ISSN 1977-0987 |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 506 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 64 |
Werrej |
Paġna |
|
|
||
|
|
I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet |
|
|
RIŻOLUZZJONIJIET |
|
|
Il-Parlament Ewropew |
|
|
It-Tlieta 27 ta’ April 2021 |
|
2021/C 506/01 |
||
2021/C 506/02 |
||
2021/C 506/03 |
||
2021/C 506/04 |
||
2021/C 506/05 |
||
|
L-Erbgħa 28 ta’ April 2021 |
|
2021/C 506/06 |
||
2021/C 506/07 |
||
|
Il-Ħamis 29 ta’ April 2021 |
|
2021/C 506/08 |
||
2021/C 506/09 |
||
2021/C 506/10 |
||
2021/C 506/11 |
||
2021/C 506/12 |
||
2021/C 506/13 |
||
2021/C 506/14 |
||
2021/C 506/15 |
||
2021/C 506/16 |
||
|
RAKKOMANDAZZJONIJIET |
|
|
Il-Parlament Ewropew |
|
|
Il-Ħamis 29 ta’ April 2021 |
|
2021/C 506/17 |
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Il-Parlament Ewropew |
|
|
It-Tlieta 27 ta’ April 2021 |
|
2021/C 506/18 |
||
2021/C 506/19 |
||
2021/C 506/20 |
||
2021/C 506/21 |
||
2021/C 506/22 |
|
III Atti preparatorji |
|
|
Il-Parlament Ewropew |
|
|
It-Tlieta 27 ta’ April 2021 |
|
2021/C 506/23 |
||
2021/C 506/24 |
||
2021/C 506/25 |
||
2021/C 506/26 |
||
2021/C 506/27 |
||
2021/C 506/28 |
||
2021/C 506/29 |
||
2021/C 506/30 |
||
2021/C 506/31 |
||
2021/C 506/32 |
||
2021/C 506/33 |
||
2021/C 506/34 |
||
2021/C 506/35 |
||
2021/C 506/36 |
||
|
L-Erbgħa 28 ta’ April 2021 |
|
2021/C 506/37 |
||
2021/C 506/38 |
||
2021/C 506/39 |
||
|
Il-Ħamis 29 ta’ April 2021 |
|
2021/C 506/40 |
||
2021/C 506/41 |
||
2021/C 506/42 |
||
2021/C 506/43 |
||
2021/C 506/44 |
||
2021/C 506/45 |
||
2021/C 506/46 |
||
2021/C 506/47 |
||
2021/C 506/48 |
Tifsira tas-simboli użati
(It-tip ta' proċedura jiddependi mill-bażi legali proposta mill-abbozz ta' att) Emendi tal-Parlament: Il-partijiet tat-testi l-ġodda huma indikati permezz tat-tipa korsiva u grassa . Il-partijiet tat-test imħassra huma indikati permezz tas-simbolu ▌ jew huma ingassati. Is-sostituzzjoni hija indikata billi t-test il-ġdid jiġi indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa u billi jitħassar jew jiġi ingassat it-test sostitwit. |
MT |
|
15.12.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 506/1 |
IL-PARLAMENT EWROPEW
SESSJONI 2021–2022
Dati tas-seduti: 26-29 ta’ April 2021
It-testi adottati tat-28 ta' April 2021 rigward il-kwittanzi għall-baġit tal-2019 ġew ippublikati fil- ĠU L 340, 24.9.2021 .
TESTI ADOTTATI
I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet
RIŻOLUZZJONIJIET
Il-Parlament Ewropew
It-Tlieta 27 ta’ April 2021
15.12.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 506/2 |
P9_TA(2021)0122
Rapport ta' implimentazzjoni dwar l-aspetti tas-sikurezza fit-toroq tal-Pakkett dwar l-Affidabbiltà Stradali -
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta’ April 2021 dwar ir-rapport ta' implimentazzjoni dwar l-aspetti tas-sikurezza fit-toroq tal-Pakkett dwar l-Affidabbiltà Stradali (2019/2205(INI))
(2021/C 506/01)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-Pakkett tal-Affidabbiltà Stradali, li jinkludi d-Direttiva 2014/45/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' April 2014 dwar testijiet perjodiċi tal-affidabbiltà stradali għal vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom (1), id-Direttiva 2014/46/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' April 2014 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 1999/37/KE dwar id-dokumenti ta' reġistrazzjoni għall-vetturi (2), u d-Direttiva 2014/47/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' April 2014 dwar l-ispezzjoni teknika waqt it-traġitt tal-affidabbiltà stradali ta' vetturi kummerċjali li jiċċirkolaw fl-Unjoni (3), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Novembru 2017 dwar insalvaw il-ħajjiet: insaħħu s-sikurezza tal-karozzi fl-UE (4), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-31 ta' Mejju 2018 li tinkludi rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar il-manipulazzjoni tal-odometri fil-vetturi bil-mutur: reviżjoni tal-qafas legali tal-UE (5), |
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Lulju 2010 intitolata “Lejn Żona Ewropea ta' sikurezza tat-triq: orjentazzjonijiet ta' politika dwar is-sikurezza tat-triq 2011-2020” (COM(2010)0389), |
— |
wara li kkunsidra d-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar il-Qafas tal-UE għall-Politika dwar is-Sikurezza fit-Toroq 2021-2030 – Il-passi li jmiss lejn “Viżjoni Żero” (SWD(2019)0283), |
— |
wara li kkunsidra l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs) tan-Nazzjonijiet Uniti, b'mod partikolari l-SDG 3.6 li għandu l-għan li jnaqqas bin-nofs in-numru ta' mwiet u korrimenti madwar id-dinja minn inċidenti tat-traffiku sal-2020, u l-SDG 11.2 li għandu l-għan li sal-2030 jiġi pprovdut aċċess għal sistemi tat-trasport sikuri, bi prezzijiet raġonevoli, aċċessibbli u sostenibbli għal kulħadd u li tittejjeb is-sikurezza fit-toroq, b'mod partikolari billi jiġi estiż it-trasport pubbliku, b'attenzjoni speċjali għall-ħtiġijiet ta' dawk f'sitwazzjonijiet vulnerabbli, tan-nisa, tat-tfal, tal-persuni b'diżabilità u tal-anzjani, |
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni intitolata “Strateġija għal Mobbiltà Sostenibbli u Intelliġenti – inqiegħdu t-trasport Ewropew fit-triq it-tajba għall-futur” (COM(2020)0789), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu dwar Strateġija Ewropea dwar Sistemi Kooperattivi ta' Trasport Intelliġenti (6), li titlob lill-Kummissjoni tippubblika malajr proposta leġiżlattiva dwar l-aċċess għad-data u għar-riżorsi ta' ġol-vettura, |
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Frar 2020 dwar Strateġija Ewropea għad-data (COM(2020)0066), li ssemmi l-aġġornament tal-leġiżlazzjoni fis-seħħ dwar l-aċċess għad-data ta' ġol-vettura sabiex jiġi żgurat aċċess ekwu għal ċerta data tal-karozzi, |
— |
wara li kkunsidra l-valutazzjoni tal-implimentazzjoni Ewropea kkummissjonata mis-Servizz ta' Riċerka tal-Parlament Ewropew u ppubblikata f'Settembru 2020 dwar l-implimentazzjoni tal-Pakkett tal-Affidabbiltà Stradali, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tal-4 ta' Novembru 2020 dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2014/45/UE dwar testijiet perjodiċi tal-affidabbiltà stradali għal vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom (COM(2020)0699), |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tat-3 ta' Novembru 2020 dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2014/47/UE dwar l-ispezzjonijiet tekniċi waqt it-traġitt tal-affidabbiltà stradali ta' vetturi kummerċjali (COM(2020)0676), |
— |
wara li kkunsidra l-istudju kkummissjonat mid-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni għall-Mobbiltà u t-Trasport (DĠ MOVE) u ppubblikat fi Frar 2019 dwar l-inklużjoni ta' trejlers ħfief u vetturi b'żewġ jew tliet roti fil-portata tal-ittestjar perjodiku tal-affidabbiltà stradali, |
— |
wara li kkunsidra l-istudju kkummissjonat mid-DĠ MOVE u ppubblikat f'Frar 2019 dwar l-inklużjoni tal-eCall fl-ittestjar perjodiku tal-affidabbiltà stradali tal-vetturi bil-mutur, |
— |
wara li kkunsidra l-istudju ta' fattibbiltà kkummissjonat mid-DĠ MOVE u ppubblikat f'April 2015 fuq il-Pjattaforma ta' Informazzjoni dwar il-Vetturi, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2019/2144 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Novembru 2019 dwar rekwiżiti tal-approvazzjoni tat-tip għall-vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, kif ukoll għas-sistemi, għall-komponenti u għall-unitajiet tekniċi separati maħsubin għat-tali vetturi, fir-rigward tas-sikurezza ġenerali tagħhom u tal-protezzjoni tal-okkupanti tal-vetturi u l-utenti vulnerabbli tat-triq (7), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, kif ukoll l-Artikolu 1(1)(e) u l-Anness 3 tad-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tat-12 ta' Diċembru 2002 dwar il-proċedura ta' awtorizzazzjoni għat-tħejjija ta' rapporti fuq inizjattiva proprja, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A9-0028/2021), |
A. |
billi fl-2010, l-UE adottat politika dwar is-sikurezza fit-toroq bil-għan li tnaqqas l-għadd ta' mwiet fit-toroq b'50 % sal-2020; billi fl-2011, l-UE stabbiliet l-objettiv ta' “viżjoni żero”, li jipprevedi żero fatalitajiet fit-trasport bit-triq sal-2050; billi fl-2019 mietu madwar 22 800 persuna u madwar 135 000 indarbu serjament fit-toroq tal-Ewropa; billi jeħtieġ li jittieħdu miżuri aktar effikaċi u aktar ikkoordinati fil-livell tal-UE u mill-Istati Membri biex tintlaħaq il-mira ta' viżjoni żero; |
B. |
billi minkejja l-isforzi biex titjieb is-sikurezza fit-toroq fl-UE, il-progress fit-tnaqqis tar-rati ta' fatalitajiet fit-toroq, għalkemm huwa konsiderevoli, kien kajman wisq f'dawn l-aħħar snin; billi huwa meqjus li d-difetti tekniċi fil-vetturi huma responsabbli għal madwar 5 % tal-inċidenti li jinvolvu vetturi li jittrasportaw il-merkanzija; billi huwa meqjus li l-manutenzjoni fqira tal-vetturi hija responsabbli għal 4 % tal-aċċidenti li jinvolvu l-utenti tat-triq; |
C. |
billi ċ-ċifri preliminari għall-2019 juru li kien hemm inqas fatalitajiet fit-toroq tal-UE meta mqabbla mas-sena preċedenti, iżda li l-progress għadu kajman wisq; billi huwa ċert li l-mira tal-UE li tnaqqas bin-nofs l-għadd ta' mwiet fit-toroq bejn l-2010 u tmiem l-2020 mhux se tintlaħaq bejn wieħed u ieħor b'nofs, peress li s'issa ġie reġistrat tnaqqis ta' 23 % biss; billi spezzjonijiet frekwenti, dettaljati u perjodiċi tal-vetturi mwettqa minn spetturi kwalifikati sew, kif ukoll spezzjonijiet tekniċi waqt it-traġitt, huma fundamentali biex tiżdied is-sikurezza fit-toroq; |
D. |
billi d-diverġenza massiva bejn l-Istati Membri fir-rati ta' fatalitajiet fit-toroq, b'aktar minn erba' darbiet tal-imwiet fit-toroq fil-pajjiż bl-agħar prestazzjoni meta mqabbel mal-pajjiż bl-aħjar prestazzjoni, tissottolinja l-ħtieġa ta' monitoraġġ, sħubija u assistenza speċjali għall-Istati Membri bl-agħar riżultati; |
E. |
billi għad hemm differenzi kbar fis-sikurezza fit-toroq bejn l-Istati Membri tal-Ewropa tal-Lvant u dawk tal-Ewropa tal-Punent; billi l-Istati Membri tal-Ewropa tal-Lvant sikwit qed isiru d-destinazzjoni għall-flotta ta' karozzi użati li joriġinaw mill-pajjiżi tal-Ewropea tal-Punent, u dan jista' joħloq riskji, kemm għas-sikurezza tal-bniedem kif ukoll għall-ambjent, li jeħtieġ li jiġu kkunsidrati fil-livell tal-UE; |
F. |
billi apparti t-tħassib relatat mal-klima u mal-ambjent, l-affidabbiltà stradali tal-vetturi hija wkoll kwistjoni ta' saħħa pubblika, kemm f'termini tal-iżgurar tas-sikurezza fit-toroq kif wkoll fir-rigward tal-impatt tal-emissjonijiet fuq il-kwalità tal-arja; billi l-iskandli reċenti tal-emissjonijiet urew il-ħtieġa ta' spezzjonijiet indipendenti tul il-ħajja kollha ta' vettura, filwaqt li jitqiesu l-emissjonijiet reali tagħha; |
G. |
billi analiżi tat-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni min-naħa tal-Istati Membri tal-Pakkett dwar l-Affidabbiltà Stradali turi li l-proċeduri ta' armonizzazzjoni jeħtieġ li jissaħħu fil-livell tal-UE; |
H. |
billi s-suq tal-karozzi użati fl-Unjoni Ewropea huwa bejn darbtejn u tliet darbiet akbar mis-suq tal-karozzi ġodda, u billi il-frodi tal-odometru tal-karozzi użati tikkomprometti serjament is-sikurezza fit-toroq; billi l-istudji jistmaw li l-vetturi mbagħbsa jirrappreżentaw bejn 5 u 12 % tal-karozzi użati mibjugħa fis-suq nazzjonali u bejn 30 u 50 % tal-karozzi użati mibjugħa fuq livell transfruntier; billi sitt Stati Membri biss jirrikonoxxu l-manipulazzjoni tal-odometri bħala reat; billi n-nuqqas ta' bażi ta' data komuni Ewropea jxekkel ukoll l-infurzar tal-liġi kontra prattiki frodulenti bħal dawn; |
I. |
billi ż-żieda fl-użu tal-elementi tas-sewqan awtomatizzat tirrikjedi aġġornament tal-Pakkett dwar l-Affidabbiltà Stradali biex dan jinkludi l-ispezzjoni u t-taħriġ fir-rigward tal-elementi avvanzati ġodda ta' assistenza fis-sewqan li għandhom jiġu introdotti mill-2022; |
J. |
billi xi Stati Membri diġà introduċew strumenti biex jimminimizzaw il-manipulazzjoni tal-odometru, bħal pereżempju “Car-Pass” fil-Belġju u “Nationale AutoPas” (NAP) fin-Netherlands; billi dawn iż-żewġ Stati Membri t-tnejn li huma jużaw bażi tad-data għall-ġbir tal-qari tal-odometru f'kull manutenzjoni, service, tiswija jew spezzjoni perjodika tal-vettura, mingħajr ma tinġabar ebda data personali, u t-tnejn li huma eradikaw kważi għalkollox il-frodi tal-odometru fit-territorju tagħhom f'perjodu ta' żmien qasir; |
K. |
billi l-kwalità tal-infrastruttura tat-toroq hija tal-akbar importanza għas-sikurezza fit-toroq; billi l-konnettività u l-infrastruttura diġitali huma importantissmi għas-sikurezza fit-toroq, u se jkomplu jsiru saħansitra aktar importanti biż-żieda fl-ammont ta' vetturi konnessi u awtonomi; |
Rakkomandazzjonijiet
It-Traspożizzjoni u l-implimentazzjoni tal-Pakkett dwar l-Affidabbiltà Stradali – Objettivi tal-UE dwar is-sikurezza
1. |
Jilqa' l-fatt li t-traspożizzjoni tal-Pakkett dwar l-Affidabbiltà Stradali u l-implimentazzjoni ta' xi wħud mid-dispożizzjonijiet tiegħu wrew titjib fl-armonizzazzjoni tal-proċeduri nazzjonali, b'mod partikolari f'dak li għandu x'jaqsam mal-frekwenza, il-kontenut u l-metodu tat-testijiet ta' spezzjoni tal-vetturi; |
2. |
Jilqa' l-fatt li t-traspożizzjoni tal-Pakkett dwar l-Affidabbiltà Stradali għenet biex ittejjeb il-kwalità tal-ispezzjonijiet tekniċi perjodiċi, il-livell ta' kwalifika tal-ispetturi, u l-koordinazzjoni u l-istandards tal-Istati Membri fir-rigward tal-ispezzjoni waqt it-traġitt tal-vetturi, sabiex tittejjeb is-sikurezza fit-toroq; |
3. |
Jesprimi dispjaċir għall-fatt li, minkejja t-titjib fil-kwalità tal-ispezzjonijiet tekniċi perjodiċi u l-implikazzjonijiet pożittivi ta' dan għas-sikurezza fit-toroq, il-Pakkett dwar l-Affidabbiltà Stradali fih xi dispożizzjonijiet mhux obbligatorji li ma ġewx trasposti b'mod strett biżżejjed jew sempliċement ma ġewx trasposti; jenfasizza l-ħtieġa li gradwalment jitwarrbu d-dispożizzjonijiet volontarji u tiġi żviluppata sistema ta' rekwiżiti obbligatorji biex tiżdied l-armonizzazzjoni fil-livell tal-UE f'aspetti bħall-irbit tal-merkanzija, l-iskambju ta' informazzjoni u l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri, u jfakkar fl-importanza partikolari ta' dawn il-miżuri għar-reġjuni transfruntiera; |
4. |
Jiddispjaċih għall-fatt li diversi Stati Membri ma ttrasponewx il-Pakkett dwar l-Affidabbiltà Stradali fil-ħin u li l-Kummissjoni kellha tvara proċeduri ta' ksur kontra Stat Membru; iħeġġeġ lill-Istati Membri inkwistjoni jittrasponu b'ħeffa id-dispożizzjonijiet neqsin tal-Pakkett dwar l-Affidabbiltà Stradali fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom, u jimplimentaw għalkollox l-obbligi kollha tagħhom biex tiġi stabbilita informazzjoni teknika kompluta, minħabba li s-sikurezza fit-toroq għaċ-ċittadini Ewropej hija prijorità tal-Unjoni Ewropea; |
5. |
Jesprimi dispjaċir għall-fatt li finanzjament inadegwat għall-attivitajiet ta' spezzjoni, inkluż il-persunal, it-tagħmir u t-taħriġ marbut mal-ispezzjonijiet, għadu qed ifixkel il-ksib tal-objettivi tal-Affidabbiltà Stradali; jisħaq fuq il-fatt li l-Istati Membri għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet tagħhom responsabbli mis-sikurezza fit-toroq appoġġ finanzjarju u amministrattiv suffiċjenti għall-implimentazzjoni b'mod effiċjenti l-Pakkett dwar l-Affidabbiltà Stradali u l-verżjoni riveduta futura tiegħu; |
Frekwenza u kontenut tat-testijiet
6. |
Jilqa' l-fatt li wara d-dħul fis-seħħ tal-Pakkett dwar l-Affidabbiltà Stradali, 90 % tal-ispezzjonijiet tal-vetturi saru bl-istess intervalli jew b'intervalli saħansitra aktar stretti minn dawk stabbiliti mill-Pakkett, u dan ikkontribwixxa fil-biċċa l-kbira biex naqas l-għadd ta' vetturi mhux sikuri li jiċċirkolaw fit-toroq tal-UE; jiddispjaċih għall-fatt, madankollu, li ċertu Stati Membri għadhom jeħtieġu intervalli itwal minn dawk stabbiliti mill-Pakkett, u dan inaqqas is-sikurezza tal-kundizzjonijiet taċ-cirkulazzjoni; jistieden lill-Istati Membri konċernati jikkonformaw mal-intervalli stabbiliti mill-Pakkett mingħajr aktar dewmien, peress li dan jinvolvi s-sigurtà u l-ħajjiet ta' ċittadini tal-UE; |
7. |
Jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra li tagħmel ir-reġim tat-testijiet aktar strett u tintroduċi l-obbligu ta' kontrolli addizzjonali wara li jkun intlaħaq kilometraġġ speċifikat għall-vetturi tal-kategorija M1 li jintużaw bħala taxi jew ambulanza u l-vetturi tal-kategorija N1 li jintużaw mill-fornituri ta' servizzi ta' kunsinna ta' pakketti, u tikkunsidra li testendi dan l-obbligu għal vetturi oħra fi ħdan dawn il-kategoriji li jintużaw għal skopijiet kummerċjali oħra; |
8. |
Jinnota ż-żieda fl-użu ta' vetturi individwali u tal-mobbiltà kondiviża għat-trasport pubbliku u/jew għal skopijiet loġistiċi; jitlob li l-Kummissjoni tivvaluta jekk il-frekwenza tal-ispezzjonijiet ta' dawn il-vetturi għandhiex tiżdied skont dan, billi tiġi inkluża possibbiltà għal spezzjoni obbligatorja annwali jew billi tiġi riflessa, pereżempju, l-intensità taċ-ċirkolazzjoni tagħhom f'termini ta' kilometraġġ u l-obsolexxenza relatata tal-komponenti, kif ukoll il-kwantità ta' passiġġieri ttrasportati; |
9. |
Jinnota li r-rikonoxximent reċiproku tat-testijiet tal-affidabbiltà stradali għall-vetturi użati importati minn Stati Membri oħra mhuwiex previst f'każijiet fejn l-Istati Membri għandhom perjodiċità differenti għat-testijiet, u konsegwentement il-Pakkett jipprovdi biss rikonoxximent reċiproku limitat f'dan ir-rigward; jistieden lill-Kummissjoni tinkorpora ċertifikazzjoni tal-UE għall-karozzi użati fir-reviżjoni li jmiss tal-Pakkett dwar l-Affidabbiltà Stradali; |
10. |
Jinnota li s-sewwieqa tal-muturi huma meqjusa bħala utenti vulnerabbli tat-triq, u r-rati ta' fatalità fosthom huma dawk li qed jonqsu l-aktar bil-mod fost l-utenti kollha tal-vetturi fl-UE; jinnota li t-tbagħbis u l-irfinar tal-motorini b'mod partikolari qed iżidu r-riskju ta' aċċidenti għaż-żgħażagħ u għall-adulti żgħażagħ; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni tikkunsidra li testendi l-obbligu li jitwettqu spezzjonijiet waqt it-traġitt għal vetturi b'żewġ jew tliet roti, inkluża l-mira minima ta' spezzjonijiet annwali għal 5 % minnhom, peress li dawn il-vetturi bħalissa huma kompletament esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2014/47/UE; |
11. |
Jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra li ttemm l-eċċezzjonijiet mill-obbligu ta' spezzjonijiet tekniċi perjodiċi għal vetturi b'żewġ jew tliet roti, kif inhu possibbli attwalment fl-ambitu tad-Direttiva 2014/45/UE; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta, fl-evalwazzjoni tagħha li jmiss, il-possibilità li tinkludi wkoll, fir-reġim ta' spezzjoni teknika perjodika obbligatorja, il-kategoriji ta' vetturi b'żewġ jew tliet roti bi spostament tal-magna ta' inqas minn 125 cm3 u trejlers ħfief, abbażi tad-data rilevanti dwar l-aċċidenti stradali u l-fatturi tal-ispejjeż u l-benefiċċji bħall-prossimità tas-siti tal-ittestjar f'żoni remoti, il-piż amministrattiv u l-ispejjeż finanzjarji għaċ-ċittadini tal-UE; jitlob lill-Kummissjoni tibbaża l-valutazzjoni tagħha fuq tqabbil tar-riżultati bejn il-pajjiżi fejn l-ispezzjonijiet tekniċi perjodiċi (PTI) diġà huma fis-seħħ għall-vetturi kollha f'dawn il-kategoriji u l-pajjiżi li ma jagħmlux testijiet bħal dawn, u l-effetti f'termini ta' sikurezza fit-toroq; jitlob li tiġi introdotta skeda ta' kontrolli addizzjonali, ibbażata fuq il-kilometraġġ milħuq, għall-muturi użati għall-konsenja ta' pakketti jew ikel, jew inkella għall-ġarr kummerċjali ieħor ta' prodotti jew persuni; |
12. |
Jinnota li l-livell ta' tolleranza għal spezzjonijiet tekniċi perjodiċi skaduti jvarja ħafna bejn l-Istati Membri, minn tolleranza żero għal sa erba' xhur; jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tarmonizza l-livell ta' tolleranza billi tintroduċi livell massimu ta' perjodu qasir ta' żmien li ma jikkompromettix l-implimentazzjoni f'waqtha ta' kontrolli tekniċi perjodiċi u billi tintroduċi l-penali konsegwenti għal nonkonformità; |
13. |
Ifakkar li l-vetturi adatti biex jinstaqu mill-persuni b'diżabilità jista' jkollhom funzjonalitajiet u konfigurazzjonijiet partikolari; jinnota li l-vetturi użati għat-trasport tal-passiġġieri b'diżabilità jridu jikkonformaw ma' kundizzjonijiet tekniċi speċifiċi, bħal pereżempju li jkollhom ċintorini ankrati kif ukoll spazji adatti sabiex tiġi żgurata s-sikurezza tagħhom; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġi żgurat li dawn il-karatteristiċi essenzjali kollha jiġu inkorporati kif xieraq f'kull spezzjoni; |
14. |
Jiddeplora l-fatt li s'issa l-Istati Membri implimentaw biss miżuri ġeneriċi meta ttrasponew dispożizzjonijiet relatati ma' penali f'każ ta' frodi tal-odometru; iħeġġeġ lill-Istati Membri jikkonformaw ma' dan ir-rekwiżit ċar tal-Pakkett dwar l-Affidabbiltà Stradali, jittrasponu miżuri aktar immirati fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom mingħajr aktar dewmien u jipprovdu r-riżorsi umani u finanzjarji meħtieġa għall-infurzar tagħhom; jiddispjaċih għall-fatt li d-dispożizzjoni attwali dwar penali f'każ ta' frodi tal-odometru għad għandha portata dgħajfa, peress din li tirrikjedi biss li dawn ikunu “effettivi, proporzjonati, dissważivi u mhux diskriminatorji”, u b'hekk l-ammonti reali u l-miżuri dissważivi korrispondenti fil-biċċa l-kbira tagħhom jitħallew għad-diskrezzjoni tal-Istati Membri; iqis li għandhom jiġu stabbiliti penali aktar armonizzati u konkreti għall-frodi tal-odometru fir-reviżjoni li jmiss, flimkien ma' miżuri robusti ulterjuri kontra t-tbagħbis, inklużi mekkaniżmi taċ-ċibersigurtà u teknoloġiji ta' kriptaġġ adegwati biex jostakolaw it-tbagħbis elettroniku u biex jagħmluha aktar faċli li dan it-tbagħbis jiġi identifikat; jistieden lill-Kummissjoni tippreskrivi l-aċċessibbiltà garantita ta' ċerta data speċifika għall-vettura, funzjonijiet u informazzjoni fis-software, għall-organizzazzjonijiet li jagħmlu l-ispezzjonijiet; jitlob li jkun hemm rekwiżit għall-Istati Membri biex joħolqu ostakli legali, tekniċi u operattivi sabiex jagħmluha impossibbli l-manipulazzjonijiet tal-odometri; jenfasizza li n-nuqqas ta' bażi ta' data konsistenti li tiġbor fiha d-data tal-kilometraġġ tal-karozzi użati, rikonoxxut reċiprokament u skambjat bejn l-Istati Membri, huwa ostaklu essenzjali għall-identifikazzjoni tal-frodi tal-odometru; |
15. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex fir-reviżjoni li jmiss tal-Pakkett tinkludi dispożizzjonijiet obbligatorji li jippermettu lill-Istati Membri jirreġistraw qari obbligatorju tal-odometru minn kull spezzjoni, service, operazzjoni ta' manutenzjoni u tiswija maġġuri li jsiru, u jibdew mill-ewwel reġistrazzjoni tal-vettura; |
16. |
Jistieden lill-Kummissjoni tqis kif xieraq it-testijiet il-ġodda tal-emissjonijiet f'kundizzjonijiet ta' sewqan reali previsti fir-Regolament Euro 6 u reviżjonijiet futuri possibbli; jistieden lill-Kummissjoni tinkludi miżuri li jirriflettu tali testijiet fil-kamp ta' applikazzjoni tal-ispezzjonijiet tekniċi perjodiċi u kwalunkwe żvilupp possibbli ieħor fir-rieżami li jmiss tal-Pakkett dwar l-Affidabbiltà Stradali; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jarmonizzaw kemm it-teknoloġiji għall-kejl tal-emissjonijiet fit-testijiet tal-affidabbiltà stradali kif ukoll il-livelli massimi tollerabbli sabiex jiġi żgurat li l-vetturi kollha fit-toroq Ewropej jikkonformaw mal-istandards tal-emissjonijiet; |
It-tagħmir użat u t-taħriġ tal-ispetturi
17. |
Jilqa' l-fatt li fl-Istati Membri kollha, wara d-dħul fis-seħħ tal-Pakkett dwar l-Affidabbiltà Stradali, it-tagħmir tal-ittestjar ġie armonizzat u jissodisfa ċerti rekwiżiti minimi, u b'hekk tjiebet l-uniformità tal-kontrolli tal-affidabbiltà stradali madwar l-UE; |
18. |
Jinnota li għalkemm l-Istati Membri kollha introduċew kwalifiki minimi għall-ispetturi li jagħmlu l-kontrolli tal-affidabbiltà stradali, uħud ma jsegwux ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness IV tad-Direttiva 2014/45/UE dwar testijiet perjodiċi tal-affidabbiltà stradali; jistieden lil dawk l-Istati Membri jallinjaw ir-rekwiżiti tagħhom skont dan; jitlob lill-Kummissjoni tippromwovi skambju tal-aħjar prattiki u t-tagħlimiet misluta bejn l-Istati Membri dwar kif għandu jiġi implimentat l-Anness IV tad-Direttiva 2014/45/UE u tivvaluta l-ħtieġa ta' taħriġ ta' aġġornament regolari u eżamijiet xierqa; jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi armonizzazzjoni u aġġornamenti regolari tal-kontenut tat-taħriġ fost l-Istati Membri biex l-għarfien u l-ħiliet tal-ispetturi jiġu aġġustati għall-proċess li qed jiżviluppa ta' awtomatizzazzjoni u diġitalizzazzjoni tas-settur awtomobilistiku, b'mod partikolari fir-rigward tal-assistenza avvanzata fis-sewqan, sistemi mingħajr sewwieq u l-użu ta' sistemi ta' skambju ta' informazzjoni elettroniċi bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għas-sikurezza fit-toroq, inkluż dwar il-kondiviżjoni sikura tad-data, iċ-ċibersigurtà u l-protezzjoni tad-data personali tas-sewwieqa; jissottolinja li l-manipulazzjoni u l-frodi fl-elementi tas-sikurezza elettronika, bħas-sistemi ta' assistenza avvanzata fis-sewqan, joħolqu riskju kbir għas-sikurezza, u għaldaqstant iridu jiġu identifikati mill-ispetturi; jenfasizza li l-ispetturi għandhom jingħataw taħriġ speċifiku dwar il-kontroll tal-integrità tas-software; |
19. |
Itenni li għandhom jittieħdu passi biex tiġi garantita l-indipendenza tal-ispetturi u tal-organizzazzjonijiet ta’ spezzjoni mill-industrija tal-kummerċ, il-manutenzjoni u t-tiswija tal-vetturi sabiex jiġi evitat kwalunkwe kunflitt ta' interess finanzjarju, inkluż għall-kontroll tal-emissjonijiet, filwaqt li jiġu pprovduti salvagwardji aktar qawwija f'termini ta' responsabbiltà ċivili għall-partijiet kollha; |
L-ispezzjonijiet tekniċi waqt it-traġitt u l-irbit tal-merkanzija
20. |
Jinnota li skont rapporti tal-Kummissjoni, l-ispezzjonijiet waqt it-traġitt tal-vetturi kummerċjali naqsu f'dawn l-aħħar sitt snin; jiddeplora din it-tendenza u jfakkar li skont il-Pakkett dwar l-Affidabbiltà Stradali, l-Istati Membri ilhom mill-2018 bl-obbligu li jiżguraw li jsir għadd minimu ta' spezzjonijiet waqt it-traġitt, skont l-għadd ta' vetturi reġistrati fit-territorju tagħhom (5 %); jistieden lill-Istati Membri jżidu l-isforzi tagħhom biex jilħqu l-mira minima ta' 5 %, u jfakkar li l-ewwel obbligu ta' rappurtar fuq l-iskrutinu ta' din il-mira jrid iseħħ sal-31 ta' Marzu 2021 għas-snin 2019-2020; jistieden lill-Kummissjoni tinkludi l-vetturi fil-kategorija N1 (8) użati għal skopijiet ta' trasport kummerċjali tal-merkanzija bit-triq fl-ambitu tal-ispezzjonijiet waqt it-traġitt, fid-dawl tal-fatt li dawn żdiedu u li l-kilometraġġ tagħhom ikun għoli; |
21. |
Jistieden lill-Kummissjoni taħdem mal-Istati Membri biex ittejjeb aktar il-kwalità u n-natura nondiskriminatorja ta' dawn l-ispezzjonijiet waqt it-traġii f'konformità mar-regoli tas-suq intern, pereżempju billi tistabbilixxi u tiġbor data dwar l-indikaturi ewlieni tal-prestazzjoni (KPIs) u tinkoraġġixxi l-użu ta' sistemi tal-profil tal-klassifikazzjoni tar-riskju biex il-kontrolli u l-penali jkunu immirati aħjar, speċjalment għall-persuni reċidivi, filwaqt li jirrispettaw għalkollox il-qafas tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data; |
22. |
Jiddeplora l-fatt li t-tnaqqis fl-infiq mill-baġit nazzjonali fuq l-infurzar tal-liġi fir-rigward tas-sikurezza fit-toroq u fuq il-manutenzjoni fit-toroq donnu li wassal għal spezzjonijiet waqt it-traġitt inqas frekwenti matul dawn l-aħħar snin; jistieden f'dan ir-rigward lill-awtoritajiet nazzjonali jiggarantixxu żieda fil-finanzjament tal-attivitajiet ta' spezzjoni, b'mod partikolari fid-dawl tal-introduzzjoni potenzjali tal-ittestjar mandatorju għal tipi ġodda ta' vetturi; |
23. |
Jiddispjaċih għall-fatt li d-dispożizzjonijiet fil-Pakkett dwar l-Affidabbiltà Stradali marbuta mal-ispezzjoni tal-irbit tal-merkanzija mhumiex obbligatorji, u dan wassal biex għadd żgħir biss ta' Stati Membri ttrasponew il-miżuri ta' sikurezza rilevanti; jikkonkludi, għalhekk, li l-armonizzazzjoni baqa' biex tinkiseb f'dan ir-rigward; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tipproponi tisħiħ ta' dawn id-dispożizzjonijiet fir-reviżjoni li jmiss, anki għal dak li jikkonċerna r-rekwiżiti minimi armonizzati għall-irbit tal-merkanzija, tagħmir obbligatorju tal-irbit tal-merkanzija għal kull vettura u għall-firxa minima ta' kompetenzi, taħriġ u għarfien kemm għall-persunal involut fl-irbit tal-merkanzija kif ukoll għall-ispetturi; |
Rekords ta' informazzjoni u skambju ta' data bejn l-Istati Membri
24. |
Jiddispjaċih dwar il-fatt li ftit Stati Membri biss iżommu bażi ta' data elettronika nazzjonali dwar in-nuqqasijiet kbar u perikolużi li jkunu ħarġu fid-dieher permezz tal-ispezzjonijiet waqt it-traġitt u li l-Istati Membri rari jinnotifikaw ir-riżultati ta' dawn l-ispezzjonijiet lill-punt ta' kuntatt nazzjonali tal-Istat Membru fejn tkun reġistrata il-vettura; jiddispjaċih dwar il-fatt li l-Pakkett dwar l-Affidabbiltà Stradali ma jistabbilixxi l-ebda azzjoni li l-Istat Membru tar-reġistrazzjoni għandu jieħu ladarba jkun ġie notifikat dwar nuqqasijiet kbar u perikolużi bħal dawn; iħeġġeġ lill-Kummissjoni ssaħħaħ dawn id-dispożizzjonijiet fir-reviżjoni li jmiss, fosthom billi tistabbilixxi skema unifikata ta' azzjonijiet li għandhom jittieħdu mill-Istat Membru tar-reġistrazzjoni wara li jirċievi notifika tali; |
25. |
Jistieden lill-Kummissjoni, fid-dawl tar-rekord elettroniku tad-data għall-vetturi skont il-Pakkett dwar l-Affidabbiltà Stradali, tikkunsidra li temenda d-Direttiva 2014/46/UE dwar id-dokumenti ta' reġistrazzjoni għall-vetturi sabiex ittemm l-obbligu li jiġu pprovduti dokumenti fiżiċi u l-obbligu għas-sewwieq li jippreżenta ċertifikati tar-reġistrazzjoni fiżiċi; jinnota li għandhom jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet biex l-ispetturi jagħmlu użu sħiħ mir-rekords elettroniċi; |
26. |
Jistieden lill-Istati Membri jiffaċilitaw l-iskambju sistematiku tad-data dwar l-ittestjar tal-affidabbiltà stradali u l-qari tal-odometru bejn l-awtoritajiet kompetenti rispettivi tagħhom għall-ittestjar, ir-reġistrazzjoni u l-approvazzjoni tal-vetturi, il-manifatturi tat-tagħmir tal-ittestjar u l-manifatturi tal-vetturi; jilqa', f'dan ir-rigward, l-istudju ta' fattibbiltà tal-Kummissjoni dwar il-Pjattaforma ta' Informazzjoni dwar il-Vetturi; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiżguraw li titwaqqaf Pjattaforma ta' Informazzjoni dwar il-Vetturi bħala parti mir-reviżjoni li jmiss sabiex jitħaffef u jiġi ffaċilitat l-iskambju tad-data u tiġi żgurata koordinazzjoni aktar effettiva bejn l-Istati Membri; jenfasizza li din il-Pjattaforma ta' Informazzjoni dwar il-Vetturi għandha tippermetti proċess ta' spezzjoni u skambju ta' data kompletament mingħajr l-użu tal-karti, b'rispett sħiħ għaċ-ċibersigurtà u għall-protezzjoni tad-data fil-konfront ta' partijiet terzi; jilqa' f'dan ir-rigward l-iskjerament mill-Kummissjoni tal-pjattaforma EU MOVEHUB u l-modulu ODOCAR żviluppat reċentement, li jipprovdi infrastruttura tal-IT għall-iskambju tal-qari tal-odometru madwar l-Unjoni abbażi ta' soluzzjoni ta' bażi tad-data, inkluża l-possibbiltà ta' skambju ta' informazzjoni man-network Eucaris; jistieden lill-Kummissjoni tevalwa jekk l-użu tal-MOVEHUB tal-UE għandux isir obbligatorju għall-Istati Membri f'reviżjoni futura; |
27. |
Jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta, matul ir-reviżjoni li jmiss, il-possibbiltà li tinkludi, bħala parti mill-iskambju tad-data obbligatorju dwar il-passat tal-vetturi bejn l-awtoritajiet tar-reġistrazzjoni, mhux biss il-qari tal-odometru iżda wkoll informazzjoni dwar aċċidenti u l-frekwenza ta' ħsarat sinifikanti, peress li dan jiżgura li ċ-ċittadini tal-UE jkunu infurmati aħjar dwar il-passat u l-istat tal-vetturi tagħhom; iqis li l-inċidenti fit-toroq għandhom iwasslu għal spezzjonijiet addizzjonali, li jgħinu biex jiġi żgurat li l-vetturi jissewwew kif suppost u li tittejjeb is-sikurezza fit-toroq; |
Qafas li jibqa' validu fil-futur
28. |
Jistieden lill-Kummissjoni tqis kif xieraq il-progress tekniku fl-elementi tas-sikurezza tal-vetturi għar-reviżjoni li jmiss; jinnota li skont ir-Regolament (UE) 2019/2144, il-vetturi ġodda se jeħtiġilhom jibdew jiġu mgħammra b'sistemi avvanzati ġodda ta' sikurezza u ta' assistenza għas-sewwieq mill-2022; jistieden lill-Kummissjoni tinkludi sistemi ġodda bħal dawn fil-kamp ta' applikazzjoni tal-ispezzjonijiet tekniċi perjodiċi kif ukoll il-ħiliet u l-għarfien tal-ispetturi tal-vetturi, u tnaqqas ir-riskju ta' tbagħbis u manipulazzjoni ta' tali sistemi; jitlob li l-Kummissjoni tinkludi wkoll eCall kif ukoll aġġornamenti tas-software u “over-the-air” fl-ispezzjonijiet tekniċi perjodiċi (9), u li tfassal linji gwida u standards għal kontrolli regolari tas-sikurezza u spezzjonijiet ta' vetturi awtonomi u konnessi; jistieden lill-Kummissjoni tesplora l-użu ulterjuri ta' sensuri inkorporati fil-vetturi fil-kuntest tal-ispezzjonijiet waqt it-traġitt, u biex tagħti attenzjoni speċjali lir-rekwiżiti partikolari tas-sistemi ta' awtodijanjożi tal-vetturi u lill-prinċipju prevalenti tas-saħħa pubblika; jistieden, f'dan ir-rigward, lill-manifatturi tal-karozzi u lill-awtoritajiet biex jikkooperaw fl-implimentazzjoni ta' teknoloġiji ġodda ta' assistenza fis-sewqan, sabiex tiġi żgurata konformità permanenti mal-istandards u tiġi megħjuna l-previżjoni ta' xejriet futuri; |
29. |
Jinnota ż-żieda ta' modi ġodda tat-trasport li jużaw it-toroq pubbliċi, bħal pereżempju l-iscooters elettroniċi, il-vetturi b'rota waħda u l-hoverboards, fost l-oħrajn; jitlob li l-Kummissjoni tivvaluta jekk dawn il-modi ġodda għandhomx jiġu indirizzati fir-reviżjoni li jmiss, bl-għan li tittejjeb is-sikurezza fit-toroq; |
30. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex fis-snin li ġejjin torganizza Sena Ewropea tas-Sikurezza fit-Toroq, bi tħejjija għall-2030 bħala d-data fil-mira intermedjarja għall-kisba tal-Viżjoni Żero; |
31. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw finanzjament adegwat għall-kwalità tal-infrastruttura tat-toroq, b'mod partikolari l-manutenzjoni; barra minn hekk, jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ l-approċċ tagħha għall-manutenzjoni billi tieħu miżuri xierqa biex issaħħaħ l-ippjanar għall-manutenzjoni fit-tul mill-Istati Membri; jinnota li l-konnettività u s-sigurtà diġitali se jkunu tal-akbar importanza għaż-żieda li ġejja fl-ammont ta' vetturi konnessi u awtonomi; |
o
o o
32. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri. |
(1) ĠU L 127, 29.4.2014, p. 51.
(2) ĠU L 127, 29.4.2014, p. 129.
(3) ĠU L 127, 29.4.2014, p. 134.
(4) ĠU C 356, 4.10.2018, p. 2.
(5) ĠU C 76, 9.3.2020, p. 151.
(6) ĠU C 162, 10.5.2019, p. 2.
(7) ĠU L 325, 16.12.2019, p. 1.
(8) Vetturi użati għat-trasport tal-merkanzija u li għandhom massa massima li ma taqbiżx it-3,5 tunnellati (eż. vannijiet “pick-up”, vannijiet).
(9) Ara l-Annessi I u III tad-Direttiva 2014/45/UE.
15.12.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 506/9 |
P9_TA(2021)0123
Ir-residwi kimiċi fil-Baħar Baltiku abbażi tal-petizzjonijiet 1328/2019 u 0406/2020 skont l-Artikolu 227(2) tar-Regoli ta' Proċedura
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2021 dwar ir-residwi kimiċi fil-Baħar Baltiku, abbażi tal-Petizzjonijiet 1328/2019 u 0406/2020 (2021/2567(RSP))
(2021/C 506/02)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-Petizzjonijiet 1328/2019 u 0406/2020, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 3(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, l-Artikoli 4 u 191 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u l-Artikoli 35 u 37 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta' Settembru 1997 dwar il-problema ekoloġika tal-Baħar Baltiku (1), l-objettiv tad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (2) biex jitnaqqsu t-tniġġis u s-sustanzi perikolużi, u l-impenn tal-Istati Membri li jimmonitorjaw il-munizzjon kimiku taħt l-ilma fl-ambitu tad-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 li tistabbilixxi Qafas għal Azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-Politika tal-Ambjent Marin (Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina) (3), |
— |
wara li kkunsidra l-impenji biex “jiġi salvat il-baħar” u biex ir-Reġjun tal-Baħar Baltiku jsir mexxej dinji fis-sigurtà marittima fl-ambitu tal-Istrateġija tal-UE għar-Reġjun tal-Baħar Baltiku, u l-impenn tal-Istati Membri tal-UE li jeliminaw il-munizzjon kimiku li jintrema fil-baħar u l-mezzi esplożivi li għadhom ma splodewx fl-ambitu tal-Pjan ta' Azzjoni tal-Istrateġija tas-Sigurtà Marittima tal-UE, |
— |
wara li kkunsidra l-ambizzjoni tal-Kummissjoni ta' tniġġis żero għal ambjent ħieles mis-sustanzi tossiċi kif stabbilit fil-Kapitolu 2.1.8 tal-komunikazzjoni tagħha tal-11 ta' Diċembru 2019 dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew (COM(2019)0640), u l-impenn tal-UE li twaqqaf it-telfien tal-bijodiversità u ssir mexxejja dinjija fl-indirizzar tal-kriżi globali tal-bijodiversità f'konformità mal-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità sal-2020 u l-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030 tagħha, |
— |
wara li kkunsidra l-obbligi li ħadu l-Istati partijiet skont l-Artikolu 2 tal-Konvenzjoni tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-NU tal-1992 fuq il-protezzjoni u l-użu ta' passaġġi tal-ilma transkonfinali u għadajjar internazzjonali u l-Artikolu 4 tal-Protokoll tal-1999 dwar l-Ilma u s-Saħħa tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra l-Programm Interreg li ġej tal-Kummissjoni għar-Reġjun tal-Baħar Baltiku tal-2021-2027, |
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni ta' Ħelsinki tal-1992 dwar il-Protezzjoni tal-Ambjent Marin taż-Żona tal-Baħar Baltiku, il-Pjan ta' Azzjoni tal-Baħar Baltiku u s-sejbiet tal-Kummissjoni għall-Ħarsien tal-Ambjent Marin fil-Baħar Baltiku (HELCOM) dwar il-munizzjon kimiku li jintrema fil-baħar, |
— |
wara li kkunsidra l-impenji tal-Istati skont l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-NU, jiġifieri l-mira 3.9 li jitnaqqsu l-imwiet u l-mard minn sustanzi kimiċi u kontaminazzjoni perikolużi, il-mira 6.3 li tittejjeb il-kwalità tal-ilma billi jiġi eliminat ir-rimi u jitnaqqas kemm jista' jkun ir-rilaxx ta' sustanzi kimiċi perikolużi, u l-miri 14.1 u 14.2 li jiġi evitat it-tniġġis tal-baħar u protetti l-ekosistemi tal-baħar u kostali, |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni 1612(2008) tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-munizzjon kimiku mirdum fil-Baħar Baltiku, u r-rapport ta' akkumpanjament tat-28 ta' April 2008, |
— |
wara li kkunsidra d-deliberazzjonijiet dwar il-Petizzjonijiet 1328/2019 u 0406/2020 waqt il-laqgħa tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet li saret fit-3 ta' Diċembru 2020, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 227(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
A. |
billi mill-inqas 50 000 tunnellata ta' armi konvenzjonali u kimiċi li fihom sustanzi perikolużi (bħall-mustarda tal-kubrit, il-gass tad-dmugħ u l-aġenti nervini u kimiċi li jikkawżaw fgar) intremew fil-Baħar Baltiku minn tmiem it-Tieni Gwerra Dinjija; |
B. |
billi dan il-munizzjon jiddegrada bil-mod u jnixxi sustanzi tossiċi fl-ilma, u joħloq periklu għas-saħħa tal-bniedem billi jikkontamina l-ikel u jikkawża ħruq u avvelenament qawwi ma' kuntatt dirett, jagħmel ħsara lill-ekosistemi tal-baħar u lill-bijodiversità, u jipperikola l-attivitajiet ekonomiċi lokali bħas-sajd, l-estrazzjoni tar-riżorsi naturali u l-ġenerazzjoni tal-enerġija rinnovabbli mill-impjanti tal-enerġija; |
C. |
billi minħabba s-sitwazzjoni ġeografika tiegħu, il-Baħar Baltiku huwa baħar nofsu magħluq b'tibdil bil-mod tal-ilma u b'kapaċità baxxa ħafna li jnaddaf lilu nnifsu; billi huwa meqjus bħala wieħed mill-aktar ibħra mniġġsa fid-dinja, bil-livelli ta' ossiġenu li jinżlu fl-ilmijiet fondi tiegħu, li diġà qed jipperikola l-ħajja tal-baħar; |
D. |
billi l-Grupp ta' Ħidma ad hoc tal-HELCOM dwar il-Munizzjon Kimiku Mormi (CHEMU) wettaq riċerka siewja, il-proġett iffinanzjat mill-UE bit-titolu “Immudellar tar-Riskji Ekoloġiċi relatati mal-Armi Kimiċi Mormija fil-Baħar” (MERCW), u l-gruppi ta' esperti ad hoc tal-HELCOM għall-Aġġornament u r-Rieżami tal-Informazzjoni Eżistenti dwar il-Munizzjon Kimiku Mormi fil-Baħar Baltiku (MUNI) u dwar ir-Riskji Ambjentali ta' Oġġetti Perikolużi taħt l-Ilma (SUBMERGED); |
E. |
billi matul il-Konferenza dwar l-Isfidi tal-Munizzjon li Għadu Ma Splodiex fil-Baħar li saret fi Brussell fl-20 ta' Frar 2019 ġiet espressa l-ħtieġa ta' kooperazzjoni akbar; |
F. |
billi l-komunità internazzjonali ma għandhiex informazzjoni affidabbli dwar il-volum, in-natura u l-postijiet tal-munizzjon mormi minħabba dokumentazzjoni ħażina ta' dawn l-attivitajiet u riċerka insuffiċjenti dwar qiegħ il-baħar b'rabta mal-Baħar Baltiku; |
G. |
billi ma ntlaħaq l-ebda kunsens dwar l-istat attwali tal-munizzjon, il-periklu eżatt li jippreżenta u s-soluzzjonijiet possibbli għal din il-problema; |
H. |
billi l-Programm Interreg għar-Reġjun tal-Baħar Baltiku pprovda finanzjament għall-Valutazzjoni u t-Tiftix tal-Munizzjoni Kimiku (CHEMSEA) tal-2011-2014, l-Għajnuna għall-Proċess tat-Teħid ta' Deċiżjonijiet għall-Munizzjon tal-Baħar (DAIMON) tal-2016-2019 u l-proġetti DAIMON 2 tal-2019-2021 għal total ta' EUR 10,13 miljun (li EUR 7,8 miljun minnhom – 77 % – ġew mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali); billi dawn il-proġetti studjaw il-postijiet tar-rimi, il-kontenut u l-istat tal-munizzjon u kif jirreaġixxi għall-kundizzjonijiet tal-Baħar Baltiku, u pprovdew lill-amministrazzjonijiet għodod għat-teħid ta' deċiżjonijiet u taħriġ fit-teknoloġiji użati għall-analiżi tar-riskju, il-metodi ta' rimedju u l-valutazzjoni tal-impatt ambjentali; |
I. |
billi l-kwistjoni tal-munizzjon konvenzjonali u kimiku mormi fil-baħar qed tiġi indirizzata min-NATO, li għandha għodod, strumenti u esperjenza adegwati biex issolvi din il-problema b'suċċess; |
J. |
billi l-proġett CHEMSEA, li wasal fi tmiemu fl-2014, ikkonkluda li filwaqt li s-siti tar-rimi tal-munizzjoni kimiku ma jirrappreżentawx theddida immedjata, dawn se jkomplu jkunu problema għall-Baħar Baltiku; |
K. |
billi d-densità għolja tat-trasport u r-rata għolja ta' attività ekonomika fir-Reġjun tal-Baħar Baltiku jagħmlu din mhux biss kwistjoni ambjentali, iżda wkoll waħda b'implikazzjonijiet ekonomiċi konsiderevoli, inkluż għall-industrija tas-sajd; |
1. |
Jissottolinja li l-perikli ambjentali u għas-saħħa kkawżati mill-munizzjon mormi fil-Baħar Baltiku wara t-Tieni Gwerra Dinjija mhumiex biss kwistjoni reġjonali u Ewropea, iżda problema globali serja b'effetti transfruntiera imprevedibbli fuq perjodu ta' żmien qasir u twil; |
2. |
Iħeġġeġ lill-komunità internazzjonali tħaddan spirtu ta' kooperazzjoni u solidarjetà ġenwina biex iżżid il-monitoraġġ tagħha tal-munizzjon mormi sabiex jitnaqqsu kemm jista' jkun ir-riskji possibbli għall-ambjent u l-attivitajiet tal-baħar; iħeġġeġ lin-naħat kollha li jieħdu sehem fil-klassifikazzjoni tal-informazzjoni dwar l-attivitajiet ta' rimi u l-postijiet eżatti tagħhom jiddeklassifikaw din l-informazzjoni u jippermettu lill-pajjiżi affettwati, lill-Kummissjoni u lill-Parlament Ewropew jaċċessawha b'urġenza; |
3. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kumitat Konġunt tal-Programmazzjoni għar-Reġjun tal-Baħar Baltiku ta' Interreg jiżguraw finanzjament adegwat għar-riċerka u l-azzjonijiet meħtieġa biex jiġu solvuti l-perikli li jirriżultaw mill-munizzjon mormi fil-Baħar Baltiku; jilqa' l-isforzi ddedikati u r-riċerka kostruttiva mwettqa mill-HELCOM u fl-oqfsa tal-proġetti CHEMSEA, DAIMON u DAIMON 2 iffinanzjati mill-Programm Interreg għar-Reġjun tal-Baħar Baltiku; |
4. |
Jistieden lin-naħat kollha involuti jikkonformaw mal-liġi ambjentali internazzjonali u jipprovdu kontribuzzjonijiet finanzjarji addizzjonali għall-Programm Interreg għar-Reġjun tal-Baħar Baltiku tal-2021-2027; jilqa' l-Programm Interreg tranżnazzjonali għar-Reġjun tal-Baħar Baltiku tal-2021-2027, li se jiffinanzja miżuri biex jitnaqqas it-tniġġis tal-Baħar Baltiku; |
5. |
Jisħaq fuq il-ħtieġa ta' monitoraġġ regolari tal-istat tal-korrużjoni tal-munizzjon u valutazzjoni aġġornata tar-riskju ambjentali dwar l-impatti tal-kontaminanti rilaxxati fuq is-saħħa tal-bniedem, l-ekosistemi tal-baħar u l-bijodiversità tar-reġjun; |
6. |
Jilqa' l-isforzi li saru fil-livell nazzjonali, bħall-immappjar tal-postijiet tal-munizzjon mormi u l-monitoraġġ u t-tneħħija ta' materjali perikolużi; |
7. |
Jenfasizza l-importanza, f'dan ir-rigward, tal-mekkaniżmi ta' kooperazzjoni interstatali u interreġjonali, l-aċċess mingħajr ħlas għall-informazzjoni pubblika, u l-iskambju effiċjenti tal-għarfien u tar-riċerka ta' natura xjentifika; |
8. |
Jistieden lill-Kummissjoni, għall-finijiet tal-ambizzjoni tagħha ta' tniġġis żero għal ambjent ħieles mis-sustanzi tossiċi, tistabbilixxi grupp ta' esperti mal-Istati Membri affettwati u ma' partijiet ikkonċernati u organizzazzjonijiet oħra, inkarigat bil-mandat li ġej: (i) l-istudju u l-immappjar tal-postijiet eżatti taż-żoni kkontaminati; (ii) il-proposta ta' soluzzjonijiet xierqa li jirrispettaw l-ambjent u kosteffettivi għall-monitoraġġ u t-tindif tat-tniġġis bl-għan aħħari li jitneħħew jew li jiġu newtralizzati bis-sħiħ il-materjali perikolużi fejn l-estrazzjoni tkun impossibbli; (iii) l-iżvilupp ta' għodod affidabbli ta' appoġġ għat-teħid ta' deċiżjonijiet; (iv) it-twettiq ta' kampanja ta' sensibilizzazzjoni biex tinforma lill-gruppi affettwati (bħas-sajjieda, ir-residenti lokali, it-turisti u l-investituri) dwar ir-riskji potenzjali għas-saħħa u l-ekonomija; u (v) l-iżvilupp ta' linji gwida ta' reazzjoni f'każ ta' emerġenza għal diżastri ambjentali; |
9. |
Jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-ebda parti mill-allokazzjoni ta' EUR 8,8 miljun fl-ambitu tal-Istrument Ewropew ta' Viċinat ma ntużat għall-proġetti DAIMON jew DAIMON 2 fl-ambitu tal-Programm Interreg għar-Reġjun tal-Baħar Baltiku; |
10. |
Jistieden lill-Kummissjoni tinvolvi lill-aġenziji u lill-istituzzjonijiet rilevanti kollha tal-UE, inkluża l-Aġenzija Ewropea għad-Difiża, biex jintużaw ir-riżorsi kollha disponibbli u jiġi żġurat li l-problema tiġi riflessa fil-politiki u fil-proċessi ta' programmazzjoni rilevanti kollha tal-UE, inkluża d-Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina u l-Pjan ta' Azzjoni dwar l-Istrateġija Marittima; |
11. |
Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-kwistjoni tal-munizzjon mormi fl-ibħra Ewropej tiġi inkluża fil-programmi orizzontali sabiex tkun tista' ssir is-sottomissjoni ta' proġetti li jkopru r-reġjuni affettwati mill-istess problema (il-Baħar Adrijatiku u Jonju, il-Baħar tat-Tramuntana u l-Baħar Baltiku) u jiġi ffaċilitat l-iskambju tal-esperjenza u tal-aħjar prattiki; |
12. |
Jitlob lill-Kummissjoni tiddedika sforzi miftiehma biex jiġi indirizzat it-tniġġis fil-Baħar Baltiku u trawwem it-tipi kollha ta' kooperazzjoni reġjonali, nazzjonali u internazzjonali għal dan il-għan, inkluż permezz tas-sħubija tagħha man-NATO; |
13. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u Stati oħra kkonċernati. |
(1) ĠU C 304, 6.10.1997, p. 147.
