqt il-laqgħa ġenerali tal-11 ta’ Ottubru 2021, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li tassenja l-Imħallfin lill-Awli b’ħames Imħallfin kif ġej:

L-Ewwel Awla

A. Arabadjiev, President tal-Awla,

T. von Danwitz, P. G. Xuereb, A. Kumin u I. Ziemele, Imħallfin

It-Tieni Awla

A. Prechal, Presidenta tal-Awla,

F. Biltgen, N. Wahl, J. Passer u M. l. Arastey Sahún, Imħallfin

It-Tielet Awla

K. Jürimäe, Presidenta tal-Awla,

M. Safjan, N. J. Piçarra, N. Jääskinen u M. Gavalec, Imħallfin

Ir-Raba’ Awla

C. Lycourgos, President tal-Awla,

J-C. Bonichot, S. Rodin, L. S. Rossi u O. Spineanu-Matei, Imħallfin

Il-Ħames Awla

E. Regan, President tal-Awla,

M. Ilešič, I. Jarukaitis, D. Gratsias u Z. Csehi, Imħallfin

Waqt il-laqgħa ġenerali tal-11 ta’ Ottubru 2021, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li tassenja l-Imħallfin lill-Awli bi tlett Imħallfin kif ġej:

Is-Sitt Awla

I. Ziemele, Presidenta tal-Awla,

T. von Danwitz, P. G. Xuereb u A. Kumin, Imħallfin

Is-Seba’ Awla

J. Passer, President tal-Awla,

F. Biltgen, N. Wahl u M. l. Arastey Sahún, Imħallfin

It-Tmien Awla

N. Jääskinen, President tal-Awla,

M. Safjan, N. J. Piçarra u M. Gavalec, Imħallfin

Id-Disa’ Awla

S. Rodin, President tal-Awla,

J-C. Bonichot, L. S. Rossi u O. Spineanu-Matei, Imħallfin

L-Għaxar Awla

I. Jarukaitis, President tal-Awla,

M. Ilešič, D. Gratsias u Z. Csehi, Imħallfin

Waqt il-laqgħa ġenerali tal-11 ta’ Ottubru 2021, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet, barra minn hekk, li tassenja lill-Viċi President lill-Ewwel Awla u lis-Sitt Awla għall-bżonnijiet tal-kawżi li fihom huwa jeżerċita l-funzjonijiet ta’ Mħallef relatur u li jkunu ser jintbagħatu mill-Qorti tal-Ġustizzja, rispettivament, quddiem awla b’ħames Imħallfin u quddiem awla bi tlett Imħallfin.

Il-Qorti tal-Ġustizzja barra minn hekk iddeċidiet li tassenja lill-Presidenti tal-Awli b’ħames Imħallfin lil awla bi tlett Imħallfin għall-kawżi kollha li fihom huma jeżerċitaw il-funzjonijiet ta’ Mħallef relatur u li jkunu ser jintbagħatu mill-Qorti tal-Ġustizzja quddiem tali kulleġġ ġudikanti. B’konsegwenza ta’ dan, il-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi li tassenja lil A. Arabadjiev lis-Sitt Awla, lil A. Prechal lis-Seba Awla, lil K. Jürimäe lit-Tmien Awla, lil C. Lycourgos lid-Disa’ Awla u lil E. Regan lill-Għaxar Awla.


20.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 513/4


Lista li sservi għad-determinazzjoni tal-kompożizzjoni tal-Kulleġġi Ġudikanti

(2021/C 513/10)

Waqt il-laqgħa ġenerali tagħha tat-13 ta’ Ottubru 2021, il-Qorti tal-Ġustizzja stabbilixxiet il-lista għad-determinazzjoni tal-kompożizzjoni tal-Awla Manja kif ġej:

M. Ilešič

O. Spineanu-Matei

J-C. Bonichot

Z. Csehi

T. von Danwitz

M. Gavalec

M. Safjan

M. l. Arastey Sahún

S. Rodin

D. Gratsias

F. Biltgen

J. Passer

P. G. Xuereb

I. Ziemele

N. J. Piçarra

N. Wahl

L. S. Rossi

N. Jääskinen

I. Jarukaitis

A. Kumin

Waqt il-laqgħa ġenerali tagħha tat-13 ta’ Ottubru 2021, il-Qorti tal-Ġustizzja stabbilixxiet il-lista għad-determinazzjoni tal-kompożizzjoni tal-awli b’ħames Imħallfin kif ġej:

L-Ewwel Awla:

T. von Danwitz

I. Ziemele

P. G. Xuereb

A. Kumin

It-Tieni Awla:

F. Biltgen

M. l. Arastey Sahún

N. Wahl

J. Passer

It-Tielet Awla:

M. Safjan

M. Gavalec

N. J. Piçarra

N. Jääskinen

Ir-Raba’ Awla:

J-C. Bonichot

O. Spineanu-Matei

S. Rodin

L. S. Rossi

Il-Ħames Awla:

M. Ilešič

Z. Csehi

I. Jarukaitis

D. Gratsias

Waqt il-laqgħa ġenerali tagħha tat-13 ta’ Ottubru 2021, il-Qorti tal-Ġustizzja stabbilixxiet il-lista għad-determinazzjoni tal-kompożizzjoni tal-awli bi tlett Imħallfin kif ġej:

Is-Sitt Awla

T. von Danwitz

P. G. Xuereb

A. Kumin

Is-Seba’ Awla

F. Biltgen

N. Wahl

M. l. Arastey Sahún

It-Tmien Awla

M. Safjan

N. J. Piçarra

M. Gavalec

Id-Disa’ Awla

J-C. Bonichot

L. S. Rossi

O. Spineanu-Matei

L-Għaxar Awla

M. Ilešič

D. Gratsias

Z. Csehi


20.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 513/6


Elezzjoni tar-Reġistratur

(2021/C 513/11)

Fil-laqgħa ġenerali tas-26 ta’ Ottubru 2021, l-Imħallfin u l-Avukati Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja iddeċidew, skont l-Artikolu 18(4) tar-Regoli tal-Proċedura, li jġeddu l-mandat ta’ Alfredo Calot Escobar bħala Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja, għall-perijodu mis-7 ta’ Ottubru 2022 sas-6 ta’ Ottubru 2028.


Il-Qorti Ġenerali

20.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 513/7


Teħid ta’ ġurament mill-membri l-ġodda tal-Qorti Ġenerali

(2021/C 513/12)

Maħtura bħala Mħallef tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea permezz ta’ deċiżjoni tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea tat-2 ta’ Ġunju 2021 (1), għall-perijodu mill-10 ta’ Ġunju 2021 sal-31 ta’ Awwissu 2025, M. Brkan ħadet il-ġurament quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja fis-6 ta’ Lulju 2021.

Maħtur bħala Mħallef tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea permezz ta’ deċiżjoni tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea tat-8 ta’ Settembru 2021 (2), għall-perijodu mill-10 ta’ Settembru 2021 sal-31 ta’ Awwissu 2025, P. Zilgalvis ħa l-ġurament quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja fis-27 ta’ Settembru 2021.

Maħtura bħala Mħallfin tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea permezz ta’ deċiżjoni tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea tat-13 ta’ Ottubru 2021 (3), għall-perijodu mit-18 ta’ Ottubru 2021 sal-31 ta’ Awwissu 2022, K. Kecsmár u I. Gâlea ħadu l-ġurament quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja fis-27 ta’ Ottubru 2021.


(1)  ĠU L 203, 9.6.2021, p. 16.

(2)  ĠU L 319, 10.9.2021, p. 5.

(3)  ĠU L 368, 18.10.2021, p. 4.


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

20.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 513/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-21 ta’ Ottubru 2021 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Apelativen sad – Varna – il-Bulgarija) – proċeduri kriminali kontra DR (C-845/19), TS (C-863/19)

(Kawżi magħquda C-845/19 u C-863/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali - Direttiva 2014/42/UE - Iffriżar u konfiska tal-mezzi strumentali u rikavati minn attività kriminali fl-Unjoni Ewropea - Kamp ta’ applikazzjoni - Konfiska tal-assi miksuba illegalment - Vantaġġ ekonomiku li jirriżulta minn reat kriminali li ma kienx is-suġġett ta’ kundanna - Artikolu 4 - Konfiska - Artikolu 5 - Konfiska estiża - Artikolu 6 - Konfiska tal-assi tat-terzi - Kundizzjonijiet - Konfiska ta’ somma pekunjarja mitluba fuq il-bażi li tappartjeni lil terza persuna - Terza persuna li ma għandhiex id-dritt li tikkostitwixxi ruħha bħala parti fil-proċedura ta’ konfiska - Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea)

(2021/C 513/13)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Apelativen sad – Varna

Partijiet fil-kawża prinċipali

DR (C-845/19), TS (C-863/19),

fil-preżenza ta’: Okrazhna prokuratura – Varna

Dispożittiv

1)

Id-Direttiva 2014/42/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar l-iffriżar u l-konfiska ta’ mezzi strumentali u r-rikavat minn attività kriminali fl-Unjoni Ewropea, għandha tiġi interpretata fis-sens li l-pussess ta’ sustanzi narkotiċi għall-finijiet tat-traffikar tagħhom jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tagħha, minkejja li l-elementi kollha inerenti għat-twettiq ta’ dan ir-reat huma limitati għal Stat Membru wieħed biss.

2)

Id-Direttiva 2014/42 għandha tiġi interpretata fis-sens li hija ma tipprevedix biss il-konfiska tal-proprjetà li tikkostitwixxi vantaġġ ekonomiku li jirriżulta mir-reat kriminali li l-awtur ta’ dan ir-reat ġie kkundannat għalih, iżda li hija tipprevedi wkoll dik tal-proprjetà li tappartjeni lil dan l-awtur li l-qorti nazzjonali adita bil-kawża hija konvinta li toriġina minn attivitajiet kriminali oħrajn, b’osservanza tal-garanziji previsti fl-Artikolu 8(8) ta’ din id-direttiva u bil-kundizzjoni li r-reat li l-imsemmi awtur ġie ddikjarat li huwa ħati tiegħu jinsab fost dawk elenkati fl-Artikolu 5(2) tal-imsemmija direttiva u li dan ir-reat ikun jista’ jagħti lok, direttament jew indirettament, għal vantaġġ ekonomiku fis-sens tal-istess direttiva.

3)

L-Artikolu 8(1), (7) u (9) tad-Direttiva 2014/42, moqri flimkien mal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti l-konfiska, favur l-Istat, ta’ proprjetà li huwa allegat li tappartjeni lil persuna differenti mill-awtur tar-reat kriminali, mingħajr ma din il-persuna ma jkollha l-possibbiltà li tikkostitwixxi ruħha bħala parti fil-proċedura ta’ konfiska.


(1)  ĠU C 68, 2.3.2020.


20.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 513/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-21 ta’ Ottubru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Najwyższy – il-Polonja) – SC vs Zakład Ubezpieczeń Społecznych I Oddział w Warszawie

(Kawża C-866/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sigurtà soċjali tal-ħaddiema migranti - Regolament (KE) Nru 883/2004 - Artikolu 52(1)(b) - Ħaddiem li eżerċita attività bħala persuna impjegata f’żewġ Stati Membri - Perijodu minimu meħtieġ mid-dritt nazzjonali għall-kisba ta’ dritt għal pensjoni tal-irtirar - Teħid inkunsiderazzjoni tal-perijodu ta’ kontribuzzjoni kkompletat taħt il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru ieħor - Aggregazzjoni - Kalkolu tal-ammont tal-benefiċċju tal-irtirar li għandu jitħallas)

(2021/C 513/14)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Najwyższy

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: SC

Konvenut: Zakład Ubezpieczeń Społecznych I Oddział w Warszawie

Dispożittiv

L-Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali għandu jiġi interpretat fis-sens li, għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-limitu li ma għandux jinqabeż mill-perijodi ta’ assigurazzjoni mhux kontributorji meta mqabbla mal-perijodi ta’ assigurazzjoni kontributorji konformement mal-leġiżlazzjoni nazzjonali, l-istituzzjoni kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat għandha, fil-kalkolu tal-ammont teoretiku tal-benefiċċju previst fil-punt (i) ta’ din id-dispożizzjoni, tieħu inkunsiderazzjoni l-perijodi ta’ assigurazzjoni kollha, inklużi dawk ikkompletati taħt il-leġiżlazzjoni ta’ Stati Membri oħra, filwaqt li l-kalkolu tal-ammont effettiv tal-benefiċċju previst fil-punt (ii) tal-imsemmija dispożizzjoni għandu jitwettaq fid-dawl biss tal-perijodi ta’ assigurazzjoni kkompletati taħt il-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru kkonċernat.