15.12.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 506/12 |
P9_TA(2021)0131
Trasport marittimu aktar effiċjenti u aktar nadif
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta’ April 2021 dwar miżuri tekniċi u operattivi għal trasport marittimu aktar effiċjenti u aktar nadif (2019/2193(INI))
(2021/C 506/03)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Jannar 2020 dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew (1), |
— |
wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu adottata fl-ewwel qari fis-16 ta' Settembru 2020 dwar is-sistema globali tal-ġbir tad-data għad-data dwar il-konsum taż-żejt tal-fjuwil mill-bastimenti (2), |
— |
wara li kkunsidra t-Tielet Studju tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali dwar il-Gassijiet b'Effett ta' Serra (3), |
— |
wara li kkunsidra r-rapport finali tar-Raba' Studju tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali dwar l-Emissjonijiet ta' Gassijiet b'Effett ta' Serra (4), |
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Ministerjali adottata f'Diċembru 2019 mill-Partijiet Kontraenti tal-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tal-Ambjent tal-Baħar u tar-Reġjun Kostali tal-Mediterran (il-Konvenzjoni ta' Barċellona), |
— |
wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Kummissjoni għall-2019 dwar l-emissjonijiet tas-CO2 mit-trasport marittimu, |
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2014/94/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2014 dwar l-installazzjoni ta' infrastruttura tal-karburanti alternattivi (5), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A9-0029/2021), |
A. |
billi t-trasport marittimu u l-portijiet għandhom rwol ewlieni fl-ekonomija tal-UE, peress li kważi 90 % tal-kummerċ estern tal-merkanzija jasal bil-baħar (6), u għandom ukoll rwol importanti għat-turiżmu; billi huma kritiċi biex jiġu żgurati ktajjen tal-provvista mingħajr interruzzjoni, kif intwera li kien il-każ matul il-pandemija tal-COVID-19; billi l-impatt ekonomiku totali tas-settur marittimu tal-UE ikkontribwixxa EUR 149 biljun għall-PDG tal-UE fl-2018 u jappoġġja aktar minn 2 miljun impjieg (7); billi fl-2018 l-impatt ekonomiku dirett tiegħu ammonta għal 685 000 impjieg ibbażat fuq il-baħar u fuq l-art fl-UE; billi 40 % tal-flotta dinjija skont it-tunnellaġġ gross hija kkontrollata mill-UE; |
B. |
billi t-trasport marittimu tal-merkanzija u tal-passiġġieri huwa fattur ewlieni fil-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali tal-UE, speċjalment fir-rigward tal-konnettività u l-aċċessibbiltà mar-reġjuni periferiċi, gżejjer u ultraperiferiċi; billi, f'dan ir-rigward, jenħtieġ li l-UE tinvesti fil-kompetittività tas-settur marittimu u fil-kapaċità tiegħu li jagħmel it-tranżizzjoni sostenibbli realtà; |
C. |
billi jenħtieġ li s-settur marittimu tal-UE jikkontribwixxi wkoll biex jiġu indirizzati b'mod determinat it-telfien tal-bijodiversità u d-degradazzjoni ambjentali, u jikkontribwixxi għall-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u tal-Istrateġija għall-Bijodiversità għall-2030; |
D. |
billi oċeani b'saħħithom u l-preservazzjoni u r-restawr tal-ekosistemi tagħhom huma essenzjali għall-bniedem bħala regolaturi tal-klima, bħala produtturi ta' mill-inqas nofs l-ossiġnu fl-atmosfera tad-Dinja, bħala ospitanti tal-bijodiversità, bħala sors għas-sigurtà globali tal-ikel u għas-saħħa tal-bniedem, u bħala sors ta' attivitajiet ekonomiċi, inklużi s-sajd, it-trasport, il-kummerċ, it-turiżmu, l-enerġija rinnovabbli u prodotti tas-saħħa, li jenħtieġ li jkunu bbażati fuq il-prinċipju tas-sostenibbiltà; |
E. |
billi s-settur marittimu huwa settur li huwa regolat kemm fil-livell tal-UE kif ukoll fil-livell internazzjonali u li għadu jiddependi ħafna mill-fjuwils fossili; billi sistema għall-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika tal-emissjonijiet tas-CO2 mit-trasport marittimu bħalissa qed tiġi riveduta, bil-għan li jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra mit-tbaħħir fl-ilmijiet tal-UE; |
F. |
billi s-settur ilu jagħmel sforzi bla waqfien biex jilħaq il-miri tat-tnaqqis tal-gassijiet b'effett ta' serra, billi jikkonforma mal-qafas regolatorju eżistenti u jimplimenta dawk l-iżviluppi teknoloġiċi li saru s'issa; |
G. |
billi finanzjament adegwat huwa għalhekk essenzjali sabiex tinkiseb din it-tranżizzjoni meħtieġa; billi huwa kruċjali li jsiru aktar riċerka u innovazzjoni sabiex jiġi realizzat trasport marittimu mingħajr emissjonijiet ta' karbonju; |
H. |
billi t-trasport marittimu internazzjonali jirrilaxxa madwar 940 miljun tunnellata CO2 kull sena u huwa responsabbli għal madwar 2,5 % tal-emissjonijiet mondjali ta' gassijiet b'effett ta' serra (8); billi t-trasport marittimu jħalli wkoll impatti fuq l-ambjent billi jikkontribwixxi għat-tibdil fil-klima u permezz ta' sorsi differenti ta' tniġġis, b'mod partikolari t-tneħħija tal-gass, it-tħaddim tal-magni fil-portijiet, l-iskariku tal-ilma tas-saborra, l-idrokarburi, il-metalli tqal u s-sustanzi kimiċi, u l-kontenituri mitlufa fuq il-baħar, li bħala riżultat jaffettwaw il-bijodiversità u l-ekosistemi; billi r-regolamenti tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (International Maritime Organization – IMO) biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-SOx mill-bastimenti daħlu fis-seħħ għall-ewwel darba fl-2005 fl-ambitu tal-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Prevenzjoni tat-Tniġġis mill-Bastimenti (il-Konvenzjoni MARPOL) u billi l-limiti tal-emissjonijiet tal-SOx minn dak iż-żmien 'l hawn saru progressivament aktar stretti, u l-kontenut massimu permess ta' kubrit attwalment huwa ta' 0,5 % u fiż-żoni ta' kontroll tal-emissjonijiet huwa ta' 0,1 %; billi din id-deċiżjoni għandha tgħin biex jitnaqqsu l-emissjonijiet; billi l-IMO mistennija tilħaq qbil dwar regolament globali dwar il-limitazzjoni tal- “emissjonijiet tal-karbonju iswed” fl-2021; billi t-trasport marittimu huwa l-mod ta' trasport l-aktar effiċjenti fl-użu tal-enerġija abbażi tal-ammont ta' merkanzija trasportata u l-emissjonijiet rispettivi għal kull tunnellata ta' merkanzija trasportata u għal kull kilometru vjaġġat; |
I. |
billi, jekk il-miżuri ta' mitigazzjoni ma jiġux introdotti malajr, l-emissjonijiet mit-trasport marittimu internazzjonali jistgħu jiżdiedu minn madwar 90 % tal-emissjonijiet tal-2008 fl-2018 għal 90 sa 130 % tal-emissjonijiet tal-2008 sal-2050 (9), u b'hekk ma jikkontribwixxux biżżejjed biex jintlaħqu l-objettivi tal-Ftehim ta' Pariġi; |
J. |
billi jeħtieġ li jiġu limitati u indirizzati l-emissjonijiet kollha mis-settur marittimu li huma ta' ħsara għall-kwalità tal-arja u għas-saħħa taċ-ċittadini wara valutazzjoni tal-impatt tal-leġiżlazzjoni rilevanti; |
K. |
billi jenħtieġ li l-UE tiddefendi livell għoli ta' ambizzjoni għat-tnaqqis tal-emissjonijiet fis-settur marittimu kemm fil-livell internazzjonali kif ukoll f'dak tal-UE; |
L. |
billi jenħtieġ li t-teknoloġiji u s-soluzzjonijiet nodfa jiġu adottati għat-tip differenti ta' bastiment u għas-segmenti navali; billi r-riċerka u l-investiment u l-appoġġ adegwat huma fundamentali biex jiġu żgurati soluzzjonijiet innovattivi u tranżizzjoni sostenibbli tas-settur marittimu; |
M. |
billi l-investimenti pubbliċi u privati relatati mad-dekarbonizzazzjoni tas-settur marittimu jridu jkunu konformi mar-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2020 dwar l-istabbiliment ta' qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli (10) u mal-prinċipji ewlenin tat-tranżizzjoni ġusta, inklużi l-ħolqien ta' impjiegi ta' kwalità għolja, garanziji ta' taħriġ mill-ġdid u ta' riallokazzjoni u miżuri strutturali fil-qasam tas-saħħa u tas-sikurezza għall-ħaddiema kollha, b'konċentrazzjoni partikolari fuq l-opportunitajiet għan-nisa u għall-ħaddiema żgħażagħ ħalli l-forza tax-xogħol tal-settur marittimu tiġi diversifikata; billi t-taħriġ adegwat u l-kundizzjonijiet deċenti tax-xogħol tal-persunal marittimu huma fundamentali, fost l-oħrajn biex jiġu prevenuti l-inċidenti, inklużi l-inċidenti ambjentali; |
N. |
billi l-Kummissjoni bħalissa qed taħdem fuq valutazzjoni tal-impatt fuq l-integrazzjoni tat-trasport marittimu fis-Sistema għall-Iskambju ta' Kwoti tal-Emissjonijiet tal-UE (EU ETS); |
O. |
billi sal-2050 hija meħtieġa tranżizzjoni newtrali għall-klima tas-settur tat-trasport marittimu sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-Patt Ekoloġiku; |
Skemi ta' inċentivi għall-enerġija nadifa
1. |
Jiddeplora t-tfixkil tal-kompetizzjoni fis-suq Ewropew bejn il-fjuwils fossili, li jibbenefikaw minn trattament fiskali aktar favorevoli, u l-fjuwils alternattivi nodfa ġejjin minn sorsi rinnovabbli; jistieden lill-Kummissjoni tirrimedja din is-sitwazzjoni billi tipproponi li tistabbilixxi mill-ġdid ir-regoli tal-kompetizzjoni ġusta, billi tapplika għat-trasport marittimu l-prinċipju ta' min iniġġes iħallas u billi tistimula u tkompli tinċentiva aktar, inkluż permezz ta' eżenzjonijiet mit-taxxa, l-użu ta' alternattivi għall-fjuwils tqal li qed inaqqsu b'mod konsiderevoli l-impatt fuq il-klima u l-ambjent fis-settur marittimu; |
2. |
Jirrikonoxxi l-impatt tal-użu taż-żejt tal-fjuwil tqil; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu indirizzati b'mod effettiv l-emissjonijiet tal-fjuwil mill-bastimenti u li l-użu taż-żejt tal-fjuwil tqil fit-tbaħħir jitneħħa gradwalment, mhux biss bħala fjuwil fih innifsu iżda wkoll bħala sustanza tat-taħlit għall-fjuwils tal-baħar; jinnota l-ħtieġa tan-newtralità teknoloġika sakemm din tkun konsistenti mal-miri ambjentali tal-UE; jinnota li t-trasport marittimu huwa affettwat min-nuqqas ta' kriterji adegwati, armonizzati fil-livell tal-UE, għat-tmiem tal-istatus ta' skart; jenfasizza l-ħtieġa li r-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju tiġi prevenuta u li l-kompetittività tas-settur tat-trasport marittimu Ewropew tiġi ppreservata; |
3. |
Ifakkar li s-settur marittimu għandu jikkontribwixxi għall-isforzi li tagħmel l-Unjoni biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra, filwaqt li tiġi żgurata l-kompetittività tas-settur; jisħaq fuq il-ħtieġa li jsir użu mill-għażliet kollha li jistgħu jintużaw faċilment fit-tnaqqis tal-emissjonijiet marittimi, u li jsir investiment f'tali għażliet, inklużi t-teknoloġiji ta' tranżizzjoni bħala alternattivi għaż-żejt tal-fjuwil tqil, b'mod parallel mat-tiftix u l-finanzjament ta' alternattivi fit-tul b'emissjonijiet żero; jirrikonoxxi l-importanza tat-teknoloġiji ta' tranżizzjoni, bħall-LNG u l-infrastruttura tal-LNG, għal tranżizzjoni gradwali lejn alternattivi b'emissjonijiet żero fis-settur marittimu; |
4. |
Ifakkar fl-impenn tal-UE li tikseb in-newtralità klimatika sa mhux aktar tard mill-2050, f'konformità mal-Ftehim ta' Pariġi; jenfasizza, f'dan ir-rigward, ir-rwol tal-UE bħala mexxejja u l-ħtieġa li t-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra tas-settur tat-trasport marittimu jiġi nnegozjat ukoll fil-livell internazzjonali fil-qafas tal-IMO, minħabba d-dimensjoni internazzjonali u kompetittiva tas-settur tat-trasport marittimu; itenni l-pożizzjonijiet preċedenti tal-Parlament dwar l-inklużjoni tas-settur marittimu fl-EU ETS (11), inkluż dwar l-aġġornament tal-valutazzjoni tal-impatt (12); |
5. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, filwaqt li jqisu l-istrateġija inizjali tal-IMO dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra mill-bastimenti adottata fl-2018 u r-reviżjoni li jmiss tagħha, biex jużaw l-influwenza tagħhom fl-IMO biex jiżguraw li hija tadotta miżuri konkreti sabiex tistabbilixxi triq ambizzjuża u realistika lejn trasport marittimu b'emissjonijiet żero li tkun konsistenti mal-għan tat-temperatura tal-Ftehim ta' Pariġi, u b'hekk tikkontribwixxi għall-kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni internazzjonali; |
6. |
Jistieden lill-Kummissjoni tindirizza fl-ambitu tal-inizjattiva FuelEU Marittimu mhux biss l-intensità tal-karbonju tal-fjuwils iżda wkoll il-miżuri tekniċi u operattivi li jsaħħu l-effiċjenza tal-bastimenti u tal-operazzjonijiet tagħhom; ifakkar li, fil-kuntest tar-reviżjoni tar-Regolament (UE) 2015/757 (13), il-Parlament appella lill-kumpaniji tat-trasport marittimu jilħqu objettiv ta' effiċjenza ekwivalenti għal tnaqqis ta' 40 % fl-emissjonijiet sal-2030 bħala medja fuq il-bastimenti kollha taħt ir-responsabbiltà tagħhom, meta mqabbla mal-prestazzjoni medja għal kull kategorija ta' bastimenti tal-istess daqs u tip; iżid li l-inizjattiva għandha tinkludi wkoll approċċ mil-lat taċ-ċiklu tal-ħajja li jintegra l-emissjonijiet kollha tal-gassijiet b'effett ta' serra; jenfasizza li l-fjuwils alternattivi li ma jissodisfawx il-livell limitu tal-REDII - 70 % fuq bażi taċ-ċiklu tal-ħajja m'għandhomx ikunu permessi għall-konformità regolatorja; |
Portijiet u merkanzija
7. |
Ifakkar fil-ħtieġa li jiġu inkoraġġiti l-kooperazzjoni bejn il-partijiet ikkonċernati kollha u l-iskambju tal-aħjar prattiki bejn il-portijiet, is-settur tat-trasport marittimu u l-fornituri tal-fjuwil u tal-enerġija sabiex jiġi żviluppat qafas ta' politika ġenerali għad-dekarbonizzazzjoni tal-portijiet u taż-żoni kostali; iħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-port jimplimentaw metodi ta' ġestjoni sostenibbli u jiċċertifikawhom permezz ta' metodoloġiji li jinkorporaw l-Analiżi taċ-Ċiklu tal-Ħajja tas-servizzi tal-port, bħal dik offruta mid-Dikjarazzjoni Ambjentali dwar il-Prodotti; |
8. |
Jisħaq li t-territorji extra-Ewropej, inklużi r-reġjuni ultraperiferiċi u l-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej, u l-portijiet li jinsabu fihom, huma ta' importanza kbira għas-sovranità Ewropea u għall-kummerċ marittimu Ewropew u internazzjonali minħabba l-pożizzjoni strateġika tagħhom; jenfasizza li l-fatturi ewlenin tal-investiment għal dawn il-portijiet huma differenti ħafna, minn appoġġ tar-rwol klassiku tagħhom għall-akkoljenza tal-bastimenti (tagħbija, ħatt, ħżin u trasport ta' oġġetti) biex jiġu żgurati konnessjonijiet multimodali, kostruzzjoni ta' infrastruttura relatata mal-enerġija, bini ta' reżiljenza għat-tibdil fil-klima u l-ekoloġizzazzjoni u d-diġitalizzazzjoni ġenerali tal-bastimenti; jitlob investimenti ulterjuri fil-portijiet li jinsabu fit-territorji extra-Ewropej biex jiġu mibdula f'raggruppamenti strateġiċi għat-trasport multimodali, il-ġenerazzjoni, il-ħżin u d-distribuzzjoni tal-enerġija, kif ukoll it-turiżmu; |
9. |
Jinnota d-dimensjoni transfruntiera tal-portijiet marittimi; jisħaq fuq ir-rwol tal-portijiet bħala raggruppamenti tal-modi kollha tat-trasport, l-enerġija, l-industrija u l-ekonomija blu; jirrikonoxxi ż-żieda fl-iżvilupp tal-kooperazzjoni u r-raggruppament tal-portijiet; |
10. |
Jinnota r-rwol pożittiv tar-raggruppament marittimu Ewropew u l-iżviluppi pożittivi fil-livell internazzjonali biex jingħata appoġġ għall-innovazzjoni u għat-tnaqqis tal-emissjonijiet mit-trasport marittimu, u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jappoġġjaw inizjattivi li jikkontribwixxu għal dawn l-iżviluppi pożittivi; |
11. |
Jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja, permezz tal-leġiżlazzjoni, l-objettiv ta' tniġġis żero (emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra u sustanzi li jniġġsu l-arja) fl-irmiġġ, u tippromwovi l-iżvilupp u l-użu ta' soluzzjonijiet multimodali nodfa fil-portijiet, appoġġjati permezz ta' approċċ “ta' kuritur”; jistieden lill-Kummissjoni, b'mod partikolari, tieħu azzjoni rapida biex tirregola l-aċċess għall-portijiet tal-UE għall-vapuri li jniġġsu l-aktar abbażi tal-qafas tad-Direttiva dwar il-Kontroll mill-Istat tal-Port (14), u tinċentiva u tappoġġja l-użu ta' provvista tal-enerġija minn fuq l-art bl-użu ta' elettriku nadif jew kwalunkwe teknoloġija oħra li tiffranka l-enerġija li għandhom effett konsiderevoli fuq it-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra u tas-sustanzi li jniġġsu l-arja; jesprimi dispjaċir li r-reviżjoni tad-Direttiva 2014/94/UE ġiet posposta; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tipproponi reviżjoni tad-Direttiva 2014/94/UE mill-aktar fis possibbli sabiex tinkludi inċentivi kemm għall-Istati Membri kif ukoll għall-portijiet sabiex tiżdied l-installazzjoni tal-infrastruttura meħtieġa; jistieden lill-Kummissjoni tipproponi wkoll reviżjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE (15); |
12. |
Jistieden lill-Kummissjoni tħejji strateġija dwar il-portijiet b'emissjonijiet żero u tappoġġja l-inizzjattivi minn isfel għal fuq, inklużi miżuri li jippromwovu l-iżvilupp ta' industriji portwarji li jispeċjalizzaw fl-ekonomija ċirkolari li, b'mod partikolari, ikunu jiżguraw l-użu aħjar tal-iskart mill-bastimenti li jinġabar u jiġi ttrattat fil-portijiet; |
13. |
Jitlob lill-Kummissjoni tippromwovi bidla modali lejn it-trasport marittimu fuq distanzi qosra fil-Patt Ekoloġiku, fuq l-istess bażi bħall-ferroviji u l-passaġġi fuq l-ilma interni, bħala alternattiva sostenibbli għat-trasport tal-merkanzija u tal-passiġġieri bit-triq u bl-ajru; jissottolinja r-rwol importanti li għandu t-trasport marittimu fuq distanzi qosra biex jintlaħqu l-objettivi tal-bidla modali sabiex jitnaqqsu l-konġestjoni u l-emissjonijiet relatati mat-trasport u bħala pass aktar qrib lejn mod tat-trasport b'żero emissjonijiet; jenfasizza kemm hu importanti li għal dan il-għan tiġi varata strateġija ta' tiġdid u ta' modifika retroattiva tal-flotta tal-UE biex tiġi promossa t-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali tagħha u tiġi promossa l-kompetittività tas-settur Ewropew tat-teknoloġija marittima; ifakkar, għal dan l-għan, fil-ħtieġa li ikun hemm network ta' infrastruttura li jkun kapaċi jsostni din il-kapaċità intermodali, li jfisser li jridu jiġu ssodisfati l-impenji ta' investiment għan-network tat-TEN-T fl-ambitu tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (FNE); |
14. |
Jenfasizza li t-tisħiħ tal-konnessjonijiet tat-trasport multimodali mingħajr xkiel bejn il-portijiet u n-network TEN-T, kif ukoll it-titjib fl-interoperabbiltà bejn il-modi differenti tat-trasport, jeliminaw l-ostakli u jnaqqsu l-konġestjoni; jissottolinja l-importanza tal-portijiet marittimi u interni bħala nodi strateġiċi u multimodali tan-network TEN-T; |
15. |
Jitlob ukoll strateġija ċara biex jiġi promoss it-trasport marittimu Roll-On-Roll-Off (RO-RO) għall-merkanzija, u b'hekk titnaqqas mit-toroq il-preżenza ta' vetturi tqal; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tieħu passi aktar konkreti biex tgħaqqad il-politika marittima tagħha mal-għan li tevita t-trasport tad-distribuzzjoni bit-triq li jkun twil u li jagħmel ħsara lill-ambjent madwar il-kontinent, billi tinkoraġġixxi li l-konsenji jsiru eqreb lejn is-swieq tad-destinazzjoni finali permezz ta' portijiet iżgħar; |
16. |
Jistieden lill-Kummissjoni terġa' tagħti tifsira lill-kunċett tal-Awtostradi tal-Baħar, bħala parti integrata tan-network tat-TEN-T, peress li huwa strumentali biex jiġu ffaċilitati l-konnessjonijiet u s-servizzi marittimi fuq distanzi qosra bħala alternattivi sostenibbli għat-trasport fuq l-art, u jistedinha tiffaċilita l-kooperazzjoni fost il-portijiet marittimi u l-konnessjoni mal-intern tal-pajjiż tagħhom billi tissimplifika l-kriterji ta' aċċess, b'mod partikolari rigward il-konnessjonijiet bejn il-portijiet li jinsabu barra min-network ewlieni, u billi tipprovdi appoġġ finanzjarju sinifikanti għall-konnessjonijiet marittimi bħala alternattiva għat-trasport fuq l-art u billi tiżgura l-konnessjoni tagħhom man-networks ferrovjarji; |
17. |
Jemmen li settur marittimu Ewropew sostenibbli u infrastruttura li tibqa' valida fil-futur, inkluż in-network tat-TEN-T u l-estensjoni futura tiegħu, huma kruċjali biex tinkiseb ekonomija newtrali għall-klima; jisħaq li ż-żieda perċentwali fit-trasport tal-merkanzija fuq l-ilma kif previst fil-Patt Ekoloġiku Ewropew teħtieġ pjan ta' investiment konkret tal-UE u miżuri konkreti fil-livell tal-UE; |
Żoni ta' kontroll tal-emissjonijiet u l-OMI
18. |
Jenfasizza l-ħtieġa urġenti għas-saħħa u l-ambjent li tiġi stabbilita żona ta' kontroll tal-emissjonijiet tal-kubrit (SECA) li tkopri l-pajjiżi kollha tal-Mediterran; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jappoġġjaw b'mod attiv is-sottomissjoni ta' żona bħal din lill-OMI qabel l-2022; iħeġġeġ lill-Istati Membri jappoġġjaw ukoll il-prinċipju tal-adozzjoni rapida ta' żona ta' kontroll tal-emissjonijiet tan-nitroġenu (NECA) bil-għan li jitnaqqsu l-emissjonijiet tan-nitroġenu fil-Mediterran; |
19. |
Jitlob b'insistenza lill-Kummissjoni tipprevedi l-estensjoni ta' dawn iż-żoni ta' kontroll tal-emissjonijiet għall-ibħra kollha tal-UE sabiex jintlaħaq tnaqqis uniformi fil-livelli permessi ta' emissjonijiet ta' NOx u SOx mill-bastimenti; jisħaq fuq il-fatt li t-tnaqqis kumulattiv fl-emissjonijiet tal-ossidi tal-kubrit u tal-ossidi tan-nitroġenu għandu effett dirett fuq it-tnaqqis tal-materja partikolata fina (PM10 u PM2,5); |
20. |
Jenfasizza li l-UE għandha tmexxi bl-eżempju billi tadotta rekwiżiti legali ambizzjużi għal trasport marittimu nadif filwaqt li jappoġġja u jinsisti fuq miżuri li jkunu tal-inqas daqstant ambizzjużi f'forums internazzjoni bħall-OMI, li jippermettu lit-trasport marittimu jelimina gradwalment l-emissjonijiet tiegħu tal-gassijiet b'effett ta' serra fuq livell dinji u f'konformità mal-Ftehim ta' Pariġi; |
Bastimenti u propulsjoni
21. |
Jistieden lill-Kummissjoni, lis-sidien tal-bastimenti u lill-operaturi tal-bastimenti jiżguraw l-implimentazzjoni tal-miżuri operattivi u tekniċi kollha disponibbli biex tinkiseb l-effiċjenza enerġetika, b'mod partikolari l-ottimizzazzjoni tal-veloċità, inkluż it-tbaħħir b'veloċità inqas mill-massimu fejn xieraq, l-innovazzjoni fl-ottimizzazzjoni tal-idrodinamika tar-rotot navigabbli, l-introduzzjoni ta' metodi ġodda ta' propulsjoni, bħat-teknoloġiji assistiti mir-riħ, l-ottimizzazzjoni tal-bastimenti u l-ottimizzazzjoni aħjar fi ħdan il-katina tal-loġistika marittima; |
22. |
Jinnota li, fis-settur marittimu, sid il-bastiment mhux dejjem ikun l-istess persuna jew entità li tkun qed topera l-bastiment b'mod kummerċjali; iqis, għalhekk, li l-prinċipju ta' min iniġġes iħallas għandu japplika għall-parti responsabbli għall-operat kummerċjali tal-bastiment, u għandu jżomm lil din il-parti responsabbli, jiġifieri l-entità kummerċjali li tħallas għall-fjuwil li l-bastiment jikkonsma, bħas-sid tal-bastiment, il-maniġer, in-nolleġġatur bil-ħin jew in-nolleġġatur ta' basitment mingħajr ekwipaġġ; |
23. |
Jinnota li d-diġitalizzazzjoni u l-awtomatizzazzjoni tas-settur marittimu, tal-portijiet u tal-bastimenti għandhom potenzjal sinifikanti li jikkontribwixxu għal tnaqqis fl-emissjonijiet tas-settur, u għandhom rwol ewlieni fid-dekarbonizzazzjoni tas-settur f'konformità mal-ambizzjonijiet tal-Patt Ekoloġiku, b'mod partikolari permezz ta' żieda fl-iskambji ta' data aġġornata u verifikata li tista' tintuża biex jitwettqu operazzjonijiet tekniċi u manutenzjoni, pereżempju biex jiġi previst l-aktar mod effiċjenti fl-użu tal-fjuwil biex bastiment jiġi operat fuq rotta speċifika, u għall-ottimizzazzjoni tal-ħinijiet tal-waqfa fil-portijiet, u dan jikkontribwixxi biex jitnaqqsu l-ħinijiet ta' stennija tal-bastimenti fil-portijiet u għaldaqstant biex jitnaqqsu l-emissjonijiet; jenfasizza l-ħtieġa li d-diġitalizzazzjoni tintuża bħala mezz biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn il-partijiet ikkonċernati fis-settur, biex b'hekk il-bastimenti jsiru aktar effiċjenti fl-użu tal-enerġija sabiex ikunu jistgħu jissodisfaw l-istandards tal-kontroll tal-emissjonijiet, u biex tiġi ffaċilitata l-ġestjoni tar-riskji ambjentali; jitlob azzjoni u investiment fid-diġitalizzazzjoni, ir-riċerka, u l-innovazzjoni b'mod partikolari għall-iżvilupp u l-użu armonizzat transfruntier tas-Sistemi għall-Monitoraġġ u l-Informazzjoni dwar it-Traffiku tal-Bastimenti (VTMIS); jinnota li t-tifrix tad-diġitalizzazzjoni u tal-awtomatizzazzjoni fl-industrija tat-tbaħħir se jġib miegħu bidla fl-ispeċifikazzjonijiet tal-impjiegi individwali u l-ħiliet meħtieġa; jirrimarka li dawn il-ħiliet u l-oqsma differenti ta' għarfien, speċjalment fir-rigward tat-teknoloġija tal-informazzjoni, se jkunu meħtieġa mill-baħħara biex jiżguraw is-sikurezza tal-bastimenti u l-effiċjenza operattiva; |
24. |
Jilqa' l-limitu l-ġdid tal-kontenut ta' kubrit tal-fjuwils ta' 0,5 % introdott mill-OMI fl-1 ta' Jannar 2020 u jenfasizza li dan m'għandux iwassal biex it-tniġġis, minflok fl-arja, jmur fl-ilma; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni, u lill-Istati Membri, b'konformità mad-Direttiva (UE) 2019/883 (16), jaħdmu fil-livell tal-IMO favur kunsiderazzjoni komprensiva tal-impatti ambjentali tal-iskarikar fil-baħar tal-ilma mormi minn purifikaturi b'ċirkwit miftuħ u residwi oħra tat-tagħbija u jiżguraw li dawn jinġabru u jiġu pproċessati kif xieraq fil-faċilitajiet portwarji ta' akkoljenza; f'dan ir-rigward, iħeġġeġ bil-qawwa lill-Istati Membri jistabbilixxu projbizzjonijiet fuq l-iskarikar għall-ilma mormi minn purifikaturi b'ċirkwit miftuħ u ċerti residwi tat-tagħbija fl-ilmijiet territorjali tagħhom skont id-Direttiva 2000/60/KE (17); jenfasizza li għandhom ikunu preferuti mill-bidu nett soluzzjonijiet sostenibbli, abbażi tal-analiżi taċ-ċiklu tal-ħajja; jinnota li l-iskop tal-purifikaturi b'ċirkwit miftuħ huwa biex jiġi indirizzat it-tniġġis tal-arja u li jkun saru investimenti fihom; jirrikonoxxi li l-użu ta' purifikaturi b'ċirkwit miftuħ jista' jkollu impatt fuq l-ambjent u jilqa' l-fatt li l-OMI bħalissa qed tagħmel studji dwar l-impatt fit-tul tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni, f'dan ir-rigward, timplimenta abbażi ta' valutazzjoni tal-impatt it-tneħħija gradwali tal-użu tal-purifikaturi b'ċirkwit miftuħ sabiex jiġu rispettati l-limiti tal-emissjonijiet, f'konformità mal-qafas tal-IMO u mal-Konvenzjoni MARPOL; |
25. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex fl-inizjattiva FuelEU Marittimu li se tittieħed, tintegra s-sistemi alternattivi ta' propulsjoni, bħal dawk bir-riħ u dawk bix-xemx; jistedinha tivvaluta l-inizjattivi u l-proġetti attwali tat-trasport marittimu tal-merkanzija bil-qlugħ u tiżgura li s-sistemi ta' propulsjoni għat-trasport ikunu eliġibbli għall-finanzjament Ewropew; |
26. |
Jistieden lill-Kummissjoni tintroduċi miżuri, akkumpanjati mill-finanzjament meħtieġ, biex it-tarznari Ewropej ikunu jistgħu jagħmlu investimenti addizzjonali fil-bini sostenibbli, soċjali u diġitalizzat tal-bastimenti u fl-industrija tat-tiswija tal-bastimenti, li hija ta' importanza strateġika biex jiġu ġġenerati l-impjiegi, u b'hekk tiġi appoġġjata t-tranżizzjoni lejn mudell ta' ekonomija ċirkolari li jqis iċ-ċiklu tal-ħajja kollu tal-bastimenti; jenfasizza l-importanza li jiġu appoġġjati u żviluppati soluzzjonijiet sostenibbli għall-bini u ż-żarmar tal-bastimenti fi ħdan l-UE b'konformità mal-Pjan ta' Azzjoni Ġdid għal Ekonomija Ċirkolari; jisħaq f'dan id-dawl li t-tarzni għandhom jeżerċitaw id-diliġenza dovuta fil-ktajjen ta' valur tagħhom ġewwa u barra l-UE, b'konformità mal-istandards tal-OECD u tan-NU, sabiex jiġu evitati impatti ambjentali avversi meta jiġu żarmati l-bastimenti; |
Finanzjament mill-UE
27. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex, permezz tal-programmi tagħha ta' finanzjament Ewropej, u b'mod partikolari l-programmi Orizzont Ewropa u InvestEU, tappoġġja r-riċerka u l-użu ta' teknoloġiji u ta' fjuwils nodfa; jenfasizza l-potenzjal tal-elettriku minn sorsi rinnovabbli addizzjonali, inklużi l-idroġenu ekoloġiku, l-ammonijaka u l-propulsjoni assistita mir-riħ; f'dan ir-rigward, jisħaq fuq l-implikazzjonijiet finanzjarji tat-tranżizzjoni lejn fjuwils alternattivi nodfa, kemm għall-industrija tal-bini tal-bastimenti, għall-katina tal-provvista tal-fjuwil ibbażata fuq l-art u għall-portijiet; iqis li l-portijiet huma hubs naturali ta' produzzjoni, ta' ħżin, ta' distribuzzjoni u ta' trasport ta' fjuwils alternattivi nodfa; jitlob li l-programm Orizzont Ewropa jġedded l-appelli favur proġetti tal-“Patt Ekoloġiku”, varati mill-Kummissjoni fl-ambitu ta' Orizzont 2020, b'mod partikolari biex is-settur marittimu jsir ekoloġiku u biex jiġu appoġġjati r-riċerka u l-innovazzjoni u l-użu ta' alternattivi għall-fjuwils tqal li qed inaqqsu b'mod konsiderevoli l-impatt fuq il-klima u fuq l-ambjent fis-settur marittimu; |
28. |
Jistieden lill-Kummissjoni tagħmel proġetti mmirati biex jiddekarbonizzaw it-trasport marittimu u jnaqqsu l-emissjonijiet li jniġġsu, inklużi l-infrastruttura u l-faċilitajiet meħtieġa tal-port, eliġibbli fl-ambitu tal-politika ta' koeżjoni u permezz tal-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej, il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa u l-Patt Ekoloġiku, u tagħmel disponibbli fondi u inċentivi biex is-settur marittimu jiġi appoġġjat fit-tranżizzjoni lejn ekonomija b'newtralità karbonika, filwaqt li tqis id-dimensjoni soċjali tat-trasformazzjoni; jisħaq fuq l-importanza li jinħolqu sinerġiji u komplementarjetajiet bejn soluzzjonijiet differenti ta' finanzjament tal-UE, mingħajr ma jinħoloq piż amministrattiv bla bżonn, li jiskoraġġixxi l-investimenti privatiu għalhekk inaqqas il-progress teknoloġiku u b'hekk it-titjib tal-kosteffiċjenza; jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi u tinvesti f'industrija marittima Ewropea ekoloġika fit-territorju tal-UE bħala parti mill-pjan ta' rkupru industrijali Ewropew tagħha, filwaqt li tieħu t-tmexxija fl-iżvilupp ta' bastimenti ġodda mfassla b'mod ekoloġiku, ir-rinnovazzjoni u l-modernizzazzjoni ta' bastimenti eżistenti, u l-iżmantellar; |
29. |
Iqis li kwalunkwe proċess ta' tranżizzjoni realistika lejn il-mira ta' emissjonijiet żero jrid ikun ibbażat fuq l-involviment u l-parteċipazzjoni tal-aġenti tas-settur u l-appoġġ komunitarju espress f'baġit adegwat u djalogu, flessibbiltà u diliġenza biex jiġu promossi r-riformi regolatorji meħtieġa; dawn il-kundizzjonijiet huma essenzjali biex jippromwovu kooperazzjoni strateġika ffukata fuq is-sostenibbiltà permezz ta' strumenti bħas-sħubija bi programmazzjoni konġunta dwar “trasport marittimu b'emissjonijiet żero”; |
30. |
Ifakkar li l-objettivi tad-dekarbonizzazzjoni u tal-bidla modali għandhom jiġu appoġġjati mill-FNE, li għandha tibbenefika minn żieda fir-riżorsi baġitarji; |
31. |
Jesprimi dispjaċir, f'dan ir-rigward, għad-deċiżjoni tal-Kunsill li jnaqqas l-allokazzjoni baġitarja għal programmi orjentati lejn il-futur, bħall-FNE, InvestEU u Orizzont Ewropa; jinnota li l-aġenda ambizzjuża tal-UE għad-dekarbonizzazzjoni jeħtieġ li tkun appoġġjata minn finanzjament u strumenti ta' finanzjament korrispondenti; |
32. |
Ifakkar li l-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) jipprovdi appoġġ għal self kapitali attraenti; iqis, madankollu, li l-livell limitu għall-finanzjament ta' proġetti fuq skala żgħira għandu jitbaxxa; jirrimarka, f'dan ir-rigward, li l-programm ta' Garanzija għat-Tbaħħir Ekoloġiku (GSG) li għandu l-għan li jħaffef l-implimentazzjoni ta' investimenti f'teknoloġiji aktar ekoloġiċi minn kumpaniji Ewropej tal-bastimenti, għandu jipprovdi wkoll appoġġ għal tranżazzjonijiet iżgħar inklużi kundizzjonijiet ta' self aktar flessibbli; jikkunsidra ukoll li l-BEI għandu jipprovdi kemm finanzjament ta' qabel il-kunsinna kif ukoll ta' wara l-kunsinna għall-kostrutturi tal-bastimenti, li jtejjeb b'mod konsiderevoli l-implimentazzjoni u l-vijabbiltà tal-proġetti; |
33. |
Jenfasizza li l-bidla lejn id-dekarbonizzazzjoni u l-ispinta ta' skemi ta' inċentivi għall-enerġija nadifa fis-settur tat-trasport marittimu jinvolvu l-ħtieġa ta' taħriġ mill-ġdid u taħriġ tal-ħaddiema; ifakkar li l-UE u l-Istati Membri jkollhom prevedu finanzjament għal din il-kwistjoni; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tistabbilixxi network tal-UE biex jiġu skambjati prattiki tajba dwar kif il-forza tax-xogħol għandha tiġi adattata għall-ħtiġijiet il-ġodda tas-settur; |
34. |
Jappoġġja r-rieżami tal-Kummissjoni tal-linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat fis-setturi rilevanti kollha, inkluż it-trasport u b'mod partikolari dak marittimu, sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew billi jiġi applikat il-prinċipju ta' “tranżizzjoni ġusta” u billi l-gvernijiet nazzjonali jitħallew jappoġġaw direttament l-investimenti fid-dekarbonizzazzjoni u fl-enerġija nadifa; jistieden lill-Kummissjoni teżamina jekk l-eżenzjonijiet mit-taxxa attwali jippermettux kundizzjonijiet ta' kompetizzjoni transsettorjali inġusti; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tipprovdi ċarezza dwar l-għajnuna mill-Istat għal proġetti ta' trasport marittimu sostenibbli; |
35. |
Jindika l-konsegwenzi ekonomiċi tal-pandemija tal-COVID-19 għas-settur tat-trasport fuq l-ilma, speċjalment it-trasport kollettiv tal-passiġġieri; jistieden lill-Istati Membri jinkludu s-settur tat-trasport fuq l-ilma bħala prijorità fil-pjanijiet nazzjonali ta' rkupru tagħhom, sabiex jiġi żgurat li jista' jkollu aċċess komprensiv għar-riżorsi allokati fl-ambitu tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza; jitlob lill-Kummissjoni wkoll, tfassal inizjattivi ta' investiment intelliġenti għall-irkupru sostenibbli u reżiljenti tas-settur; |
Kontroll u implimentazzjoni
36. |
Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura t-trasparenza u d-disponibbiltà tal-informazzjoni dwar l-impatt ambjentali u l-prestazzjoni tal-enerġija tal-bastimenti u tivvaluta l-istabbiliment ta' skema ta' tikketta Ewropea, f'konformità mal-azzjonijiet meħuda fil-livell tal-IMO, li għandu jkollha l-għan li b'mod effettiv tnaqqas l-emissjonijiet u tassisti lis-settur billi tipprovdi aċċess imtejjeb għall-finanzjament, is-self u l-garanziji abbażi tal-prestazzjoni tal-emissjonijiet tiegħu u ttejjeb il-monitoraġġ tal-emissjonijiet, toħloq benefiċċji billi tinċentiva lill-awtoritajiet tal-portijiet biex jiddifferenzjaw l-imposti tal-infrastruttura tal-portijiet, u żżid l-attraenza tas-settur; barra minn hekk jenfasizza l-ħtieġa li tkompli tiġi promossa, żviluppata u implimentata aktar l-iskema tal-“bastimenti ekoloġiċi”, li għandha tqis it-tnaqqis tal-emissjonijiet, it-trattament tal-iskart u l-impatt ambjentali, b'mod partikolari permezz tal-kondiviżjoni tal-esperjenza u tal-għarfien espert; |
37. |
Jistieden lill-Kummissjoni tipproponi reviżjoni tad-Direttiva dwar il-Kontroll mill-Istat tal-Port sa mhux aktar tard minn tmiem l-2021, kif previst fil-programm ta' ħidma tal-Kummissjoni għall-2021, biex tippermetti kontroll aktar effettiv u komprensiv tal-bastimenti u proċeduri simplifikati, inklużi inċentivi għall-konformità mal-istandards ambjentali, soċjali, tas-saħħa pubblika u tal-liġi tax-xogħol, is-sikurezza abbord il-bastimenti li jidħlu fil-portijiet tal-UE kemm għall-baħħara kif ukoll għall-ħaddiema tal-baċiri, u l-possibilitajiet ta' sanzjonijiet proporzjonati u dissważivi effettivi, filwaqt li tqis il-liġi ambjentali, dik tas-saħħa pubblika, dik fiskali u dik soċjali; |
38. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex, f'koordinament mal-ILO, iżżid il-bini tal-kapaċitajiet għall-pajjiżi terzi dwar spezzjonijiet u infurzar u tvara kampanji mas-sħab soċjali biex jiżdied l-għarfien tad-drittijiet u l-obbligi skont il-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Marittimu; jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi l-ħolqien mill-ILO ta' bażi tad-data li jkun fiha l-konklużjonijiet tal-ispezzjonijiet u l-ilmenti tal-baħħara biex tgħin lill-baħħara u lis-sidien tal-bastimenti jmorru għall-aktar servizzi ta' fama tajba ta' reklutaġġ u ta' impjieg konformi mal-MLC; |
39. |
Jenfasizza l-potenzjal tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (EMSA), bis-sistema satellitari tagħha SafeSeaNet, fil-monitoraġġ tat-tniġġis tal-arja u tar-rimi illegali ta' residwi tal-fjuwil fil-baħar u fl-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2015/757; jenfasizza li l-kooperazzjoni reġjonali, inkluż ma' pajjiżi terzi, hija essenzjali f'din iż-żona, speċjalment fil-Baħar Mediterran; għalhekk, jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ l-iskambju tal-informazzjoni u l-kooperazzjoni fost il-pajjiżi; |
40. |
Jenfasizza li s-sħubija prevista fil-kuntest tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE għandha tiggarantixxi kondizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni li jkunu xierqa fil-qasam ambjentali u f'dak soċjali mingħajr ma tikkawża tfixkil fil-konnessjonijiet kummerċjali tat-trasport, inklużi verifiki doganali effiċjenti, li m'għandhomx ixekklu l-kompetittività tal-flotta tal-UE u għandhom jiżguraw li l-operazzjonijiet tal-esportazzjoni u tal-importazzjoni bejn il-portijiet tar-Renju Unit u dawk tal-UE jimxu bla xkiel; |
o
o o
41. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
(1) Testi adottati, P9_TA(2020)0005.
(2) Testi adottati, P9_TA(2020)0219.
(3) https://gmn.imo.org/wp-content/uploads/2017/05/GHG3-Executive-Summary-and-Report_web.pdf
(4) https://safety4sea.com/wp-content/uploads/2020/08/MEPC-75-7-15-Fourth-IMO-GHG-Study-2020-Final-report-Secretariat.pdf
(5) ĠU L 307, 28.10.2014, p. 1.
(6) https://ec.europa.eu/transport/modes/maritime_en
(7) Oxford Economics (2020): The Economic Value of the EU Shipping Industry (Il-Valur Ekonomiku tal-Industrija tat-Tbaħħir tal-UE)
(8) It-Tielet studju tal-IMO dwar il-gassijiet b'effett ta' serra.
(9) Ir-Raba' studju tal-IMO dwar il-gassijiet b'effett ta' serra.
(10) ĠU L 198, 22.6.2020, p. 13.
(11) Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32).
(12) Testi adottati, P9_TA(2020)0219.
(13) Ir-Regolament (UE) 2015/757 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2015 dwar il-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika ta' emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju mit-trasport marittimu, u li jemenda d-Direttiva 2009/16/KE (ĠU L 123, 19.5.2015, p. 55).
(14) Id-Direttiva 2009/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-kontroll tal-Istat tal-Port (ĠU L 131, 28.5.2009, p. 57).
(15) Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE tas-27 ta’ Ottubru 2003 li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku (ĠU L 283, 31.10.2003, p. 51).
(16) Id-Direttiva (UE) 2019/883 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar il-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet għall-konsenja ta’ skart minn bastimenti, li temenda d-Direttiva 2010/65/UE u li tħassar id-Direttiva 2000/59/KE (ĠU L 151, 7.6.2019, p. 116).
(17) Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1).
15.12.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 506/20 |
P9_TA(2021)0132
Oġġezzjoni għal att ta’ Implimentazzjoni: Il-livelli massimi ta' residwi għal ċerti sustanzi, inkluż il-lufenuron
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2021 dwar l-abbozz ta' Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Annessi II, III u IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-livelli massimi ta' residwi għall-aklonifen, l-akrinatrina, il-Bacillus pumilus QST 2808, il-klorantraniliprol, l-etirimol, il-lufenuron, il-pentijopirad, il-pikloram u l-Pseudomonas sp. tar-razza DSMZ 13134 f'ċerti prodotti jew fuqhom (D070113/03 – 2021/2590(RPS))
(2021/C 506/04)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta' Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Annessi II, III u IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-livelli massimi ta' residwi għall-aklonifen, l-akrinatrina, il-Bacillus pumilus QST 2808, il-klorantraniliprol, l-etirimol, il-lufenuron, il-pentijopirad, il-pikloram u l-Pseudomonas sp. tar-razza DSMZ 13134 f'ċerti prodotti jew fuqhom (D070113/03, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta' residwu ta' pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(1) u l-Artikolu 14(1)(a) tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni mogħtija fl-4 ta' Diċembru 2020 mill-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja biex jinkiseb użu sostenibbli tal-pestiċidi (2), |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni motivata adottata mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) fil-15 ta' Lulju 2020, u ppubblikata fit-18 ta' Awwissu 2020 (3), |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni motivata adottata mill-EFSA fit-18 ta' Novembru 2016, u ppubblikata fil-5 ta' Jannar 2017 (4), |
— |
wara li kkunsidra r-rapport xjentifiku approvat mill-EFSA fit-30 ta' Settembru 2008, u ppubblikat fit-22 ta' Ġunju 2009 (5), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 5a(3)(b) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (6), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 112(2) u (3), u (4)(c) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, |
A. |
billi l-lufenuron huwa pestiċida tal-benżoilurea li jinibixxi l-produzzjoni taċ-ċitina fl-insetti, u jintuża bħala pestiċida u fungiċida; billi l-approvazzjoni tal-Unjoni tal-lufenuron skadiet fil-31 ta' Diċembru 2019 u ma tressqet l-ebda applikazzjoni għat-tiġdid fil-qafas tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7); billi l-lufenuron ma għadux approvat għall-użu fl-Unjoni, iżda huwa esportat bħala pestiċida agroalimentari; billi skont studju tal-Aġenzija Ġermaniża għall-Ambjent (8), il-lufenuron jissodisfa l-kriterji għal sustanzi li huma persistenti, bijoakkumulattivi u tossiċi, li huma stipulati fl-Anness XIII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9); |
B. |
billi l-Artikolu 191(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jistabbilixxi l-prinċipju ta' prekawzjoni bħala wieħed mill-prinċipji fundamentali tal-Unjoni; |
C. |
billi l-Artikolu 168(1) tat-TFUE jiddikjara li “livell għoli ta' ħarsien tas-saħħa fiżika u mentali għandu jkun assigurat fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-istrateġiji u l-attivitajiet kollha tal-Unjoni”; |
D. |
billi d-Direttiva 2009/128/KE għandha l-għan li tikseb użu sostenibbli tal-pestiċidi fl-Unjoni billi tnaqqas ir-riskji u l-impatti tal-użu tal-pestiċidi fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent billi tippromwovi approċċi alternattivi; |
E. |
billi l-Konvenzjoni ta' Stokkolma tan-Nazzjonijiet Uniti dwar Pollutanti Organiċi Persistenti u l-laqgħa tal-Kumitat ta' Reviżjoni tal-2012 għall-Pollutanti Organiċi Persistenti (10) identifikaw il-potenzjal għoli tal-lufenuron li jissodisfa l-kriterji persistenti tal-pollutanti organiċi persistenti; |
F. |
billi l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Mejju 2020 bit-titolu “Strateġija Mill-Għalqa sal-Platt għal sistema tal-ikel ġusta, tajba għas-saħħa u favur l-ambjent” (11) tippromwovi “tranżizzjoni globali għal sistemi agroalimentari sostenibbli” mhux biss fil-fruntieri tal-Unjoni iżda wkoll barra minnha, u għandha l-għan li “tqis l-aspetti ambjentali hija u tivvaluta t-talbiet għat-tolleranzi għall-importazzjoni għas-sustanzi pestiċidi li ma għadhomx approvati fl-UE filwaqt li tħares l-istandards u l-obbligi tad-WTO”; |
G. |
billi l-abbozz tar-regolament tal-Kummissjoni ġie propost wara applikazzjoni mressqa għat-tolleranzi ta' importazzjoni għal-lufenuron użat fil-Brażil fuq il-grejpfrut u l-kannamieli li tiddikjara li huma meħtieġa livelli massimi ta' residwi (MRLs) ogħla sabiex jiġu evitati ostakli kummerċjali mhux tariffarji għall-importazzjoni ta' dawk l-għelejjel; |
H. |
billi l-abbozz tar-regolament tal-Kummissjoni jagħti lok għal tħassib dwar is-sikurezza tal-lufenuron abbażi tal-prinċipju ta' prekawzjoni, minħabba n-nuqqasijiet ta' data relatati mal-effett tal-lufenuron fuq is-saħħa pubblika u l-ambjent; |
I. |
billi fl-opinjoni tagħha tal-15 ta' Lulju 2020, l-EFSA tinnota li: “In accordance with Article 6 of Regulation (EC) No 396/2005, Syngenta Crop Protection AG submitted an application to the competent national authority in Portugal (evaluating Member State, EMS) to set import tolerances for the active substance lufenuron in various crops and products of animal origin on the basis of authorised uses of lufenuron in Brazil, Chile and Morocco. The EMS drafted an evaluation report in accordance with Article 8 of Regulation (EC) No 396/2005, which was submitted to the European Commission and forwarded to the European Food Safety Authority (EFSA) on 24 May 2019” (F'konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005, Syngenta Crop Protection AG ippreżentat applikazzjoni lill-awtorità nazzjonali kompetenti fil-Portugall (Stat Membru ta' evalwazzjoni, EMS) biex tistabbilixxi tolleranzi ta' importazzjoni għas-sustanza attiva lufenuron f'diversi għelejjel u prodotti ta' oriġini mill-annimali abbażi tal-użi awtorizzati tal-lufenuron fil-Brażil, fiċ-Ċilì u fil-Marokk. L-EMS abbozza rapport ta' evalwazzjoni f'konformità mal-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005, li ġie ppreżentat llil-Kummissjoni Ewropea u mgħoddi lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) fl-24 ta' Mejju 2019); billi l-EMS ippropona li jiżdiedu l-MRLs għal-lufenuron fil-grejpfrut (x30) u fil-kannamiela (x2) mill-Brażil, u wkoll li jiżdiedu l-MRLs għal-lufenuron fil-prodotti ta' oriġini mill-annimali; |
J. |
billi l-konklużjonijiet li waslet għalihom l-EFSA fl-opinjoni tagħha tal-15 ta' Lulju 2020 jiġġustifikaw iż-żieda tal-MRLs għal-lufenuron biss abbażi tal-ħtieġa li jkun hemm konformità mal-valuri normattivi fil-Brażil, u jħallu barra kwalunkwe konsiderazzjoni dwar l-effett kumulattiv fit-tul tal-lufenuron fuq it-tossiċità riproduttiva, in-newrotossiċità tal-iżvilupp u l-potenzjal immunotossiku tiegħu wara inġestjoni fit-tul; |
1. |
Jopponi l-adozzjoni tal-abbozz ta' regolament tal-Kummissjoni; |
2. |
Iqis li dan l-abbozz ta' regolament tal-Kummissjoni mhux kompatibbli mal-għan u mal-kontenut tar-Regolament (KE) Nru 396/2005; |
3. |
Iqis li l-abbozz ta' regolament tal-Kummissjoni jeċċedi s-setgħat ta' implimentazzjoni previsti fir-Regolament (KE) Nru 396/2005; jinnota li l-premessa 5 ta' dak ir-Regolament tiddikjara li l-MRLs għandhom jiġu stabbiliti fl-aktar livell baxx li jista' jinkiseb bil-għan li jiġu protetti gruppi vulnerabbli bħat-tfal u t-tfal mhux imwielda; |
4. |
Jinnota li, skont l-abbozz tar-regolament tal-Kummissjoni, l-MRLs eżistenti tal-lufenuron se jiżdiedu minn 0,01 mg/kg għal 0,30 mg/kg għall-grejpfrut u minn 0,01 mg/kg għal 0,02 mg/kg għall-kannamieli; |
5. |
Jinnota li rapport xjentifiku reċenti kkonkluda li l-lufenuron jista' jikkawża effetti teratoġeniċi u bidliet istopatoloġiċi għall-fwied u l-kliewi fil-firien, li jissuġġerixxi li nisa tqal u t-tfal mhux imwielda tagħhom jistgħu jkunu f'riskju (12); |
6. |
Jinnota li l-esponiment għall-insettiċidi jinduċi bidliet bijokimiċi, inkluż stress ossidattiv, u li l-esponiment ambjentali matern għall-pollutanti kimiċi ġie kklassifikat reċentement bħala t-tieni l-aktar kawża importanti tal-mortalità tat-trabi fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw (13); |
7. |
Itenni li l-effetti transġenerazzjonali tal-esponiment għall-pestiċidi mhumiex studjati biżżejjed u li l-effetti tal-esponiment għall-pestiċidi fil-bnedmin fil-perjodu ta' ġestazzjoni rari jiġu studjati; jissottolinja li hemm evidenza dejjem akbar dwar ir-rwol ta' esponimenti ripetuti matul il-ħajja bikrija; |
8. |
Jissuġġerixxi li l-MRLs għal-lufenuron għandhom jibqgħu fl-aktar livell ta' determinazzjoni baxx; |
9. |
Iqis li d-deċiżjoni li jiżdiedu l-MRLs għal-lufenuron ma tistax tiġi ġġustifikata, peress li ma hemmx biżżejjed evidenza li tissuġġerixxi li r-riskju għan-nisa tqal u għat-tfal mhux imwielda tagħhom u għas-sikurezza tal-ikel huwa aċċettabbli; |
10. |
Jitlob lill-Kummissjoni tirtira l-abbozz ta' regolament u tippreżenta wieħed ġdid lill-kumitat, li jirrispetta l-prinċipju ta' prekawzjoni; |
11. |
Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri. |
(2) ĠU L 309, 24.11.2009, p. 71.
(3) L-opinjoni motivata tal-EFSA dwar l-istabbiliment ta' tolleranzi ta' importazzjoni għal-lufenuron f'diversi prodotti ta' oriġini mill-pjanti u mill-annimali, Il-Ġurnal tal-EFSA 2020; 18(8):6228, https://efsa.onlinelibrary.wiley.com/doi/10.2903/j.efsa.2020.6228
(4) L-opinjoni motivata tal-EFSA dwar ir-reviżjoni tal-livelli massimi ta' residwi eżistenti għal-lufenuron skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005, Il-Ġurnal tal-EFSA 2017; 15(1):4652, https://doi.org/10.2903/j.efsa.2016.4652
(5) Ir-rapport xjentifiku tal-EFSA dwar il-konklużjoni fir-rigward tar-rieżami bejn il-pari tal-valutazzjoni tar-riskju tal-pestiċidi tas-sustanza attiva lufenuron, Il-Ġurnal tal-EFSA 2009; 7(6):189, https://doi.org/10.2903/j.efsa.2009.189r.
(6) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.
(7) Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1).
(8) Altenburger, R., Gündel, U., Rottter, S., Vogs, C., Faust, M., Backhaus, T., “Establishment of a concept for comparative risk assessment of plant protection products with special focus on the risks to the environment” (L-istabbiliment ta' kunċett għall-valutazzjoni komparattiva tar-riskju tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti b'enfasi speċjali fuq ir-riskji għall-ambjent), Test 47/2017, Rapport Nru (UBA-FB) 002256/ENG, https://www.umweltbundesamt.de/sites/default/files/medien/1410/publikationen/2017-06-07_texte_47-2017_umweltrisiken-pflanzenschutzmittel.pdf
(9) Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).
(10) UNEP/POPS/POPRC.8/INF/29.
(11) COM(2020)0381.
(12) Basal, W.t., Rahman T. Ahmed, A., Mahmoud, A.A., Omar, A.R., “Lufenuron induces reproductive toxicity and genotoxic effects in pregnant albino rats and their fetuses” (Il-lufenuron jinduċi tossiċità riproduttiva u effetti ġenotossiċi f'firien albini tqal u l-feti tagħhom), Rapporti xjentifiċi, 2020: 10:19544, https://www.ncbi.nlm.nih.gov/pmc/articles/PMC7658361/
(13) Cremonese, C., Freire, C., Machado De Camargo, A., Silva De Lima, J., Koifman, S., Meyer, A., “Pesticide consumption, central nervous system and cardiovascular congenital malformations in the South and Southeast region of Brazil” (Il-konsum tal-pestiċidi, is-sistema nervuża ċentrali u malformazzjonijiet konġenitali kardjovaskulari fir-reġjun tan-Nofsinhar u tax-Xlokk tal-Brażil), Il-Ġurnal Internazzjonali tal-Mediċina Okkupazzjonali u s-Saħħa Ambjentali. 2014; 27(3), p. 474-86, https://pubmed.ncbi.nlm.nih.gov/24847732/
15.12.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 506/23 |
P9_TA(2021)0133
Oġġezzjoni għal att ta’ implimentazzjoni: Il-livelli massimi ta' residwi għal ċerti sustanzi, inkluż il-flonikamid
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta’ April 2021 dwar l-abbozz ta' regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Annessi II, III u IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-livelli massimi tar-residwi għal aċekinoċil, aċibenżolar-S-metil, Bacillus subtilis tar-razza IAB/BS03, emamektina, flonikamid, flutolanil, fosetil, imażamoks u oksatijapiprolin f'ċerti prodotti jew fuqhom (D063854/04 – 2021/2608(RPS))
(2021/C 506/05)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta' regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Annessi II, III u IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-livelli massimi tar-residwi għal aċekinoċil, aċibenżolar-Smetil, Bacillus subtilis tar-razza IAB/BS03, emamektina, flonikamid, flutolanil, fosetil, imażamoks u oksatijapiprolin f'ċerti prodotti jew fuqhom (D063854/04, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta' residwu ta' pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(1) u l-Artikolu 14(1)(a) tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni mogħtija fit-18 ta' Frar 2020 mill-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja biex jinkiseb użu sostenibbli tal-pestiċidi (2), |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni motivata adottata mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) fis-27 ta' Mejju 2019 u ppubblikata fit-2 ta' Awwissu 2019 (3), |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni motivata adottata mill-EFSA fis-17 ta' Awwissu 2018, u ppubblikata fil-25 ta' Settembru 2018 (4), |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni motivata adottata mill-EFSA fid-29 ta' Awwissu 2018, u ppubblikata fit-18 ta' Settembru 2018 (5), |
— |
wara li kkunsidra l-konklużjoni adottata mill-EFSA fit-18 ta' Diċembru 2009, u ppubblikata fis-7 ta' Mejju 2010 (6), |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-5 ta' Ġunju 2013 (7) tal-Kumitat għall-Valutazzjoni tar-Riskji tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 5a(3)(b) u l-Artikolu 5a(5) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (8), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 112(2), (3) u (4)(c) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, |
A. |
billi l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Mejju 2020 bit-titolu “Strateġija mill-Għalqa sal-Platt għal sistema tal-ikel ġusta, tajba għas-saħħa u favur l-ambjent” (9) tippromwovi “tranżizzjoni dinjija lejn sistemi sostenibbli ta' ikel agrikolu, f'konformità mal-objettivi ta' din l-Istrateġija u mal-SDGs”; |
B. |
billi l-flonikamid huwa insettiċida sistemiku u selettiv li jaġixxi billi jfixkel t-tmigħ, il-moviment u mġiba oħra tal-insetti, li jwassal għal tbatija tal-ġuħ u deidratazzjoni segwiti mill-mewt (10); |
C. |
billi l-perjodu ta' approvazzjoni tal-flonikamid bħala sustanza attiva diġà ġie estiż mir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2069 (11); |
D. |
billi l-Kumitat għall-Valutazzjoni tar-Riskji tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, fl-opinjoni tiegħu tal-5 ta' Ġunju 2013 (12), jirrapporta dwar ir-riżultati tal-esperimenti fuq firien li jwasslu għal żieda fil-piż plaċentali, dewmien fil-ftuħ tal-vaġina, tnaqqis fil-piż tal-utru u tal-ovarji, tnaqqis fl-estradiol u żieda fil-livelli ta' LH, iżda jsibhom li mhumiex relatati jew li mhumiex rilevanti; billi l-Awtorità Kompetenti tal-Istat Membru Daniż tosserva “effetti ċari fuq malformazzjonijiet vixxerali li jseħħu f'livelli tossiċi mhux materni fil-fniek” (13); |
E. |
billi d-Deċiżjoni ta' Rieżami tar-Reġistrazzjoni Interim (Kawża Numru 7436) tal-14 ta' Diċembru 2020 tal-Aġenzija tal-Ħarsien tal-Ambjent (EPA) tal-Istati Uniti dwar il-flonikamid sabet li “ma tistax titwettaq valutazzjoni aktar kompluta tar-riskju għan-naħal mingħajr data tad-dakkara ta' grad ogħla”, li “l-istudju dwar it-tossiċità orali akuta ta' Grad I disponibbli ma kienx adegwat għall-użu kwantitattiv, u l-istudji ta' dakkara ta' Grad II u ta' Grad III mhumiex disponibbli għall-flonikamid f'dan iż-żmien” u li “t-test tat-tossiċità orali akuta tan-naħal tal-għasel adulti u r-rekwiżiti tad-data tan-naħal tal-għasel ta' Grad II u III (jiġifieri, studji semiprattiċi/prattiċi) jibqgħu mhux issodisfati” (14); |
F. |
billi l-Avukat Ġenerali ta' California, Xavier Becerra, fil-kummenti tiegħu tat-2 ta' Novembru 2020 (15) għad-Deċiżjoni ta' Rieżami tar-Reġistrazzjoni Interim proposta, jikkritika li l-EPA ma għandhiex biżżejjed informazzjoni biex tikkaratterizza r-riskji tal-flonikamid għad-dakkara; |
G. |
billi l-Avukat Ġenerali jkompli jispjega, b'referenza għall-valutazzjoni tar-riskju ekoloġiku tal-EPA, li studju kroniku ġdid tan-naħal tal-għasel kien jinkludi perjodu estiż ta' osservazzjoni mfassal biex jidentifika t-tossiċità mdewma tal-flonikamid, peress li l-effetti spiss ma jiġux osservati sa ħafna jiem aktar tard, wara li l-insetti jkunu mietu bil-ġuħ; billi l-istudju l-ġdid sab li l-flonikamid huwa estremament tossiku għan-naħal adulti; billi, abbażi ta' dawn ir-riżultati, l-EPA ddeterminat li l-użu rreġistrat tal-flonikamid jesponi lin-naħal għal 17 sa 51 darba l-ammont ta' flonikamid li jikkawża ħsara sostanzjali; billi, matul il-perjodu estiż ta' osservazzjoni, il-mortalità kompliet tiżdied fil-konċentrazzjonijiet sperimentali kollha b'mod dipendenti mid-doża; billi l-mortalità ma stabbilizzatx ruħha sa tmiem il-perjodu estiż ta' osservazzjoni fil-fergħat ta' flonikamid tal-istudju; |
H. |
billi l-Artikolu 191(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jistabbilixxi l-prinċipju ta' prekawzjoni bħala wieħed mill-prinċipji fundamentali tal-Unjoni; |
I. |
billi l-Artikolu 168(1) tat-TFUE jgħid li “livell għoli ta' ħarsien tas-saħħa fiżika u mentali għandu jkun assigurat fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-istrateġiji u l-attivitajiet kollha tal-Unjoni”; |
J. |
billi d-Direttiva 2009/128/KE għandha l-għan li jinkiseb użu sostenibbli tal-pestiċidi fl-Unjoni billi jitnaqqsu r-riskji u l-impatti tal-użu tal-pestiċidi fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent u billi jiġi promoss l-użu ta' ġestjoni integrata tal-organiżmi ta' ħsara (IPM) u ta' approċċi jew tekniki alternattivi, bħall-alternattivi mhux kimiċi għall-pestiċidi; |
K. |
billi meta jiġu stabbiliti l-livelli massimi ta' residwi (MRLs), jeħtieġ li jitqiesu l-effetti kumulattivi u sinerġistiċi filwaqt li huwa tal-akbar importanza li jiġu żviluppati b'mod urġenti metodi xierqa għal din il-valutazzjoni; |
L. |
billi, skont l-abbozz ta' regolament tal-Kummissjoni, l-MRLs għall-flonikamid jiżdiedu minn 0,03 mg/kg, li jikkorrispondi għal-limitu attwali ta' detezzjoni, għal 0,7 mg/kg għall-frawli, għal 1 mg/kg għat-tut u l-lampun, għal 0,7 mg/kg għall-ward Skoċċiż, iċ-ċawsli, l-għanżalori, it-tut tas-sebuqa, u frott żgħir u frott żgħir artab ieħor, għal 0,8 mg/kg għat-tut żerq, il-cranberries, il-passolina, ir-ribes bix-xewk, għal 0,3 mg/kg għal ħxejjex oħra tal-għeruq u tat-tuberi b'mod ġenerali, iżda għal 0,6 mg/kg għar-ravanell, għal 0,07 mg/kg għall-ħass u l-pjanti tal-insalata, u għal 0,8 mg/kg għall-bus u l-ħemes; |
1. |
Jopponi l-adozzjoni tal-abbozz ta' regolament tal-Kummissjoni; |
2. |
Iqis li l-abbozz ta' regolament tal-Kummissjoni mhuwiex kompatibbli mal-għan u mal-kontenut tar-Regolament (KE) Nru 396/2005; |
3. |
Jagħraf li l-EFSA qiegħda taħdem fuq metodi biex tivvaluta r-riskji kumulattivi, iżda jinnota wkoll li l-problema tal-valutazzjoni tal-effetti kumulattivi tal-pestiċidi u tar-residwi ilha magħrufa għal għexieren ta' snin; jitlob għaldaqstant lill-EFSA u lill-Kummissjoni jindirizzaw il-problema bħala kwistjoni ta' urġenza assoluta; |
4. |
Jissuġġerixxi li l-MRL għall-flonikamid għandu jibqa' 0,03 mg/kg; |
5. |
Jitlob lill-Kummissjoni tirtira l-abbozz ta' regolament tagħha u tippreżenta wieħed ġdid lill-kumitat; |
6. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri. |
(2) ĠU L 309, 24.11.2009, p. 71.
(3) “EFSA reasoned opinion on modification of the existing maximum residue levels for flonicamid in strawberries and other berries” (L-opinjoni motivata tal-EFSA dwar il-modifika tal-livelli massimi ta' residwu eżistenti għall-flonikamid fil-frawli u fi frott artab ieħor), EFSA Journal 2019; 17 2019; 17(7):5745, https://www.efsa.europa.eu/en/efsajournal/pub/5745
(4) “EFSA reasoned opinion on modification of the existing maximum residue level for flonicamid in various crops” (L-opinjoni motivata tal-EFSA dwar il-modifika tal-livelli massimi ta' residwu eżistenti għall-flonikamid f'bosta għelejjel), EFSA Journal 2018; 16(9):5410, https://www.efsa.europa.eu/en/efsajournal/pub/5410
(5) “EFSA reasoned opinion on modification of the existing maximum residue levels for flonicamid in various root crops” (L-opinjoni motivata tal-EFSA dwar il-modifika tal-livelli massimi ta' residwu eżistenti għall-flonikamid f'bosta għelejjel tal-għeruq), EFSA Journal 2018; 16(9):5414, https://www.efsa.europa.eu/en/efsajournal/pub/5414
(6) “EFSA conclusion on the peer review of the pesticide risk assessment of the active substance flonicamid” (Konklużjoni tal-EFSA dwar ir-rieżami bejn il-pari tal-valutazzjoni tar-riskju tal-pestiċidi tas-sustanza attiva flonikamid), EFSA Journal 2010; 8(5):1445, https://www.efsa.europa.eu/en/efsajournal/pub/1445
(7) Opinjoni tal-5 ta' Ġunju 2013 tal-Kumitat għall-Valutazzjoni tar-Riskji li tipproponi klassifikazzjoni u tikkettar armonizzati tal-flonikamid fil-livell tal-UE, https://echa.europa.eu/documents/10162/0916c5b3-fa52-9cdf-4603-2cc40356ed95
(8) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.
(9) COM(2020)0381.
(10) https://www.regulations.gov/document/EPA-HQ-OPP-2014-0777-0041
(11) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2069 tat-13 ta' Novembru 2017 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta' approvazzjoni għas-sustanzi attivi flonicamid (IKI-220), metalassil, penoxsulam u proquinazid (ĠU L 295, 14.11.2017, p. 51).
(12) Opinjoni tal-5 ta' Ġunju 2013 tal-Kumitat għall-Valutazzjoni tar-Riskji li tipproponi klassifikazzjoni u tikkettar armonizzati tal-flonikamid fil-livell tal-UE, https://echa.europa.eu/documents/10162/0916c5b3-fa52-9cdf-4603-2cc40356ed95
(13) L-Anness 2 tal-opinjoni tal-5 ta' Ġunju 2013 tal-Kumitat għall-Valutazzjoni tar-Riskji li tipproponi klassifikazzjoni u tikkettar armonizzati tal-flonikamid fil-livell tal-UE, https://echa.europa.eu/documents/10162/0916c5b3-fa52-9cdf-4603-2cc40356ed95
(14) Numru tad-Docket EPA-HQ-OPP-2014-0777, https://www.regulations.gov/document/EPA-HQ-OPP-2014-0777-0041, p. 13 u p. 18.
(15) https://oag.ca.gov/sites/default/files/FINAL%20Flonicamid%20PID%20Comment%Letter.pdf
L-Erbgħa 28 ta’ April 2021
15.12.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 506/26 |
P9_TA(2021)0141
L-eżitu tan-negozjati bejn l-UE u r-Renju Unit
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2021 dwar l-eżitu tan-negozjati bejn l-UE u r-Renju Unit (2021/2658(RSP))
(2021/C 506/06)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), |
— |
wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-“Karta”), |
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (05022/2021), |
— |
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/2252 tad-29 ta' Diċembru 2020 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq, min-naħa l-oħra, u tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq dwar il-proċeduri ta' sigurtà għall-iskambju u għall-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata (1), |
— |
wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 217 u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu u l-Artikolu 218(8), it-tieni subparagrafu tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C9-0086/2021), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-5 ta' April 2017 dwar in-negozjati mar-Renju Unit wara n-notifika tiegħu li biħsiebu joħroġ mill-Unjoni Ewropea (2), tat-3 ta' Ottubru 2017 dwar il-qagħda tan-negozjati mar-Renju Unit (3), tat-13 ta' Diċembru 2017 dwar il-qagħda tan-negozjati mar-Renju Unit (4), tal-14 ta' Marzu 2018 dwar il-qafas tar-relazzjonijiet futuri bejn l-UE u r-Renju Unit (5), tat-18 ta' Settembru 2019 dwar il-qagħda kurrenti tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea (6), tal-15 ta' Jannar 2020 dwar l-implimentazzjoni u s-sorveljanza tad-dispożizzjonijiet rigward id-drittijiet taċ-ċittadini fil-Ftehim dwar il-Ħruġ (7), tat-12 ta' Frar 2020 dwar il-mandat propost għan-negozjati għal sħubija ġdida mar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq (8), tat-18 ta' Ġunju 2020 dwar in-negozjati għal sħubija ġdida mar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq (9), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni leġiżlattiva tiegħu tad-29 ta' Jannar 2020 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq mill-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (10), |
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (11) (il-“Ftehim dwar il-Ħruġ”), u d-dikjarazzjoni politika li tistabbilixxi l-qafas għar-relazzjoni futura bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit (12), li takkumpanja l-Ftehim dwar il-Ħruġ (id-“Dikjarazzjoni Politika”), |
— |
wara li kkunsidra l-kontributi mill-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, mill-Kumitat għall-Iżvilupp, mill-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, mill-Kumitat għall-Baġits, mill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, mill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, mill-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, mill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, mill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, mill-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, mill-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, mill-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali, mill-Kumitat għas-Sajd, mill-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, mill-Kumitat għall-Affarijiet Legali, mill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u mill-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali, |
— |
wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni għal deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza l-ftuħ ta' negozjati għal sħubija ġdida mar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq u li taħtar lill-Kummissjoni bħala n-negozjatur tal-Unjoni, u l-Anness għaliha li jinkludi d-direttivi għan-negozjar ta' sħubija ġdida (COM(2020)0035) (“direttivi ta' negozjati”), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 132(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
1. |
Jilqa' b'sodisfazzjon kbir il-konklużjoni tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-UE u r-Renju Unit (il-Ftehim) li jillimita l-konsegwenzi negattivi tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea u jistabbilixxi qafas ta' kooperazzjoni li għandu jifforma l-bażi ta' sħubija futura b'saħħitha u kostruttiva, filwaqt li jevita l-aktar elementi ta' tfixkil f'xenarju ta' “ebda ftehim”, u jipprovdi ċertezza tad-dritt għaċ-ċittadini u n-negozji. ifaħħar il-ħidma soda u r-rwol ċentrali tal-Kap Negozjatur tal-UE u t-tim tiegħu f'dan ir-rigward; |
2. |
Itenni li l-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE huwa żball storiku u jfakkar li l-UE dejjem irrispettat id-deċiżjoni tar-Renju Unit filwaqt li insistiet li r-Renju Unit jeħtieġlu jaċċetta wkoll il-konsegwenzi tal-ħruġ mill-UE u li pajjiż terz ma jistax ikollu l-istess drittijiet u benefiċċji bħal Stat Membru; ifakkar li matul il-proċess tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE, il-Parlament ħadem biex jipproteġi d-drittijiet taċ-ċittadini tal-UE, jipproteġi l-paċi u l-prosperità fil-gżira tal-Irlanda, jipproteġi l-komunitajiet tas-sajd, jiddefendi l-ordni ġuridiku tal-UE, jissalvagwardja l-awtonomija tal-proċess deċiżjonali tal-UE, jippreserva l-integrità tal-unjoni doganali u tas-suq intern filwaqt li jevita dumping soċjali, ambjentali, fiskali jew regolatorju peress li dan huwa essenzjali biex jiġu protetti l-impjiegi, l-industrija u l-kompetittività Ewropej u biex jiġu konkretizzati l-ambizzjonijiet stabbiliti fil-Patt Ekoloġiku Ewropew; |
3. |
Jilqa' l-fatt li dawn l-għanijiet fil-biċċa l-kbira ntlaħqu mill-Ftehim ta' Kummerċ u Kooperazzjoni bejn l-UE u r-Renju Unit u l-Ftehim dwar il-Ħruġ, permezz ta' kundizzjonijiet ekwivalenti infurzabbli, inkluż għal dak li jikkonċerna l-għajnuna mill-Istat, l-istandards soċjali u ambjentali, soluzzjoni fit-tul dwar is-sajd, ftehim ekonomiku li se jtaffi ħafna mill-konsegwenzi negattivi tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE, u qafas ġdid ta' kooperazzjoni fil-qasam tal-ġustizzja, il-pulizija u s-sigurtà interna bbażat fuq ir-rispett sħiħ għall-KEDB u l-qafas ġuridiku tal-UE fil-qasam tal-protezzjoni tad-data; jiddispjaċih madankollu dwar il-kamp ta' applikazzjoni limitat ta' dan il-Ftehim, minħabba n-nuqqas ta' rieda politika min-naħa tar-Renju Unit li jimpenja ruħu f'oqsma importanti, b'mod partikolari l-politika barranija, u dik tad-difiża u tas-sigurtà esterna, li ma jilħaqx b'mod sostanzjali l-ambizzjonijiet iddikjarati fid-Dikjarazzjoni Politika; jiddispjaċih ukoll bid-deċiżjoni tar-Renju Unit li ma jipparteċipax f'Erasmus+, u b'hekk iċaħħad liż-żgħażagħ minn opportunità unika; |
4. |
Jilqa' l-element tal-Ftehim iffukat sew fuq il-merkanzija, fid-dawl tal-intensità tal-kummerċ fil-merkanzija bejn l-UE u r-Renju Unit, u jinnota li hija konsegwenza loġika tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE u b'mod partikolari t-tmiem tal-libertà tal-moviment, li l-opportunitajiet għall-ekonomija tar-Renju Unit ibbażata fil-biċċa l-kbira fuq is-servizzi tnaqqsu b'mod sostanzjali, mingħajr il-kontinwazzjoni ta' approċċ li jiffavorixxi l-pajjiż ta' oriġini jew is-sistema ta' “passaport”, mingħajr ebda rikonoxximent awtomatiku tal-kwalifiki professjonali, u bil-prospettiva li l-fornituri tas-servizzi tar-Renju Unit se jiffaċċjaw 27 sett differenti ta' regoli u b'hekk se tiżdied il-burokrazija; jenfasizza li dan huwa l-ewwel ftehim fl-istorja tal-UE fejn in-negozjati fittxew li jiksbu diverġenza aktar milli konverġenza u li b'hekk kien inevitabbli li kien se jkun hemm aktar frizzjoni, ostakli u spejjeż għaċ-ċittadini u n-negozji; |
5. |
Jilqa' l-mekkaniżmu orizzontali usa' għas-soluzzjoni tat-tilwim, li għandu jippermetti r-riżoluzzjoni f'waqtha tat-tilwim u l-possibilità ta' sospensjoni trasversali fl-oqsma ekonomiċi kollha, jekk waħda mill-partijiet ma tirrispettax l-obbligi tagħha; iqis li dan il-mekkaniżmu jista' jsir il-mudell u l-istandard għall-ftehimiet futuri kollha ta' kummerċ ħieles; |
6. |
Ifakkar fid-dikjarazzjoni tal-Grupp ta' Koordinament tar-Renju Unit (UKCG) u tal-Mexxejja tal-Gruppi tal-11 ta' Settembru 2020 u jieħu nota tal-fatt li r-Renju Unit, bħala firmatarju tal-Ftehim dwar il-Ħruġ, huwa legalment marbut li jimplimenta u jirrispetta bis-sħiħ id-dispożizzjonijiet tiegħu u jilqa' l-irtirar tad-dispożizzjonijiet kunfliġġenti tal-abbozz ta' liġi tar-Renju Unit dwar is-Suq Intern; jikkundanna l-azzjonijiet unilaterali aktar reċenti tar-Renju Unit, bi ksur tal-Ftehim dwar il-Ħruġ, li jestendi l-perjodi ta' konċessjoni li fihom l-esportazzjonijiet mill-Gran Brittanja lejn l-Irlanda ta' Fuq huma eżentati mill-produzzjoni ta' ċertifikati tas-saħħa tal-esportazzjoni għall-vjeġġi kollha ta' prodotti tal-annimali, li fihom il-pakketti huma eżentati mid-dikjarazzjonijiet doganali, u li fihom hija applikata deroga mir-regoli tal-UE li jipprevjenu l-ħamrija milli tidħol fis-suq intern u deroga mill-obbligu ta' passaporti għall-annimali domestiċi; iqis li dawn l-azzjonijiet jippreżentaw theddida serja għall-integrità tas-Suq Uniku; itenni li d-deċiżjonijiet kollha ta' dan it-tip jeħtieġ li jiġu miftiehma b'mod konġunt permezz tal-korpi konġunti rilevanti; jappella bil-qawwa lill-gvern tar-Renju Unit jaġixxi in bona fide u jimplimenta bis-sħiħ it-termini tal-ftehimiet li ffirma, mingħajr dewmien, u abbażi ta' skeda ta' żmien kredibbli u komprensiva stabbilita b'mod konġunt mal-Kummissjoni Ewropea skont l-obbligu tal-bona fide fil-Ftehim dwar il-Ħruġ; jistieden lill-Kummissjoni f'dan ir-rigward biex issegwi b'determinazzjoni l-proċediment ta' ksur kontra r-Renju Unit imniedi fil-15 ta' Marzu 2021 fis-sens tal-Artikolu 12(4) tal-Protokoll dwar l-Irlanda u l-Irlanda ta' Fuq; ifakkar li n-nuqqas ta' konformità persistenti mal-eżitu tal-proċedimenti għas-soluzzjoni tat-tilwim skont il-Ftehim dwar il-Ħruġ jista' jirriżulta wkoll fis-sospensjoni tal-obbligi, inkluża r-restrizzjoni ta' livelli mingħajr preċedent ta' aċċess għas-suq, fl-ambitu tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni; iqis, f'dan ir-rigward, li r-ratifika tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni ssaħħaħ l-għodod ta' infurzar tagħna għall-Ftehim dwar il-Ħruġ; ifakkar li r-rispett u l-implimentazzjoni sħaħ u xierqa tal-Ftehim dwar il-Ħruġ huma kruċjali għall-protezzjoni tad-drittijiet taċ-ċittadini, il-protezzjoni tal-proċess ta' paċi u l-evitar ta' fruntiera fiżika fil-gżira tal-Irlanda, il-protezzjoni tal-integrità tas-suq intern, u l-iżgurar li r-Renju Unit iħallas is-sehem ġust tiegħu tal-obbligazzjonijiet akkumulati matul is-sħubija tiegħu u lil hinn minnha, u għalhekk dan jibqa' prekundizzjoni essenzjali għall-iżvilupp futur tar-relazzjoni bejn l-UE u r-Renju Unit; jenfasizza l-importanza tal-bona fide u l-ħtieġa ta' fiduċja u kredibilità f'dan ir-rigward; ifakkar li t-tfassil tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta' Fuq, u l-Artikolu 16 tiegħu, jirrifletti ekwilibriju politiku delikat u sensittiv ħafna; jinsisti li l-proposti jew l-azzjonijiet li jistgħu jaffettwaw dan l-ekwilibriju ma għandhomx jiġu adottati mingħajr kunsiderazzjoni adegwata jew mingħajr konsultazzjoni xierqa minn qabel minn xi waħda mill-partijiet; jissottolinja ċ-ċirkostanzi uniċi tal-Irlanda ta' Fuq, u r-rwol mogħti lill-Assemblea tal-Irlanda ta' Fuq fil-Protokoll, inkluż l-approvazzjoni meħtieġa tagħha għall-applikazzjoni kontinwa tal-Protokoll fi żmien erba' snin; jesprimi l-ħtieġa għal djalogu kontinwu u msaħħaħ bejn ir-rappreżentanti politiċi u s-soċjetà ċivili, inkluż mar-rappreżentanti tal-Irlanda ta' Fuq, dwar l-aspetti kollha tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta' Fuq u l-proċess ta' paċi usa' tal-Irlanda ta' Fuq; jinsab imħasseb ħafna dwar it-tensjonijiet reċenti fl-Irlanda ta' Fuq u jfakkar li l-UE hija waħda mill-gwardjani ewlenin tal-Ftehim tal-Ġimgħa l-Kbira u hija determinata li jipproteġih; |
Ir-Rwol tal-Parlament Ewropew
7. |
Jiddispjaċih bil-fatt li l-Ftehimiet ġew konklużi verament fl-aħħar minuta, u bl-inċertezza riżultanti li qed timponi spejjeż għoljin fuq iċ-ċittadini u l-operaturi ekonomiċi u li kellha impatt ukoll fuq il-prerogattivi tal-Parlament ta' skrutinju u ta' sorveljanza demokratika tat-test finali tal-Ftehimiet qabel l-applikazzjoni proviżorja tagħhom; jenfasizza n-natura eċċezzjonali ta' dan il-proċess fid-dawl tad-data ta' skadenza stretta għall-iskadenza tal-perjodu ta' tranżizzjoni u r-rifjut tar-Renju Unit li jestendi, anke f'nofs pandemija; jenfasizza li dan il-proċess bl-ebda mod ma jista' jikkostitwixxi preċedent għal ftehimiet kummerċjali futuri, fejn il-format normali tal-kooperazzjoni u l-aċċess għall-informazzjoni jridu jiġu garantiti, f'konformità mal-Artikolu 218(10) tat-TFUE, inkluż il-kondiviżjoni tat-testi kollha tan-negozjati, id-djalogu regolari, u biżżejjed żmien għall-iskrutinju formali u d-dibattitu tal-ftehimiet tal-Parlament; jissottolinja li l-ftehimiet ma jridux jiġu applikati b'mod proviżorju mingħajr l-approvazzjoni tal-Parlament; jirrikonoxxi, minkejja dan ta' hawn fuq, li l-Parlament seta' jesprimi l-opinjoni tiegħu fuq bażi regolari minħabba l-konsultazzjoni u d-djalogu b'saħħithom u frekwenti mall-Kap Negozjatur tal-UE u t-Taskforce għar-Renju Unit tal-Kummissjoni, u l-adozzjoni ta' żewġ riżoluzzjonijiet tal-Parlament fi Frar u f'Ġunju 2020, li żguraw li l-pożizzjonijiet tagħna kienu riflessi bis-sħiħ fil-mandat inizjali tal-UE u ġew difiżi mill-Kap Negozjatur tal-UE matul in-negozjati; |
8. |
Jappoġġa l-istabbiliment ta' Assemblea ta' Sħubija Parlamentari għall-Membri tal-Parlament Ewropew u tal-Parlament tar-Renju Unit, fil-qafas tal-Ftehim; jemmen li din l-Assemblea ta' Sħubija Parlamentari għandha tingħata l-kompitu li tissorvelja l-implimentazzjoni sħiħa u xierqa tal-Ftehim u li tagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Kunsill ta' Sħubija; jissuġġerixxi li l-kamp ta' applikazzjoni tagħha għandu jinkludi wkoll l-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar il-Ħruġ, mingħajr preġudizzju għall-istrutturi ta' governanza ta' kull ftehim u l-mekkaniżmu għall-iskrutinju tagħhom, kif ukoll id-dritt li jiġu ppreżentati rakkomandazzjonijiet għal oqsma fejn il-kooperazzjoni mtejba tista' tkun ta' benefiċċju għaż-żewġ partijiet u li jittieħdu inizjattivi konġunti biex jiġu promossi relazzjonijiet mill-qrib; |
9. |
Jinsisti li l-Parlament irid ikollu rwol sħiħ fil-monitoraġġ u l-implimentazzjoni tal-Ftehim f'konformità mal-ittra tal-5 ta' Frar 2021 mill-President tal-Parlament Sassoli; mingħajr preġudizzju għall-impenji eżistenti meħuda mill-Kummissarji rispettivi vis-à-vis il-kumitati parlamentari responsabbli, jilqa' d-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-rwol tal-Parlament fl-implimentazzjoni tal-Ftehim, inklużi l-impenji li ġejjin:
|
10. |
Jilqa' l-Ftehim dwar proċeduri ta' sigurtà għall-iskambju u l-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata; jenfasizza li dan il-ftehim, b'mod partikolari l-Artikolu 3 tiegħu huwa mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tal-Parlament fis-sens tal-Artikolu 218(10) tat-TFUE, b'mod partikolari fid-dawl tal-paragrafu 9 hawn fuq; jirrimarka li l-mod li bih intalbet l-approvazzjoni tal-Parlament mill-Kunsill, bi proċedura waħda għal żewġ ftehimiet – il-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-UE u l-Euratom u r-Renju Unit u l-Ftehim bejn l-UE u r-Renju Unit dwar il-proċeduri tas-sigurtà għall-iskambju u l-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata – mhuwiex konformi mal-prattika standard u li bl-ebda mod ma għandu jikkostitwixxi preċedent, peress li l-Parlament għandu jkun jista' jagħti l-approvazzjoni tiegħu għal kull ftehim internazzjonali, qabel id-dħul fis-seħħ tiegħu, separatament u mhux bħala pakkett, inkella l-prerogattivi tiegħu jiġu mminati b'mod gravi; |
11. |
Iħeġġeġ l-involviment qawwi tat-trejdjunjins tal-UE u tar-Renju Unit u ta' sħab soċjali u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili oħra fil-monitoraġġ u l-implimentazzjoni tal-Ftehim, inklużi l-konsultazzjoni u l-parteċipazzjoni potenzjali tagħhom fil-kumitati speċjalizzati fejn jiġu kkunsidrati kwistjonijiet rilevanti, kif ukoll l-istabbiliment ta' forum tax-xogħol speċifiku biex jiltaqa' qabel kull laqgħa tal-Kunsill ta' Sħubija; jissuġġerixxi, fid-dawl tal-importanza u l-konsegwenzi wiesgħa potenzjali tal-Ftehim, li l-Grupp Konsultattiv Domestiku jitkabbar b'aktar rappreżentanti mit-trejdjunjins u sħab soċjali oħra, b'mod partikolari mill-Federazzjonijiet Settorjali Ewropej, u li l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u t-trejdjunjins u sħab soċjali oħra għandhom jingħataw is-setgħa li jressqu lmenti lill-Kummissjoni, filwaqt li jiġi previst ir-rekwiżit li l-Kummissjoni tieħu azzjoni fir-rigward ta' tali lmenti; |
12. |
Jilqa' l-isforzi tal-Kummissjoni biex tinvolvi kemm jista' jkun lill-partijiet interessati fid-dawl taż-żmien limitat disponibbli u jilqa' wkoll l-avviżi dettaljati ta' tħejjija li għenu lin-negozji jippreparaw għall-bidliet inevitabbli mill-1 ta' Jannar 2021, meta r-Renju Unit ħareġ mill-unjoni doganali u s-suq intern; jappella għal aktar sforzi mill-Istati Membri kollha tal-UE u, fejn applikabbli, mir-reġjuni, biex jiġi żgurat li dawn l-ewwel xhur taħt ir-reġim il-ġdid b'rabta mal-istatus il-ġdid tar-Renju Unit ikunu kemm jista' jkun mingħajr xkiel għall-operaturi ekonomiċi u ċ-ċittadini kollha; jistieden lill-Kummissjoni, hekk kif jirrikonoxxi li l-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE għandu konsegwenzi ekonomiċi sinifikanti fuq terminu qasir, tagħmel użu sħiħ u f'waqtu mir-Riżerva ta' Aġġustament għall-Brexit ta' EUR 5 biljun, ladarba tiġi adottata mill-koleġiżlaturi, biex tgħin lis-setturi, lin-negozji u lill-ħaddiema, kif ukoll lill-Istati Membri l-aktar affettwati mill-impatti negattivi u mhux previsti tar-relazzjoni l-ġdida bejn l-UE u r-Renju Unit; |
Il-Kummerċ
13. |
Jenfasizza l-kamp ta' applikazzjoni bla preċedent tal-Ftehim fir-rigward tal-kummerċ ta' merkanzija fejn l-objettiv ta' kwoti żero u ta' tariffi żero ntlaħaq u, b'riżultat ta' dan, se jiffaċilita l-kummerċ mar-Renju Unit, fil-qafas ta' regoli tal-oriġini xierqa, u dan se jissalvagwardja l-interessi tal-produtturi tal-UE, anki permezz ta' akkumulazzjoni bilaterali, l-awtoċertifikazzjoni tal-oriġini mill-esportaturi, kif ukoll il-perjodu ta' eżenzjoni ta' 12-il xahar għal xi wħud mid-dokumentazzjoni; jenfasizza l-importanza ta' kundizzjonijiet ekwivalenti effettivi, b'mod partikolari għal dak li jikkonċerna n-nonrigressjoni u l-evitar ta' diverġenzi futuri, flimkien ma' dan il-kamp ta' applikazzjoni mingħajr preċedent tal-Ftehim; |
14. |
Jissottolinja li, għall-kummerċ fis-servizzi, l-impenji taż-żewġ partijiet iwasslu għal livell ta' liberalizzazzjoni lil hinn mill-impenji tagħhom tad-WTO, inkluż permezz ta' klawżola li tħares 'il quddiem ta' “nazzjon l-aktar favorit”, impenn ta' rieżami bil-ħsieb ta' titjib futur, u b'regoli speċjali previsti għall-mobilità tal-professjonisti għal skopijiet ta' negozju (servizzi tal-“Modalità 4”); madankollu, fl-istess ħin ifakkar li, meta ħareġ mis-suq intern, ir-Renju Unit tilef id-dritt awtomatiku u illimitat tiegħu li jipprovdi servizzi fl-UE kollha; jirrikonoxxi dispożizzjonijiet ċari dwar kwalifiki professjonali li huma differenti minħabba li r-Renju Unit huwa pajjiż terz; jilqa' madankollu l-mekkaniżmu previst fil-Ftehim li permezz tiegħu l-UE u r-Renju Unit jistgħu aktar tard jaqblu dwar arranġamenti addizzjonali fuq bażi ta' każ b'każ u għal professjonijiet speċifiċi; |
15. |
Jilqa' l-kapitolu dwar il-kummerċ diġitali, inkluża l-projbizzjoni espliċita tar-rekwiżiti ta' lokalizzazzjoni tad-data jew l-iżvelar obbligatorju tal-kodiċi tas-sors, li huwa ġdid għall-Ftehimiet ta' Kummerċ Ħieles li l-UE kkonkludiet s'issa, filwaqt li fl-istess ħin inżamm id-dritt ta' regolamentazzjoni u r-rekwiżiti tal-protezzjoni tad-data tal-UE; jirrikonoxxi li dan il-kapitolu diġitali jista' jservi bħala mudell għal ftehimiet kummerċjali futuri; jilqa' wkoll il-kooperazzjoni regolatorja dwar it-teknoloġiji emerġenti, inkluża l-intelliġenza artifiċjali; |
16. |
Ifaħħar il-fatt li, minkejja r-retiċenza inizjali min-naħa tar-Renju Unit, ġie nnegozjat l-aktar kapitolu ambizzjuż u ġenerali dwar l-akkwist pubbliku li qatt ġie nnegozjat, li jmur lil hinn mill-Ftehim dwar l-Akkwist Pubbliku biex jigi garantit trattament ugwali għall-kumpaniji tal-UE, kif ukoll kapitolu dwar il-ħtiġijiet u l-interessi tal-intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju (SMEs); ifakkar li l-istokk eżistenti ta' indikazzjonijiet ġeografiċi (IĠ) ġie protett skont il-Ftehim dwar il-Ħruġ, iżda jiddispjaċih li ma seta' jinstab l-ebda arranġament rigward l-indikazzjonijiet ġeografiċi futuri, u dan imur kontra l-impenji meħuda fid-Dikjarazzjoni Politika; jirrikonoxxi madankollu l-klawżola ta' “rendez-vous” biex tiġi estiża l-protezzjoni fil-futur u jħeġġeġ liż-żewġ partijiet jattivaw din il-klawżola mill-aktar fis possibbli; |
17. |
iħeġġeġ bil-qawwa lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jistabbilixxu u jinvolvu ruħhom b'mod attiv fi pjattaformi ta' koordinazzjoni regolatorja rilevanti li jipprovdu trasparenza sħiħa lill-Parlament biex jippermettu livell għoli ta' konverġenza regolatorja fil-futur, f'konformità mal-Patt Ekoloġiku Ewropew, u biex jevitaw kunflitti bla bżonn, filwaqt li fl-istess ħin jissalvagwardjaw id-dritt ta' regolamentazzjoni ta' kull parti kif issottolinjat fil-Ftehim; |
Kundizzjonijiet ekwivalenti
18. |
Jilqa' t-titolu ġenerali u modern dwar kundizzjonijiet ekwivalenti għal kompetizzjoni miftuħa u ġusta u żvilupp sostenibbli li għandu jitqies bħala mudell għal Ftehimiet ta' Kummerċ Ħieles futuri oħra nnegozjati mill-UE, inklużi:
|
19. |
Jenfasizza li l-monitoraġġ dovut u s-sorveljanza adegwata huma ta' importanza kruċjali biex jinkiseb fehim sod kemm tal-ostakli li fadal kif ukoll ta' dawk ġodda li l-kumpaniji, u speċjalment l-SMEs, jiffaċċjaw fil-prattika; jenfasizza l-importanza li jiġu evitati inċertezza regolatorja, piżijiet amministrattivi u kumplessità proċedurali bla bżonn li jżidu l-kumplessità u l-ispiża; jistieden, f'dan ir-rigward, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jimpenjaw ruħhom mal-komunità tan-negozju, speċjalment l-SMEs sabiex jittaffew l-ostakli kummerċjali emerġenti; |
Il-Governanza
20. |
Jilqa' l-governanza orizzontali u l-qafas istituzzjonali stabbiliti fil-Ftehim, li jiżguraw koerenza, rabta u infurzar komuni bejn il-kapitoli kollha, u b'hekk jevitaw strutturi u burokrazija paralleli u addizzjonali kif ukoll jipprovdu ċertezza tad-dritt u garanziji robusti tal-konformità mill-partijiet; jirrikonoxxi b'mod partikolari l-mekkaniżmu robust għas-soluzzjoni tat-tilwim li jista' jinqala' bejn l-UE u r-Renju Unit dwar l-interpretazzjoni jew l-implimentazzjoni tal-impenji tagħhom; |
21. |
Jilqa' l-klawżola tan-nondiskriminazzjoni fil-kapitolu dwar il-governanza li tiżgura li r-Renju Unit ma jistax, fil-politika nazzjonali tiegħu dwar il-viżi, jiddiskrimina bejn iċ-ċittadini tal-Istati Membri tal-UE għal dak li jirrigwarda l-għoti ta' viżi għal soġġern qasir; jikkundanna t-trattament diskriminatorju fil-konfront ta' ċerti ċittadini tal-UE (mill-Bulgarija, l-Estonja, il-Litwanja, ir-Rumanija u s-Slovenja) li ma jibbenefikawx mill-istess reġim ta' tariffi għall-applikazzjoni tal-viża fir-Renju Unit bħaċ-ċittadini tat-22 Stat Membru l-oħra tal-UE fir-rigward ta' tariffi għal viżi tax-xogħol u ċertifikati ta' sponsorizzazzjoni; |
Sigurtà, affarijiet barranin u żvilupp
22. |
Jiddispjaċih li, għall-kuntrarju tad-Dikjarazzjoni Politika li pprevediet sħubija ambizzjuża, wiesgħa, profonda u flessibbli fil-qasam tal-politika barranija, is-sigurtà u d-difiża, ir-Renju Unit irrifjuta li jinnegozja dwar dawn l-aspetti bħala parti mill-Ftehim; ifakkar madankollu li huwa fl-interess taż-żewġ partijiet li tinżamm kooperazzjoni mill-qrib u dejjiema f'dawn l-oqsma, b'mod partikolari għall-promozzjoni tal-paċi, is-sigurtà, inkluż il-ġlieda kontra t-terroriżmu, il-promozzjoni ta' ordni globali bbażat fuq ir-regoli, multilateraliżmu effettiv, il-Karta tan-NU, il-konsolidazzjoni tad-demokrazija u l-istat tad-dritt, u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali skont l-Artikolu 21 tat-TUE; jipproponi li l-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni futuri bejn l-UE u r-Renju Unit għandhom ikunu rregolati minn pjattaforma sistemika għal konsultazzjonijiet u koordinazzjoni ta' livell għoli dwar kwistjonijiet ta' politika barranija, inklużi l-isfidi ppreżentati minn pajjiżi bħar-Russja u ċ-Ċina, impenn mill-qrib dwar kwistjonijiet ta' sigurtà, inkluż fil-qafas tal-kooperazzjoni bejn l-UE u n-NATO, u kooperazzjoni preferenzjali sistematika fir-rigward b'mod partikolari tal-operazzjonijiet taż-żamma tal-paċi; jappella, b'mod partikolari, għal kooperazzjoni u koordinazzjoni approfonditi mar-Renju Unit fir-rigward tal-politiki ta' sanzjonijiet mal-UE minħabba l-valuri u l-interessi komuni u għall-istabbiliment ta' mekkaniżmu ta' koordinazzjoni f'dan ir-rigward; |
23. |
Jiddeplora f'dan ir-rigward id-deċiżjoni tar-Renju Unit li jnaqqas il-grad tal-istatus diplomatiku tal-Unjoni Ewropea u jistieden lill-awtoritajiet rilevanti tar-Renju Unit jirrimedjaw din l-azzjoni b'mod urġenti u jħeġġeġ lill-Kummissjoni tibqa' soda fid-difiża tal-implimentazzjoni xierqa tat-Trattati; |
24. |
Jinnota l-importanza tar-Renju Unit bħala attur fil-qasam tal-għajnuna umanitarja, minħabba l-kobor tal-għajnuna uffiċjali tiegħu għall-iżvilupp (minkejja tnaqqis tal-baġit minn 0,7 għal 0,5 % tal-ING), l-għarfien espert tiegħu, il-kapaċitajiet ta' implimentazzjoni ta' proġetti u r-relazzjonijiet komprensivi tiegħu mal-Commonwealth u ma' pajjiżi li qed jiżviluppaw; jinkoraġġixxi lir-Renju Unit jgħin biex jiġu minimizzati l-impatti negattivi tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE fuq il-pajjiżi li qed jiżviluppaw, u jżomm l-impenn tiegħu li jibqa' jkollu pożizzjoni fuq quddiem nett f'dawk li huma għajnuna għall-iżvilupp u għajnuna umanitarja; jitlob koordinament u kooperazzjoni mill-qrib bejn id-donaturi tal-UE u tar-Renju Unit, inkluża l-possibilità li jisfruttaw il-kapaċitajiet ta' xulxin biex ikunu massimizzati l-effiċjenza, l-iżvilupp ikun aktar effikaċi u jsir progress lejn l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti; |
Kwistjonijiet settorjali speċifiċi u kooperazzjoni tematika
25. |
Iqis li s-suq intern huwa waħda mill-kisbiet ewlenin tal-Unjoni Ewropea, kien estremament vantaġġjuż għall-ekonomiji taż-żewġ partijiet u ħoloq bażi biex titjieb il-kwalità ta' ħajjet iċ-ċittadini; jisħaq li din l-era l-ġdida ta' sħubija ekonomika għandha tkun orjentata lejn il-ħolqien ta' opportunitajiet reċiprokament vantaġġjużi u bl-ebda mod ma għandha tirriżulta f'ipperikolar tal-integrità u tal-funzjonament tas-suq intern u tal-unjoni doganali; jirrikonoxxi li l-estensjoni tal-aġevolazzjonijiet mogħtija lill-operaturi ekonomiċi awtorizzati tirrappreżenta soluzzjoni adegwata biex jiġu evitati distorsjonijiet fil-kummerċ; |
26. |
Jissottolinja li, bħala parti mill-proċess ta' implimentazzjoni, ikun tajjeb li l-UE tagħti attenzjoni partikolari lill-konformità tal-kontrolli doganali li jsiru qabel ma l-merkanzija tidħol fis-suq intern (li tkun ġejja mir-Renju Unit jew minn pajjiżi terzi oħra fi tranżitu mir-Renju Unit), kif previst fil-ftehim, u jinsisti fuq il-fatt li huwa tal-akbar importanza li tiġi garantita l-konformità tal-merkanzija mar-regoli tas-suq intern; jisħaq fuq il-bżonn ta' investimenti akbar fil-faċilitajiet tal-kontroll doganali u ta' koordinament ulterjuri u skambju ta' informazzjoni bejn il-partijiet, biex ikun evitat kemm jista' jkun tfixkil tal-kummerċ u tiġi salvagwardjata l-integrità tal-unjoni doganali, fl-interess tal-konsumaturi u tal-impriżi; iqis li hija assolutament neċessarja kooperazzjoni armonjuża bejn l-awtoritajiet doganali u dawk inkarigati mis-sorveljanza tas-suq u jqajjem tħassib, b'mod partikolari, dwar il-kapaċità operattiva neċessarja tal-preżenza tal-UE fl-Irlanda ta' Fuq; |
27. |
Josserva li d-drawwiet tal-konsumaturi u l-fiduċja tagħhom fix-xiri transfruntier diġà ntlaqtu ħażin mill-inċertezza dwar ir-regoli applikabbli u jistieden lill-Gvern tar-Renju Unit, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jimplimentaw malajr il-miżuri previsti fil-Ftehim għall-ħarsien tal-konsumatur kif ukoll isaħħu l-kooperazzjoni fuq diversi politiki settorjali relatati mal-metodi ta' produzzjoni sostenibbli u mas-sikurezza tal-prodotti; jitlob trasparenza tul il-katina ta' provvista tal-prodotti/tas-servizzi, għall-ġid tal-konsumaturi, u jiddikjara li l-prezzijiet li jirriflettu l-kostijiet totali tax-xirja, inklużi t-taxxi u d-dazji kollha applikabbli, u ċ-ċarezza dwar id-drittijiet tal-konsumaturi applikabbli huma fundamentali biex tiġi evitata l-frizzjoni u titrawwem il-fiduċja tal-konsumaturi meta jixtru lill hinn mill-konfini; |
28. |
Jiddeplora l-impatt negattiv fuq ċerti komunitajiet tas-sajd, filwaqt li jirrikonoxxi li d-dispożizzjonijiet dwar is-sajd li jistabbilixxu tnaqqis ta' 25 % introdotti gradwalment fuq 5 snin jirrappreżentaw riżultat inqas dannuż mill-għeluq totali tal-ilmijiet tar-Renju Unit; f'dan ir-rigward, jistieden lill-Kummissjoni tieħu l-azzjonijiet kollha meħtieġa biex tiżgura li l-limitu ta' tnaqqis ta' 25 % qatt ma jinqabeż u li l-aċċess reċiproku jibqa' fis-seħħ; f'dak ir-rigward, jinsab imħasseb li l-Kunsill ta' Sħubija jista' jemenda l-Annessi 35, 36 u 37; jitlob li l-Parlament jiġi kkonsultat kif xieraq qabel ma ssir xi bidla bħal din; |
29. |
Jesprimi t-tħassib serju tiegħu fir-rigward tas-sitwazzjoni fi tmiem dan il-perjodu, u jfakkar lir-Renju Unit li l-aċċess kontinwu tiegħu għas-swieq tal-UE huwa marbut direttament mal-aċċess tas-sajd tal-UE għall-ilmijiet tar-Renju Unit wara t-tmiem ta' dan il-perjodu; ifakkar li, jekk ir-Renju Unit jikkunsidra li jillimita l-aċċess wara l-perjodu inizjali ta' 5 snin u nofs, l-UE se tkun tista' tieħu azzjoni biex tipproteġi l-interessi tagħha, inkluż billi tistabbilixxi mill-ġdid tariffi jew kwoti għall-importazzjonijiet tal-ħut tar-Renju Unit jew tissospendi partijiet oħra tal-Ftehim, jekk ikun hemm riskju ta' diffikultajiet ekonomiċi jew soċjali serji għall-komunitajiet tas-sajd tal-UE; jiddispjaċih ħafna li d-drittijiet tal-UE għas-sajd qed jiġu ddubitati b'mezzi ta' diversifikazzjoni permezz tal-impossibbiltà li jiġi adottat ftehim f'waqtu dwar it-TACs u l-kwoti u permezz ta' miżuri tekniċi inaċċettabbli, kif ukoll permezz ta' interpretazzjonijiet restrittivi kontroversjali rigward il-kundizzjonijiet biex jinkisbu liċenzji; |
30. |
Jenfasizza t-tħassib serju tiegħu dwar il-konsegwenzi potenzjali ta' devjazzjoni tar-Renju Unit mir-regolamenti tal-Unjoni dwar miżuri tekniċi u leġiżlazzjoni ambjentali oħra relatata tal-Unjoni li jistgħu jwasslu għal limitazzjoni de facto tal-aċċess għall-ilmijiet tar-Renju Unit għal xi bastimenti tas-sajd Ewropej; ifakkar li l-Ftehim jobbliga lil kull parti biex tiġġustifika b'mod preċiż in-natura nondiskriminatorja ta' kwalunkwe żvilupp f'dan il-qasam, u l-ħtieġa, fid-dawl ta' data li tista' tiġi vverifikata xjentifikament, li tiġi żgurata s-sostenbilità ambjentali fit-tul; jistieden lill-Kummissjoni tkun partikolarment viġilanti li jkun hemm konformità ma' dawn il-kundizzjonijiet u tirreaġixxi bil-qawwa f'każ li r-Renju Unit jaġixxi b'mod diskriminatorju; |
31. |
Jesprimi tħassib fir-rigward tal-konsegwenzi ta' regoli differenti applikabbli għal territorji bi status speċjali relatat mar-Renju Unit, b'mod partikolari d-Dipendenzi tal-Kuruna u t-Territorji extra-Ewropej; jistieden lill-Kummissjoni tagħti attenzjoni speċjali lil dawn it-territorji u l-ispeċifiċitajiet tagħhom; |
32. |
Jinsab imħasseb dwar kif it-tnaqqis unilaterali possibbli fil-futur tal-istandards soċjali u tax-xogħol mir-Renju Unit se jiġi indirizzat u kkontestat skont il-Ftehim; itenni għal darb' oħra li kwalunkwe tnaqqis unilaterali tal-istandards soċjali u tax-xogħol għad-detriment tal-ħaddiema u l-kumpaniji Ewropej irid jiġi indirizzat u rimedjat malajr sabiex jinżammu kondizzjonijiet ekwivalenti; jiddeplora wkoll li għalkemm ir-Renju Unit kien obbligat skont l-Artikolu 127 tal-Ftehim dwar il-Ħruġ li jittrasponi d-direttivi dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata għall-ġenituri u għall-persuni li jindukraw u d-Direttiva dwar Kundizzjonijiet tax-Xogħol Trasparenti u Prevedibbli (13) matul il-perjodu ta' tranżizzjoni, għadu ma ħax il-passi meħtieġa biex jagħmel dan u għalhekk ċaħħad lill-ħaddiema fir-Renju Unit minn ċerti drittijiet stabbiliti reċentement; |
33. |
Jilqa' l-fatt li l-mekkaniżmu l-ġdid ta' kooperazzjoni fir-rigward tal-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali huwa qrib ir-regoli eżistenti skont ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 (14) dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi ta' sigurtà soċjali u r-Regolament (KE) Nru 987/2009 (15) li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004; jilqa', b'mod partikolari, il-fatt li d-dispożizzjonijiet tal-UE dwar in-nondiskriminazzjoni, it-trattament ugwali u l-aggregazzjoni tal-perjodi huma salvagwardjati fil-Ftehim; jiddispjaċih, madankollu, dwar ir-restrizzjonijiet fuq il-kamp ta' applikazzjoni materjali u, b'mod partikolari, dwar il-fatt li l-benefiċċji tal-familja, il-benefiċċji fi flus tal-kura fit-tul u l-benefiċċji mhux kontributorji fi flus u l-esportabilità tal-benefiċċji tal-qgħad mhumiex inklużi; jistieden lill-partijiet jipprovdu minnufih liċ-ċittadini affettwati minn restrizzjonijiet fuq il-moviment liberu b'informazzjoni konkreta u affidabbli rigward id-drittijiet tagħhom ta' residenza, ta' xogħol u ta' koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali; |
34. |
Jieħu nota tad-dispożizzjoni interim għat-trażmissjoni ta' data personali lir-Renju Unit; itenni r-riżoluzzjonijiet tiegħu tat-12 ta' Frar 2020 u tat-18 ta' Ġunju 2020 dwar l-importanza tal-protezzjoni tad-data kemm bħala dritt fundamentali, kif ukoll bħala faċilitatur ewlieni għall-ekonomija diġitali; ifakkar li, fir-rigward tal-adegwatezza tal-qafas tal-protezzjoni tad-data tar-Renju Unit, skont il-ġurisprudenza tal-QtĠ-UE, il-livell ta' protezzjoni tar-Renju Unit irid ikun “essenzjalment ekwivalenti” għal dak offrut mill-qafas ġuridiku tal-UE, inklużi trasferimenti ulterjuri lejn pajjiżi terzi, kemm fir-rigward tat-trasferimenti kummerċjali kif ukoll tat-trasferimenti għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi; jirrikonoxxi t-tnedija tal-proċedura għall-adozzjoni taż-żewġ deċiżjonijiet ta' adegwatezza għat-trasferimenti ta' data personali lejn ir-Renju Unit, skont ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (16) (GDPR) u d-Direttiva dwar l-Infurzar tal-Liġi (17) fit-19 ta' Frar 2021; jistieden lill-Kummissjoni ma tadottax deċiżjoni ta' adegwatezza pożittiva jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti skont id-dritt u l-każistika tal-UE ma jiġux rispettati bis-sħiħ; jenfasizza li deċiżjoni dwar l-adegwatezza tista' ma tkunx is-suġġett ta' negozjati bejn ir-Renju Unit u l-UE peress li tirreferi għall-protezzjoni ta' dritt fundamentali rikonoxxut mill-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, mill-Karta u mit-Trattati tal-UE; |
35. |
Jenfasizza li l-Ftehim jistabbilixxi kooperazzjoni mar-Renju Unit fl-infurzar tal-liġi u l-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali, li bla preċedent hija ta' natura mill-qrib ma' pajjiż terz; jirrimarka li, bħala salvagwardja addizzjonali, il-Parti III, it-Titolu III tal-Ftehim jipprevedi reġim speċifiku għas-soluzzjoni tat-tilwim fid-dawl tal-qasam sensittiv irregolat minnu; jilqa' d-dispożizzjonijiet dwar is-sospensjoni u t-terminazzjoni tal-Parti III, b'mod partikolari l-kundizzjonalità tal-KEDB; |
36. |
Jiddeplora l-fatt li t-talbiet tal-Parlament rigward approċċ komuni tal-UE dwar l-asil, il-migrazzjoni u l-ġestjoni tal-fruntieri, ma ġewx segwiti u li dawn il-kwistjonijiet importanti, li għandhom impatt ukoll fuq id-drittijiet ta' dawk l-aktar vulnerabbli, bħall-minorenni mhux akkumpanjati, issa għandhom jiġu indirizzati permezz ta' kooperazzjoni bilaterali; jitlob li ftehim rilevanti li jissostitwixxi r-Regolament ta' Dublin (18) jiġi miftiehem malajr bejn l-UE u r-Renju Unit; |
37. |
Jiddispjaċih għan-nuqqas ta' ambizzjoni tal-Ftehim dwar il-politiki ta' mobilità u jappella għall-iżvilupp ta' mogħdijiet ta' migrazzjoni legali sikuri bejn l-UE u r-Renju Unit; jilqa' d-dispożizzjonijiet dwar il-viżi għal żjarat qosra u l-klawsola tan-nondiskriminazzjoni fost l-Istati Membri; jistieden lir-Renju Unit ma jiddiskriminax fost iċ-ċittadini tal-UE abbażi tan-nazzjonalità tagħhom, kemm f'termini ta' reġistrazzjoni fl-iskema ta' soluzzjoni tal-UE, kif ukoll fi kwistjonijiet ta' mobilità u viża; jistieden lill-Kummissjoni tinforza l-prinċipju tar-reċiproċità b'mod strett; jikkundanna d-deċiżjoni diskriminatorja tar-Renju Unit li japplika tariffi differenti għall-viżi għax-xogħol għaċ-ċittadini ta' ċerti Stati Membri tal-UE fir-rigward, pereżempju, tal-viżi għax-xogħol staġjonali u l-viżi għall-ħaddiema fil-qasam tas-saħħa u l-indokrar; jenfasizza l-importanza li jiġi ggarantit aċċess ugwali għas-suq tax-xogħol tar-Renju Unit għaċ-ċittadini tal-UE u l-ħtieġa li tiġi applikata l-istess tariffa għaċ-ċittadini kollha tal-UE, u għalhekk iħeġġeġ lir-Renju Unit ireġġa' lura d-deċiżjoni tiegħu immedjatament; |
38. |
Jistieden lill-Kummissjoni żżomm lill-Parlament infurmat bis-sħiħ dwar il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-Ftehim mill-Bank Ċentrali Ewropew, l-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej, il-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku u l-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni, kif ukoll dwar l-iżviluppi tas-suq fis-servizzi finanzjarji sabiex jiġu identifikati t-tfixkil potenzjali tas-suq u t-theddid għall-istabilità finanzjarja, l-integrità tas-suq u l-protezzjoni tal-investituri fil-ħin; |
39. |
Jistieden lill-Kummissjoni tuża l-għodod disponibbli, tikkunsidra għodod ġodda fir-reviżjoni li jmiss tal-qafas kontra l-ħasil tal-flus u tiżgura kooperazzjoni sinċiera fir-rigward tat-trasparenza tas-sjieda benefiċjarja, tiggarantixxi kundizzjonijiet ekwi u tipproteġi s-suq uniku mir-riskji tal-ħasil tal-flus u tal-finanzjament tat-terroriżmu li jirriżultaw mir-Renju Unit; |
40. |
Jinnota b'apprezzament li l-Ftehim jinkludi impenji dwar it-trasparenza tat-tassazzjoni u l-kompetizzjoni fiskali ġusta, kif ukoll Dikjarazzjoni Politika konġunta dwar il-ġlieda kontra reġimi tat-taxxa dannużi; |
41. |
Jilqa' t-tħabbir ta' ftehim bejn ir-Renju Unit u l-UE dwar Memorandum ta' Qbil tas-servizzi finanzjarji, iżda jiddispjaċih li d-deċiżjonijiet dwar l-ekwivalenza tar-Renju Unit s'issa ngħataw biss lil Stati taż-ŻEE individwali, inklużi l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, aktar milli lill-Unjoni kollha kemm hi; ifakkar li d-deċiżjonijiet dwar l-ekwivalenza jkopru diversi oqsma tal-liġi soġġetti għall-armonizzazzjoni fil-livell tal-UE u li, f'xi każijiet, is-superviżjoni titwettaq direttament mill-awtoritajiet tal-UE; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni tikkunsidra jekk id-deċiżjonijiet dwar l-ekwivalenza tar-Renju Unit ġewx indirizzati lill-UE kollha kemm hi, qabel ma tagħmel id-determinazzjonijiet tal-ekwivalenza tagħha stess; |
42. |
Iqis li hemm bżonn li jiġi ċċarat aktar il-kamp ta' applikazzjoni tal-obbligu ta' nonrigressjoni fir-rigward ta' kwistjonijiet tat-taxxa; jibża' dwar l-impatt ta' leġiżlazzjoni differenti dwar kwistjonijiet ta' taxxa; jinsab partikolarment imħasseb dwar it-tħabbira bikrija mir-Renju Unit li jimpenja ruħu biss għall-iżvelar obbligatorju ta' arranġamenti rapportabbli bbażati fuq standards internazzjonali aktar dgħajfa u jiddispjaċih ukoll dwar dikjarazzjonijiet pubbliċi dwar il-ftuħ ta' portijiet ħielsa fir-Renju Unit; |
43. |
Iwissi li terminoloġija mhux ċara u regoli legali u mekkaniżmi ta' sorveljanza mhux vinkolanti jew imprevedibbli dwar it-tassazzjoni fi ħdan il-Ftehim iżidu r-riskju ta' dumping fiskali; jinnota, barra minn hekk, li l-infurzar tal-Ftehim jirriskja li jiġġenera tilwim mhux solvut minħabba nuqqas ta' klawżoli b'effett dirett, inkluż dwar prattiki tat-taxxa dannużi; jinnota bi tħassib li l-kundizzjonijiet dwar l-għajnuna mill-Istat tat-taxxa huma aktar stretti fil-ftehimiet kummerċjali tal-UE mal-Iżvizzera u mal-Kanada; |
44. |
Jinnota li l-Ftehim ma japplikax għad-Dipendenzi tal-Kuruna tar-Renju Unit u t-Territorji Extra-Ewropej tar-Renju Unit; iqis li għandu jsir skrutinju bir-reqqa sabiex jiġi żgurat li l-Ftehim ma jkunx fih lakuni li jippermettu li dawn it-territorji jintużaw bħala kontropartijiet għall-iżvilupp ta' skemi tat-taxxa dannużi ġodda li jkollhom impatt fuq il-funzjonament tas-suq intern; |
45. |
Jilqa' l-fatt li l-Ftehim ta' Pariġi se jkun jikkonstitwixxi element essenzjali tal-Ftehim futur; jiddispjaċih, madankollu, li l-livell ta' protezzjoni tal-bażi klimatika fir-rigward tal-gassijiet b'effett ta' serra, ma qiesx il-miri riveduti tal-2030 fl-ekonomija kollha li waslu biex jiġu adottati; jissottolinja, barra minn hekk, li l-UE qed tippjana li tkompli ssaħħaħ u tespandi l-kamp ta' applikazzjoni tal-iskema tal-UE għall-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet; iqis li, jekk jitfaċċaw differenzi sinifikanti bejn l-iskema tal-UE għall-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet u l-iskema tar-Renju Unit għall-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet, dan jista' jwassal għal distorsjoni tal-kondizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni, u għalhekk jista' jiġi kkunsidrat fl-applikazzjoni tal-Mekkaniżmu ta' Aġġustament tal-Karbonju fil-Fruntiera tal-UE – ladarba jkun fis-seħħ; |
46. |
Jilqa' d-dispożizzjonijiet dwar il-kooperazzjoni dwar is-sigurtà tas-saħħa, li jippermettu lill-partijiet u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jiskambjaw informazzjoni rilevanti, iżda jiddispjaċih li din il-kooperazzjoni ġiet limitata għall-valutazzjoni tar-riskji “sinifikanti” għas-saħħa pubblika, u għall-koordinazzjoni tal-miżuri li jistgħu jkunu meħtieġa għall-protezzjoni tas-saħħa pubblika; |
47. |
Jilqa' l-fatt li mhu se jkun hemm l-ebda tibdil fl-istandards tas-sikurezza tal-ikel tal-UE, u li l-Ftehim għandu l-għan li jissalvagwardja l-istandards għoljin sanitarji u fitosanitarji (SPS) tal-UE; itenni li l-flussi kummerċjali ta' oġġetti marbuta b'miżuri SPS se jkunu għoljin ħafna bejn l-UE u r-Renju Unit u li l-UE għandu jkollha proċess ta' koordinazzjoni xieraq biex jiġu evitati kontrolli inkonsistenti fuq oġġetti tar-Renju Unit fil-portijiet tal-UE; |
48. |
Jilqa' l-kapitolu komprensiv dwar it-trasport bl-ajru inkluż fil-Ftehim, li għandu jiżgura li l-interessi strateġiċi tal-UE jkunu protetti, u li fih dispożizzjonijiet xierqa dwar l-aċċess għas-suq, id-drittijiet tat-traffiku, il-kondiviżjoni tal-kodiċijiet u d-drittijiet tal-passiġġieri; jilqa' d-dispożizzjonijiet speċifiċi dwar kundizzjonijiet ekwi fi ħdan il-kapitolu dwar l-avjazzjoni, li se jiżguraw li t-trasportaturi tal-ajru tal-UE u tar-Renju Unit jikkompetu fuq l-istess livell; jinnota s-soluzzjoni li nstabet għar-regoli dwar is-sjieda u l-kontroll, li jirregolaw l-aċċess għas-suq intern filwaqt li jħallu miftuħa l-possibilità li fil-futur titkompla l-liberalizzazzjoni; jilqa' l-kapitolu speċifiku dwar is-sikurezza tal-avjazzjoni, li jipprovdi għal kooperazzjoni mill-qrib fis-sikurezza tal-avjazzjoni u fil-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru; iqis li tali kooperazzjoni m'għandhiex tillimita lill-UE fid-determinazzjoni tal-livell ta' protezzjoni li hija tqis bħala xieraq għas-sikurezza; jissottolinja l-importanza tal-kollaborazzjoni mill-qrib futura bejn l-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili tar-Renju Unit u l-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea; |
49. |
Jilqa' l-fatt li l-Ftehim se jiżgura konnettività mingħajr kwoti bejn l-UE u r-Renju Unit għat-trasportaturi tat-trasport bit-triq u li se jiggarantixxi drittijiet sħaħ ta' tranżitu fit-territorji ta' xulxin, l-hekk imsejjaħ “pont tal-art”; jilqa' l-kundizzjonijiet ekwi b'saħħithom miksuba fin-negozjati għat-trasport bit-triq u d-dispożizzjonijiet speċifiċi tagħhom, li se jorbtu lir-Renju Unit mal-istandards għoljin tal-UE applikabbli għas-settur tat-trasport tal-merkanzija bit-triq; jenfasizza, f'dan ir-rigward, li l-Ftehim jinkludi inter alia standards dwar l-aċċess għall-professjoni, l-istazzjonar ta' sewwieqa, il-ħinijiet tas-sewqan u tal-mistrieħ, it-takografi u l-piżijiet u d-dimensjonijiet tal-vetturi; jinnota li tali standards mhux biss se jiżguraw kompetizzjoni ġusta, iżda se jiggarantixxu wkoll kundizzjonijiet tax-xogħol tajbin għax-xufiera u livell għoli ta' sikurezza fit-toroq; jilqa' d-dispożizzjonijiet speċifiċi relatati mal-Irlanda ta' Fuq, adottati b'rikonoxximent tas-sitwazzjoni unika tal-Irlanda, li se jimminimizzaw it-tfixkil fl-ekonomija fil-gżira kollha; jistieden lill-Istati Membri jintensifikaw l-isforzi biex jipprovdu lill-partijiet interessati tat-trasport b'informazzjoni preċiża u utli, jiżguraw il-funzjonament u r-robustezza tas-sistemi tal-IT rilevanti u jagħmlu d-dokumenti kollha meħtieġa għat-tranżitu aċċessibbli online; jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa li jiġi kkunsidrat appoġġ finanzjarju għal ċerti portijiet sabiex jitneħħew malajr l-ostakoli għall-infrastruttura fiżika li jinħolqu minħabba żieda fil-ħin ta' stennija għat-trasportaturi tal-merkanzija li jaqsmu l-fruntiera; jappella għal kooperazzjoni mill-qrib bejn l-UE u r-Renju Unit biex jiġu evitati dewmien u tfixkil bla bżonn fis-sistema tat-trasport, filwaqt li l-konnettività tinżamm kemm jista' jkun; |
50. |
Jilqa' l-kontinwazzjoni tal-kollaborazzjoni Ewropea mar-Renju Unit fl-oqsma tax-xjenza, ir-riċerka, l-innovazzjoni u l-ispazju; jenfasizza l-importanza li tiġi appoġġjata l-mobilità tar-riċerkaturi biex jiġi żgurat li l-għarfien xjentifiku u t-teknoloġija jiċċirkolaw liberament; jistieden lill-operaturi tat-telefonija mobbli jkomplu japplikaw il-prinċipju ta' “roam like at home” kemm fl-UE kif ukoll fir-Renju Unit; jinnota li l-kapitolu dwar l-enerġija jiskadi fit-30 ta' Ġunju 2026; jissottolinja l-bżonn li l-kooperazzjoni dwar il-kwistjonijiet kollha relatati mal-enerġija tkompli lil hinn minn dik id-data, kemm minħabba l-interkonnessjoni taż-żewġ swieq tal-enerġija u kemm minħabba l-fatt li l-Irlanda ta' Fuq se tibqa' fis-suq intern tal-enerġija tal-UE; jinnota l-Ftehim bejn l-UE u r-Renju Unit għall-kooperazzjoni dwar l-użi sikuri u paċifiċi tal-enerġija nukleari; jiddispjaċih li dan mhuwiex parti mill-proċedura ta' approvazzjoni peress li t-Trattat Euratom ma jipprevedix rwol għall-Parlament; jitlob għal Memorandum ta' Qbil, ibbażat fuq il-qafas tal-Kooperazzjoni tal-Enerġija fl-Ibħra tat-Tramuntana (NSEC), li jinkludi proġetti konġunti, ippjanar spazjali marittimu u l-integrazzjoni tal-enerġija lil hinn mill-kosta fis-swieq tal-enerġija; |
51. |
Jilqa' r-regoli li jirregolaw il-parteċipazzjoni tar-Renju Unit fil-programmi tal-Unjoni stabbiliti fit-taqsima rilevanti tal-Ftehim; iqis li dawk ir-regoli jissodisfaw ampjament l-aspettattivi tal-Parlament, kif stabbilit fir-rakkomandazzjoni tiegħu tat-18 ta' Ġunju 2020 dwar in-negozjati għal sħubija ġdida mar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq; iqis b'mod partikolari li dawk ir-regoli jipproteġu l-interess finanzjarju tal-Unjoni; f'dan ir-rigward, jilqa' l-applikazzjoni tal-mekkaniżmu ta' korrezzjoni awtomatika għall-programm Orizzont Ewropa; |
52. |
Jilqa' l-assoċjazzjoni tar-Renju Unit mal-Orizzont Ewropa; u jilqa' l-fatt li r-Renju Unit beħsiebu jieħu sehem fil-programm ta' riċerka u taħriġ tal-Euratom, il-komponent Copernicus tal-programm Spazjali, u l-ITER, u se jkollu aċċess għal servizzi ta' sorveljanza u insegwiment fl-ispazju taħt il-programm Spazjali; jilqa' l-fatt li l-programm PEACE+ se jkun is-suġġett ta' ftehim ta' finanzjament separat; |
53. |
Jesprimi dispjaċir kbir dwar id-deċiżjoni tar-Renju Unit li ma jipparteċipax fil-programm Erasmus+ għall-perjodu tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) 2021-2027; jissottolinja l-fatt li d-deċiżjoni se jkollha eżitu żvantaġġjuż għal kulħadd, billi ċċaħħad lin-nies u lill-organizzazzjonijiet fl-UE u fir-Renju Unit minn opportunitajiet li jbiddlulhom ħajjithom bis-saħħa ta' proġetti ta' skambju u kooperazzjoni; jinsab partikolarment sorpriż bil-fatt li r-Renju Unit semma l-kostijiet eċċessivi ta' parteċipazzjoni bħal raġuni għad-deċiżjoni tiegħu; iħeġġeġ lir-Renju Unit juża l-“perjodu ta' riflessjoni” previst mid-Dikjarazzjoni Konġunta dwar il-Parteċipazzjoni fil-Programmi tal-UE biex jerġa' jikkunsidra l-pożizzjoni tiegħu; jilqa' l-offerta ġeneruża tal-Irlanda li tistabbilixxi mekkaniżmu u finanzjament biex l-istudenti mill-Irlanda ta' Fuq ikunu jistgħu jkomplu jieħdu sehem; |
54. |
Ifakkar li kemm l-edukazzjoni kif ukoll ir-riċerka huma partijiet integrali tal-kooperazzjoni akkademika u li s-sinerġiji bejn Orizzont Ewropa u Erasmus+ jirrappreżentaw dimensjoni ċentrali tal-ġenerazzjoni l-ġdida ta' programmi; jissottolinja li se jimmonitorja b'attenzjoni s-sitwazzjoni biex jiżgura li l-approċċ differenzjat fil-konfront tal-parteċipazzjoni tar-Renju Unit fiż-żewġ programmi ta' kooperazzjoni akkademika tal-UE ma jikkompromettix l-effikaċja tal-programmi stess jew ir-riżultati tal-kooperazzjoni preċedenti; |
55. |
Jissottolinja l-importanza li tiġi żgurata l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni fid-dimensjonijiet kollha u li r-Renju Unit jirrispetta bis-sħiħ l-obbligi finanzjarji tiegħu li jirriżultaw mill-Ftehim; jenfasizza l-ħtieġa għal kooperazzjoni b'saħħitha dwar il-VAT u d-dazji doganali sabiex jiġu żgurati l-ġbir xieraq u l-irkupru ta' krediti; jenfasizza li l-proċeduri doganali huma kumplessi ħafna u li hemm ħtieġa permanenti li jiġi żgurat skambju rapidu ta' informazzjoni u kooperazzjoni b'saħħitha bejn l-UE u r-Renju Unit sabiex jiġu żgurati kontrolli u żdoganar effiċjenti, u l-infurzar tal-leġiżlazzjoni rilevanti; jenfasizza wkoll il-ħtieġa li tiġi evitata l-frodi doganali u tal-VAT inkluż it-traffikar jew il-kuntrabandu permezz ta' kontrolli adegwati li jqisu l-probabilità li merkanzija speċifika tkun suġġetta għal kutrabandu jew dikjarazzjonijiet foloz fir-rigward tal-oriġini jew il-kontenut imressaq; |
56. |
Jissottolinja l-ħtieġa li jiġi żgurat li l-implimentazzjoni tal-Ftehim u, f'konformità mad-dispożizzjonijiet ta' kooperazzjoni mill-qrib bejn il-partijiet, id-dritt ta' aċċess għas-servizzi tal-Kummissjoni, il-Qorti Ewropea tal-Awdituri, l-OLAF u l-UPPE kif ukoll id-dritt ta' skrutinju tal-Parlament jiġu rispettati bis-sħiħ; jenfasizza, barra minn hekk, l-importanza tal-kompetenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fir-rigward tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni; |
57. |
Jenfasizza l-importanza tal-proprjetà intellettwali (PI) u l-ħtieġa li tiġi żgurata l-kontinwità regolatorja, bl-eċċezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi futuri; jilqa' f'dan ir-rigward il-protezzjoni msaħħa tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali stabbiliti fil-Ftehim, li tkopri t-tipi kollha ta' drittijiet tal-proprjetà intellettwali, u d-dispożizzjonijiet dwar l-infurzar u l-kooperazzjoni, li jkopru firxa wiesgħa ta' miżuri; |
58. |
Jiddispjaċih ħafna li t-tipi ta' kumpaniji eżistenti tal-partijiet, bħas-Societas Europaea (SE) jew kumpaniji b'responsabilità limitata, mhumiex koperti mill-Ftehim u mhux se jibqgħu jiġu aċċettati mill-parti opposta rispettiva; madankollu, jinsab kuntent li l-partijiet, filwaqt li jipproteġu l-operaturi ekonomiċi, qiesu l-ħtieġa li tiġi żgurata klima ta' żvilupp sostenibbli u kompetittiva billi impenjaw ruħhom għal nonregressjoni f'termini ta' standards soċjali u tax-xogħol u billi qablu dwar dispożizzjonijiet dwar prattiki pprojbiti, l-infurzar u l-kooperazzjoni fir-rigward tal-politika tal-kompetizzjoni; |
59. |
Jiddispjaċih li l-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji ċivili ma kinitx parti min-negozjati għas-sħubija futura bejn l-UE u r-Renju Unitu jenfasizza l-ħtieġa li jintlaħaq fehim konġunt f'dan il-qasam mill-aktar fis possibbli; ifakkar, f'dan ir-rigward, li l-UE għandha tikkunsidra bir-reqqa d-deċiżjoni tagħha dwar il-possibilità li r-Renju Unit jibqa' parti għall-Konvenzjoni ta' Lugano tal-2007, speċjalment fid-dawl tal-Protokoll II tagħha dwar l-interpretazzjoni uniformi tagħha u l-possibilità li jinżamm bilanċ ġenerali tar-relazzjonijiet tiegħu ma' pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali u li l-kollaborazzjoni u d-djalogu effettivi bejn il-Kummissjoni u l-Parlament, b'mod partikolari mal-Kumitat għall-Affarijiet Legali, inkarigat mill-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tad-dritt internazzjonali, sa fejn tkun affettwata l-UE, ikunu ta' importanza kbira; |
60. |
Jiddispjaċih ħafna li ma ġietx stabbilita soluzzjoni dettaljata u sinifikanti fir-rigward ta' kwistjonijiet matrimonjali, dawk relatati mar-responsabilità tal-ġenituri u kwistjonijiet oħra tal-familja mill-Ftehim; jilqa' f'dan ir-rigward il-possibilitajiet għal kooperazzjoni msaħħa, tal-anqas fi kwistjonijiet ewlenin tal-liġi tal-familja u kwistjonijiet ta' kooperazzjoni prattika fl-oqsma tar-responsabilità tal-ġenituri, il-ħtif tat-tfal u l-obbligi ta' manteniment, li jistgħu jiġu offruti permezz tal-parteċipazzjoni tar-Renju Unit bħala osservatur fil-laqgħat tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew dwar kwistjonijiet ċivili u kummerċjali; |
61. |
jiddispjaċih li l-Ftehim ma jagħti l-ebda rwol lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, minkejja l-impenn tal-partijiet fid-Dikjarazzjoni Politika li jiżguraw li l-bord ta' arbitraġġ jirreferi lill-QĠUE għal sentenza vinkolanti f'każ li tilwima bejniethom qajmet kwistjoni ta' interpretazzjoni ta' kunċetti tad-dritt tal-UE; |
62. |
Jinnota li l-Ftehim ma japplikax għal Ġibiltà u lanqas ma għandu xi effett fuq it-territorju tiegħu; jieħu nota tal-ftehim preliminari bejn Spanja u r-Renju Unit dwar qafas propost għal ftehim bejn l-UE u r-Renju Unit dwar ir-relazzjoni futura ta' Ġibiltà mal-UE, li se jippermetti l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-acquis ta' Schengen f'Ġibiltà; |
o
o o
63. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u lill-Gvern u lill-Parlament tar-Renju Unit. |
(1) ĠU L 444, 31.12.2020, p. 2.
(2) ĠU C 298, 23.8.2018, p. 24.
(3) ĠU C 346, 27.9.2018, p. 2.
(4) ĠU C 369, 11.10.2018, p. 32.
(5) ĠU C 162, 10.5.2019, p. 40.
(6) Testi adottati, P9_TA(2019)0016.
(7) Testi adottati, P9_TA(2020)0006.
(8) Testi adottati, P9_TA(2020)0033.
(9) Testi adottati, P9_TA(2020)0152.
(10) Testi adottati, P9_TA(2020)0018.
(11) ĠU L 29, 31.1.2020, p. 7.
(12) ĠU C 34, 31.1.2020, p. 1.
(13) Id-Direttiva (UE) 2019/1152 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar kondizzjonijiet tax-xogħol trasparenti u prevedibbli fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 186, 11.7.2019, p. 105).
(14) Ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (ĠU L 166, 30.4.2004, p. 1).
(15) Ir-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi ta’ sigurtà soċjali (ĠU L 284, 30.10.2009, p. 1).
(16) Ir-Regolament (UE) 2016/679 Tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1)
(17) Id-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI(ĠU L 119, 4.5.2016, p. 89).
(18) Ir-Regolament (UE) Nru 604/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida (tfassil mill-ġdid) (ĠU L 180, 29.6.2013, p. 31).
15.12.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 506/38 |
P9_TA(2021)0143
Protezzjoni tal-ħamrija
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2021 dwar il-protezzjoni tal-ħamrija (2021/2548(RSP))
(2021/C 506/07)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), u b'mod partikolari l-Artikolu 191 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2019 dwar it-tibdil fil-klima, |
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2020 dwar “Il-bijodiversità – il-ħtieġa għal azzjoni urġenti”, |
— |
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 1386/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Novembru 2013 dwar Programm Ġenerali ta' Azzjoni Ambjentali tal-Unjoni sal-2020 “Ngħixu tajjeb, fil-limiti tal-pjaneta tagħna” (1) (“is-Seba' EAP”) u l-viżjoni tagħha sal-2050, |
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2003/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Mejju 2003 li tipprovdi għall-parteċipazzjoni pubblika rigward it-tfassil ta' ċerti pjani u programmi li għandhom x'jaqsmu mal-ambjent (2), |
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2004/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar ir-responsabbiltà ambjentali f'dak li għandu x'jaqsam mal-prevenzjoni u r-rimedju għal danni ambjentali (3), |
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi qafas għall-protezzjoni tal-ħamrija u li temenda d-Direttiva 2004/35/KE (COM(2006)0232), |
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (4), |
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (5), |
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 86/278/KEE tat-12 ta' Ġunju 1986 dwar il-protezzjoni tal-ambjent, u b'mod partikolari tal-ħamrija, meta l-ħama tad-drenaġġ jintuża fl-agrikoltura (6), |
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 91/676/KEE tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 1991 dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli (7) (“id-Direttiva dwar in-Nitrati”), |
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2009/128/KE tal-21 ta' Ottubru 2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja biex jinkiseb użu sostenibbli tal-pestiċidi (8), u l-emendi sussegwenti tagħha, |
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2016/2284 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Diċembru 2016 dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet nazzjonali ta' ċerti inkwinanti atmosferiċi (9), |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2017/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2017 dwar il-merkurju, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1102/2008 (10), |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2018/841 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2018 dwar l-inklużjoni tal-emissjonijiet u l-assorbimenti ta' gassijiet serra minn użu tal-art, tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija fil-qafas ta' politika għall-klima u l-enerġija għall-2030 (11), |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta' appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (12), |
— |
wara li kkunsidra l-linji gwida politiċi tal-Kummissjoni għall-2019-2024, b'mod partikolari l-ambizzjoni ta' tniġġis żero fl-Ewropa, |
— |
wara li kkunsidra l-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli dwar l-appoġġ għall-pjanijiet strateġiċi li jridu jitfasslu mill-Istati Membri taħt il-Politika Agrikola Komuni (il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK) u ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG) u mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (COM(2018)0392), |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Diċembru 2019 intitolata “Il-Patt Ekoloġiku Ewropew” (COM(2019)0640), |
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Programm Ġenerali ta' Azzjoni Ambjentali tal-Unjoni sal-2030 (għat-tmien Programm ta' Azzjoni Ambjentali – EAP) (COM(2020)0652) |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Mejju 2020 intitolata “Strateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030 – Inreġġgħu n-natura lura f'ħajjitna” (COM(2020)0380), |
— |
wara li kkunsidra l-“iStatus of the World Soil Resources Report” (ir-Rapport dwar l-Istatus tar-Riżorsi tal-Ħamrija tad-Dinja) ippubblikat fl-2015 mill-Bord Tekniku Intergovernattiv dwar il-Ħamrija (Intergovernmental Technical Panel on Soils – ITPS), is-Sħubija Globali tal-Ħamrija (Global Soil Partnership – GSP) u l-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura (FAO), |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Mejju 2020 intitolata “Strateġija 'Mill-Għalqa sal-Platt' għal sistema tal-ikel ġusta, tajba għas-saħħa u favur l-ambjent” (COM(2020)0381), |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tat-13 ta' Frar 2021 dwar “L-implimentazzjoni tal-Istrateġija Tematika dwar il-Ħamrija u attivitajiet kontinwi” (COM(2012)0046), |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Settembru 2011 intitolata “Pjan Direzzjonali għal Ewropa b'Użu Effiċjenti tar-Riżorsi” (COM(2011)0571), |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Marzu 2020 intitolata “Pjan ta' Azzjoni ġdid dwar l-Ekonomija Ċirkolari għal Ewropa aktar nadifa u kompetittiva” (COM(2020)0098), |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta' Ottubru 2020 intitolata “Strateġija dwar is-Sustanzi Kimiċi għas-Sostenibbiltà: Lejn Ambjent Ħieles mit-Tossiċità” (COM(2020)0667), |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' April 2002“Lejn Strateġija Tematika għall-Ħarsien tal-Ħamrija” (COM(2002)0179), |
— |
wara li kkunsidra d-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni tat-12 ta' April 2012 intitolat “Linji Gwida dwar l-aħjar prattiki biex jiġi limitat, mitigat jew ikkumpensat l-issiġillar tal-ħamrija” (SWD(2012)0101), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' Novembru 2003 dwar il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Lejn Strateġija Tematika għall-Ħarsien tal-Ħamrija” (13), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Novembru 2007 dwar l-Istrateġija Tematika għall-Protezzjoni tal-Ħamrija (14), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Jannar 2020 dwar il-15-il laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet (COP15) għall-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika (15), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta' Novembru 2019 dwar l-emerġenza klimatika u ambjentali (16), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Jannar 2019 dwar il-proċedura tal-Unjoni għall-awtorizzazzjoni tal-pestiċidi (17), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Lulju 2020 dwar l-Istrateġija għas-Sostenibbiltà fir-rigward tas-Sustanzi Kimiċi (18), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Frar 2021 dwar il-Pjan ta' Azzjoni ġdid għall-Ekonomija Ċirkolari (19), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Jannar 2020 dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew (20), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Novembru 2007 dwar l-Istrateġija Tematika għall-Protezzjoni tal-Ħamrija (21), |
— |
wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tad-19 ta' Jannar 2013 dwar “L-Implimentazzjoni tal-Istrateġija Tematika dwar il-Ħamrija” (22), |
— |
wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali dwar il-“Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, il-Parlament Ewropew, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni: Strateġija Tematika għall-Ħarsien tal-Ħamrija”, COM(2002)0179 (23), |
— |
wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-5 ta' Frar 2021 (CDR 3137/2020), |
— |
wara li kkunsidra r-Rapport Speċjali Nru 33/2018 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri intitolat “Il-ġlieda kontra d-deżertifikazzjoni fl-UE: theddida dejjem akbar li tirrikjedi azzjoni addizzjonali”, |
— |
wara li kkunsidra l-Kontroll tal-Idoneità tal-UE dwar il-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-ilma (SWD(2019)0439), |
— |
wara li kkunsidra l-Aġenda tan-Nazzjonijiet Uniti għall-2030 dwar l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs), u b'mod partikolari l-SDG 15 dwar il-protezzjoni, ir-restawr u l-promozzjoni tal-użu sostenibbli tal-ekosistemi terrestri, il-ġestjoni sostenibbli tal-foresti, il-ġlieda kontra d-deżertifikazzjoni, u t-twaqqif u t-treġġigħ lura tad-degradazzjoni tal-art u t-twaqqif tat-telfien tal-bijodiversità, |
— |
wara li kkunsidra n-“New Leipzig Charter – The transformative power of cities for the common good” (Il-Karta Ġdida ta' Leipzig – Il-qawwa trasformattiva tal-bliet għall-ġid komuni), adottata fil-Laqgħa Ministerjali Informali dwar Kwistjonijiet Urbani fit-30 ta' Novembru 2020, |
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim adottat fil-21 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (COP21) f'Pariġi fit-12 ta' Diċembru 2015 (il-Ftehim ta' Pariġi), |
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ġlieda kontra d-Deżertifikazzjoni (UNCCD), |
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Diversità Bijoloġika (KDB), |
— |
wara li kkunsidra r-rapport ta' valutazzjoni rigward id-degradazzjoni u r-restawr tal-art, ippubblikat mill-Pjattaforma Intergovernattiva tal-Politika tax-Xjenza dwar il-Bijodiversità u s-Servizzi Ekosistemiċi (IPBES) fit-23 ta' Marzu 2018, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) tal-4 ta' Diċembru 2019 intitolat “L-ambjent Ewropew – L-istat u l-prospetti 2020” (SOER 2020), |
— |
wara li kkunsidra r-rapport “l-Istat tal-Ħamrija fl-Ewropa – Kontribut tal-JRC għar-Rapport dwar l-Istat u l-Perspettiva Ambjentali tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent – SOER 2010” ippubblikat mill-Kummissjoni u miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka fl-2012, |
— |
wara li kkunsidra r-Rapport Speċjali tal-Grupp Intergovernattiv ta' Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC) dwar it-Tibdil fil-Klima u l-Art, ippubblikat fit-8 ta' Awwissu 2019, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Uffiċċju tan-NU għat-Tnaqqis tar-Riskju ta' Diżastri (UNDRR) tal-2018 intitolat “Economic losses, poverty & disasters: 1998-2017” (Telf ekonomiku, faqar u diżastri: 1998-2017), |
— |
wara li kkunsidra l-Mistoqsijiet Orali lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar il-Protezzjoni tal-Ħamrija (O-000024/2021 – B9-0011/2021 u O-000023/2021 – B9-0010/2021), |
— |
wara li kkunsidra r-Regoli 136(5) u 132(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, |
A. |
billi l-ħamrija hija ekosistema essenzjali, kumplessa, multifunzjonali u ħajja ta' importanza ambjentali u soċjoekonomika kruċjali li twettaq ħafna funzjonijiet ewlenin u tipprovdi servizzi vitali għall-eżistenza tal-bniedem u għas-sopravivenza tal-ekosistemi sabiex il-ġenerazzjonijiet attwali u futuri jkunu jistgħu jissodisfaw il-ħtiġijiet tagħhom; |
B. |
billi l-ħamrija tad-dinja tikkostitwixxi l-akbar ħażna ta' karbonju terrestri u fiha madwar 2 500 gigatunnellata ta' karbonju (1 gigatunnellata = 1 biljun tunnellata metrika), meta mqabbla ma' 800 gigatunnellata fl-atmosfera u 560 gigatunnellata fil-ħajja tal-annimali u tal-pjanti; billi l-ħamrija f'saħħitha hija kruċjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima peress li tneħħi madwar 25 % tal-karbonju ekwivalenti emess permezz tal-użu dinji tal-fjuwils fossili kull sena; billi l-ħamrija kkultivata tad-dinja tilfet bejn 50 u 70 fil-mija tal-ħażna oriġinali tal-karbonju tagħha (24); |
C. |
billi fl-Ewropa hemm aktar minn 320 tip ta' ħamrija ewlenin identifikati, b'varjazzjonijiet fiżiċi, kimiċi u bijoloġiċi enormi f'kull wieħed minnhom; |
D. |
billi l-ħamrija għandha rwol ċentrali bħala ħabitat u ġabra ta' ġeni peress li tospita 25 % tal-bijodiversità dinjija, tipprovdi servizzi ekosistemiċi ewlenin lill-komunitajiet lokali u fil-kuntest globali, bħall-provvista tal-ikel, tipprovdi materja prima, regolazzjoni tal-klima permezz tas-sekwestru tal-karbonju, purifikazzjoni tal-ilma, regolazzjoni tan-nutrijenti, kontroll tal-organiżmi ta' ħsara, isservi bħala pjattaforma għall-attività tal-bniedem u tgħin fil-prevenzjoni tal-għargħar u n-nixfiet; billi l-formazzjoni tal-ħamrija hija wieħed mill-proċessi tal-ekosistema magħrufa li qed jonqsu fl-Ewropa; |
E. |
billi, minkejja li hija dinamika ħafna, il-ħamrija hija wkoll fraġli ħafna u hija riżorsa mhux rinnovabbli u limitata, minħabba t-tul ta' żmien li tirrikjedi l-formazzjoni tal-ħamrija, b'ritmu ta' madwar ċentimetru tal-ħamrija tal-wiċċ kull 1 000 sena; billi dan jagħmel il-ħamrija riżorsa prezzjuża ħafna; |
F. |
billi l-ħamrija għandha rwol fis-sbuħija tal-pajsaġġi Ewropej tagħna, flimkien maż-żoni tal-foresti, il-kosti, iż-żoni muntanjużi u l-ekosistemi kollha tal-Ewropa; |
G. |
billi l-ħamrija taħt il-bwar u l-foresti hija bir nett tal-karbonju, li huwa stmat li jneħħi sa 80 miljun tunnellata ta' karbonju fis-sena fl-UE (25); billi, madankollu, flimkien ir-raba' u l-bwar tal-UE huma sorsi netti ta' emissjonijiet, li rrilaxxaw madwar 75,3 miljun tunnellata ekwivalenti ta' diossidu tal-karbonju (MtCO2e) fl-2017 (26); billi s-setturi tal-agrikoltura u tal-forestrija huma għalhekk f'pożizzjoni ewlenija li jikkontribwixxu għat-tneħħija tal-karbonju mill-atmosfera permezz tal-qbid u l-ħżin tal-karbonju fil-ħamrija u l-bijomassa; |
H. |
billi l-istruttura u l-karatteristiċi tal-ħamrija huma r-riżultat ta' proċess ta' formazzjoni tal-ħamrija u ta' proċessi ġeomorfoloġiċi u ġeoloġiċi li jieħdu eluf ta' snin, u għalhekk jagħmluha riżors li ma jiġġeddidx; billi, għalhekk, il-prevenzjoni ta' kwalunkwe tip ta' ħsara lis-saffi tal-ħamrija (erożjoni, qerda, degradazzjoni, salinizzazzjoni, eċċ.) u tal-kontaminazzjoni tal-ħamrija hija ħafna iktar kosteffettiva mir-restawr tal-funzjonijiet tagħha; |
I. |
billi l-funzjonijiet tal-ħamrija jiddependu ħafna mill-komplement sħiħ tal-bijodiversità tal-ħamrija; billi d-diversità fuq l-art u taħt l-art għandha konnessjonijiet importanti, u l-bijodiversità tal-ħamrija hija kontributur importanti għal-livelli lokali tad-diversità tal-pjanti; |
J. |
billi l-protezzjoni tal-bijodiversità tal-ħamrija hija nieqsa mill-parti l-kbira tal-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni ambjentali (bħad-Direttiva dwar il-Ħabitats jew Natura 2000) u mil-leġiżlazzjoni tal-Politika Agrikola Komuni ewlenija tal-UE; billi ż-żieda jew iż-żamma tal-bijodiversità tal-ħamrija hija soluzzjoni effettiva li tista' tgħin fir-rivitalizzazzjoni tal-ħamrija u għar-rimedju tat-tniġġis tal-ħamrija; |
K. |
billi, kemm fl-UE kif ukoll globalment, l-art u l-ħamrija għadhom qed jiġu degradati minn firxa wiesgħa ta' attivitajiet tal-bniedem, bħal ġestjoni ħażina tal-art, tibdil fl-użu tal-art, prattiki agrikoli mhux sostenibbli, abbandun tal-art, tniġġis, prattiki tal-forestrija mhux sostenibbli u ssiġillar tal-ħamrija, it-telfien tal-bijodiversità u t-tibdil fil-klima, spiss flimkien ma' fatturi oħra, u b'hekk inaqqsu l-kapaċitajiet tagħhom li jipprovdu servizzi tal-ekosistema għas-soċjetà kollha; |
L. |
billi huwa ta' dispjaċir li l-UE u l-Istati Membri tagħha attwalment mhumiex qegħdin jissodisfaw l-impenji internazzjonali u Ewropej tagħhom relatati mal-ħamrija u mal-art, b'mod partikolari:
|
M. |
billi l-ħamrija għandha rwol vitali għall-ġestjoni tal-ilma, peress li ħamrija f'saħħitha b'livell għoli ta' materja organika hija ta' benefiċċju aħjar għas-sistema tal-ilma u tikkontribwixxi għall-mitigazzjoni u l-adattament għat-tibdil fil-klima; billi l-artijiet mistagħdra, it-torbieri u s-soluzzjonijiet rurali jew urbani bbażati fuq in-natura jaħżnu u jinfiltraw l-ilma tax-xita, u dan jippermetti l-mili tal-akwiferi biex jintużaw waqt perjodi ta' nixfa u jevita l-konnessjonijiet mad-drenaġġ, li jnaqqas it-tixrid ta' ilma mormi mhux ittrattat matul xita qawwija; |
N. |
billi diversi theddidiet ewlenin għall-ħamrija ġew identifikati fl-UE bħal: it-tibdil fil-klima, l-issiġillar, l-erożjoni tal-kompattazzjoni, l-għargħar u l-uqigħ tal-art, in-nixfiet, l-instabbiltà idroġeoloġika, it-telf tal-materja organika tal-ħamrija, in-nirien, il-maltempati, is-salinizzazzjoni, il-kontaminazzjoni, u t-telfien tal-bijodiversità tal-ħamrija, l-aċidifikazzjoni u d-deżertifikazzjoni; billi l-biċċa l-kbira ta' dawn il-proċessi ta' degradazzjoni li għaddejjin bħalissa mhumiex indirizzati b'mod adegwat jew ma huma indirizzati xejn fil-leġiżlazzjoni Ewropea u nazzjonali eżistenti; |
O. |
billi l-erożjoni tal-ħamrija taffettwa 25 % tal-art agrikola fl-UE u bejn l-2000 u l-2010 żdiedet b'madwar 20 %; billi huwa stmat li l-erożjoni tal-ħamrija tikkawża telf ta' produzzjoni agrikola ta' EUR 1,25 biljun fis-sena fl-UE (27); billi l-ħażna tal-karbonju fil-ħamrija tal-wiċċ tar-raba' qed tonqos u l-UE qed titlef l-artijiet mistagħdra u t-torbieri tagħha b'mod kostanti; billi żoni sinifikanti ta' art agrikola tal-UE qed jiffaċċjaw is-salinizzazzjoni u d-deżertifikazzjoni, bi 32-36 % tal-ħamrija ta' taħt l-art Ewropea (28) suxxettibbli ħafna għall-kompattazzjoni; |