(1)  ĠU C 61, 24.2.2020.


20.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 513/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-21 ta’ Ottubru 2021 – Il-Parlament Ewropew vs UZ

(Kawża C-894/19 P) (1)

(Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Proċedura dixxiplinari - Sanzjoni dixxiplinari - Investigazzjoni amministrattiva - Artikolu 41(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Rekwiżit ta’ imparzjalità oġġettiva - Appell inċidentali - Ċaħda ta’ talba għal assistenza - Artikolu 41(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali - Dritt għal smigħ)

(2021/C 513/15)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: V. Montebello-Demogeot u I. Lázaro Betancor, agenti)

Parti oħra fil-proċedura: UZ (rappreżentant: J.-N. Louis, avukat)

Dispożittiv

1)

L-appell prinċipali u l-appell inċidentali huma miċħuda.

2)

Il-Parlament Ewropew huwa kkundannat għall-ispejjeż relatati mal-appell prinċipali.

3)

UZ hija kkundannata għall-ispejjeż relatati mal-appell inċidentali.


(1)  ĠU C 77, 09.03.2020.


20.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 513/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-21 ta’ Ottubru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunalul Bucureşti – ir-Rumanija) – Wilo Salmson France SAS vs Agenţia Naţională de Administrare Fiscală – Direcţia Generală Regională a Finanţelor Publice Bucureşti, Agenţia Naţională de Administrare Fiscală – Direcţia Generală Regională a Finanţelor Publice Bucureşti – Administraţia Fiscală pentru Contribuabili Nerezidenţi

(Kawża C-80/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Artikoli 167 sa 171 u Artikolu 178(a) - Dritt għal tnaqqis tal-VAT - Rimbors tal-VAT favur persuni taxxabbli stabbiliti fi Stat Membru li ma huwiex l-Istat Membru tar-rimbors - Pussess ta’ fattura - Direttiva 2008/9/KE - Ċaħda tat-talba għal rimbors - “Kanċellazzjoni” tal-fattura mill-fornitur - Ħruġ ta’ fattura ġdida - Talba ġdida għal rimbors - Ċaħda)

(2021/C 513/16)

Lingwa tal-kawża: Ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Tribunalul Bucureşti

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Wilo Salmson France SAS

Konvenuti: Agenţia Naţională de Administrare Fiscală – Direcţia Generală Regională a Finanţelor Publice Bucureşti, Agenţia Naţională de Administrare Fiscală – Direcţia Generală Regională a Finanţelor Publice Bucureşti – Administraţia Fiscală pentru Contribuabili Nerezidenţi

Dispożittiv

1)

L-Artikoli 167 sa 171 u 178 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2010/45/UE tat-13 ta’ Lulju 2010, kif ukoll bid-Direttiva tal-Kunsill 2008/9/KE tat-12 ta’ Frar 2008 li tistabbilixxi regoli dettaljati għar-rifużjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud, prevista fid-Direttiva 2006/112/EC, għal persuni taxxabbli mhux stabbiliti fl-Istat Membru ta’ rifużjoni iżda stabbiliti fi Stat Membru ieħor, għandhom jiġu interpretati fis-sens li d-dritt għar-rimbors tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) imposta fuq kunsinna ta’ oġġetti ma jistax jiġi eżerċitat minn persuna taxxabbli stabbilita mhux fl-Istat Membru ta’ rimbors, iżda fi Stat Membru ieħor, jekk din il-persuna taxxabbli ma tkunx fil-pussess ta’ fattura, fis-sens tad-Direttiva 2006/112, kif emendata bid-Direttiva 2010/45, relatata max-xiri tal-oġġetti kkonċernati. Huwa biss jekk dokument ikun ivvizzjat b’difetti tali li jċaħħdu lill-amministrazzjoni fiskali nazzjonali mill-informazzjoni neċessarja biex issir talba għal rimbors li huwa possibbli li jitqies li tali dokument ma jikkostitwixxix “fattura” fis-sens tad-Direttiva 2006/112, kif emendata bid-Direttiva 2010/45.L-Artikoli 167 sa 171 u 178 tad-Direttiva 2006/112, kif emendata bid-Direttiva 2010/45, kif ukoll l-ewwel ipoteżi tal-Artikolu 14(1)(a) tad-Direttiva 2008/9, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li talba għal rimbors tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) relatata ma’ perijodu tar-rimbors speċifiku tiġi miċħuda għas-sempliċi raġuni li din il-VAT tkun saret eżiġibbli matul perijodu tar-rimbors preċedenti, meta din tkun ġiet iffatturata biss matul dan il-perijodu speċifiku.

2)

L-Artikoli 167 sa 171 u 178 tad-Direttiva 2006/112, kif emendata bid-Direttiva 2010/45, kif ukoll l-ewwel ipoteżi tal-Artikolu 14(1)(a) tad-Direttiva 2008/9, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li talba għal rimbors tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) relatata ma’ perijodu tar-rimbors speċifiku tiġi miċħuda għas-sempliċi raġuni li din il-VAT tkun saret eżiġibbli matul perijodu tar-rimbors preċedenti, meta din tkun ġiet iffatturata biss matul dan il-perijodu speċifiku.

3)

L-Artikoli 167 sa 171 u 178 tad-Direttiva 2006/112, kif emendata bid-Direttiva 2010/45, kif ukoll id-Direttiva 2008/9, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-annullament unilaterali ta’ fattura minn fornitur, wara l-adozzjoni, mill-Istat Membru tar-rimbors, ta’ deċiżjoni li tiċħad it-talba għal rimbors tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) li kienet ibbażata fuqha, u meta din id-deċiżjoni diġà tkun saret definittiva, segwit bil-ħruġ minn dan il-fornitur, matul perijodu ulterjuri tar-rimbors, ta’ fattura ġdida relatata mal-istess kunsinni, mingħajr ma dawn jitqiegħdu inkwistjoni, ma għandu ebda effett fuq l-eżistenza tad-dritt għar-rimbors tal-VAT li diġà ġie eżerċitat u lanqas fuq il-perijodu li għalih dan għandu jiġi eżerċitat.


(1)  ĠU C 279, 24.8.2020


20.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 513/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-21 ta’ Ottubru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-iSpetsializiran nakazatelen sad – il-Bulgarija) – Proċeduri kriminali kontra ZX

(Kawża C-282/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali - Direttiva 2012/13/UE - Dritt għal informazzjoni fi proċeduri kriminali - Artikolu 6(3) - Dritt tal-persuni suspettati jew tal-persuni li jkunu s-suġġett ta’ proċeduri kriminali li jiġu informati dwar id-drittijiet tagħhom - Artikoli 47 u 48 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tipprevedix rimedju proċedurali sabiex jiġu rrimedjati, wara seduta preliminari, in-nuqqas ta’ preċiżjoni u n-nuqqas ta’ kompletezza li jivvizzjaw il-kontenut tal-att ta’ akkuża)

(2021/C 513/17)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Spetsializiran nakazatelen sad

Parti fil-proċedura kriminali prinċipali

ZX

fil-preżenza ta’: Spetsializirana prokuratura

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 2012/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar id-dritt għall-informazzjoni fi proċeduri kriminali u l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tipprevedix rimedju proċedurali li jippermetti li jiġu rrimedjati, wara s-seduta preliminari f’kawża kriminali, in-nuqqas ta’ preċiżjoni u n-nuqqas ta’ kompletezza li jivvizzjaw il-kontenut tal-att ta’ akkuża u li jippreġudikaw id-dritt tal-persuna li tkun is-suġġett ta’ proċeduri kriminali li tingħata informazzjoni ddettaljata dwar l-akkuża

2)

L-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 2012/13 u l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-qorti tar-rinviju għandha, sa fejn huwa possibbli, tagħti interpretazzjoni konformi tal-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar l-emenda tal-akkuża, li tippermetti lill-prosekutur pubbliku jirrimedja n-nuqqas ta’ preċiżjoni u n-nuqqas ta’ kompletezza li jivvizzjaw il-kontenut tal-att ta’ akkuża waqt is-seduta għall-għoti tas-sentenza filwaqt li jitħarsu b’mod attiv u reali d-drittijiet tad-difiża tal-persuna li tkun is-suġġett ta’ proċeduri kriminali. Huwa biss fil-każ li l-qorti tar-rinviju tqis li interpretazzjoni konformi f’dan is-sens ma tidhirx possibbli li għandha tħalli mhux applikata d-dispożizzjoni nazzjonali li tipprojbixxi li l-proċedura ġudizzjarja tiġi sospiża u li l-kawża tintbagħat lura quddiem il-prosekutur pubbliku sabiex dan ifassal att ta’ akkuża ġdid.


(1)  ĠU C 287, 31.8.2020.


20.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 513/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-21 ta’ Ottubru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Rejonowy dla Krakowa-Śródmieścia w Krakowie – il-Polonja) – T.B., D. sp. z. o. o. vs G. I. A/S

(Kawża C-393/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali - Regolament (UE) Nru 1215/2012 - Ġurisdizzjoni f’materji tal-assigurazzjonijiet - Artikolu 11(1)(b) - Artikolu 12 - Artikolu 13(2) - Kamp ta’ applikazzjoni ratione personae - Kunċett ta’ “persuna leża” - Professjonist - Ġurisdizzjoni speċjali - Artikolu 7(2))

(2021/C 513/18)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Rejonowy dla Krakowa-Śródmieścia w Krakowie

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: T.B., D. sp. z. o. o.

Konvenut: G. I. A/S

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 13(2) tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali, moqri flimkien mal-Artikolu 11(1)(b) ta’ dan ir-regolament, għandu jiġi interpretat fis-sens li dan ma jistax jiġi invokat minn kumpannija li, bħala korrispettiv għal servizzi li hija tipprovdi lill-vittma diretta ta’ inċident tat-traffiku b’rabta mad-dannu li jirriżulta minn dan l-inċident, kisbet mingħandha l-pretensjoni għall-ħlas ta’ danni tal-assigurazzjoni, sabiex għalihom titlob il-ħlas mingħand l-assiguratur tal-persuna li tkun ikkawżat l-imsemmi inċident, mingħajr madankollu ma twettaq attività professjonali fil-qasam tal-irkupru ta’ tali pretensjonijiet.

2)

L-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 1215/2012 għandu jiġi interpretat fis-sens li dan jista’ jiġi invokat minn professjonist li permezz ta’ kuntratt ta’ assenjazzjoni kiseb pretensjoni mingħand il-vittma ta’ inċident tat-traffiku bil-għan li titressaq azzjoni ta’ delitt jew ta’ kważi delitt quddiem il-qrati tal-Istat Membru tal-post fejn seħħ l-avveniment dannuż fil-konfront tal-assiguratur tal-persuna li kkawżat dan l-inċident, li għandu s-sede tiegħu fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor għajr dak tal-post fejn seħħ il-fatt dannuż, bil-kundizzjoni li l-kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni jkunu ssodisfatti, fatt dan li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.


(1)  ĠU C 423, 7.12.2020.