P. |
billi l-erożjoni hija fenomenu naturali li jista' joħloq flussi tat-tajn b'konsegwenzi diżastrużi, bħall-emerġenza ta' kanali fond li jwasslu għat-telf tas-saff tal-wiċċ fertili tal-ħamrija, u billi, fuq medda twila ta' żmien, l-erożjoni tista' twassal għal degradazzjoni tal-ħamrija u t-telf ta' art li tista' tinħadem; |
Q. |
billi l-ġestjoni mhux sostenibbli tal-art u tal-ħamrija għandha diversi impatti negattivi mhux biss fuq il-bijodiversità terrestri u tal-ilma ħelu iżda wkoll fuq il-bijodiversità tal-baħar, u dan jikkawża bidliet fil-kundizzjonijiet idrografiċi, konċentrazzjonijiet ta' nutrijenti eċċessivi u ta' kontaminazzjoni, u żieda fit-telf u d-deterjorament tal-ekosistemi tal-baħar kostali; billi, skont it-tbassir, il-protezzjoni tax-xtut qed tonqos fl-Ewropa, u dan jhedded il-kapaċità naturali tal-ekosistemi kostali li jnaqqsu l-impatti tat-tibdil fil-klima u l-avvenimenti estremi tat-temp fiż-żoni kostali l-aktar vulnerabbli; |
R. |
billi l-użu tal-art jimmodifika l-kwalità u l-kwantità tas-servizzi tal-ekosistema billi jikkundizzjona l-potenzjal tal-art u tal-ħamrija biex jipprovdu dawn is-servizzi; billi l-muturi ewlenin tad-degradazzjoni tal-art u tal-ħamrija huma l-prattiki agrikoli u tal-forestrija mhux sostenibbli, l-espansjoni urbana u t-tibdil fil-klima (29); |
S. |
billi l-informazzjoni dwar il-ħamrija fl-Ewropa għadha mhijiex kompluta u armonizzata; billi dan ifixkel l-adozzjoni ta' deċiżjonijiet rilevanti għall-protezzjoni tal-ħamrija kemm fuq skala reġjonali kif ukoll fuq skala lokali; |
T. |
billi r-responsabbiltà tal-UE għall-protezzjoni tal-ħamrija ma tieqafx fil-fruntieri tagħha peress li d-domanda għal żoni fejn in-nies jistgħu jistabbilixxu ruħhom, jitkabbar l-ikel u tiġi prodotta l-bijomassa qed tiżdied madwar id-dinja, u t-tibdil fil-klima x'aktarx se jkollu impatt negattiv fuq id-domanda, id-disponibbiltà u d-degradazzjoni tal-art; billi l-UE tikkontribwixxi għad-degradazzjoni tal-art f'pajjiżi terzi, bħala “importatur” nett tal-art, inkorporata fi prodotti importati; |
U. |
billi d-degradazzjoni tal-art taggrava l-impatti tad-diżastri naturali u tikkontribwixxi għal problemi soċjali; |
V. |
billi partijiet kbar tal-Ewropa tan-Nofsinhar x'aktarx li se jkunu deżertifikati sal-2050 minħabba t-tibdil fil-klima u l-prattiki agrikoli u agronomiċi mhux xierqa jekk ma titteħidx azzjoni b'saħħitha; billi din it-theddida mhijiex qed tiġi indirizzata b'mod koerenti, effiċjenti u effettiv fl-UE (30); billi s-salinizzazzjoni taffettwa 3,8 miljun ettaru ta' art fl-UE, b'salinità severa tal-ħamrija tul il-kosta, b'mod partikolari fil-Mediterran; |
W. |
billi l-protezzjoni tal-ħamrija fl-Ewropa attwalment ġejja mill-protezzjoni ta' riżorsi ambjentali oħra u hija parzjali u frammentata fost ħafna strumenti ta' politika li huma nieqsa mill-koordinazzjoni u li spiss ma jorbtux, kemm fil-livell tal-UE kif ukoll f'dak tal-Istati Membri u tar-reġjuni; |
X. |
billi l-inizjattivi nazzjonali volontarji u l-miżuri nazzjonali eżistenti huma importanti biex jintlaħaq l-objettiv ta' protezzjoni akbar tal-ħamrija, iżda fil-passat urew li mhumiex biżżejjed waħedhom, u billi huma meħtieġa aktar sforzi biex tiġi evitata d-degradazzjoni ulterjuri tagħha, inkluż it-teħid tal-art; billi, minkejja l-eżistenza ta' Strateġija Tematika għall-Ħamrija, id-degradazzjoni tal-ħamrija għadha sseħħ madwar l-UE; billi huma meħtieġa wkoll miżuri transfruntiera għal sitwazzjonijiet relatati mat-tniġġis jew inċidenti kbar; |
Y. |
billi matul il-perjodu 2000-2018, l-art li ttieħdet kienet 11-il darba akbar mill-art li ġiet ikkultivata mill-ġdid (31); billi mingħajr miżuri vinkolanti biex jiġi limitat it-teħid tal-art u tingħata spinta lir-restawr, ir-rikultivazzjoni u r-riċiklaġġ, se jkun impossibbli li jintlaħaq l-objettiv li ma tittieħed l-ebda art netta sal-2050; |
Z. |
billi n-nuqqas ta' qafas legali tal-UE komprensiv, adegwat, koerenti u integrat għall-protezzjoni tal-art u r-riżorsi tal-ħamrija tal-Ewropa ġie identifikat bħala lakuna ewlenija li tikkontribwixxi għad-degradazzjoni kontinwa ta' ħafna ħamrija fl-Unjoni, tnaqqas l-effettività tal-inċentivi u l-miżuri eżistenti, u tillimita l-kapaċità tal-Ewropa li tikseb suċċess fl-aġenda ambjentali, tal-iżvilupp sostenibbli u relatata mal-klima u l-impenji internazzjonali tagħha; billi tentattiv aktar bikri biex jiġi introdott qafas legali għall-protezzjoni tal-ħamrija fl-UE kien mingħajr suċċess peress li ġie rtirat f'Mejju 2014 wara li ġie mblukkat għal tmien snin minn minoranza ta' Stati Membri fil-Kunsill; ifakkar fl-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej tal-2016 “People4Soil”, li kienet appoġġjata minn 500 istituzzjoni u organizzazzjoni Ewropea, li appellat lill-UE biex tieħu aktar azzjoni biex tipproteġi l-ħamrija; |
AA. |
billi l-politiki settorjali attwali, pereżempju l-Politika Agrikola Komuni (PAK), ma jagħtux is-sehem ġust tagħhom fir-rigward tal-protezzjoni tal-ħamrija; billi filwaqt li l-maġġoranza tar-raba' taqa' taħt ir-reġim tal-PAK, anqas minn kwart (32), fuq medja, tapplika protezzjoni effettiva mill-erożjoni tal-ħamrija; |
AB. |
billi 80 % tan-nitroġenu jinħela u jintilef fl-ambjent; billi d-depożitu eċċessiv tan-nitroġenu jhedded il-kwalità tal-arja, il-kwalità tal-ilma, it-tibdil fil-klima permezz tal-emissjonijiet tal-ossidu nitruż, il-kwalità tal-ħamrija u l-bijodiversità, inklużi l-interazzjoni u n-networks tad-dakkara tal-pjanti, u jwassal għat-tnaqqis tal-ożonu stratosferiku; billi t-titjib tal-effiċjenza fl-użu tan-nitroġenu mhux biss jappoġġja l-għanijiet tal-klima, tan-natura u tas-saħħa iżda jista' wkoll jiffranka USD 100 biljun globalment kull sena; |
AC. |
billi l-intensifikazzjoni agrikola u l-użu eċċessiv tal-pestiċidi qed jikkawżaw kontaminazzjoni tal-ħamrija permezz tar-residwi tal-pestiċidi, inkluż minħabba l-persistenza għolja ta' ċerti pestiċidi fil-ħamrija u t-tossiċità tagħhom għal speċijiet mhux fil-mira, u għandhom effetti dejjiema fuq is-saħħa tal-ħamrija; billi t-tniġġis diffuż mill-agrosustanzi kimiċi huwa ta' theddida għall-ħamrija; |
AD. |
billi l-leġiżlazzjoni tal-UE hija relattivament komprensiva għall-protezzjoni tal-ilma, iżda tindirizza l-kontroll tas-sustanzi niġġiesa mill-ħamrija mill-perspettiva tal-protezzjoni tal-ilma aktar milli mill-protezzjoni ambjentali usa' inkluża dik tal-ħamrija nnifisha; billi s-sustanzi niġġiesa emessi fl-atmosfera u fl-ilma jista' jkollhom effetti indiretti permezz ta' depożitu fuq l-art, li jista' jaffettwa b'mod negattiv il-kwalità tal-ħamrija; |
AE. |
billi l-evidenza xjentifika wriet li l-ħamrija u l-organiżmi tagħha huma sostanzjalment esposti għal taħlita ta' sustanzi kimiċi, inklużi sustanzi kimiċi persistenti u bijoakkumulattivi, residwi tal-pestiċidi, idrokarburi, metalli tqal u solventi u t-taħlitiet tagħhom, li jwassal għal riskju għoli ta' tossiċità kronika, li potenzjalment ibiddel il-bijodiversità, ifixkel l-irkupru u jdgħajjef il-funzjonijiet tal-ekosistema; billi ġew identifikati madwar 3 miljun sit fl-Ewropa b'attivitajiet li potenzjalment iniġġsu, li 340 000 minnhom (33) huma mistennija li jirrikjedu rimedju; billi hemm nuqqas ta' informazzjoni komprensiva dwar it-tniġġis diffuż tal-ħamrija; |
AF. |
billi skont l-EEA, in-nuqqas ta' leġiżlazzjoni xierqa tal-UE dwar il-ħamrija jikkontribwixxi għad-degradazzjoni tal-ħamrija fl-Ewropa, u billi l-progress lejn l-iżvilupp sostenibbli fl-Ewropa u globalment mhuwiex possibbli jekk ir-riżorsi tal-art u tal-ħamrija ma jiġux indirizzati kif xieraq (34); |
AG. |
billi 95 % tal-ikel tagħna huwa prodott direttament jew indirettament mill-ħamrija tagħna; |
AH. |
billi, skont ir-rieżami tal-evidenza attwali tal-istat tal-ħamrija tal-UE, bejn 60 u 70 % tal-ħamrija tal-UE mhijiex f'saħħitha minħabba l-prattiki ta' ġestjoni attwali, b'perċentwal ulterjuri, iżda inċert, ta' ħamrija mhux f'saħħitha minħabba kwistjonijiet ta' tniġġis ikkwantifikati ħażin (35); |
AI. |
billi l-erożjoni tal-ħamrija bl-ilma u bir-riħ hija stmata li taffettwa 22 % tal-art Ewropea, u billi aktar minn nofs l-art agrikola fl-UE għandha livelli medji ta' erożjoni ogħla minn dak li jista' jiġi sostitwit b'mod naturali (li jirrappreżenta aktar minn tunnellata ta' ħamrija mitlufa fis-sena u għal kull ettaru) (36), li jenfasizza l-ħtieġa tal-użu ta' tekniki ta' ġestjoni sostenibbli għall-ħamrija; |
AJ. |
billi huwa stmat li madwar 25 % tal-art agrikola saqwija fir-reġjun tal-Mediterran hija affettwata mill-melħ b'impatt fuq il-potenzjal agrikolu; billi l-kwistjoni tas-salinizzazzjoni bħalissa mhijiex indirizzata fil-leġiżlazzjoni eżistenti tal-UE (37); |
AK. |
billi t-telf ta' art fertili għall-iżvilupp urban inaqqas il-potenzjal li jiġu prodotti materjali u fjuwils b'bażi bijoloġika biex tiġi appoġġjata bijoekonomija b'livell baxx ta' karbonju; |
AL. |
billi l-investiment biex tiġi evitata d-degradazzjoni tal-art u tiġi rrestawrata art degradata jagħmel sens ekonomiku tajjeb peress li l-benefiċċji ġeneralment jaqbżu bil-kbir l-ispiża; billi l-ispejjeż tar-restawr huma stmati li huma 10 darbiet ogħla mill-ispejjeż tal-prevenzjoni (38); |
AM. |
billi l-ħamrija hija fil-biċċa l-kbira proprjetà privata fl-UE u dan għandu jiġi rrispettat, filwaqt li fl-istess ħin il-ħamrija hija ġid komuni li huwa meħtieġ għall-produzzjoni tal-ikel u jwassal servizzi essenzjali tal-ekosistema għas-soċjetà u n-natura kollha; billi huwa fl-interess pubbliku li l-utenti tal-art jiġu mħeġġa jieħdu miżuri ta' prekawzjoni biex jipprevjenu d-degradazzjoni tal-ħamrija u jikkonservaw il-ħamrija u jimmaniġġjawha b'mod sostenibbli għall-ġenerazzjonijiet futuri; billi għandhom għalhekk jitqiesu miżuri ta' appoġġ u aktar inċentivi finanzjarji għas-sidien tal-art biex jipproteġu l-ħamrija u l-art; |
AN. |
billi r-riċiklaġġ tal-art jirrappreżenta 13 % biss tal-iżviluppi urbani fl-UE u billi l-mira tal-UE għall-2050 li ma jsir l-ebda teħid nett tal-art x'aktarx li ma tintlaħaqx sakemm ir-rati annwali tat-teħid tal-art ma jitnaqqsux aktar u/jew ir-riċiklaġġ tal-art ma jiżdiedx; (39) |
AO. |
billi d-degradazzjoni tal-ħamrija u tal-art għandha aspetti transfruntiera inerenti marbuta pereżempju mat-tibdil fil-klima, mal-kwantità u l-kwalità tal-ilma, u t-tniġġis, li jirrikjedu rispons fil-livell tal-UE, azzjoni konkreta mill-Istati Membri u kooperazzjoni multilaterali ma' pajjiżi terzi; billi l-prattiki ta' degradazzjoni tal-ħamrija f'pajjiż wieħed jistgħu jirriżultaw fi spejjeż li jitħallsu minn Stat Membru ieħor; billi d-differenzi bejn is-sistemi nazzjonali għall-protezzjoni tal-ħamrija, pereżempju fir-rigward tal-kontaminazzjoni tal-ħamrija, jistgħu jimponu fuq l-operaturi ekonomiċi obbligi differenti ħafna u jfixklu l-kompetizzjoni fis-suq intern; |
AP. |
billi l-ħamrija skavata ammontat għal aktar minn 520 miljun tunnellata ta' skart fl-2018 (40) u hija bil-bosta l-akbar sors ta' skart prodott fl-UE; billi l-ħamrija skavata attwalment titqies bħala skart skont id-dritt tal-Unjoni u għalhekk tintrema fil-landfills; billi l-maġġoranza ta' dik il-ħamrija mhijiex ikkontaminata u tista' terġa' tintuża b'mod sikur jekk tiġi stabbilita mira ta' rkupru flimkien ma' sistema komprensiva ta' traċċabbiltà; |
AQ. |
billi politika koerenti u adegwata tal-UE dwar il-protezzjoni tal-ħamrija hija prerekwiżit sabiex jintlaħqu l-SDGs, l-objettivi tal-Ftehim ta' Pariġi u tal-Patt Ekoloġiku Ewropew, u b'mod partikolari, l-objettiv tan-newtralità klimatika, l-Istrateġija mill-Għalqa sal-Platt, l-Istrateġija dwar il-Bijodiversità, l-ambizzjoni ta' tniġġis żero, l-istrateġija dwar il-bijoekonomija u sfidi ambjentali u soċjetali ewlenin oħra; |
AR. |
billi data u informazzjoni aġġornati regolarment, armonizzati u miftuħa dwar il-ħamrija huma prerekwiżit sabiex jinkiseb tfassil aħjar ta' politiki mmexxi mid-data u bbażat fuq l-evidenza biex jiġu protetti r-riżorsi tal-ħamrija fil-livell tal-UE u dak nazzjonali; |
AS. |
billi fl-opinjoni tiegħu tal-5 ta' Frar 2021, il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni stieden lill-Kummissjoni Ewropea “tipproponi Direttiva Ewropea ġdida dwar il-ħamrija agrikola sabiex trażżan it-tnaqqis fil-livell tal-materja organika tagħha, twaqqaf l-erożjoni u tagħti prijorità lill-ħajja fil-ħamrija fil-prattiki agrikoli” (41); |
AT. |
billi s-sigurtà tal-ikel tiddependi mis-sigurtà tal-ħamrija u kwalunkwe prattika li tikkomprometti s-saħħa tal-ħamrija hija theddida għas-sigurtà tal-ikel; billi ħamrija aktar f'saħħitha tipproduċi ikel aktar tajjeb għas-saħħa; |
AU. |
billi l-Artikoli 4 u 191 tat-TFUE jistabbilixxu l-prinċipji bażiċi għall-politika ambjentali tal-UE u stabbilew kompetenza kondiviża f'dan il-qasam; |
AV. |
billi l-ħamrija tal-foresti tikkostitwixxi nofs il-ħamrija fl-UE, u foresti bijodiversi u f'saħħithom jistgħu jikkontribwixxu b'mod sinifikanti għas-saħħa tal-ħamrija; |
1. |
Jenfasizza l-importanza tal-protezzjoni tal-ħamrija u tal-promozzjoni ta' ħamrija f'saħħitha fl-Unjoni, filwaqt li jfakkar li d-degradazzjoni ta' din l-ekosistema ħajja, komponent tal-bijodiversità, u riżorsa mhux rinnovabbli għadha għaddejja, minkejja azzjoni limitata u mhux uniformi f'xi Stati Membri; jisħaq fuq l-ispejjeż tan-nuqqas ta' azzjoni fuq id-degradazzjoni tal-ħamrija, bi stimi fl-Unjoni li jaqbżu l-EUR 50 biljun fis-sena; |
2. |
Jissottolinja r-rwol multifunzjonali tal-ħamrija (provvista tal-ikel, bir tal-karbonju, pjattaforma għall-attivitajiet tal-bniedem, produzzjoni tal-bijomassa, raggruppament tal-bijodiversità, prevenzjoni tal-għargħar u tan-nixfa, sors ta' materja prima, riżorsi farmaċewtiċi u ġenetiċi, iċ-ċiklaġġ, il-ħżin u l-filtrazzjoni tal-ilma u n-nutrijenti, ħżin tal-wirt ġeoloġiku u arkeoloġiku, eċċ.) u l-ħtieġa li tirriżulta li tiġi protetta, ġestita b'mod sostenibbli u rrestawrata, u li tiġi ppreservata l-kapaċità tagħha li tissodisfa r-rwoli multipli tagħha permezz ta' kooperazzjoni intra-Komunitarja stabbli fil-livell Ewropew u fil-livelli transfruntiera u ma' pajjiżi mhux tal-UE; |
3. |
Iqis li ħamrija f'saħħitha hija l-bażi għal ikel nutrittiv u sikur u hija prerekwiżit għall-produzzjoni sostenibbli tal-ikel; |
4. |
Jisħaq li ħamrija f'saħħitha hija essenzjali biex jintlaħqu l-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew bħan-newtralità klimatika, ir-restawr tal-bijodiversità, l-ambizzjoni ta' tniġġis żero għal ambjent ħieles mis-sustanzi tossiċi, sistemi tal-ikel tajbin għas-saħħa u sostenibbli u ambjent reżiljenti; |
5. |
Jemmen li l-ħamrija għandu jkollha attenzjoni speċjali fl-implimentazzjoni tal-Istrateġija mill-Għalqa sal-Platt, fl-Istrateġija tal-UE għall-Foresti, fl-Istrateġija għall-Bijodiversità għall-2030 u fil-pjan ta' azzjoni għal tniġġis żero għall-ilma, l-arja u l-ħamrija; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni tindirizza s-sorsi kollha tat-tniġġis tal-ħamrija fil-Pjan ta' Azzjoni għal Tniġġis Żero li jmiss u fir-reviżjoni tad-Direttiva dwar l-Emissjonijiet Industrijali; |
6. |
Jilqa' l-inklużjoni tal-protezzjoni u r-restawr tal-ħamrija fl-objettivi tematiċi prijoritarji tat-Tmien Programm ta' Azzjoni Ambjentali; |
7. |
Jirrikonoxxi l-varjabbiltà tal-ħamrija fl-Unjoni u l-ħtieġa ta' soluzzjonijiet ta' politika mmirati u approċċi ta' ġestjoni sostenibbli tal-ħamrija speċifiċi għall-ambjent biex tiġi żgurata l-protezzjoni tagħhom permezz ta' sforzi konġunti fil-livell tal-Unjoni u tal-Istati Membri, f'konformità mal-kompetenzi rispettivi tagħhom, filwaqt li jitqiesu l-kundizzjonijiet speċifiċi għal-livelli reġjonali, lokali u tal-irqajja', l-impatti transfruntiera tad-degradazzjoni tal-ħamrija u tal-art, u l-ħtieġa li jiġu stabbiliti kondizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni għall-operaturi ekonomiċi; |
8. |
Jissottolinja r-riskji li jirriżultaw min-nuqqas ta' kondizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni bejn l-Istati Membri u mis-sistemi ta' protezzjoni differenti tagħhom għall-ħamrija għall-funzjonament tas-suq intern li għandhom jiġu indirizzati fil-livell tal-Unjoni sabiex tiġi evitata d-distorsjoni tal-kompetizzjoni bejn l-operaturi ekonomiċi; jissottolinja li l-qafas il-ġdid jindirizza l-problema ta' nuqqas ta' ċertezza tad-dritt għall-kumpaniji u li għandu potenzjal qawwi li jistimula l-kompetizzjoni ġusta fis-settur privat, jiżviluppa soluzzjonijiet innovattivi u know-how u jsaħħaħ l-esportazzjoni ta' teknoloġiji barra mill-Unjoni; |
9. |
Jisħaq li l-ħamrija, li hija riżorsa komuni, mhijiex koperta minn leġiżlazzjoni speċifika għall-kuntrarju tal-arja jew tal-ilma; jilqa', konsegwentement, l-ambizzjoni tal-Kummissjoni li tipproponi qafas koerenti u integrat tal-UE għall-protezzjoni tal-ħamrija; |
10. |
Jistieden lill-Kummissjoni tfassal qafas legali komuni madwar l-UE kollha, b'rispett sħiħ għall-prinċipju tas-sussidjarjetà, għall-protezzjoni u l-użu sostenibbli tal-ħamrija, li jindirizza t-theddidiet ewlenin kollha tal-ħamrija u li għandu jinkludi, fost l-oħrajn:
|
11. |
Jistieden lill-Kummissjoni takkumpanja l-proposta leġiżlattiva tagħha bi studju dettaljat tal-valutazzjoni tal-impatt ibbażat fuq data xjentifika, li janalizza kemm l-ispejjeż tal-azzjoni u tan-nuqqas ta' azzjoni f'termini ta' impatt immedjat u fit-tul fuq l-ambjent, is-saħħa tal-bniedem, is-suq intern u s-sostenibbiltà ġenerali; |
12. |
Jirrimarka li l-qafas komuni għandu jikkonsisti wkoll f'dispożizzjonijiet dwar l-immappjar ta' żoni ta' riskju u ta' siti kontaminati u siti abbandunati, kif ukoll għad-dekontaminazzjoni ta' siti kontaminati; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri japplikaw il-prinċipju ta' min iniġġes iħallas u jipproponu mekkaniżmu għar-rimedju ta' siti orfni; iqis li r-rimedju ta' dawn is-siti jista' jiġi ffinanzjat minn mekkaniżmi ta' finanzjament Ewropej; |
13. |
Jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra li tipproponi lista miftuħa ta' attivitajiet li jista' jkollhom potenzjal sinifikanti ta' kontaminazzjoni tal-ħamrija, li tista' tiġi kkompilata minn listi aktar komprensivi fil-livell nazzjonali; jisħaq li din il-lista għandha tkun aċċessibbli mill-pubbliku u aġġornata regolarment; jappella, barra minn hekk, lill-Kummissjoni biex tiffaċilita l-armonizzazzjoni tal-metodoloġiji għall-valutazzjoni tar-riskju għas-siti kontaminati; |
14. |
Jemmen li għandhom jitqiesu l-isforzi preċedenti min-naħa tal-Istati Membri biex jidentifikaw is-siti kontaminati; jissottolinja li l-identifikazzjoni ta' siti kontaminati riflessi f'inventorji nazzjonali għandha tiġi aġġornata b'mod regolari u magħmula disponibbli għall-konsultazzjoni mill-pubbliku; jemmen, barra minn hekk, li għandhom jiġu adottati dispożizzjonijiet fl-Istati Membri sabiex jiġi żgurat li l-partijiet għal tranżizzjonijiet li jirrigwardaw l-art ikunu konxji mill-istat tal-ħamrija u jkunu jistgħu jagħmlu għażla informata; |
15. |
Jistieden lill-Kummissjoni tinkludi f'dan il-qafas komuni miżuri effettivi dwar il-prevenzjoni u/jew il-minimizzazzjoni tal-issiġillar tal-ħamrija u kwalunkwe użu ieħor ta' art li qed jaffettwa l-prestazzjoni tal-ħamrija, filwaqt li tingħata prijorità lir-riċiklaġġ ta' art abbandunata u tal-ħamrija u r-riċiklaġġ ta' siti abbandunati fuq l-użu ta' ħamrija mhux issiġillata bil-għan li jintlaħaq l-objettiv ta' ebda degradazzjoni tal-art sal-2030 u l-ebda teħid nett tal-art sa mhux aktar tard mill-2050, b'mira interim għall-2030, sabiex tinkiseb ekonomija ċirkulari, u tinkludi wkoll d-dritt għal parteċipazzjoni pubblika u konsultazzjoni effettivi u inklużivi dwar l-ippjanar tal-użu tal-art u tipproponi miżuri li jipprevedu tekniki ta' kostruzzjoni u drenaġġ li jippermettu kemm jista' jkun li jiġu ppreżervati funzjonijiet tal-ħamrija, fejn iseħħ l-issiġillar; |
16. |
Jistieden lill-Kummissjoni taġġorna l-Linji Gwida dwar l-aħjar prattiki biex tillimita, timmitiga jew tikkumpensa l-issiġillar tal-ħamrija f'konformità mal-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew; |
17. |
Jappella għall-kejl tal-art okkupata u/jew issiġillata, u tat-telf korrispondenti tas-servizzi tal-ekosistema u tal-konnettività ekoloġika; jitlob li dawn l-aspetti jiġu meqjusa u kkumpensati b'mod xierqa fil-kuntest tal-Valutazzjonijiet Ambjentali u Strateġiċi tal-Impatt ta' proġetti u programmi; |
18. |
Jisħaq li l-protezzjoni tal-ħamrija, l-użu ċirkulari u sostenibbli u r-restawr tagħha jeħtieġ li jiġu integrati u għandhom isiru konsistenti fil-politiki settorjali rilevanti kollha tal-UE sabiex tiġi evitata aktar degradazzjoni, jiġi żgurat livell għoli konsistenti ta' protezzjoni, u ta' riabilitazzjoni fejn possibbli, u jiġu evitati d-duplikazzjoni, l-inkoerenza u l-inkonsistenzi bejn il-leġiżlazzjoni u l-politiki tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni, f'dan ir-rigward, biex tirrieżamina l-politiki rilevanti bil-għan li tiżgura l-koerenza tal-politika mal-protezzjoni tal-ħamrija (42); |
19. |
Iqis li l-PAK għandha tipprovdi kundizzjonijiet għas-salvagwardja tal-produttività u tas-servizzi tal-ekosistema tal-ħamrija; iħeġġeġ lill-Istati Membri jintroduċu miżuri koerenti għall-protezzjoni tal-ħamrija fil-Pjanijiet Strateġiċi Nazzjonali tagħhom tal-PAK u biex jiżguraw l-użu wiesa' ta' prattiki agronomiċi bbażati fuq l-agroekoloġija; jistieden lill-Kummissjoni tevalwa jekk il-Pjanijiet Strateġiċi Nazzjonali tal-PAK jiżgurawx livell għoli ta' protezzjoni tal-ħamrija u tippromwovi azzjonijiet biex tirriġenera ħamrija agrikola degradata; jitlob miżuri li jippromwovu prattiki ta' ħdim tar-raba' inqas intensiv li jikkawżaw disturb mill-inqas tal-ħamrija, biedja organika, u l-użu ta' żidiet ta' materja organika fil-ħamrija; |
20. |
Jenfasizza r-rwol importanti tal-ħamrija għall-purifikazzjoni u l-infiltrazzjoni tal-ilma u għalhekk il-kontribut tagħha għall-provvista tal-ilma tax-xorb għal proporzjon kbir tal-popolazzjoni Ewropea; ifakkar li r-rabtiet limitati bejn il-liġi tal-UE dwar l-ilma u l-azzjonijiet għall-protezzjoni tal-ħamrija ġew rikonoxxuti fil-Kontroll tal-Idoneità reċenti tal-politika tal-UE dwar l-ilma; jenfasizza l-ħtieġa li jittejbu l-kwalità tal-ħamrija flimkien mal-kwalità u l-kwantità tal-ilma ta' taħt l-art u tal-ilma tal-wiċċ, sabiex jinkisbu l-għanijiet tad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma; |
21. |
Jisħaq fuq l-importanza li tinkiseb l-hekk imsejħa “soċjetà intelliġenti fir-rigward tal-ilma” biex jiġu appoġġjati r-restawr u l-protezzjoni tal-ħamrija, kif ukoll li tiġi esplorata r-relazzjoni mill-qrib bejn is-saħħa tal-ħamrija u t-tniġġis tal-ilma; jistieden lill-Kummissjoni tinkoraġġixxi l-użu tal-għodod diġitali rilevanti sabiex jiġu ssorveljati l-istatus tal-ilma u tal-ħamrija u l-effikaċja tal-istrumenti ta' politika; |
22. |
Jilqa' l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tressaq proposta leġiżlattiva għal pjan tal-UE għar-restawr tan-natura fl-2021 u jappoġġja l-fatt li dan għandu jinkludi miri dwar ir-restawr tal-ħamrija; jissottolinja li l-pjan għandu jkun koerenti mal-istrateġija tematika rieżaminata dwar il-ħamrija; |
23. |
Itenni t-talba tiegħu li r-reviżjoni tal-miri tal-irkupru tal-materjali stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-UE għall-iskart tal-kostruzzjoni u d-demolizzjoni u l-frazzjonijiet speċifiċi għall-materjali tagħhom tkun tinkludi mira tal-irkupru tal-materjali għall-ħamrija skavata fir-reviżjoni tad-Direttiva Qafas dwar l-Iskart; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jistabbilixxu dijanjosi sistematika tal-istatus u l-potenzjal tal-użu mill-ġdid tal-ħamrija skavata, kif ukoll sistema ta' traċċabbiltà għall-ħamrija skavata u kontrolli regolari fis-siti tar-rimi biex jiġi evitat ir-rimi illegali ta' ħamrija kontaminata minn żoni industrijali abbandunati u tiġi żgurata l-kompatibbiltà tagħha mas-siti li jirċevuha; |
24. |
Jenfasizza li l-frammentazzjoni u t-telf tal-ħabitats fl-ekosistemi kostali tal-baħar inaqqsu l-kapaċità tagħhom li jipproteġu l-linji tal-kosta kif ukoll li jipprovdu għajxien sostenibbli; jirrikonoxxi r-rwol kruċjali tal-protezzjoni kostali fil-mitigazzjoni tat-theddida mit-tibdil fil-klima fl-UE u jisħaq fuq il-ħtieġa li l-Kummissjoni tinkludi l-protezzjoni u r-restawr kostali fl-istrateġija l-ġdida tal-UE dwar il-ħamrija u fil-pjan tal-UE għar-restawr tan-natura, flimkien ma' ġestjoni bbażata fuq l-ekosistema, bħall-ġestjoni integrata taż-żoni kostali u l-ippjanar spazjali tal-baħar; jistieden lill-Kummissjoni biex fil-pjan tal-UE għar-restawr tan-natura tagħti prijorità lir-restawr ta' żoni kostali li jaġixxu bħala difiżi naturali mill-baħar u li ġew affettwati ħażin mill-urbanizzazzjoni tal-kosti, f'reġjuni mhedda mill-erożjoni tal-kosta u/jew l-għargħar; |
25. |
Jenfasizza li l-bijodiversità tal-ħamrija hija l-bażi stess għal proċessi ekoloġiċi ewlenin u jinnota bi tħassib iż-żieda fid-degradazzjoni tal-ħamrija u fl-issiġillar tal-ħamrija, u t-tnaqqis tal-bijodiversità tal-ħamrija fiż-żona agrikola Ewropea; jistieden lill-Kummissjoni, għalhekk, tistabbilixxi qafas komuni għall-protezzjoni u l-konservazzjoni tal-ħamrija u r-restawr tal-kwalità tal-ħamrija abbażi ta' data xjentifika u valutazzjonijiet tal-impatt ekonomiċi, ambjentali u soċjali, u tiżviluppa soluzzjonijiet konkreti biex jiġu indirizzati kwistjonijiet hotspot fl-Ewropa bil-finijiet doppji tar-restawr tal-bijodiversità u tal-mitigazzjoni u l-adattament għat-tibdil fil-klima bbażati fuq in-natura; jemmen li jrid jiġi stabbilit u miżmum monitoraġġ robust madwar l-UE tal-organiżmi tal-ħamrija u tat-tendenzi tal-firxa u l-volum tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jappoġġjaw aktar riċerka, anki fi profonditajiet u orizonti differenti, kif ukoll prattiki ta' montoraġġ u ta' biedja u forestrija ta' benefiċċju li jżidu l-materja organika tal-ħamrija f'profonditajiet akbar; jilqa', f'dan il-kuntest, l-objettivi fl-Istrateġija mill-Għalqa sal-Platt u fl-Istrateġija għall-Bijodiversità għall-2030; jappella li jiġu stabbiliti trajettorji ċari fid-dawl tar-rieżamijiet ta' nofs it-terminu taż-żewġ strateġiji, li jirrispettaw il-punti ta' tluq differenti tal-Istati Membri; |
26. |
Iqis li l-kisba ta' mikrobijoma sana tal-ħamrija hija ta' importanza fundamentali; |
27. |
Jisħaq li l-foresti tal-UE jaħżnu madwar darbtejn u nofs aktar karbonju fil-ħamrija milli fil-bijomassa tas-siġar (43); |
28. |
Jisħaq li l-prattika tal-ġestjoni tal-foresti permezz tat-tqaċċit totali tas-siġar teqred in-network simbijotiku interdipendenti tas-siġar mal-fungi u l-istabbiliment mill-ġdid sussegwenti ta' dan in-network wara t-tqaċċit huwa kważi ineżistenti; jenfasizza li fil-foresti boreali dan in-network jirrappreżenta l-mekkaniżmu l-aktar importanti ta' akkumulazzjoni ta' materja organika tal-ħamrija u huwa għalhekk kruċjali fiċ-ċiklu globali tal-karbonju (44); itenni li t-tqaċċit totali tas-siġar ma jimitax id-disturbi naturali min-nirien fil-foresti peress li, għall-kuntrarju ta' sit li fih ikun sar it-tqaċċit totali tas-siġar, sit iddisturbat min-nirien fil-foresti huwa kkaratterizzat minn ammont kbir ħafna ta' njam mejjet u ħamrija miftuħa għall-kolonizzazzjoni tal-ispeċijiet; |
29. |
Jappella għall-infurzar strett ta' standards tajbin ta' trobbija tal-annimali fl-azjendi tal-annimali sabiex jitnaqqas b'mod sinifikanti l-użu ta' mediċini veterinarji u t-tixrid tagħhom fl-għelieqi permezz tad-demel u għall-infurzar strett tad-Direttiva dwar in-Nitrati; |
30. |
Jilqa' l-impenn tal-Kummissjoni fil-kuntest tal-Pjan ta' Azzjoni għal Ekonomija Ċirkolari li tirrieżamina d-Direttiva tal-Kunsill 86/278/KEE dwar il-ħama tad-dranaġġ; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li r-rieżami jikkontribwixxi għall-protezzjoni tal-ħamrija billi tiżdied il-materja organika fil-ħamrija, jiġu riċiklati n-nutrijenti u titnaqqas l-erożjoni filwaqt li l-ħamrija u l-ilma ta' taħt l-art jiġu protetti mit-tniġġis; |
31. |
Jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja l-ġbir ta' data fuq il-kompattazzjoni u tippromwovi miżuri agrikoli sostenibbli intiżi sabiex inaqqsu l-użu ta' makkinarju tqil; |
32. |
Jistieden lill-Kummissjoni li tagħti liċ-Ċentru Ewropew tad-Data dwar il-Ħamrija l-kompitu li jissorvelja r-residwi tal-pestiċidi kif ukoll il-kompiti li jivvaluta l-ammont ta' karbonju maħżun fil-ħamrija Ewropea u jistabbilixxi miri għar-restawr u għat-titjib tal-kwalità tal-ħamrija, anki permezz taż-żieda fil-materja organika tal-ħamrija, f'konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-IPCC u r-rekwiżiti tal-SDGs; |
33. |
Jemmen li l-ġestjoni sostenibbli tal-ħamrija hija komponent ewlieni tal-politika tal-biedja u tal-ikel fuq perjodu ta' żmien twil; jirrikonoxxi madanakollu, l-importanza ta' dispożizzjonijiet legali li jikkontribwixxu għar-restawr, il-konservazzjoni u l-protezzjoni stretta ta' ħamrija intatta, li tiffoka fost l-oħrajn fuq il-bidla fl-użu tal-ħamrija u l-art fl-artijiet mistagħdra, it-torbieri, il-bwar permanenti u l-mergħat; |
34. |
Jitlob li l-istrateġija l-ġdida tal-UE dwar il-ħamrija tidentifika u tippromwovi prattiki tal-biedja tajbin u innovattivi li jistgħu jipprevjenu u jnaqqsu t-theddida tas-salinizzazzjoni tal-ħamrija, jew jikkontrollaw l-effetti negattivi tagħha; |
35. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jikkontribwixxu b'mod effettiv lejn it-tnaqqis tal-użu żejjed tal-fertilizzanti sintetiċi, speċjalment in-nitroġenu, billi jnaqqsu l-limiti stabbiliti mid-Direttiva dwar in-Nitrati; jistieden lill-Kummissjoni tibni fuq ir-riżoluzzjoni tal-Programm Ambjentali tan-NU dwar il-ġestjoni sostenibbli tan-nitroġenu u fuq l-objettiv tad-Dikjarazzjoni ta' Colombo biex jitnaqqas bin-nofs l-iskart tan-nitroġenu mis-sorsi kollha sal-2030; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw il-ġestjoni sostenibbli tan-nutrijenti inkluż permezz tat-titjib tal-effiċjenza fl-użu tan-nitroġenu, l-estensifikazzjoni tat-trobbija tal-bhejjem f'żoni definiti, il-biedja mħallta li tintegra s-sistemi tat-trobbija tal-bhejjem u tal-għelejjel, l-użu effiċjenti tad-demel tal-annimali u użu akbar, b'rotazzjoni, ta' għelejjel li jassimilaw in-nitroġenu (bħal-legumi) fil-leġiżlazzjoni rilevanti kollha; jistieden lill-Kummissjoni tagħti aktar attenzjoni lill-emissjonijiet tal-ossidu nitruż fil-kontabbiltà globali tal-gassijiet b'effett ta' serra, u tagħmel sforzi aktar integrati biex jiġi indirizzat l-eċċess ta' nitroġenu bħala kwistjoni tal-klima, tan-natura u tas-saħħa, kif ukoll toffri inċentivi għal ġestjoni mtejba tan-nitroġenu fil-livell tal-irziezet; |
36. |
Jitlob li ssir reviżjoni tad-Direttiva 2004/35/KE dwar ir-responsabbiltà ambjentali biex jissaħħu d-dispożizzjonijiet tagħha fir-rigward ta' siti kontaminati; |
37. |
Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura l-koerenza bejn l-istrateġija l-ġdida dwar il-ħamrija u l-istrateġija tal-UE li jmiss għall-foresti billi tinkludi fl-Istrateġija għall-Foresti rekwiżiti ta' ġestjoni sostenibbli tal-ħamrija, bħal pereżempju l-prattiki agroforestali; |
38. |
Jistieden lill-Kummissjoni tirrieżamina l-Istrateġija Tematika dwar il-Ħamrija u tadotta l-pjan ta' azzjoni “Lejn Ambizzjoni ta' Tniġġis Żero għall-arja, l-ilma u l-ħamrija – nibnu Pjaneta aktar b'Saħħitha għal Persuni aktar b'Saħħithom” mingħajr dewmien; jilqa' f'dan ir-rigward l-intenzjoni tal-Kummissjoni li żżid iċ-ċertezza tad-dritt għall-kumpaniji u ċ-ċittadini billi tistabbilixxi objettivi ċari, miri li jistgħu jitkejlu u pjan ta' azzjoni; |
39. |
Jisħaq li l-prattiki agroforestali jistgħu jipprovdu b'mod attiv benefiċċji u sinerġiji ambjentali bħal pereżempju azzjoni kontra l-erożjoni, titjib tal-bijodiversità, ħżin tal-karbonju u regolazzjoni tal-ilma; |
40. |
Jistieden lill-Kummissjoni tindirizza l-kontaminazzjoni mifruxa li tirriżulta mill-attivitajiet tal-biedja, f'konformità mal-miri tal-Istrateġija mill-Għalqa sal-Platt; jilqa' f'dan ir-rigward id-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni li tirrevedi d-Direttiva dwar l-Użu Sostenibbli tal-Pestiċidi; ifakkar li diġà jeżistu ħafna alternattivi għall-pestiċidi sintetiċi, bħall-ġestjoni integrata tal-pesti (IPM), u li l-użu tagħhom għandu jiżdied; jistenna li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jindirizzaw it-talbiet kollha tiegħu fir-riżoluzzjoni tas-16 ta' Jannar 2019 dwar il-proċedura ta' awtorizzazzjoni tal-Unjoni għall-pestiċidi, mingħajr dewmien; |
41. |
Jesprimi dispjaċir li l-proċess ta' awtorizzazzjoni tal-UE għas-sustanzi kimiċi, inklużi l-valutazzjoni tar-riskji ambjentali u l-istudji ekotossikoloġiċi, ma jqisx kif xieraq l-impatti tagħhom fuq il-ħamrija; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni tadotta miżuri regolatorji, fl-Istrateġija tal-UE għall-Ħamrija u b'mod koerenti mal-Istrateġija dwar is-Sustanzi Kimiċi għas-Sostenibbiltà, sabiex jiġi evitat u mmitigat it-tniġġis tal-ħamrija minn sustanzi kimiċi, b'mod partikolari sustanzi kimiċi persistenti u bijoakkumulattivi (inklużi l-plastik u l-mikroplastik), u sabiex jiġi żgurat li kundizzjonijiet ta' testijiet ekoloġikament rilevanti li jirrappreżentaw il-kundizzjonijiet tal-post jiġu ssodisfati; |
42. |
Jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja r-riċerka biex jitnaqqsu d-differenzi fl-għarfien dwar il-potenzjal tal-bijodiversità tal-ħamrija għall-indirizzar tat-tniġġis tal-ħamrija u l-impatti tat-tniġġis fuq il-bijodiversità tal-ħamrija, u biex jingħalqu l-lakuni leġiżlattivi fir-rigward tat-tossiċità tal-bijoċidi u tal-prodotti veterinarji għall-ħamrija u għall-organiżmi tagħha, mingħajr dewmien; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jappoġġjaw il-ħidma tal-aġenziji responsabbli biex jiżguraw l-iżvilupp u l-promozzjoni ta' alternattivi għall-aktar bijoċidi tossiċi fil-ġestjoni tal-organiżmi ta' ħsara veterinarji; jistieden lill-Kummissjoni biex b'kollaborazzjoni mal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi tiżviluppa limiti Ewropej fuq it-tniġġis tal-ħamrija minn sustanzi perfluworoalkil u polifluworoalkil (PFAS)s oħra, abbażi tal-prinċipju ta' prekawzjoni; |
43. |
Jesprimi dispjaċir li l-Kontroll tal-Idoneità tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-ilma ma jiddiskutix opportunitajiet għal ġestjoni ambjentali integrata usa' fil-baċiri tal-ilma, li torbot il-pjanijiet ta' mmaniġġjar tal-baċini tax-xmajjar ma' pjanijiet usa' għall-protezzjoni tal-ħamrija; huwa tal-fehma li analiżi u teħid ta' deċiżjonijiet integrati bħal dawn ikunu ta' benefiċċju għal diversi objettivi differenti tal-politika tal-UE, u jwasslu potenzjalment għal gwadanji fil-livelli tal-governanza lokali; |
44. |
Jistieden lill-Istati Membri jintegraw aħjar l-ippjanar tal-ilma u tal-ħamrija, b'valutazzjonijiet imħallta tal-pressjonijiet u r-riskji (inkluż fil-pjanijiet ta' mmaniġġjar tal-baċini tax-xmajjar) u bl-adozzjoni ta' approċċ integrat għall-miżuri li jagħtu protezzjoni lil dawn iż-żewġ mezzi ambjentali; |
45. |
Jaqbel mal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent li huwa meħtieġ monitoraġġ tal-ħamrija armonizzat u rappreżentattiv madwar l-Ewropa biex jiġu żviluppati twissijiet bikrija ta' qbiż tal-limiti kritiċi u biex tiġi ggwidata l-ġestjoni sostenibbli tal-ħamrija (45); jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jtejbu u jħaffu l-ġbir u l-integrazzjoni tad-data dwar l-istatus u t-tendenzi tal-ħamrija, u t-theddid għall-ħamrija fil-livell tal-UE; jilqa' f'dan ir-rigward l-istabbiliment tal-Osservatorju tal-UE dwar il-Ħamrija, li jibni fuq l-Istħarriġ LUCAS dwar il-Ħamrija; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura l-operabbiltà fit-tul għaż-żewġ strumenti, kif ukoll riżorsi suffiċjenti biex jiġi żgurat monitoraġġ ottimali u regolari tal-attributi bijoloġiċi u tal-proprjetajiet fiżikokimiċi tal-ħamrija, inkluża l-preżenza ta' agrokimiċi u kontaminanti oħra, bħal pereżempju kontaminanti ta' tħassib emerġenti; jemmen li dan huwa fundamentali biex jimtela l-vojt dwar id-data u l-indikaturi u biex jiġi appoġġjat il-Patt Ekoloġiku Ewropew; jissottolinja l-ħtieġa li jinftiehmu aħjar il-proċessi li jwasslu għad-degradazzjoni tal-art u d-deżertifikazzjoni fl-UE; jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi metodoloġija u indikaturi rilevanti biex tivvaluta u tiġbor data dwar il-firxa tad-deżertifikazzjoni u d-degradazzjoni tal-art fl-UE; |
46. |
Jinnota li 13-il Stat Membru ddikjaraw lilhom infushom bħala Partijiet milquta fl-ambitu tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Ġlieda kontra d-Deżertifikazzjoni (UNCCD); jistieden lill-Kummissjoni tintegra l-SDGs rigward il-ħamrija fil-politiki tal-UE; |
47. |
Jinnota l-isfidi ta' governanza, koordinazzjoni, komunikazzjoni, ta' natura finanzjarja, teknika u legali, li jfixklu t-titjib tal-konsistenza u l-interoperabbiltà tal-monitoraġġ tal-ħamrija u l-ġbir ta' informazzjoni dwarha fil-livell tal-UE u dak nazzjonali; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jindirizzaw dawk l-isfidi b'mod konġunt u jaċċelleraw il-kooperazzjoni, inkluż fi ħdan il-Grupp ta' Esperti tal-UE dwar il-Protezzjoni tal-Ħamrija, bil-għan li jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni tal-ħamrija, u jiġu evitati d-duplikazzjonijiet u l-piżijiet u l-ispejjeż amministrattivi bla bżonn għall-Istati Membri u għall-SMEs; |
48. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jtejbu u jħaffu l-isforzi biex jisfruttaw għalkollox il-valur fl-ilma biex b'mod partikolari jinkiseb l-użu mill-ġdid sħiħ tan-nutrijenti u l-komponenti ta' valur li jinsabu fl-ilma mormi, sabiex tittejjeb iċ-ċirkolarità fl-agrikoltura u tiġi evitata n-nixxija eċċessiva ta' nutrijenti fl-ambjent; |
49. |
Jistieden lill-Kummissjoni tiffaċilita konferenza annwali bil-parteċipazzjoni tal-Istati Membri u tal-partijiet ikkonċernati rilevanti, u tagħtihom rwol kritiku permezz ta' djalogi bbażati fuq il-kwistjonijiet; |
50. |
Jirrikonoxxi r-rwol importanti ta' ħamrija f'saħħitha, bħala l-akbar bir tal-karbonju terrestri fil-qbid u l-ħżin tal-karbonju, b'mod partikolari flimkien mal-kobenefiċċji tal-artijiet mistagħdra, u ta' soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura, li jrid jiffaċilita l-kisba tal-miri klimatiċi għall-2030 kif ukoll l-objettiv tan-newtralità klimatika tal-Unjoni sa mhux aktar tard mill-2050; jisħaq li l-istrateġija l-ġdida dwar il-ħamrija għandha tiżgura li l-kontribut tal-ħamrija għall-mitigazzjoni u l-adattament tal-klima jkun koerenti mal-bqija tal-arkitettura tal-politika tal-UE dwar il-klima; jistieden, għalhekk, lill-Istati Membri jsaħħu r-restawr u l-użu sostenibbli tal-ħamrija bħala għodda għall-politika dwar il-klima fil-pjanijiet nazzjonali tagħhom dwar l-Enerġija u l-Klima (NECPs) u b'mod partikolari f'miżuri li japplikaw għas-setturi tal-agrikoltura u l-użu tal-art, tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija (LULUCF) biex jippreservaw, jirrestawraw u jtejbu l-bjar tal-karbonju (b'mod speċjali f'żoni fejn il-ħamrija jkun fiha ħafna karbonju, bħall-bwar u t-torbieri), minbarra li tittieħed azzjoni li tfittex li tippromwovi l-użu ta' ħamrija fil-politika agrikola u li tnaqqas l-emissjonijiet agrikoli; jemmen li għandhom jiġu appoġġjati miżuri biex jiżdied is-sekwestru tal-karbonju fil-ħamrija; jilqa', b'mod partikolari, it-tħabbira tal-Kummissjoni ta' inizjattiva ta' sekwestru tal-karbonju f'art agrikola u jħeġġeġ lill-Kummissjoni tesplora diversi għażliet; |
51. |
Jemmen li prattiki mhux sostenibbli li jwasslu għat-telf tal-karbonju organiku fil-ħamrija u jikkontribwixxu għat-tibdil fil-klima jridu jiġu prevenuti; jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-istimi relatati mal-kontenut tal-karbonju huma limitati għall-orizzonti tal-ħamrija tal-wiċċ, u jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jiġġeneraw data rilevanti dwar il-kontenut tal-karbonju fis-saffi aktar 'l isfel tal-ħamrija, għax dan itejjeb il-fehim tal-potenzjal ġenerali tal-ħamrija għaż-żamma u ż-żieda tal-kontenut tal-karbonju; |
52. |
Jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi, fir-reviżjoni li jmiss tar-Regolament LULUCF, data ta' mira meta l-ħamrija agrikola kollha tkun saret bir nett tal-karbonju, f'konformità mal-objettivi tan-newtralità klimatika tal-UE sal-2050; |
53. |
Jenfasizza li s-sekwestru tal-karbonju f'art agrikola tista' toffri benefiċċji multipli: il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, il-kapaċità tal-produzzjoni u r-reżiljenza mtejba tal-ħamrija, aktar bijodiversità u t-tnaqqis fl-iskular tan-nutrijenti; jitlob li jissaħħu l-bini tal-kapaċità, in-networking u t-trasferiment tal-għarfien biex jitħaffef is-sekwestru tal-karbonju u jiżdied l-ammont ta' karbonju maħżun fil-ħamrija u b'hekk biex jiġu pprovduti soluzzjonijiet għall-isfida tal-klima; |
54. |
Jisħaq li l-użu mhux sostenibbli tal-art jirrilaxxa l-karbonju tal-ħamrija fl-atmosfera wara li jkun ilu sekli jew millenji parti mill-ekosistema tal-ħamrija; |
55. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li r-rwol multifunzjonali tal-ħamrija jiġi indirizzat b'mod adegwat fir-riċerka, iżidu r-riċerka, l-innovazzjoni u l-finanzjament speċifiċi għall-ħamrija u jaġġustaw il-programmi ta' finanzjament rilevanti eżistenti biex jiffaċilitaw dawn il-proġetti ta' riċerka, sabiex jirriflettu l-karatteristiċi speċifiċi tal-ħamrija fir-riċerka relatata; jilqa' b'sodisfazzjon, f'dan ir-rigward, il-varar tal-missjoni għas-saħħa tal-ħamrija u l-ikel tal-programm Orizzont Ewropa; jitlob li jissaħħaħ ir-rwol tal-Osservatorju tal-Ħamrija tal-UE u taċ-Ċentru Ewropew tad-Data dwar il-Ħamrija u li jiġi allokat finanzjament adegwat biex iwettqu l-missjoni tagħhom u jiksbu l-objettivi tal-istrateġija l-ġdida dwar il-ħamrija; jistieden, barra minn hekk, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiżviluppaw għarfien espert tassonomiku tal-bijodiversità tal-ħamrija u għarfien dwar il-konsegwenzi tal-kundizzjonijiet tal-ħamrija għall-interazzjonijiet tal-ekosistemi; jissottolinja l-interdipendenza bejn il-ħamrija u l-ilma u jitlob appoġġ dedikat għar-riċerka dwar ir-rwol pożittiv li għandha l-ħamrija f'saħħitha fit-tnaqqis ulterjuri tat-tniġġis diffuż fl-ilma; |
56. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jipprovdu biżżejjed appoġġ finanzjarju u inċentivi għall-promozzjoni tal-protezzjoni tal-ħamrija, il-ġestjoni sostenibbli, il-konservazzjoni u r-restawr tagħha, l-innovazzjoni u r-riċerka permezz tal-Politika Agrikola Komuni, il-Politika ta' Koeżjoni, Orizzont Ewropa u strumenti finanzjarji oħra disponibbli; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jidentifikaw żoni soġġetti għall-erożjoni u b'livell baxx ta' karbonju organiku u żoni soġġetti għall-kompattazzjoni li jistgħu jibbenefikaw minn finanzjament immirat; |
57. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw livelli adegwati ta' riżorsi umani u s-sostenibbiltà finanzjarja tal-aġenziji involuti fil-ħidma relatata mal-Istrateġija Tematika dwar il-Ħamrija; jenfasizza li livell suffiċjenti ta' persunal kwalifikat huwa prekundizzjoni għas-suċċess fl-implimentazzjoni tal-politiki tal-Unjoni; jistieden, għaldaqstant, lill-Kummissjoni biex tiżgura livelli adegwati ta' persunal, b'mod partikolari għad-Direttorat Ġenerali għall-Ambjent; |
58. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jintroduċu miżuri għal ġbir armonizzat u integrat ta' data, sistema ta' monitoraġġ komprensiva, u l-iskambju ta' informazzjoni u l-aħjar prattiki dwar il-protezzjoni tal-ħamrija, il-ġestjoni sostenibbli u r-restawr tagħha madwar l-Unjoni, kif ukoll li jimmassimizzaw is-sinerġiji bejn is-sistemi ta' monitoraġġ eżistenti u l-għodod tal-PAK; |
59. |
Iqis li dawn il-miżuri għandhom ikunu l-kundizzjonijiet bażi għall-eliġibbiltà għall-finanzjament mill-Unjoni jew nazzjonali; |
60. |
Iqis li l-Istati Membri għandhom ifasslu u jippubblikaw rapporti dwar il-kundizzjoni tal-ħamrija f'intervalli regolari ta' mhux aktar minn 5 snin; iqis li d-data kollha miġbura dwar il-ħamrija għandha tkun disponibbli għall-pubbliku online; |
61. |
Jappoġġja inizjattivi li għandhom l-għan li jtejbu l-għarfien u l-fehim tal-pubbliku dwar l-impatt pożittiv tal-funzjonijiet u tal-protezzjoni tal-ħamrija, inklużi dawk marbuta mal-ġestjoni, il-protezzjoni u r-restawr sostenibbli tal-ħamrija, mas-saħħa pubblika u s-sostenibbiltà ambjentali; jisħaq li s-sensibilizzazzjoni pubblika u l-fehim tal-funzjonijiet tal-ħamrija huma kruċjali għas-suċċess tal-istrateġija l-ġdida dwar il-ħamrija u biex tiġi żgurata l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini, l-ewwel u qabel kollox tas-sidien tal-art, il-bdiewa u l-forestiera, bħala atturi primarji tal-ġestjoni tal-ħamrija; jitlob għal involviment akbar mal-pubbliku ġenerali dwar is-saħħa tal-ħamrija u l-emerġenza ambjentali u għal appoġġ għal inizjattivi komunitarji għall-protezzjoni u l-użu sostenibbli tal-ħamrija; jesprimi l-appoġġ tiegħu għall-Jum Dinji tal-Ħamrija u jħeġġeġ aktar azzjonijiet biex titqajjem kuxjenza f'dan ir-rigward; |
62. |
Jisħaq li r-riskji ambjentali koperti fil-leġiżlazzjoni obbligatorja li jmiss dwar id-diliġenza dovuta fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem u tal-ambjent għandhom jinkludu d-degradazzjoni tal-ħamrija abbażi tal-objettivi u l-miri tal-istrateġija l-ġdida tal-UE dwar il-ħamrija; |
63. |
Jistieden lill-Kummissjoni, bħala mexxejja dinjija fil-qasam tal-ambjent, biex fl-istrateġija l-ġdida tal-UE dwar il-ħamrija tinkludi l-protezzjoni u l-użu sostenibbli tal-ħamrija fl-aspetti rilevanti kollha tal-politika esterna tagħha, u, b'mod partikolari, biex tqis dan l-aspett bis-sħiħ meta tikkonkludi ftehimiet internazzjonali rilevanti u meta tirrieżamina dawk eżistenti; |
64. |
Jistieden lill-Kummissjoni tinkludi l-protezzjoni tal-ħamrija fil-kapitoli dwar il-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli tal-ftehimiet kummerċjali, filwaqt li tieħu miżuri biex tindirizza d-degradazzjoni tal-ħamrija importata minn dawn il-pajjiżi, inkluża d-degradazzjoni kkawżata minn bijofjuwils b'impatti ambjentali negattivi ħafna, u toqgħod lura milli tesporta d-degradazzjoni tal-ħamrija; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-prodotti importati minn pajjiżi terzi lejn l-UE jikkonformaw mal-istess standards ambjentali u tal-użu sostenibbli tal-art; |
65. |
Jifhem l-importanza tal-kooperazzjoni fil-livelli kollha biex jiġi indirizzat b'mod effettiv it-theddid kollu għall-ħamrija; għalhekk jistieden lill-Istati Membri biex imexxu bl-eżempju u biex jikkunsidraw li jibdew konvenzjoni dwar il-ħamrija fi ħdan in-NU; |
66. |
Jesprimi l-appoġġ tiegħu għall-missjoni tal-Orizzont intitolata “Caring for Soil is Caring for Life” (Jekk Nieħdu ħsieb il-Ħamrija, Nieħdu ħsieb il-Ħajja), li kienet proposta mill-Bord tal-Missjoni għas-Saħħa tal-Ħamrija u l-Ikel, bil-għan li tiżgura li 75 % tal-ħamrija tkun f'saħħitha sal-2030, biex l-ikel, il-persuni, in-natura u l-klima jkunu fi stat tajjeb ta' saħħa; |
67. |
Jirrakkomanda l-iżvilupp ta' żoni ekoloġiċi, forestali u agroforestali ġodda, speċjalment f'reġjuni urbani, biex iservu ta' kontrobilanċ għall-impatti negattivi tal-livell għoli attwali ta' ssiġillar tal-ħamrija fil-bliet Ewropej; |
68. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri. |
(1) ĠU L 354, 28.12.2013, p. 171.
(2) ĠU L 156, 25.6.2003, p. 17.
(3) ĠU L 143, 30.4.2004, p. 56.
(4) ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17.
(5) ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1.
(7) ĠU L 375, 31.12.1991, p. 1.
(8) ĠU L 309, 24.11.2009, p. 71.
(9) ĠU L 344, 17.12.2016, p. 1.
(10) ĠU L 137, 24.5.2017, p. 1.
(11) ĠU L 156, 19.6.2018, p. 1.
(13) ĠU C 87 E, 7.4.2004, p. 395.
(14) ĠU C 282 E, 6.11.2008, p. 138.
(15) Testi adottati, P9_TA(2020)0015.
(16) Testi adottati, P9_TA(2019)0078.
(17) ĠU C 411, 27.11.2020, p. 48.
(18) Testi adottati, P9_TA(2020)0201.
(19) Testi adottati, P9_TA(2021)0040.
(20) Testi adottati, P9_TA(2020)0005.
(21) ĠU C 282 E, 6.11.2008, p. 138.
(22) ĠU C 17, 19.1.2013, p. 37.
(23) ĠU C 61, 14.3.2003, p. 49.
(24) Schwartz, J.D. 2014. Soil as Carbon Storehouse: New Weapon in Climate Fight?, Yale Environment 360.
(25) Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, Soil Organic Carbon (Karbonju Organiku fil-Ħamrija), 20 ta' Frar 2017. https://www.eea.europa.eu/data-and-maps/indicators/soil-organic-carbon-1/assessment
(26) L-Istitut għall-Politika Ambjentali Ewropea, Climate and Soil Policy Brief: Better Integrating Soil Into EU Climate Policy (Nota dwar il-Politika dwar il-Klima u l-Ħamrija: Integrazzjoni Aħjar tal-Ħamrija fil-Politika dwar il-Klima fl-UE), Ottubru 2020 https://ieep.eu/uploads/articles/attachments/437a17b8-f8a4-478d-ab7f-4a74e2e60ced/IEEP%20(2020)%20Climate%20and%20soil%20policy%20brief%20-%20Better%20integrating%20soil%20into%20EU%20climate%20policy.pdf?v=63771126961
(27) https://ec.europa.eu/jrc/en/news/soil-erosion-costs-european-farmers-125-billion-year#:~:text=Soil%20erosion%20costs%20European%20countries,consequences%20do%20not%20stop%20ther
(28) Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni, Evalwazzjoni tas-Seba' EAP (SWD(2019)0181).
(29) L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, The European environment – state and outlook 2020 (L-ambjent Ewropew – l-istat u l-prospetti 2020), 2019.
(30) Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni, Evalwazzjoni tas-Seba' EAP, (SWD(2019)0181).
(31) L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, The European environment – state and outlook 2020 (L-ambjent Ewropew – l-istat u l-prospetti 2020), 2019.
(32) Eurostat, 2014b. European Agricultural Census 2010(Ċensiment Agrikolu Ewropew tal-2010). [Online] URL: http://epp.eurostat.ec.europa.eu/statisticsexplained/index.php/Agricultural census 2010 (accessed February 2014) – The European average of 19 % cropland applying winter cover crop, 21,5 % reduced tillage and 4 % no-till farming.
(33) L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, Progress in management of contaminated sites (Il-progress fil-ġestjoni ta' siti kontaminati).
(34) L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, The European environment – state and outlook 2020 (L-ambjent Ewropew – l-istat u l-prospetti 2020), 2019.
(35) Veerman, C., et al. , Caring for Soil is Caring for Life. In Interim Report for the Mission Board for Soil, Health and Food; (Jekk Nieħdu ħsieb il-Ħamrija, Nieħdu ħsieb il-Ħajja. Rapport Interim tal-Bord tal-Missjoni għas-Saħħa tal-Ħamrija u l-Ikel); Il-Kummissjoni Ewropea: Brussell, il-Belġju; p. 52.
(36) Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni, Evalwazzjoni tas-Seba' EAP, (SWD(2019)0181).
(37) Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni, Evalwazzjoni tas-Seba' EAP, (SWD(2019)0181).
(38) Pjattaforma Intergovernattiva tal-Politika tax-Xjenza dwar il-Bijodiversità u s-Servizzi Ekosistemiċi (IPBES), The IPBES assessment report on land degradation and restoration (Ir-rapport ta' valutazzjoni tal-IPBES dwar id-degradazzjoni u r-restawr tal-art), 2018.
(39) L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, The European environment – state and outlook 2020 (L-ambjent Ewropew – l-istat u l-prospetti 2020), 2019.
(40) https://ec.europa.eu/eurostat/databrowser/view/ENV_WASGEN/bookmark/table?lang=en&bookmarkId=bbf937c1-ce8b-4b11-91b7-3bc5ef0ea042
(41) CDR 3137/2020.
(42) Eurostat, 2014b. European Agricultural Census 2010(Ċensiment Agrikolu Ewropew tal-2010). [Online] URL: https://ec.europa.eu/eurostat/statistics-explained/index.php?title=Archive:Agricultural_census_2010_-_main_results census 2010 (accessed February 2014) – The European average of 19 % cropland applying winter cover crop, 21,5 % reduced tillage and 4 % no-till farming.
(43) Bruno De Vos et al., Benchmark values for forest soil carbon stocks in Europe: Results from a large scale forest soil survey, (Valuri ta' referenza għall-ħażniet tal-karbonju fil-ħamrija tal-foresti fl-Ewropa: Riżultati minn stħarriġ dwar il-ħamrija tal-foresti fuq skala kbira), Geoderma, Volumi 251-252, Awwissu 2015, paġni 33-46.
(44) K. E. Clemmensen et al., Roots and Associated Fungi Drive Long-Term Carbon Sequestration in Boreal Forest(L-Għeruq u l-Fungi Assoċjati Jixprunaw is-Sekwestru tal-Karbonju fit-Tul fil-Foresta Boreal), Science 339, 1615, 2013.
(45) L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, The European environment – state and outlook 2020 (L-ambjent Ewropew – l-istat u l-prospetti 2020), 2019.
Il-Ħamis 29 ta’ April 2021
15.12.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 506/54 |
P9_TA(2021)0147
It-tassazzjoni diġitali: in-negozjati tal-OECD, ir-residenza tat-taxxa tal-kumpaniji diġitali u l-eventwalità ta' Taxxa Diġitali Ewropea
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2021 dwar it-tassazzjoni diġitali: in-negozjati tal-OECD, ir-residenza tat-taxxa tal-kumpaniji diġitali u l-eventwalità ta' Taxxa Diġitali Ewropea (2021/2010(INI))
(2021/C 506/08)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 113 u 115 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-1 u tat-2 ta' Ottubru 2020 (1) u tal-21 ta' Lulju 2020 (2), |
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ecofin tas-27 ta' Novembru 2020 (3), |
— |
wara li kkunsidra l-proposti tal-Kummissjoni li għadhom pendenti għall-adozzjoni, b'mod partikolari dwar il-Bażi Komuni għat-Taxxa Korporattiva (BKTK), il-Bażi Komuni Konsolidata għat-Taxxa Korporattiva (BKKTK) (4), u l-pakkett tat-tassazzjoni diġitali (5), kif ukoll il-pożizzjonijiet tal-Parlament dwar dawn il-proposti, |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta' Jannar 2019 bit-titolu “Lejn teħid ta' deċiżjonijiet aktar effiċjenti u demokratiku fil-qasam tal-politika tat-tassazzjoni tal-UE” (COM(2019)0008), |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Frar 2020 bit-titolu “Insawru l-futur diġitali tal-Ewropa” (COM(2020)0067), |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta' Lulju 2020 dwar Pjan ta' Azzjoni għal tassazzjoni ġusta u sempliċi li tappoġġa l-istrateġija ta' rkupru (COM(2020)0312), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Novembru 2015 dwar id-deċiżjonijiet fil-qasam tat-taxxa u miżuri oħra ta' natura jew effett simili (6), proposta mill-Kumitat Speċjali tiegħu dwar id-Deċiżjonijiet fil-Qasam tat-Taxxa u Miżuri Oħra ta' Natura jew Effett Simili (Kumitat TAXE), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Lulju 2016 dwar deċiżjonijiet fil-qasam tat-taxxa u miżuri oħra ta' natura jew effett simili (7), proposta mit-tieni Kumitat Speċjali dwar id-Deċiżjonijiet fil-Qasam tat-Taxxa u Miżuri Oħra ta' Natura jew Effett Simili (il-Kumitat TAXE2), |
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tiegħu tat-13 ta' Diċembru 2017 lill-Kunsill u lill-Kummissjoni wara l-inkjesta dwar il-ħasil tal-flus, l-evitar tat-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa mwettqa mill-Kumitat ta' Inkjesta tiegħu biex jinvestiga l-allegati kontravenzjonijiet u amministrazzjoni ħażina fl-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni b'rabta mal-ħasil tal-flus, l-evitar tat-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa (il-Kumitat PANA) (8), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta' Marzu 2019 dwar il-kriminalità finanzjarja, l-evażjoni tat-taxxa u l-evitar tat-taxxa (9), proposta mill-Kumitat Speċjali dwar il-Kriminalità Finanzjarja, l-Evażjoni tat-Taxxa u l-Evitar tat-Taxxa (TAX3), |
— |
wara li kkunsidra s-segwitu mogħti mill-Kummissjoni għal kull waħda mir-riżoluzzjonijiet tal-Parlament imsemmijin hawn fuq (10), |
— |
wara li kkunsidra l-istudju tiegħu bit-titolu “Impact of Digitalisation on International Tax Matters: Challenges and Remedies” (L-Impatt tad-Diġitalizzazzjoni fuq Kwistjonijiet Fiskali Internazzjonali: Sfidi u Rimedji) (11), |
— |
wara li kkunsidra l-Qafas Inklużiv tal-G20/OECD dwar il-Pjan ta' Azzjoni għall-Erożjoni tal-Bażi tat-Taxxa u Trasferiment tal-Profitti (BEPS) ta' Ottubru 2015, u b'mod partikolari l-Azzjoni 1 tiegħu dwar l-Isfidi tat-Taxxa li Jirriżultaw mid-Diġitalizzazzjoni, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport interim tal-Qafas Inklużiv tal-G20/OECD bit-titolu “Tax Challenges Arising from Digitalisation” (Sfidi tat-Taxxa li Jirriżultaw mid-Diġitalizzazzjoni) adottat fl-2018, u l-Programm ta' Ħidma tiegħu biex Jiżviluppa Soluzzjoni għall-Isfidi tat-Taxxa li Jirriżultaw mid-Diġitalizzazzjoni tal-Ekonomija adottat f'Mejju 2019, |
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta' Cover u r-Rapporti dwar il-Pjanijiet ta' Tħejjija tal-Ewwel Pilastru u t-Tieni Pilastru adottati mill-Qafas Inklużiv tal-G20/OECD f'Ottubru 2020, kif ukoll ir-riżultati ta' analiżi ekonomika u valutazzjoni tal-impatt imwettqa mis-Segretarjat tal-OECD mehmuża magħha, |
— |
wara li kkunsidra l-eżiti ta' diversi summits tal-G7, tal-G8 u tal-G20 li saru dwar il-kwistjonijiet tat-taxxa internazzjonali, |
— |
wara li kkunsidra l-ħidma li għaddejja tal-Kumitat ta' Esperti tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Kooperazzjoni Internazzjonali fi Kwistjonijiet tat-Taxxa dwar l-isfidi tat-taxxa relatati mad-diġitalizzazzjoni tal-ekonomija, |
— |
wara li kkunsidra l-valutazzjoni tal-impatt tal-Bidu tal-Kummissjoni dwar Taxxa Diġitali fl-14 ta' Jannar 2021 (Ares(2021)312667), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta' Diċembru 2019 bit-titolu “Tassazzjoni ġusta f'ekonomija diġitalizzata u globalizzata: BEPS 2.0” (12), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura tagħha, |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A9-0103/2021), |
A. |
billi r-regoli internazzjonali attwali dwar it-taxxa korporattiva huma bbażati fuq prinċipji li ġew żviluppati fil-bidu tas-seklu 20 u m'għadhomx adattati għal ekonomija dejjem aktar globalizzata u diġitalizzata, u b'hekk jippermettu bosta prattiki tat-taxxa dannużi li jimminaw il-finanzi pubbliċi u l-kompetizzjoni ġusta; |
B. |
billi l-proporzjonalità u l-prattikkabbiltà ta' dawn ir-regoli internazzjonali dwar it-taxxa issa huma soġġetti għal rieżami fil-kuntest tan-negozjati dwar l-OECD bil-għan li tiġi żgurata l-kompetittività tal-kumpaniji Ewropej f'ekonomija dejjem aktar globalizzata u diġitalizzata; |
C. |
billi d-diġitalizzazzjoni tal-ekonomija aggravat il-problemi li diġà jeżistu permezz ta' dipendenza żejda minn kumpaniji multinazzjonali fuq assi intanġibbli bħall-proprjetà intellettwali; |
D. |
billi wara l-kriżi finanzjarja tal-2008-2009 u serje ta' rivelazzjonijiet dwar prattiki differenti ta' evażjoni tat-taxxa, ippjanar aggressiv tat-taxxa, evitar tat-taxxa u ħasil tal-flus, il-pajjiżi tal-G20 qablu li jindirizzaw dawn il-kwistjonijiet fil-livell tal-OECD permezz tal-proġett Erożjoni tal-Bażi tat-Taxxa u Trasferiment tal-Profitti (BEPS), li wassal għall-ħolqien tal-Pjan ta' Azzjoni dwar il-BEPS; |
E. |
billi l-Pjan ta' Azzjoni dwar il-BEPS irnexxielu jistabbilixxi kunsens globali dwar ħafna kwistjonijiet sabiex jiġu miġġielda l-evażjoni tat-taxxa, l-ippjanar aggressiv tat-taxxa u l-evitar tat-taxxa; billi, madankollu, ma ntlaħaqx qbil dwar kif għandhom jiġu indirizzati l-isfidi tat-taxxa li ġġib magħha d-diġitalizzazzjoni tal-ekonomija, li wassal għall-adozzjoni ta' Rapport Finali separat dwar l-Azzjoni 1 – 2015 tal-BEPS; |
F. |
billi l-Parlament talab ripetutament għal riforma tas-sistema tat-taxxa korporattiva internazzjonali bil-għan li jiġu indirizzati l-evażjoni tat-taxxa, l-evitar tat-taxxa u l-isfidi tal-intaxxar tal-ekonomija diġitali; |
G. |
billi l-Kummissjoni ressqet żewġ proposti dwar it-tassazzjoni tal-ekonomija diġitali fl-2018, inkluża soluzzjoni temporanja fuq perjodu qasir li tintroduċi taxxa fuq is-servizzi diġitali (TSD), u soluzzjoni fit-tul li tiddefinixxi preżenza diġitali sinifikanti (SDP) bħala rabta għat-tassazzjoni korporattiva li għandha tissostitwixxi t-TSD; billi fil-25 ta' Ottubru 2016, il-Kummissjoni ressqet proposta għal Direttiva tal-Kunsill dwar bażi komuni konsolidata għat-taxxa korporattiva (BKKTK) (COM(2016)0683); billi l-Parlament appoġġa dawn il-proposti kollha, iżda dawn ma ġewx adottati fil-Kunsill, li ġiegħel li xi Stati Membri jintroduċu TSD b'mod unilaterali; |
H. |
billi l-introduzzjoni mill-Istati Membri ta' TSD mhux koordinati u separati, li għandhom regoli u kriterji tat-tassazzjoni differenti, iżżid l-frammentazzjoni fi ħdan is-suq uniku, toħloq aktar inċertezza dwar it-taxxa u hija inqas effiċjenti meta mqabbla ma' soluzzjoni komuni fil-livell Ewropew; |
I. |
billi l-miżuri meħuda unilateralment mill-Istati Membri jirriskjaw li jżidu t-tilwim kummerċjali internazzjonali, u dan jista' jaffettwa kemm in-negozji diġitali kif ukoll dawk mhux diġitali fi ħdan is-suq uniku; |
J. |
billi, skont mandat mogħti mill-Ministri tal-Finanzi tal-G20 f'Marzu 2017 u wara l-adozzjoni ta' Programm ta' Ħidma (PoW) f'Mejju 2019, il-Qafas Inklużiv tal-OECD/G20 dwar il-BEPS, permezz tat-Task Force tiegħu dwar l-Ekonomija Diġitali, kien qed jaħdem fuq soluzzjoni globali bbażata fuq kunsens ibbażata fuq żewġ pilastri: l-Ewwel Pilastru dwar l-allokazzjoni ta' drittijiet ta' intaxxar permezz ta' regoli ġodda dwar ir-rabtiet u l-allokazzjoni tal-profitti u t-Tieni Pilastru dwar l-indirizzar tal-kwistjonijiet li jibqa' tal-BEPS u l-introduzzjoni ta' miżuri biex jiġi żgurat livell minimu ta' taxxa; |
K. |
billi fit-12 ta' Ottubru 2020, il-Qafas Inklużiv tal-G20/OECD ippubblika pakkett li jikkonsisti f'dikjarazzjoni u rapporti dwar il-Pjanijiet ta' Tħejjija tal-Ewwel Pilastru u t-Tieni Pilastru, li jirrifletti fehmiet konverġenti dwar għadd ta' karatteristiċi, prinċipji u parametri ta' politika fiż-żewġ Pilastri, filwaqt li identifika l-kwistjonijiet politiċi u tekniċi li fadal li għandhom jiġu indirizzati; |
L. |
billi, f'dawn l-aħħar snin, il-profitti ta' kumpaniji multinazzjonali ewlenin fl-isfera diġitali żdiedu b'mod sinifikanti; billi l-lockdowns b'reazzjoni għall-pandemija tal-COVID-19 komplew jaċċeleraw din it-tendenza tat-tranżizzjoni lejn ekonomija bbażata fuq is-servizzi diġitali, u dan poġġa lin-negozji fiżiċi, u speċjalement lill-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) fi żvantaġġ ulterjuri; billi hemm ħtieġa urġenti li tittieħed azzjoni malajr, filwaqt li jitqies l-għan tal-Qafas Inklużiv tal-G20/OECD li jikkonkludi n-negozjati tiegħu f'Lulju 2021 bħala l-ewwel pass fid-direzzjoni t-tajba lejn distribuzzjoni aktar ekwa tal-piżijiet tat-taxxa; |
M. |
billi liġijiet internazzjonali dwar it-taxxa adegwati huma essenzjali biex jipprevjenu l-evażjoni tat-taxxa u l-prattiki ta' evitar tat-taxxa, u jfasslu sistema ta' tassazzjoni ġusta u effiċjenti li tindirizza l-inugwaljanza u tiżgura ċ-ċertezza u l-istabbiltà, li huma prerekwiżiti għall-kompetittività, kif ukoll għal kundizzjonijiet ekwi bejn il-kumpaniji, speċjalment għall-SMEs; |
N. |
billi d-diġitalizzazzjoni tal-ekonomija ppermettiet lill-kumpaniji żgħar b'mod ġenerali u minn setturi differenti jsiru aktar kompetittivi u jilħqu klijenti ġodda; billi negozji ġodda iżgħar u negozji li qed jespandu m'għandhomx jiġu mxekkla minħabba l-miżuri tal-UE għat-tassazzjoni diġitali; |
O. |
billi n-negozji diġitali jiddependu ħafna minn assi intanġibbli biex joħolqu kontenut, b'mod partikolari permezz tal-użu u l-monetizzazzjoni tad-data tal-utenti, u dan il-ħolqien ta' valur mhuwiex kopert mis-sistemi tat-taxxa attwali; billi dan il-fenomenu jallinja ħażin il-post tal-ħolqien tal-valur mal-post tat-tassazzjoni; |
P. |
billi n-nuqqas ta' ftehim internazzjonali jew ta' regolamentazzjoni tal-UE dwar it-tassazzjoni diġitali huwa ostaklu għal ambjent tan-negozju aktar kompetittiv u li jiffavorixxi t-tkabbir fi ħdan is-suq uniku diġitali; |
Q. |
billi l-kriżi ekonomika serja li qed tiffaċċja l-Unjoni tirrikjedi politiki tat-tassazzjoni moderni li jippermettu lill-Istati Membri jiġbru t-taxxi dovuti għall-attivitajiet imwettqa fis-suq uniku, b'mod aktar effiċjenti u effettiv; |
R. |
billi l-Istati Membri għandhom jikkollaboraw mill-qrib u jieħdu pożizzjoni magħquda, b'saħħitha u ambizzjuża fin-negozjati internazzjonali dwar it-taxxa, |
S. |
billi l-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-27 ta' Novembru 2020 jiddikjaraw li l-Kunsill Ewropew se “jivvaluta [wkoll] is-sitwazzjoni rigward il-ħidma fuq il-kwistjoni importanti tat-tassazzjoni diġitali” f'Marzu 2021; |
T. |
billi l-ministri tal-finanzi tal-G20 iltaqgħu fis-7-8 ta' April 2021 u se jiltaqgħu fid-9-10 ta' Lulju 2021 u jqisu ż-żewġ pilastri tan-negozjati dwar il-Qafas Inklużiv; |
L-indirizzar ta' sfidi li jirriżultaw mid-diġitalizzazzjoni tal-ekonomija
1. |
Jinnota li r-regoli internazzjonali attwali dwar it-taxxa jmorru lura għall-bidu tas-seklu 20, u li d-drittijiet ta' intaxxar huma prinċipalment ibbażati fuq il-preżenza fiżika tal-kumpaniji; jirrimarka li d-diġitalizzazzjoni u dipendenza kbira fuq assi intanġibbli żiedu bil-kbir il-kapaċità ta' kumpaniji li jinvolvu ruħhom f'attivitajiet kummerċjali sinifikanti f'ġuriżdizzjoni mingħajr preżenza fiżika hemmhekk, u għalhekk it-taxxi mħallsa f'ġuriżdizzjoni waħda ma jibqgħux jirriflettu l-valur u l-profitti maħluqa hemmhekk, u dan jista' jwassal għall-erożjoni tal-bażi tat-taxxa u trasferiment tal-profitti; |
2. |
Jappella għal allokazzjoni ġdida u aktar ġusta tad-drittijiet ta' intaxxar għal kumpaniji multinazzjonali b'livell għoli ta' diġitalizzazzjoni u reviżjoni tal-kunċett tradizzjonali ta' stabbiliment permanenti peress li ma jkoprix l-ekonomija diġitalizzata; ifakkar fil-pożizzjoni tal-Parlament dwar il-BK(K)TK biex jinħoloq stabbiliment permanenti virtwali, li jqis fejn jinħoloq il-valur u abbażi tal-valur u l-profitti ġġenerati mill-utenti; jisħaq li l-utenti tal-pjattaformi online u l-konsumaturi tas-servizzi diġitali issa huma elementi ċentrali fil-ħolqien ta' valur minn negozji b'livell għoli ta' diġitalizzazzjoni, u li ma jistgħux jiċċaqalqu barra minn ġuriżdizzjoni bl-istess mod bħall-kapital u x-xogħol, u għalhekk għandhom jitqiesu meta tiġi definita rabta fiskali ġdida sabiex jiġi pprovdut rimedju effettiv kontra l-ippjanar aggressiv tat-taxxa u l-evitar tat-taxxa; |
3. |
Jikkondividi t-tħassib li definizzjoni stretta tal-problemi involuti tirriżulta fit-tfassil ta' regoli mmirati għal ċerti negozji biss; jirrimarka li l-prezzijiet ta' trasferiment, id-definizzjoni ta' stabbiliment permanenti u d-diskrepanzi fit-tassazzjoni li jirriżultaw minn diversi sistemi fiskali kumplessi żżejjed iridu jiġu riveduti, b'mod partikolari fir-rigward tal-ftehimiet dwar it-taxxa doppja; |
4. |
Jisħaq li soluzzjonijiet ġodda għall-intaxxar tal-ekonomija diġitali għandhom preferibbilment jintaxxaw il-profitti u mhux id-dħul; |
5. |
Jieħu nota tal-evoluzzjoni sinifikanti fl-ekonomiji tagħna li ġiet ikkawżata mid-diġitalizzazzjoni u l-globalizzazzjoni; jieħu nota tal-effetti pożittivi tad-diġitalizzazzjoni fuq is-soċjetà tagħna u l-ekonomiji tagħna kif ukoll il-potenzjal kbir tad-diġitalizzazzjoni għall-amministrazzjoni tat-taxxa, li sservi bħala għodda biex tipprovdi servizz aħjar liċ-ċittadini, iżżid il-fiduċja pubblika fl-awtoritajiet tat-taxxa u ttejjeb il-kompetittività; jiddispjaċih għan-nuqqasijiet tas-sistema tat-taxxa internazzjonali, li mhux dejjem hija adatta biex tindirizza b'mod xieraq l-isfidi tal-globalizzazzjoni u d-diġitalizzazzjoni; jitlob li jkun hemm ftehim li jimmira għal sistema tat-taxxa ġusta u effettiva, filwaqt li tiġi rispettata s-sovranità nazzjonali fil-qasam tat-tassazzjoni; |
6. |
Jappella għal riforma tas-sistema tat-taxxa biex jiġu miġġielda l-frodi tat-taxxa u l-evitar tat-taxxa; jisħaq li l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha għandhom ikunu minn ta' quddiem biex jirreaġixxu għal dawn in-nuqqasijiet; |
7. |
Jenfasizza l-ħtieġa li l-korporazzjonijiet multinazzjonali jiġu intaxxati abbażi ta' formula ġusta u effettiva għall-allokazzjoni tad-drittijiet ta' intaxxar bejn il-pajjiżi; ifakkar fil-proposta tal-Kummissjoni dwar bażi komuni konsolidata għat-taxxa korporattiva (BKKTK); |
8. |
Jenfasizza l-ħtieġa li tiġi indirizzata t-tassazzjoni baxxa tal-ekonomija diġitalizzata; jisħaq fuq il-ħtieġa li titqies il-mobilità inerenti ta' kumpaniji multinazzjonali b'livell għoli ta' diġitalizzazzjoni, b'mod partikolari bil-għan li jinħoloq il-valur, u li tiġi żgurata distribuzzjoni ġusta tad-drittijiet ta' intaxxar fost il-pajjiżi kollha fejn iwettqu attività ekonomika u ħolqien tal-valur, inkluż ir-R&Ż; jinnota li xi ftehimiet eżistenti dwar it-tassazzjoni doppja jistgħu jipprevjenu l-allokazzjoni ġusta tad-dritt ta' intaxxar u jitlob li dawn il-ftehimiet jiġu aġġornati; jenfasizza s-sitwazzjoni speċjali tal-Istati Membri periferali żgħar; |
9. |
Huwa tal-fehma li huma meħtieġa aktar studji dwar il-piż tat-taxxa globali ta' mudelli ta' negozju differenti; jiddispjaċih li l-evitar tat-taxxa mhux biss huwa ta' detriment għall-ġbir tad-dħul pubbliku, li jxekkel is-servizzi pubbliċi u jċaqlaq il-piż tat-taxxa lejn iċ-ċittadin medju, u b'hekk joħloq aktar inugwaljanzi, iżda għandu wkoll effett distorsiv fuq is-swieq billi jpoġġi lin-negozji, speċjalment l-SMEs, fi żvantaġġ, u joħloq ostakli għal parteċipanti ġodda lokali; jenfasizza l-ħtieġa li jitqiesu l-ostakli potenzjali għad-dħul tal-SMEs sabiex jiġi evitat li jinħoloq settur diġitali bi ftit atturi kbar biss; |
10. |
Ifakkar li, bħala medja, in-negozji diġitali jiffaċċjaw rata tat-taxxa effettiva ta' 9,5 % biss meta mqabbla ma' 23,2 % għall-mudelli ta' negozju tradizzjonali; |
11. |
Jenfasizza li, sadanittant, id-domanda għal servizzi diġitalizzati splodiet minħabba l-obbligu li jitwettqu ħafna kompiti b'mod remot fil-kuntest tal-COVID-19; josserva, għaldaqstant, li l-fornituri ta' tali servizzi diġitalizzati tqiegħdu f'pożizzjoni aktar favorevoli min-negozji tradizzjonali, speċjalment l-SMEs; |
12. |
Jenfasizza li r-Rapport Finali tal-OECD/G20 dwar l-Azzjoni 1 tal-BEPS, tal-2015, jikkonkludi li l-ekonomija diġitali qed issir dejjem aktar l-ekonomija nnifisha; jirrikonoxxi d-diġitalizzazzjoni rapida tal-biċċa l-kbira tas-setturi ekonomiċi u l-ħtieġa ta' sistema tat-taxxa valida għall-futur li ma tiddelimitax l-ekonomija diġitali, iżda tiżgura distribuzzjoni ġusta tad-dħul fil-pajjiżi differenti fejn jinħoloq il-valur; |
13. |
Jinnota l-importanza li ssir distinzjoni bejn ir-rwol kemm tat-tassazzjoni kif ukoll tar-regolamentazzjoni, u li l-politiki futuri dwar it-taxxa diġitali m'għandhomx jiġu fformulati biex jikkoreġu n-nuqqasijiet fl-ekonomija diġitali, bħal kirjiet mis-setgħa ta' monopolju fuq l-informazzjoni, fejn f'dan il-każ miżuri regolatorji jkunu aktar xierqa; |
Ftehim multilaterali globali: it-triq 'il quddiem preferuta iżda mhux l-unika waħda
14. |
Jitlob li jkun hemm ftehim internazzjonali li jimmira għal sistema tat-taxxa ġusta u effettiva; jilqa' l-isforzi fil-Qafas Inklużiv tal-G20/OECD biex jintlaħaq kunsens globali dwar riforma multilaterali tas-sistema tat-taxxa internazzjonali biex jiġu indirizzati l-isfidi ta' kondiviżjoni ta' profitti kontinwa u tal-ekonomija diġitalizzata; jiddispjaċih, madankollu, għall-fatt li l-iskadenza għal ftehim, stabbilita għal tmiem l-2020, ma ntlaħqitx; jirrikonoxxi l-progress tad-diskussjonijiet dwar il-proposti fil-livell tekniku, minkejja d-dewmien ikkawżat mill-pandemija tal-COVID-19, u jitlob li jintlaħaq qbil rapidu sa nofs l-2021 fi proċess inklużiv ta' negozjar; jistieden lill-Istati Membri jinvolvu ruħhom b'mod attiv ukoll fi kwistjonijiet tat-taxxa f'fora internazzjonali oħra bħan-NU; |
15. |
Jieħu nota tal-fatt li l-approċċ b'żewġ pilastri ssuġġerit fil-Qafas Inklużiv tal-G20/OECD ma jiddelimitax l-ekonomija diġitalizzata iżda jfittex soluzzjoni komprensiva għall-isfidi l-ġodda li toħloq; jieħu nota tal-fehmiet diverġenti fost il-membri tal-Qafas Inklużiv; jemmen, madankollu, li ż-żewġ pilastri għandhom jitqiesu bħala komplementari u għandhom jiġu adottati sa nofs l-2021; |
16. |
Jenfasizza li t-Tieni Pilastru għandu l-għan li jindirizza l-isfidi tal-BEPS li fadal, b'mod partikolari billi jiżgura li kumpaniji multinazzjonali kbar, inklużi dawk diġitalizzati, iħallsu rata minima effettiva tat-taxxa korporattiva irrispettivament minn fejn jinsabu; jilqa' l-momentum il-ġdid fin-negozjati tal-Qafas Inklużiv tal-G20/OECD maħluq mill-proposti ta' dan l-aħħar tal-amministrazzjoni tal-Istati Uniti dwar “inċentiv qawwi għan-nazzjonijiet biex jingħaqdu fi ftehim globali li jimplimenta regoli tat-taxxa minima madwar id-dinja”; jinnota li dawn il-proposti jinkludu żieda fit-taxxa minima fuq GILTI (global intangible low-taxed income) għal 21 % u rata SHIELD (Stopping Harmful Inversions and Ending Low-tax Developments) li tkun ekwivalenti għar-rata GILTI fil-każ li ma jintlaħaq ebda qbil dwar il-Pilastru II (13); iqis li kwalunkwe rata minima effettiva għandha tkun stabbilita f'livell ġust u suffiċjenti sabiex tiskoraġġixxi t-trasferimenti tal-profitt u tipprevjeni l-kompetizzjoni fiskali li tagħmel ħsara; |
17. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jiżguraw li l-kompromessi futuri tan-negozjati tal-Qafas Inklużiv G20/OECD iqisu l-interessi tal-UE u jevitaw li jżidu aktar kumplessità u kwalunkwe burokrazija supplimentari għall-SMEs u ċ-ċittadini; |
18. |
Jilqa' l-isforzi tas-segretarjat tal-OECD biex tinstab soluzzjoni għall-kwistjoni ta' kif għandhom jiġu adattati r-regoli tat-taxxa internazzjonali attwali tagħna għal ekonomija globalizzata u diġitalizzata; jilqa' l-proposta fl-ambitu tal-Ewwel Pilastru ta' rabta fiskali ġdida u drittijiet ġodda ta' intaxxar li joħolqu l-possibbiltà li jiġu intaxxati intrapriżi multinazzjonali (MNEs) f'ġuriżdizzjonijiet tas-suq, anke meta ma jkollhom l-ebda preżenza fiżika, abbażi tal-attività ekonomika tagħhom; jissottolinja li l-interazzjoni mal-utenti u l-konsumaturi tikkontribwixxi b'mod sinifikanti għall-ħolqien tal-valur fil-mudelli ta' negozju b'livell għoli ta' diġitalizzazzjoni, u għalhekk għandha titqies meta jiġu allokati d-drittijiet ta' intaxxar; jinnota li xi għażliet ta' politika għad iridu jiġu stabbiliti fil-livell globali; |
19. |
Jirrikonoxxi li l-hekk imsejjaħ “Ammont A” joħloq dritt ġdid ta' intaxxar għall-ġuriżdizzjonijiet tas-suq; jisħaq li l-kamp ta' applikazzjoni ta' dawn id-drittijiet ġodda ta' intaxxar għandu jkopri l-MNEs il-kbar kollha li jistgħu jinvolvu ruħhom fi prattiki tal-BEPS, u għall-inqas servizzi diġitali awtomatizzati u negozji li jiffaċċjaw il-konsumaturi, filwaqt li ma joħolqux piżijiet ulterjuri u bla bżonn fuq l-SMEs u jevitaw li jżidu l-kostijiet tas-servizzi għall-utenti; |
20. |
Jistieden lill-Istati Membri jappoġġaw ftehim li jiżgura li ammonti suffiċjenti ta' profitti jiġu riallokati għall-ġuriżdizzjonijiet tas-suq, li għandu jmur lil hinn mid-distinzjoni bejn profitti ta' rutina u dawk mhux ta' rutina, u dan jista' jwassal għal distinzjonijiet purament artifiċjali; |
21. |
Jinsab imħasseb li sistema kumplessa żżejjed tista' fil-fatt iżżid l-opportunitajiet biex jiġu evitati r-regoli li jkunu għadhom kif ġew miftiehma u jistieden lill-OECD u lill-Istati Membri li qed jinnegozjaw biex jaħdmu lejn soluzzjoni sempliċi u fattibbli; jitlob li jiġu kkunsidrati s-sejbiet relatati mal-impatt amministrattiv tal-Pjan ta' Azzjoni tal-OECD/G20 dwar il-BEPS; |
22. |
Jirrakkomanda li l-għażliet ta' politika difiżi mill-Istati Membri fin-negozjati għandhom inaqqsu l-kumplessità; jappoġġa, għaldaqstant, proċessi amministrattivi simplifikati għall-MNEs soġġetti għad-drittijiet ġodda ta' intaxxar, anke fid-dawl tat-tħaffif tal-piż tal-implimentazzjoni għall-Istati Membri, filwaqt li jitqiesu l-Istati Membri li mhumiex involuti f'arranġamenti tat-taxxa li jfixklu l-kompetizzjoni, bħall-hekk imsejħa “ftehimiet sweetheart”; jemmen li jkun xieraq li ssir riforma tal-Prinċipju ta' Distakkament (ALP); |
23. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jintensifikaw id-djalogu mal-amministrazzjoni l-ġdida tal-Istati Uniti dwar il-politika tat-tassazzjoni diġitali bil-għan li jinstab approċċ komuni fil-qafas tan-negozjati tal-Qafas Inklużiv tal-G20/OECD qabel Ġunju 2021; jilqa' d-dikjarazzjoni reċenti tal-amministrazzjoni l-ġdida tal-Istati Uniti li se terġa' timpenja ruħha b'mod attiv fin-negozjati tal-OECD bil-ħsieb li jintlaħaq ftehim u jiġi abbandunat il-kunċett ta' “livell xieraq ta' protezzjoni”; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta bir-reqqa l-implikazzjonijiet tal-aġġustamenti proposti ġodda magħmula mill-Istati Uniti għall-Pilastru I; jistieden lill-Istati Membri jopponu l-klawżola ta' “livell xieraq ta' protezzjoni”, li tirriskja li timmina serjament l-isforzi ta' riforma; jistieden lill-Kummissjoni ssegwi proposta tagħha stess biex tindirizza l-isfidi ta' ekonomija diġitalizzata jekk tiġi inkluża klawżola ta' “livell xieraq ta' protezzjoni” fl-Ewwel Pilastru tar-riforma; ifakkar, f'dan ir-rigward, fil-proposta fit-tul tal-Kummissjoni ffukata fuq preżenza diġitali sinifikanti; |
24. |
Jieħu nota tal-proposta għal mekkaniżmu għall-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni tat-tilwim sabiex tiġi evitata t-tassazzjoni doppja u tiżdied l-aċċettazzjoni tar-regoli l-ġodda; jenfasizza r-rwol importanti ta' dan il-mekkaniżmu, speċjalment għall-perjodu tranżitorju sakemm ir-reġim fiskali internazzjonali l-ġdid ikun fis-seħħ; jissottolinja, madankollu, li ċ-ċertezza tat-taxxa tinkiseb l-aħjar billi jiġu stabbiliti regoli sempliċi, ċari u armonizzati li jipprevjenu t-tilwim mill-ewwel; jenfasizza li kwalunkwe mekkaniżmu għall-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni tat-tilwim m'għandux iqiegħed lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw fi żvantaġġ; |
25. |
Jifhem li bi ftehim internazzjonali, it-tilwim kummerċjali dannuż u r-ritaljazzjonijiet li għandhom effetti potenzjalment negattivi fuq setturi ekonomiċi oħra għandhom jiġu evitati; |
26. |
Jistieden lill-Kummissjoni tlesti l-valutazzjoni tal-impatt tagħha stess dwar l-effetti tal-Ewwel u t-Tieni Pilastri fuq il-ġbir tad-dħul għall-Istati Membri u tinforma lill-Kunsill u lill-Parlament dwar is-sejbiet tagħha; jistieden lill-Kummissjoni, abbażi ta' din il-valutazzjoni tal-impatt, tagħti pariri u tiggwida lill-Istati Membri biex jieħdu pożizzjonijiet fin-negozjati li jiddefendu l-interessi globali tal-UE; |
27. |
Jistieden lil kull Stat Membru u lill-Kummissjoni jikkoordinaw il-pożizzjonijiet tagħhom sabiex jitkellmu b'vuċi waħda; |
Sejħa għal azzjoni immedjata mill-UE
28. |
Jiddispjaċih li n-nuqqas ta' soluzzjoni tal-Qafas Inklużiv tal-G20/OECD f'Ottubru 2020 tawwal it-tassazzjoni baxxa tal-ekonomija diġitalizzata; jisħaq li l-pandemija tal-COVID-19 kienet ta' benefiċċju kbir għan-negozji diġitalizzati, l-aktar dawk li setgħu jespandu l-operazzjonijiet tagħhom, filwaqt li ħafna negozji oħra, b'mod partikolari l-SMEs, sofrew, u li aċċelerat it-tranżizzjoni lejn ekonomija diġitalizzata, u b'hekk kompliet tenfasizza l-ħtieġa li jinstabu soluzzjonijiet multilaterali għar-riforma tas-sistema tat-taxxa attwali sabiex jiġi żgurat li l-ekonomija diġitalizzata tagħti kontribut ġust; |
29. |
Jenfasizza li l-gvernijiet jeħtieġ li jiġbru riżorsi mingħajr preċedent biex jirkupraw mill-kriżi tal-COVID-19 u li l-mobilizzazzjoni tad-dħul minn setturi intaxxati b'mod insuffiċjenti tista' tikkontribwixxi għall-finanzjament tal-irkupru; |
30. |
Iqis li l-isfidi tat-taxxa li jirriżultaw mill-ekonomija diġitalizzata huma kwistjoni globali u li ftehim fil-livell tal-istati G20/OECD huwa meħtieġ b'mod urġenti biex tkun possibbli l-koordinazzjoni internazzjonali; jinsisti li soluzzjoni internazzjonali ambizzjuża u armonizzata hija ppreferuta minn taħlita ta' tassazzjoni diġitali nazzjonali jew reġjonali b'riskji potenzjali, u żżid ferm aktar il-possibbiltà li jinstab appoġġ unanimu fil-Kunsill; |
31. |
Jinsisti, għalhekk, li irrispettivament mill-progress tan-negozjati tal-Qafas Inklużiv tal-G20/OECD, l-UE għandu jkollha pożizzjoni alternattiva u għandha tkun lesta li tintroduċi l-proposta tagħha għall-intaxxar tal-ekonomija diġitali sa tmiem l-2021, speċjalment peress li l-proposti tal-OECD jikkonċernaw biss grupp żgħir ta' kumpaniji u jistgħu ma jkunux biżżejjed; jistieden lill-Kummissjoni tirrispetta l-ftehim interistituzzjonali tas-16 ta' Diċembru 2020 dwar kooperazzjoni f'materji baġitarji billi tippreżenta l-proposti tagħha għal imposta diġitali sa Ġunju 2021, filwaqt li tantiċipa l-kompatibbiltà tagħhom mar-riforma mill-Qafas Inklużiv tal-G20/OECD jekk ikun hemm ftehim dwarha; jirrakkomanda lill-Kummissjoni toħroġ bi pjan direzzjonali li jqis xenarji differenti, b'mod partikolari bi qbil u mingħajr qbil fil-livell tal-OECD sa nofs l-2021; |
32. |
Jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra b'mod partikolari l-introduzzjoni ta' taxxa tal-UE fuq is-servizzi diġitali temporanja bħala l-ewwel pass neċessarju; jisħaq li jekk jintlaħaq ftehim internazzjonali fl-ambitu tal-Qafas Inklużiv tal-OECD/G20, dawn is-soluzzjonijiet Ewropej għandhom jiġu adattati kif xieraq; ifakkar li TSD tal-UE tista' tiġi prevista biss bħala l-ewwel pass temporanju; |
33. |
Jistieden lill-UE timplimenta l-ftehim tal-eżitu futur tan-negozjati internazzjonali b'mod armonizzat u jistieden lill-Kummissjoni toħroġ proposta għal dan il-għan; |
34. |
Jirrimarka li falliment tan-negozjati tal-OECD iwassal għal aktar frammentazzjoni fir-rigward tat-tassazzjoni diġitali, li tista' tkun ta' ħsara wkoll għall-kumpaniji Ewropej li għandhom l-għan li jespandu l-mudelli tan-negozju tagħhom fi swieq oħra; ifakkar fl-importanza li jintlaħaq ftehim fil-livell tal-OECD sabiex jiġu evitati gwerer kummerċjali potenzjali; jenfasizza li minkejja li t-tassazzjoni hija kompetenza tal-Istati Membri, hija meħtieġa koordinazzjoni b'saħħitha; |
35. |
Jenfasizza li l-kumpaniji diġitali tal-UE li għandhom il-kwartieri ġenerali tagħhom fi Stat Membru tal-UE u li huma soġġetti għal taxxi korporattivi tal-UE huma fi żvantaġġ meta mqabbla ma' kumpaniji barranin li m'għandhom l-ebda “preżenza fiżika” fi kwalunkwe Stat Membru, u għalhekk jistgħu jevitaw li jħallsu taxxi korporattivi fl-UE anke jekk joperaw ma' utenti Ewropej; jisħaq fuq il-ħtieġa li jinħolqu kundizzjonijiet ekwi għall-fornituri ta' servizzi tradizzjonali u servizzi diġitalizzati awtomatizzati, kif ukoll għan-negozji li jiffaċċjaw il-konsumaturi fl-UE billi jiġi żgurat li dawn tal-aħħar jiġu ntaxxati fejn jagħmlu profitti u b'rata ġusta; |
36. |
Jisħaq li kwalunkwe TSD tal-UE trid tevita li jiġu ġġenerati żidiet bla bżonn fil-kostijiet ta' konformità, u trid tipprovdi definizzjonijiet ċari u dispożizzjonijiet trasparenti li jkunu sempliċi biex jiġu rispettati u infurzati, u tippromwovi ċ-ċertezza legali u regolatorja; |
37. |
Jitlob li jiġu adottati regoli proporzjonati biex jiġi evitat li ma jiġux imxekkla l-SMEs, in-negozji ġodda u l-kumpaniji li huma involuti fil-proċess tad-diġitalizzazzjoni tan-negozji tagħhom; jisħaq li l-politika tat-tassazzjoni tista' tkun waħda mill-għodod biex tiġi appoġġata l-kompetittività tas-suq uniku f'dan ir-rigward; jisħaq li hija meħtieġa politika tat-tassazzjoni li tiffavorixxi t-tkabbir bil-għan li ssaħħaħ il-kompetittività internazzjonali tas-suq uniku; |
38. |
Jenfasizza l-ħtieġa li jsir rieżami tar-regoli eżistenti dwar it-tassazzjoni doppja biex jiġi żgurat li l-profitt kollu li joħroġ mill-UE jiġi ntaxxat; |
39. |
Jinnota li xi Stati Membri jqisu t-tassazzjoni tan-negozji b'livell għoli ta' diġitalizzazzjoni bħala kwistjoni urġenti u għalhekk introduċew taxxi fuq is-servizzi diġitali fil-livell nazzjonali; jinnota li dawn it-taxxi diġitali nazzjonali għandhom impatt fuq il-kummerċ u n-negozjati internazzjonali; jirrimarka, madankollu, li l-introduzzjoni ta' soluzzjonijiet nazzjonali b'mod unilaterali jistgħu joħolqu riskju ta' frammentazzjoni u inċertezza fiskali fi ħdan is-suq uniku; jissottolinja li l-immultiplikar ta' miżuri nazzjonali tagħmel l-introduzzjoni ta' soluzzjoni Ewropea kkoordinata ħafna aktar urġenti; ifakkar li dawn il-miżuri nazzjonali għandhom jitneħħew gradwalment jekk tinstab soluzzjoni multilaterali effettiva; |
40. |
Ifakkar li minkejja li t-tassazzjoni hija primarjament kompetenza tal-Istati Membri, il-gvernijiet jeħtiġilhom, sa fejn ikun possibbli, jeżerċitawha b'mod li jżomm mal-prinċipji komuni tad-dritt tal-UE sabiex jiżguraw koerenza bejn l-oqfsa nazzjonali, u b'hekk jippermettu kompetizzjoni ġusta u jevitaw impatti negattivi fuq il-koerenza ġenerali tal-prinċipji tat-tassazzjoni tal-UE; |
41. |
Jinnota li l-Kunsill ma qabel dwar l-ebda proposta relatata tal-Kummissjoni, jiġifieri t-taxxa fuq is-servizzi diġitali, il-preżenza diġitali sinifikanti jew il-BKTK u l-BKKTK; jistieden lill-Istati Membri jikkunsidraw mill-ġdid il-pożizzjonijiet tagħhom dwar dawn il-proposti f'każ li ma jirnexxux in-negozjati tal-OECD, speċjalment fid-dawl taċ-ċirkostanzi mingħajr preċedent minħabba l-kriżi tal-COVID-19, jew jikkunsidraw li jintegrawhom f'implimentazzjoni futura potenzjali tal-ftehimiet tal-OECD, u jikkunsidraw l-għażliet kollha previsti mit-Trattati jekk ma jkun jista' jintlaħaq l-ebda ftehim unanimu; |
42. |
Jistieden lill-Istati Membri jvaraw mill-ġdid djalogu politiku ta' livell għoli fi ħdan il-Kunsill u jħejju l-bażi għal deċiżjoni rigward it-tassazzjoni diġitali fis-suq uniku, irrispettivament mill-eżitu tan-negozjati internazzjonali; jistieden lill-Kunsill jagħmel progress fuq fajls leġiżlattivi diġà adottati mill-Parlament sabiex jaderixxi mal-prinċipju ta' kooperazzjoni sinċiera fost l-istituzzjonijiet tal-UE; |
43. |
Jilqa' l-valutazzjoni tal-impatt tal-bidu tal-Kummissjoni dwar taxxa diġitali fl-14 ta' Jannar 2021; jinnota li d-diġitalizzazzjoni tista' żżid il-produttività u l-benesseri tal-konsumatur, iżda li hija wkoll ta' importanza kbira li jiġi żgurat li n-negozji kbar u b'livell għoli ta' diġitalizzazzjoni jikkontribwixxu s-sehem ġust tagħhom għas-soċjetà; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta bir-reqqa kif il-kamp ta' applikazzjoni, id-definizzjoni u s-segmentazzjoni tal-attivitajiet, it-tranżazzjonijiet, is-servizzi jew il-kumpaniji diġitali se jkunu konformi mal-isforzi internazzjonali biex tinstab soluzzjoni globali; |
44. |
Jirrikonoxxi t-tliet għażliet ta' politika tat-tassazzjoni msemmija fil-valutazzjoni tal-impatt tal-bidu, inklużi:
|
45. |
Jitlob valutazzjoni dettaljata tal-impatti li kull għażla jkollha kemm fuq l-aġenda diġitali tal-UE kif ukoll fuq is-suq uniku, kif ukoll kwalunkwe tilwim u ritaljazzjoni kummerċjali possibbli minn atturi ekonomiċi oħra u effetti kollaterali possibbli f'setturi ekonomiċi oħra; |
46. |
Jappella għal rwol aktar b'saħħtu għall-Parlament fil-proċeduri leġiżlattivi fil-qasam tat-tassazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni tesplora l-possibbiltajiet kollha li joffru t-Trattati; jieħu nota, f'dan ir-rigward, tal-pjan direzzjonali propost mill-Kummissjoni għall-votazzjoni b'maġġoranza kwalifikata fil-komunikazzjoni tagħha tal-15 ta' Jannar 2019 bit-titolu “Lejn teħid ta' deċiżjonijiet aktar effiċjenti u demokratiku fil-qasam tal-politika tat-tassazzjoni tal-UE”; |
Taxxa diġitali bħala riżorsa proprja ġdida tal-UE
47. |
Jilqa' l-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta' Diċembru 2020 (FII) bejn il-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta' riżorsi proprji ġodda (14), f'konformità mal-prinċipju tal-universalità, u jfakkar fl-impenn legalment vinkolanti tal-Kummissjoni biex tressaq proposta leġiżlattiva rigward imposta diġitali tal-UE bħala riżorsa proprja sa Ġunju 2021; jisħaq fuq l-impenn legalment vinkolanti tal-Parlament, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni li jsegwu, mingħajr dewmien, il-passi stabbiliti fil-pjan direzzjonali, bil-ħsieb li jiġi introdott sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2023; |
48. |
Ifakkar li l-Parlament ikkonferma mill-ġdid l-impenn tiegħu għall-introduzzjoni ta' imposta diġitali tal-UE bħala riżorsa proprja b'maġġoranzi kbar f'sensiela ta' rapporti u riżoluzzjonijiet (15); |
49. |
Jenfasizza li l-FII, inkluż il-pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta' riżorsi proprji ġodda, jorbot lill-Kunsill, lill-Parlament u lill-Kummissjoni biex jimxu 'l quddiem b'mod irriversibbli b'imposta diġitali tal-UE li se tidħol fil-baġit fit-tul tal-UE bis-sħiħ bħala riżorsa proprja u sors stabbli ta' dħul fit-tul; jissottolinja li, irrispettivament minn jekk ir-regoli bażiċi humiex determinati fil-livell tal-OECD jew tal-UE, id-dħul iġġenerat mit-tassazzjoni diġitali fl-Istati Membri jista' u jrid isir riżorsa proprja; iqis li l-istess approċċ għandu jiġi segwit ukoll għal kwalunkwe dħul ieħor iġġenerat minn kwalunkwe ftehim fil-livell tal-OECD; |
50. |
Iqis li d-dħul tal-imposta diġitali tal-UE jkun marbut intrinsikament mal-fruntieri miftuħa tas-suq uniku u l-“unjoni diġitali” u għalhekk jikkostitwixxi bażi xierqa ħafna u ġenwina għal riżorsa proprja tal-UE; jisħaq li d-dedikazzjoni ta' dan il-fluss ġdid ta' introjtu pubbliku għall-baġit tal-UE tgħin biex jiġu solvuti diversi kwistjonijiet problematiċi marbuta mal-ekwivalenza fiskali u l-koerenza fiskali; |
51. |
Jitlob li jkun hemm tfassil tat-taxxa u regoli ta' implimentazzjoni li jkollhom l-għan li jimminimizzaw ir-riskji li kwalunkwe inċidenza ekonomika tiġi riportata fuq iċ-ċittadini u l-konsumaturi tal-UE; jinsab konvint li t-trasformazzjoni tar-rikavat mit-taxxa diġitali f'riżorsa proprja għall-baġit tal-UE tgħin fit-tixrid u r-ridistribuzzjoni ta' tali spejjeż b'mod ekwu fl-Istati Membri; |
52. |
Ifakkar li r-riżorsi proprji bbażati fuq imposta diġitali tal-UE u/jew ir-regoli tal-OECD m'għandhomx jiġu assenjati formalment għal infiq taħt programm jew fond partikolari, f'konformità mal-prinċipju ta' universalità; ifakkar li dawn ir-riżorsi proprji se jikkostitwixxu dħul ġenerali flimkien ma' riżorsi proprji ġodda oħra li l-ammont globali tagħhom għandu jkun biżżejjed biex ikopri mill-inqas l-ispejjeż tal-ħlasijiet lura tal-Istrument tal-UE għall-Irkupru Next Generation; ifakkar li kwalunkwe dħul minn riżorsi proprji ġodda li jaqbeż il-ħtiġijiet reali għar-ripagamenti se jkompli jservi l-baġit tal-UE bħala dħul ġenerali; |
53. |
Ifakkar li kif iddikjarat fil-punt G tal-Anness II tal-FII, l-istituzzjonijiet jirrikonoxxu li l-introduzzjoni ta' ġabra ta' riżorsi proprji ġodda għandha tappoġġa l-finanzjament adegwat tan-nefqa tal-Unjoni fil-QFP; |
54. |
Isostni li d-dħul mill-imposta diġitali tal-UE se jkun parti minn ġabra ta' riżorsi proprji ġodda li r-rikavat tiegħu se jkun mill-inqas suffiċjenti biex ikopri, permezz tal-baġit tal-UE, l-ispejjeż futuri tar-rimborż (prinċipal u imgħax) li jirriżultaw mill-komponent tal-għotjiet tal-Istrument għall-Irkupru tal-UE, li mistennija jkunu madwar EUR 15-il biljun fis-sena bħala medja u massimu ta' EUR 29,25 biljun fis-sena mill-2028 sal-2058, filwaqt li jiġi evitat tnaqqis fin-nefqa għall-programmi tal-UE; jinnota li l-estimi tad-dħul ivarjaw minn diversi biljuni ta' euro sa diversi għexieren ta' biljuni ta' euro skont firxa ta' fatturi, inkluża d-definizzjoni preċiża tal-bażi taxxabbli, l-entità taxxabbli, il-post tat-tassazzjoni, il-kalkolu u r-rata tat-taxxa kif ukoll ir-rati ta' tkabbir ekonomiku fis-setturi kkonċernati; |
55. |
Jissottolinja li l-introduzzjoni ta' ġabra ta' riżorsi proprji ġodda, kif previst fil-pjan direzzjonali tal-FII, inkluża l-imposta diġitali tal-UE, se żżid l-awtonomija finanzjarja tal-UE u l-kapaċità tagħha li twettaq l-aspettattivi taċ-ċittadini tal-UE fir-rigward tal-objettivi ta' politika strateġiċi tal-UE bħal suq uniku Ewropew ġust u b'saħħtu, il-Patt Ekoloġiku Ewropew ibbażat fuq tranżizzjoni ġusta, il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u t-trasformazzjoni diġitali, kif ukoll il-ħolqien ta' valur miżjud tal-UE bi gwadann kbir fl-effiċjenza meta mqabbel mal-infiq nazzjonali; |
56. |
Ifakkar li d-dħul mill-imposta diġitali tal-UE jrid jikkontribwixxi għall-ħlas lura tal-Istrument għall-Irkupru u għall-finanzjament tan-nefqa għall-programmi u l-fondi tal-Unjoni; jafferma mill-ġdid, f'dan ir-rigward, li kwalunkwe sehem tad-dħul mill-imposta diġitali miżmum mill-Istati Membri għandu jkun strettament proporzjonali għall-ispejjeż tal-ġbir li jġarrbu u m'għandux ipoġġi lill-baġit tal-UE fi żvantaġġ bla bżonn; |
57. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tinkorpora l-pożizzjoni tal-Parlament meta tkun qed tħejji l-proposti leġiżlattivi għal imposta diġitali tal-UE bħala riżorsa proprja u d-deċiżjoni riveduta dwar ir-riżorsi proprji u jistieden lill-Kunsill jadotta malajr il-proposta f'konformità mal-pjan direzzjonali; iħeġġeġ lill-istituzzjonijiet jimpenjaw ruħhom malajr u b'mod kostruttiv fid-“djalogu regolari” previst fil-pjan direzzjonali maqbul tar-riżorsi proprji; iħeġġeġ lill-Kunsill Ewropew japprova rwol deċiżiv ta' tmexxija għall-UE fl-isforz dinji lejn tassazzjoni aktar ġusta billi jieħu passi rapidi u determinati lejn l-introduzzjoni ta' imposta diġitali bħala riżorsa proprja matul l-2021; jilqa', f'dan ir-rigward, id-dikjarazzjoni tal-membri tal-Kunsill Ewropew tal-25 ta' Marzu 2021 li tissottolinja l-impenn tagħhom għal dan l-isforz;. |
o
o o
58. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
(1) https://www.consilium.europa.eu/media/45926/021020-euco-final-conclusions-mt.pdf
(2) https://www.consilium.europa.eu/media/45116/210720-euco-final-conclusions-mt.pdf
(3) https://data.consilium.europa.eu/doc/document/ST-13350-2020-INIT/mt/pdf
(4) Proposta tal-25 ta' Ottubru 2016 għal Direttiva tal-Kunsill dwar Bażi Komuni għat-Taxxa Korporattiva (BKTK), COM(2016)0685 u tal-25 ta' Ottubru 2016 dwar Bażi Komuni Konsolidata għat-Taxxa Korporattiva (BKKTK) (COM(2016)0683).
(5) Il-pakkett jikkonsisti mill-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta' Marzu 2018 bit-titolu “Wasal iż-żmien li jiġi stabbilit standard modern, ġust u effiċjenti tat-tassazzjoni għall-ekonomija diġitali” (COM(2018)0146), mill-proposta tal-21 ta' Marzu 2018 għal direttiva tal-Kunsill li tistabbilixxi r-regoli dwar it-tassazzjoni korporattiva ta' preżenza diġitali sinifikanti (COM(2018)0147), mill-proposta tal-21 ta' Marzu 2018 għal direttiva tal-Kunsill dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq is-servizzi diġitali fir-rigward tad-dħul li jirriżulta mill-provvista ta' ċerti servizzi diġitali (COM(2018)0148), u mir-rakkommandazzjoni tal-21 ta' Marzu 2018 dwar it-tassazzjoni korporattiva ta' preżenza diġitali sinifikanti (C(2018)1650).
(6) ĠU C 366, 27.10.2017, p. 51.
(7) ĠU C 101, 16.3.2018, p. 79.
(8) ĠU C 369, 11.10.2018, p. 123.
(9) ĠU C 108, 26.3.2021, p. 8.
(10) Is-segwitu konġunt tas-16 ta' Marzu 2016 dwar li ndaħħlu t-trasparenza, il-koordinazzjoni u l-konverġenza fil-politiki tat-tassazzjoni korporattiva fl-Unjoni u r-riżoluzzjonijiet TAXE, is-segwitu tas-16 ta' Novembru 2016 għar-riżoluzzjoni TAXE2, is-segwitu ta' April 2018 għar-rakkomandazzjoni tal-Kumitat PANA, u s-segwitu tas-27 ta' Awwissu 2019 għar-riżoluzzjoni TAX3.
(11) Hadzhieva, E., “Impact of Digitalisation on International Tax Matters: Legal Aspects of Protecting European Consumers” (L-Impatt tad-Diġitalizzazzjoni fuq Kwistjonijiet Fiskali Internazzjonali: Sfidi u Rimedji), Parlament Ewropew, Direttorat Ġenerali għall-Politiki Interni, Dipartiment Tematiku A – Politika Ekonomika, Xjentifika u tal-Kwalità tal-Ħajja, Frar 2019.
(12) Testi adottati, P9_TA(2019)0102.
(13) The Made In America Tax Plan, 2021, id-Dipartiment tat-Teżor tal-Istati Uniti, p. 12.
(14) ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 28.
(15) B'mod partikolari r-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-14 ta' Marzu 2018 dwar ir-riforma tas-sistema ta' riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea (ĠU C 162, 10.5.2019, p. 71), tal-14 ta' Novembru 2018 bit-titolu “Rapport Interim dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027 – il-pożizzjoni tal-Parlament bil-ħsieb ta' ftehim” (ĠU C 363, 28.10.2020, p. 179), tal-10 ta' Ottubru 2019 dwar il-qafas finanzjarju pluriennali 2021-2027 u r-riżorsi proprji: wasal iż-żmien li nissodisfaw l-aspettattivi taċ-ċittadini (testi adottati, P9_TA(2019)0032), tal-15 ta' Mejju 2020 dwar il-qafas finanzjarju pluriennali l-ġdid, ir-riżorsi proprji u l-pjan ta' rkupru (testi adottati, P9_TA(2020)0124), u tat-23 ta' Lulju 2020 dwar il-konklużjonijiet tal-laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew mis-17 sal-21 ta' Lulju 2020 (testi adottati P9_TA(2020)0206), u r-riżoluzzjoni leġiżlattiva tiegħu tas-16 ta' Settembru 2020 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea (testi adottati, P9_TA(2020)0220);
15.12.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 506/64 |
P9_TA(2021)0148
L-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia u l-istat tad-dritt f'Malta
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2021 dwar l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia u l-istat tad-dritt f'Malta (2021/2611(RSP))
(2021/C 506/09)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 2, 4, 5, 6, 7, 9 u 10 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 20 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 6, 7, 8, 10, 11, 12 u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-“Karta”), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-15 ta' Novembru 2017 (1), tat-28 ta' Marzu 2019 (2) u tas-16 ta' Diċembru 2019 (3) dwar l-istat tad-dritt f'Malta, |
— |
wara li kkunsidra s-seduti ta' smigħ, l-iskambji ta' fehmiet u ż-żjarat ta' delegazzjoni li saru mill-Grupp ta' Monitoraġġ tad-Demokrazija, l-Istat tad-Dritt u d-Drittijiet Fundamentali tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern mill-15 ta' Novembru 2017, |
— |
wara li kkunsidra l-iskambji ta' ittri bejn il-President tal-Grupp ta' Monitoraġġ tad-Demokrazija, l-Istat tad-Dritt u d-Drittijiet Fundamentali u l-Prim Ministru ta' Malta, li l-aktar wieħed reċenti minnhom sar f'April 2021, |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni 2293(2019) tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa tas-26 ta' Ġunju 2019 bit-titolu “Daphne Caruana Galizia's assassination and the rule of law in Malta and beyond: ensuring that the whole truth emerges” (L-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia u l-istat tad-dritt f'Malta u lil hinn minnha: niżguraw li toħroġ il-verità kollha), |
— |
wara li kkunsidra r-rapport dwar is-segwitu għar-riżoluzzjoni 2293(2019) tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa, approvat mill-Kumitat għall-Affarijiet Legali u d-Drittijiet tal-Bniedem tal-Assemblea Parlamentari fit-8 ta' Diċembru 2020, |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni ta' Venezja tat-8 ta' Ottubru 2020 dwar għaxar atti u abbozzi ta' liġi li jimplimentaw proposti leġiżlattivi soġġetti għall-opinjoni CDL-AD(2020)006, |
— |
wara li kkunsidra r-Rapport dwar l-Istat tad-Dritt tal-2020 tal-Kummissjoni, |
— |
wara li kkunsidra s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-20 ta' April 2021, Repubblika v Il-Prim Ministru (4), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 132(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
A. |
billi l-Unjoni Ewropea hija msejsa fuq il-valuri tar-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inkluż id-drittijiet ta' persuni li jagħmlu parti minn minoranzi; billi dawn il-valuri huma universali u komuni għall-Istati Membri kollha; |
B. |
billi l-istat tad-dritt u r-rispett għad-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali u l-valuri u l-prinċipji minquxa fit-Trattati tal-UE u fi strumenti internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem huma obbligi għall-Unjoni u għall-Istati Membri tagħha u jridu jiġu osservati; billi, f'konformità mal-Artikolu 2, l-Artikolu 3(1) u l-Artikolu 7 TUE, l-Unjoni għandha l-possibbiltà li taġixxi sabiex tipproteġi l-valuri komuni li fuqhom hija msejsa; |
C. |
billi l-Karta hija parti mil-liġi primarja tal-UE; billi l-libertà ta' espressjoni u l-libertà u l-pluraliżmu tal-midja huma minquxa fl-Artikolu 11 tal-Karta u fl-Artikolu 10 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (KEDB); |
D. |
billi l-indipendenza tal-ġudikatura hija minquxa fl-Artikolu 19(1) TUE, fl-Artikolu 47 tal-Karta u fl-Artikolu 6 tal-KEDB, u hija rekwiżit essenzjali tal-prinċipju demokratiku tas-separazzjoni tas-setgħat; |
E. |
billi r-rifjut sistematiku ta' Stat Membru wieħed li jikkonforma mal-valuri fundamentali tal-Unjoni Ewropea u mat-Trattati li aderixxa magħhom b'mod ħieles jaffettwa lill-UE kollha kemm hi; |
F. |
billi l-ġurnalista investigattiva kontra l-korruzzjoni u blogger Maltija Daphne Caruana Galizia, sfat assassinata f'attakk b'karozza bomba fis-16 ta' Ottubru 2017; billi hija kienet il-mira ta' fastidju u ta' ħafna theddid fil-forma ta' telefonati, ittri u messaġġi testwali ta' theddid, kif ukoll attakk bi ħruq doluż ta' darha u l-qtil tal-kelb tagħha; billi l-qattiel li ammetta li joqtol għall-flus, xehed fil-qorti fis-16 ta' Marzu 2021 li sentejn qabel il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, kien hemm konfoffa preċedenti u separata biex tiġi assassinata bl-użu ta' azzarin AK-47; |
G. |
billi l-investigazzjonijiet dwar il-qtil immexxija mill-awtoritajiet Maltin u bl-għajnuna tal-Europol wasslu għall-identifikazzjoni, l-inkriminazzjoni u l-ġuri li għaddej bħalissa ta' diversi suspettati u ta' moħħ potenzjali wieħed wara dan il-qtil, li hu s-sid tal-kumpanija 17 Black Ltd ibbażata f'Dubai u eks Membru tal-Bord tad-Diretturi ta' ElectroGas Malta Ltd; billi l-Federal Bureau of Investigation (FBI) kien involut ukoll fl-investigazzjonijiet; |
H. |
billi wieħed mill-allegati kompliċi u ċerti reġistrazzjonijiet li ntwerew fil-proċedimenti tal-qorti implikaw lill-eks Chief of Staff tal-Prim Ministru ta' Malta fl-ippjanar tal-qtil, il-finanzjament u/jew it-tentattiv ta' cover-up tiegħu; |
I. |
billi fis-26 ta' Novembru 2019 l-eks Chief of Staff tal-Prim Ministru rriżenja wara interrogazzjoni mill-pulizija dwar l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia; billi fl-20 ta' Marzu 2021 huwa ġie arrestat u akkużat b'ħasil ta' flus, frodi, korruzzjoni u falsifikazzjoni f'każ separat, li kien is-suġġett tal-ħidma ta' Daphne Caruana Galizia, flimkien ma' diversi mill-assoċjati tan-negozju tiegħu; billi fil-5 ta' April 2021 inħeles taħt garanzija u ġie rilaxxat mill-arrest preventiv; |
J. |
billi l-Ministru għat-Turiżmu ta' Malta ta' dak iż-żmien, li qabel kien il-Ministru għall-Enerġija, irriżenja fis-26 ta' Novembru 2019; billi konsorzju ta' ġurnalisti investigattivi ppubblika rapport dettaljat dwar ir-rabtiet ta' negozju bejn familja Ċiniża u l-eks Ministru għall-Enerġija kif ukoll iċ-Chief of Staff tal-eks Prim Ministru (5); billi l-familja Ċiniża allegatament kellha rwol ċentrali fin-negozjati għal investiment b'valur ta' EUR 380 miljun mill-kumpanija Shanghai Electric Power, li tappartjeni lill-istat taċ-Ċina, fil-kumpanija Enemalta, il-kumpanija tal-enerġija tal-istat ta' Malta, u hija s-sid tal-kumpaniji Dow's Media Company u Macbridge. Il-kumpanija Macbridge ppjanat li tħallas sa USD 2 miljun lil ditti fil-Panama kkontrollati mill-eks Ministru għall-Enerġija u miċ-Chief of Staff tal-eks Prim Ministru; billi l-investigazzjonijiet dwar dawn it-tranżazzjonijiet kummerċjali kienu fiċ-ċentru tal-ħidma ta' Daphne Caruana Galizia meta ġiet assassinata; |
K. |
billi lejn l-aħħar tal-2019 infetħet inkjesta pubblika indipendenti dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, u din l-inkjesta għadha għaddejja; |
L. |
billi wieħed mis-suspettati fil-kawża tal-qorti li għaddejja dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia ngħata maħfra presidenzjali għall-involviment tiegħu f'każ separat u xehed taħt ġurament; billi huwa implika li l-eks Ministru għall-Ekonomija seta' kien involut f'konfoffa biex tinqatel ġurnalista u li ministru tal-gvern fil-kariga kien involut f'reat kbir, u dan qajjem spekulazzjoni dwar attentat ta' serqa mill-kwartieri ġenerali tal-bank HSBC f'Ħal Qormi fl-2010 li wassal għal sparatura mal-pulizija; |
M. |
billi ġie allegat li l-eks Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet Ċivili u r-Riformi fil-Ministeru Malti għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza aċċettat flus mingħand il-persuna mixlija li kkummissjonat il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, wara li ddikjarat li aġixxiet bħala sensara fi pjan ta' bejgħ ta' proprjetà fl-2019; billi dan il-bejgħ ta' proprjetà qatt ma sar; |
N. |
billi għad hemm tħassib serju dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata f'Malta, kif deskritt fir-Rapport dwar l-Istat tad-Dritt tal-2020 tal-Kummissjoni; billi jidher ċar li l-istandards eżistenti ta' prevenzjoni, investigazzjoni u prosekuzzjoni huma inadegwati; billi dan jhedded li jimmina l-fiduċja taċ-ċittadini fl-istituzzjonijiet pubbliċi, u jirriżulta f'rabtiet perikolużi bejn gruppi kriminali u awtoritajiet pubbliċi; billi l-kriminalità organizzata hija abilitata b'mod ewlieni mill-korruzzjoni; billi tnieda proġett ta' riforma strutturali biex jiġu indirizzati l-lakuni u jissaħħaħ il-qafas istituzzjonali kontra l-korruzzjoni, inklużi l-infurzar tal-liġi u l-prosekuzzjoni; |
O. |
billi l-ġurnalisti, b'mod partikolari iżda mhux b'mod esklużiv il-ġurnalisti investigattivi, kulma jmur huma dejjem aktar soġġetti għall-hekk imsejħa “kawżi strateġiċi kontra l-parteċipazzjoni pubblika” (SLAPP), li huma maħsuba purament biex ixekklu l-ħidma tagħhom, jevitaw l-iskrutinju pubbliku u jipprevjenu lill-awtoritajiet milli jinżammu responsabbli, u b'hekk jinħoloq effett dissważiv fuq il-libertà tal-midja; billi fiż-żmien tal-assassinju tagħha, l-assi ta' Daphne Caruana Galizia ġew iffriżati b'mandati ta' sekwestru kawtelatorji maħruġa flimkien ma' erba' kawżi ta' libell imressqa mill-eks Ministru għall-Ekonomija ta' Malta u mill-assistent tiegħu; billi l-kawżi kienu fost 42 kawża ċivili ta' libell miftuħa kontriha fiż-żmien meta mietet, inkluża waħda mressqa mill-Prim Ministru ta' dak iż-żmien, tnejn mill-Ministru għat-Turiżmu ta' dak iż-żmien, u tnejn miċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru ta' dak iż-żmien; |
1. |
Huwa mħasseb ħafna dwar l-aħħar rivelazzjonijiet fl-investigazzjonijiet dwar l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia, b'mod partikolari l-involviment possibbli ta' ministri tal-gvern u ta' persuni maħtura politikament; jirrikonoxxi l-progress li sar fl-investigazzjonijiet dwar il-qtil; itenni, madankollu, li r-rivelazzjonijiet reċenti jqajmu mistoqsijiet ġodda dwar il-każ u dwar l-investigazzjonijiet relatati; |
2. |
Iħeġġeġ lill-Gvern ta' Malta juża r-riżorsi kollha meħtieġa biex jitressqu quddiem il-ġustizzja mhux biss l-individwi kollha implikat fil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, iżda wkoll dawk implikati fil-każijiet l-oħra kollha li bħalissa qed jiġu investigati jew irrapportati li hija kienet xeħtet dawl fuqhom qabel ma ġiet assassinata; jemmen li l-ħidma ta' Daphne Caruana Galizia kienet essenzjali biex tiġi esposta l-korruzzjoni f'Malta u li l-iżviluppi reċenti dwar investigazzjonijiet relatati jaffermaw l-importanza fundamentali ta' midja indipendenti u ta' soċjetà ċivili attiva bħala pilastri fundamentali tal-ġustizzja, tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt; |
3. |
Itenni t-talba tiegħu għall-involviment sħiħ u kontinwu tal-Europol fl-aspetti kollha tal-investigazzjoni dwar il-qtil u l-investigazzjonijiet relatati kollha; jitlob li l-involviment tal-Europol jissaħħaħ, għax qed jagħti l-frott; |
4. |
Jilqa' l-kontinwazzjoni tal-inkjesta pubblika indipendenti dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia; jistieden lill-Gvern u lill-awtoritajiet kompetenti ta' Malta jimplimentaw bis-sħiħ ir-rakkomandazzjonijiet kollha li jirriżultaw mill-inkjesta; |
5. |
Jesprimi tħassib dwar l-offerta ripetuta u l-użu tal-maħfriet presidenzjali fil-kuntest tal-ġuri tal-qtil; jisħaq li x-xhieda offruta għal reati oħra għandha tiġi vvalutata bir-reqqa u ma għandhiex tintuża għall-evażjoni ta' ġustizzja sħiħa għall-qtil; jinnota, madankollu, li maħfra presidenzjali u sentenza fuq talba tal-partijiet kienu tnejn mill-elementi li f'Novembru 2019 wasslu għall-arrest ta' individwu suspettat li kkummissjona l-assassinju; |
6. |
Jirrikonoxxi l-progress li sar, għalkemm b'dewmien kbir, f'xi wħud mill-investigazzjonijiet f'każijiet relatati ta' ħasil ta' flus u korruzzjoni, b'mod partikolari fir-rigward tal-eks Chief of Staff tal-Prim Ministru; jisħaq, madankollu, li l-aħħar xhieda u rivelazzjonijiet xeħtu dawl fuq fatti suspettużi u atti kriminali potenzjali ġodda, u jistieden għalhekk lill-awtoritajiet Maltin iniedu u jmexxu 'l quddiem ukoll investigazzjonijiet mingħajr dewmien fir-rigward ta' dawn il-każijiet, inklużi tentattivi possibbli minn uffiċjali pubbliċi li jgħattu l-evidenza u jostakolaw l-investigazzjonijiet u l-proċedimenti ġudizzjarji; |
7. |
Iqis li l-allegazzjonijiet kollha ta' korruzzjoni u frodi, speċjalment f'livell politiku għoli, għandhom jiġu investigati u pproċessati bir-rigorożità xierqa u fil-livell xieraq, inkluż fir-rigward tal-involviment possibbli ta' atturi barranin; jesprimi dubju jekk huwiex xieraq li l-allegazzjonijiet kontra l-eks Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet Ċivili u r-Riformi qed jiġu investigati biss mill-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika; |
8. |
Itenni li l-Gvern Malti jeħtieġlu jikkunsidra l-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, il-korruzzjoni u l-intimidazzjoni tal-ġurnalisti bħala tal-akbar prijorità; |
9. |
Jirrikonoxxi li fis-sentenza tagħha tal-20 ta' April 2021, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE sabet li d-dispożizzjonijiet introdotti mir-riforma kostituzzjonali Maltija tal-2016 dwar il-ħatra ta' membri tal-ġudikatura saħħew l-indipendenza ġudizzjarja u għaldaqstant kienu konformi mad-dritt tal-UE; |
10. |
Juri dispjaċir kbir dwar kif l-iżviluppi f'Malta matul is-snin wasslu għal theddid serju u persistenti għall-istat tad-dritt, id-demokrazija u d-drittijiet fundamentali, inklużi mistoqsijiet dwar il-libertà tal-midja, l-indipendenza tal-infurzar tal-liġi u l-ġudikatura minn interferenza politika, u l-libertà ta' għaqda paċifika; iqis li l-garanziji kostituzzjonali fir-rigward tas-separazzjoni tas-setgħat għandhom jissaħħu aktar; jinnota li wara l-implimentazzjoni ta' xi wħud mir-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni, tal-Kunsill tal-Ewropa u tal-Kummissjoni ta' Venezja, il-Gvern ta' Malta għamel progress fir-rigward tal-istat tad-dritt; iħeġġeġ lill-Gvern ta' Malta jkompli jfittex li jsaħħaħ l-istituzzjonijiet tiegħu; |
11. |
Jinsab imħasseb ħafna dwar xi wħud mis-sejbiet tal-Kummissjoni fir-Rapport dwar l-Istat tad-Dritt tagħha tal-2020 fir-rigward ta' Malta, b'mod partikolari “xejriet ta' korruzzjoni profondi”; jilqa', madankollu, it-tnedija tal-proġett ta' riforma strutturali; itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni biex tuża l-għodod u l-proċeduri kollha għad-dispożizzjoni tagħha biex tiġi żgurata konformità sħiħa mal-liġi tal-UE vis-à-vis il-funzjonament effiċjenti tas-sistemi ġudizzjarji, il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus, is-superviżjoni bankarja, l-akkwist pubbliku, u l-ippjanar u l-iżvilupp urbani; |
12. |
Itenni l-appell tiegħu lill-awtoritajiet Maltin biex jimplimentaw għalkollox ir-rakkomandazzjonijiet pendenti kollha magħmula mill-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa, il-Kummissjoni ta' Venezja, il-Grupp ta' Stati kontra l-Korruzzjoni (GRECO) u l-Kumitat ta' Esperti dwar l-Evalwazzjoni ta' Miżuri Kontra l-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu (Moneyval); iqis li r-rakkomandazzjonijiet li jikkonċernaw il-Parlament nazzjonali u l-Membri Parlamentari, l-effett tas-sentenzi tal-Qorti Kostituzzjonali u t-tribunali speċjalizzati għandhom jiġu implimentati kif xieraq; jistieden lill-awtoritajiet Maltin jitolbu l-opinjoni tal-Kummissjoni ta' Venezja dwar il-konformità mar-rakkomandazzjonijiet tagħha; jirriżerva d-dritt li jagħmel talba bħal din huwa stess, skont l-Artikolu 3(2) tal-Istatut tal-Kummissjoni ta' Venezja u l-paragrafu 28 tal-Memorandum ta' Qbil bejn il-Kunsill tal-Ewropa u l-Unjoni Ewropea; |
13. |
Jirrikonoxxi li l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia skatta riformi biex tittejjeb il-protezzjoni tal-ġurnalisti u titħares l-libertà tal-midja; jisħaq, madankollu, li l-awtoritajiet Maltin għandhom jieħdu passi demostrabbli ulterjuri, jistabbilixxu miżuri leġiżlattivi u ta' politika fit-tul li jservu biex jiġi żgurat ambjent għal ġurnaliżmu kritiku u indipendenti f'Malta u l-obbligu ta' rendikont tal-politiċi u tal-uffiċjali; b'mod partikolari rigward il-prevenzjoni u s-sanzjonar tat-theddid, il-fastidju, il-bullying u d-diżumanizzazzjoni tal-ġurnalisti, pubblikament jew online; jistieden lill-Gvern Malti jindirizza t-tħassib eżistenti relatat mal-libertà tal-midja u mal-indipendenza tar-regolaturi tal-midja u tal-midja pubblika u privata mill-indħil politiku u l-użu dejjem jiżdied ta' diskors ta' mibegħda fuq il-midja soċjali; |
14. |
Jinsab imħasseb ħafna dwar l-impatt dannuż tal-iskemi ta' ċittadinanza u residenza fuq l-integrità taċ-ċittadinanza tal-UE; ifakkar fir-rivelazzjonijiet reċenti rigward l-interpretazzjoni laxka tar-rekwiżiti ta' residenza għan-naturalizzazzjoni, kif ukoll ir-rwol ta' intermedjarji u l-involviment ta' uffiċjali pubbliċi; itenni t-talba tiegħu lill-awtoritajiet Maltin biex jiżguraw it-trasparenza u jtemmu l-iskemi tagħhom ta' ċittadinanza u residenza b'investiment aktar milli jimmodifikawhom; jistieden lill-Kummissjoni toħroġ l-opinjoni motivata tagħha fil-każ ta' ksur rilevanti malajr kemm jista' jkun; |
15. |
Jinnota li l-protezzjoni tal-ġurnalisti investigattivi u tal-informaturi hija fl-interess vitali tas-soċjetà; jinnota r-rwol ewlieni tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u tal-ġurnalisti internazzjonali u Maltin fit-tkomplija tal-investigazzjonijiet ta' Daphne Caruana Galizia; jistieden lill-awtoritajiet Maltin jiżguraw il-protezzjoni tas-sikurezza personali, l-għajxien u, għalhekk, l-indipendenza tal-ġurnalisti u tal-informaturi, akkost ta' kollox u f'kull mument; jistieden lill-awtoritajiet Maltin jimplimentaw b'ħeffa d-Direttiva (UE) 2019/1937 (6); |
16. |
Jistieden lill-Kummissjoni tipproponi leġiżlazzjoni tal-UE kontra l-SLAPP sabiex tipproteġi lill-ġurnalisti minn kawżi vessatorji; jistieden lill-awtoritajiet Maltin biex sadanittant jippromulgaw leġiżlazzjoni domestika kontra l-SLAPP; jenfasizza li meta jiġġieled l-korruzzjoni u l-amministrazzjoni ħażina, il-ġurnaliżmu investigattiv għandu jirċievi attenzjoni partikolari u appoġġ finanzjarju jew fiskali bħala għodda li taqdi l-ġid pubbliku; jissottolinja l-ħtieġa ta' mekkaniżmi ta' rispons rapidu għall-ksur tal-libertà tal-istampa u tal-midja, kif ukoll għall-fond għall-ġurnaliżmu investigattiv transfruntier; |
17. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni, lill-Kunsill, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Kunsill tal-Ewropa u lill-President tar-Repubblika ta' Malta. |
(1) ĠU C 356, 4.10.2018, p. 29.
(2) ĠU C 108, 26.3.2021, p. 107.
(3) Testi adottati, P9_TA(2019)0103.
(4) Is-sentenza tal-20 ta' April 2021, Repubblika v Il-Prim Ministru, C-896/19, ECLI:EU:C:2021:311.
(5) “Rapport Speċjali: Traċċa tal-flus mis-sonda tal-qtil ta’ Daphne twassal saċ-Ċina”, Reuters, 29 ta’ Marzu 2021.
(6) Id-Direttiva (UE) 2019/1937 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2019 dwar il-protezzjoni ta’ persuni li jirrapportaw dwar ksur tal-liġi tal-Unjoni (ĠU L 305, 26.11.2019, p. 17).
15.12.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 506/69 |
P9_TA(2021)0155
Is-sitwazzjoni tal-pandemija tal-COVID-19 fl-Amerka Latina
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2021 dwar is-sitwazzjoni tal-pandemija tal-COVID-19 fl-Amerka Latina (2021/2645(RSP))
(2021/C 506/10)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-11 ta' Marzu 2020 tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) li tiddikjara l-COVID-19 pandemija, |
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO), tat-30 ta' Jannar 2020, li tiddikjara li t-tifqigħa tal-COVID-19 tikkostitwixxi Emerġenza tas-Saħħa Pubblika ta' Rilevanza Internazzjonali, |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Novembru 2020 dwar l-impatt tal-miżuri tal-COVID-19 fuq id-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali (1), |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Bank Ewropew tal-Investiment intitolat “EIB Activity in 2020 – Latin America and the Caribbean” (L-Attività tal-BEI fl-2020 – l-Amerka Latina u l-Karibew), |
— |
wara li kkunsidra r-rapporti ppubblikati mill-Organizzazzjoni Pan-Amerikana tas-Saħħa, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD) ta' Novembru 2020 intitolat “COVID-19 in Latin America and the Caribbean: An overview of government responses to the crisis” (Il-COVID-19 fl-Amerka Latina u l-Karibew: Ħarsa ġenerali lejn ir-risponsi governattivi għall-kriżi), |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta mill-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà tat-8 ta' April 2020 dwar ir-rispons globali tal-UE għall-COVID-19 (JOIN(2020)0011), |
— |
wara li kkunsidra d-diskors dwar l-Istat tal-Unjoni mogħti mill-President tal-Kummissjoni Ursula von der Leyen fis-16 ta' Settembru 2020, |
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-5 ta' Mejju 2020 mir-Rappreżentant Għoli Josep Borell f'isem l-Unjoni Ewropea dwar id-drittijiet tal-bniedem fiż-żminijiet tal-pandemija tal-coronavirus, |
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2020 dwar ir-rispons globali ta' “Tim Ewropa” għall-COVID-19, |
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta' 17 -21 ta' Lulju 2020 dwar il-pjan ta' rkupru u l-qafas finanzjarju pluriennali għall-2021-2027. |
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2020 dwar il-prijoritajiet tal-UE fin-NU u l-75 Assemblea Ġenerali tan-NU, bit-tema tal-“Promozzjoni tal-multilateraliżmu u ta' NU b'saħħithom u effettivi li jipprovdu għal kulħadd”, |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Novembru 2020 dwar il-konsegwenzi tal-politika barranija tat-tifqigħa tal-COVID-19 (2), |
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni mill-Kopresidenti tal-Assemblea Parlamentari Ewro-Latino-Amerikana (EuroLat) tal-5 ta' Novembru 2020 dwar strateġija komprensiva u bireġjonali UE-LAC biex jittaffa l-impatt tal-pandemija tal-COVID-19, |
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Kopresidenti tal-EuroLat tat-30 ta' Marzu 2020 dwar il-pandemija tal-COVID-19, |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' April 2020 dwar azzjoni koordinata tal-UE biex tikkumbatti l-pandemija tal-COVID-19 u l-konsegwenzi tagħha (3), |
— |
wara li kkunsidra l-komunikat konġunt tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna tal-14 ta' Diċembru 2020 li rriżulta mil-laqgħa ministerjali informali UE 27-l-Amerka Latina u l-Karibew, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Amerka Latina u l-Karibew (ECLAC) intitolat “Social Panorama of Latin America 2020” (Panorama Soċjali tal-Amerka Latina 2020), ippubblikat fl-2021, |
— |
wara li kkunsidra s-27 Summit Ibero-Amerikan tal-Kapijiet ta' Stat u ta' Gvern li sar fil-21 ta' April 2021 f'Andorra, u d-dikjarazzjoni li rriżultat, |
— |
wara li kkunsidra r-rapporti annwali tal-Kunsill lill-Parlament Ewropew dwar il-politika estera u ta' sigurtà komuni, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat tiegħu għall-Affarijiet Barranin (A9-0204/2020), |
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem (UDHR) u trattati u strumenti oħra tan-NU dwar id-drittijiet tal-bniedem, |
— |
wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali, id-Dikjarazzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Popli Indiġeni tal-2007, u d-Dikjarazzjoni tan-NU dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1998, |
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Nru 169 tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) dwar il-Popli Indiġeni u Tribali, adottata fis-27 ta' Ġunju 1989, |
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tas-Segretarju Ġenerali tan-NU António Guterres u tal-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem Michelle Bachelet ta' Marzu 2020 dwar it-tneħħija tas-sanzjonijiet kontra l-pajjiżi biex tiġi miġġielda l-pandemija, |
— |
wara li kkunsidra l-preżentazzjoni mill-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem, Michelle Bachelet, fi Fiocruz fil-15 ta' April 2021, |
— |
wara li kkunsidra l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli, kif adottata mill-Assemblea Ġenerali tan-NU fil-25 ta' Settembru 2015, kif ukoll l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 144(5) u 132(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
A. |
billi r-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Amerka Latina u l-Karibew huma ta' interess strateġiku u kruċjali; billi l-Amerka Latina kienet wieħed mir-reġjuni li ntlaqtu l-aktar mill-COVID-19; billi l-Amerka Latina hija magħmula minn 8,4 % tal-popolazzjoni tad-dinja iżda fil-preżent irreġistra aktar minn għoxrin fil-mija tal-imwiet globali mill-coronavirus; |
B. |
billi r-rispons għall-pandemija tal-COVID-19 kien varjat globalment, inkluż fl-Amerka Latina; billi l-pajjiżi kollha ddikjaraw stat ġenerali ta' emerġenza; |
C. |
billi l-prijorità issa trid tkun il-bini mill-ġdid tal-fiduċja f'istituzzjonijiet multilaterali li jkunu kapaċi jagħtu tweġibiet globali, billi jsir progress fid-diskussjonijiet dwar l-Inizjattiva tal-Kummerċ u tas-Saħħa tad-WTO għall-COVID-19 u l-prodotti mediċi tas-saħħa relatati; |
D. |
billi l-effetti devastanti tal-pandemija tal-COVID-19 fuq iż-żewġ naħat tal-Atlantiku jeħtieġu kooperazzjoni mill-qrib bejn id-WTO, id-WHO, l-istituzzjonijiet tan-NU u l-Bank Dinji, tant essenzjali biex tiġi indirizzata l-kriżi u tiġi pprovduta s-solidarjetà; billi huwa meħtieġ rispons globali u koordinat biex jiġu ffaċċjati l-isfidi l-kbar ta' rkupri sostenibbli, ekoloġiċi u diġitali li jkunu wkoll inklużivi, ġusti u reżiljenti; |
E. |
billi l-effetti tal-pandemija u l-politiki implimentati b'rispons għaliha żiedu l-bżonn ta' likwidità tal-pajjiżi tar-reġjun biex jikkonfrontaw il-fażi ta' emerġenza; billi dawn il-fatturi wasslu għal żieda fil-livelli tad-dejn u l-gvernijiet qed jiffaċċjaw żieda fin-nefqa pubblika, b'riskju ta' inadempjenza; billi l-aċċess akbar għal-likwidità u t-tnaqqis tad-dejn għandu jkun marbut ma' objettivi ta' żvilupp fuq perjodu medju u twil ta' żmien u b'hekk ma' inizjattivi li jibnu ġejjieni aħjar; |
F. |
billi l-inizjattiva COVAX, ikkoordinata mill-Alleanza Dinjija dwar il-Vaċċini u l-Immunizzazzjoni (GAVI), il-Koalizzjoni għall-Promozzjoni ta' Innovazzjonijiet għat-Tħejjija Epidemika (CEPI) u l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO), s'issa amministrat madwar 38 miljun doża; billi hemm ħtieġa ċara li tingħata spinta lill-kapaċità tal-produzzjoni u tad-distribuzzjoni fil-qafas tal-inizjattiva COVAX; |
G. |
billi l-ewwel sensiela ta' allokazzjonijiet COVAX tal-provvisti tal-vaċċini tinkludi 31 pajjiż fl-Amerka Latina u l-Karibew li fix-xhur li ġejjin għandhom jirċievu aktar minn 27 miljun doża tal-vaċċini; |
H. |
billi l-għan tal-inizjattiva COVAX huwa li tippromwovi u tiżgura aċċess globali għal vaċċini sikuri, ta' kwalità għolja, effettivi u affordabbli; jirrimarka li għall-2021, COVAX kisbet vaċċini għal 20 % biss tal-popolazzjoni dinjija u l-produzzjoni u d-distribuzzjoni tal-vaċċini kemm fl-Ewropa kif ukoll fl-Amerka Latina għandhom għalhekk jiżdiedu; |
I. |
billi l-Amerka Latina bdiet is-sena 2020 bl-għola livell ta' inugwaljanza fid-dinja u dan spiċċa mar għall-agħar matul il-pandemija; billi r-rata tal-faqar żdiedet għal 209 miljun sal-aħħar tal-2020, u dan ifisser li 22 miljun persuna oħra jinsabu fil-faqar, filwaqt li l-għadd ta' persuni li jgħixu f'faqar estrem żdied bi 8 miljuni, minn total ta' 78 miljun ruħ; billi l-indiċijiet tal-inugwaljanza fir-reġjun marru għall-agħar flimkien mar-rati ta' impjieg u ta' parteċipazzjoni fix-xogħol, speċjalment fost in-nisa, minħabba l-pandemija tal-COVID-19 u minkejja l-miżuri ta' emerġenza ta' protezzjoni soċjali li adottaw il-pajjiżi biex iwaqqfu dan il-fenomenu; |
J. |
billi l-COVID-19 taffettwa b'mod sproporzjonat lill-pajjiżi bi dħul baxx u medju u lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw u lill-gruppi f'sitwazzjonijiet vulnerabbili, inklużi n-nisa u l-bniet, l-anzjani, il-minoranzi u l-komunitajiet indiġeni, filwaqt li tnaqqas il-gwadanji fis-saħħa u fl-iżvilupp, u b'hekk ixxekkel il-kisba tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs); |
K. |
billi l-kriżi kkawżata mill-pandemija tal-COVID-19 aggravat id-differenzi bejn il-ġeneri; billi l-Amerka Latina għandha waħda mill-ogħla rati ta' vjolenza abbażi tal-ġeneru fid-dinja u dawk ir-rati żdiedu matul il-pandemija, fejn il-miżuri ta' lockdown wasslu għal żieda notevoli fil-vjolenza domestika, l-istupru u l-femminiċidju; billi s-saħħa sesswali u riproduttiva ma ngħatatx prijorità matul il-pandemija, u dan huwa ta' ostaklu serju għad-dritt għas-saħħa u jipperikola l-ħajja tan-nisa u l-bniet fir-reġjun; |
L. |
billi l-popli indiġeni ntlaqtu b'mod sever mill-COVID-19 minħabba l-aċċess inadegwat għal ilma nadif, sanitazzjoni, servizzi tas-saħħa, benefiċċji soċjali, u n-nuqqas ta' mekkaniżmi kulturalment xierqa biex jiġu protetti d-drittijiet għas-saħħa u l-għajxien tagħhom; |
M. |
billi f'xi pajjiżi tal-Amerka Latina, bħal f'ħafna partijiet tad-dinja, il-pandemija tal-COVID-19 intużat ukoll bħala skuża għal repressjoni u restrizzjoni b'mod sproporzjonat tal-miġemgħat u l-attivitajiet tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni politika; billi l-miżuri tal-gvern spiss dgħajfu d-drittijiet bażiċi kollha tal-bniedem, inklużi d-drittijiet ċivili, politiċi, soċjali, ekonomiċi u kulturali ta' dawk li jinsabu fl-aktar sitwazzjonijiet prekarji; billi r-restrizzjonijiet tal-COVID-19 kellhom impatt ukoll fuq il-libertà tal-espressjoni; |
N. |
billi l-ħidma tal-ġurnalisti fir-reġjun saret aktar diffiċli b'riżultat ta' miżuri relatati mal-pandemija tal-COVID-19 f'termini ta' aċċess fiżiku limitat u anqas kuntatt mal-awtoritajiet, b'mod partikolari fir-rigward tar-rwol tagħhom fil-ġlieda kontra d-diżinformazzjoni dejjem aktar prevalenti; billi d-diżinformazzjoni online, l-aħbarijiet foloz u l-psewdoxjenza kienu xprun kbir tal-pandemija fl-Amerka Latina, bħala parti mill-“infodemija” kif definita mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa; billi eżempji konkreti ta' dan ivarjaw minn “kuri” frawdolenti u mirakolużi tal-COVID-19 għal attakki politiċi u kampanji ta' mibegħda kontra ċerti komunitajiet u minoranzi; billi l-media soċjali kellha rwol ewlieni fit-tixrid tad-diżinformazzjoni u l-psewdoxjenza; |
O. |
billi xi gvernijiet ġew ikkritikati b'mod partikolari talli segwew perkorsi politiċi perikolużi rigward il-pandemija tal-COVID-19, filwaqt li wrew oppożizzjoni għal inizjattivi sanitarji reġjonali u lokali, inkluż theddid li tintbagħat l-armata biex trażżan il-lockdowns u r-restrizzjonijiet lokali, u ġew akkużati li injoraw id-direttivi ewlenin tad-WHO, l-aħjar prattiki dwar il-ġestjoni tal-pandemiji u l-linji gwida dwar is-saħħa pubblika bbażati fuq ix-xjenza; |
1. |
Itenni t-tħassib serju tiegħu dwar l-impatt devastanti li qed ikollha l-pandemija tal-COVID-19 kemm fuq il-kontinent Ewropej kif ukoll fuq dak tal-Amerka Latina u jesprimi s-solidarjetà tiegħu mal-vittmi kollha u l-familji tagħhom, kif ukoll ma' dawk kollha milquta minn kriżijiet tas-saħħa, ekonomiċi u soċjali; |
2. |
Jesprimi l-gratitudni profonda tiegħu għas-servizz tal-ħaddiema mediċi fir-reġjun taħt il-pressjonijiet u r-riskji għoljin tat-theddida tal-coronavirus; |
3. |
Jitlob lill-gvernijiet taż-żewġ reġjuni, lill-istituzzjonijiet tal-UE u lill-korpi ta' integrazzjoni tal-Amerka Latina jżidu l-kooperazzjoni bireġjonali u jtejbu l-istat ta' tħejjija u l-kapaċitajiet ta' reazzjoni, il-protezzjoni tad-dħul, u l-aċċess għall-kura tas-saħħa bażika u l-ġestjoni effiċjenti ta' pjanijiet ta' vaċċinazzjoni mifruxa; |
4. |
Jitlob lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jikkooperaw mal-awtoritajiet tal-pajjiżi tal-Amerka Latina fil-bżonn u jużaw il-Mekkaniżmu tal-UE għall-Protezzjoni Ċivili u finanzjament ieħor ta' solidarjetà skont il-qafas finanzjarju pluriennali 2021-2027 sabiex tiġi indirizzata l-pandemija; jistieden, barra minn hekk, lill-Kummissjoni tagħmel użu minn Orizzont Ewropa u programmi u fondi oħra tal-UE sabiex trawwem il-kooperazzjoni xjentifika bejn il-pajjiżi tal-Amerka Latina u l-UE, b'mod partikolari fl-oqsma tas-saħħa u l-innovazzjoni; jilqa' l-inizjattivi l-ġodda għall-kooperazzjoni reġjonali fil-qasam tas-saħħa bħat-twaqqif ta' istitut transnazzjonali għall-mard infettiv; |
5. |
Jitlob lill-pajjiżi u lill-gvernijiet kollha jiżguraw aċċess liberu għall-vaċċini għall-popolazzjoni kollha mingħajr dewmien żejjed, filwaqt li jiżguraw provvisti suffiċjenti ta' vaċċini, jippromwovu aċċess ekwu għalihom u jipproċedu malajr kemm jista' jkun bil-kampanji ta' vaċċinazzjoni, li għaddejjin bħalissa; jipproponi, għal dak il-għan, it-tisħiħ tal-mekkaniżmi ta' koordinazzjoni reġjonali u/jew subreġjonali bil-għan li jiġu ssimplifikati l-akkwist pubbliku u d-distribuzzjoni effettiva tal-vaċċini u tiżdied ir-riċerka biex jiġu appoġġjati l-iżvilupp u l-produzzjoni tagħhom; |
6. |
Jistieden lill-komunità internazzjonali żżid l-isforzi biex issaħħaħ il-kapaċità ta' distribuzzjoni tal-inizjattiva COVAX u tappoġġja l-finanzjament sħiħ tal-Impenn Antiċipat tas-Suq ta' COVAX; |
7. |
Jirrikonoxxi r-rwol ewlieni li għandhom l-UE u l-Istati Membri tagħha fl-isforzi biex jiġi żgurat aċċess ġust u ekwu għal vaċċini sikuri u effettivi f'pajjiżi bi dħul baxx u medju permezz tal-mekkaniżmu COVAX, inkluża t-tħabbira reċenti ta' kontribuzzjoni addizzjonali ta' EUR 500 miljun, li ġġib il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-UE għal COVAX għal total ta' EUR 1 biljun f'garanziji u għotjiet diretti; jinnota li, peress li l-Kummissjoni, il-Bank Ewropew tal-Investiment u l-Istati Membri tal-UE wiegħdu aktar minn EUR 2,2 biljun għall-Faċilità COVAX, l-UE hija wieħed mill-kontributuri ewlenin tagħha; |
8. |
Iħeġġeġ lill-pajjiżi tal-Amerka Latina jagħmlu l-vaċċini disponibbli għal kulħadd irrispettivament mill-istatus migratorju, jieħdu azzjoni urġenti biex isaħħu d-distribuzzjoni tal-vaċċini għar-rifuġjati u l-migranti irregolari kif ukoll għall-persuni li jaħdmu fis-settur informali u li jgħixu f'insedjamenti informali, u jippermettu lil dawk li m'għandhomx dokument tal-identità nazzjonali jirreġistraw għall-inokulazzjoni mingħajr dewmien amministrattiv; ifaħħar, f'dan ir-rigward, azzjonijiet bħall-Istatus ta' Protezzjoni Temporanja għall-Migranti Venezwelani fil-Kolombja jew l-operazzjoni ta' rilokazzjoni li għaddejja bħalissa “Operação Acolhida” fil-Brażil; |
9. |
Jieħu nota li skont id-WHO diversi pajjiżi fir-reġjun għandhom kapaċitajiet potenzjali ta' produzzjoni tal-vaċċin kontra l-COVID-19 li jistgħu jiġu estiżi soġġett għat-trasferimenti tat-teknoloġija; |
10. |
Iħeġġeġ lill-gvernijiet isostnu l-ogħla livelli ta' rispett għad-drittijiet tal-bniedem fl-applikazzjoni tal-miżuri ta' konteniment b'rispons għall-espansjoni tal-COVID-19; jitlob li jiġi żgurat li l-miżuri meħuda b'rispons għall-emerġenza tas-saħħa jkunu proporzjonati, meħtieġa u mhux diskriminatorji; jikkundanna l-miżuri repressivi meħuda matul il-pandemija, il-ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem u l-abbużi kontra l-popolazzjonijiet, inkluż l-użu eċċessiv tal-forza mill-forzi statali u tas-sigurtà; |
11. |
Jistieden lill-partijiet ikkonċernati kollha jintensifikaw il-ġlieda kontra d-diżinformazzjoni online, l-aħbarijiet foloz u l-psewdoxjenza; jistieden lill-gvernijiet taż-żewġ reġjuni u lill-organizzazzjonijiet internazzjonali jinvolvu ruħhom ma' pjattaformi online biex isibu soluzzjonijiet effettivi li jindirizzaw l-“infodemija”; jilqa' l-ħolqien ta' PortalCheck.org, li huwa ċentru ta' riżorsi online ġdid għall-verifikaturi tal-fatti fl-Amerka Latina u l-Karibew biex tiġi indirizzata d-diżinformazzjoni tal-COVID-19, appoġġjat mill-Unjoni Ewropea; jinnota, madankollu, li l-gvernijiet għandhom joqogħdu lura milli jużaw il-ġlieda kontra d-diżinformazzjoni biex irażżnu d-diskors politiku u jillimitaw il-libertajiet fundamentali taċ-ċittadini; |
12. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lis-SEAE jipprevedu impenn speċifiku dwar it-trasferiment tal-għarfien u l-azzjoni u l-ippjanar ta' rispons għall-kriżijiet, filwaqt li jibnu fuq il-proposti leġiżlattivi attwali tal-UE bħar-Regolament dwar it-Theddid Transkonfinali għas-Saħħa, sabiex jgħinu lill-pajjiżi tal-Amerka Latina jkunu mħejjija aħjar f'każ ta' pandemiji futuri; |
13. |
Jiddispjaċih li l-pandemija tal-COVID-19 ġiet politiċizzata ħafna, inkluża r-retorika negazzjonista jew it-tnaqqis tas-severità tas-sitwazzjoni mill-Kapijiet ta' Stat u ta' Gvern, u jistieden lill-mexxejja politiċi jaġixxu b'mod responsabbli sabiex jipprevjenu eskalazzjonijiet ulterjuri; iqis inkwetanti l-kampanji ta' diżinformazzjoni relatati mal-pandemija u jistieden lill-awtoritajiet jidentifikaw u jippersegwitaw legalment lill-entitajiet li jwettqu tali azzjonijiet; |
14. |
Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha u lill-istati kollha tal-Amerka Latina jappoġġjaw il-ħruġ massiv tad-Drittijiet Speċjali ta' Prelevament (SDRs) tal-Fond Monetarju Internazzjonali biex tiżdied il-likwidità tal-pajjiżi tar-reġjun bl-irħas mod possibbli, u jappoġġjaw it-twessigħ tal-kamp ta' applikazzjoni tal-Inizjattiva dwar is-Sospensjoni tas-Servizz tad-Dejn (DSSI) tal-G20 għall-pajjiżi bi dħul medju; |
15. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Assemblea Parlamentari Ewro-Latino-Amerikana u lill-awtoritajiet u l-parlamenti tal-pajjiżi tal-Amerka Latina. |
(1) Testi adottati, P9_TA(2020)0307.
(2) Testi adottati, P9_TA(2020)0322.
(3) Testi adottati, P9_TA(2020)0054.