20.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 513/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-21 ta’ Ottubru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Kúria – l-Ungerija) – CHEP Equipment Pooling NV vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága

(Kawża C-396/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Modalitajiet tar-rimbors tal-VAT għal persuni taxxabbli li ma humiex stabbiliti fl-Istat Membru tar-rimbors - Direttiva 2008/9/KE - Artikolu 20(1) - Talba għal informazzjoni addizzjonali mill-Istat Membru tar-rimbors - Elementi li jistgħu jkunu s-suġġett ta’ talba għal informazzjoni addizzjonali - Nuqqas ta’ qbil bejn is-somma li tinsab fuq it-talba għal rimbors u s-somma li tinsab fuq il-fatturi prodotti - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Prinċipju ta’ newtralità tal-VAT - Terminu ta’ dekadenza - Konsegwenzi fuq ir-rettifika tal-iżball tal-persuna taxxabbli)

(2021/C 513/19)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Kúria

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: CHEP Equipment Pooling NV

Konvenut: Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága

Dispożittiv

L-Artikolu 20(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/9/KE tat-12 ta’ Frar 2008 li tistabbilixxi regoli dettaljati għar-rifużjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud, prevista fid-Direttiva 2006/112/KE, għal persuni taxxabbli mhux stabbiliti fl-Istat Membru ta’ rifużjoni iżda stabbiliti fi Stat Membru ieħor, moqri fid-dawl tal-prinċipji ta’ newtralità fiskali u ta’ amministrazzjoni tajba, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li l-amministrazzjoni fiskali tal-Istat Membru tar-rimbors, fil-każ fejn din tkun kisbet iċ-ċertezza, jekk ikun il-każ fid-dawl tal-informazzjoni addizzjonali pprovduta mill-persuna taxxabbli, li s-somma tat-taxxa fuq il-valur miżjud tal-input effettivament imħallsa, kif imsemmija fil-fattura mehmuża mat-talba għal rimbors, tkun ogħla mis-somma li tinsab f’din it-talba, tagħmel rimbors tat-taxxa fuq il-valur miżjud sa din l-aħħar somma biss, mingħajr ma tkun stiednet lill-persuna taxxabbli minn qabel, b’diliġenza u bl-użu tal-mezzi li jidhru l-iktar xierqa għaliha, sabiex tirrettifika t-talba tagħha għal rimbors permezz ta’ talba meqjusa li tressqet sad-data tat-talba oriġinali.


(1)  ĠU C 423, 7.12.2020.


20.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 513/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-21 ta’ Ottubru 2021 – Lípidos Santiga, SA vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-402/20 P) (1)

(Appell - Enerġija - Direttiva (UE) 2018/2001 - Promozzjoni tal-użu ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli - Limitazzjoni tal-użu ta’ biokarburanti prodotti minn kulturi intiżi għall-ikel tal-bniedem jew l-annimali - Regolament Delegat (UE) 2019/807 - Definizzjoni tal-materji primi b’riskju għoli ta’ tibdil indirett fl-użu tal-art (TIUA) - Żejt tal-palm - Rikors għal annullament - Kundizzjoni li tgħid li persuna fiżika jew ġuridika għandha tkun direttament ikkonċernata - Inammissibbiltà)

(2021/C 513/20)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Lípidos Santiga, SA (rappreżentant: P. Muñiz Fernández, abogado)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. De Meester u K. Talabér-Ritz, aġenti)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Lípidos Santiga SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 348, 19.10.2020.


20.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 513/14


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-23 ta’ Settembru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Gericht Erster Instanz Eupen – il-Belgju) – IO vs Wallonische Region

(Kawża C-23/21) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Artikolu 49 TFUE - Libertà ta’ stabbiliment - Moviment bit-triq - Sewwieq li jirrisjedi fi Stat Membru - Vettura rreġistrata fi Stat Membru ieħor - Vettura mqiegħda għad-dispożizzjoni ta’ direttur ta’ kumpannija stabbilita f’dan l-Istat Membru ieħor - Obbligu ta’ reġistrazzjoni fl-ewwel Stat Membru)

(2021/C 513/21)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Gericht Erster Instanz Eupen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: IO

Konvenut: Wallonische Region

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 49 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li abbażi tagħha direttur ta’ kumpannija jew ħaddiem li jaħdem għal rasu, li jirrisjedi f’dan l-Istat Membru, jista’ jipprevalixxi ruħu minn deroga għall-obbligu ta’ reġistrazzjoni, fl-imsemmi Stat Membru, ta’ vettura rreġistrata fi Stat Membru ieħor u mqiegħda għad-dispożizzjoni tiegħu minn kumpannija, indipendentement minn jekk din għandhiex personalità ġurdika jew le, stabbilita f’dan l-Istat Membru ieħor, biss jekk dokumenti li jattestaw li l-persuna kkonċernata tissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni ta’ din id-deroga jkunu jinsabu, b’mod permanenti, f’din il-vettura.

2)

L-Artikolu 49 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li jimponi fuq direttur ta’ kumpannija, li jirrisjedi f’dan l-Istat Membru, sabiex jirreġistra vettura mqiegħda għad-dispożizzjoni tiegħu mill-kumpannija tiegħu, stabbilita fi Stat Membru ieħor, sa fejn dan id-direttur ma jirċievix salarju jew dħul minn din il-kumpannija, mingħajr il-possibbiltà għalih li juri r-realtà tar-rwol tiegħu fi ħdan l-imsemmija kumpannija, sakemm din il-vettura ma tkun la intiża li tintuża prinċipalment fl-ewwel Stat Membru b’mod permanenti u lanqas ma tkun, effettivament, użata b’dan il-mod.


(1)  ĠU C 128, 12.04.2021.


20.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 513/15


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-21 ta’ Settembru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Lennestadt – il-Ġermanja – Nemzeti Útdíjfizetési Szolgáltató Zrt. vs NW

(Kawża C-30/21) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Regolamenti (UE) Nru 1215/2012 - Artikolu 1(1) - Kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae - Kunċett ta’ “materji ċivili u kummerċjali” - Proċedura intiża għall-irkupru ta’ tariffa marbuta mal-użu ta’ triq suġġetta għal pedaġġ)

(2021/C 513/22)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Lennestadt

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Nemzeti Útdíjfizetési Szolgáltató Zrt.

Konvenut: NW

Dispożittiv

L-Artikolu 1(1) tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li azzjoni ta’ rkupru permezz ta’ rimedju ġudizzjarju ta’ tariffa marbuta mal-użu ta’ triq suġġetta għal pedaġġ, mibdija minn kumpannija b’mandat skont il-liġi, li tikklassifika r-relazzjoni mnissla mill-imsemmi użu bħala rregolata mid-dritt privat, taqa’ taħt il-kunċett ta’ “materji ċivili u kummerċjali”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.


(1)  ĠU C 148, 26.4.2021.


20.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 513/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fid-19 ta’ Awwissu 2021 – DB vs Austrian Airlines AG

(Kawża C-510/21)

(2021/C 513/23)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberster Gerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: DB

Konvenut: Austrian Airlines AG

Domandi preliminari

1)

L-ewwel kura medika mogħtija lil passiġġier li jinsab fuq inġenju tal-ajru wara inċident fis-sens tal-Artikolu 17(1) tal-Konvenzjoni għall-Unifikazzjoni ta’ Ċerti Regoli għat-Trasport Internazzjonali bl-Ajru (il-Konvenzjoni ta’ Montréal) iffirmata fid-9 ta’ Diċembru 1999 mill-Komunità Ewropea u approvata f’isem din tal-aħħar permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/539/KE tal-5 ta’ April 2001 dwar il-konklużjoni tal-Komunità Ewropea tal-Konvenzjoni għall-Unifikazzjoni ta’ Ċerti Regoli għat-Trasport Internazzjoni bl-Ajru (il-Konvenzjoni ta’ Montreal) (1), għandha titqies, flimkien mal-fatt dannuż, bħala l-istess avveniment li kkawża l-inċident meta din il-kura tkun wasslet għal offiża fuq il-persuna li tkun separata minn dawk li rriżultaw mill-inċident innifsu?

2)

Fil-każ li l-ewwel domanda tingħata risposta fin-negattiv:

L-Artikolu 29 tal-Konvenzjoni ta’ Montréal jipprekludi azzjoni għal kumpens għad-dannu kkawżata mill-ewwel kura medika mogħtija meta din tiġi effettivament eżerċitata qabel l-iskadenza tat-terminu ta’ preskrizzjoni previst mid-dritt nazzjonali, iżda wara l-iskadenza tat-terminu għall-preżentata ta’ rikors previst fl-Artikolu 35 ta’ din il-konvenzjoni?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 5, p. 491.


20.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 513/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Cluj (ir-Rumanija) fl-24 ta’ Awwissu 2021 – ASA vs DGRFP Cluj

(Kawża C-519/21)

(2021/C 513/24)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel Cluj

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: ASA

Konvenut: DGRFP Cluj

Partijiet li qed jidhru bħala garanti: BP, MB

Domandi preliminari

1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1), b’mod ġenerali, iżda wkoll l-Artikoli 9, 12, 14, 62, 63, 65, 73 u 78 tagħha, b’mod partikolari, jistgħu jiġu interpretati f’kuntest speċifiku bħal dak tat-tilwima fil-kawża prinċipali, fis-sens li:

fid-dawl tal-fatt li l-fatt taxxabbli seħħ fil-każ ta’ tranżazzjonijiet taxxabbli li jinvolvu l-kunsinna ta’ proprjetà immobbli u fid-dawl tal-mod li bih huwa fformat il-valur taxxabbli relatat, għandhom ukoll l-istatus ta’ persuna taxxabbli l-persuni fiżiċi li huma parti f’kuntratt ta’ assoċjazzjoni mingħajr personalità ġuridika [konkluż] flimkien mal-persuna taxxabbli li hija meħtieġa tħallas it-taxxa tal-output relatata mat-tranżazzjonijiet li kellha tirċievi, meta l-kuntratt ta’ assoċjazzjoni ma kienx irreġistrat mal-awtoritajiet tat-taxxa qabel il-bidu tal-attività, iżda li ġie ppreżentat lilhom qabel il-ħruġ tal-atti amministrattivi fiskali?

2)

Id-Direttiva 2006/112, b’mod ġenerali, iżda wkoll l-Artikolu 167, l-Artikolu 168(a), l-Artikolu 178(a), u l-Artikolu 179 tagħha, b’mod partikolari, u l-prinċipju ta’ proporzjonalità u l-prinċipju ta’ newtralità jistgħu jiġu interpretati, f’kuntest speċifiku bħal dak tat-tilwima fil-kawża prinċipali, fis-sens li:

a)

jirrikonoxxu l-possibbiltà li jingħata d-dritt għal tnaqqis lil persuna taxxabbli, sakemm hija ma kinitx responsabbli għall-ħlas tat-taxxa jew ma ħallsitx personalment il-VAT tal-input għal oġġetti u servizzi użati fi tranżazzjonijiet taxxabbli, f’sitwazzjoni fejn il-VAT kienet dovuta/tħallset bil-quddiem minn persuni fiżiċi li ma jkunux tqiesu bħala persuna taxxabbli, iżda li huma parti f’kuntratt ta’ assoċjazzjoni mingħajr personalità ġuridika [konkluż] flimkien mal-persuna taxxabbli li hija meħtieġa tħallas it-taxxa tal-output relatata mat-tranżazzjonijiet li kellha tirċievi, meta l-kuntratt ta’ assoċjazzjoni ma kienx irreġistrat mal-awtoritajiet tat-taxxa qabel il-bidu tal-attività;

b)

jirrikonoxxu l-possibbiltà li jingħata d-dritt għal tnaqqis lil persuna taxxabbli, f’kuntest speċifiku bħal dak tat-tilwima fil-kawża prinċipali, sakemm hija ma kinitx responsabbli għall-ħlas tat-taxxa jew ma ħallsitx personalment il-VAT tal-input għal oġġetti u servizzi użati fi tranżazzjonijiet taxxabbli, f’sitwazzjoni fejn il-VAT kienet dovuta/tħallset bil-quddiem minn persuna fiżika li titqies bħala persuna taxxabbli, li hija parti f’kuntratt ta’ assoċjazzjoni mingħajr personalità ġuridika li ma kienx irreġistrat mal-awtoritajiet tat-taxxa qabel il-bidu tal-attività u li, flimkien mal-persuna taxxabbli, tfittex ukoll li teżerċita jew tista’ teżerċita d-dritt tagħha għal tnaqqis, u dan f’sitwazzjoni fejn dawn ikunu mitluba jħallsu t-taxxa tal-output li kellhom jirċievu?

3)

Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv u/jew fid-dawl tal-prinċipju ta’ ċertezza legali:

hija ammissibbli talba mill-persuna taxxabbli, li fir-rigward tagħha hemm l-obbligu ta’ ħlas tal-VAT u ta’ spejjeż relatati, sabiex tieħu azzjoni kontra persuni fiżiċi li l-istatus tagħhom bħala persuna taxxabbli ma jkunx ġie stabbilit u li huma partijiet f’kuntratt ta’ assoċjazzjoni mingħajr personalità ġuridika [konkluż] flimkien mal-persuna taxxabbli li hija meħtieġa tħallas it-taxxa tal-output relatata mat-tranżazzjonijiet li kellha tirċievi, meta l-kuntratt ta’ assoċjazzjoni ma kienx irreġistrat mal-awtoritajiet tat-taxxa qabel il-bidu tal-attività, sabiex jinkiseb is-sehem previst skont il-qsim tal-profitti li jirriżulta mill-kuntratt ta’ assoċjazzjoni, fir-rigward tal-obbligi tal-ħlas tal-VAT u tal-ispejjeż relatati imposti fuq il-persuna taxxabbli?


(1)  ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.


20.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 513/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Pfälzisches Oberlandesgericht (il-Ġermanja) fl-24 ta’ Awwissu 2021 – MS vs Saatgut Treuhandverwaltungs GmbH

(Kawża C-522/21)

(2021/C 513/25)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Pfälzisches Oberlandesgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: MS

Konvenut: Saatgut Treuhandverwaltungs GmbH

Domanda preliminari

L-Artikolu 18(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1768/95 tal-24 ta’ Lulju 1995 li jimplimenta regoli dwar l-eżenzjoni agrikola prevista fl-Artikolu 14(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94 dwar drittijiet Komunitarji rigward varjetajiet ta’ pjanti (1), sa fejn jipprovdi li livell minimu ta’ kumpens ekwivalenti għall-kwadruplu tat-tariffa tal-liċenzja jista’ jintalab taħt il-kundizzjonijiet imsemmija fih, huwa kompatibbli mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94 tas-27 ta’ Lulju 1994 dwar drittijiet ta’ varjetajiet ta’ pjanti fil-Komunità (ir-“Regolament Bażiku”) (2), b’mod partikolari mal-ewwel sentenza tal-Artikolu 94(2) tiegħu?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 18, p. 63

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 16, p. 390


20.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 513/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Bucureşti (ir-Rumanija) fl-24 ta’ Awwissu 2021 – IG vs Agenţia Judeţeană de Ocupare a Forţei de Muncă Ilfov

(Kawża C-524/21)

(2021/C 513/26)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel Bucureşti

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: IG

Konvenut: Agenţia Judeţeană de Ocupare a Forţei de Muncă Ilfov

Domandi preliminari

1)

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 1(1) u tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2008/94 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2008 dwar il-protezzjoni ta’ l-impjegati fil-każ ta’ l-insolvenza ta’ min iħaddimhom (1), fir-rigward tal-kunċett awtonomu ta’ “stat ta’ insolvenza”, jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tittrasponi d-Direttiva, jiġifieri l-Artikolu 15(1) u (2) tal-Legea nr. 200/2006 privind constituirea și utilizarea Fondului de garantare pentru plata creanțelor salariale (il-Liġi Nru 200/2006 dwar it-Twaqqif u l-Użu tal-Fond ta’ Garanzija għall-Ħlas ta’ Djun Salarjali) flimkien mal-Artikolu 7 tan-Normele metodologice de aplicare a Legii nr. 200/2006 (ir-Regoli Metodoloġiċi għall-Applikazzjoni tal-Liġi Nru 200/2006), fl-interpretazzjoni mogħtija mill-Înalta Curte de Casație și Justiție – Completul pentru dezlegarea unor chestiuni de drept (il-Qorti Għolja tal-Kassazzjoni u tal-Ġustizzja – Sezzjoni Kompetenti għar-Riżoluzzjoni ta’ Kwistjonijiet ta’ Liġi, ir-Rumanija), permezz tad-Deċiżjoni Nru 16/2018, li tgħid li l-perijodu ta’ 3 xhur, fir-rigward ta’ liema il-Fond ta’ Garanzija jista’ jieħu responsabbiltà u jħallas id-djun salarjali tal-persuna li timpjega li hija insolventi, jirreferi esklużivament għad-data tal-ftuħ tal-proċedura ta’ insolvenza?

2)

Id-dispożizzjonijiet [tat-tieni subparagrafu] tal-Artikolu 3 u tal-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2008/94 jipprekludu l-Artikolu 15(1) u (2) tal-Liġi Nru 200/2006 dwar it-Twaqqif u l-Użu tal-Fond ta’ Garanzija għall-Ħlas ta’ Djun Salarjali, fl-interpretazzjoni mogħtija mill-Înalta Curte de Casație și Justiție – Completul pentru dezlegarea unor chestiuni de drept (il-Qorti Għolja tal-Kassazzjoni u tal-Ġustizzja – Sezzjoni Kompetenti għar-Riżoluzzjoni ta’ Kwistjonijiet ta’ Liġi), permezz tad-Deċiżjoni Nru 16/2018, li tgħid li l-perijodu massimu ta’ 3 xhur, fir-rigward ta’ liema il-Fond ta’ Garanzija jista’ jieħu responsabbiltà u jħallas id-djun salarjali tal-persuna li timpjega li hija insolventi, jinsab fl-intervall ta’ riferiment ta’ 3 xhur immedjatament qabel il-ftuħ tal-proċedura ta’ insolvenza u ta’ 3 xhur immedjatament wara l-ftuħ tal-proċeduri ta’ insolvenza?

3)

Hija konformi mal-għan soċjali tad-Direttiva 2008/94 u mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 12(a) tad-Direttiva 2008/94, prassi amministrattiva nazzjonali li permezz tagħha, skont deċiżjoni tal-Curții de Conturi (il-Qorti tal-Awdituri, ir-Rumanija) u fl-assenza ta’ regoli nazzjonali speċifiċi li jobbligaw il-ħlas lura mill-ħaddiem, tiġi rkuprata mingħand il-ħaddiem is-somma li allegatament tħallset għall-perijodi mhux inklużi fil-qafas legali jew li kienet mitluba barra mit-terminu legali ta’ preskrizzjoni?

4)

Fl-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ “abbuż” fl-Artikolu 12(a) tad-Direttiva 2008/94, l-irkupru mingħand il-ħaddiem, bil-għan li jiġi osservat it-terminu ta’ preskrizzjoni ġenerali, ta’ drittijiet salarjali mħallsa mill-Fond permezz tal-istralċjarju ġudizzjarju, jikkostitwixxi ġustifikazzjoni oġġettiva suffiċjenti?

5)

Interpretazzjoni u prassi amministrattiva nazzjonali, li permezz tagħhom id-djun salarjali li l-ħlas lura tagħhom qed jintalab mill-ħaddiema jiġu assimilati ma’ dejn fiskali li jġarrab interessi u penali għal ħlas tardiv, huma kompatibbli mad-dispożizzjonijiet u mal-iskop tad-Direttiva 2008/94?


(1)  ĠU 2008, L 283, p. 36.


20.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 513/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Bucureşti (ir-Rumanija) fl-24 ta’ Awwissu 2021 – Agenţia Municipală pentru Ocuparea Forţei de Muncă Bucureşti vs IM

(Kawża C-525/21)

(2021/C 513/27)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel Bucureşti

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Agenţia Municipală pentru Ocuparea Forţei de Muncă Bucureşti

Konvenut: IM

Domandi preliminari

1)

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 1(1) u tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2008/94 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2008 dwar il-protezzjoni ta’ l-impjegati fil-każ ta’ l-insolvenza ta’ min iħaddimhom (1), fir-rigward tal-kunċett awtonomu ta’ “stat ta’ insolvenza”, jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tittrasponi d-Direttiva, jiġifieri l-Artikolu 15(1) u (2) tal-Legea nr. 200/2006 privind constituirea și utilizarea Fondului de garantare pentru plata creanțelor salariale (il-Liġi Nru 200/2006 dwar it-Twaqqif u l-Użu tal-Fond ta’ Garanzija għall-Ħlas ta’ Djun Salarjali) flimkien mal-Artikolu 7 tan-Normele metodologice de aplicare a Legii nr. 200/2006 (ir-Regoli Metodoloġiċi għall-Applikazzjoni tal-Liġi Nru 200/2006), fl-interpretazzjoni mogħtija mill-Înalta Curte de Casație și Justiție – Completul pentru dezlegarea unor chestiuni de drept (il-Qorti Għolja tal-Kassazzjoni u tal-Ġustizzja – Sezzjoni Kompetenti għar-Riżoluzzjoni ta’ Kwistjonijiet ta’ Liġi, ir-Rumanija), permezz tad-Deċiżjoni Nru 16/2018, li tgħid li l-perijodu ta’ 3 xhur, fir-rigward ta’ liema il-Fond ta’ Garanzija jista’ jieħu responsabbiltà u jħallas id-djun salarjali tal-persuna li timpjega li hija insolventi, jirreferi esklużivament għad-data tal-ftuħ tal-proċedura ta’ insolvenza?

2)

Id-dispożizzjonijiet [tat-tieni subparagrafu] tal-Artikolu 3 u tal-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2008/94 jipprekludu l-Artikolu 15(1) u (2) tal-Liġi Nru 200/2006 dwar it-Twaqqif u l-Użu tal-Fond ta’ Garanzija għall-Ħlas ta’ Djun Salarjali, fl-interpretazzjoni mogħtija mill-Înalta Curte de Casație și Justiție – Completul pentru dezlegarea unor chestiuni de drept (il-Qorti Għolja tal-Kassazzjoni u tal-Ġustizzja – Sezzjoni Kompetenti għar-Riżoluzzjoni ta’ Kwistjonijiet ta’ Liġi), permezz tad-Deċiżjoni Nru 16/2018, li tgħid li l-perijodu massimu ta’ 3 xhur, fir-rigward ta’ liema il-Fond ta’ Garanzija jista’ jieħu responsabbiltà u jħallas id-djun salarjali tal-persuna li timpjega li hija insolventi, jinsab fl-intervall ta’ riferiment ta’ 3 xhur immedjatament qabel il-ftuħ tal-proċedura ta’ insolvenza u ta’ 3 xhur immedjatament wara l-ftuħ tal-proċeduri ta’ insolvenza?

3)

Hija konformi mal-għan soċjali tad-Direttiva 2008/94 u mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 12(a) tad-Direttiva 2008/94, prassi amministrattiva nazzjonali li permezz tagħha, skont deċiżjoni tal-Curții de Conturi (il-Qorti tal-Awdituri, ir-Rumanija) u fl-assenza ta’ regoli nazzjonali speċifiċi li jobbligaw il-ħlas lura mill-ħaddiem, tiġi rkuprata mingħand il-ħaddiem is-somma li allegatament tħallset għall-perijodi mhux inklużi fil-qafas legali jew li kienet mitluba barra mit-terminu legali ta’ preskrizzjoni?

4)

Fl-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ “abbuż” fl-Artikolu 12(a) tad-Direttiva 2008/94, l-irkupru mingħand il-ħaddiem, bil-għan li jiġi osservat it-terminu ta’ preskrizzjoni ġenerali, ta’ drittijiet salarjali mħallsa mill-Fond permezz tal-istralċjarju ġudizzjarju, jikkostitwixxi ġustifikazzjoni oġġettiva suffiċjenti?

5)

Interpretazzjoni u prassi amministrattiva nazzjonali, li permezz tagħhom id-djun salarjali li l-ħlas lura tagħhom qed jintalab mill-ħaddiema jiġu assimilati ma’ dejn fiskali li jġarrab interessi u penali għal ħlas tardiv, huma kompatibbli mad-dispożizzjonijiet u mal-iskop tad-Direttiva 2008/94?


(1)  ĠU 2008, L 283, p. 36.


20.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 513/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fid-9 ta’ Settembru 2021 – UniCredit Bank Austria AG vs Verein für Konsumenteninformation

(Kawża C-555/21)

(2021/C 513/28)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberster Gerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: UniCredit Bank Austria AG

Konvenut: Verein für Konsumenteninformation

Domanda preliminari

L-Artikolu 25(1) tad-Direttiva 2014/17/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Frar 2014 dwar kuntratti ta’ kreditu għall-konsumaturi marbutin ma’ proprjetà immobbli residenzjali u li temenda d-Direttivi 2008/48/KE u 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li fil-każ li l-mutwatarju jeżerċita d-dritt tiegħu li jirrimborsa integralment jew parzjalment l-ammont ta’ kreditu qabel l-iskadenza tat-terminu previst, l-interessi dovuti mill-mutwatarju u l-ispejjeż li huma dipendenti fuq it-tul tal-ftehim jitnaqqsu proporzjonalment, mingħajr ma hemm regola simili fir-rigward tal-ispejjeż li ma humiex dipendenti fuq tali tul?