15.12.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 506/74 |
P9_TA(2021)0156
Il-Bolivja u l-arrest tal-ex President Jeanine Añez u ta' uffiċjali oħra
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2021 dwar il-Bolivja u l-arrest tal-ex President Jeanine Añez u ta' uffiċjali oħra (2021/2646(RSP))
(2021/C 506/11)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta' Novembru 2019 dwar is-sitwazzjoni fil-Bolivja (1), |
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà f'isem l-Unjoni Ewropea tat-23 ta' Ottubru 2020 dwar l-elezzjonijiet ġenerali fil-Bolivja, u d-dikjarazzjoni tal-Kelliem tiegħu tal-14 ta' Marzu 2021 dwar l-aħħar żviluppi fil-Bolivja, |
— |
wara li kkunsidra l-istqarrija għall-istampa mill-Kummissjoni Inter-Amerikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (IACHR) tas-16 ta' Marzu 2021 dwar ir-rispett tal-istandards Inter-Amerikani għal proċess ġust u aċċess għall-ġustizzja fil-Bolivja, |
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni attribwibbli lill-Kelliem għas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Bolivja, tat-13 ta' Marzu 2021, |
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tas-Segretarjat Ġenerali tal-Organizzazzjoni tal-Istati Amerikani (OAS), tal-15 u s-17 ta' Marzu 2021, dwar is-sitwazzjoni fil-Bolivja, |
— |
wara li kkunsidra l-Kostituzzjoni Politika tal-Bolivja, |
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Amerikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (il-Patt ta' San José), |
— |
wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 144(5) u 132(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
A. |
billi s-sitwazzjoni politika u soċjali fil-Bolivja għadha ta' tħassib serju mill-elezzjonijiet presidenzjali tal-20 ta' Ottubru 2019; billi mill-inqas 35 ruħ mietu u 833 ndarbu fil-kuntest tal-protesti mifruxa u vjolenti, u ħafna oħrajn ġew detenuti bi ksur tar-regoli ta' proċess ġust, fost rapporti ta' vjolazzjonijiet u abbużi mifruxa tad-drittijiet tal-bniedem; billi l-President Evo Morales irriżenja minn President u telaq mill-pajjiż; billi diversi riżenji wasslu għal vojt fil-poter, u t-Tieni Viċi President tas-Senat Jeanine Áñez assumiet il-presidenza ad interim f'konformità mal-kostituzzjoni; billi t-Tribunal Plurinazzjonali Kostituzzjonali tal-Bolivja (TCP) approva l-presidenza ad interim ta' Jeanine Áñez; |
B. |
billi wara l-mandat kostituzzjonali tagħhom, Jeanine Áñez u l-awtoritajiet ad interim ħadu l-passi meħtieġa biex jorganizzaw elezzjonijiet ġodda demokratiċi, inklużivi, trasparenti u ġusti, li saru f'Ottubru 2020 minkejja l-isfidi li rriżultaw mill-COVID-19; billi Luis Arce mill-partit MAS rebaħ il-Presidenza, u ġie rikonoxxut bħala tali minn Jeanine Áñez, kif ukoll mill-komunità internazzjonali, inkluża l-Unjoni Ewropea, u b'hekk ġie żgurat trasferiment tal-poter trasparenti u paċifiku; |
C. |
billi f'dawn l-aħħar xhur il-kanċellazzjoni jew l-irtirar ta' diversi proċessi kontra s-sostenituri tal-MAS ġew ikkonfermati, filwaqt li żdied it-theddid ta' persekuzzjoni ġudizzjarja tal-politiċi li jopponu lill-Gvern tal-MAS; billi fit-18 ta' Frar 2021, id-Digriet Suprem 4461, li huwa vag, ġie approvat mill-Assemblea Plurinazzjonali, u dan ta amnestija ġenerali u maħfra lis-sostenituri tal-gvern tal-President Arce li ġew ipproċessati matul l-amministrazzjoni ta' Áñez għal reati relatati mal-“kriżi politika” li bdiet f'Ottubru 2019; |
D. |
billi fit-13 ta' Marzu 2021 Jeanine Áñez, tnejn mill-ministri tagħha, l-ex Ministru għall-Enerġija Rodrigo Guzmán u l-ex Ministru tal-Ġustizzja Álvaro Coimbra, u individwi oħra li ffurmaw il-gvern ad interim mill-2019 sal-2020 ġew detenuti fuq akkużi ta' “terroriżmu, sedizzjoni u konfoffa”, u l-prosekuturi qed jakkużawhom li ħadu sehem f'kolp ta' stat fl-2019; billi l-arrest preventiv tagħhom ġie estiż għal sitt xhur, u l-ex President Áñez qed tiffaċċja 24 sena ħabs jekk tinstab ħatja; billi mandat ta' arrest għadu pendenti għal tliet ex ministri oħra; billi l-ex President Jeanine Áñez inizjalment ġiet miċħuda assistenza medika waqt id-detenzjoni; |
E. |
billi l-prosekuturi ressqu akkużi abbażi ta' lment minn ex Membru tal-Kungress tal-MAS, u jallegaw li l-individwi msemmija hawn fuq “ippromwovew, mexxew, appoġġjaw u kienu membri” ta' organizzazzjonijiet li l-objettiv tagħhom kien li jkissru l-“ordni kostituzzjonali” tal-Bolivja; billi l-prosekuturi akkużaw lil Jeanine Áñez bħala President ad interim iżda mhux bħala ċivili jew fil-kapaċità ta' kwalunkwe rwol pubbliku ieħor; billi l-Artikoli 159(11), 160(6), 161(7) u 184 (4) tal-Kostituzzjoni tal-2009 u l-Liġi tat-8 ta' Ottubru 2010 jipprevedu proċedura speċjali għall-proċess tal-President, tal-Viċi President u tal-awtoritajiet għolja ta' tribunali differenti; billi l-proċedura ġudizzjarja kontra l-President Áñez, segwita bil-prosekuzzjoni, ma tikkonformax mad-dritt kostituzzjonali Bolivjana; billi l-evidenza fid-dokumentazzjoni ta' akkumpanjament ma tidhirx li hi ċara; |
F. |
billi dawk akkużati b'dawn ir-reati kriminali jallegaw li qed jiġu ppersegwitati; billi dawk li ġew arrestati s'issa jsostnu li ma ġewx debitament notifikati dwar l-akkużi, għalkemm l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali saħaq li l-mandati ta' arrest inħarġu f'konformità mal-liġi u mingħajr ma nkisru d-drittijiet tad-detenuti; billi l-Uffiċċju tal-Ombudsperson iddeċieda li jimmonitorja l-azzjonijiet tal-Pulizija tal-Bolivja u tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku biex jiżgura li l-proċess ġust u d-dritt għal difiża tal-individwi arrestati kienu qed jiġu rispettati; |
G. |
billi l-Artikolu 3 tal-Karta Demokratika Inter-Amerikana jiddefinixxi s-separazzjoni u l-indipendenza tal-poteri pubbliċi bħala element essenzjali tad-demokrazija rappreżentattiva; billi l-Artikolu 8 tal-Patt ta' San José jenfasizza l-garanziji ġudizzjarji u l-proċess ġust; billi diversi organizzazzjonijiet internazzjonali esprimew it-tħassib tagħhom dwar l-abbuż tal-mekkaniżmi ġudizzjarji fil-Bolivja, u dwar il-fatt li qed jintużaw dejjem aktar bħala strumenti ripressivi mill-partit fil-gvern; billi l-President il-ġdid Arce wiegħed li matul il-gvern tiegħu mhu se jkun hemm l-ebda pressjoni politika fuq il-prosekuturi u l-imħallfin; |
H. |
billi l-kredibilità tas-sistema ġudizzjarja Bolivjana qed tiġi affettwata minn rapporti kontinwi ta' nuqqas ta' indipendenza, interferenza politika mifruxa u korruzzjoni; |
I. |
billi l-IACHR saħqet li ċerti liġijiet Bolivjani kontra t-terroriżmu jiksru l-prinċipju tal-legalità minħabba li jinkludu, fost affarijiet oħra, definizzjoni komprensiva tat-terroriżmu li inevitabbilment hija wisq wiesgħa jew vaga; billi l-istati għandhom jirrispettaw il-prinċipju tal-legalità meta jkunu qed jiddefinixxu r-reati; billi l-ilmenti mressqa quddiem it-TCP li jitolbu bi dritt li l-Artikolu 123 tal-Kodiċi Kriminali dwar ir-reat tas-sedizzjoni, u l-Artikolu 133 tiegħu dwar it-terroriżmu, jiġu ddikjarati bħala mhux kostituzzjonali talli allegatament jiksru l-Konvenzjoni Amerikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-Kostituzzjoni Bolivjana, qed jistennew riżoluzzjoni mit-TCP; |
J. |
billi l-UE ilha żmien twil sieħba tal-Bolivja, u għandha tkompli tappoġġja l-istituzzjonijiet demokratiċi tagħha, it-tisħiħ tal-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem u l-iżvilupp ekonomiku u soċjali tagħha; billi l-UE qdiet rwol importanti bħala faċilitatur fil-paċifikazzjoni tal-pajjiż fl-2019 u l-2020, u b'appoġġ għall-elezzjonijiet; |
1. |
Jiddenunzja u jikkundanna d-detenzjoni arbitrarja u illegali tal-ex President ad interim Áñez, tnejn mill-Ministri tagħha, u priġunieri politiċi oħra; jistieden lill-awtoritajiet Bolivjani jeħilsuhom minnufih u jwaqqgħu l-akkużi motivati politikament li saru kontrihom; jitlob li jkun hemm qafas ta' ġustizzja trasparenti u imparzjali ħielsa mill-pressjoni politika, u jħeġġeġ lill-awtoritajiet jipprovdu l-assistenza medika kollha meħtieġa biex jiżguraw il-benesseri tagħhom; |
2. |
Jissottolinja li l-ex President Áñez ikkonformat bis-sħiħ mad-dmir tagħha skont il-Kostituzzjoni Bolivjana bħala t-Tieni Viċi President tas-Senat meta kienet qed timla l-vojt presidenzjali kkawżat mir-riżenja tal-ex President Evo Morales wara l-irvellijiet vjolenti li ġew skattati minħabba l-attentat ta' frodi elettorali; jenfasizza li t-Tribunal Plurinazzjonali tal-Bolivja approva t-trasferiment tal-poter lil Jeanine Áñez; jinnota li l-elezzjonijiet tat-18 ta' Ottubru 2020 saru mingħajr inċidenti u b'garanziji demokratiċi sħaħ; |
3. |
Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar in-nuqqas ta' indipendenza u imparzjalità tas-sistema ġudizzjarja Bolivjana u l-prevalenza ta' problemi strutturali; jinnota li dan in-nuqqas ta' indipendenza jaffettwa l-aċċess għall-ġustizzja, u, b'mod aktar ġenerali, inaqqas il-fiduċja taċ-ċittadini fis-sistema tal-ġustizzja nazzjonali; jikkundanna l-pressjoni politika mpoġġija fuq il-ġudikatura biex tippersegwita l-avversarji politiċi, u jissottolinja l-importanza li jiġu rispettati l-garanziji ta' proċess ġust u li jiġi żgurat li l-ġudikatura tkun ħielsa minn kull pressjoni politika; jisħaq li l-vittmi jistħoqqilhom ġustizzja reali u imparzjali, u li dawk kollha responsabbli għandhom jinżammu responsabbli, mingħajr ma tingħata l-ebda amnestija jew maħfra minħabba l-opinjoni politika tagħhom; jitlob ir-rispett sħiħ tal-indipendenza tal-fergħat tal-poter u t-trasparenza sħiħa fil-proċedimenti legali kollha; |
4. |
Jenfasizza li l-proċedimenti ġudizzjarji kollha jridu jitmexxew b'rispett sħiħ tal-prinċipju ta' proċess ġust minqux fid-dritt internazzjonali; jenfasizza li għandhom jipprovdu garanziji ġudizzjarji, filwaqt li jiżguraw il-protezzjoni ġudizzjarja u l-aċċess għall-ġustizzja, bħala parti minn sistema tal-ġustizzja indipendenti u imparzjali li tkun ħielsa mill-indħil minn istituzzjonijiet statali oħra; |
5. |
Iħeġġeġ lill-Bolivja twettaq bidliet u riformi strutturali fis-sistema ġudizzjarja mingħajr dewmien, b'mod partikolari fil-kompożizzjoni tagħha, sabiex tiżgura l-garanziji ta' proċessi ġusti u kredibbli, imparzjalità u proċess ġust; jistieden lill-Gvern Bolivjan jindirizza l-problema mifruxa tal-korruzzjoni fil-pajjiż; jistieden lill-Gvern Bolivjan jemenda l-artikoli fil-Kodiċi Kriminali dwar id-delitti ta' sedizzjoni u terroriżmu, li jinkludu definizzjonijiet wiesgħa żżejjed tat-terroriżmu, u b'hekk iwasslu għal ksur possibbli tal-prinċipji tal-legalità u l-proporzjonalità; |
6. |
Jistieden lill-Prosekutur Pubbliku tal-Bolivja jerġa' jiftaħ l-investigazzjoni dwar l-allegat kanalizzar mill-gvern ta' Morales ta' USD 1,6 miljun f'fondi pubbliċi permezz ta' pagamenti irregolari lill-kumpanija ta' konsulenza Neurona; |
7. |
Ifakkar fl-indispensabilità ta' kanali ta' djalogu mtejba u effettivi fil-qafas tal-istituzzjonijiet Bolivjani sabiex jiġu promossi l-valuri demokratiċi, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem; jistieden lill-awtoritajiet Bolivjani jmexxu proċess ta' rikonċiljazzjoni bil-għan li jdgħajfu t-tensjoni u l-ostilità li hemm moħbija fis-soċjetà Bolivjana; |
8. |
Jesprimi tħassib dwar is-sitwazzjoni soċjali u politika mwiegħra li ilha tevolvi u tiddeterjora fil-Bolivja mill-2019, u jiddeplora profondament it-traġedja li waqgħet fuq il-vittmi kollha tad-diżordni fil-Bolivja, min-naħat kollha; jissottolinja l-ħtieġa kritika li l-karattru plurietniku u plurilingwi għalkollox legali tal-istat jiġi rispettat; jistieden lill-Bolivja twettaq bidliet u riformi strutturali, inkluża l-ħatra ta' Ombudsperson indipendenti u imparzjali, biex tindirizza l-kawżi ewlenin tal-kriżijiet li faqqgħu fil-pajjiż; |
9. |
Jemmen li l-UE u l-Bolivja għandhom ikomplu u jsaħħu l-impenn u d-djalogu tagħhom fil-kuntest tan-negozjati SĠP +, peress li l-Bolivja hija l-uniku pajjiż fil-Komunità Andina li m'għandux ftehim mal-UE; jemmen li l-UE għandha tkompli tappoġġja lill-Bolivja, u tkun lesta timpenja ruħha aktar, dment li jittieħdu passi ċari biex tittejjeb is-sitwazzjoni u dment li d-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem jiġu rispettati; |
10. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Gvern tal-Bolivja, lill-Qorti Kostituzzjonali Plurinazzjonali tal-Bolivja, lill-Organizzazzjoni tal-Istati Amerikani, lill-Kummissjoni Inter-Amerikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, lill-Parlament Andin u lill-Assemblea Parlamentari Ewro-Latino-Amerikana, lis-Segretarju Ġenerali tan-NU u lill-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem. |
(1) Testi adottati, P9_TA(2019)0077.
15.12.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 506/77 |
P9_TA(2021)0157
Il-liġijiet dwar il-blasfemija fil-Pakistan, b'mod partikolari l-każ ta' Shagufta Kausar u Shafqat Emmanuel
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2021 dwar il-liġijiet dwar il-blasfemija fil-Pakistan, b'mod partikolari l-każ ta' Shagufta Kausar u Shafqat Emmanuel (2021/2647(RSP))
(2021/C 506/12)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Pakistan, b'mod partikolari dawk tal-20 ta' Mejju 2010 dwar il-libertà reliġjuża fil-Pakistan (1), tal-10 ta' Ottubru 2013 dwar każijiet reċenti ta' vjolenza u persekuzzjoni kontra Nsara, partikolarment f'Maaloula (Sirja) u Peshawar (Pakistan) u l-każ tal-Pastor Saeed Abedini (Iran) (2), tas-17 ta' April 2014 dwar il-Pakistan: il-każi reċenti ta' persekuzzjoni (3), tas-27 ta' Novembru 2014 dwar il-Pakistan: liġijiet dwar atti blasfemi (4), u tal-15 ta' Ġunju 2017 dwar il-Pakistan, b'mod partikolari s-sitwazzjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u l-piena tal-mewt (5), |
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, |
— |
wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi tal-1966, b'mod partikolari l-Artikoli 6, 18 u 19 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Internazzjonali dwar l-Eliminazzjoni tal-Forom Kollha ta' Diskriminazzjoni Razzjali, |
— |
wara li kkunsidra l-osservazzjonijiet tal-kelliem għall-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem, Rupert Colville, b'mod partikolari n-noti ta' informazzjoni għall-istampa tiegħu dwar il-Pakistan tat-8 ta' Settembru 2020, |
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar il-Pakistan, |
— |
wara li kkunsidra l-Pjan ta' Impenn Strateġiku UE-Pakistan tal-2019, li jistabbilixxi bażi maqbula għal kooperazzjoni reċiproka dwar prijoritajiet bħad-demokrazija, l-istat tad-dritt, il-governanza tajba u d-drittijiet tal-bniedem, |
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tan-NU dwar l-Eliminazzjoni tal-Forom Kollha ta' Intolleranza u Diskriminazzjoni Abbażi tar-Reliġjon u t-Twemmin, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport konġunt tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà tal-10 ta' Frar 2020 dwar l-Iskema Ġeneralizzata ta' Preferenzi li jkopri l-perjodu 2018-2019 (JOIN(2020)0003) u, b'mod partikolari, il-valutazzjoni korrispondenti tal-Pakistan fir-rigward tal-Arranġament Speċjali ta' Inċentivi għal Żvilupp Sostenibbli u Governanza Tajba (SĠP+) (SWD(2020)0022), |
— |
wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-UE dwar il-Promozzjoni u l-Protezzjoni tal-Libertà tar-Reliġjon jew tat-Twemmin tal-2013, |
— |
wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-UE dwar il-Piena tal-Mewt tal-2013, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 144(5) u 132(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
A. |
billi l-liġijiet kontroversjali dwar il-blasfemija tal-Pakistan ilhom fis-seħħ fil-forma attwali tagħhom mill-1986, li jikkastigaw il-blasfemija kontra l-Profeta Muhammad bil-mewt jew b'għomor il-ħabs; |
B. |
billi l-liġijiet dwar il-blasfemija tal-Pakistan, minkejja li qatt ma wasslu għal eżekuzzjonijiet uffiċjali, inċitaw fastidju, vjolenza u qtil kontra dawk akkużati; billi l-persuni akkużati bil-blasfemija jkollhom jibżgħu għal ħajjithom irrispettivament mill-eżitu tal-proċeduri ġudizzjarji; billi huwa magħruf sew li l-liġijiet dwar il-blasfemija tal-Pakistan spiss jiġu abbużati billi jsiru akkużi foloz li jservu l-interessi personali tal-persuna li tagħmel l-akkużi; |
C. |
billi l-liġijiet dwar il-blasfemija tal-Pakistan jagħmluha perikoluża għall-minoranzi reliġjużi li jesprimu lilhom infushom liberament jew li jinvolvu ruħhom b'mod miftuħ f'attivitajiet reliġjużi; billi, minflok ma jipproteġu l-komunitajiet reliġjużi, huma xeħtu star ta' biża' fuq is-soċjetà tal-Pakistan; billi kull tentattiv ta' riforma ta' dawn il-liġijiet jew tal-applikazzjoni tagħhom safa fgat minn theddidiet u assassinji; billi tentattivi ta' diskussjoni dwar dawn il-kwistjonijiet fil-media, online jew offline, spiss jintlaqgħu b'theddid u fastidju, inkluż min-naħa tal-gvern; |
D. |
billi bħalissa bosta tużżani ta' nies, fosthom Musulmani, Ħindu, Insara u oħrajn, jinsabu l-ħabs fuq akkużi ta' blasfemija; billi diversi persuni li ġew akkużati nqatlu bil-vjolenza tal-massa; billi hemm pressjoni tremenda fuq is-sistema tal-qrati tal-Pakistan; billi l-proċedimenti ġudizzjarji spiss idumu għaddejjin għal ħafna snin, u għandhom effett devastanti fuq ċittadini innoċenti tal-Pakistan u fuq il-familji u l-komunitajiet tagħhom; |
E. |
billi kien hemm żieda allarmanti fl-akkużi ta' “blasfemija” online u offline fil-Pakistan matul is-sena li għaddiet; billi ħafna minn dawn l-akkużi jkollhom fil-mira difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, ġurnalisti, artisti u l-aktar persuni marġinalizzati fis-soċjetà; billi l-liġijiet dwar il-blasfemija tal-Pakistan qed jintużaw dejjem aktar bħala forma ta' tpattija personali jew politika bi ksur tad-drittijiet għal-libertà tar-reliġjon u t-twemmin u tal-opinjoni u l-espressjoni; |
F. |
billi l-proċeduri ġudizzjarji f'każijiet ta' blasfemija fil-Pakistan huma difettużi ħafna; billi, biex tingħata kundanna, huma meħtieġa standards baxxi ta' evidenza, u l-awtoritajiet ġudizzjarji spiss jaċċettaw l-allegazzjonijiet mingħajr ebda kritika; billi l-akkużati spiss jitqiesu ħatja u jridu jagħtu prova tal-innoċenza tagħhom aktar milli viċi versa; |
G. |
billi l-libertà tal-ħsieb, tal-kuxjenza u tar-reliġjon tapplika għal dawk li jħaddnu reliġjon, iżda anke għall-atei, għall-anjostiċi u għall-persuni mingħajr twemmin; |
H. |
billi l-Pakistan huwa parti mill-ftehimiet internazzjonali rilevanti dwar id-drittijiet tal-bniedem, inkluż il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi u l-Konvenzjoni tan-NU Kontra t-Tortura u Trattament jew Pieni Krudili, Inumani jew Degradanti oħra, li fihom dispożizzjonijiet dwar id-dritt għall-ħajja, id-dritt għal proċess ġust, l-ugwaljanza quddiem il-liġi u n-nondiskriminazzjoni; |
I. |
billi l-posponiment tal-proċessi kien fattur komuni f'diversi każijiet ta' persuni akkużati bi “blasfemija”, b'imħallfin li spiss ikunu ssuspettati li jużaw dawn it-tattiċi minħabba nuqqas ta' rieda li jagħtu sentenzi li jeżoneraw lill-akkużat; billi dawk li jaħdmu fis-sistema tal-ġustizzja kriminali tal-Pakistan, inklużi l-avukati, il-pulizija, il-prosekuturi u l-imħallfin, ħafna drabi ma jitħallewx iwettqu xogħolhom b'mod effikaċi, imparzjali u mingħajr biża'; billi x-xhieda u l-familji tal-vittmi kellhom jistaħbew minħabba biża' li tittieħed azzjoni ta' ritaljazzjoni; |
J. |
billi s-sitwazzjoni fil-Pakistan kompliet tiddeterjora fl-2020 peress li l-gvern sistematikament inforza l-liġijiet dwar il-blasfemija u naqas milli jipproteġi l-minoranzi reliġjużi minn abbużi minn atturi mhux statali, b'żieda qawwija fil-qtil immirat, il-każijiet ta' blasfemija, il-konverżjonijiet furzati, u d-diskors ta' mibegħda kontra minoranzi reliġjużi inklużi persuni Ahmadi, Musulmani Xiiti, u persuni Ħindu, Insara u Sikh; billi l-ħtif, il-konverżjoni furzata għall-Iżlam, l-istupru u ż-żwieġ furzat baqgħu theddida imminenti għan-nisa u t-tfal li ġejjin minn minoranzi reliġjużi fl-2020, b'mod partikolari dawk ta' fidi Ħindu u dik Nisranija; |
K. |
billi t-2 ta' Marzu 2021 kienet l-10 sena minn meta l-ex Ministru għall-Affarijiet tal-Minoranzi Pakistani Shahbaz Bhatti ġie assassinat wara theddid li sar kontrih minħabba li tkellem pubblikament kontra l-liġijiet dwar il-blasfemija; |
L. |
billi l-koppja Pakistana Shagufta Kausar u Shafqat Emmanuel ġiet ikkundannata għall-mewt fuq akkużi ta' blasfemija fl-2014; billi dawn l-akkużi kienu bbażati fuq il-fatt li allegatament intbagħtu messaġġi testwali insolenti fir-rigward tal-Profeta Muhammad minn numru tal-mowbajl irreġistrat taħt l-isem ta' Shagufta Kausar lill-persuna li akkużat lill-koppja bi blasfemija; |
M. |
billi l-evidenza li fuqha ġiet ikkundannata l-koppja tista' titqies żbaljata ħafna; billi l-illitteriżmu tagħhom jikxef il-falsità tas-suppożizzjoni li setgħu bagħtu l-messaġġi testwali; billi l-mowbajl li allegatament intuża biex jintbagħtu l-messaġġi ma ġiex irkuprat għall-investigazzjoni; billi l-koppja allegatament kienet daħlet f'argument mal-persuna li akkużathom ftit qabel ma saru l-akkużi; billi hemm raġuni biex wieħed jemmen li l-koppja ġiet ittorturata; |
N. |
billi l-koppja qed tinżamm il-ħabs sakemm tingħata deċiżjoni tal-qorti dwar l-appell tagħhom kontra s-sentenza tal-mewt tagħhom; billi l-appell tagħhom kellu jinstema' f'April 2020, sitt snin wara li ġew ikkundannati, iżda ġie pospost diversi drabi, l-aktar reċenti fil-15 ta' Frar 2021; |
O. |
billi l-koppja ilha separata mill-erbat itfal tagħha mill-kundanna tagħhom; |
P. |
billi Shafqat Emmanuel qed isofri minħabba ħsara lis-sinsla ta' dahru wara inċident fl-2004 u mhuwiex offrut attenzjoni medika xierqa fil-ħabs; billi Shagufta Kausar hija iżolata f'ħabs tan-nisa u qed issofri minn dipressjoni minħabba s-sitwazzjoni tagħha; |
Q. |
billi l-Qorti Superjuri ta' Lahore pposponiet il-każ diversi drabi u billi l-avukat tal-koppja, Saiful Malook, ilu jaħdem ħafna biex jiżgura li Shagufta Kausar u Shafqat Emmanuel fl-aħħar ikunu jistgħu isemmgħu l-każ tagħhom fil-qorti, u d-dritt ġudizzjarju tagħhom għal proċess ġust u xieraq jiġi finalment irrispettat; |
R. |
billi skont iċ-Ċentru għall-Ġustizzja Soċjali fil-Pakistan, bejn l-1987 u Frar 2021, ġew akkużati mill-inqas 1 855 persuna skont il-liġijiet dwar il-blasfemija, bl-ogħla numru ta' akkużi li seħħu fl-2020; |
S. |
billi Mashal Khan, student Musulman, inqatel minn kotra rrabjata f'April 2017 wara allegazzjonijiet li tefa' kontenut blasfem online, u li ma nstabet l-ebda evidenza ta' dan; billi Junaid Hafeez, lekċerer universitarju fl-Università Bahauddin Zakariya f'Multan, ġie arrestat f'Marzu 2013 talli allegatament għamel rimarki blasfemi, inżamm f'iżolament għall-ħames snin tal-proċess tiegħu, instab ħati ta' blasfemija u ngħata piena tal-mewt mill-qrati Pakistani f'Diċembru 2019; billi l-esperti tad-drittijiet tal-bniedem tan-NU kkundannaw is-sentenza bħala “parodija tal-ġustizzja” li tikser id-dritt internazzjonali; |
T. |
billi hemm għadd dejjem jikber ta' attakki online u offline fuq ġurnalisti u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, b'mod partikolari kontra n-nisa u l-aktar persuni emarġinati fis-soċjetà, inklużi membri ta' minoranzi reliġjużi, persuni ifqar u persuni b'diżabilità; billi attakki bħal dawn spiss jinkludu akkużi foloz ta' blasfemija, li jistgħu jwasslu għal attakki fiżiċi, qtil, arresti arbitrarji u detenzjonijiet; |
U. |
billi l-Pakistan ilu jibbenefika minn preferenzi kummerċjali taħt il-programm SĠP+ mill-2014; billi l-benefiċċji ekonomiċi minn dan il-ftehim kummerċjali unilaterali għall-pajjiż huma konsiderevoli; billi l-istatus SĠP+ iġib miegħu l-obbligu li jiġu ratifikati u implimentati 27 konvenzjoni internazzjonali inklużi impenji li jiggarantixxu d-drittijiet tal-bniedem u l-libertà tar-reliġjon; |
V. |
billi fl-aħħar valutazzjoni tagħha tas-SĠP+ tal-Pakistan tal-10 ta' Frar 2020, il-Kummissjoni esprimiet varjetà ta' preokkupazzjonijiet serji dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiż, b'mod partikolari n-nuqqas ta' progress fil-limitazzjoni tal-kamp ta' applikazzjoni u tal-implimentazzjoni tal-piena tal-mewt; |
W. |
billi l-użu kontinwu tal-liġi dwar il-blasfemija fil-Pakistan qed iseħħ fil-kuntest ta' żieda globali fir-restrizzjonijiet fuq il-libertà tar-reliġjon u l-libertà tal-espressjoni relatati mar-reliġjon u t-twemmin; billi f'Marzu 2019 ir-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar il-libertà tar-reliġjon jew tat-twemmin semma l-każ ta' Asia Bibi bħala wieħed mill-eżempji ta' rkupru tal-liġijiet kontra l-blasfemija u kontra l-apostażija u l-użu ta' liġijiet dwar l-ordni pubbliku biex tiġi limitata l-espressjoni meqjusa offensiva għall-komunitajiet reliġjużi; |
X. |
billi l-attakki ripetuti u qarrieqa kontra l-awtoritajiet Franċiżi minn gruppi Pakistani radikali u d-dikjarazzjonijiet reċenti mill-Gvern tal-Pakistan fuq il-bażi tal-blasfemija żdiedu mir-reazzjoni tal-awtoritajiet Franċiżi għall-attakk terroristiku kontra għalliem ta' skola Franċiża talli ddefenda l-libertà tal-espressjoni, li wassal lill-awtoritajiet Franċiżi biex fil-15 ta' April 2021 jirrakkomandaw liċ-ċittadini tagħhom biex jitilqu temporanjament mill-Pakistan; billi fl-20 ta' April 2021, membru tal-partit fil-gvern ressaq riżoluzzjoni fl-Assemblea Nazzjonali tal-Pakistan fejn talab dibattitu dwar it-tkeċċija tal-ambaxxatur Franċiż; |
1. |
Jesprimi t-tħassib tiegħu għas-saħħa u l-benessri ta' Shagufta Kausar u Shafqat Emmanuel u jħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-Pakistan jiżguraw li tingħatalhom kura medika adegwata minnufih; jistieden lill-awtoritajiet tal-Pakistan jeħilsu minnufih u mingħajr kundizzjonijiet lil Shafqat Emmanuel u Shagufta Kausar u jannullaw il-piena tal-mewt tagħhom; |
2. |
Jiddispjaċih għall-fatt li l-appell ta' Shagufta Kausar u Shafqat Emmanuel qed jibqa' jiġi pospost; jistieden lill-Qorti Superjuri ta' Lahore tagħti d-deċiżjoni tagħha malajr kemm jista' jkun u tagħti spjegazzjoni raġonevoli għal kwalunkwe posponiment ulterjuri; |
3. |
Jinnota li Shafqat Emmanuel qed jinżamm fi sptar fil-ħabs minħabba l-gravità tal-kundizzjoni tiegħu u ġie kkurat darbtejn barra mill-ħabs ta' Faisalabad; jiddispjaċih għall-fatt li l-koppja ilha seba' snin maqfula fil-ħabs, u t-tnejn jinsabu iżolati minn xulxin u mill-familji tagħhom; jistieden, għalhekk, lill-Gvern tal-Pakistan jiżgura li l-ħabsijiet tiegħu joffru kundizzjonijiet deċenti u umani; |
4. |
Jinsab imħasseb dwar l-abbuż kontinwu tal-liġijiet dwar il-blasfemija fil-Pakistan, li qed jaggrava l-firdiet reliġjużi eżistenti u b'hekk qed irawwem klima ta' intolleranza, vjolenza u diskriminazzjoni reliġjużi; jenfasizza li l-liġijiet dwar il-blasfemija tal-Pakistan huma inkompatibbli mal-liġijiet internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem u qed jintużaw dejjem aktar biex jimmiraw gruppi ta' minoranza vulnerabbli fil-pajjiż, inklużi l-persuni Xiiti, Ahmadi, Ħindu u Nsara; jistieden, għalhekk, lill-Gvern tal-Pakistan jirrieżamina u fl-aħħar jabolixxi dawn il-liġijiet u l-applikazzjoni tagħhom; jitlob li l-imħallfin, l-avukati difensuri u x-xhieda tad-difiża jiġu protetti fl-hekk imsejħa kawżi ta' blasfemija kollha; |
5. |
Iħeġġeġ lill-Pakistan iħassar it-taqsimiet 295-B u C tal-Kodiċi Penali nazzjonali u jirrispetta u jiddefendi d-drittijiet għal-libertà tal-ħsieb, tal-kuxjenza, tar-reliġjon u tal-espressjoni fil-pajjiż kollu, filwaqt li effettivament itemm l-użu tal-liġijiet dwar il-blasfemija; jistieden ukoll lill-Gvern tal-Pakistan jemenda l-Att Kontra t-Terroriżmu tal-1997 biex jiżgura li l-kawżi ta' blasfemija ma jiġux ipproċessati fi qrati kontra t-terroriżmu, u biex jipprovdi opportunitajiet ta' pleġġ f'allegati kawżi ta' blasfemija; |
6. |
Jenfasizza li l-libertà tar-reliġjon jew tat-twemmin, il-libertà tal-kelma u tal-espressjoni, u d-drittijiet tal-minoranzi huma drittijiet tal-bniedem minquxa fil-kostituzzjoni tal-Pakistan; |
7. |
Jistieden lill-Gvern tal-Pakistan jikkundanna b'mod inekwivoku l-inċitament għall-vjolenza u d-diskriminazzjoni kontra l-minoranzi reliġjużi fil-pajjiż; jistieden lill-Gvern tal-Pakistan jistabbilixxi salvagwardji effettivi, proċedurali u istituzzjonali fil-livelli investigattivi, tal-prosekuzzjoni u ġudizzjarji biex jipprevjeni l-abbuż tal-liġijiet dwar il-blasfemija sakemm jiġu aboliti; jiddeplora d-diskriminazzjoni kontinwa kontra l-minoranzi reliġjużi fil-Pakistan u l-vjolenza kontrihom, fosthom l-persuni Nsara, Musulmani Ahmadiyya, Xiiti u Ħindu; ifakkar fl-attakk tal-massa tal-2014 fuq il-komunità Ahmadi f'Gujranwala wara allegazzjonijiet ta' blasfemija kontra l-membru tagħha Aqib Saleem, li ġie lliberat fil-qorti, li rriżulta fil-mewt ta' tliet membri tal-komunità, fosthom żewġt itfal; jinnota li sar rekwiżit li l-ebda uffiċjal tal-pulizija taħt il-livell tas-supretendent tal-pulizija ma jista' jinvestiga akkużi qabel ma tiġi rreġistrata kawża; |
8. |
Jinsab imħasseb dwar il-fatt li l-liġijiet dwar il-blasfemija fil-Pakistan spiss jiġu abbużati biex isiru akkużi foloz li jservu diversi inċentivi, inklużi s-soluzzjoni ta' tilwim personali jew it-tfittxija ta' gwadann ekonomiku; jistieden lill-Gvern tal-Pakistan, għalhekk, biex jieħu kont dovut ta' dan u jħassar il-liġijiet dwar il-blasfemija kif xieraq; jirrifjuta bil-qawwa d-dikjarazzjoni rrappurtata mill-Ministru tal-Istat għall-Affarijiet Parlamentari tal-Pakistan, Ali Khan, fejn talab li l-persuni li jikkommettu blasfemija jiġu dekapitati; |
9. |
Iħeġġeġ lill-persunal diplomatiku kollu tal-UE u dak Ewropew biex jagħmlu dak kollu li jistgħu biex jipprovdu protezzjoni u appoġġ lil Shagufta Kausar u Shafqat Emmanuel, inkluż billi jattendu proċessi, jitolbu żjarat fil-ħabs u kontinwament u b'mod riżolut jikkuntattjaw lill-awtoritajiet involuti f'din il-kawża; |
10. |
Jistieden lill-Istati Membri jiffaċilitaw il-ħruġ ta' viżi ta' emerġenza u joffru protezzjoni internazzjonali lil Shagufta Kausar, Shafqat Emmanuel, l-avukat tagħhom Saiful Malook u oħrajn li huma akkużati li eżerċitaw id-drittijiet tagħhom b'mod paċifiku, inklużi d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, f'każ li jkollhom bżonn jitilqu mill-Pakistan; |
11. |
Jinsab estremament imħasseb dwar l-attakki online u offline li qed jiżdiedu fuq ġurnalisti, akkademiċi u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, b'mod partikolari dawk kontra n-nisa u l-minoranzi; iħeġġeġ lill-Gvern tal-Pakistan jieħu passi minnufih biex jiżgura s-sikurezza tal-ġurnalisti, tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u tal-organizzazzjonijiet ta' ispirazzjoni reliġjuża u jwettaq investigazzjonijiet fil-pront u effikaċi sabiex jirrispetta l-istat tad-dritt u jressaq lill-awturi ta' reat quddiem il-ġustizzja; |
12. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) jirrevedu minnufih l-eliġibbiltà tal-Pakistan għall-istatus SĠP+ fid-dawl tal-avvenimenti attwali u jekk hemmx raġuni biżżejjed biex tinbeda proċedura għall-irtirar temporanju ta' dan l-istatus u l-benefiċċji li jiġu miegħu, u biex jirrapportaw lill-Parlament Ewropew dwar din il-kwistjoni malajr kemm jista' jkun; |
13. |
Jistieden lis-SEAE u l-Kummissjoni jużaw l-għodod kollha għad-dispożizzjoni tagħhom, inklużi dawk previsti mil-Linji Gwida tal-UE dwar il-Promozzjoni u l-Protezzjoni tal-Libertà ta' Reliġjon jew ta' Twemmin, biex jgħinu lil komunitajiet reliġjużi u biex jitfgħu lill-Gvern tal-Pakistan taħt pressjoni sabiex jagħmel aktar għall-protezzjoni tal-minoranzi reliġjużi; |
14. |
Iħeġġeġ lis-SEAE u lill-Istati Membri jkomplu jappoġġjaw lill-Pakistan bir-riforma ġudizzjarja u l-bini tal-kapaċità biex jiġi żgurat li l-qrati inferjuri jkunu mgħammra biex imexxu proċessi fil-pront għal dawk detenuti u jneħħu kawżi ta' blasfemija li ma jkunux appoġġjati minn evidenza suffiċjenti u affidabbli; |
15. |
Jilqa' d-djalogi bejn reliġjonijiet differenti li qed isiru fil-Pakistan u jħeġġeġ lis-SEAE u lid-Delegazzjoni tal-UE jkomplu jappoġġjaw lill-Kunsill Nazzjonali tal-Paċi għall-Armonija Bejn Twemmin Differenti tal-Pakistan fl-organizzazzjoni ta' inizjattivi regolari bħal dawn ma' mexxejja reliġjużi, inklużi minn minoranzi reliġjużi, appoġġjati minn organizzazzjonijiet ta' ispirazzjoni reliġjuża, organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, professjonisti tad-drittijiet tal-bniedem u legali u akkademiċi; jistieden ukoll lid-Delegazzjoni tal-UE u lir-rappreżentanzi tal-Istati Membri biex ikomplu jappoġġjaw l-NGOs fil-Pakistan involuti fil-monitoraġġ tad-drittijiet tal-bniedem u fl-għoti ta' appoġġ lill-vittmi ta' vjolenza abbażi tal-fidi u vjolenza abbażi tal-ġeneru; |
16. |
Iħeġġeġ lill-Pakistan jintensifika l-kooperazzjoni tiegħu mal-korpi internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż il-Kumitat tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU, sabiex jimplimenta r-rakkomandazzjonijiet rilevanti kollha u jtejjeb il-monitoraġġ u r-rappurtar tal-progress li jkun sar għall-kisba tal-parametri referenzjarji internazzjonali; |
17. |
Iqis li d-dimostrazzjonijiet vjolenti u l-attakki kontra Franza mhumiex aċċettabbli; jinsab imħasseb ħafna dwar is-sentiment anti-Franċiż fil-Pakistan, li wassal biex iċ-ċittadini u l-kumpaniji Franċiżi kellhom jitilqu temporanjament mill-pajjiż; |
18. |
Jilqa' s-sentenza reċenti tal-Qorti Suprema tal-Pakistan li tipprojbixxi l-eżekuzzjoni ta' priġunieri b'kundizzjonijiet ta' saħħa mentali; itenni l-oppożizzjoni qawwija tal-Unjoni Ewropea għall-piena tal-mewt, f'kull każ u mingħajr eċċezzjoni; jappella għall-abolizzjoni universali tal-piena kapitali; jistieden lill-awtoritajiet tal-Pakistan jibdlu s-sentenzi tal-individwi kollha li qed jiffaċċjaw il-piena tal-mewt biex jiżguraw li d-dritt tagħhom għal proċess ġust, li huwa rikonoxxut internazzjonalment u salvagwardjat fil-kostituzzjoni, jiġi rispettat; |
19. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, u lill-Gvern u lill-Parlament tal-Pakistan. |
(1) ĠU C 161 E, 31.5.2011, p. 147.
(2) ĠU C 181, 19.5.2016, p. 82.
(3) ĠU C 443, 22.12.2017, p. 75.
15.12.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 506/82 |
P9_TA(2021)0159
Ir-Russja, il-każ ta' Alexei Navalny, l-iskjerament militari fil-fruntiera mal-Ukrajna u l-attakki Russi fir-Repubblika Ċeka
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2021 dwar ir-Russja, il-każ ta' Alexei Navalny, l-iskjerament militari fil-fruntiera mal-Ukrajna u l-attakki Russi fir-Repubblika Ċeka (2021/2642(RSP))
(2021/C 506/13)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar ir-Russja u l-Ukrajna, |
— |
wara li kkunsidra l-Karta tan-NU, il-Konvenzjoni tan-NU dwar il-Liġi tal-Baħar, id-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, u l-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali (ECHR), |
— |
wara li kkunsidra l-pakkett ta' miżuri għall-implimentazzjoni tal-Ftehimiet ta' Minsk, adottati u ffirmati f'Minsk fit-12 ta' Frar 2015 u approvati uffiċjalment f'daqqa bir-riżoluzzjoni 2202 (2015) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU tas-17 ta' Frar 2015, |
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-G7 tat-18 ta' Marzu 2021 dwar l-Ukrajna u d-dikjarazzjoni konġunta tagħhom mar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà tat-12 ta' April 2021 dwar l-istess suġġett, |
— |
wara li kkunsidra l-laqgħa tas-16 ta' April 2021 bejn il-President Franċiż, il-President Ukren u l-Kanċilliera Ġermaniża dwar il-kwistjoni tal-iskjerament militari Russu, |
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni li għamel ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà f'isem l-UE fit-18 ta' April 2021 dwar saħħet Alexei Navalny li sejra għall-agħar, |
— |
wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni 68/262 tal-Assemblea Ġenerali tan-NU tas-27 ta' Marzu 2014 bit-titolu “L-integrità territorjali tal-Ukrajna”, ir-riżoluzzjonijiet 71/205 tad-19 ta' Diċembru 2016, 72/190 tad-19 ta' Diċembru 2017, 73/263 tat-22 ta' Diċembru 2018, 74/168 tat-18 ta' Diċembru 2019 u 75/192 tas-16 ta' Diċembru 2020 bit-titolu “Is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fir-Repubblika Awtonoma tal-Krimea u fil-belt ta' Sevastopol (l-Ukrajna)”, u r-riżoluzzjonijiet tal-Assemblea Ġenerali tan-NU 74/17 tad-9 ta' Diċembru 2019 u 75/29 tas-7 ta' Diċembru 2020 bit-titolu “Il-problema tal-militarizzazzjoni tar-Repubblika Awtonoma tal-Krimea u l-belt ta' Sevastopol, l-Ukrajna, kif ukoll ta' partijiet mill-Baħar l-Iswed u mill-Baħar ta' Azov”, |
— |
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK tas-17 ta' Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina (1), |
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra, u b'mod partikolari t-Titolu II tiegħu dwar id-djalogu politiku u l-konverġenza fil-qasam tal-affarijiet barranin u s-sigurtà (2), |
— |
wara li kkunsidra l-Memorandum ta' Budapest dwar Garanziji ta' Sigurtà tal-5 ta' Diċembru 1994 b'rabta mal-adeżjoni tal-Belarus, il-Każakistan u l-Ukrajna mat-Trattat dwar in-Nonproliferazzjoni tal-Armi Nukleari, |
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Ukrajna tad-29 ta' Marzu 2021 għal ritorn għal waqfien sħiħ mill-ġlied fil-Lvant tal-Ukrajna u l-abbozz tal-Pjan ta' Azzjoni Konġunt dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehimiet ta' Minsk, |
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-kelliem tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna tad-19 ta' April 2021 dwar it-tkeċċija ta' diplomatiċi Ċeki u d-dikjarazzjoni tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà f'isem l-UE tal-21 ta' April 2021 b'solidarjetà mar-Repubblika Ċeka dwar attivitajiet kriminali fit-territorju tagħha, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 132(2) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
A. |
billi f'dawn l-aħħar ġimgħat il-Federazzjoni Russa żiedet sostanzjalment il-preżenza militari tagħha fil-fruntieri tal-Lvant u tat-Tramuntana mal-Ukrajna u fil-Krimea, u ġabret total ta' aktar minn 100 000 truppa, kif ukoll tankijiet, artillerija, vetturi blindati u makkinarju tqil ieħor; billi dan l-iskjerament reċenti jikkostitwixxi l-akbar konċentrazzjoni ta' truppi Russi mill-2014 'l hawn u l-iskala u l-kapaċitajiet offensivi tiegħu jindikaw intenzjonijiet ostili; |
B. |
billi l-Federazzjoni Russa ħabbret is-sospensjoni tad-dritt ta' passaġġ innoċenti għall-bastimenti tal-gwerra u l-bastimenti kummerċjali ta' pajjiżi oħra min-naħa tal-Baħar l-Iswed fid-direzzjoni tal-Istrett ta' Kerch sal-31 ta' Ottubru 2021, u b'hekk qed tikser il-libertà ta' navigazzjoni, li hija garantita mill-Konvenzjoni tan-NU dwar il-Liġi tal-Baħar, li r-Russja hija firmatarja tagħha; billi ż-żoni kkonċernati jinsabu fil-baħar territorjali tal-Ukrajna li jdawwar it-territorju temporanjament okkupat tar-Repubblika Awtonoma tal-Krimea u l-belt ta' Sevastopol; |
C. |
billi għaddew sitt snin mill-adozzjoni tal-Ftehimiet ta' Minsk u seba' snin mill-annessjoni illegali tal-peniżola tal-Krimea mill-Federazzjoni Russa u l-bidu tal-gwerra fl-Ukrajna; |
D. |
billi skont sorsi Ukreni, il-Federazzjoni Russa għandha madwar 3 000 uffiċjal u għalliem militari fil-forzi armati taż-żewġ hekk imsejħa Repubbliki tal-Poplu; |
E. |
billi d-destabbilizzazzjoni tal-Lvant tal-Ukrajna mill-Federazzjoni Russa permezz tal-forzi proxy tagħha fl-hekk imsejħa Repubbliki tal-Poplu ta' Donetsk u Luhansk ilha għaddejja mill-2014; billi l-kunflitt sewa l-ħajja ta' aktar minn 14 000 persuna u wassal biex kważi żewġ miljun persuna saru persuni spostati internament (IDPs); |
F. |
billi l-Ukrajna talbet li jiġi invokat il-paragrafu 16.3 tal-Kapitolu III tad-Dokument ta' Vjenna tal-2011 dwar il-Miżuri għat-Tisħiħ tal-Fiduċja u tas-Sigurtà, filwaqt li talbet “spjegazzjoni tal-attivitajiet militari mhux tas-soltu” tal-Federazzjoni Russa qrib il-fruntiera tal-Ukrajna u fil-Krimea okkupata; billi d-Dokument ta' Vjenna ġie adottat minn kull wieħed mis-57 membru tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE) fl-2011 biex iservi bħala sors permanenti ta' kooperazzjoni u trasparenza militari; billi l-Federazzjoni Russa ddeċidiet li ma tiħux sehem f'din il-laqgħa; |
G. |
billi l-istati parteċipanti tal-OSKE għandhom jagħtu lil xulxin informazzjoni dwar, fost l-oħrajn, il-pjanijiet ta' skjerament, jinnotifikaw lil xulxin qabel iż-żmien dwar attivitajiet militari sinifikanti, pereżempju eżerċizzji, u jikkonsultaw u jikkooperaw ma' xulxin f'każ ta' attività militari mhux tas-soltu jew żieda fit-tensjonijiet; |
H. |
billi l-Ġimgħa 23 ta' April 2021 il-Ministeru għad-Difiża Russu ddikjara li l-forzi miġbura kienu se jirritornaw lejn il-bażijiet permanenti tagħhom sal-1 ta' Mejju 2021; |
I. |
billi d-drittijiet għal-libertà tal-ħsieb u tal-kelma, ta' assoċjazzjoni u ta' għaqda paċifika huma minquxa fil-Kostituzzjoni tal-Federazzjoni Russa; billi s-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt fir-Russja qed tkompli sejra għall-agħar, u l-awtoritajiet qed jikkalpestaw kontinwament dawn id-drittijiet u l-libertajiet; billi l-Federazzjoni Russa hija firmatarja tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-KEDB, u hija membru tal-Kunsill tal-Ewropa; |
J. |
billi fid-9 ta' April 2021, l-awtoritajiet Russi żammew f'detenzjoni għal perjodu qasir, interrogaw u ħatfu l-mowbajls u d-dokumenti ta' Roman Anin, wieħed mill-ġurnalisti investigattivi ewlenin tar-Russja affiljat mal-Proġett ta' Rappurtar dwar il-Kriminalità Organizzata u l-Korruzzjoni (OCCRP); billi dawn l-azzjonijiet ipperikolaw ukoll lil sħabu l-ġurnalisti tal-OCCRP li kienu qed jaħdmu fuq kwistjonijiet ta' trasparenza u korruzzjoni, minħabba l-informazzjoni li s-Servizz tas-Sigurtà Federali (FSB) issa għandu aċċess sħiħ għaliha; |
K. |
billi Alexei Navalny, l-aktar attivist kontra l-korruzzjoni u politiku tal-oppożizzjoni Russu magħruf, fis-17 ta' Jannar 2021 ġie arrestat u fit-2 ta' Frar 2021 ġie kkundannat għal tliet snin u nofs ħabs talli allegatament kiser il-probation waqt li kien qed jirkupra fil-Ġermanja minn attentat ta' assassinju b'avvelenament permezz ta' aġent kimiku militari pprojbit imwettaq minn aġenti tas-servizzi tas-sigurtà Russi fil-Federazzjoni Russa; billi fit-12 ta' Marzu 2021 Alexei Navalny ġie ttrasferit lejn kolonja penali f'Pokrov, fejn ġie ripetutament soġġett għal tortura u trattament inuman u sussegwentement beda strajk tal-ġuħ aktar minn tliet ġimgħat ilu; |
L. |
billi dawn l-iżviluppi tal-aħħar ġimgħat ikkonfermaw l-agħar beżgħat ta' familtu, ħbiebu, is-sostenituri tiegħu u l-komunità internazzjonali rigward is-sikurezza personali tiegħu u ħajtu, u wasslu għat-trasferiment tiegħu lejn sptar tal-ħabs qrib Moska fejn ħajtu għadha fil-periklu; |
M. |
billi fis-16 ta' Frar 2021 il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem iddeċidiet li tindika lill-Gvern tar-Russja, skont l-Artikolu 39 tar-Regoli tal-Qorti, biex jeħles lil Alexei Navalny; billi din il-miżura għandha tapplika b'effett immedjat; billi l-Qorti qieset in-natura u l-kobor tar-riskju għal ħajjet Alexei Navalny, murija prima facie għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-miżura interim u kkunsidrati fid-dawl taċ-ċirkustanzi ġenerali tad-detenzjoni attwali ta' Alexei Navalny; |
N. |
billi nhar il-Ġimgħa 23 ta' April 2021, Alexei Navalny ħabbar li, wara parir mogħti minn tobba mhux tal-ħabs, huwa kien se jissospendi gradwalment l-istrajk tal-ġuħ li kien beda fil-31 ta' Marzu 2021; billi l-parir mediku li ngħata Alexei Navalny kien li t-tkomplija tal-istrajk tal-ġuħ kienet se tkun ta' theddida għal ħajtu; billi anki jekk Navalny jingħata l-kura meħtieġa issa, m'hemm l-ebda garanzija li ma jkunx soġġett għal aktar trattament inuman jew ta' theddida għall-ħajtu, jew għal attentati ta' qtil; |
O. |
billi fl-2020 ir-Russja kklassifikat fil-129 post minn 180 pajjiż fl-Indiċi dwar il-Perċezzjoni tal-Korruzzjoni ta' Transparency International, filwaqt li kklassifikat fl-aħħar post fl-Ewropa; billi r-rabtiet kleptokratiċi bejn l-oligarki, l-uffiċjali tas-sigurtà u l-uffiċjali marbuta mal-Kremlin ġew parzjalment esposti minn attivisti kontra l-korruzzjoni bħall-mejjet Sergei Magnitsky u l-Fondazzjoni Kontra l-Korruzzjoni (FBK) immexxija minn Alexei Navalny, li implikaw l-ogħla gradi tal-poter, inkluż lil Vladimir Putin, f'investigazzjonijiet dwar il-ġid inspjegabbli li akkumulaw tul is-snin; billi l-Uffiċċju tal-Prosekutur ta' Moska qed ifittex li jittimbra lill-FBK u lil żewġ organizzazzjonijiet oħra marbuta ma' Navalny – il-Fondazzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet taċ-Ċittadini u l-kwartieri ġenerali reġjonali ta' Navalny – bħala “estremisti”, li jfisser li l-impjegati tagħhom jistgħu jiffaċċjaw arresti u sentenzi ta' ħabs li jvarjaw minn sitta sa għaxar snin; |
P. |
billi l-avvelenament ta' Navalny jikkorrispondi għal xejra ta' azzjonijiet li ttieħdu kontra l-avversarji ta' Putin, fosthom Victor Yuschenko, Sergei Skripal u Vladimir Kara-Murza, u li wasslu għall-mewt ta' diversi personalitajiet ewlenin tal-oppożizzjoni, ġurnalisti, attivisti u mexxejja barranin, fosthom, iżda mhux biss, Boris Nemtsov, Anna Politkovskaya, Sergei Protazanov, Natalya Estemirova u Alexander Litvinenko; |
Q. |
billi l-Federazzjoni Russa mhux biss tirrappreżenta theddida esterna għas-sigurtà Ewropea, iżda qiegħda wkoll tiġġieled gwerra interna kontra l-poplu tagħha stess fl-għamla ta' oppressjoni sistematika tal-oppożizzjoni u arresti fit-toroq; billi fil-21 ta' April 2021 biss, l-għadd ta' dimostraturi paċifiċi arrestati laħaq aktar minn 1 788, u b'kollox ġew arrestati aktar minn 15 000 ċittadin Russu innoċenti minn Jannar 2021 'l hawn; |
R. |
billi fiż-żewġ riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar ir-Russja, il-Parlament talab rieżami tal-politika tal-UE fil-konfront tar-Russja u l-ħames prinċipji gwida tagħha u talab lill-Kunsill jibda minnufih it-tħejjijiet u jadotta strateġija tal-UE għar-relazzjonijiet futuri ma' Russja demokratika, li tkun tinkludi firxa wiesgħa ta' inċentivi u kundizzjonijiet għat-tisħiħ tad-dinamika interna fl-interess tal-libertà u d-demokrazija fir-Russja; |
S. |
billi fis-17 ta' April 2021 ir-Repubblika Ċeka keċċiet 18-il membru tal-persunal tal-ambaxxata Russa, inklużi membri tal-aġenziji tal-intelligence Russi, wara li s-Servizz tal-Informazzjoni dwar is-Sigurtà tar-Repubblika Ċeka kkonkluda b'bażi soda li, fl-2014, waqt xogħolhom, uffiċjali tal-intelligence Russi kienu involuti fl-isplużjoni ta' maħżen tal-munizzjon li fiha nqatlu żewġ ċittadini Ċeki u saret ħsara materjali estensiva; billi ħajjet u l-proprjetà ta' eluf ta' persuni li jgħixu fil-muniċipalitajiet tal-madwar tqiegħdu f'periklu bla ħniena; billi dawn l-azzjonijiet illegali fit-territorju tar-Repubblika Ċeka jikkostitwixxu ksur kritiku tas-sovranità ta' Stat Membru tal-UE minn potenza barranija; billi, b'reazzjoni għat-tkeċċija ta' 18 mill-membri tal-persunal tal-ambaxxata tagħha min-naħa tar-Repubblika Ċeka, il-Federazzjoni Russa keċċiet 20 diplomatiku Ċek, li ġew ordnati jitilqu fid-19 ta' April 2021; billi fit-22 ta' April 2021 ir-Repubblika Ċeka ddeċidiet li l-għadd ta' persunal fl-ambaxxata Russa fir-Repubblika Ċeka kellu jkun l-istess bħall-għadd ta' persunal fl-ambaxxata Ċeka fir-Russja, wara li r-Russja rrifjutat li taċċetta lid-diplomatiċi Ċeki mkeċċija lura fil-pajjiż u skont l-Artikolu 11 tal-Konvenzjoni ta' Vjenna dwar ir-Relazzjonijiet Diplomatiċi, u tat lill-ambaxxata Russa sal-aħħar ta' Mejju biex tagħmel dan; |
T. |
billi l-istess aġenti tal-GRU involuti fl-isplużjoni tal-maħżen tal-munizzjon fir-Repubblika Ċeka kienu wkoll responsabbli għall-attentat ta' qtil ta' Sergei u Yulia Skripal fir-Renju Unit fl-2018 bl-użu ta' aġent nervin Novichok ta' grad militari, li wassal ukoll għall-mewt ta' ċittadin Brittaniku; billi l-aġenti tal-GRU ġew akkużati wkoll bl-attentat ta' qtil ta' Emilian Gebrev, is-sid ta' fabbrika tal-armi, u żewġ persuni oħra fil-Bulgarija fl-2015; billi r-Russja mhix qed tikkoopera fl-investigazzjoni ta' dawn ir-reati mwettqa fit-territorju tal-Unjoni Ewropea, ċaħdet l-involviment tal-GRU fl-avvelenament ta' Sergei u Yulia Skripal u qed tagħti kenn lis-suspettati ewlenin; |
1. |
Jappoġġja l-indipendenza, is-sovranità u l-integrità territorjali tal-Ukrajna fil-fruntieri internazzjonalment rikonoxxuti tagħha; itenni l-appoġġ qawwi tiegħu għall-politika tal-UE ta' nonrikonoxximent tal-annessjoni illegali tar-Repubblika Awtonoma tal-Krimea u l-Belt ta' Sevastopol; jilqa' l-miżuri restrittivi kollha meħuda mill-UE bħala konsegwenza tal-annessjoni illegali; jitlob il-ħelsien immedjat taċ-ċittadini Ukreni kollha detenuti illegalment u miżmuma l-ħabs fil-peniżola tal-Krimea u fir-Russja, u jiddeplora l-ksur kontinwu tad-drittijiet tal-bniedem imwettaq fil-Krimea u fit-territorji okkupati fil-Lvant tal-Ukrajna, kif ukoll il-konferiment fuq skala kbira ta' ċittadinanza Russa (l-għoti furzat ta' passaporti) fost iċ-ċittadini f'dawk iż-żoni; jissottolinja li l-uffiċjali Russi li l-azzjonijiet jew in-nuqqas ta' azzjoni tagħhom ippermettew jew irriżultaw f'delitti tal-gwerra fl-Ukrajna se jkollhom jiffaċċjaw il-ġustizzja kriminali internazzjonali; |
2. |
Jesprimi dispjaċir għall-istat attwali tar-relazzjonijiet bejn l-UE u r-Russja kkawżati mill-aggressjoni tar-Russja u mid-destabbilizzazzjoni kontinwa tal-Ukrajna, l-imġiba ostili u l-attakki diretti fil-konfront tal-Istati Membri u s-soċjetajiet tal-UE, fost l-oħrajn permezz ta' ndħil fil-proċessi elettorali, l-użu ta' diżinformazzjoni, deep fakes, attakki ċibernetiċi malizzjużi, sabotaġġ u armi kimiċi, u d-deterjorament sinifikanti tas-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u r-rispett għad-dritt għal-libertà tal-espressjoni, l-assoċjazzjoni u l-għaqda paċifika fir-Russja; jikkundanna bil-qawwa l-imġiba ostili tar-Russja fl-Ewropa u jistieden lill-gvern tagħha jtemm dawn l-attivitajiet, li jiksru l-prinċipji u n-normi internazzjonali u jheddu l-istabbiltà fl-Ewropa, li jimpedixxi kwalunkwe kisba ta' aġenda bilaterali pożittiva ma' dan il-ġar importanti; |
3. |
jibqa' mħasseb ħafna dwar l-iskjerament militari kbir Russu fil-fruntiera mal-Ukrajna u fir-Repubblika Awtonoma tal-Krimea okkupata illegalment, li l-Ministeru tad-Difiża Russu ddikjara li ntemm; jikkundanna dawn l-azzjonijiet ta' theddid u destabilizzazzjoni mmexxija mill-Federazzjoni Russa u jirrikonoxxi b'apprezzament ir-rispons proporzjonat tal-Ukrajna; |
4. |
Iqis li l-UE trid tislet konklużjonijiet mill-iskjerament militari Russu inketwanti ħafna fil-fruntiera mal-Ukrajna, li ġie sospiż minn nhar il-Ġimgħa 23 ta' April 2021; jinsisti li r-ritorn tat-truppi Russi mill-fruntiera mal-Ukrajna lura lejn il-bażijiet permanenti tagħhom irid isir bis-sħiħ u mingħajr dewmien; jitlob li r-Russja ttemm minnufih il-prattika ta' skjeramenti militari mhux ġustifikati mmirati biex jheddu l-ġirien tagħha, twaqqaf il-provokazzjonijiet kollha li għaddejjin bħalissa u żżomm lura minn dawk futuri u tnaqqas is-sitwazzjoni billi tirtira l-forzi tagħha lura lejn il-bażijiet permanenti tagħhom, f'konformità mal-obbligi internazzjonali tagħha, bħall-prinċipji u l-impenji tal-OSKE dwar it-trasparenza tal-movimenti militari u d-Dokument ta' Vjenna; itenni li l-iskjerament militari Russu jippreżenta wkoll theddida għall-istabbiltà, is-sigurtà u l-paċi Ewropea, li hi r-raġuni għalfejn id-djalogu tal-UE dwar is-sigurtà mal-Ukrajna għandu jkun ambizzjuż u jikkontribwixxi għal valutazzjoni konverġenti tal-isfidi tas-sigurtà fil-prattika; jisħaq li l-pajjiżi ħbieb għandhom iżidu l-appoġġ militari tagħhom u l-provvista ta' armi difensivi lill-Ukrajna, li huwa konformi mal-Artikolu 51 tal-Karta tan-NU li jippermetti l-awtodifiża individwali u kollettiva; jistieden lir-Russja tirtira t-truppi tagħha mill-hekk imsejħa Repubbliki tal-Poplu ta' Luhansk u Donetsk u tirritorna l-kontroll tar-Repubblika Awtonoma tal-Krimea u l-Belt ta' Sevastopol lill-Ukrajna; |
5. |
Iħeġġeġ lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/HR) jiżgura li l-Kunsill jibqa' jikkunsidra l-iżviluppi militari minkejja r-rilokazzjoni mħabbra tat-truppi Russi u jibqa' lest li jaqbel dwar aktar azzjoni konġunta; |
6. |
Iħeġġeġ lir-Russja tirrispetta l-obbligu tagħha skont il-Konvenzjoni tan-NU dwar il-Liġi tal-Baħar u tiggarantixxi l-libertà ta' navigazzjoni u tal-passaġġ ta' tranżitu mill-istrett internazzjonali għall-portijiet tal-Baħar ta' Azov; jitlob lill-UE biex, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri u ma' sħab internazzjonali oħra, tiżviluppa l-monitoraġġ permanenti tal-passaġġ tal-bastimenti kollha li jgħaddu mill-Istrett ta' Kerch; |
7. |
Iħeġġeġ lir-Russja u lis-separatisti appoġġjati mir-Russja jaderixxu mal-ftehim ta' waqfien mill-ġlied; jitlob lir-Russja timplimenta d-dispożizzjonijiet tal-Ftehimiet ta' Minsk, u tipparteċipa b'mod kostruttiv fil-Proċess tan-Normandija u fil-Grupp ta' Kuntatt Trilaterali; jenfasizza l-ħtieġa ta' soluzzjoni politika għall-kunflitt fil-Lvant tal-Ukrajna u rwol aktar b'saħħtu għall-UE fir-riżoluzzjoni paċifika tal-kunflitti; |
8. |
Jissottolinja li jekk tali skjerament militari fil-futur jiġi ttrasformat f'invażjoni tal-Ukrajna min-naħa tal-Federazzjoni Russa, l-UE trid tagħmilha ċara li l-prezz għal tali ksur tad-dritt u n-normi internazzjonali jkun sever; jinsisti, għalhekk, li, f'ċirkustanzi bħal dawn, l-importazzjonijiet taż-żejt u l-gass mir-Russja lejn l-UE għandhom jitwaqqfu immedjatament, filwaqt li r-Russja għandha tiġi eskluża mis-sistema ta' pagamenti SWIFT, u l-assi kollha fl-UE tal-oligarki qrib l-awtoritajiet Russi u l-familji tagħhom jeħtieġ li jiġu ffriżati u l-viżi tagħhom ikkanċellati; |
9. |
jesiġi li l-UE tnaqqas id-dipendenza tagħha fuq l-enerġija Russa, u jħeġġeġ, għalhekk, lill-istituzzjonijiet tal-UE u lill-Istati Membri kollha jwaqqfu t-tlestija tal-pipeline Nord Stream 2 u jitolbu li titwaqqaf il-kostruzzjoni tal-impjanti tal-enerġija nukleari kontroversjali mibnija minn Rosatom; |
10. |
Itenni l-appoġġ tiegħu għall-investigazzjoni internazzjonali dwar iċ-ċirkustanzi tat-twaqqigħ traġiku tat-titjira MH17 tal-Malaysian Airlines, li possibbilment jista' jikkostitwixxi delitt tal-gwerra, u jtenni l-appell tiegħu biex issir ġustizzja mal-persuni responsabbli; |
11. |
Jitlob lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jkomplu jibnu fuq il-proposta leġiżlattiva tar-Renju Unit għal Regolament Globali ta' Sanzjonijiet Kontra l-Korruzzjoni, u reġimi simili oħra, u jadottaw reġim ta' sanzjonijiet tal-UE kontra l-korruzzjoni li jikkomplementa r-Reġim ta' Sanzjonijiet Globali tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem attwali; jissottolinja li l-Istati Membri tal-UE m'għandhomx jibqgħu postijiet li jilqgħu l-ġid u l-investimenti Russi ta' oriġini mhux ċara; jitlob lill-Kummissjoni u lill-Kunsill iżidu l-isforzi tagħhom biex irażżnu l-investimenti strateġiċi tal-Kremlin fi ħdan l-UE għal finijiet ta' sovverżjoni, imminar tal-proċessi u l-istituzzjonijiet demokratiċi u tixrid tal-korruzzjoni; ikompli jinsisti li Stati Membri bħall-Bulgarija u Malta jeħtieġ jabbandunaw ir-reġimi tal-“passaporti tad-deheb” tagħhom; |
12. |
Jitlob il-ħelsien immedjat u inkondizzjonat ta' Alexei Navalny, li s-sentenza tiegħu hija politikament motivata u tmur kontra l-obbligi internazzjonali tar-Russja dwar id-drittijiet tal-bniedem, kif ukoll tal-persuni kollha arrestati waqt il-protesti favur il-ħelsien tiegħu jew favur il-kampanja tiegħu kontra l-korruzzjoni; jistenna li r-Russja tikkonforma mal-miżura interim tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem fir-rigward tan-natura u l-kobor tar-riskju għal ħajjet Alexei Navalny; iżomm lir-Russja responsabbli għas-sitwazzjoni ta' saħħet Alexei Navalny u jħeġġeġ lir-Russja tinvestiga t-tentattiv ta' qtil fuq Alexei Navalny, filwaqt li tikkoopera bis-sħiħ mal-Organizzazzjoni għall-Projbizzjoni ta' Armi Kimiċi (OPCW); jistieden lill-awtoritajiet Russi jtejbu l-kundizzjonijiet fil-ħabsijiet u fil-faċilitajiet ta' detenzjoni sabiex jissodisfaw l-istandards internazzjonali; jitlob li jitwaqqfu l-arresti ta' dimostranti paċifiċi u l-attakki sistematiċi fuq l-oppożizzjoni fir-rigward tat-talbiet biex jinħeles Alexei Navalny; jissottolinja li l-individwi kollha involuti fil-prosekuzzjoni, il-kundanna u t-trattament ħażin ta' Alexei Navalny għandhom ikunu soġġetti għal sanzjonijiet fl-ambitu tar-Reġim Globali ta' Sanzjonijiet tal-UE b'rabta mad-Drittijiet tal-Bniedem; |
13. |
Ifakkar lill-awtoritajiet Russi u lill-President Putin personalment, bħala l-kap tal-Istat Russu, li huma għandhom responsabbiltà sħiħa biex jieħdu ħsieb il-ħajja u l-integrità fiżika ta' Alexei Navalny u jeħtiġilhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jipproteġu s-saħħa fiżika u mentali u l-benesseri tiegħu; ikompli jħeġġeġ lill-President Putin u lill-awtoritajiet Russi jinvestigaw, iressqu quddiem il-ġustizzja jżommu responsabbli lil dawk ħatja tal-attentat ta' qtil tiegħu; |
14. |
Jikkundanna l-intenzjoni tal-awtoritajiet Russi li jiddikjaraw il-Fondazzjoni kontra l-Korruzzjoni mmexxija minn Alexei Navalny bħala organizzazzjoni estremista bla bażi u diskriminatorja; jenfasizza l-ġlieda kontra l-korruzzjoni u li x-xewqa li wieħed jipparteċipa f'diskors pubbliku u proċess elettorali ħielsa u pluralistiċi hija dritt inaljenabbli ta' kwalunkwe organizzazzjoni politika individwali u demokratika u m'għandha xejn x'taqsam ma' fehmiet estremisti; |
15. |
Jesprimi s-solidarjetà qawwija tiegħu mal-forzi demokratiċi fir-Russja impenjati favur soċjetà miftuħa u ħielsa, kif ukoll l-appoġġ tiegħu għall-individwi u l-organizzazzjonijiet kollha li sfaw mira ta' attakki u repressjoni; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Russi jwaqqfu l-fastidju, l-intimidazzjoni u l-attakki kollha kontra l-oppożizzjoni, is-soċjetà ċivili, il-midja, id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u tad-drittijiet tan-nisa, u attivisti oħra fil-pajjiż, b'mod partikolari qabel l-elezzjonijiet parlamentari fil-ħarifa tal-2021; iħeġġeġ lill-UE tistieden b'mod kontinwu lir-Russja tħassar jew temenda l-liġijiet kollha li mhumiex kompatibbli mal-istandards internazzjonali; ifakkar fl-appoġġ qawwi tiegħu għad-difensuri kollha tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja u l-ħidma tagħhom; jistieden lid-Delegazzjoni tal-UE u lir-rappreżentanti tal-Istati Membri fil-pajjiż isaħħu l-appoġġ tagħhom għas-soċjetà ċivili u jużaw l-istrumenti kollha disponibbli biex iżidu l-appoġġ tagħhom għall-ħidma tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u, fejn xieraq, jiffaċilitaw il-ħruġ ta' viżi ta' emerġenza u jipprovdu kenn temporanju fl-Istati Membri tal-UE; |
16. |
Jitlob lill-awtoritajiet Russi jirrispettaw il-libertà tal-midja u jtemmu kull fastidju u pressjoni fuq il-midja indipendenti, bħal fil-konfront tal-ġurnalist investigattiv Roman Anin; |
17. |
Itenni t-talba tiegħu lill-istituzzjonijiet tal-UE u lill-Istati Membri biex ikomplu jimmonitorjaw mill-qrib is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Federazzjoni Russa u biex ikomplu jimmonitorjaw il-kawżi tal-qorti li jinvolvu organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, ġurnalisti, politiċi tal-oppożizzjoni u attivisti, inkluż il-każ ta' Alexei Navalny; |
18. |
Jiddeplora l-fatt li awturi mis-servizzi tal-intelligence Russi kkawżaw l-isplużjoni tal-maħżen tal-armi f'Vrbětice fir-Repubblika Ċeka, li kien jikkostitwixxi ksur tas-sovranità Ċeka u jirrappreżenta att ta' ostilità inaċċettabbli; jikkundanna bil-qawwa l-attivitajiet immirati biex jiddestabbilizzaw u jheddu lil Stati Membri tal-UE u jistieden lir-Russja twaqqaf kwalunkwe attività simili u żżomm dawk ħatja responsabbli għal għemilhom, u tikkumpensa lill-familji taċ-ċittadini li mietu fl-attakk tal-2014; jissottolinja li l-Unjoni Ewropea tappoġġja lir-Repubblika Ċeka u jitlob lill-VP/HR u lill-Kunsill jieħdu kontromiżuri xierqa, inkluż l-estensjoni ta' sanzjonijiet immirati; jesprimi s-solidarjetà qawwija tiegħu mal-poplu u l-awtoritajiet tar-Repubblika Ċeka wara l-attakk Russu mwettaq fit-territorju tal-UE u t-tkeċċija bla bażi u sproporzjonata ta' 20 diplomatiku Ċek mir-Russja; jesprimi l-appoġġ tiegħu għad-deċiżjoni tal-awtoritajiet Ċeki li l-għadd ta' persunal fl-ambaxxata tar-Russja fir-Repubblika Ċeka jkun daqs l-għadd ta' persunal fl-ambaxxata tar-Repubblika Ċeka fir-Russja, jikkundanna t-theddid sussegwenti mill-Federazzjoni Russa fil-konfront tar-Repubblika Ċeka u jesprimi l-apprezzament tiegħu għall-atti kollha ta' appoġġ u solidarjetà murija minn gvernijiet differenti tal-Istati Membri tal-UE u s-servizzi diplomatiċi kollha li diġà ġew offruti; jistieden lill-Istati Membri tal-UE jipproċedu bi tkeċċija koordinata tad-diplomatiċi Russi, fuq l-eżempju tal-każ ta' Skripal; |
19. |
Jikkundanna l-appoġġ tal-Kremlin għal diversi reġimi oppressivi antidemokratiċi mad-dinja kollha, bħal dawk tal-Iran, il-Korea ta' Fuq, il-Venezwela, is-Sirja u l-Belarussja; jesprimi t-tħassib kbir tiegħu dwar l-għadd dejjem akbar ta' arresti, ħtif u deportazzjonijiet ta' Belarussi li jgħixu fir-Russja, inkluż il-każ tal-president tal-Front Popolari Belarussu, il-partit fl-oppożizzjoni, u ta' persuni ordinarji li semmgħu leħinhom b'appoġġ għall-protesti paċifiċi fil-Belarussja; jesprimi tħassib partikolari dwar il-kampanja appoġġjata mir-Russja u mmirata lejn l-organizzazzjonijiet ta' minoranzi nazzjonali tal-UE fil-Belarussja, fosthom l-akbar waħda, l-Unjoni tal-Pollakki fil-Belarussja; |
20. |
Jikkundanna l-propaganda u d-diżinformazzjoni fl-istampa Russa u t-tixrid malizzjuż tagħha lejn l-UE, kif ukoll il-ħidma tal-fabbrika tat-trolls Russi, speċjalment dawk li bħalissa qed jimmalafamaw ir-Repubblika Ċeka billi jsostnu li hija satellita ta' interessi tal-Istati Uniti u mhux pajjiż sovran b'servizzi ta' informazzjoni indipendenti; jikkundanna l-attakki ċibernetiċi fuq l-istituzzjoni tal-amministrazzjoni tal-Istat strateġika Ċeka b'rabta mal-ispjunaġġ militari Russu; |
21. |
Itenni li l-unità fost l-Istati Membri tal-UE hija l-aħjar politika biex ir-Russja tiġi skoraġġuta milli twettaq azzjonijiet destabbilizzanti u sovversivi fl-Ewropa; jistieden lill-Istati Membri jikkoordinaw il-pożizzjonijiet u l-azzjonijiet tagħhom fir-rigward tar-Russja u jitkellmu b'vuċi waħda; jesiġi li fil-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa l-Istati Membri jitkellmu b'vuċi waħda dwar in-nuqqas kontinwu ta' rispett tar-Russja għad-deċiżjonijiet mill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem; iqis li l-UE għandha tfittex kooperazzjoni akbar ma' sħab tal-istess fehma, b'mod partikolari n-NATO u l-Istati Uniti, tuża l-mezzi kollha disponibbli fil-livell internazzjonali biex tiġġieled b'mod effettiv l-indħil kontinwu, il-kampanji ta' diżinformazzjoni dejjem aktar aggressivi u l-ksur gravi tad-dritt internazzjonali mir-Russja li jhedded is-sigurtà u l-istabbiltà fl-Ewropa; |
22. |
Jitlob lill-Istati Membri tal-UE jaġixxu fil-ħin u b'determinazzjoni kontra azzjonijiet ta' tfixkil mis-servizzi tal-intelligence Russi fit-territorju tal-UE u tikkoordina mill-qrib ir-rispons proporzjonat tagħha mas-sħab Trans-Atlantiċi; jirrakkomanda li l-Istati Membri jsaħħu l-kooperazzjoni ta' counter-intelligence u l-kondiviżjoni tal-informazzjoni; |
23. |
Jistieden lill-VP/HR u lill-Kunsill ifasslu approċċ strateġiku ġdid għar-relazzjonijiet tal-UE mar-Russja, li jrid jappoġġja aħjar lis-soċjetà ċivili, isaħħaħ il-kuntatti bejn in-nies maċ-ċittadini tar-Russja, ifassal linji ħomor ċari għall-kooperazzjoni mal-atturi tal-Istat Russu, juża standards teknoloġiċi u l-internet miftuħ biex jappoġġja spazji ħielsa u jirrestrinġi t-teknoloġiji oppressivi, u juri solidarjetà mas-Sħab tal-Lvant tal-UE, inkluż dwar kwistjonijiet ta' sigurtà u riżoluzzjoni paċifika tal-kunflitti; jissottolinja li kwalunkwe djalogu mar-Russja jrid ikun ibbażat fuq ir-rispett tad-dritt internazzjonali u d-drittijiet tal-bniedem; |
24. |
Jesprimi tħassib kbir dwar il-fatt li l-awtoritajiet Russi qed ikomplu jxekklu x-xogħol tal-pjattaformi tal-midja indipendenti, kif ukoll ta' ġurnalisti individwali u operaturi medjatiċi oħra; jikkundanna bil-qawwa, f'dan ir-rigward, id-deċiżjoni li l-organizzazzjoni medjatika indipendenti Meduza tiġi ttimbrata bħala “aġent barrani”; |
25. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Kunsill tal-Ewropa, lill-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa, lill-President, il-Gvern u l-Verkhovna Rada tal-Ukrajna u lill-Parlament, il-Gvern u d-Duma tal-Istat tal-Federazzjoni Russa. |
15.12.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 506/89 |
P9_TA(2021)0160
Il-ħames anniversarju tal-Ftehim ta' Paċi fil-Kolombja
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2021 dwar il-ħames anniversarju tal-Ftehim ta' Paċi fil-Kolombja (2021/2643(RSP))
(2021/C 506/14)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu, b'mod partikolari r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Jannar 2016 b'appoġġ għall-proċess ta' paċi fil-Kolombja (1), |
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim Kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u l-Kolombja u l-Perù, min-naħa l-oħra (2), li ġie ffirmat fi Brussell fis-26 ta' Lulju 2012, kif ukoll il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Kolombja dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir (3), li ġie ffirmat fit-2 ta' Diċembru 2015, |
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, Federica Mogherini, tal-1 ta' Ottubru 2015 li taħtar lil Eamon Gilmore bħala l-Mibgħut Speċjali tal-UE għall-Proċess ta' Paċi fil-Kolombja, |
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim Finali biex Jintemm il-Kunflitt Armat u Tinbena Paċi Stabbli u Dejjiema bejn il-Gvern Nazzjonali tal-Kolombja u l-Forzi Armati Rivoluzzjonarji tal-Kolombja – l-Armata tal-Poplu (FARC-EP), iffirmat fl-24 ta' Novembru 2016, |
— |
wara li kkunsidra r-rapporti tas-Segretarju Ġenerali tan-NU dwar il-Missjoni ta' Verifika tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Kolombja u, b'mod partikolari, ir-rapport tas-26 ta' Marzu 2021, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-10 ta' Frar 2021 dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Kolombja, |
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta tad-9 ta' Frar 2021 tal-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ), Josep Borrell, u tal-Kummissarju Janez Lenarčič dwar id-deċiżjoni tal-Kolombja li tagħti Status ta' Protezzjoni Temporanja lill-migranti Venezwelani, u d-dikjarazzjoni mill-kelliem għall-VP/RGħ tas-26 ta' Frar 2021 dwar il-vjolenza kontra d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem fil-Kolombja, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 132(2) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
A. |
billi f'Novembru 2021 il-Kolombja ser tfakkar il-ħames anniversarju tal-iffirmar tal-Ftehim Finali biex Jintemm il-Kunflitt Armat u Tinbena Paċi Stabbli u Dejjiema bejn il-Gvern tal-Kolombja mmexxi mill-President Juan Manuel Santos u l-Forzi Armati Rivoluzzjonarji tal-Kolombja – l-Armata tal-Poplu (FARC-EP), li temm kunflitt ta' aktar minn 50 sena u jirrappreżenta pass sinifikanti fil-bini ta' paċi stabbli u dejjiema fil-pajjiż; billi l-Kolombja żammet l-integrità demokratika tagħha minkejja perjodi twal ta' vjolenza straordinarja; |
B. |
billi l-Qorti Kostituzzjonali tal-Kolombja stmat li ser ikun hemm bżonn ta' mill-inqas 15-il sena għall-konformità mal-Ftehim Finali, mal-ippjanar fuq 10 snin tal-Pjan Direzzjonali Uniku, u mal-Pjan ta' Investiment għall-Paċi ta' erba' snin attwali b'riżorsi ta' kważi USD 11,5 biljun; |
C. |
billi l-President tal-Kolombja, Iván Duque, u l-President tal-Partit Comunes (li qabel kien il-Partit FARC), Rodrigo Londoño, iltaqgħu fl-10 ta' Marzu 2021 biex jiddiskutu l-istatus ta' implimentazzjoni tal-Ftehim Finali; billi waqt id-djalogu ffaċilitat mir-Rappreżentant Speċjali tas-Segretarju Ġenerali tan-NU għall-Kolombja u Kap tal-Missjoni ta' Verifika tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Kolombja, iż-żewġ partijiet tennew l-impenn tagħhom favur il-Ftehim Finali, u qablu li jaħdmu b'mod konġunt biex ifasslu pjan direzzjonali għall-bqija tal-perjodu ta' żmien previst għall-implimentazzjoni komprensiva tiegħu, kif ukoll li jirduppjaw l-isforzi tagħhom biex isaħħu l-integrazzjoni mill-ġdid tal-ex kumbattenti u l-garanziji ta' sigurtà għalihom; |
D. |
billi ex ġellieda gwerillieri qegħdin javvanzaw fil-proċess tagħhom biex jirrintegraw fil-ħajja ċivili, u billi s-sistema legali u kostituzzjonali fil-Kolombja qiegħda tadotta riformi preċiżi biex tiżgura li l-impenji tal-ftehim jiġu implimentati u l-ġejjieni tal-pajjiż ikun jista' jinbena fuqhom; |
E. |
billi fil-Ftehim Finali, il-partijiet qablu li jistabbilixxu Ġurisdizzjoni Speċjali għall-Paċi (JEP), inkluża l-implimentazzjoni ta' Sistema Komprensiva għall-Verità, il-Ġustizzja, ir-Reparazzjoni u n-Nonripetizzjoni, kif ukoll ftehimiet dwar ir-reparazzjonijiet għall-vittmi, fost oħrajn, kif rikonoxxut mir-rapport tal-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem, Michelle Bachelet, tal-10 ta' Frar 2021; billi l-Kolombja qiegħda tiffaċċja sfidi kumplessi fl-implimentazzjoni komprensiva tal-Ftehim Finali, aggravati bis-sitwazzjoni tal-COVID-19 u l-wasla u l-akkoljenza tal-migranti Venezwelani; |
F. |
billi fis-26 ta' Jannar 2021, il-JEP tal-Kolombja ħabbar l-ewwel deċiżjoni ewlenija tiegħu, li akkużat lil tmien mexxejja ewlenin tal-ex FARC-EP b'delitti tal-gwerra u b'delitti kontra l-umanità, f'dak li kien l-aktar riżultat ċar s'issa għall-ġustizzja tranżizzjonali fil-pajjiż; billi kkonfermat ukoll progress fl-investigazzjoni tal-hekk imsejħa “pożittivi foloz”; billi l-JEP beda azzjonijiet biex isir progress għall-istabbiliment ta' djalogu permanenti u fluwidu mal-awtoritajiet indiġeni; |
G. |
billi għadhom qegħdin isiru avvanzi importanti li jipprovdu eżempju rigward il-potenzjal trasformattiv tal-Ftehim ta' Paċi, li jinkludi, għall-ewwel darba, approċċ speċifiku mill-perspettiva tal-ġeneri; billi għandhom isiru aktar avvanzi fil-Programm Komprensiv għal salvagwardji għall-mexxejja nisa, għad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u għall-programmi ta' sostenn għan-nisa u l-bniet li huma vittmi ta' vjolenza inkluż stupru u ħtif; billi, minħabba n-natura interkonnessa tal-kapitoli differenti tal-ftehim, huwa tal-akbar importanza li l-approċċ mill-perspettiva tal-ġeneri jiġi integrat b'mod attiv fl-oqsma kollha; |
H. |
billi minkejja l-fatt li t-taħditiet ta' paċi wasslu għal tnaqqis sinifikanti fl-għadd ta' mwiet u fil-vjolenza fil-Kolombja, il-kollass tas-sigurtà f'reġjuni differenti tal-Kolombja huwa meqjus minn ħafna bħala ostaklu għall-proċess ta' paċi, filwaqt li hemm żieda inkwetanti fil-vjolenza, fl-għajbien sfurzat, fil-ħtif u fil-qtil ta' mexxejja soċjali u indiġeni, ta' ex kumbattenti tal-FARC u ta' difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, kif irrappurtat min-NU; billi l-forzi tas-sigurtà huma wkoll soġġetti għal attakki u vjolenza; |
I. |
billi l-Missjoni ta' Verifika tan-NU vverifikat il-qtil ta' 73 ex kumbattent fl-2020, u dan ifisser li l-għadd ta' ex kumbattenti li nqatlu mindu ġie ffirmat il-ftehim ta' paċi fl-2016 issa tela' għal 248; billi l-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli għad-Drittijiet tal-Bniedem (OHCHR) irċieva informazzjoni dwar il-qtil ta' 120 difensur tad-drittijiet tal-bniedem f'din l-aħħar sena, li minnhom ġew ivverifikati 53 każ; billi, barra minn hekk, huwa rreġistra 69 inċident b'għadd kbir ta' vittmi ċivili fl-2020, li kienu responsabbli għall-mewt ta' 269 persuna ċivili, inklużi 24 tifel u tifla u 19-il mara; billi n-NU rrappurtat li huma meħtieġa sforzi akbar biex jiġi implimentat il-Ftehim ta' Paċi; |
J. |
billi l-indirizzar tal-vjolenza persistenti kontra l-ex kumbattenti, il-komunitajiet milquta mill-kunflitt, il-mexxejja soċjali, u d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, il-ħtieġa li tissaħħaħ is-sostenibbiltà tal-proċess ta' riintegrazzjoni, il-konsolidazzjoni tal-preżenza integrata tal-istat fiż-żoni milquta mill-kunflitt, it-tisħiħ tad-djalogu kostruttiv bejn il-partijiet bħala mezz ta' promozzjoni tal-implimentazzjoni tal-ftehim ta' paċi u l-ħtieġa li jissaħħu l-kundizzjonijiet għar-rikonċiljazzjoni bejn il-partijiet ġew stabbiliti bħala prijoritajiet mis-Segretarju Ġenerali tan-NU; |
K. |
billi fl-2017, il-Gvern Kolombjan beda taħditiet formali ta' paċi mal-Armata għal-Liberazzjoni Nazzjonali (ELN); billi, madankollu, f'Jannar 2019 ftit wara li l-ELN splodiet karozza bomba f'akkademja tal-pulizija f'Bogotá li qatlet 22 persuna, il-Gvern tal-President Iván Duque temm it-taħditiet ta' paċi; billi d-dinamika tal-kunflitt li tinvolvi l-ELN, inklużi l-ġlied ma' atturi armati illegali oħra u mal-forzi tas-sigurtà pubblika, għadha għaddejja f'ċerti dipartimenti; billi l-gvern jinsisti li l-possibbiltà li t-taħditiet jissoktaw hija kontinġenti fuq li l-ELN twaqqaf l-azzjonijiet vjolenti tagħha, inkluż il-ħtif, ir-reklutaġġ tat-tfal u t-tqegħid ta' mini, filwaqt li l-ELN iżżomm il-pożizzjoni tagħha li kwalunkwe talba bħal din mill-gvern trid tiġi indirizzata madwar il-mejda tan-negozjati; |
L. |
billi d-deċiżjoni sinifikanti meħuda mill-President tal-Kolombja, Iván Duque Márquez, bħala wiri ta' solidarjetà permezz tal-offerta ta' Status ta' Protezzjoni Temporanja u tar-regolarizzazzjoni ta' madwar 1 800 000 migrant Venezwelan residenti fil-pajjiż, permezz ta' permess temporanju ta' migrazzjoni, jippermettilhom jirreġistraw u jsaħħu l-aċċess tagħhom għas-servizzi statali, bħas-saħħa u l-edukazzjoni, u l-integrazzjoni soċjoekonomika tagħhom, u b'hekk titnaqqas il-vulnerabbiltà tagħhom; billi l-Kolombja u l-Venezwela jikkondividu aktar minn 2 000 kilometru ta' fruntiera permeabbli; billi l-fruntiera bejn il-Kolombja u l-Venezwela tikkonsisti prinċipalment f'foresti densi u art b'aċċess diffiċli u dan jagħmilha suxxettibbli għall-attivitajiet illeċiti u l-kriminalità organizzata; |
M. |
billi l-Fond Fiduċjarju tal-UE għall-Kolombja mmobilizza EUR 128 miljun mill-baġit tal-UE, minn 21 Stat Membru, miċ-Ċilì u mir-Renju Unit; billi l-ħames kumitat strateġiku tiegħu ddefinixxa l-linji strateġiċi futuri tiegħu fit-22 ta' Jannar 2021; |
N. |
billi s-soċjetà ċivili għandha rwol kruċjali fil-proċess ta' paċi, li jħaddan organizzazzjonijiet għall-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem, organizzazzjonijiet tan-nisa, komunitajiet rurali, komunitajiet Afro-Kolombjani u popli indiġeni, li żviluppaw diversi inizjattivi u proposti fil-livelli lokali, reġjonali u nazzjonali; |
O. |
billi l-UE u l-Kolombja għandhom qafas ta' kooperazzjoni politika, ekonomika u kummerċjali mill-qrib stabbilit fil-Memorandum ta' Ftehim ta' Novembru 2009 u l-Ftehim Kummerċjali bejn il-Kolombja u l-Perù, u l-UE u l-Istati Membri tagħha, li l-għan aħħari tiegħu huwa mhux biss il-promozzjoni tar-relazzjonijiet ekonomiċi bejn il-partijiet, iżda wkoll il-konsolidament tal-paċi, id-demokrazija u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, l-iżvilupp sostenibbli u l-benesseri taċ-ċittadini tagħhom; billi l-Kolombja hija sieħba strateġika u hija kruċjali għall-istabbiltà reġjonali; billi l-UE u r-Repubblika tal-Kolombja stabbilew qafas għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Kolombja fl-operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea ta' maniġġar ta' kriżijiet, li daħlu fis-seħħ fl-1 ta' Marzu 2020; |
P. |
billi din ir-relazzjoni mill-qrib testendi għal oqsma ta' kollaborazzjoni internazzjonali multilaterali dwar kwistjonijiet ta' interess reċiproku, bħall-ġlieda favur il-paċi u kontra t-terroriżmu u t-traffikar tad-drogi; |
1. |
Itenni l-appoġġ tiegħu għall-Ftehim ta' Paċi fil-Kolombja u jilqa' d-djalogu reċenti li sar bejn il-partijiet, filwaqt li jirrikonoxxi l-isforz politiku, ir-realiżmu u l-perseveranza tagħhom; itenni r-rieda tiegħu li jkompli jipprovdi l-assistenza politika u finanzjarja kollha possibbli biex jappoġġja l-implimentazzjoni komprensiva tal-Ftehim ta' Paċi, li jakkumpanja l-fażi ta' wara l-kunflitt, li fiha l-parteċipazzjoni tal-komunitajiet lokali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili tibqa' essenzjali, u li jqis kif xieraq il-prijoritajiet espressi mill-vittmi f'termini ta' verità, ġustizzja, reparazzjonijiet u garanziji ta' nonrepetizzjoni; itenni s-solidarjetà tiegħu mal-vittmi; |
2. |
Jenfasizza li l-Ftehim ta' Paċi Kolombjan spiss jiġi kkwotat bħala mudell madwar id-dinja minħabba d-determinazzjoni tiegħu li jindirizza l-kwistjonijiet li kkawżaw il-kunflitt u l-enfasi ċentrali tiegħu fuq id-drittijiet u d-dinjità tal-vittmi; ifakkar li l-partijiet kollha ta' tali ftehim kumpless u innovattiv jeħtieġ li jiġu implimentati, peress li huma marbuta flimkien fit-trattament tal-kawżi fundamentali tal-kunflitt; jistieden lill-Gvern Kolombjan ikompli jagħmel progress fl-implimentazzjoni tal-aspetti kollha tal-Ftehim ta' Paċi; |
3. |
Jilqa' l-progress li sar mill-Kolombja f'oqsma bħar-Riforma Rurali Integrali, il-programmi għall-iżvilupp rurali (PDET), ir-rispett tad-drittijiet tal-vittmi, is-soluzzjoni tal-problema tad-drogi illeċiti, is-sostituzzjoni ta' għelejjel illeċiti, ir-restituzzjoni tal-art u l-inkorporazzjoni mill-ġdid tal-ex kumbattenti, u jinkoraġġixxi l-użu ta' sforzi addizzjonali biex jiġu implimentati l-aspetti kollha tal-Ftehim ta' Paċi, b'mod partikolari dawk l-oqsma soċjoekonomiċi fejn inkiseb inqas progress; jisħaq fuq kemm huwa importanti li l-proċess ta' paċi jkun akkumpanjat minn sforz determinat biex jiġu miġġielda l-inugwaljanza u l-faqar, inkluż billi jinstabu soluzzjonijiet ġusti għan-nies u l-komunitajiet spustati mill-artijiet tagħhom; iqis li l-gruppi li sofrew b'mod sproporzjonat mill-kunflitt, bħall-komunitajiet Afro-Kolombjani u indiġeni, għandhom jingħataw appoġġ speċjali; jirrikonoxxi l-ħidma tal-Kunsilli Territorjali għall-Paċi, ir-Rikonċiljazzjoni u l-Koeżistenza; |
4. |
Jissottolinja r-rwol fundamentali u storiku tal-Pjanijiet ta' Żvilupp b'Approċċ Territorjali (PDET), ifformulati mill-komunitajiet f'170 muniċipalità l-aktar milquta mill-abbandun, il-faqar u l-vjolenza; |
5. |
Jilqa' l-azzjonijiet kollha diġà meħuda mill-JEP sabiex jinħoloq futur li fil-qalba tiegħu jkollu l-konsolidazzjoni tal-paċi u n-nuqqas ta' impunità, u jistieden lill-JEP ikompli bl-isforzi sinifikanti tiegħu, minkejja l-isfidi numerużi, inkluż id-dewmien fl-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni; jistieden lill-awtoritajiet Kolombjani jippreservaw l-awtonomija u l-indipendenza tas-Sistema Komprensiva tal-Ġustizzja, il-Verità, ir-Reparazzjoni u n-Nonrepetizzjoni u jipproteġuha bħala kontribut essenzjali favur paċi sostenibbli u dejjiema; |
6. |
Jikkundanna l-qtil tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, tal-ex kumbattenti tal-FARC u tal-mexxejja soċjali u indiġeni, u l-vjolenza kontrihom; jenfasizza li l-indirizzar tal-vjolenza persistenti kontrihom hija waħda mill-isfidi ewlenin fil-Kolombja; jinnota li l-kunflitt eskala fiż-żoni rurali tal-pajjiż u jiddeplora l-vjolenza kkawżata prinċipalment f'dawk iż-żoni minn gruppi armati illegali u l-kriminalità organizzata marbuta mat-traffikar tad-drogi u l-estrazzjoni illegali; jinnota li ġew irrappurtati diversi każijiet ta' spostament furzat, reklutaġġ furzat, vjolenza sesswali kontra t-tfal u n-nisa, massakri, tortura u atroċitajiet oħra, u attakki kontra komunitajiet u awtoritajiet etniċi, kif ukoll influwenza tal-awtoritajiet pubbliċi; jitlob li jsiru investigazzjonijiet rapidi u bir-reqqa u li dawk responsabbli jagħtu kont ta' għemilhom; iħeġġeġ lill-Istat Kolombjan iżid u jiggarantixxi l-protezzjoni u s-sikurezza tal-mexxejja soċjali u politiċi, tal-attivisti soċjali u tad-difensuri ambjentali u tal-komunità rurali; jara bi tħassib speċjali s-sitwazzjoni problematika fid-dipartiment ta' Cauca, kif imqajma fid-dikjarazzjoni tan-NU; |
7. |
Jirrikonoxxi l-isforzi biex tiġi miġġielda l-kriminalità ta' gruppi armati organizzati u organizzazzjonijiet oħra; jisħaq fuq il-ħtieġa li jittieħdu miżuri urġenti biex tiżdied il-protezzjoni tagħhom, u għalhekk jitlob li jkun hemm preżenza statali integrata aktar b'saħħitha fit-territorji, u li l-Kummissjoni Nazzjonali għall-Garanziji tas-Sigurtà tadotta politika pubblika biex iżżarma l-organizzazzjonijiet kriminali; jilqa', b'kunsiderazzjoni ta' dan, il-Pjan Strateġiku ta' Sigurtà u Protezzjoni għar-Riintegrazzjoni tal-Persuni; |
8. |
Jilqa' l-estensjoni tal-Liġi dwar il-Vittmi sal-2031 u ż-żieda fil-baġit tagħha, għall-benefiċċju ta' aktar minn disa' miljun persuna li huma rreġistrati fir-Reġistru Uniku tal-Vittmi u l-parteċipazzjoni politika effettiva tal-FARC, issa l-Partit Comunes, u l-progress li sar fir-rikostituzzjoni ta' kważi 14 000 ex kumbattent; jilqa' x-xiri tal-art mill-gvern ta' sebgħa mill-24 ex Żona Territorjali ta' Taħriġ u Riintegrazzjoni (TATRs) u jenfasizza l-iskjerament tas-sigurtà fihom, flimkien mal-miżuri ta' protezzjoni soċjali li jkopru aktar minn 13 000 ex kumbattent; |
9. |
Jirrikonoxxi l-isforzi mwettqa mill-istituzzjonijiet Kolombjani u jinkoraġġihom jagħmlu aktar progress fl-iżgurar li d-drittijiet tal-bniedem jiġu rispettati bis-sħiħ u b'mod permanenti, f'konformità mad-dmir tal-Kolombja li tiggarantixxi s-sikurezza taċ-ċittadini tagħha; jenfasizza t-tnaqqis fir-rata ta' omiċidji li naqset minn 25 għal 23,7 għal kull 100 000 abitant bejn l-2019 u l-2020, kif rikonoxxut mir-rapport tal-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem; jirrikonoxxi l-impenn tal-gvern favur il-protezzjoni tal-mexxejja soċjali, id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u l-ex kumbattenti, u l-komunitajiet remoti; |
10. |
Jesprimi t-tħassib tiegħu għall-fatt li, minkejja l-obbligu tagħhom li jipprovdu informazzjoni dwar ir-rotot tat-traffikar tad-droga u s-sorsi ta' finanzjament li jsostnu lill-gruppi kriminali li jattakkaw lid-difensuri, lill-mexxejja u lill-ex kumbattenti, sal-ġurnata tal-lum, l-ex gwerillieri ma pprovdewhiex; jinnota t-tħassib tiegħu, bl-istess mod, li d-data ta' skadenza stabbilita għall-konsenja tal-assi tal-ex FARC-EP għar-reparazzjoni lill-vittmi skadiet fil-31 ta' Diċembru 2020, u li 4 % biss tal-ammont miftiehem ingħata; |
11. |
Jinkoraġġixxi lill-gvern jadotta l-miżuri kollha meħtieġa fil-kuntest ekonomiku attwali biex jippromwovi bidliet strutturali, kif rakkomandat min-NU, li jgħinu biex titjieb is-sitwazzjoni ġenerali u jiġi mmassimizzat il-potenzjal tal-Ftehim ta' Paċi għal trasformazzjoni pożittiva tas-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Kolombja; jappella lill-organizzazzjonijiet ċiviċi jikkooperaw biex jistabbilixxu mill-ġdid il-koeżistenza rikonċiljata fil-Kolombja; |
12. |
Itenni għal darba oħra li l-vjolenza mhijiex metodu leġittimu ta' taqbida politika, u jitlob lil dawk li kellhom din il-konvinzjoni jħaddnu d-demokrazija bl-implikazzjonijiet u r-rekwiżiti kollha tagħha, inkluż, bħala l-ewwel pass, billi jċedu l-armi b'mod definittiv u billi jiddefendu l-ideat u l-ambizzjonijiet tagħhom fir-rispett tar-regoli demokratiċi u tal-istat tad-dritt; f'dan is-sens jistieden lill-ELN, elenkata bħala organizzazzjoni terroristika mill-UE u lill-gruppi dissidenti tal-FARC-EP biex itemmu l-vjolenza u l-attakki terroristiċi kontra l-popolazzjoni fil-Kolombja u jimpenjaw ruħhom b'mod sod u deċiżiv, mingħajr aktar dewmien, għall-paċi fil-Kolombja; |
13. |
Jenfasizza l-progress li sar f'129 muniċipalità li minnhom tneħħew il-mini kontra l-persunal u l-estensjoni sal-2025 tal-iskadenza għall-eliminazzjoni tagħhom; |
14. |
Ifaħħar il-pass notevoli u bla preċedent li ħadet il-Kolombja biex tagħti Status ta' Protezzjoni Temporanja lil madwar 1 800 000 migrant Venezwelan residenti fil-pajjiż, peress li dan se jikkontribwixxi biex jiġu garantiti t-tgawdija u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem tagħhom u biex titnaqqas it-tbatija umana għall-migranti Venezwelani fil-Kolombja, filwaqt li jipprovdi opportunitajiet għal assistenza aħjar, inkluż dwar il-vaċċinazzjoni kontra l-COVID-19, il-protezzjoni u l-integrazzjoni soċjali; jittama li l-inizjattiva tal-UE li tassisti l-isforzi reġjonali biex ilaħħqu mal-kriżi tal-migrazzjoni se twitti t-triq għal appoġġ aktar b'saħħtu f'konformità mas-solidarjetà eċċellenti tal-Kolombja u jistieden lil membri oħra tal-komunità internazzjonali jingħaqdu flimkien biex jappoġġjaw lill-Kolombja f'dan il-proċess; jappella għat-tisħiħ tar-rispons biex tinstab soluzzjoni politika u demokratika għall-kriżi fil-Venezwela; |
15. |
Jitlob lill-Kummissjoni u l-Kunsill Ewropew jirdoppjaw l-appoġġ politiku u finanzjarju għall-Kolombja fi ħdan il-qafas tal-istrumenti l-ġodda ta' kooperazzjoni matul il-perjodu baġitarju l-ġdid; |
16. |
Jenfasizza l-kontribut tal-UE, speċjalment permezz tal-Fond Ewropew għall-Paċi fil-Kolombja, li jiffoka r-riżorsi tiegħu fuq ir-riintegrazzjoni u r-Riforma Rurali Integrali, b'enfasi fuq il-programmi PDET u l-formalizzazzjoni tas-sjieda tal-art; |
17. |
Jenfasizza l-parteċipazzjoni tas-settur privat fl-appoġġ tal-vittmi, l-inkorporazzjoni mill-ġdid, is-sostituzzjoni tal-għelejjel illeċiti u l-170 muniċipalità PDET; jitlob li l-Kummissjoni tapprofondixxi s-sinerġiji bejn il-ftehim kummerċjali u l-istrumenti l-ġodda ta' kooperazzjoni mmirati biex jiggarantixxu aċċess għas-suq Ewropew, skambji u investimenti sabiex jiġu żgurati s-sostenibbiltà tal-proġetti produttivi, id-dħul tal-popolazzjoni benefiċjarja u titnaqqas il-vulnerabbiltà tagħhom għall-kriminalità u l-ekonomiji illeċiti; |
18. |
Jemmen li l-implimentazzjoni b'suċċess tal-Ftehim ta' Paċi 2016, bħala kontribut għall-paċi u l-istabbiltà globali, se tkompli tkun prijorità ewlenija tar-relazzjonijiet bilaterali msaħħa permezz tal-Memorandum ta' Qbil approvat mill-Kunsill f'Jannar li għadda; fuq l-istess linji, jinkoraġġixxi aktar kooperazzjoni bejn l-UE u l-Kolombja sabiex jitjieb l-għajxien kemm taċ-ċittadini Kolombjani kif ukoll taċ-ċittadini tal-UE permezz tat-tisħiħ tas-sinerġiji bejn is-Sħubija ta' Kummerċ bejn l-UE u l-Kolombja u l-Ftehim ta' Paċi; jappoġġja l-estensjoni tal-mandat tal-Mibgħut Speċjali għall-Paċi fil-Kolombja; |
19. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Presidenza b'rotazzjoni tal-UE, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Assemblea Parlamentari Ewro-Latino-Amerikana u lill-Gvern u lill-Kungress tal-Kolombja. |
(1) ĠU C 11, 12.1.2018, p. 79.
15.12.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 506/94 |
P9_TA(2021)0161
Garanzija għat-Tfal
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2021 dwar il-Garanzija Ewropea għat-Tfal (2021/2605(RSP))
(2021/C 506/15)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 2 u 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), |
— |
wara li kkunsidra l-objettivi stabbiliti skont l-Artikolu 3 tat-TUE, b'mod partikolari l-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali u d-diskriminazzjoni, u l-promozzjoni tal-ġustizzja soċjali, il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali u l-protezzjoni tad-drittijiet tat-tfal, |
— |
wara li kkunsidra l-klawżola soċjali orizzontali fl-Artikolu 9 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), |
— |
wara li kkunsidra l-objettivi ta' politika soċjali fl-Artikoli 151 u 153 tat-TFUE, |
— |
wara li kkunsidra l-Karta Soċjali Ewropea riveduta, |
— |
wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali kif imsemmi fl-Artikolu 6 tat-TUE, |
— |
wara li kkunsidra l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, u, b'mod partikolari, il-prinċipji 1, 3, 4, 11, 14, 16, 17, 19, 20, u l-miri ewlenin tiegħu għall-2030, |
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Istrateġija tal-UE dwar id-Drittijiet tat-Tfal (COM(2021)0142), |
— |
wara li kkunsidra l-Proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi l-Garanzija Ewropea għat-Tfal (COM(2021)0137), |
— |
wara li kkunsidra l-Pjan ta' Azzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, |
— |
wara li kkunsidra l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs) tan-NU, b'mod partikolari l-Għanijiet 1, 2, 3, 4 u 10, |
— |
wara li kkunsidra l-konvenzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO), |
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità (UN CRPD), |
— |
wara li kkunsidra l-linji gwida politiċi tal-President tal-Kummissjoni, Ursula von der Leyen, |
— |
wara li kkunsidra l-programm ta' ħidma aġġustat tal-Kummissjoni għall-2020 (COM(2020)0440), |
— |
wara li kkunsidra l-Qafas tal-UE għall-Istrateġiji Nazzjonali għall-Integrazzjoni tar-Rom (COM(2011)0173), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta' Jannar 2021 dwar l-aċċess għal akkomodazzjoni diċenti u affordabbli għal kulħadd (1), |
— |
wara li kkunsidra l-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+) (COM(2018)0382), |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2021 li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (2), |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2020/2221 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Diċembru 2020 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 fir-rigward ta' riżorsi addizzjonali u arranġamenti ta' implimentazzjoni biex jipprovdi assistenza għat-trawwim ta' miżuri li jsewwu d-dannu kkawżat mill-kriżi fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 u l-konsegwenzi soċjali tagħha u għat-tħejjija ta' rkupru ekoloġiku, diġitali u reżiljenti tal-ekonomija (REACT-EU) (3), |
— |
wara li kkunsidra l-Istudju tal-Fattibbiltà dwar il-Garanzija għat-Tfal, li sar mill-Kummissjoni, |
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni bil-miktub 0042/2015, skont l-Artikolu 136 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, dwar l-investiment fit-tfal, adottata f'Marzu 2016, |
— |
wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar Sistemi ta’ Edukazzjoni u Kura Bikrija tat-Tfal ta’ Kwalità Għolja, |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Marzu 2021 dwar id-drittijiet tat-tfal fid-dawl tal-Istrateġija tal-UE dwar id-drittijiet tat-tfal (4), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta' Ottubru 2017 dwar il-politiki dwar l-introjtu minimu bħala għodda biex jiġi ttrattat il-faqar (5), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta' Novembru 2015 dwar it-tnaqqis tal-inugwaljanzi b'enfasi speċjali fuq il-faqar fost it-tfal (6), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' April 2020 dwar azzjoni koordinata tal-UE biex tikkumbatti l-pandemija tal-COVID-19 u l-konsegwenzi tagħha (7), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Diċembru 2020 dwar Ewropa soċjali b'saħħitha għal Tranżizzjonijiet Ġusti (8), |
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal tal-20 ta' Novembru 1989, |
— |
wara li kkunsidra l-Kummenti Ġenerali tal-Kumitat tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal (9), |
— |
wara li kkunsidra l-Linji Gwida tan-NU għall-Kura Alternattiva tat-Tfal, kif imnaqqxa fir-riżoluzzjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-NU A/RES/64/142 tal-24 ta' Frar 2010, |
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa tal-1 ta' Frar 2012 dwar iż-żieda fl-anti-Żingariżmu u l-vjolenza razzista kontra r-Rom fl-Ewropa, |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni adottati bil-għan li tinħoloq Unjoni ta' Ugwaljanza, f'konformità mal-“Linji Gwida Politiċi għall-Kummissjoni Ewropea li jmiss 2019-2024”, b'mod partikolari l-komunikazzjonijiet tagħha tal-24 ta' Novembru 2020 bit-titolu “Pjan ta' Azzjoni dwar l-Integrazzjoni u l-Inklużjoni 2021-2027” (COM(2020)0758), tat-18 ta' Settembru 2020 bit-titolu “Unjoni ta' ugwaljanza: Pjan ta' azzjoni tal-UE għall-ġlieda kontra r-razziżmu 2020-2025” (COM(2020)0565), tal-5 ta' Marzu 2020 bit-titolu “Unjoni ta' Ugwaljanza: Strateġija ta' Ugwaljanza Bejn il-Ġeneri għall-2020-2025” (COM(2020)0152), u tat-12 ta' Novembru 2020 bit-titolu “Unjoni ta' Ugwaljanza: Strateġija dwar l-Ugwaljanza tal-LGBTIQ 2020-2025” (COM(2020)0698). |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta' Novembru 2019 dwar id-drittijiet tat-tfal fl-okkażjoni tat-30 anniversarju tal-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal (10), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Frar 2019 dwar il-ħtieġa li jissaħħaħ il-Qafas Strateġiku tal-UE għall-Istrateġiji Nazzjonali għall-Inklużjoni tar-Rom wara l-2020 u li tiġi intensifikata l-ġlieda kontra l-anti-Żingariżmu (11), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Settembru 2020 bit-titolu “L-implimentazzjoni tal-Istrateġiji Nazzjonali għall-Integrazzjoni tar-Rom: nikkumbattu l-attitudnijiet negattivi fil-konfront ta' persuni ta' oriġini Romani fl-Ewropa” (12), |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni bit-titolu “Unjoni ta' Ugwaljanza: Strateġija dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità 2021-2030” (COM(2021)0101), |
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta tal-ministri tal-EPSCO bit-titolu “Overcoming poverty and social exclusion – mitigating the impact of COVID-19 on families – working together to develop prospects for strong children” (Negħlbu l-faqar u l-esklużjoni soċjali – il-mitigazzjoni tal-impatt tal-COVID-19 fuq il-familji – ħidma flimkien biex jiġu żviluppati prospetti għal tfal b'saħħithom), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta' Ġunju 2020 dwar l-Istrateġija Ewropea tad-Diżabilità għal wara l-2020 (13), |
— |
wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu “L-investiment fit-tfal: niksru ċ-ċiklu tal-iżvantaġġ (2013/112/UE)” (14), |
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2019/1158 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2019 dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata għall-ġenituri u għall-persuni li jindukraw u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 2010/18/UE, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport ta' politika tan-NU tal-15 ta' April 2020 bit-titolu “The impact of COVID-19 on children” (L-impatt tal-COVID-19 fuq it-tfal), |
— |
wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Ottubru 2008 dwar l-inklużjoni attiva tan-nies esklużi mis-suq tax-xogħol 2008/867/KE, |
— |
wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-integrazzjoni tal-persuni li ilhom qiegħda fis-suq tax-xogħol, |
— |
wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-aċċess għall-protezzjoni soċjali, |
— |
wara li kkunsidra l-Aġenda Ġdida għall-Ħiliet, |
— |
wara li kkunsidra l-mistoqsijiet għal tweġiba orali lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar il-Garanzija Ewropea għat-Tfal (O-000025/2021 – B9-0012/2021 u O-000026/2021 – B9-0013/2021), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 136(5) u 132(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, |
A. |
billi l-proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi l-Garanzija Ewropea għat-Tfal trid tikkomplementa l-Istrateġija tal-UE dwar id-Drittijiet tat-Tfal, li t-tnejn ġew adottati fl-24 ta' Marzu 2021; billi l-Istrateġija tal-UE dwar id-Drittijiet tat-Tfal tiġbor flimkien l-inizjattivi kollha attwali u futuri dwar id-drittijiet tat-tfal fl-ambitu ta' qafas ta' politika koerenti wieħed, u tressaq rakkomandazzjonijiet għall-azzjoni tal-UE kemm interna kif ukoll esterna; |
B. |
billi l-faqar fost it-tfal ġie identifikat minn organizzazzjonijiet internazzjonali, bħall-Kunsill tal-Ewropa, u NGOs, bħall-UNICEF, kemm bħala kawża potenzjali ta' ksur tad-drittijiet tat-tfal kif ukoll bħala eżitu potenzjali ta' dak il-ksur, permezz tal-impatt li għandu fuq il-kapaċità li t-tfal ikollhom biex jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom, kif ukoll b'riżultat tal-fatt li d-drittijiet imsemmija hawn fuq ma jiġux irrispettati; |
C. |
billi t-tfal li jikbru fi skarsezza ta' riżorsi u f'sitwazzjonijiet prekarji tal-familja huma aktar probabbli li jesperjenzaw il-faqar u l-esklużjoni soċjali, b'impatti estensivi fuq l-iżvilupp tagħhom u l-istat tagħhom ta' adult aktar tard, u ma jkollhomx aċċess għal ħiliet adegwati u jkollhom għażliet ta' impjieg limitati, u dan ikattar ċirku vizzjuż ta' faqar interġenerazzjonali; |
D. |
billi s-sitt kategoriji identifikati fil-proposta ta' Garanzija għat-Tfal huma dawk li l-aktar jinsabu f'riskju, li jeħtieġu attenzjoni u kura immedjati; billi l-objettivi tal-Garanzija għandhom jinftiehmu li japplikaw, kemm jista' jkun, għat-tfal kollha fl-Unjoni; |
E. |
billi l-kwistjoni tal-faqar u l-esklużjoni soċjali fost it-tfal huma problemi mifruxa li jinsabu fis-soċjetajiet kollha, li jiġu indirizzati l-aħjar permezz ta' politiki komprensivi u wesgħin, b'kamp ta' applikazzjoni limitat u b'ambitu wiesa', immirati kemm lejn it-tfal kif ukoll lejn il-familji u l-komunitajiet tagħhom u billi tingħata prijorità lill-investimenti fil-ħolqien ta' opportunitajiet u soluzzjonijiet ġodda; billi s-setturi kollha tas-soċjetà jeħtiġilhom ikunu involuti fis-soluzzjoni ta' dawn il-problemi, mill-awtoritajiet lokali, reġjonali, nazzjonali u Ewropej sas-soċjetà ċivili u s-settur privat; |
F. |
billi r-riċerka turi li l-investiment fit-tfal, pereżempju fl-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal ta' kwalità għolja jista' jrendi redditu fuq l-investiment fil-livell tas-soċjetà tal-anqas erba' darbiet ogħla mill-ispejjeż oriġinali tal-investimenti, mingħajr ma jitqiesu l-benefiċċji usa' għan-negozji f'dawk li huma ħaddiema tas-sengħa, jew għas-sistemi ta' protezzjoni soċjali li ma jkomplux jitgħabbew bi spejjeż ulterjuri għat-tfal li jkollhom aċċess għal miżuri ta' inklużjoni soċjali (15); billi l-proċeduri baġitarji għandhom jirrikonoxxu l-investiment fit-tfal bħala kategorija ta' investiment separata, li hija apparti min-nefqa soċjali regolari; |
G. |
billi fl-2019, 22,2 % tat-tfal fl-UE – kważi 18-il miljun tifel u tifla – kienu f'riskju ta' faqar jew esklużjoni soċjali; billi t-tfal li ġejjin minn familji b'introjtu baxx, it-tfal mingħajr dar, it-tfal b'diżabilità, it-tfal bi sfond ta' migrazzjoni, it-tfal bi sfond etniku minoritarju, b'mod partikolari t-tfal Rom, it-tfal li jinsabu f'kura istituzzjonali, it-tfal f'sitwazzjonijiet prekarji ta' familja, il-familji b'ġenitur wieħed, il-familji LGBTIQ+, u l-familji fejn il-ġenituri jgħixu 'l bogħod għax jaħdmu barra minn pajjiżhom iħabbtu wiċċhom ma' diffikultajiet serji, bħall-privazzjoni severa ta' akkomodazzjoni jew iffullar eċċessiv, ostakli fl-aċċess għal servizzi fundamentali u bażiċi, bħal nutrizzjoni adegwata u akkomodazzjoni deċenti, li huma kruċjali għall-benesseri tagħhom u għall-iżvilupp ta' ħiliet soċjali, konjittivi u emozzjonali; billi akkomodazzjoni msaħħna kif xieraq b'ilma sikur u sanità, u l-akkomodazzjoni inġenerali, huma kruċjali għas-saħħa, il-benessri, it-tkabbir u l-iżvilupp tat-tfal; billi akkomodazzjoni adegwata tiffavorixxi wkoll li t-tfal jitgħallmu u jistudjaw; |
H. |
billi l-għadd ta' tfal b'diżabilità mhuwiex magħruf minħabba nuqqas ta' statistika, iżda jista' jkun fl-ilma ta' 15 % tal-għadd totali ta' tfal fl-Unjoni; billi t-tfal b'diżabilità għandu jkollhom it-tgawdija sħiħa tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali kollha fuq bażi ugwali ma' tfal oħra, inkluż id-dritt li jikbru fil-familji tagħhom jew f'ambjent tal-familja li jkun konformi mal-aħjar interessi tagħhom kif definit fil-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal; billi l-membri tal-familja ta' spiss ikollhom inaqqsu jew iwaqqfu l-attivitajiet professjonali tagħhom sabiex jieħdu ħsieb membri tal-familja b'diżabilità; billi l-Istudju tal-Fattibbiltà għal Garanzija għat-Tfal tal-Kummissjoni (rapport intermedju) jindika li l-ostakli ewlenin identifikati għat-tfal b'diżabilità huma problemi ta' aċċess fiżiku, in-nuqqas ta' adattament ta' servizzi u faċilitajiet għall-ħtiġijiet tat-tfal u, f'ħafna każijiet, sempliċement in-nuqqas ta' disponibbiltà tagħhom; billi fl-istess studju kien hemm ħafna minn dawk li wieġbu li ppuntaw subgħajhom lejn problemi ta' diskriminazzjoni, b'mod speċifiku fir-rigward ta' problemi relatati mal-edukazzjoni, u problemi ta' affordabilità fl-akkomodazzjoni; |
I. |
billi d-drittijiet tat-tfal ma jistgħux jiġu rrispettati mingħajr l-implimentazzjoni b'suċċess tal-SDGs tan-NU u viċi versa; |
J. |
billi t-tfal kollha għandhom id-dritt għall-protezzjoni mill-faqar, li jfisser b'mod ċar li hemm bżonn ta' politiki preventivi; billi l-Parlament u s-soċjetà ċivili Ewropea ripetutament appellaw għall-ħolqien ta' Garanzija għat-Tfal biex jiġi żgurat li kull tifel u tifla li jgħixu fil-faqar ikollhom aċċess effettiv u mingħajr ħlas għall-kura tas-saħħa, edukazzjoni u kura bikrija tat-tfal ta' kwalità u mingħajr ħlas, u aċċess effettiv għal akkomodazzjoni deċenti u nutrizzjoni adegwata; billi l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) enfasizzat li l-ġlieda kontra l-faqar fost it-tfal hija wkoll kwistjoni ta' drittijiet fundamentali u ta' obbligi legali (16); |
K. |
billi l-qerda tal-faqar fost it-tfal neċessarjament timplika li l-ġenituri tat-tfal jew dawk li jieħdu ħsieb it-tfal ikollhom aċċess għal xogħol bi drittijiet, b'pagi deċenti u b'arranġamenti tax-xogħol sikuri u stabbli; |
L. |
billi din il-proposta toffri gwida konkreta lill-Istati Membri biex jiggarantixxu aċċess effettiv u mingħajr ħlas għal edukazzjoni u attivitajiet ibbażati fl-iskola, edukazzjoni u kura bikrija tat-tfal, kura tas-saħħa, sport, attivitajiet ta' divertiment u kulturali għal kull tifel u tifla, u għal dawk li jinsabu fil-bżonn b'mod partikolari; billi l-Istati Membri għandhom jippromwovu politiki biex jiżguraw akkomodazzjoni aċċessibbli u affordabbli għat-tfal li jinsabu fil-bżonn, u nutrizzjoni tajba għas-saħħa, biex jiġi indirizzat il-faqar u jitrawmu opportunitajiet indaqs għat-tfal kollha fil-livell nazzjonali, dak reġjonali u dak lokali; billi kull tifel u tifla għandhom id-dritt li jilagħbu; |
M. |
billi l-pandemija tal-COVID-19 aggravat is-sitwazzjoni tat-tfal li jinsabu f'riskju ta' faqar u esklużjoni soċjali u poġġiet lil miljuni ta' tfal u familji f'sitwazzjoni soċjoekonomika saħansitra aktar prekarja; billi bħala konsegwenza tal-pandemija, huwa stmat li l-għadd ta' tfal li jgħixu taħt il-limiti tal-faqar nazzjonali rispettivi tagħhom jista' jogħla b'madwar 117-il miljun, u madwar 150 miljun tifel u tifla oħra fid-dinja qed jgħixu f'faqar multidimensjonali; billi l-individwi u l-familji b'introjtu baxx u medju jinsabu f'riskju ogħla ta' faqar meta jiżdied il-qgħad; billi jinsabu wkoll f'riskju ogħla ta' privazzjoni severa tal-akkomodazzjoni, ta' insigurtà tal-akkomodazzjoni, ta' dejn eċċessiv, ta' żgumbrament u li jispiċċaw mingħajr saqaf fuq rashom; billi dawn iċ-ċifri huma mistennija li jikbru b'mod esponenzjali minħabba l-pandemija tal-COVID-19 u l-konsegwenzi soċjoekonomiċi tagħha, li se jaffettwaw lil miljuni ta' tfal fl-Ewropa matul il-ħajja kollha tagħhom; billi l-kriżi tal-COVID-19 aggravat is-sitwazzjoni tat-tfal emarġinati li jgħixu f'kundizzjonijiet iffullati ż-żejjed u inumani b'aċċess limitat għall-kura tas-saħħa, l-ilma tax-xorb, is-sanità u l-ikel, filwaqt li poġġiethom f'riskju akbar li jieħdu l-virus; |
N. |
billi l-bidla għat-tagħlim mill-bogħod saret b'aktar ħeffa fl-2020 minħabba l-pandemija tal-COVID-19, u b'hekk in-nuqqas ta' aċċess għal konnessjoni tal-internet, għodod diġitali u infrastruttura eskluda b'mod partikolari lit-tfal żgħar ħafna bi bżonnijiet speċjali u lil dawk li jgħixu fil-faqar, f'komunitajiet emarġinati u f'żoni remoti u rurali, inkluż fir-reġjuni u t-territorji tal-periferija; billi kien hemm żieda allarmanti fl-għadd ta' tfal li l-ġenituri tagħhom tilfu l-akkomodazzjoni jew l-impjieg tagħhom, u fl-għadd ta' tfal li kienu mċaħħda mill-ikla ta' kuljum l-aktar nutrittiva tagħhom, kif ukoll mill-aċċess għal servizzi ta' wara l-iskola bħall-attivitajiet sportivi, ta' divertiment, artistiċi u kulturali, li jrawmu l-iżvilupp u l-benesseri tagħhom; billi n-nuqqas ta' aċċess għal soluzzjonijiet diġitali u ta' opportunitajiet ta' edukazzjoni diġitali jista' jillimita serjament l-aċċess aktar tard għall-edukazzjoni u l-impjiegi għaż-żgħażagħ, u dan iċaħħadhom minn opportunitajiet aħjar fis-suq tax-xogħol, u jċaħħad ukoll lin-negozji Ewropej minn ħaddiema potenzjali; billi għalhekk hemm bżonn li jsir investiment f'soluzzjonijiet ta' edukazzjoni diġitali; billi soluzzjonijiet diġitali u teknoloġiji oħra ta' assistenza għat-tfal b'diżabilità jistgħu jippermettu u jaċċelleraw il-proċess tal-inklużjoni soċjali u l-aċċess aktar tard fil-ħajja għal aktar opportunitajiet; billi, għalhekk, l-aċċess ugwali huwa kruċjali f'dan ir-rigward; |
O. |
billi huwa bil-wisq aktar probabbli li t-tfal b'diżabilità fl-UE jitqiegħdu f'kura istituzzjonali minn tfal mingħajr diżabilità, u jidher li huwa ferm inqas probabbli li jibbenefikaw minn sforzi li jippermettu tranżizzjoni minn kura istituzzjonali għal waħda bbażata fil-familja; billi t-tfal b'diżabilità għadhom qed jiġu segregati fl-edukazzjoni billi jitpoġġew fi skejjel speċjali u jħabbtu wiċċhom ma' ostakli fiżiċi u oħrajn li jżommuhom milli jibbenefikaw minn edukazzjoni inklużiva; billi minħabba l-pandemiji tal-COVID-19 ħafna tfal li għandhom diżabilità intellettwali sfaw mingħajr il-possibbiltà li jkomplu bl-edukazzjoni tagħhom peress li l-edukazzjoni online spiss ma tkunx adattata għall-ħtiġijiet speċjali tagħhom; |
P. |
billi l-Unjoni jista' jkollha rwol ewlieni fil-ġlieda ġenerali kontra l-faqar fost it-tfal u l-esklużjoni soċjali tat-tfal kollha, inklużi s-sitt kategoriji ewlenin identifikati mill-Kummissjoni; |
Q. |
billi t-tfal ta' ċittadini mobbli tal-UE spiss jaqgħu bejn il-lakuni fil-leġiżlazzjonijiet nazzjonali; billi filwaqt li l-migrazzjoni tal-ħaddiema tnaqqas il-faqar fuq terminu ta' żmien qasir, twassal biex iħallu lit-tfal warajhom, u dan jista' jaggrava s-sottożvilupp soċjali tagħhom u jwassal għal prekarjetà, u it-tfal ta' ġenituri migranti li għadhom jgħixu fil-pajjiż ta' oriġini tagħhom jispiċċaw iħabbtu wiċċhom ma' aktar ċans li jiġu emarġinati, maltrattati u abbużati, fatt li huwa partikolarment rilevanti għall-mobilità tal-ħaddiema fi ħdan l-UE (17); |
R. |
billi l-Garanzija għat-Tfal hija waħda mill-inizjattivi ewlenin tal-politika soċjali elenkati fil-linji gwida politiċi tal-Kummissjoni u l-Programm ta' Ħidma tal-Kummissjoni għall-2021, u trid tkompli tingħata spinta fil-ġejjieni b'politiki u miri ambizzjużi; billi din il-kwistjoni trid tkun fuq l-aġenda tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa; billi l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal-2013 “L-Investiment fit-Tfal: niksru ċ-ċiklu tal-iżvantaġġ” jibqgħu prinċipji gwida importanti biex jitnaqqas il-faqar fost it-tfal, jittejjeb il-benesseri tat-tfal u jiġi previst futur stabbli, filwaqt li jitnaqqas it-tluq bikri mill-iskola; billi fil-Pjan ta' Azzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, il-Kummissjoni stabbiliet il-mira li tnaqqas l-għadd ta' persuni f'riskju ta' faqar jew esklużjoni soċjali fl-UE b'mill-inqas 15-il miljun sal-2030 – inklużi mill-inqas 5 miljun tifel u tifla; billi l-istereotipi negattivi tal-ġeneru u l-kundizzjonament soċjali li jwasslu għall-hekk imsejħa “distakk fil-ħolma” jew “distakk fil-jeddijiet” u nuqqas ta' rappreżentanza tan-nisa f'pożizzjonijiet ta' tmexxija jikkundizzjonaw l-għażliet ta' karriera u tal-edukazzjoni tal-bniet minn età bikrija, u għalhekk jikkontribwixxu għaż-żieda fl-inugwaljanza u s-segmentazzjoni tal-ġeneru bejn l-irġiel u n-nisa f'ċerti setturi tas-suq tax-xogħol, b'mod partikolari l-karrieri fix-xjenza, teknoloġija, inġinerija u matematika (STEM); |
S. |
billi l-awtoritajiet lokali u reġjonali jinsabu fuq quddiem nett tal-ħidma kontra l-faqar fost it-tfal u l-isfruttament tagħhom, u għalhekk għandhom responsabbiltà kruċjali fil-prevenzjoni tal-emarġinazzjoni u l-esklużjoni soċjali; billi l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jipprovdulhom mezzi suffiċjenti biex jilħqu dawn l-objettivi, kull meta jkun xieraq; |
1. |
Jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni għal rakkomandazzjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi l-Garanzija għat-Tfal, li l-objettiv tagħha huwa li tipprevjeni u tiġġieled il-faqar u l-esklużjoni soċjali billi tiggarantixxi l-aċċess mingħajr ħlas u effettiv għat-tfal fil-bżonn għal servizzi ewlenin bħall-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal, attivitajiet edukattivi u bbażati fl-iskola, il-kura tas-saħħa u mill-inqas ikla waħda tajba għas-saħħa għal kull ġurnata tal-iskola, u aċċess effettiv għal nutrizzjoni tajba għas-saħħa u akkomodazzjoni adegwata għat-tfal kollha li jinsabu fil-bżonn; jistieden lill-Kunsill u lill-Istati Membri jkunu ambizzjużi fl-adozzjoni sħiħa u rapida tar-rakkomandazzjoni u fl-implimentazzjoni tagħha; jistenna li l-kontribut li jinsab f'din ir-riżoluzzjoni jitqies fid-dawl tal-adozzjoni tar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill; jisħaq li l-Garanzija għat-Tfal għandha l-għan li tipprovdi appoġġ pubbliku għall-prevenzjoni tal-esklużjoni soċjali u għall-ġlieda kontra tali esklużjoni billi tiggarantixxi l-aċċess għat-tfal fil-bżonn għal sett ta' servizzi ewlenin, li jfisser li l-Istati Membri għandhom jew jorganizzaw u jipprovdu tali servizzi jew jipprovdu benefiċċji adegwati sabiex il-ġenituri jew it-tuturi tat-tfal fil-bżonn ikunu f'pożizzjoni li jkopru l-ispiża ta' dawn is-servizzi; |
2. |
Jilqa' l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-istrateġija tal-UE dwar id-drittijiet tat-tfal u japprova l-objettivi tagħha li tissodisfa r-responsabbiltà kondiviża tar-rispett u l-protezzjoni tad-drittijiet ta' kull tifel u tifla, flimkien ma' proġett komuni għal soċjetajiet aktar b'saħħithom, reżiljenti u aktar ġusti għal kulħadd; jirrikonoxxi li l-proposta tal-Kummissjoni għal rakkomandazzjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi Garanzija Ewropea għat-Tfal tikkomplementa l-istrateġija u tiffoka fuq it-tfal fil-bżonn fl-istabbiliment ta' qafas ta' abilitazzjoni Ewropew li jiddefendi d-drittijiet tat-tfal u jpoġġihom fuq quddiem nett tal-aġenda tal-UE; japprova l-għan ewlieni tagħha li tiġġieled il-faqar u l-esklużjoni soċjali fost it-tfal u tippromwovi opportunitajiet indaqs u s-saħħa; jappoġġja bil-qawwa l-gwida konkreta mogħtija lill-awtoritajiet nazzjonali u lokali kompetenti dwar l-għoti ta' aċċess effettiv u mingħajr ħlas għal sett ta' servizzi ewlenin lit-tfal li jinsabu fil-bżonn, bħall-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal ta' kwalità u mingħajr ħlas, l-attivitajiet edukattivi u bbażati fl-iskola, u l-kura tas-saħħa, u l-aċċess effettiv għal akkomodazzjoni adegwata u nutrizzjoni tajba għas-saħħa, fuq l-istess livell bħall-pari tagħhom; |
3. |
Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri jindirizzaw il-problemi strutturali li jikkawżaw il-faqar u l-esklużjoni soċjali fost it-tfal billi jippromwovu livell għoli ta' impjieg u ta' inklużjoni soċjali, b'mod partikolari fost il-gruppi żvantaġġati; jistieden lill-Istati Membri jiżguraw l-istabbiliment effettiv tal-Garanzija Ewropea għat-Tfal madwar l-Unjoni kollha billi jintegraw il-garanzija fis-setturi kollha tal-politika, u jħeġġiġhom jagħmlu użu mill-politiki u l-fondi eżistenti tal-UE għal miżuri konkreti li jikkontribwixxu għall-qerda tal-faqar u l-esklużjoni soċjali fost it-tfal; jisħaq fuq l-importanza tal-awtoritajiet kompetenti fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali biex jiġi ggarantit aċċess effettiv u ugwali għal edukazzjoni u kura bikrija mingħajr ħlas u ta' kwalità, b'enfasi speċjali fuq il-familji bi tfal b'diżabilità, l-attivitajiet edukattivi, ibbażati fl-iskejjel u fil-komunità, flimkien ma' attivitajiet sportivi, ta' divertiment u kulturali, kura tas-saħħa, kif ukoll aċċess effettiv għal nutrizzjoni tajba għas-saħħa, u akkomodazzjoni adegwata għat-tfal kollha fil-bżonn; jisħaq wkoll li l-awtoritajiet kompetenti fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali għandhom jiġu infurmati, imħarrġa u appoġġjati biex jiżguraw il-finanzjament mill-UE; jistieden lill-Istati Membri jissalvagwardjaw id-dritt tat-tfal għal akkomodazzjoni adegwata, billi jipprovdu appoġġ relatat għal ġenituri b'diffikultà biex iżommu jew ikollhom aċċess għal akkomodazzjoni sabiex jibqgħu mat-tfal tagħhom, b'enfasi partikolari fuq iż-żgħażagħ li joħorġu minn istituzzjonijiet ta' assistenza tat-tfal; |
4. |
Jemmen li huwa kruċjali li jsiru investimenti konsiderevoli fit-tfal sabiex jinqered il-faqar fost it-tfal u jkunu jistgħu jikbru u jgawdu d-drittijiet sħaħ tagħhom fl-UE; jisħaq li dan jirrikjedi approċċ olistiku għall-iżvilupp fit-tfulija bikrija, li jibda bl-ewwel 1 000 jum, li għandu jiggarantixxi s-saħħa materna, inklużi s-saħħa mentali, is-sikurezza, is-sigurtà u l-għoti ta' kura reattiva; jistieden lill-Istati Membri jiżguraw approċċ strateġiku u komprensiv għall-implimentazzjoni tal-Garanzija għat-Tfal permezz ta' politiki u riżorsi adegwati, inkluż permezz ta' integrazzjoni fis-suq tax-xogħol, miżuri ta' bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata għall-ġenituri u t-tuturi, u appoġġ għall-introjtu għall-familji u l-unitajiet domestiċi, sabiex l-ostakoli finanzjarji ma jwaqqfux lit-tfal milli jaċċessaw servizzi ta' kwalità u inklużivi; jitlob strateġija Ewropea ġenerali kontra l-faqar, b'miri ambizzjużi għat-tnaqqis tal-faqar u l-kundizzjoni ta' persuna mingħajr dar u t-tmiem tal-faqar estrem fl-Ewropa sal-2030, speċjalment fost it-tfal, f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fl-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u l-SDGs tan-NU u li tibni fuq il-miri ewlenin stabbiliti fil-Pjan ta 'Azzjoni dwar l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali; |
5. |
Jilqa' l-fatt li fit-tħejjija tal-Istrateġija tal-UE dwar id-Drittijiet tat-Tfal ġew ikkunsidrati l-fehmiet u s-suġġerimenti ta' aktar minn 10 000 tifel u tifla; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li, waqt l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-Garanzija għat-Tfal fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali, il-vuċijiet tat-tfal, kif ukoll dawk tal-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, jinstemgħu billi tippermettilhom ikunu parteċipanti sħaħ fi djalogu u konsultazzjoni pubbliċi sinifikattivi u inklużivi u jgħidu tagħhom dwar kwistjonijiet li jikkonċernawhom fil-livell tal-UE, kif kien il-każ fil-Forum dwar id-Drittijiet tat-Tfal tal-2020; jitlob, f'dan ir-rigward, lill-Istati Membri kollha biex speċifikament jinkarigaw lil awtorità pubblika, pereżempju kummissarju jew ombudsman tat-tfal, bil-kejl tal-effetti fuq it-tfal tal-leġiżlazzjoni nazzjonali u reġjonali u tal-miżuri nazzjonali għall-implimentazzjoni tal-Garanzija għat-Tfal, kif ukoll li tippromwovi b'mod ġenerali d-drittijiet tat-tfal fil-politika pubblika, u jistieden lill-Kummissjoni teżamina l-possibbiltà li tistabbilixxi Awtorità Ewropea għat-Tfal biex tappoġġja u timmonitorja l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjoni mill-Istati Membri, tikkoordina l-ħidma nazzjonali, tiżgura l-iskambju ta' prattiki tajbin u soluzzjonijiet innovattivi, u tissimplifika r-rapportar u r-rakkomandazzjonijiet; |
6. |
Jistieden lill-Istati Membri jagħtu prijorità lill-finanzjament għad-drittijiet tat-tfal skont il-ħtiġijiet identifikati fil-livell nazzjonali u reġjonali u jħeġġiġhom bil-qawwa jmorru lil hinn mill-allokazzjonijiet predefiniti fl-iskemi ta' finanzjament tal-UE; jistieden lill-Istati Membri jinformaw, iħarrġu u jappoġġjaw lill-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-iżgurar tal-finanzjament tal-UE; jistieden lill-Istati Membri jiżguraw approċċ ikkoordinat fl-ipprogrammar u l-implimentazzjoni tal-fondi tal-UE, u jħaffu l-implimentazzjoni tagħhom u jiddedikaw ir-riżorsi nazzjonali kollha possibbli, ikkomplementati mill-fondi tal-UE bħall-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+), l-Assistenza fl-Irkupru għall-Koeżjoni u għat-Territorji tal-Ewropa (React-EU), il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRF), il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), l-InvestEU, l-Erasmus+, il-Fond għall-Migrazzjoni u l-Ażil (AMF) u l-UE għas-Saħħa, biex jiġu miġġielda l-faqar u l-esklużjoni soċjali fost it-tfal; ifakkar li l-Istati Membri jeħtiġilhom jinkludu miżuri ddedikati li jinvestu fit-tfal u ż-żgħażagħ fil-pjanijiet nazzjonali tagħhom għall-irkupru u r-reżiljenza sabiex jaċċessaw il-fond, skont il-pilastru tal-“Ġenerazzjoni li Jmiss” tal-RRF; ifakkar fil-possibbiltajiet mogħtija minn Next Generation EU biex jingħata appoġġ finanzjarju anki lill-organizzazzjonijiet, pereżempju l-NGOs u l-organizzazzjonijiet tal-karità, u għajnuna soċjali lill-familji fil-bżonn; jistieden, f'dan ir-rigward, lill-Istati Membri kollha, mhux biss dawk l-aktar affettwati mill-faqar fost it-tfal, jallokaw mill-inqas 5 % tar-riżorsi tal-FSE+ b'ġestjoni kondiviża biex jiġu appoġġjati l-attivitajiet fl-ambitu tal-Garanzija Ewropea għat-Tfal; |
7. |
Jistieden lill-Istati Membri jqisu s-sitwazzjoni partikolari tat-tfal fil-bżonn, b'mod partikolari dawk li jesperjenzaw żvantaġġi speċifiċi f'dan il-grupp, meta jimplimentaw il-Garanzija għat-Tfal; jisħaq li l-Garanzija għat-Tfal għandha tikkontribwixxi għall-ilħuq tal-għan tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità ta' tranżizzjoni minn kura istituzzjonali għal kura fil-familja jew għal kura bbażata fil-komunità; jistieden lill-Istati Membri jintegraw approċċ sensittiv għall-ġeneru u intersezzjonali fl-implimentazzjoni tagħhom tal-Garanzija għat-Tfal; |
8. |
Jemmen li l-Garanzija għat-tfal għandha ssir strument permanenti għall-prevenzjoni u l-indirizzar tal-faqar fost it-tfal fl-UE b'mod strutturat; jenfasizza l-interkonnessjoni evidenti bejn in-Next Generation EU u l-Garanzija għat-Tfal bħala strumenti tal-UE għall-investiment fil-ġenerazzjonijiet futuri u jitlob għalhekk li jissaħħu s-sinerġiji bejn iż-żewġ programmi tal-Unjoni, anki bil-ħsieb li l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u l-Istrateġija Ewropea dwar id-Drittijiet tat-Tfal jiġu implimentati bis-sħiħ u b'mod sinifikattiv; |
9. |
Jenfasizza li l-Istati Membri għandhom kemm jistabbilixxu strateġiji nazzjonali pluriennali dwar it-tnaqqis tal-faqar, kif definit ukoll fil-kundizzjoni abilitanti 4.3 tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni biex jiġi indirizzat il-faqar fost it-tfal u l-esklużjoni soċjali, kif ukoll jiżguraw li l-pjanijiet ta' azzjoni nazzjonali tal-Garanzija għat-Tfal ikunu r-riżultati konkreti tagħhom; |
10. |
Jistieden lill-Istati Membri jeliminaw kull diskriminazzjoni fl-aċċess għall-indukrar tat-tfal, l-edukazzjoni u l-kura tas-saħħa mingħajr ħlas u ta' kwalità, kif ukoll l-akkomodazzjoni adegwata u n-nutrizzjoni tajba għas-saħħa, u l-attivitajiet rikreattivi, sabiex jiggarantixxu r-rispett sħiħ għal-liġi applikabbli tal-UE u dik nazzjonali kontra d-diskriminazzjoni; jitlob it-tkomplija b'urġenza tan-negozjati dwar id-direttiva orizzontali kontra d-diskriminazzjoni bħala għodda ewlenija f'dan ir-rigward; jinkoraġġixxi lill-Istati Membri jinvestu riżorsi adegwati biex itemmu s-segregazzjoni tal-klassijiet fl-iskola u jippromwovu l-inklużjoni sabiex it-tfal jingħataw bidu ugwali fil-ħajja ħalli jkissru ċ-ċiklu tal-faqar kmieni kemm jista' jkun; |
11. |
Ifakkar li l-aċċess għall-ilma ġieri u s-sanità jvarja b'mod konsiderevoli madwar l-Unjoni, b'konnessjoni medja mas-sistemi tad-drenaġġ ta' 80 % sa 90 % fit-Tramuntana, fin-Nofsinhar u fiċ-Ċentru tal-Ewropa, u konnessjoni medja ħafna aktar baxxa mas-sistemi tad-drenaġġ u tat-trattament tal-ilma ta' 64 % fl-Ewropa tal-Lvant (18); jenfasizza li nuqqas ta' aċċess għal akkomodazzjoni soċjali huwa ostaklu għal tfal li ġejjin minn familji b'introjtu baxx; jesprimi t-tħassib tiegħu li għad hemm wisq tfal mingħajr aċċess bażiku għall-ilma, il-faċilitajiet sanitarji u iġjeniċi u li n-nuqqas ta' aċċess għal servizzi bażiċi ta' sanità huwa partikolarment qawwi fost it-tfal l-aktar vulnerabbli u emarġinati; jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li t-tfal kollha jkollhom aċċess għall-ilma ġieri, għal faċilitajiet sanitarji u ta' iġjene personali, kemm fid-dar kif ukoll fl-iskola; |
12. |
Jistieden lill-Istati Membri jagħtu prijorità lill-provvista ta' akkomodazzjoni permanenti lit-tfal mingħajr dar u lill-familji tagħhom, u jinkludu soluzzjonijiet ta' akkomodazzjoni għal tfal li jkunu għaddejjin minn perjodu mingħajr dar u minn esklużjonijiet severi ta' akkomodazzjoni fil-pjanijiet ta' azzjoni tagħhom ta' Garanzija għat-Tfal; |
13. |
Jirrimarka l-isfidi speċifiċi għall-bliet tal-faqar fost it-tfal, b'mod partikolari bil-ħsieb li tiġi indirizzata s-sitwazzjoni serja fiż-żoni urbani l-aktar fil-bżonn, li qed tirriskja li tiġi injorata fin-nuqqas ta' indikaturi multidimensjonali u ta' kwalità li jkunu kapaċi jifhmu r-realtà fil-post; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu ddedikati miżuri u riżorsi speċifiċi għal dan il-qasam, bil-ħsieb li jiġu stabbiliti servizzi ta' kwalità, aċċessibbli u inklużivi għat-tfal fil-bżonn u għall-familji tagħhom li jgħixu f'żoni urbani; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu involuti l-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-muniċipalitajiet, kif ukoll l-atturi tas-soċjetà ċivili, fil-fażijiet kollha tal-implimentazzjoni tal-Garanzija għat-Tfal; |
14. |
Jistieden lill-Istati Membri jaħdmu biex jilħqu l-miri stabbiliti għaż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni (COM(2020)0625) u jkomplu jimplimentaw bis-sħiħ l-azzjonijiet rilevanti kollha rakkomandati fil-Pjan ta' Azzjoni dwar l-Integrazzjoni u l-Inklużjoni 2021-2027 (COM(2020)0758) fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ; jistieden lill-Istati Membri jinnominaw mingħajr dewmien koordinaturi nazzjonali kompetenti mgħammra b'riżorsi adegwati u b'mandat b'saħħtu, u b'kompetenza bejn id-dipartimenti; jitlob li dawn il-koordinaturi jirrapportaw kif xieraq kull sentejn dwar il-progress li jkun sar fuq l-aspetti kollha tal-Garanzija għat-Tfal u jiskambjaw regolarment l-aħjar prattiki mal-kontropartijiet nazzjonali tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura koordinazzjoni istituzzjonali msaħħa; |
15. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jappoġġjaw il-ħolqien u t-tisħiħ ta' networks pubbliċi universali għall-indukrar tat-tfal, l-edukazzjoni u l-kura tas-saħħa, bi standards ta' kwalità għolja; |
16. |
Jistieden lill-Kummissjoni, f'konformità mal-Pjan ta' Azzjoni tagħha dwar l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, tressaq proposta għar-reviżjoni tal-miri ta' Barċellona u l-qafas ta' kwalità tal-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal sabiex tappoġġja aktar konverġenza 'l fuq fost l-Istati Membri fil-qasam tal-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal; jisħaq fuq il-ħtieġa li l-inizjattivi tal-UE jappoġġjaw it-tagħlim online u mill-bogħod għal edukazzjoni primarja u sekondarja aktar flessibbli u inklużiva, filwaqt li jippreservaw it-tagħlim wiċċ imb'wiċċ bħala l-metodu tal-edukazzjoni primarja b'aċċessibbiltà garantita għat-tfal kollha, b'mod speċifiku t-tfal b'diżabilità; jistieden lill-Istati Membri jnaqqsu d-distakk diġitali billi jżidu u jipprijoritizzaw il-konnettività tal-internet f'żoni remoti u rurali peress li 10 % tal-unitajiet domestiċi fl-UE għadhom neqsin minn aċċess għall-internet; jitlob li jkun hemm sħubija pubblika-privata fil-livell pan-Ewropew biex isir investiment fit-tnaqqis tad-distakk diġitali u biex it-tfal jingħataw is-setgħa permezz ta' ħiliet diġitali u intraprenditorjali; jisħaq fuq l-importanza ta' aċċess ugwali għall-infrastruttura u l-ħiliet diġitali bl-istess mod għat-tfal, l-għalliema u l-ġenituri kemm f'kuntesti urbani kif ukoll rurali, sabiex jiġi evitat id-distakk diġitali, kif ukoll għat-tfal f'reġjuni mbiegħda u periferiċi; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jipprovdu appoġġ finanzjarju għal żoni li jeħtieġu titjib teknoloġiku u taħriġ diġitali komprensiv kemm għall-għalliema kif ukoll għall-istudenti, sabiex ikunu jistgħu jadattaw għal teknoloġiji ġodda; |
17. |
Jistieden lill-Istati Membri jindirizzaw b'mod urġenti t-tfixkil fit-tagħlim u l-inugwaljanzi edukattivi kkawżati mill-kriżi tal-COVID-19, kemm biex it-tfal ikunu jistgħu jitgħallmu mill-bogħod kemm jista' jkun malajr u jipproponu soluzzjonijiet fit-tul għall-inugwaljanzi strutturali; jistieden lill-Istati Membri jivvalutaw, jimplimentaw u jimmonitorjaw l-aċċess għall-edukazzjoni, b'mod partikolari għat-tfal minn gruppi u minn sfondi vulnerabbli, u biex jiżguraw l-istess edukazzjoni ta' kwalità matul il-pandemija, kif ukoll biex jippromwovu l-litteriżmu diġitali u għodod edukattivi adattati għat-tagħlim mill-bogħod; huwa jinsab imħasseb li, fil-kuntest tal-irkupru ta' wara l-kriżi u l-possibbiltà li l-kriżi titwal, il-ħtieġa li jiġi indirizzat il-faqar fost it-tfal se tiżdied u li l-faqar se jkollu impatt dejjem akbar fuq it-tfal peress li huma l-aktar grupp vulnerabbli fost l-aktar żvantaġġati; jistieden lill-Istati Membri jħejju u jagħtu prijorità lis-soluzzjonijiet ta' immunizzazzjoni kontra l-COVID-19 għall-kategoriji ta' tfal identifikati mill-garanzija, meta jsiru disponibbli b'mod wiesa' għat-tfal; |
18. |
Ifakkar fir-rwol ewlieni li l-intrapriżi tal-ekonomija soċjali u l-attività intraprenditorjali b'impatt soċjali jista' jkollhom biex jgħinu fit-twettiq tal-Garanzija għat-Tfal u l-ħtieġa ta' investiment fil-bini tal-kapaċitajiet, l-aċċess għall-finanzi, u l-edukazzjoni u t-taħriġ intraprenditorjali f'dan il-qasam; jisħaq fuq il-ħtieġa ta' sinerġiji bejn il-Garanzija għat-Tfal u l-Pjan ta' Azzjoni li jmiss tal-UE għall-Ekonomija Soċjali; |
19. |
Jemmen li l-investiment strateġiku b'impatt soċjali huwa kruċjali biex jiġi żgurat li l-effett tal-kriżi fuq it-tfal, b'mod partikolari dawk li diġà qed jesperjenzaw jew li jinsabu f'riskju ta' faqar u inklużjoni soċjali u li jaqgħu fi ħdan l-oqsma ta' żvantaġġ speċifiku stabbiliti fl-ambitu tar-rakkomandazzjoni, ma jiggravax; jisħaq fuq l-importanza li jiġi stimolat kemm l-investiment pubbliku kif ukoll dak privat biex jinkisbu l-għanijiet tal-garanzija u jenfasizza r-rwol tal-programm u tal-fond InvestEU f'dan ir-rigward, b'mod partikolari permezz tal-investimenti soċjali u l-ħiliet u t-twieqi ta' politika tal-infrastruttura sostenibbli; |
20. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jeżaminaw il-proċeduri baġitarji attwali tagħhom relatati man-nefqa soċjali sabiex jenfasizzaw il-karatteristiċi distinti li l-investimenti fit-tfal jista' jkollhom fuq in-nefqa soċjali regolari f'dak li għandu x'jaqsam mal-ispejjeż għar-ritorn, il-multiplikaturi u mal-ispejjeż ta' opportunità; |
21. |
Jistieden lill-Istati Membri jsaħħu l-isforzi biex jipprevjenu li t-tfal isofru ħsara u jiġu protetti minn kull forma ta' vjolenza billi jiżviluppaw strateġiji li jidentifikaw u jipprijoritizzaw tfal f'riskju għal interventi ta' prevenzjoni u rispons f'kollaborazzjoni mal-ġenituri, l-għalliema, u l-ħaddiema tas-saħħa u fil-komunità; jistieden lill-Istati Membri jipprevjenu l-vjolenza abbażi tal-ġeneru u jissalvagwardjaw it-tfal kollha, filwaqt li jagħtu attenzjoni speċjali lill-bniet u lin-nisa żgħażagħ, billi joħolqu jew isaħħu mekkaniżmi ta' monitoraġġ u rapportar u servizzi speċifiċi biex jirrispondu għal każijiet ta' vjolenza abbażi tal-ġeneru; |
22. |
Ifakkar li l-protezzjoni soċjali u l-appoġġ għall-familji huma essenzjali u jistieden lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jiżguraw sistemi ta' protezzjoni soċjali adegwati u aċċessibbli u sistemi integrati ta' protezzjoni tat-tfal, inklużi l-prevenzjoni effettiva, l-intervent bikri u l-appoġġ tal-familja, sabiex jiġu żgurati s-sikurezza u s-sigurtà għat-tfal mingħajr il-kura tal-ġenituri jew li jinsabu f'riskju li jitilfu din il-kura, kif ukoll miżuri ta' appoġġ għat-tranżizzjoni minn kura istituzzjonali lejn kura fil-familja u bbażata fil-komunità; jistieden lill-Istati Membri jżidu l-investiment fis-sistemi ta' protezzjoni tat-tfal u fis-servizzi ta' protezzjoni soċjali bħala parti importanti mill-implimentazzjoni tal-Garanzija għat-Tfal; jisħaq li l-problemi ta' saħħa mentali u fiżika huma mifruxa minħabba l-kuntest attwali ta' lockdowns, iżolament u l-ambjent edukattiv u jistieden lill-Istati Membri jinvestu fil-protezzjoni tas-saħħa mentali u fiżika tat-tfal bħala prijorità; |
23. |
Jistieden lill-Istati Membri jipprovdu servizzi soċjali, inklużi dawk għall-protezzjoni tal-minuri, b'riżorsi finanzjarji, tekniċi u umani suffiċjenti; |
24. |
Jistieden lill-Istati Membri jfasslu strateġiji speċifiċi biex jipproteġu lit-tfal mill-abbuż u l-isfruttament sesswali online, peress li kaġun tal-iżolament it-tfal iqattgħu aktar ħin online u dan iżid ir-riskju tal-esponiment tagħhom għall-abbuż online, inklużi l-pornografija tat-tfal u l-bullying online; iħeġġeġ lill-Istati Membri jwettqu kampanji ta' informazzjoni kemm għall-ġenituri kif ukoll għat-tfal rigward il-perikli li t-tfal huma esposti għalihom fl-ambjent online; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jaħdmu mill-qrib mal-operaturi tas-settur privat biex jiffinanzjaw l-iżvilupp ta' teknoloġiji ġodda ħalli jiġu identifikati u eliminati materjali li fihom il-pornografija tat-tfal u l-abbuż sesswali tat-tfal; |
25. |
Ifakkar li huwa essenzjali li jkun hemm approċċ komprensiv biex it-tfal jinħarġu mill-faqar, li jrid jinkludi appoġġ individwalizzat għall-ġenituri tagħhom; jistieden lill-Istati Membri jagħtu spinta lill-investiment f'impjiegi sostenibbli u fl-appoġġ soċjali lill-ġenituri, inkluż matul il-liv tal-maternità u tal-ġenituri, u jimplimentaw politiki ta' impjieg immirati li jiżguraw standard ta' għajxien deċenti, kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti, bilanċ tajjeb bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, suq tax-xogħol inklużiv u impjegabbiltà ogħla, b'enfasi fuq l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, u titjib tal-ħiliet u t-taħriġ mill-ġdid; jistieden lill-Istati Membri jinkludu tali miżuri fil-pjanijiet ta' azzjoni tal-Garanzija għat-Tfal nazzjonali tagħhom; jenfasizza li jrid jiġi stabbilit appoġġ għall-indukrar bikri tat-tfal mingħajr ħlas biex ix-xogħol għall-ġenituri jerġa' jibda bla xkiel; jistieden lill-Istati Membri kollha jirrikonoxxu perjodi ta' indukrar għal tfal dipendenti fi skemi ta' pensjoni u jiżguraw appoġġ kemm finanzjarju kif ukoll professjonali għall-persuni li jieħdu ħsieb membri tal-familja b'diżabilità li jgħixu fl-istess dar; jisħaq li l-għoti ta' kura lill-qraba tagħhom ta' spiss ikollu impatt negattiv fuq il-familja u l-ħajja professjonali tagħhom u jista' jwassal għall-esklużjoni u d-diskriminazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jieħdu miżuri speċifiċi biex jissalvagwardjaw il-benesseri tat-“tfal li jibqgħu d-dar waħedhom” – tfal li jitħallew warajhom minn ġenituri migranti; |
26. |
Ifakkar li l-proposta dwar pagi minimi adegwati għandha l-għan li tiffoka fuq it-titjib tas-sitwazzjoni tal-introjtu tal-persuni li jaħdmu, inkluża dik tal-ġenituri, u b'mod partikolari n-nisa; ifakkar li kundizzjonijiet tax-xogħol deċenti u pagi ġusti jridu jkunu komplementari għall-miżuri kontra l-faqar, inkluża l-garanzija, filwaqt li jiġu żgurati l-partikolaritajiet nazzjonali u tiġi rrispettata s-sussidjarjetà; jemmen li approċċ bħal dan b'hekk itejjeb il-benesseri tat-tfal u jnaqqas l-inugwaljanzi minn età bikrija, u b'hekk jitkisser iċ-ċiklu tal-faqar; ifakkar lill-Istati Membri li r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar appoġġ attiv effettiv għall-impjiegi (EASE) (C(2021)1372) toffri gwida dwar tranżizzjoni gradwali minn miżuri ta' emerġenza meħuda biex jiġu ppreservati l-impjiegi matul il-pandemija għal miżuri ġodda meħtieġa għal irkupru li jiġġenera t-tkabbir u l-impjiegi; jilqa' l-proposta għal Direttiva dwar it-Trasparenza fil-Pagi, li għandha l-għan li tnaqqas id-differenza bejn il-ġeneri fil-pagi u b'hekk ittejjeb l-istabbiltà finanzjarja tan-nisa u l-indipendenza ekonomika b'mod ġenerali, kif ukoll li tippermetti lin-nisa affettwati jaħarbu mill-faqar u minn sitwazzjonijiet ta' vjolenza domestika; |
27. |
Iħeġġeġ lill-Istati Membri jindirizzaw it-tluq bikri mill-iskola; jenfasizza li l-Garanzija għaż-Żgħażagħ (19) imsaħħa tistipula li ż-żgħażagħ kollha mill-età ta' 15-il sena għandhom jirċievu offerta ta' impjieg, edukazzjoni, traineeship jew apprendistat fi żmien erba' xhur minn meta jsiru qiegħda jew minn meta jieqfu mill-edukazzjoni formali; jistieden, barra minn hekk, lill-Istati Membri jimplimentaw il-Garanzija għaż-Żgħażagħ imsaħħa, jiżguraw offerti ta' kwalità għolja, inkluża r-remunerazzjoni ġusta, u jippromwovu l-involviment taż-żgħażagħ fis-servizzi tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ; jissottolinja l-importanza li tiġi żgurata l-komplementarjetà tagħha mal-Garanzija għat-Tfal u mal-Istrateġija Ewropea għad-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità sabiex twieġeb għall-ħtiġijiet tat-tfal b'diżabilità u tipprovdi aċċess aħjar għas-servizzi ġenerali u għall-għajxien indipendenti; |
28. |
Jilqa' l-istabbiliment ta' mekkaniżmi ta' governanza, monitoraġġ, rapportar u evalwazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni tkompli timmonitorja l-progress fis-Semestru Ewropew, inkluż permezz ta' indikaturi ddedikati fit-Tabella ta' Valutazzjoni Soċjali, u toħroġ rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż fejn ikun meħtieġ; jistieden lill-Kummissjoni tinvolvi lill-Parlament fil-qafas komuni ta' monitoraġġ u fil-ħidma tal-Kumitat tal-Protezzjoni Soċjali; jenfasizza r-rwol importanti tal-Kumitat tar-Reġjuni u tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew fil-promozzjoni tad-djalogu mal-awtoritajiet lokali u reġjonali u mas-soċjetà ċivili; ifakkar fl-importanza li d-drittijiet u l-benesseri tat-tfal jiġu introdotti bħala parametri u indikaturi tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż fil-qafas tas-Semestru Ewropew u f'konformità mal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali; jistieden lill-Kummissjoni taġġusta l-Indikaturi tat-Tabella ta' Valutazzjoni Soċjali, inkluża data diżaggregata, biex tqis il-kategoriji kollha ta' tfal fil-bżonn identifikati mill-Kummissjoni, tkompli tiżviluppa valutazzjoni komparattiva għall-evalwazzjoni u l-monitoraġġ tal-impatt tal-Garanzija Ewropea għat-Tfal, u tfassal l-istruttura istituzzjonali għall-integrazzjoni tal-implimentazzjoni tagħha; |
29. |
Jistieden lill-Istati Membri jiżviluppaw kemm strateġiji nazzjonali pluriennali biex jindirizzaw il-faqar u l-esklużjoni soċjali fost it-tfal kif ukoll pjanijiet ta' azzjoni nazzjonali tal-Garanzija Ewropea għat-Tfal abbażi tal-gruppi speċifiċi ta' tfal fil-bżonn identifikati, l-objettivi u l-finanzjament meħtieġ li għandu jiġi allokat biex il-qafas ta' politika abilitanti jsir realtà; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu definiti miri b'saħħithom li jistgħu jitkejlu; ifakkar fl-importanza li jiġu involuti l-awtoritajiet reġjonali u lokali responsabbli u l-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha, inkluż fl-ekonomija soċjali, l-istituzzjonijiet edukattivi, is-settur privat, l-NGOs u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, kif ukoll it-tfal u l-ġenituri nfushom; jistieden lill-Kummissjoni tirrapporta regolarment lill-Parlament dwar kull progress fl-implimentazzjoni tal-garanzija; itenni l-ħtieġa li jittejjeb il-ġbir ta' data diżaggregata ta' kwalità kemm fil-livell tal-Istati Membri kif ukoll fil-livell tal-UE sabiex jgħin fil-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-progress bil-għan li jintemmu l-faqar u l-esklużjoni soċjali fost it-tfal u tingħata informazzjoni dwar il-monitoraġġ u t-tfassil ta' politika; jilqa', f'dan ir-rigward, l-inklużjoni ta' oqfsa nazzjonali għall-ġbir tad-data skont il-pjanijiet ta' azzjoni nazzjonali għall-implimentazzjoni tal-Garanzija għat-Tfal; jenfasizza l-ħtieġa li l-Istati Membri kollha jiżviluppaw indikaturi ta' kwalità aħjar fl-oqsma kollha ta' intervent tal-Garanzija għat-Tfal bil-għan li jifhmu b'mod adegwat l-isfidi multidimensjonali relatati mal-faqar fost it-tfal u l-esklużjoni soċjali fl-edukazzjoni u l-indukrar tat-tfal, il-kura tas-saħħa, l-akkomodazzjoni u l-aċċess għal nutrizzjoni adegwata u bil-ħsieb li tissaħħaħ is-sensibilizzazzjoni tagħha għat-tfal l-aktar żvantaġġati; itenni l-importanza li l-Istati Membri jitħallew jiskambjaw l-aħjar prattiki; |
30. |
Jistieden lill-Kunsill tadotta l-proposta għal rakkomandazzjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi Garanzija Ewropea għat-Tfal; |
31. |
Jistieden lill-Kunsill jiżblokka d-Direttiva dwar in-Nisa fuq il-Bordijiet; jisħaq li r-rappreżentanza tan-nisa fit-tmexxija fit-tmexxija tikkundizzjona lin-nisa u l-għażla tal-iskola u tal-karriera tan-nisa żgħażagħ u tikkontribwixxi biex jintemmu l-inugwaljanzi f'ċerti setturi tas-suq tax-xogħol fejn in-nisa huma anqas rappreżentati, kif ukoll biex jittejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol tas-setturi femminizzati; |
32. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri. |
(1) Testi adottati, P9_TA(2021)0020.