(1)  ĠU 2014, L 60, p. 34, rettifika fil-ĠU 2015, L 246, p. 11


20.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 513/20


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sofiyski gradski sad (il-Bulgarija) fl-20 ta’ Settembru 2021 – LM u NO vs HUK-COBURG-Allgemeine Versicherung AG

(Kawża C-577/21)

(2021/C 513/29)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Sofiyski gradski sad

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: LM u NO

Konvenut: HUK-COBURG-Allgemeine Versicherung AG

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 1(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 84/5/KEE tat-30 ta’ Diċembru 1983 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward ta’ l-użu ta' vetturi bil-mutur (it-Tieni Direttiva dwar il-vetturi bil-mutur) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 3) jipprekludi li l-kunċett ta’ “danni fiżiċi” jiġi interpretat fis-sens li jinkludi l-uġigħ u t-tbatija morali ta’ minuri li jirriżultaw mill-mewt tal-ġenitur tiegħu minħabba inċident tat-traffiku fil-każ biss li dan l-uġigħ u din it-tbatija jkunu kkawżaw dannu patoloġiku fuq is-saħħa tal-minuri?

2)

Il-prinċipju li l-qorti nazzjonali għandha tinterpreta d-dritt nazzjonali b’mod konformi mad-dritt tal-Unjoni Ewropea japplika meta l-qorti nazzjonali ma tkunx qiegħda tapplika d-dritt nazzjonali tagħha iżda d-dritt nazzjonali ta’ Stat Membru ieħor tal-Unjoni?


20.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 513/20


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Nürnberg (il-Ġermanja) fit-28 ta’ Settembru 2021 – A vs Finanzamt M

(Kawża C-596/21)

(2021/C 513/30)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Nürnberg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: A

Konvenut: Finanzamt M

Domandi preliminari (1)

1)

It-tieni xerrej ta’ beni jista’ jiġi rrifjutat it-tnaqqis tal-VAT fir-rigward tax-xiri abbażi tal-fatt li kellu jkollu għarfien li l-bejjiegħ oriġinali kien evada l-VAT fl-ewwel bejgħ, minkejja li l-ewwel xerrej ukoll kellu għarfien li l-bejjiegħ oriġinali kien evada l-VAT fl-ewwel bejgħ?

2)

Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, ir-rifjut tad-dritt għal tnaqqis fir-rigward tat-tieni xerrej huwa limitat għall-ammont tad-dannu fiskali kkawżat mill-evażjoni?

3)

Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għat-tieni domanda, id-dannu fiskali kkawżat mill-evażjoni huwa kkalkolat

a.

b’paragun bejn it-taxxa legalment dovuta fil-katina ta’ provvista u t-taxxa effettivament stabbilita, jew

b.

b’paragun bejn it-taxxa legalment dovuta fil-katina ta’ provvista u t-taxxa effettivament imħallsa, jew

c.

b’liema mod ieħor?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU L 335, 20.12.2007, p. 60).


20.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 513/21


Appell ippreżentat fit-28 ta’ Settembru 2021 mill-Unie van Professionele Transporteurs en Logistieke Ondernemers (UPTR) mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fit-28 ta’ Lulju 2021 fil-Kawża T-634/20, UPTR vs Il-Parlament u Il-Kunsill

(Kawża C-603/21 P)

(2021/C 513/31)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Appellant: Unie van Professionele Transporteurs en Logistieke Ondernemers (UPTR) (rappreżentant: F. Vanden Bogaerde, advocaat)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Parlament Ewropew, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

L-ewwel kap tat-talbiet: tiddikjara l-appell ammissibbli;

It-tieni kap tat-talbiet: tannulla l-punt 4 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (1) (UE) 2020/1055 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2020 li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1071/2009, (KE) Nru 1072/2009 u (UE) Nru 1024/2012 bl-għan li jiġu adattati għall-iżviluppi fis-settur tat-trasport bit-triq. Dan fuq il-bażi tal-Artikolu 263 tal-verżjoni kkonsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea kif ukoll fuq il-bażi tal-aggravji miġbura fil-qasir iktar ’il quddiem;

It-tielet kap tat-talbiet: tirriżerva l-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-ewwel aggravju: l-ammissibbiltà tar-rikors inizjali

Il-membri tal-appellanti għandhom ikunu jistgħu jibbenefikaw minn protezzjoni ġudizzjarja effettiva. Sabiex ikunu jistgħu jibbenefikaw minn protezzjoni ġudizzjarja effettiva, ma tistax issir interpretazzjoni limitattiva tal-kunċett ta’ “inċidenza diretta u individwali” f’dan il-każ, fid-dawl tal-kuntest kriminali/ta’ sanzjoni speċifiku li fih il-membri tal-appellanti ma għandhomx dritt suġġettiv u minħabba dan ma għandhomx aċċess dirett għall-qrati.

Huwa diffiċli li jitqies li teżisti protezzjoni ġudizzjarja effettiva jekk il-membri tal-appellanti huma meħtieġa li jidħlu f’sitwazzjoni illegali, sabiex sussegwentement jiddependu minn organi ta’ kontroll li għandu jkollhom il-possibbiltà li jwettqu prosekuzzjoni jew li jimponu sanzjoni, mingħajr ma dan ikun obbligu. Minbarra dan, il-protezzjoni ġudizzjarja effettiva ma hijiex iggarantita, peress li qorti nazzjonali mhux dejjem hija obbligata li tagħmel domanda preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja.

It-tieni aggravju: ksur tas-suq uniku

L-Artikolu 3(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea għandu bħala għan l-istabbiliment ta’ suq intern Ewropew. Dan is-suq intern Ewropew jitwettaq, fost oħrajn, permezz tal-prinċipju tal-moviment liberu tas-servizzi.

Il-moviment liberu tas-servizzi fil-qasam tat-trasport huwa rregolat mid-dispożizzjonijiet tat-Titolu VI tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Minn dan jirriżulta li għandha titfittex liberalizzazzjoni progressiva f’dak li jirrigwarda t-trasport bit-triq u, b’mod speċifiku f’dak li jirrigwarda l-kabotaġġ.

Storikament, din il-liberalizzazzjoni tas-suq tat-trasport effettivament intlaħqet. Madankollu, il-liberalizzazzjoni milħuqa tas-suq tat-trasport kif ukoll it-tneħħija tar-restrizzjonijiet fih ħadu pass lura. Minħabba d-dispożizzjoni kontenzjuża, il-liberalizzazzjoni milħuqa kompliet tmur lura, peress li issa d-dispożizzjoni kontenzjuża tipprevedi restrizzjoni wiesgħa ħafna li fuq kollox tiżvantaġġa lit-trasportaturi li huma membri tal-appellanti.

Madankollu, ir-raġunijiet li effettivament huma l-bażi ta’ din ir-restrizzjoni huma bbilanċjati mill-inizjattivi leġiżlattivi l-oħra li jirriżultaw mill-Mobility package.

Id-dispożizzjoni kontenzjuża tikser l-Artikolu 3(3) TUE kif ukoll il-prinċipju tal-moviment liberu tas-servizzi, stabbilit fit-Titolu VI tat-Trattat FUE u għandha, konsegwentement, tiġi annullata.

It-tielet aggravju: ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità

L-analiżi tal-impatt li jikkonċerna l-proposta ta’ Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1071/2009 u r-Regolament (KE) Nru 1072/2009 bl-għan li jiġu adattati għall-iżviluppi fis-settur (COM/2017/0281 final) twettqet bl-għan ta’ tkomplija tal-liberalizzazzjoni tal-operazzjonijiet ta’ kabotaġġ ġewwa l-Unjoni Ewropea.

Fil-kuntest ta’ din l-analiżi tal-impatt, ma tteħidx inkunsiderazzjoni eventwali perijodu ta’ stennija li tressaq biss fi stadju sussegwenti tal-proċedura leġiżlattiva. Wieħed jista’ biss jippreżumi li l-introduzzjoni ta’ perijodu ta’ stennija ta’ 4 ijiem wara l-eżerċizzju tal-aħħar attività ta’ kabotaġġ ikollu impatt sinjifikattiv fuq in-numru ta’ attivitajiet ta’ kabotaġġ ġewwa l-Unjoni Ewropea. Madankollu l-effetti ta’ dan il-perijodu ta’ stennija ma ġewx evalwati f’analiżi tal-impatt matul il-proċedura leġiżlattiva.

Fir-rigward tal-emenda tal-leġiżlazzjoni li tikkonċerna l-operazzjonijiet ta’ kabotaġġ, li permezz tagħha jitnaqqas kunsiderevolment il-livell ta’ liberalizzazzjoni li kien intlaħaq sa dak iż-żmien permezz tal-introduzzjoni ta’ perijodu ta’ stennija ta’ 4 ijiem wara l-aħħar attività ta’ kabotaġġ, ma jistax jiġi kkontestat li din ma hijiex modifika “sostanzjali”. Għalhekk, analiżi tal-impatt għandha titqies bħala neċessarja għall-iżvolġiment sussegwenti tal-proċedura leġiżlattiva.

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ma sostnewx li aġġornament tal-analiżi tal-impatt ma kienx xieraq jew neċessarju għall-proċedura leġiżlattiva.

Għaldaqstant il-fatt li ma ġietx aġġornata l-analiżi tal-impatt għandu jitqies bħala ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità li jorbot lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.


(1)  ĠU 2020, L 249, p. 17.


20.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 513/22


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Městským soudem v Praze (ir-Repubblika Ċeka) fit-30 ta’ Settembru 2021 – Heureka Group a.s. vs Google LLC

(Kawża C-605/21)

(2021/C 513/32)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Městským soudem v Praze

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Heureka Group a.s.

Konvenut: Google LLC.

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 21(1) tad-Direttiva 2014/104/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Novembru 2014 dwar ċerti regoli li jirregolaw l-azzjonijiet għad-danni skont il-liġi nazzjonali għall-ksur tad-dispożizzjonijiet tal-liġi tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri u tal-Unjoni Ewropea (1) u l-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni għandhom jiġu interpretati fis-sens li d-Direttiva 2014/104, u b’mod partikolari l-Artikolu 10 tagħha, tapplika direttament jew indirettament għat-tilwima preżenti rigward kumpens għal kull dannu kkawżat minn ksur tal-Artikolu 102 TFUE li beda qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 2014/104 u li ntemm wara l-iskadenza tat-terminu għat-traspożizzjoni tagħha, f’sitwazzjoni fejn l-azzjoni għad-danni wkoll tressaq wara l-iskadenza tat-terminu għat-traspożizzjoni, jew fis-sens li l-Artikolu 10 tad-Direttiva 2014/104 japplika biss għal parti mill-aġir invokat (u għall-parti tad-dannu li tirriżulta minn dan) li seħħet wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 2014/104 jew wara d-data tal-iskadenza tat-terminu għat-traspożizzjoni?

2)

It-tifsira u l-għan tad-Direttiva 2014/104 u/jew tal-Artikolu 102 TFUE u l-prinċipju ta’ effettività jeżiġu li l-Artikolu 22(2) tad-Direttiva 2014/104 jiġi interpretat fis-sens li l-“miżuri nazzjonali adottati skont l-Artikolu 21, minbarra dawk imsemmija [fl-Artikolu 22(1)]” huma dawk id-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali li jimplimentaw l-Artikolu 10 tad-Direttiva 2014/104, fi kliem ieħor, l-Artikolu 10 tad-Direttiva 2014/104 u r-regoli ta’ preskrizzjoni jaqgħu taħt l-ewwel jew it-tieni paragrafu tal-Artikolu 22 tad-Direttiva 2014/104?

3)

L-Artikolu 10(2) tad-Direttiva 2014/104 u/jew l-Artikolu 102 TFUE u l-prinċipju ta’ effettività huma konformi ma’ leġiżlazzjoni nazzjonali u l-interpretazzjoni tagħha li torbot “l-għarfien li ġie kkawżat dannu”, li huwa rilevanti sabiex it-terminu ta’ preskrizzjoni suġġettiv jibda jiddekorri, mal-għarfien mill-parti li sostniet id-dannu tad-“danni parzjali individwali” li jirriżultaw gradwalment maż-żmien f’każ ta’ aġir antikompetittiv permanenti jew kontinwu (peress li l-ġurisprudenza titlaq mill-premessa li t-talba għal kumpens għad-dannu kkonċernat hija, fit-totalità tagħha, diviżibbli) u li fir-rigward tagħhom jibdew jiddekorru termini ta’ preskrizzjoni suġġettivi indipendenti, irrispettivament mill-għarfien mill-parti li sostniet id-dannu tal-portata sħiħa tad-dannu kkawżat mill-ksur tal-Artikolu 102 TFUE kollu, jiġifieri għalhekk leġiżlazzjoni nazzjonali u l-interpretazzjoni mogħtija lilha li tippermetti li t-terminu ta’ preskrizzjoni ta’ talba għal kumpens għad-danni kkawżati mill-aġir antikompetittiv jibda jiddekorri qabel il-mument li fih intemm dan l-aġir, li jikkonsisti fit-tqegħid u fl-indikazzjoni b’mod iktar favorevoli tas-servizz tat-tqabbil tal-prezzijiet tagħha stess, bi ksur tal-Artikolu 102 TFUE?

4)

L-Artikolu 10(2), (3) u (4) tad-Direttiva 2014/104 u/jew l-Artikolu 102 TFUE u l-prinċipju ta’ effettività jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi li t-terminu ta’ preskrizzjoni suġġettiv f’azzjonijiet għad-danni huwa ta’ tliet snin u jibda jiddekorri mill-jum li fih il-parti li sostniet id-dannu saret taf jew setgħet issir taf bid-dannu parzjali kif ukoll bil-persuna li hija obbligata tikkumpensa għal dan, iżda ma tqisx (i) il-mument li fih l-aġir antikompetittiv intemm, (ii) l-għarfien tal-parti li sostniet id-dannu li l-aġir jikkostitwixxi ksur tad-dritt tal-kompetizzjoni u li fl-istess ħin (iii) ma tissospendix jew twaqqaf dan it-terminu ta’ preskrizzjoni ta’ tliet snin matul il-proċedura quddiem il-Kummissjoni dwar dan il-ksur pendenti tal-Artikolu 102 TFUE, u (iv) ma tinkludix ir-regola li s-sospensjoni tat-terminu ta’ preskrizzjoni jiskadi l-iktar kmieni sena wara li d-deċiżjoni dwar il-ksur tkun saret finali?


(1)  ĠU 2014, L 349, p. 1.


20.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 513/23


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-cour d’appel de Paris (Franza) fit-30 ta’ Settembru 2021 – Doctipharma SAS vs Union des Groupements de pharmaciens d’officine (UDGPO), Pictime Coreyre

(Kawża C-606/21)

(2021/C 513/33)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour d’appel de Paris

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Doctipharma SAS

Konvenuti: Union des Groupements de pharmaciens d’officine (UDGPO), Pictime Coreyre

Domandi preliminari

L-attività ta’ Doctipharma exerċitata fuq is-sit www.doctipharma.fr għandha tiġi kklassifikata bħala “servizz tal-kumpannija tal-informazzjoni”, fis-sens tad-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju 1998 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam ta’ l-istandards u tar-Regolamenti Tekniċi (1)?

F’din l-ipoteżi, l-attività ta’ Doctipharma eżerċitata fuq u mis-sit tagħha www.doctipharma.fr taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 85c tad-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (2), emendata bid-Direttiva 2011/62/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 li temenda d-Direttiva 2001/83/KE dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem, rigward il-prevenzjoni tad-dħul fil-katina legali tal-provvista ta’ prodotti mediċinali falsifikati (ĠU 2011, L 174, p. 74, rettifika fil-ĠU 2018, L 29, p. 50)?

L-Artikolu 85c tad-Direttiva 2001/83, emendata bid-Direttiva 2011/62, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-projbizzjoni, li tirriżulta minn interpretazzjoni tal-Artikoli L. 5125-25 u L. 5125-26 tal-Kodiċi tas-Saħħa Pubblika, tal-attività ta’ Doctipharma eżerċitata fuq u mis-sit tagħha www.doctipharma.fr, tikkostitwixxi restrizzjoni ġġustifikata mill-protezzjoni tas-saħħa pubblika?

Jekk dan ma jkunx il-każ, l-Artikolu 85c tad-Direttiva 2001/83, emendata mid-Direttiva 2011/62, għandu jiġi interpretat fis-sens li jawtorizza l-attività ta’ Doctipharma eżerċitata fuq u mis-sit tagħha www.doctipharma.fr?

F’din l-ipoteżi, il-projbizzjoni tal-attività ta’ Doctipharma, li tirriżulta mill-interpretazzjoni tal-Qorti tal-Kassazzjoni tal-Artikoli L. 5125-25 u L. 5125-26 tal-Kodiċi tas-Saħħa Pubblika, hija ġġustifikata mill-protezzjoni tas-saħħa pubblika fis-sens tal-Artikolu 85c tad-Direttiva 2001/83, emendata mid-Direttiva 2011/62?

Jekk dan ma jkunx il-każ, l-Artikolu 85c tad-Direttiva 2001/83, emendata mid-Direttiva 2011/62, għandu jiġi interpretat fis-sens li jawtorizza l-attività ta’ “servizz tal-kumpannija tal-informazzjoni” proposta minn Doctipharma?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 20, p. 337.

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 27, p. 69.


20.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 513/24


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Ottubru 2021 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika

(Kawża C-633/21)

(2021/C 513/34)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrent: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Kostantinidis, M. Noll-Ehlers)

Konvenut: Ir-Repubblika Ellenika

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

A)

tiddikjara li r-Repubblika Ellenika:

minn naħa, peress li qabżet b’mod sistematiku u persistenti l-limiti annwali ta’ diossidu tan-nitroġenu fl-agglomerazzjoni ta’ Ateni (ΕL0003) mill-2010, naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2008 dwar il-kwalità tal-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa (1), moqri flimkien mal-Anness XI tad-Direttiva;

min-naħa l-oħra, peress li ma adottatx, mill-11 ta’ Ġunju 2010, il-miżuri neċessarji biex tiġi żgurata l-konformità mal-limitu annwali ta’ diossidu tan-nitroġenu fl-agglomerazzjoni ta’ Ateni (ΕL0003), naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 23(1) tad-Direttiva 2008/50 (moqri flimkien mal-Punt A tal-Anness XV tal-imsemmija direttiva), u b’mod partikolari l-obbligu stabbilit fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 23(1) ta’ din id-direttiva li jiġu stabbiliti miżuri xierqa sabiex il-perijodu tal-qabża jkun jista’ jinżamm l-iqsar possibbli.

B)

tikkundanna lir-Repubblika Ellenika għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz tal-ewwel motiv tagħha, il-Kummissjoni tenfasizza li d-Direttiva 2008/50, dwar il-kwalità tal-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa, timponi fuq l-Istati Membri li jillimitaw l-espożizzjoni taċ-ċittadini għad-diossidu tan-nitroġenu (NO2). Il-Kummissjoni tqis li r-Repubblika Ellenika, abbażi tar-rapporti annwali dwar il-kwalità tal-arja ppreżentati minnha, b’mod persistenti ma żguratx, wara l-2005, f’liema sena saret obbligatorja l-konformità mal-limiti ta’ kuljum u annwali ta’ diossidu tan-nitroġenu (NO2) skont l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2008/50, ma wettqitx l-obbligu tagħha li tikkonforma ruħha mal-limiti ta’ kuljum fl-agglomerazzjoni ΕL0003 ta’ Ateni.

Permezz tat-tieni motiv tagħha, il-Kummissjoni ssostni li t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 23(1) tad-Direttiva 2008/50 jimponi fuq l-Istati Membri, fil-każ ta’ qbiż tal-limiti, obbligu ċar u immedjat li jitfasslu pjanijiet għall-kwalità tal-arja li jinkludu miżuri xierqa sabiex il-perijodu tal-qabża jkun l-iqsar possibbli. Il-Kummissjoni ssostni li, bi ksur tal-obbligu stabbilit fl-Artikolu 23(1) tad-Direttiva 2008/50, ir-Repubblika Ellenika ma stabbilixxietx pjan xieraq għall-kwalità tal-arja fir-rigward tad-diossidu tan-nitroġenu fir-rigward tal-agglomerazzjoni EL0003 ta’ Ateni.


(1)  ĠU 2008, L 152, p. 1).


20.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 513/25


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-24 ta’ Settembru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Juzgado de lo Social no 1 de Barcelona – Spanja) – HVvs Instituto Nacional de la Seguridad Social (INSS)

(Kawża C-258/20) (1)

(2021/C 513/35)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 320, 28.09.2020.


20.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 513/25


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta’ Settembru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sofiyski rayonen sad – il-Bulgarija) – “Banka DSK” EAD vs RP

(Kawża C-689/20) (1)

(2021/C 513/36)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 88, 15.3.2021.


20.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 513/25


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-20 ta’ Settembru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landesgericht Korneuburg – l-Awstrija) – L GmbH vs F GmbH, BW, SW

(Kawża C-336/21) (1)

(2021/C 513/37)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 349, 30.8.2021.


Il-Qorti Ġenerali

20.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 513/26


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Settembru 2021 – T i D kontrolni sistemi vs EUIPO – Sigmatron (Apparat u mezzi ta’ senjalazzjoni)

(Kawża T-503/20) (1)

(“Disinn Komunitarju - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta apparat u mezzi ta’ senjalazzjoni - Disinn Komunitarju preċedenti - Raġuni ta’ invalidità - Assenza ta’ karattru individwali - Dikjarazzjoni ta’ invalidità tad-disinn preċedenti - Assenza ta’ rilevanza - Żvelar tad-disinn preċedenti - Utent informat - Livell ta’ libertà tal-kreatur - Assenza ta’ impressjoni globali differenti - Artikolu 6 u Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002”)

(2021/C 513/38)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Partijiet

Rikorrent: T i D kontrolni sistemi EOOD (Varna, il-Bulgarija) (rappreżentant: P. Priparzhenski, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Georgieva u A. Folliard-Monguiral, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Sigmatron EOOD (Sofija, il-Bulgarija) (rappreżentant: A. Kostov, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-30 ta’ April 2020 (Każ R 956/2019-3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Sigmatron u T i D kontrolni sistemi.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

T i D kontrolni sistemi EOOD hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 329, 5.10.2020.


20.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 513/26


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Ottubru 2021 – Diusa Rendering u Assograssi vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-201/18) (1)

(“Saħħa pubblika - Regoli għall-prevenzjoni, il-kontroll u l-eradikazzjoni ta’ ċerti enċefalopatiji sponġiformi kontaġġjużi - Projbizzjoni ta’ esportazzjoni ta’ fertilizzanti organiċi u prodotti li jtejbu l-ħamrija dderivati minn materjal tal-Kategorija 2 - Nuqqas min-naħa tal-Kummissjoni li tibda l-proċedura bil-għan li teżamina mill-ġdid il-projbizzjoni - Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni - Proposta ta’ abbozz ta’ miżuri li jtemmu n-nuqqas li tittieħed azzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

(2021/C 513/39)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Diusa Rendering Srl (Piacenza, l-Italja) u Assograssi Assograssi – Associazione Nazionale Produttori Grassi e Proteine Animali (Buccinasco, l-Italja) (rappreżentant: M. Moretto, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Bianchi, W. Farrell u B. Eggers, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 265 TFUE u intiża biex jiġi kkonstatat li l-Kummissjoni qagħdet lura illegalment milli tibda l-proċedura prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ l-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 124), sabiex teżamina mill-ġdid il-projbizzjoni ta’ esportazzjoni ta’ fertilizzanti organiċi u prodotti li jtejbu l-ħamrija dderivati minn materjal tal-Kategorija 2 stabbilita mill-Artikolu 43(3) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (Regolament dwar prodotti sekondarji tal-annimali) (ĠU 2009, L 300, p. 1).

Dispożittiv

1)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar dan ir-rikors.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha, kif ukoll dawk esposti minn Diusa Rendering Srl u minn Assograssi – Associazione Nazionale Produttori Grassi e Proteine Animali.


(1)  ĠU C 166, 14.5.2018.


20.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 513/27


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Ottubru 2021 – 4B Company vs EUIPO – Deenz [Pendent (ġojjell)]

(Kawża T-329/20) (1)

(“Disinn Komunitarju - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta pendent (ġojjell) - Żamma tad-disinn f’forma emendata - Artikolu 25(6) tar Regolament (KE) Nru 6/2002 - Interess ġuridiku - Inammissibbiltà”)

(2021/C 513/40)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: 4B Company Srl (Montegiorgio, l-Italja) (rappreżentant: G. Brogi, avkat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Scardocchia u A. Folliard-Monguiral, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Deenz Holding Ltd (Dubai, l-Emirati Għarab Magħquda) (rappreżentant: N. Alberti, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ Marzu 2020 (Każ R 2449/2018-3), dwar proċedimenti ta’ invalidità bejn 4B Company u Deenz Holding.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

4B Company Srl hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 247, 27.7.2020.


20.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 513/28


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Ottubru 2021 – Fachverband Spielhallen u LM vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-510/20) (1)

(“Għajnuna mill-Istat - Trattament fiskali tal-operaturi ta’ casinos pubbliċi fil-Ġermanja - Ilment - Fażi preliminari ta’ eżami - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata l-assenza ta’ għajnuna mill-Istat - Kundizzjonijiet għall-ftuħ ta’ proċedura ta’ investigazzjoni formali - Diffikultajiet serji - Kunċett ta’ ‘għajnuna mill-Istat’ - Imposta fuq il-profitti - Vantaġġ - Natura selettiva - Rikors manifestament infondat fid-dritt”)

(2021/C 513/41)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Fachverband Spielhallen eV (Berlin, il-Ġermanja), LM (rappreżentanti: A. Bartosch u R. Schmidt, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Stromsky u K. Blanck, aġenti)

Intervenjent insostenn tar-rikorrent: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: R. Kanitz u S. Costanzo, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2019)8819 final tad-9 ta’ Diċembru 2019 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.44944 (2019/C ex 2016/FC) – Trattament fiskali tal-operaturi ta’ casinos pubbliċi fil-Ġermanja u għajnuna mill-Istat SA.53552 (2019/C ex 2019/FC) – Garanzija allegata għall-operaturi tal-casinos pubbliċi fil-Ġermanja (garanzija tal-profitabbiltà), fis-sens li tiċħad l-ilment ippreżentat mir-rikorrenti kontra l-fatt li s-somom imħallsa lil-Land Nordrhein-Westfalen (il-Ġermanja) mill-operaturi tal-casinos pubbliċi bħala imposta fuq il-profitti kienu deduċibbli mill-bażijiet taxxabbli ta’ taxxa fuq in-negozju u tat-taxxa fuq id-dħul jew tat-taxxa fuq il-kumpanniji.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Fachverband Spielhallen eV u LM, għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom stess, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

3)

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 329, 5.10.2020.


20.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 513/28


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Ottubru 2021 – Equinoccio-Compañía de Comercio Exterior vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-22/21) (1)

(Rikors għal annullament - Strument ta’ għajnuna għall-preadeżjoni - Stat terz - Suq pubbliku nazzjonali - Xoljiment tal-kuntratt mill-awtorità kontraenti - Talba ta’ implimentazzjoni mill-awtorità kontraenti ta’ garanzija bankarja - Kontrofirma mill-kap tad-delegazzjoni tal-Unjoni fl-Istat terz jew mill-assistent kap - Nuqqas ta’ kompetenza)

(2021/C 513/42)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Equinoccio-Compañía de Comercio Exterior, SL (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: D. Luff u R. Sciaudone, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni (rappreżentanti: D. Bianchi u T. Van Noyen, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tal-ittra tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Novembru 2020, bir-referenza GK/Regio.ddg.d. 1(2020)6793282, dwar l-implimentazzjoni tal-garanzija bankarja mitluba mill-Ministeru tax-Xjenza, tal-Industrija u tat-Teknoloġija Tork.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Equinoccio-Compañía de Comercio Exterior, SL, huwa kkundannat għall-ispejjez.


(1)  ĠU C 128, 12.4.2021.


20.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 513/29


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Ottubru 2021 – Troy Chemical Company u Troy vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-297/21 R)

(“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Prodotti bijoċidali - Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/348 - Approvazzjoni tal-carbendazim bħala sustanza attiva eżistenti intiża sabiex tintuża fil-prodotti bijoċidali tat-tipi ta’ prodotti 7 (preservattivi għall-pellikoli) u 10 (preservattivi tal-bini) - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza”)

(2021/C 513/43)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Troy Chemical Company BV (Delft, il-Pajjiżi l-Baxxi), Troy Corp. (Florham Park, New Jersey, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: D. Abrahams, H. Widemann u L. Gorywoda, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lindenthal u M. Farley, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża, minn naħa, għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/348 tal-25 ta’ Frar 2021 li japprova l-carbendazim bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tipi ta’ prodotti 7 u 10 (ĠU 2021 L 68, p. 174), u, min-naħa l-oħra, għall-għoti ta’ kwalunkwe miżura provviżorja li l-Qorti Ġenerali tqis xierqa.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


20.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 513/29


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Settembru 2021 – WO vs UPPE

(Kawża T-603/21)

(2021/C 513/44)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: WO (rappreżentant: V. Vitkovskis, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE)

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

konformement mal-Artikolu 270 TFUE, tannulla d-deċiżjoni 028/2021 tal-Kulleġġ tal-UPPE dwar iċ-ċaħda tal-kandidatura tar-rikorrent għall-funzjoni ta’ Prosekutur Delegat Ewropew inkwantu infondata u illegali;

tordna lill-UPPE tħallas kumpens lir-rikorrent minħabba ksur tal-protezzjoni tad-data personali tiegħu, il-proċeduri ta’ ħatra inġusti u d-deċiżjoni illegali ta’ ċaħda tal-kandidatura tiegħu għall-pożizzjoni ta’ Prosekutur Delegat Ewropew.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka disa’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni kkontestata hija bbażata biss fuq preżunzjonijiet u hija nieqsa minn motivazzjoni suffiċjenti.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq l-inklużjoni ta’ informazzjoni fittizja dwar ir-rikorrent fid-deċiżjoni kkontestata.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni kkontestata hija bbażata fuq data personali relatata mar-rikorrent miksuba illegalment.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq vjolazzjoni tad-data personali tar-rikorrent mill-UPPE, inkluż fir-rigward ta’ parti mid-data fid-deċiżjoni.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni kkontestata hija konnessa mas-sanzjoni dixxiplinari applikata fuq ir-rikorrent iktar minn ħmistax-il sena ilu u li hija bbażata fuq din is-sanzjoni dixxiplinari. Ma hemm ebda sistema legali u/jew att fl-Unjoni Ewropea li tippermetti li reati amministrattivi/nuqqas dixxiplinari jitqiesu bħala rilevanti wara li jkunu għaddew ħmistax-il sena.

6.

Is-sitt motiv ibbażat fuq il-fatt li ebda wieħed mill-argumenti pprovduti mir-rikorrent ma ttieħed inkunsiderazzjoni. Ġew injorati.

7.

Is-seba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li l-proċedura ta’ ħatra ġiet miksura billi ġew applikati kriterji addizzjonali fil-konfront tar-rikorrent u billi dan ġie evalwat fuq perijodu itwal meta mqabbel mal-kandidati l-oħra. Għaldaqstant inkiser il-prinċipju ta’ trattament ugwali tal-kandidati kollha.

8.

It-tmien motiv ibbażat fuq applikazzjoni ta’ att legali li ma kienx jeżisti, fil-konfront tal-applikant, fil-kuntest taċ-ċaħda tal-kandidatura tiegħu.

9.

Id-disa’ motiv ibbażat fuq il-fatt li l-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali bejn l-Istat Membru u l-istituzzjoni tal-Unjoni wkoll inkiser mill-UPPE. L-opinjoni tal-istituzzjoni tal-Istat Membru li nnomina lill-persuna għall-pożizzjoni ta Prosekutur Delegat Ewropew ġiet injorata. Qed jiġi sostnut ukoll li l-UPPE wettqet evalwazzjoni mhux xierqa tal-kriterji ta’ eliġibbiltà tal-persuna nnominata.


20.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 513/30


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Settembru 2021 – BZ vs BĊE

(Kawża T-631/21)

(2021/C 513/45)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: BZ (rappreżentant: H. Tettenborn, avukat)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjonijiet tal-Bord Eżekuttiv tal-BĊE tas-16 ta’ Marzu 2021 u tat-13 ta’ Lulju 2021, peress li rispettivament: a) evalwaw mill-ġdid is-sitwazzjoni tar-rikorrenti u ngħatat kumpens, ex aequo et bono, ta’ EUR 50 000 għad-dannu (inkluż għad-dannu kkawżat minħabba l-irregolaritajiet identifikati fl-ittra tad-DĠ-HR tat-12 ta’ Jannar 2021) ikkawżat lilha, u b) ċaħdu l-appell speċjali ppreżentat minnha fit-18 ta’ Mejju 2021 kontra d-deċiżjoni tal-Bord Eżekuttiv tas-16 ta’ Marzu 2021;

tordna lill-BĊE jħallas lir-rikorrenti:

kumpens ta’ EUR 200 000 għall-ksur tal-Artikolu 8 tal-KEDB fir-rigward tan-nuqqas ta’ rispett tal-ħajja privata tar-rikorrenti, mill-aspetti tad-dinjità u tal-integrità professjonali;

kumpens ta’ EUR 130 000 għall-ksur tal-Artikolu 8 tal-KEDB fir-rigward tan-nuqqas ta’ rispett tal-ħajja privata tar-rikorrenti, mill-aspett tad-dritt għas-saħħa tagħha;

kumpens għad-dannu morali ta’ EUR 20 000 għall-użu tar-rapport ta’ investigazzjoni vvizzjat u tad-deċiżjoni annullata fil-Kawża F-43/10, bit-trażmissjoni ta’ dawn id-dokumenti [kunfidenzjali];

l-ammont li għandu jiġi kkalkolat wara l-eżitu tal-Kawża pendenti T-500/16 għal telf ta’ dħul;

kumpens għad-dannu morali ta’ EUR 20 000 għall-qerda tal-fajls tal-investigazzjoni;

kumpens għad-dannu morali ta’ EUR 52 000 għad-dewmien fl-evalwazzjoni tagħha u tad-deċiżjoni għas-sena 2007 fir-rigward tal-proċedura dwar ir-reviżjoni annwali tas-salarji u tal-bonus, għall-perijodu bejn l-2007 u l-2021;

kumpens għad-dannu morali u materjali ta’ EUR 150 000 li jirriżulta min-nuqqas ta’ evalwazzjoni u min-nuqqas ta’ deċiżjoni dwar ir-reviżjoni annwali tas-salarji u tal-bonus;

kumpens ta’ EUR 700 000 għat-telf definittiv tal-opportunità li jirriżulta min-nuqqas ta’ investigazzjoni ġdida (dannu morali u materjali).

tikkundanna lill-BĊE għall-ispejjeż tiegħu, kif ukoll għal dawk tar-rikorrent għal dawn il-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li d-deċiżjoni tal-Bord Eżekuttiv tas-16 ta’ Marzu 2021 hija vvizzjati b’diversi żbalji ta’ fatt u ta’ liġi, kif ukoll żnaturament u applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 8.2.1 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-BĊE u tal-Artikolu 42 tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg tal-BĊE.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 266 TFUE, inkluż in-nuqqas ta’: a) għoti ta’ kumpens xieraq għad-danni mġarrba, minflok kumpens abbażi ta’ ekwità (b’mod partikolari, ex aequo et bono); b) kumpens lir-rikorrenti b’mod xieraq għall-inkonvenjenti/danni kollha, inkluż kumpens għat-telf tal-opportunità kkawżat mill-fatt li l-BĊE ma jistax iwettaq l-investigazzjoni mill-ġdid, kif ukoll abbażi tal-prinċipju ta’ proporzjonalità u ta’ nondiskriminazzjoni; u ċ) rimedju tal-effetti fil-passat tad-deċiżjonijiet annullati.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipji ta’ trasparenza u ta’ amministrazzjoni tajba u tal-Artikoli 41, 42 u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll fuq ksur tal-prinċipji ta’ ċertezza legali u tad-dritt ta’ aġir.

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq il-ksur tad-dmir ta’ premura, tal-benesseri tal-persunal u tal-Artikoli 21 u 31 tal- Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq insuffiċjenza ta’ motivazzjoni.


20.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 513/32


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Ottubru 2021 – energy cake vs EUIPO – Foodtastic (ENERGY CAKE)

(Kawża T-686/21)

(2021/C 513/46)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: energy cake GmbH (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentant: A. Bernegger, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Foodtastic GmbH (Dortmund, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea ENERGY CAKE – Trade mark verbali tal-Unjoni Nru 14 800 935

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-11 ta’ Awwissu 2021 fil-Każ R 2324/2020-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 59(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) moqri flimkien mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


20.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 513/32


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Ottubru 2021 – BNP Paribas Public Sector vs SRB

(Kawża T-688/21)

(2021/C 513/47)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: BNP Paribas Public Sector SA (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: A. Champsaur u A. Delors, avukati)

Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla, abbażi tal-Artikoli 256 u 263 TFUE, id-deċiżjoni tas-SRB tat-13 ta’ Awwissu 2021 bir-Referenza srb.e.e4.co(2021)570897 inkwantu din irrifjutat il-ħlas lura tas-somom li jikkorrispondu għall-garanziji fi flus relatati mal-IPI (impenji ta’ pagament irrevokabbli) għas-snin 2015 sa 2021, bi ksur tal-Artikolu 7(3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2015/81;

fir-rigward tal-kuntratti 2016-2021 u abbażi tal-Artikoli 272 u 340 TFUE:

tiddikjara li s-SRB, billi rrifjuta li jħallas lura s-somom li jikkorrispondu għall-garanziji fi flus relatati mal-IPI għas-snin 2016 (inkluża) sa 2021(inkluża), kiser l-obbligu ta’ ħlas lura impost fuqu b’applikazzjoni tal-Klawżola 12.5 ta’ kull wieħed mill-Kuntratti għall-perijodi ta’ kontribuzzjoni 2016 sa 2021, li tipprevedi espressament l-applikazzjoni tal-Artikolu 7(3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2015/81, u

tordna lis-SRB iħallas lura lir-rikorrenti s-somom li jikkorrispondu għall-garanziji fi flus miżmuma mis-SRB bi ksur tal-obbligi kuntrattwali tiegħu, kif ukoll l-ispejjeż, l-interessi moratorji u l-aċċessorji kollha ta’ kull tip relatati magħhom (jew, alternattivament, iħallas lir-rikorrenti dawn is-somom bħala danni li jikkorrispondu għall-ksur tal-imsemmija kuntratti);

prinċipalment għall-kuntratt 2015 u sussidjarjament għall-kuntratti 2016-2021, fir-rigward tar-responsabbiltà mhux kuntrattwali tas-SRB u abbażi tal-Artikolu 340 TFUE:

tiddikjara li r-rifjut tas-SRB li jħallas lura s-somom li jikkorrispondu għall-garanziji fi flus relatati mal-IPI għas-snin 2015 sa 2021 (inkluża) jikkostitwixxi arrikkiment indebitu, u

tordna lis-SRB iħallas lura lir-rikorrenti l-imsemmija somom, miżmuma mis-SRB mingħajr ebda bażi legali, kif ukoll l-ispejjeż, l-interessi moratorji u l-aċċessorji kollha ta’ kull tip relatati magħhom;

tikkundanna lis-SRB għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka prinċipalment tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 7(3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/81 tad-19 ta’ Diċembru 2014 li jispeċifika kundizzjonijiet uniformi għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet ex ante għall-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni (1) u tar-Regolament dwar il-Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni (MUR), minħabba li d-deċiżjoni tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni tikser l-Artikolu 7(3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2015/81 li jipprevedi espressament li l-impenji ta’ pagament irrevokabbli tal-istituzzjonijiet li ma jaqgħux iktar taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta’ Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (2) huma annullati u li l-garanziji li għalihom dawn huma suġġetti huma mħallsa lura.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq żball ta’ liġi li l-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni wettaq billi ried japplika għall-impenji ta’ pagament irrevokabbli l-Artikolu 70(4) tar-Regolament MUR filwaqt li dan jirrigwarda biss il-kontribuzzjonijiet ex ante fi flus u l-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni jfixkel il-kontribuzzjonijiet fi flus mal-garanziji fi flus relatati mal-impenji ta’ pagament irrevokabbli.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tad-dispożizzjonijiet kuntrattwali li jorbtu lir-rikorrenti mal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni li jwassal għar-responsabbiltà kuntrattwali ta’ dan tal-aħħar. Ir-rikorrenti tqis fil-fatt li r-rifjut tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni li jħallas lura s-somom li jikkorrispondu għall-garanziji fi flus relatati mal-impenji ta’ pagament irrevokabbli għas-snin 2016 sa 2021 jikkostitwixxi ksur tal-imsemmi kuntratt.

Ir-rikorrenti tinvoka wkoll motiv sussidjarju għall-kuntratti 2016-2021. Hija ssostni, f’dan ir-rigward, li r-rifjut tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni li jħallas lura s-somom li jikkorrispondu għall-garanziji fi flus relatati mal-impenji ta’ pagament irrevokabbli għas-snin 2015 sa 2021 jikkostitwixxi arrikkiment indebitu tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni.


(1)  ĠU 2015, L 15, p. 1.

(2)  ĠU 2014, L 225, p. 1.


20.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 513/34


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Ottubru 2021 – Auken et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-689/21)

(2021/C 513/48)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Margrete Auken, Tilly Metz, Jutta Paulus, Michèle Rivasi u Kimberly van Sparrentak (rappreżentant: B. Kloostra, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni ta’ ċaħda impliċita tal-konvenuta tat-13 ta’ Awwissu 2021 wara t-talba konfermattiva tagħhom tat-30 ta’ Ġunju 2021 kontra d-deċiżjoni tad-9 ta’ Ġunju 2021 sabiex tirrifjuta parzjalment l-aċċess għad-dokumenti rikjesti mir-rikorrenti; u

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti jinvokaw ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-konvenuta applikat illegalment l-eċċezzjonijiet imsemmija fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 (1).

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-konvenuta naqset milli tiġġustifika l-applikazzjoni tal-eċċezzjonijiet taħt l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 u għalhekk kisret ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 għaliex ebda interpretazzjoni u applikazzjoni stretta tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(2) u tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) 1049/2001 ma ġiet segwita mill-konvenuta.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-konvenuta applikat b’mod inkoerenti l-eċċezzjonijiet imsemmija fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001.

4.

Ir-raba motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-konvenuta ma ħaditx inkunsiderazzjoni li hemm interess pubbliku superjuri fl-iżvelar tal-informazzjoni rikjesta.

5.

Il-ħames motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li d-deċiżjoni kkontestata tikser l-Artikolu 52(3) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 10(1) tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem.


(1)  Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331).


20.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 513/35


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Ottubru 2021 – LW Capital vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-690/21)

(2021/C 513/49)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: LW Capital (München, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Ziegler, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla parzjalment id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Ġunju 2021 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.56826 (2020/N) – Il-Ġermanja – Riforma tal-Liġi Ġermaniża tal-Ġenerazzjoni tas-Sħana u l-Enerġija 2020 (iktar 'il quddiem il-“KWKG”) u l-għajnuna mill-Istat SA.53308 (2019/N) – Il-Ġermanja – Bidla fl-għajnuna lill-impjanti CHP eżistenti 2019 (Paragrafu 13 tal-KWKG) (ĠU 2021, C 306, p. 1 u 2) sa fejn ma tqajjimx tħassib dwar (i) l-għajnuna għall-ġenerazzjoni ta’ elettriku CHP f’impjanti CHP ta’ effiċjenza għolja ġodda, modernizzati u adattati mill-ġdid u (ii) l-għajnuna għall-ġenerazzjoni tal-elettriku CHP f’impjanti CHP ta’ effiċjenza għolja li jaħdmu bil-gass fis-settur tat-tisħin distrettwali;

tikkundanna lill-Kummissjoni tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll l-ispejjeż tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motiv wieħed.

Bil-motiv uniformi tagħha, ir-rikorrenti tikkontesta d-deċiżjoni kontenzjuża minħabba “ksur tat-Trattati jew ta’ dispożizzjoni legali relatata mal-applikazzjoni tagħhom” fis-sens tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE, moqri flimkien mal-Artikolu 2 TFUE. Dak il-ksur kien jikkonsisti fil-fatt li l-Kummissjoni kellha jkollha tħassib dwar il-kompatibbiltà tal-iskema ta’ għajnuna KWKG 2020 proposta mill-Ġermanja u għalhekk kienet obbligata li tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali fis-sens tal-Artikolu 108(2) TFUE. Peress li l-Kummissjoni naqset milli taġixxi, hija kisret id-drittijiet proċedurali tar-rikorrenti.

Ir-rikorrenti tallega l-ksur tad-drittijiet proċedurali stabbiliti fl-Artikolu 108(2) flimkien mal-ksur tal-Artikolu 107(3)(c) TFUE u ksur tal-prinċipji ta’ nondiskriminazzjoni, ta’ proporzjonalità u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi kif ukoll l-evalwazzjoni b’mod żbaljat tal-fatti.


20.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 513/35


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Ottubru 2021 – Alcogroup u Alcodis vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-691/21)

(2021/C 513/50)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Alcogroup (Brussell, il-Belġju) u Alcodis (Brussell) (rappreżentanti: P. de Bandt, C. Binet u M. Nuytten, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha ta’ din il-proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Settembru 2021 li tistieden lir-rikorrenti jibdew mill-ġdid, taħt ċerti kundizzjonijiet, il-proċedura għar-riżolviment fil-kuntest tal-Kawża AT.40054 – Ethanol Benchmarks, ir-rikorrenti jinvokaw żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tar-regoli applikabbli fil-qasam ta’ riżoluzzjoni tat-tilwim. Ir-rikorrenti jsostnu f’dan ir-rigward li billi adottat id-deċiżjoni kkontestata li tistieden lir-rikorrenti jibdew mill-ġdid proċedura għar-riżoluzzjoni tat-tilwim taħt ċerti kundizzjonijiet, il-Kummissjoni kisret ir-regoli applikabbli fil-qasam tar-riżoluzzjoni tat-tilwim. Fil-fatt, ir-regoli applikabbli ma jippermettux lill-Kummissjoni, minn naħa, tiftaħ mill-ġdid proċedura għar-riżoluzzjoni tat-tilwim u, min-naħa l-oħra, tagħmel dan billi timponi fuq ir-rikorrenti li jirrinunzjaw għal kull diskussjoni dwar il-fatti li bihom huma akkużati.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tad-drittijiet tad-difiża. Ir-rikorrenti jqisu li l-Kummissjoni ma tistax tissuġġetta l-ftuħ ta’ proċedura ġdida għar-riżoluzzjoni tat-tilwim għall-kundizzjoni li huma jirrinunzjaw għall-argumenti li ppreżentaw fil-kuntest tal-proċedura ordinarja wara l-falliment tal-ewwel proċedura għar-riżoluzzjoni tat-tilwim.


20.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 513/36


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Ottubru 2021 – Diageo et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-473/19) (1)

(2021/C 513/51)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-Presidenta tat-Tieni Awla ordnat it-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 312, 16.9.2019.


20.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 513/36


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Ottubru 2021 – AstraZeneca et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-476/19) (1)

(2021/C 513/52)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-Presidenta tat-Tieni Awla ordnat it-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 312, 16.9.2019.


20.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 513/36


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Ottubru 2021 – Teva vs Il-Kummissjoni u EMA

(Kawża T-628/19) (1)

(2021/C 513/53)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tal-Ħames Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 383, 11.11.2019.


20.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 513/37


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Ottubru 2021 – Puma vs EUIPO – Caterpillar (SPEEDCAT)

(Kawża T-515/20) (1)

(2021/C 513/54)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-Presidenta tas-Sitt Awla ordnat it-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 329, 5.10.2020.


20.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 513/37


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Ottubru 2021 – TrekStor vs EUIPO (e.Gear)

(Kawża T-708/20) (1)

(2021/C 513/55)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tas-Sitt Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 28, 25.1.2021.