(2) ĠU L 57, 18.2.2021, p. 17.
(3) ĠU L 437, 28.12.2020, p. 30.
(4) Testi adottati, P9_TA(2021)0090.
(5) ĠU C 346, 27.9.2018, p. 156.
(6) ĠU C 366, 27.10.2017, p. 19
(7) Testi adottati, P9_TA(2020)0054.
(8) Testi adottati, P9_TA(2020)0371.
(9) wara li kkunsidra l-Kummenti Ġenerali tal-Kumitat tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal, b'mod partikolari, il-Kummenti Ġenerali Nru 5 dwar miżuri ġenerali ta' implimentazzjoni tal-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal, Nru 6 dwar it-trattament tat-tfal mhux akkumpanjati u separati barra mill-pajjiż ta' oriġini tagħhom; Nru 10 dwar id-drittijiet tat-tfal fil-ġustizzja għall-minorenni, Nru 12 dwar id-dritt li t-tfal jiġu mismugħa, Nru 13 dwar id-dritt tat-tfal li jkunu ħielsa minn kull forma ta' vjolenza, Nru 14 dritt tat-tfal li l-aħjar interessi tagħhom jkunu kunsiderazzjoni primarja, Nru 15 dwar id-dritt tat-tfal għat-tgawdija tal-ogħla standard ta' saħħa li jista' jinkiseb, u Nru 16 dwar l-obbligi tal-Istat rigward l-impatt tas-settur tan-negozju fuq id-drittijiet tat-tfal.
(10) Testi adottati, P9_TA(2019)0066.
(11) ĠU C 449, 23.12.2020, p. 2.
(12) Testi adottati, P9_TA(2020)0229.
(13) Testi adottati, P9_TA(2020)0156.
(15) Studju tal-Università ta' Pennsylvania dwar “High Return on Investment (ROI)” (Redditu Għoli fuq l-Investiment): https://www.impact.upenn.edu/early-childhood-toolkit/why-invest/what-is-the-return-on-investment/
(16) L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, “Combatting child poverty: An issue of fundamental rights” (Il-ġlieda kontra l-faqar fost it-tfal: Kwistjoni ta' drittijiet fundamentali), Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, il-Lussemburgu, 2018.
(17) UNICEF Study on the impact of parental deprivation on the children left behind by Moldovan migrants http://www.childrenleftbehind.eu/wp-content/uploads/2011/05/2008_UNICEF-CRIC-et.al_._Moldova_ParentalDeprivation1.pdf
(18) https://www.eea.europa.eu/data-and-maps/indicators/urban-waste-water-treatment/urban-waste-water-treatment-assessment-5
15.12.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 506/105 |
P9_TA(2021)0162
L-aċċessibbiltà u l-affordabbiltà tal-ittestjar għall-COVID-19
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2021 dwar l-aċċessibbiltà u l-affordabbiltà tal-ittestjar għall-COVID-19 (2021/2654(RSP))
(2021/C 506/16)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 4, 6, 9, 114, 153, 168, 169 u 191 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Marzu 2021 dwar qafas għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni ta' ċertifikati interoperabbli dwar il-vaċċinazzjoni, l-ittestjar u l-irkupru għall-faċilitazzjoni tal-moviment liberu waqt il-pandemija tal-COVID-19 (Ċertifikat Diġitali Aħdar) (COM(2021)0130), |
— |
wara li kkunsidra r-Regolamenti Internazzjonali tas-Saħħa attwali, |
— |
wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1595 tat-28 ta' Ottubru 2020 dwar l-istrateġiji tal-ittestjar għall-COVID-19, inkluż l-użu tat-testijiet tal-antiġeni rapidi (1), |
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri (2), |
— |
wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Jannar 2021 dwar qafas komuni għall-użu u l-validazzjoni ta' testijiet rapidi tal-antiġeni u r-rikonoxximent reċiproku tar-riżultati tat-testijiet tal-COVID-19 fl-UE (3); |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 132(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
A. |
billi kull ċittadin tal-Unjoni għandu d-dritt li jiċċaqlaq u jgħix liberament fit-territorju tal-Istati Membri, soġġett għal-limitazzjonijiet u l-kundizzjonijiet stabbiliti fit-Trattati u l-miżuri adottati biex ikollhom effett (4); |
B. |
billi l-ittestjar effettiv huwa meqjus bħala għodda deċiżiva biex titrażżan il-firxa tas-SARS-CoV-2 u l-varjanti ta' tħassib tiegħu, jiġu identifikati l-infezzjonijiet u jiġu limitati l-miżuri ta' iżolament u ta' kwarantina, u se jkompli jkollu rwol ewlieni fl-iffaċilitar tal-moviment liberu tal-persuni u biex jiġu żgurati t-trasport transfruntier u l-forniment transfruntier ta' servizzi matul il-pandemija; |
C. |
billi kapaċitajiet suffiċjenti ta' ttestjar u sekwenzjar huma indispensabbli għall-monitoraġġ tas-sitwazzjoni epidemjoloġika u l-identifikazzjoni rapida tal-emerġenza ta' aktar varjanti tas-SARS-CoV-2; |
D. |
billi l-Kummissjoni pproponiet pakkett leġiżlattiv għall-Unjoni Ewropea tas-Saħħa; |
E. |
billi l-aċċessibbiltà u l-affordabbiltà ta' dawn it-testijiet ivarjaw ħafna bejn l-Istati Membri, speċjalment fir-rigward tad-disponibbiltà ta' testijiet mingħajr ħlas għall-forza tax-xogħol tal-ewwel linja, inklużi l-ħaddiema fis-settur tas-saħħa, l-iskejjel, l-universitajiet u l-faċilitajiet tal-kura tat-tfal; |
F. |
billi l-Kummissjoni pproponiet qafas għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni ta' ċertifikat interoperabbli dwar il-vaċċinazzjoni, l-ittestjar u l-irkupru għall-faċilitazzjoni tal-moviment liberu waqt il-pandemija tal-COVID-19, imsejjaħ iċ-ċertifikat COVID-19 tal-UE; |
G. |
billi ċ-ċertifikat COVID-19 tal-UE jiffaċilita l-moviment liberu taċ-ċittadini u r-residenti tal-UE; billi ħafna Stati Membri għadhom qed jitolbu lill-persuni li jivvjaġġaw lejn it-territorju tagħhom biex jagħmlu test biex jaraw humiex infettati bil-COVID-19 qabel jew wara l-wasla; |
H. |
billi ċ-ċittadini u r-residenti tal-UE mhux se jkunu tlaqqmu kollha sa meta jidħol fis-seħħ ir-regolament dwar iċ-ċertifikat COVID-19 tal-UE, jew minħabba li t-tilqima tkun għadha ma ġietx offruta lilhom jew inkella minħabba li ma jistgħux jew ma jixtiqux jitlaqqmu, u għaldaqstant se jkollhom jiddependu fuq ċertifikati bbażati fuq l-ittestjar jew l-irkupru biex jiffaċilitawlhom il-moviment liberu; |
I. |
billi t-testijiet tal-amplifikazzjoni tal-aċidu nuklejku (NAAT) inklużi fil-lista mfassla abbażi tar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Jannar 2021 jiffurmaw parti integrali miċ-ċertifikati COVID-19 tal-UE previsti; |
J. |
billi l-ispejjeż tat-testijiet, il-kundizzjonijiet tax-xogħol prekarji u l-aċċess limitat għall-protezzjoni legali jfissru li l-ħaddiema staġonali jħabbtu wiċċhom ma' sfidi partikolari fir-rigward tal-ittestjar u l-awtoiżolament għall-benefiċċju tas-saħħa pubblika; |
K. |
billi l-COVID-19 laqat b'mod sproporzjonat lill-persuni vulnerabbli, lill-minoranzi etniċi, lir-residenti fid-djar tal-kura, lis-servizzi residenzjali għall-persuni anzjani, lill-persuni b'diżabbiltà u lill-persuni bla dar; billi l-popolazzjonijiet vulnerabbli jinsabu f'riskju akbar li jħabbtu wiċċhom ma' diskriminazzjoni finanzjarja meta ma jkollhomx possibbiltà li jirċievu testijiet mingħajr ħlas; |
L. |
billi l-ittestjar effettiv huwa wkoll komponent ewlieni tal-istrateġija li għandha l-għan li tagħti spinta lill-irkupru ekonomiku u tippermetti li l-attivitajiet edukattivi u soċjali jitwettqu bħas-soltu fl-Istati Membri sabiex il-libertajiet fundamentali jkunu jistgħu jiġu eżerċitati għalkollox; |
M. |
billi l-Istati Membri kollha jipprovdu t-tilqim kontra l-COVID-19 liċ-ċittadini u lir-residenti tagħhom mingħajr ħlas, iżda mhux l-Istati Membri kollha jipprovdu l-ittestjar b'xejn; billi ċ-ċittadini u r-residenti tal-Istati Membri l-oħra sikwit ikollhom iħallsu prezzijiet għoljin għat-testijiet tal-COVID-19, u dan jagħmel din l-għażla inaċċessibbli għal uħud minnhom, u jġib miegħu r-riskju li tinħoloq diskriminazzjoni bbażata fuq l-istatus soċjoekonomiku; |
N. |
billi biex jiġu evitati l-inugwaljanza u d-diskriminazzjoni fl-UE bejn ċittadini u residenti mlaqqma u dawk li ma jkunux imlaqqma, kemm l-ittestjar kif ukoll it-tilqim għandhom ikunu b'xejn; |
O. |
billi ċ-ċertifikati tat-test maħruġa mill-Istati Membri f'konformità maċ-ċertifikat COVID-19 tal-UE għandhom jiġu aċċettati mill-Istati Membri li jitolbu prova ta' test għal infezzjoni bil-COVID-19 fil-kuntest tar-restrizzjonijiet fuq il-moviment liberu fis-seħħ biex jiġi limitat it-tixrid tal-COVID-19; |
P. |
billi għandha tkun disponibbli f'post wieħed informazzjoni ċara u faċli għall-utent dwar id-disponibbiltà tal-ittestjar tal-COVID-19 fl-Istati Membri kollha, u fejn l-ittestjar b'xejn mhuwiex offrut, dwar il-prezzijiet; |
Q. |
billi nuqqas ta' kapaċità tal-ittestjar u l-kwistjoni tal-affordabbiltà tal-ittestjar għall-COVID-19 jippreżentaw sfidi għall-indirizzar effettiv tal-pandemija u jikkostitwixxu ostaklu sinifikanti għall-moviment liberu fi ħdan l-UE, għall-fini ta' xogħol, ta' divertiment, ta' riunifikazzjoni tal-familja jew fini ieħor; |
R. |
billi 17-il miljun ċittadin tal-UE jaħdmu jew jgħixu barra mill-Istat Membru tagħhom u billi ħafna miljuni jgħixu f'żoni periferiċi jew tal-fruntiera u jkollhom jaqsmu fruntiera b'mod regolari, anke fuq bażi ta' kuljum; billi dawn iċ-ċittadini ġew milquta wkoll b'mod sproporzjonat mid-diffikultà u l-ispiża biex jiġu ttestjati; billi r-rekwiżiti tal-ittestjar jew tal-kwarantina għadhom qed joħolqu dewmien għat-trasport transfruntiera tal-merkanzija u għall-forniment ta' servizzi fiżiċi transfruntiera, u jżidu l-ispejjeż tagħhom; |
S. |
billi vjaġġaturi oħra wkoll jistgħu jħabbtu wiċċhom ma' diversi ostakli, inklużi ostakli finanzjarji u rekwiżiti kkumplikati kkawżati mir-rekwiżiti tal-ittestjar tal-COVID-19; |
T. |
billi fil-pandemija attwali ttieħdu firxa wiesgħa ta' miżuri, anke miżuri eċċezzjonali, biex jappoġġaw lill-pubbliku ġenerali u lill-ekonomija tal-UE; |
U. |
billi l-moviment liberu fil-prinċipju huwa dritt taċ-ċittadini kollha tal-UE, u fi żminijiet ta' kriżi għandha tittieħed kull miżura biex jiġi żgurat li l-Ewropej kollha jkunu jistgħu jgawdu dak id-dritt b'mod ugwali; |
V. |
billi l-Kummissjoni akkwistat b'mod konġunt il-vaċċini kontra l-COVID-19 f'isem l-Istati Membri kollha, filwaqt li żgurat l-aċċessibbiltà u baxxiet il-prezzijiet għal kulħadd; |
W. |
billi fit-18 ta' Diċembru 2020 il-Kummissjoni ffirmat kuntratt qafas ma' Abbott and Roche għax-xiri ta' aktar minn 20 miljun test rapidu tal-antiġeni, u dan jagħmel it-testijiet disponibbli għall-Istati Membri kollha; |
X. |
billi f'każijiet eċċezzjonali, l-intervent fis-suq (temporanju) huwa meħtieġ u ġġustifikat biex jelimina l-ostakoli għall-moviment ħieles fis-suq uniku, biex jiżgura l-kompetizzjoni ġusta u l-provvista ta' prodotti u servizzi essenzjali; |
1. |
Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw ittestjar universali, aċċessibbli, f'waqtu u mingħajr ħlas sabiex jiggarantixxu d-dritt għall-moviment liberu fl-UE mingħajr diskriminazzjoni abbażi ta' mezzi ekonomiċi jew finanzjarji fil-kuntest taċ-ċertifikat COVID-19 tal-UE, f'konformità mal-Artikolu 3 tal-mandat tal-Parlament għan-negozjati dwar il-proposta għal Ċertifikat Diġitali Aħdar (5); jissottolinja t-theddida ta' diskriminazzjoni finanzjarja li altrimenti jiġu soġġetti għaliha ċ-ċittadini u r-residenti tal-UE li ma jkunux imlaqqma ladarba jiġi implimentat iċ-ċertifikat COVID-19 tal-UE; |
2. |
Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw ittestjar mingħajr ħlas, b'mod partikolari għall-forza tax-xogħol tal-ewwel linja, inklużi l-ħaddiema tas-saħħa u l-pazjenti tagħhom, u għall-iskejjel, l-universitajiet u l-faċilitajiet għall-indukrar tat-tfal; |
3. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jintroduċu limitu temporanju fuq il-prezzijiet tat-testijiet tal-COVID-19 li ma jittiħdux biex jinkiseb ċertifikat COVID-19 tal-UE jew fil-kuntest taċ-ċirkostanzi deskritti fil-paragrafu 2; |
4. |
Jenfasizza li ċ-ċertifikati COVID-19 tal-UE bbażati fuq test tal-amplifikazzjoni tal-aċidu nuklejku m'għandhomx jikkawżaw aktar inugwaljanzi u distakki soċjali; jissottolinja li aċċess ġust u ekwu għall-ittestjar huwa imperattiv; |
5. |
Iħeġġeġ lill-Istati Membri, sadanittant, biex ikomplu jimplimentaw ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1595 biex jiżguraw approċċ komuni u strateġiji tal-ittestjar aktar effiċjenti fl-UE kollha, kif ukoll biex jimplimentaw għalkollox ir-regolament dwar iċ-ċertifikat COVID-19 tal-UE, ladarba jiġi adottat; |
6. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw finanzjament suffiċjenti u jkomplu bl-isforzi tagħhom skont l-inkubatur tal-Awtorità għar-Rispons f'Każ ta' Emerġenza tas-Saħħa (HERA) biex jiżviluppaw ittestjar innovattiv u mhux invażiv għat-tfal u għall-gruppi vulnerabbli, inkluż għall-varjanti; |
7. |
Jissottolinja li l-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom juru impenn aktar sod lejn il-protezzjoni taċ-ċittadini u r-residenti tagħhom, li d-dritt tagħhom għal-libertà ta' moviment m'għandux jiddependi mill-istatus soċjoekonomiku tagħhom; |
8. |
Jistieden lill-Kummissjoni timmobilizza r-riżorsi tagħha biex tiffaċilita implimentazzjoni finanzjarjament ġusta u antidiskriminatorja taċ-ċertifikat COVID-19 tal-UE interoperabbli; |
9. |
Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex b'mod konġunt jakkwistaw kits tat-testijiet dijanjostiċi u jiffirmaw kuntratti konġunti mal-fornituri ta' servizzi ta' laboratorji ta' analiżi medika biex iżidu l-kapaċità tal-ittestjar tal-COVID-19 fil-livell tal-UE; jenfasizza l-ħtieġa li jiġi żgurat livell għoli ta' trasparenza u skrutinju fl-akkwist fil-qasam tas-saħħa; jenfasizza li huwa ta' importanza vitali li jiġi żgurat li l-Kummissjoni tirriżerva baġit suffiċjenti biex takkwista t-tagħmir imsemmi f'dan il-paragrafu biex tkun tista' tieħu azzjoni rapida u konvinċenti; |
10. |
Jilqa' l-fatt li l-Kummissjoni pprevediet flessibbiltà biex tħaffef il-formalitajiet doganali u tirrinunzja l-VAT fuq il-kits għall-ittestjar tal-COVID-19; |
11. |
Jistieden lill-Istati Membri jagħmluha possibbli għall-professjonisti tas-saħħa u għalll-operaturi mħarrġa biex jiġbru d-data tal-ittestjar u jirrappurtawha lill-awtoritajiet rilevanti; jenfasizza l-importanza li jsir adattament tal-kapaċità tal-ittestjar skont l-aħħar data epidemjoloġika u jenfasizza li r-riżultati tat-testijiet kollha għandhom jiġu rrappurtati, anke jekk it-testijiet ikunu saru jitwettqu f'ċentri jew strutturi tat-testijiet li ma jkunux akkreditati; |
12. |
Jistieden lill-Kummissjoni tappoġġa lill-Istati Membri billi tattiva l-Istrument għall-Appoġġ ta' Emerġenza biex jiġu koperti l-ispejjeż tal-ittestjar tal-COVID-19, filwaqt li titlob kontribuzzjonijiet volontarji mill-Istati Membri, tassigura finanzjament addizzjonali għal ftehimiet ta' xiri bil-quddiem u tiżgura li l-vaċċini jiġu pprovduti b'xejn; jistenna li dan l-isforz konġunt jintuża biex inebbaħ biex tiżdied id-disponibbiltà tal-ittestjar mingħajr ħlas għaċ-ċittadini u r-residenti tal-UE; |
13. |
Jistieden lill-Kummissjoni tinkludi informazzjoni ċara dwar id-disponibbiltà u l-faċilitajiet tal-ittestjar għall-COVID-19 fl-Istati Membri kollha fuq is-sit web Re-open EU u b'rapidità tħejji għall-użu applikazzjoni (app) li tgħin lill-utenti jsibu l-post tal-faċilità tal-ittestjar għall-COVID-19 li tkun l-eqreb għalihom; jistieden lill-Kummissjoni tagħmel dan it-tip ta' informazzjoni faċilment aċċessibbli permezz ta' interfaċċa għall-ipprogrammar tal-applikazzjonijiet, sabiex l-operaturi tal-ivvjaġġar ikunu jistgħu jikkondividu din l-informazzjoni faċilment mal-klijenti tagħhom; |
14. |
Iħeġġeġ lill-Istati Membri jżidu l-kapaċitajiet tal-ittestjar fl-UE kollha, kemm għal testijiet tal-amplifikazzjoni tal-aċidu nuklejku kif ukoll għal testijiet rapidi tal-antiġeni, speċjalment fil-hubs ewlenin tat-trasport u fid-destinazzjonijiet turistiċi, inkluż f'reġjuni remoti u gżejjer u f'reġjuni tal-fruntiera, billi jużaw unitajiet tal-ittestjar mobbli u jikkondividu l-faċilitajiet tal-laboratorji; |
15. |
Jistieden lill-Kummissjoni tappoġġa lill-awtoritajiet nazzjonali fit-twaqqif ta' ċentri tal-ittestjar, bil-għan li tiġi żgurata l-prossimità fiżika; |
16. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni u lill-Kunsill, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri. |
(1) ĠU L 360, 30.10.2020, p. 43.
(2) ĠU L 158, 30.4.2004, p. 77.
(4) Id-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsilll tad-29 ta' April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju ta' l-Istati Membri, ĠU L 158, 30.4.2004, p. 77.
(5) Testi adottati, P9_TA(2021)0145.
RAKKOMANDAZZJONIJIET
Il-Parlament Ewropew
Il-Ħamis 29 ta’ April 2021
15.12.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 506/109 |
P9_TA(2021)0163
Relazzjonijiet UE-Indja
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2021 dwar rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà rigward ir-relazzjonijiet UE-Indja (2021/2023(INI))
(2021/C 506/17)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-Laqgħa tal-Mexxejja UE-Indja li jmiss imħabbra għat-8 ta' Mejju 2021 f'Porto, il-Portugall, |
— |
wara li kkunsidra s-Sħubija Strateġika UE-Indja stabbilita fl-2004, |
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Kooperazzjoni UE-Indja tal-1994, |
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta u s-Sħubija Strateġika UE-Indja: Pjan Direzzjonali għall-2025 (1) adottati fis-summit virtwali UE-Indja fil-15 ta' Lulju 2020, kif ukoll għad-dikjarazzjonijiet konġunti l-oħra ffirmati reċentement, inkluż fl-oqsma tal-ġlieda kontra t-terroriżmu, il-klima u l-enerġija, l-urbanizzazzjoni, il-migrazzjoni u l-mobilità u s-sħubija dwar l-ilma, |
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni Konġunta tal-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ) u l-Kummissjoni tal-20 ta' Novembru 2018 intitolata “Elementi għal strateġija tal-UE dwar l-Indja” (JOIN(2018)0028), u l-konklużjonijiet relatati tal-Kunsill dwar l-Istrateġija tal-UE dwar l-Indja tal-10 ta' Diċembru 2018 (14634/18), |
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni Konġunta tal-VP/RGħ u tal-Kummissjoni tad-19 ta' Settembru 2018 intitolata “Konnessjoni bejn l-Ewropa u l-Asja – Elementi fundamentali għal Strateġija tal-UE” (JOIN(2018)0031) u l-konklużjonijiet relatati tal-Kunsill tal-15 ta' Ottubru 2018 (13097/18), |
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-Kooperazzjoni Msaħħa tal-UE fis-Sigurtà fl-Asja u mal-Asja tat-28 ta' Mejju 2018 (9265/1/18 REV 1), |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta' Settembru 2001 intitolata “L-Ewropa u l-Asja: Qafas Strateġiku għal Sħubijiet Imsaħħa” (COM(2001)0469), |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament futur li jistabbilixxi l-Istrument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali 2021-2027 (2018/0243(COD)), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-20 ta' Jannar 2021 dwar l-implimentazzjoni tal-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni – rapport annwali 2020 (2), tal-21 ta' Jannar 2021 dwar il-konnettività u r-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Asja (3) u tat-13 ta' Settembru 2017 dwar ir-relazzjonijiet politiċi tal-UE mal-Indja (4), kif ukoll ir-riżoluzzjonijiet preċedenti l-oħra tiegħu dwar l-Indja, inklużi dawk dwar każijiet ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija u l-istat tad-dritt, |
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tiegħu tat-28 ta' Ottubru 2004 lill-Kunsill dwar ir-relazzjonijiet UE-Indja (5), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta' Settembru 2005 dwar ir-relazzjonijiet UE-Indja: Sħubija Strateġika (6), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' April 2016 dwar l-UE f'ambjent globali jinbidel – dinja iktar konnessa, kontestata u kumplessa (7), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Mejju 2012 dwar il-piraterija marittima (8), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta' Ottubru 2016 dwar is-sigurtà nukleari u n-nonproliferazzjoni (9), |
— |
wara li kkunsidra l-10 Laqgħa ta' Sħubija Parlamentari Asja-Ewropa (ASEP10) li saret fi Brussell fis-27 u t-28 ta' Settembru 2018, u d-dikjarazzjoni rispettiva adottata, u l-11-il Laqgħa ta' Sħubija Parlamentari Asja-Ewropa (ASEP11) li saret fi Phnom Penh, il-Kambodja fis-26 u s-27 ta' Mejju 2021, |
— |
wara li kkunsidra d-Djalogu UE-Indja ta' Livell Għoli dwar il-kummerċ u l-investiment, li l-ewwel laqgħa tiegħu saret fil-5 ta' Frar 2021, |
— |
wara li kkunsidra l-missjoni li l-Kumitat għall-Affarijiet Barranin tiegħu għamel fl-Indja fil-21 u t-22 ta' Frar 2017, |
— |
wara li kkunsidra l-Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija 2020-2024, |
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-22 ta' Frar 2021 dwar il-prijoritajiet tal-UE fil-fora tan-NU dwar id-drittijiet tal-bniedem fl-2021, |
— |
wara li kkunsidra l-linji gwida tematiċi tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem, inklużi dawk dwar id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u dwar il-protezzjoni u l-promozzjoni tal-libertà tar-reliġjon jew tat-twemmin, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 118 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, u wara li kkunsidra l-kompetenzi tiegħu skont l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A9-0124/2021), |
A. |
billi l-UE u l-Indja se jsejħu laqgħa tal-mexxejja fit-8 ta' Mejju 2021 f'Porto, il-Portugall, wara l-impenn tagħhom li jiltaqgħu regolarment fl-ogħla livell u li jsaħħu s-sħubija strateġika stabbilita fl-2004, bil-ħsieb li tittejjeb il-kooperazzjoni ekonomika u politika; |
B. |
billi s-sħubija strateġika UE-Indja kisbet momentum f'dawn l-aħħar snin, u dan jirrifletti rieda politika mġedda biex tissaħħaħ id-dimensjoni strateġika tagħha u, wara li evolviet minn sħubija ekonomika għal relazzjoni li tespandi f'għadd ta' setturi, li tirrifletti l-poter ġeopolitiku tal-Indja li qed jiżdied u l-valuri demokratiċi kondiviżi; |
C. |
billi l-UE u l-Indja, bħala l-akbar żewġ demokraziji fid-dinja, jikkondividu rabtiet politiċi, ekonomiċi, soċjali u kulturali b'saħħithom; billi, madankollu, ir-relazzjonijiet bilaterali għadhom ma laħqux il-potenzjal sħiħ tagħhom u jeħtieġu impenn politiku akbar; billi l-mexxejja tal-UE u tal-Indja affermaw id-determinazzjoni tagħhom li jippreservaw u jippromwovu multilateraliżmu effettiv u ordni multilaterali bbażat fuq ir-regoli bin-NU u l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) fil-qalba tagħhom; |
D. |
billi l-importanza reġjonali u globali tal-Indja qed tikber, u saħħet dejjem aktar il-pożizzjoni tagħha bħala donatur kif ukoll potenza ekonomika u militari; billi l-Presidenza tal-Indja tal-G20 fl-2023 u s-sħubija tagħha fil-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU fl-2021-2022 u fil-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU fl-2019-2021 saħħew mill-ġdid il-ħtieġa li tissaħħaħ il-koordinazzjoni dwar il-governanza globali u li tiġi promossa aktar viżjoni kondiviża ta' multilateraliżmu bbażat fuq ir-regoli; |
E. |
billi l-qafas strateġiku tal-UE mogħti fl-Istrateġija Globali tagħha, l-Istrateġija tagħha dwar l-Indja, l-Istrateġija tagħha għall-Konnettività UE-Asja u l-Istrateġija Indo-Paċifika emerġenti enfasizzaw l-importanza vitali tal-kooperazzjoni mal-Indja fuq l-aġenda globali tal-UE; billi l-kooperazzjoni bilaterali u multilaterali fil-kuntest attwali ta' riskji globali akbar u ż-żieda fil-kompetizzjoni tal-poter kbir għandu jinkludu t-tisħiħ tas-sigurtà internazzjonali, it-tisħiħ tal-istat ta' tħejjija u r-reazzjonijiet għal emerġenzi tas-saħħa globali, bħall-pandemija attwali tal-COVID-19, it-tisħiħ tal-istabilità ekonomika globali u t-tkabbir inklużiv, u l-implimentazzjoni tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-NU; |
F. |
billi l-Indja tgawdi minn ekonomija b'saħħitha u li qed tikber; billi l-UE hija s-sieħeb kummerċjali ewlieni tal-Indja, filwaqt li l-Indja hija d-9 l-akbar sieħeb kummerċjali tal-UE; billi l-Oċean Indjan huwa żona ta' importanza strateġika għall-kummerċ globali u ta' interess ekonomiku u strateġiku vitali kemm għall-UE kif ukoll għall-Indja; billi l-UE u l-Indja għandhom interessi reċiproċi qawwija fl-Indo-Paċifiku, li jiffukaw fuq is-sostenn tiegħu bħala żona ta' kompetizzjoni ġusta, linji marittimi ta' komunikazzjoni (SLOC) bla xkiel, stabilità u sigurtà; |
G. |
billi l-konnettività għandha tikkostitwixxi element importanti ta' aġenda strateġika reċiproka bejn l-UE u l-Indja f'konformità mal-Istrateġija dwar il-Konnessjoni UE-Asja; billi fl-aħħar summit UE-Indja kien hemm qbil dwar prinċipji ta' konnettività sostenibbli, u li jiġu esplorati modi biex tittejjeb il-konnettività UE-Indja u l-konnettività konsegwenti ma' pajjiżi terzi, inkluż fir-reġjun Indo-Paċifiku; billi l-komprensività tal-konnettività hija limitata mhux biss għall-infrastruttura fiżika bħat-toroq u l-ferroviji, iżda wkoll għar-rotot marittimi, l-infrastruttura diġitali u l-aspetti ambjentali, b'enfasi partikolari fuq il-Patt Ekoloġiku tal-UE; billi l-konnettività għandha rwol ġeopolitiku u trasformattiv, kif ukoll taġixxi bħala mezz sostenibbli ta' tkabbir u impjiegi; |
H. |
billi hija meħtieġa tmexxija UE-Indja biex tippromwovi diplomazija klimatika effettiva, impenn globali għall-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Pariġi u l-protezzjoni globali tal-klima u tal-ambjent; |
I. |
billi osservaturi tad-drittijiet tal-bniedem lokali u internazzjonali jirrapportaw li d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u l-ġurnalisti fl-Indja ma għandhomx ambjent tax-xogħol sikur; billi, f'Ottubru 2020, il-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem, Michelle Bachelet, appellat lill-Gvern tal-Indja biex jissalvagwardja d-drittijiet tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u tal-NGOs, filwaqt li qajjmet tħassib dwar l-ispazju li qed jiċkien għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, id-detenzjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u l-akkużi miġjuba kontra persuni talli sempliċement eżerċitaw id-dritt tagħhom għal-libertà ta' espressjoni u ta' għaqda paċifika, kif ukoll dwar l-użu ta' liġijiet biex joħonqu d-dissens, bħall-Att dwar ir-Regolamentazzjoni tal-Kontributi Barranin (FCRA) u l-Att dwar il-Prevenzjoni ta' Attivitajiet Illegali; |
J. |
billi Amnesty International kienet imġiegħla tagħlaq l-uffiċċji tagħha fl-Indja wara li l-kontijiet bankarji tagħha ġew iffriżati fuq allegat ksur tal-FCRA, u tliet rapporteurs speċjali tan-NU talbu li l-liġi tiġi emendata f'konformità mal-obbligi tad-drittijiet tal-Indja skont id-dritt internazzjonali; |
K. |
billi l-gruppi tas-soċjetà ċivili jirrapportaw li n-nisa fl-Indja jiffaċċjaw għadd ta' sfidi u ksur serji tad-drittijiet tagħhom, inklużi dawk relatati ma' prattiki kulturali, tribali u tradizzjonali, il-vjolenza u l-fastidju sesswali, u t-traffikar tal-bnedmin; billi n-nisa li ġejjin minn minoranzi reliġjużi jiffaċċjaw vulnerabilità doppja, li hija aggravata aktar fil-każ ta' nisa minn kasta b'livell iktar baxx; |
L. |
billi, minkejja li hija pprojbita, id-diskriminazzjoni bbażata fuq il-kasti għadha problema sistemika fl-Indja, inkluż fis-sistema tal-amministrazzjoni tal-ġustizzja kriminali, li tipprevjeni lid-Daliti milli jkollhom aċċess għall-impjiegi, l-edukazzjoni, il-kura tas-saħħa u l-allokazzjonijiet baġitarji għall-iżvilupp tad-Dalit; |
M. |
billi l-Indja hija wieħed mill-pajjiżi l-aktar milquta mill-pandemija l-ġdida tal-COVID-19, b'aktar minn 11-il miljun każ ikkonfermat u aktar minn 150 000 mewta, u billi l-Gvern Indjan ħa inizjattiva biex jagħti miljuni ta' vaċċini lil pajjiżi fil-viċinat immedjat tiegħu u nazzjonijiet sħab ewlenin fl-Oċean Indjan; |
1.
Jirrakkomanda li l-Kunsill, il-Kummissjoni u l-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà:
Ir-relazzjonijiet ġenerali UE-Indja
(a) |
ikomplu t-titjib u l-approfondiment tar-relazzjonijiet UE-Indja bħala sħab strateġiċi, u jsostnu l-impenn għal djalogi regolari f'diversi livelli, inklużi summits; |
(b) |
jikkonsolidaw il-progress li sar fis-Sħubija Strateġika wara s-summit tas-sena li għaddiet u jagħmlu progress tanġibbli fuq kwistjonijiet ta' prijorità, b'mod partikolari s-saħħa globali reżiljenti, it-tibdil fil-klima u t-tkabbir ekoloġiku, id-diġitalizzazzjoni u t-teknoloġiji l-ġodda, il-konnettività, il-kummerċ u l-investiment, il-politika barranija, ta' sigurtà u ta' difiża, u d-drittijiet tal-bniedem; |
(c) |
jibqgħu impenjati lejn l-Istrateġija tal-UE dwar l-Indja tal-2018 u l-Pjan Direzzjonali UE-Indja sal-2025 u jimplimentawhom bis-sħiħ f'koordinazzjoni mal-impenn tal-Istati Membri stess mal-Indja; jistabbilixxu kriterji ċari u pubbliċi għall-kejl tal-progress fil-pjan direzzjonali; jiżguraw is-sorveljanza parlamentari tal-politika tal-UE dwar l-Indja permezz ta' skambji regolari mal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin tiegħu; |
(d) |
jisfruttaw il-potenzjal sħiħ tar-relazzjoni bilaterali bejn l-akbar żewġ demokraziji fid-dinja; itennu l-ħtieġa għal sħubija aktar profonda bbażata fuq il-valuri kondiviżi tal-libertà, id-demokrazija, il-pluraliżmu, l-istat tad-dritt, l-ugwaljanza, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, l-impenn għall-promozzjoni ta' ordni globali inklużiv, koerenti u bbażat fuq ir-regoli, il-multilateraliżmu effettiv u l-iżvilupp sostenibbli, il-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, u l-promozzjoni tal-paċi u l-istabilità dinjija; |
(e) |
jenfasizzaw l-importanza tal-Indja bħala sieħeb fil-ġlieda globali kontra t-tibdil fil-klima u d-degradazzjoni tal-bijodiversità u fit-tranżizzjoni ekoloġika lejn l-enerġija rinnovabbli u n-newtralità klimatika; jikkonsolidaw pjanijiet kondiviżi għall-implimentazzjoni sħiħa tal-Ftehim ta' Pariġi u l-kontributi determinati fil-livell nazzjonali tiegħu, u għad-diplomazija konġunta dwar il-klima; |
(f) |
jirrilanċjaw it-talba tal-Kunsill tal-2018 għall-modernizzazzjoni tal-arkitettura istituzzjonali tal-ftehim ta' kooperazzjoni UE-Indja tal-1994 f'konformità mal-aspirazzjonijiet u l-isfidi globali komuni l-ġodda. isaħħu mill-ġdid l-idea tan-negozjar ta' Ftehim ta' Sħubija Strateġika b'dimensjoni parlamentari b'saħħitha li tippromwovi l-kuntatti u l-kooperazzjoni fil-livell tal-istat fejn xieraq; |
(g) |
jippromwovu djalogu interparlamentari strutturat, inkluż billi tiġi mħeġġa n-naħa Indjana biex tistabbilixxi kontroparti permanenti fil-Lok Sabha u fir-Rajya Sabha għad-Delegazzjoni tal-Parlament Ewropew għar-Relazzjonijiet mar-Repubblika tal-Indja u billi jiġu promossi l-kuntatti bejn il-kumitati; |
(h) |
jiżguraw il-konsultazzjoni attiva u regolari u l-involviment tas-soċjetà ċivili tal-UE u dik Indjana, inklużi trade unions, organizzazzjonijiet ibbażati fuq it-twemmin, organizzazzjonijiet femministi u LGBTQI, organizzazzjonijiet ambjentalisti, kmamar tal-kummerċ u partijiet ikkonċernati oħra fl-iżvilupp, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tar-relazzjonijiet UE-Indja; ifittxu l-istabbiliment ta' Pjattaforma tas-Soċjetà Ċivili UE-Indja għal dak il-għan u ta' Summit taż-Żgħażagħ UE-Indja bħala avveniment parallel f'summits futuri bejn l-UE u l-Indja, sabiex jissaħħu r-relazzjonijiet bejn il-ġenerazzjonijiet iż-żgħar; |
(i) |
jikkonsolidaw l-isforzi diplomatiċi pubbliċi tal-UE biex jittejjeb il-fehim reċiproku fost l-UE, l-Istati Membri tagħha u l-Indja u biex tingħata għajnuna għat-tisħiħ tal-għarfien fuq iż-żewġ naħat, bl-involviment tal-akkademiċi, il-gruppi ta' riflessjoni u r-rappreżentanti minn madwar l-UE u l-Indja; |
Il-kooperazzjoni fil-politika estera u ta' sigurtà
(j) |
jippromwovu sinerġija akbar fil-politika estera u ta' sigurtà permezz tal-mekkaniżmi ta' djalogu rilevanti eżistenti u fil-fora stabbiliti fil-Pjan Direzzjonali UE-Indja sal-2025, u fid-dawl tal-enfasi strateġika reċenti tal-UE fuq kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tas-sigurtà fl-Asja u magħha, fejn l-Indja għandha rwol dejjem iktar importanti u strateġiku; |
(k) |
jenfasizzaw li impenn akbar UE-Indja fil-qasam tas-sigurtà u d-difiża m'għandux jitqies bħala li jikkontribwixxi għall-polarizzazzjoni fiż-żona Indo-Paċifika, iżda pjuttost bħala li jippromwovi s-sigurtà, l-istabilità u l-iżvilupp paċifiku kondiviżi; |
(l) |
jenfasizzaw il-ħtieġa għal koordinazzjoni tematika aktar mill-qrib tal-politiki ta' sigurtà internazzjonali u għal azzjoni f'oqsma bħas-sigurtà nukleari u n-nonproliferazzjoni u l-kontroll tal-armi ta' qerda massiva, il-mitigazzjoni ta' armi kimiċi, bijoloġiċi u radjoloġiċi, il-promozzjoni tal-prevenzjoni tal-kunflitti reġjonali u l-bini tal-paċi, il-ġlieda kontra l-piraterija, is-sigurtà marittima, il-ġlieda kontra t-terroriżmu (inkluża l-ġlieda kontra r-radikalizzazzjoni, il-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu), l-estremiżmu vjolenti, il-kampanji ta' diżinformazzjoni, iċ-ċibersigurtà, it-theddid ibridu u l-ispazju extratmosferiku; jenfasizzaw l-importanza tad-Djalogu UE-Indja dwar il-Ġlieda Kontra t-Terroriżmu; isaħħu r-relazzjonijiet u l-iskambji bejn il-militar sabiex tissaħħaħ is-sħubija strateġika UE-Indja; |
(m) |
jirrimarkaw li l-UE u l-Indja huma tnejn mill-akbar kontributuri għaż-żamma tal-paċi tan-NU u huma impenjati favur paċi sostenibbli; jinkoraġġixxu diskussjoni u inizjattivi lejn it-twessigħ tal-kooperazzjoni fiż-żamma tal-paċi; |
(n) |
jieħdu nota pożittiva tas-sitt konsultazzjonijiet UE-Indja regolari dwar id-diżarm u n-nonproliferazzjoni li saru, u jinkoraġġixxu lill-Indja ssaħħaħ il-kooperazzjoni reġjonali u tieħu passi konkreti f'dan ir-rigward; jirrikonoxxu li l-Indja ngħaqdet ma' tliet reġimi multilaterali ta' kontroll tal-esportazzjoni relatati mal-proliferazzjoni ewlenin u jinkoraġġixxu sħubija UE-Indja aktar mill-qrib f'dawn il-fora; |
(o) |
jikkoordinaw pożizzjonijiet u inizjattivi f'fora multilaterali, b'mod partikolari n-NU, id-WTO u l-G20, billi jinsistu għal objettivi konġunti f'konformità mal-valuri u l-istandards internazzjonali kondiviżi, iżidu d-djalogu u jallinjaw b'mod effettiv il-pożizzjonijiet fid-difiża tal-multilateraliżmu u ordni internazzjonali bbażat fuq ir-regoli; jimpenjaw ruħhom f'diskussjonijiet dwar riforma tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU u l-metodi ta' ħidma u jappoġġaw it-talba tal-Indja għal sħubija permanenti f'Kunsill tas-Sigurtà tan-NU riformat; |
(p) |
jippromwovu l-prevenzjoni tal-kunflitti u l-kooperazzjoni ekonomika billi jappoġġaw inizjattivi ta' integrazzjoni reġjonali fl-Asja tan-Nofsinhar, inkluż fi ħdan l-Assoċjazzjoni tal-Asja tan-Nofsinhar għall-Kooperazzjoni Reġjonali (SAARC); |
(q) |
jużaw l-esperjenza reġjonali estensiva tal-Indja u l-approċċi eżistenti tal-Istati Membri tal-UE għar-reġjun Indo-Paċifiku sabiex jiżviluppaw strateġija Ewropea Indo-Paċifika proattiva, komprensiva u realistika bbażata fuq il-prinċipji, il-valuri u l-interessi kondiviżi, inkluż id-dritt ekonomiku u internazzjonali; ifittxu l-koordinazzjoni, fejn xieraq, tal-politiki tal-UE u dawk Indjani dwar ir-reġjun Indo-Paċifiku u jestendu l-kooperazzjoni biex tkopri l-oqsma kollha ta' interess komuni; iqisu kif xieraq l-għażliet ta' politika sovrana ta' pajjiżi oħra fir-reġjun u r-relazzjonijiet bilaterali tal-UE magħhom; |
(r) |
jippromwovu azzjoni konġunta ambizzjuża, b'miżuri speċifiċi, fil-koordinazzjoni tal-iżvilupp u l-għajnuna umanitarja, inkluż fil-Lvant Nofsani u fl-Afrika, kif ukoll fit-tisħiħ tal-proċessi demokratiċi u l-ġlieda kontra x-xejriet awtoritarji u kull tip ta' estremiżmu, inkluż l-estremiżmu nazzjonalist u l-estremiżmu reliġjuż; |
(s) |
jippromwovu azzjoni konġunta fil-koordinazzjoni tas-sigurtà alimentari u l-operazzjonijiet ta' għajnuna f'każ ta' diżastru, f'konformità mal-prinċipji umanitarji kif minquxa fid-dritt umanitarju internazzjonali, inklużi l-imparzjalità, in-newtralità u n-nondiskriminazzjoni fl-għoti tal-għajnuna; |
(t) |
jinnotaw li l-UE qed issegwi mill-qrib is-sitwazzjoni fil-Kashmir; itennu l-appoġġ tal-UE għall-istabilità u t-tnaqqis tat-tensjoni bejn l-Indja u l-Pakistan, li t-tnejn li huma huma stati ta' armi nukleari, u jibqgħu impenjati li jirrispettaw id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali; jippromwovu l-implimentazzjoni tar-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU u r-rapporti tal-UNHCR dwar il-Kashmir; jistiednu lill-Indja u lill-Pakistan jikkunsidraw il-benefiċċji umani, ekonomiċi u politiċi enormi li ġġib magħha s-soluzzjoni ta' dan il-kunflitt; |
(u) |
iġeddu l-isforzi tal-UE għat-tqarrib u r-restawr ta' relazzjonijiet tajba ta' viċinat bejn l-Indja u l-Pakistan, abbażi tal-prinċipji tad-dritt internazzjonali, permezz ta' djalogu komprensiv u approċċ pass pass, li jibda b'miżuri għall-bini tal-fiduċja; jilqgħu, fid-dawl ta' dan, id-Dikjarazzjoni Konġunta bejn l-Indja u l-Pakistan dwar il-Waqfien mill-Ġlied tal-25 ta' Frar 2021 bħala pass importanti fl-istabbiliment tal-paċi u l-istabilità reġjonali; jissottolinjaw l-importanza tad-dimensjoni bilaterali fil-ħidma biex jiġu stabbiliti paċi u kooperazzjoni dejjiema bejn l-Indja u l-Pakistan, li jikkontribwixxu b'mod pożittiv għas-sigurtà u l-iżvilupp ekonomiku tar-reġjun; jissottolinjaw ir-responsabilità għall-bini tal-paċi li hija d-dmir taż-żewġ stati bħala potenzi nukleari; |
(v) |
jirrikonoxxu l-appoġġ fit-tul tal-Indja lill-Afganistan u l-impenn tagħha għall-isforzi ta' bini tal-paċi ċċentrati fuq in-nies u mmexxija lokalment; jaħdmu flimkien mal-Indja u ma' stati reġjonali oħra biex jippromwovu l-istabbilizzazzjoni, is-sigurtà, ir-riżoluzzjoni paċifika tal-kunflitti u l-valuri demokratiċi, inklużi d-drittijiet tan-nisa, fil-pajjiż; itennu li Afganistan paċifiku u prosperu jkun ta' benefiċċju għar-reġjun usa'; |
(w) |
jissottolinjaw li l-preservazzjoni tal-paċi, l-istabilità u l-libertà tan-navigazzjoni fir-reġjun Asja-Paċifiku tibqa' ta' importanza kritika għall-interessi tal-UE u tal-Istati Membri tagħha; iżidu l-impenn reċiproku biex jiġi żgurat li l-kummerċ fir-reġjun Indo-Paċifiku ma jiġix ostakolat; jinkoraġġixxu aktar qari komuni tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Dritt Marittimu, inkluż fir-rigward tal-libertà tan-navigazzjoni, u jintensifikaw il-kooperazzjoni fis-sigurtà marittima u missjonijiet konġunti ta' taħriġ fir-reġjun Indo-Paċifiku, sabiex jiġu ppreservati s-sigurtà u l-libertà tan-navigazzjoni tul il-linji marittimi ta' komunikazzjoni (SLOC); ifakkru li, b'mod partikolari f'kuntest ta' rivalità tal-poter reġjonali dejjem tikber, il-kooperazzjoni mal-pajjiżi tar-reġjun Indo-Paċifiku għandha ssegwi l-prinċipji ta' ftuħ, prosperità, inklużività, sostenibilità, trasparenza, reċiproċità u vijabilità; iniedu djalogu UE-Indja ta' livell għoli dwar il-kooperazzjoni marittima bil-għan li jitwessa' l-ambitu tal-konsultazzjonijiet attwali dwar il-ġlieda kontra l-piraterija u tiżdied l-interoperabilità u l-koordinazzjoni bejn l-Operazzjoni Atalanta tal-EUNAVFOR, iċ-Ċentru ta' Informazzjoni dwar il-Fużjoni tal-Indja għar-Reġjun tal-Oċean Indjan (IFC-IOR) u l-flotta navali Indjana fil-qasam tas-sorveljanza marittima, l-għajnuna f'każ ta' diżastru u t-taħriġ u l-eżerċizzji konġunti; |
(x) |
jinkoraġġixxu b'mod konġunt aktar djalogu bil-ħsieb tal-konklużjoni bikrija ta' kodiċi ta' kondotta fil-Baħar taċ-Ċina tan-Nofsinhar li ma jippreġudikax id-drittijiet leġittimi ta' kwalunkwe nazzjon f'konformità mad-dritt internazzjonali; |
(y) |
jieħdu nota bi tħassib tad-deterjorament tar-relazzjonijiet bejn l-Indja u r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, inkluż minħabba l-politika espansiva tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u l-akkumulazzjoni militari sostanzjali; jappoġġaw ir-riżoluzzjoni paċifika tat-tilwim, djalogu kostruttiv u komprensiv u r-rispett għad-dritt internazzjonali fil-fruntiera bejn l-Indja u r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina; |
(z) |
jirrikonoxxu l-impenn tal-Indja għall-aġenda dwar in-Nisa, il-Paċi u s-Sigurtà (WPS) permezz tal-kontribut tagħha għall-missjonijiet għaż-żamma tal-paċi; isaħħu l-impenn reċiproku tagħhom għall-implimentazzjoni tar-Riżoluzzjoni 1325 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, inkluż l-iżvilupp ta' Pjanijiet ta' Azzjoni Nazzjonali b'allokazzjonijiet baġitarji adatti għal implimentazzjoni effettiva; |
(aa) |
jinkoraġġixxu impenn komuni għall-implimentazzjoni tar-Riżoluzzjonijiet 2250, 2419 u 2535 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU dwar iż-Żgħażagħ, il-Paċi u s-Sigurtà (YPS), inkluż permezz tal-iżvilupp ta' strateġiji u pjanijiet ta' azzjoni nazzjonali tal-YPS b'allokazzjonijiet baġitarji xierqa u enfasi fuq il-prevenzjoni tal-konflitti; jinkoraġġixxu lill-Indja biex, flimkien mal-Istati Membri tal-UE, tinvesti fil-kapaċitajiet taż-żgħażagħ u biex tissieħeb ma' organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ fil-promozzjoni tad-djalogu u r-responsabilità; jesploraw modi ġodda biex iż-żgħażagħ jiġu inklużi fil-bini ta' paċi u sigurtà pożittivi; |
Il-promozzjoni tal-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem u l-governanza tajba
(ab) |
iqiegħdu d-drittijiet tal-bniedem u l-valuri demokratiċi fil-qalba tal-impenn tal-UE mal-Indja, u b'hekk jippermettu djalogu kostruttiv u orjentat lejn ir-riżultati u fehim reċiproku iktar profond; jiżviluppaw, f'kollaborazzjoni mal-Indja, strateġija biex jiġu indirizzati kwistjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem, b'mod partikolari dawk li jikkonċernaw in-nisa, it-tfal, il-minoranzi etniċi u reliġjużi u l-libertà ta' reliġjon u twemmin, u biex jiġu indirizzati kwistjonijiet tal-istat tad-dritt bħall-ġlieda kontra l-korruzzjoni, kif ukoll ambjent ħieles u sikur għall-ġurnalisti indipendenti u s-soċjetà ċivili, inklużi d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, u biex il-kunsiderazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem jiġu integrati fis-sħubija UE-Indja usa'; |
(ac) |
jesprimu tħassib serju dwar l-Att ta' Emenda dwar iċ-Ċittadinanza (CAA) tal-Indja, li, skont l-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Drittijiet tal-Bniedem, huwa fundamentalment diskriminatorju fin-natura tiegħu kontra l-Musulmani u joħloq firda b'mod perikoluż; jinkoraġġixxu lill-Indja tiggarantixxi d-dritt li wieħed jipprattika liberament u jxerred ir-reliġjon tal-għażla tiegħu, kif minqux fl-Artikolu 25 tal-Kostituzzjoni tagħha; jaħdmu biex jeliminaw u jiskoraġġixxu d-diskors ta' mibegħda li jinċita d-diskriminazzjoni jew il-vjolenza, li jwassal għal ambjent tossiku fejn l-intolleranza u l-vjolenza kontra minoranzi reliġjużi jistgħu jseħħu b'impunità; jikkondividu l-aħjar prattiki dwar it-taħriġ tal-forzi tal-pulizija fit-tolleranza u l-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem; jirrikonoxxu r-rabta bejn il-liġijiet kontra l-konverżjoni u l-vjolenza kontra l-minoranzi reliġjużi, b'mod partikolari l-komunitajiet Insara u Musulmani; |
(ad) |
jinkoraġġixxu lill-Indja, bħala membru tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU, taġixxi fuq ir-rakkomandazzjonijiet kollha tal-proċess tal-Eżami Perjodiku Universali tagħha, biex taċċetta u tiffaċilita ż-żjarat ta' u tikkoopera mill-qrib mar-rapporteurs speċjali tan-NU, inkluż ir-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar il-promozzjoni u l-protezzjoni tad-dritt għal-libertà ta' opinjoni u espressjoni, ir-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar id-drittijiet għal-libertà ta' għaqda paċifika u ta' assoċjazzjoni u r-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar l-eżekuzzjonijiet extraġudizzjarji, sommarji jew arbitrarji, fil-monitoraġġ tal-iżviluppi fi spazju ċiviku u d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali, bħala parti mill-wiegħda tagħha li tkattar parteċipazzjoni ġenwina u involviment effettiv tas-soċjetà ċivili fil-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem; |
(ae) |
jindirizzaw is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u l-isfidi li tiffaċċja s-soċjetà ċivili, b'mod partikolari tħassib imqajjem mill-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem u r-rapporteurs speċjali tan-NU, fid-djalogu tagħha mal-awtoritajiet Indjani, inkluż fil-livell ta' summit; jinkoraġġixxu lill-Indja, bħala l-akbar demokrazija fid-dinja, biex turi l-impenn tagħha li tirrispetta, tipproteġi u tinforza bis-sħiħ id-drittijiet garantiti kostituzzjonalment għal-libertà ta' espressjoni għal kulħadd, inkluż online, id-dritt għal għaqda paċifika u assoċjazzjoni, inkluż fir-rigward tal-aħħar protesti tal-bdiewa fuq skala kbira, u l-libertà ta' reliġjon u twemmin; jistiednu lill-Indja tiżgura ambjent sikur għall-ħidma u l-protezzjoni u l-garanzija tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, l-ambjentalisti, il-ġurnalisti u atturi oħra tas-soċjetà ċivili, ħielsa minn pressjoni politika jew ekonomika, u biex tieqaf tinvoka liġijiet kontra s-sedizzjoni u t-terroriżmu bħala mezz biex jiġu ristretti l-attivitajiet leġittimi tagħhom, inkluż f'Jammu u l-Kashmir, twaqqaf ir-restrizzjonijiet ġenerali tal-aċċess għall-internet, tirrevedi l-liġijiet sabiex jiġi evitat l-użu ħażin possibbli tagħhom biex isikktu d-dissens u temenda l-liġijiet li jrawmu d-diskriminazzjoni, u tiffaċilita l-aċċess għall-ġustizzja u tiżgura l-obbligu ta' rendikont għall-ksur tad-drittijiet tal-bniedem; jindirizzaw l-effetti dannużi tal-Att dwar ir-Regolamentazzjoni tal-Kontribuzzjonijiet Barranin (FCRA) fuq l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili; |
(af) |
jinkoraġġixxu lill-Indja tieħu passi ulterjuri biex tinvestiga u tipprevjeni l-vjolenza u d-diskriminazzjoni abbażi tal-ġeneru, u tippromwovi l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u t-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa; jindirizzaw il-kwistjoni taż-żieda fil-vjolenza kontra n-nisa u l-bniet fl-Indja billi jinkoraġġixxu investigazzjonijiet bir-reqqa ta' reati vjolenti kontra n-nisa u l-bniet, kif ukoll it-taħriġ ta' uffiċjali dwar it-trattament ta' trawmi fix-xogħol tal-pulizija u l-investigazzjonijiet, jinfurzaw mekkaniżmu ta' monitoraġġ effettiv biex jissorvelja l-implimentazzjoni ta' liġijiet li jittrattaw il-vjolenza sesswali kontra n-nisa u l-bniet, u jħaffu l-ipproċessar legali u jtejbu l-protezzjoni għall-vittmi; |
(ag) |
jindirizzaw il-kwistjoni tad-diskriminazzjoni bbażata fuq il-kasti prevalenti u l-kwistjoni importanti tal-għoti tad-drittijiet skont l-Att dwar id-Drittijiet tal-Foresti lill-komunitajiet Adivasi; |
(ah) |
ifakkru fir-rifjut ta' prinċipju u fit-tul tal-UE tal-piena tal-mewt u jtennu t-talba tagħhom lill-Indja għal moratorju fuq il-piena tal-mewt bil-ħsieb tal-abolizzjoni permanenti tal-piena kapitali; |
(ai) |
jirrikonoxxu l-proċess fl-Indja tal-iżvilupp ta' pjan ta' azzjoni nazzjonali dwar in-negozju u d-drittijiet tal-bniedem sabiex jimplimentaw bis-sħiħ il-Prinċipji Gwida tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem, filwaqt li jfakkru fir-responsabilitajiet tal-kumpaniji kollha li jirrispettaw id-drittijiet tal-bniedem fil-ktajjen tal-valur tagħhom, u jinkoraġġixxu kemm lill-UE kif ukoll lill-Indja biex jipparteċipaw b'mod attiv fin-negozjati li għaddejjin dwar trattat vinkolanti tan-NU għar-responsabilità korporattiva dwar id-drittijiet tal-bniedem; |
(aj) |
iħeġġu lill-Indja tirratifika l-Konvenzjoni tan-NU kontra t-Tortura flimkien mal-Protokoll Fakultattiv tagħha, u l-Konvenzjoni tan-NU għall-Ħarsien tal-Persuni Kollha mill-Għajbien Sfurzat; |
(ak) |
jinkoraġġixxu lill-Indja tkompli tappoġġa l-isforzi tal-ġustizzja internazzjonali billi tiffirma l-Istatut ta' Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali (QKI); |
(al) |
jinkoraġġixxu lill-Indja tkompli t-tradizzjoni tagħha li tagħti protezzjoni lill-persuni li qed jaħarbu mill-vjolenza u l-persekuzzjoni sakemm ikunu possibbli l-kundizzjonijiet għal ritorn sikur, dinjituż u volontarju, u biex tieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex telimina r-riskji ta' apolidija għall-komunitajiet fl-Indja; |
(am) |
jerġgħu jiddikjaraw l-importanza tad-dħul mill-iktar fis possibbli fi Djalogu regolari dwar id-Drittijiet tal-Bniedem bejn l-UE u l-Indja, f'konformità mal-impenn skont il-Pjan Direzzjonali UE-Indja, u f'konformità mal-intenzjoni kondiviża li jerġgħu jibdew il-laqgħat wara tmien snin mingħajr ma jkunu saru tali laqgħat, bħala opportunità importanti għaż-żewġ partijiet biex jiddiskutu u jsolvu l-kwistjonijiet li fadal dwar id-drittijiet tal-bniedem; jaġġornaw id-djalogu għal djalogu ta' livell ta' kwartieri ġenerali u jistinkaw biex jagħmlu dan permezz ta' parteċipazzjoni ta' livell għoli, l-istabbiliment ta' impenji konkreti, kriterji u parametri referenzjarji għall-progress, jiġu indirizzati każijiet individwali u jiġi ffaċilitat djalogu UE-Indja tas-soċjetà ċivili qabel id-djalogu intergovernattiv; jitolbu lis-SEAE jirrapporta regolarment lill-Parlament dwar ir-riżultati miksuba; |
Il-kummerċ għas-sostenibilità u l-prosperità
(an) |
ifakkru li l-kummerċ UE-Indja żdied b'aktar minn 70 % bejn l-2009 u l-2019 u li huwa fl-interess komuni li jitrawmu rabtiet ekonomiċi aktar mill-qrib; jirrikonoxxu li l-Indja hija alternattiva solida għal UE li tixtieq tiddiversifika l-ktajjen tal-provvista tagħha, u li l-UE hija l-akbar sieħeb kummerċjali tal-Indja fis-settur agroalimentari; |
(ao) |
jaħtfu l-opportunità offruta mil-Laqgħa tal-Mexxejja UE-Indja biex jindirizzaw b'mod miftuħ il-kooperazzjoni bbażata fuq il-valuri fl-ogħla livell fi kwistjonijiet ta' kummerċ u investiment; itennu r-rieda tal-UE li tikkunsidra t-tnedija ta' negozjati dwar ftehim awtonomu dwar il-protezzjoni tal-investiment, li jżid iċ-ċertezza tad-dritt għall-investituri fuq iż-żewġ naħat u jsaħħaħ aktar ir-relazzjonijiet kummerċjali bilaterali; jaħdmu lejn il-kisba ta' objettivi komuni u ta' benefiċċju reċiproku f'dawn l-oqsma li jistgħu jikkontribwixxu għat-tkabbir ekonomiku u l-innovazzjoni u li jikkonformaw mad-drittijiet tal-bniedem universali u jikkontribwixxu għalihom, inkluż id-drittijiet tax-xogħol, biex jippromwovu l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, u l-kisba tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tal-Aġenda 2030; |
(ap) |
jagħmlu l-aħjar użu mill-impenn tal-Indja favur il-multilateraliżmu u ordni kummerċjali internazzjonali bbażat fuq ir-regoli; jippromwovu r-rwol deċiżiv tal-Indja fl-isforzi li għaddejjin għar-riforma tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ; |
(aq) |
jevalwaw sa liema punt il-mandat ta' negozjar tal-Kummissjoni jeħtieġ li jiġi aġġornat jekk l-għan huwa li jiġi konkluż ftehim dwar il-kummerċ u l-kooperazzjoni li jkun jinkludi dispożizzjonijiet ambizzjużi dwar kapitolu infurzabbli dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli allinjati mal-Ftehim ta' Pariġi, kif ukoll dispożizzjonijiet xierqa rigward id-drittijiet u d-dmirijiet tal-investituri u d-drittijiet tal-bniedem; jiżguraw negozjati kostruttivi filwaqt li jibqgħu konxji dwar il-livelli differenti ta' ambizzjoni bejn iż-żewġ naħat; f'dan ir-rigward jużaw l-evoluzzjoni inkoraġġanti tal-pożizzjoni tal-awtoritajiet Indjani rigward ir-rieda tagħhom li jinkludu dispożizzjonijiet dwar il-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli fi ftehim futur; |
Ir-reżiljenza permezz ta' sħubijiet settorjali
(ar) |
jiffinalizzaw in-negozjati dwar sħubija ta' konnettività mal-Indja; jappoġġaw din is-sħubija b'mod partikolari permezz tal-għoti ta' self u garanziji għal investiment sostenibbli fi proġetti ta' infrastruttura diġitali u ekoloġika bilaterali u multilaterali fl-Indja, mill-entitajiet pubbliċi u privati tal-UE bħall-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) u l-istrument ta' finanzjament estern il-ġdid, f'konformità mal-potenzjal deskritt fl-Istrateġija ta' Konnettività bejn l-UE u l-Asja; jesploraw sinerġiji bejn il-kooperazzjoni UE-Indja u dik mal-pajjiżi tal-Asja tan-Nofsinhar u l-koordinazzjoni ta' diversi strateġiji ta' konnettività; |
(as) |
jiżguraw li l-inizjattivi ta' konnettività jkunu bbażati fuq standards soċjali, ambjentali u fiskali u l-valuri tas-sostenibilità, it-trasparenza, l-inklużività, l-istat tad-dritt, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u r-reċiproċità, u jkunu konsistenti bis-sħiħ mal-Konvenzjoni Qafas tan-NU dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC) u l-istrumenti legali tagħha inkluż il-Ftehim ta' Pariġi; |
(at) |
jirrikonoxxu l-għarfien espert tal-Indja fil-ġestjoni tad-diżastri naturali; jintensifikaw il-kooperazzjoni mal-Indja fit-tisħiħ tal-istat ta' tħejjija tar-reġjun għad-diżastri naturali, inkluż permezz tas-sħubija fil-qafas tal-Koalizzjoni għal Infrastruttura Reżiljenti għad-Diżastri, sforz multilaterali biex jespandu r-riċerka u l-kondiviżjoni tal-għarfien fil-qasam tal-ġestjoni tar-riskju tal-infrastruttura; |
(au) |
isaħħu l-kooperazzjoni dwar il-mobilità sostenibbli permezz ta' miżuri konkreti bħall-iżvilupp ulterjuri tal-infrastrutturi tat-trasport bl-elettriku u l-investiment fi proġetti ferrovjarji; jenfasizzaw l-importanza vitali tal-ferroviji biex jittaffew il-konġestjoni u t-tniġġis f'żoni urbani kbar, jintlaħqu l-objettivi klimatiċi u tiġi żgurata r-reżiljenza tal-ktajjen tal-provvista vitali inkluż matul il-kriżijiet; |
(av) |
jappoġġaw aktar kooperazzjoni dwar l-isfidi maħluqa mill-urbanizzazzjoni rapida inkluż permezz tal-iskambju tal-għarfien u l-aħjar prattiki permezz ta' pjattaformi kondiviżi u kooperazzjoni bejn il-bliet, kooperazzjoni dwar it-teknoloġija tal-bliet intelliġenti, u appoġġ finanzjarju kontinwu għal proġetti fit-trasport urban fl-Indja permezz tal-BEI; |
(aw) |
ifakkru fir-rwol tal-Indja bħala manifattur ewlieni ta' farmaċewtiċi, mediċini ġeneriċi u vaċċini, b'mod partikolari fil-kuntest tal-kriżi globali tas-saħħa li għaddejja bħalissa; iħeġġu lill-impriżi konġunti jiżguraw aċċess universali għall-vaċċini kontra l-COVID-19; jitolbu tmexxija UE-Indja fil-promozzjoni tas-saħħa bħala ġid pubbliku globali, b'mod partikolari permezz tal-appoġġ għal inizjattivi multilaterali, inkluż il-COVAX, u jgħinu biex jiġi żgurat aċċess universali għall-vaċċini, b'mod partikolari fost il-pajjiżi bi dħul baxx, b'mod partikolari billi jaħdmu flimkien fil-fora internazzjonali rilevanti; |
(ax) |
jgħollu l-livell ta' ambizzjoni tal-kooperazzjoni bilaterali u multilaterali UE-Indja dwar it-tibdil fil-klima, b'mod partikolari billi jaċċelleraw it-tkabbir ekoloġiku u tranżizzjoni ġusta u sikura lejn enerġija nadifa, jilħqu n-newtralità klimatika, u jsaħħu l-ambizzjoni ta' kontributi determinati fil-livell nazzjonali; ikomplu t-tmexxija globali komuni b'appoġġ għall-Ftehim ta' Pariġi u jiffokaw fuq l-implimentazzjoni tal-aġendi dwar l-enerġija nadifa u rinnovabbli u dwar l-ekonomija ċirkolari; |
(ay) |
jaffermaw mill-ġdid impenn konġunt, bħala żewġ emittenti globali kbar ta' gassijiet serra, għal sforzi aktar koordinati lejn il-mitigazzjoni tal-effetti tat-tibdil fil-klima; jinnotaw it-tmexxija tal-Indja fl-enerġija rinnovabbli u l-progress li sar permezz tas-Sħubija UE-Indja dwar l-Enerġija Nadifa u l-Klima; jinkoraġġixxu l-investiment u l-kooperazzjoni biex ikomplu javvanzaw il-mobilità elettrika, it-tkessiħ sostenibbli, it-teknoloġija tal-batteriji tal-ġenerazzjoni li jmiss, il-ġenerazzjoni distribwita tal-elettriku, u t-tranżizzjoni ġusta fl-Indja; jibdew diskussjoni dwar u jevalwaw il-kooperazzjoni strateġika fil-qasam tal-elementi tal-materjali tal-art rari; jintensifikaw l-implimentazzjoni tas-sħubija għall-ġestjoni sostenibbli tal-ilma; |
(az) |
jippromwovu aġenda komuni ambizzjuża u azzjoni globali dwar il-bijodiversità, inkluż fit-tħejjija għall-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika (COP 15) f'Mejju 2021; |
(ba) |
jistinkaw għal tmexxija konġunta fl-istabbiliment u l-avvanz ta' standards internazzjonali fl-ekonomija diġitali bbażati fuq diġitalizzazzjoni sostenibbli u responsabbli u ambjent tal-ICT ibbażat fuq l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem, filwaqt li jiġi indirizzat it-theddid għaċ-ċibersigurtà u jiġu protetti d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali, inkluż il-protezzjoni tad-data personali; |
(bb) |
iżidu l-ambizzjonijiet tal-UE għall-konnettività diġitali mal-Indja fil-kuntest tal-istrateġija ta' trasformazzjoni diġitali tal-UE; jaħdmu flimkien mal-Indja fl-iżvilupp u l-użu ta' teknoloġiji kritiċi, filwaqt li jżommu f'moħħhom l-implikazzjonijiet strateġiċi u ta' sigurtà kbar li dawn it-teknoloġiji ġodda jġibu magħhom; jinvestu fi sħubija fis-servizzi diġitali u l-iżvilupp ta' intelliġenza artifiċjali responsabbli u bbażata fuq id-drittijiet tal-bniedem; jilqgħu l-isforzi tal-Indja lejn livell għoli ta' protezzjoni tad-data personali simili għall-GDPR u jkomplu jappoġġaw ir-riforma tal-protezzjoni tad-data fl-Indja; jenfasizzaw il-benefiċċji reċiproċi ta' kooperazzjoni intensifikata f'dan il-qasam; jinkoraġġixxu aktar konverġenza bejn l-oqfsa regolatorji biex jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni tad-data personali u l-privatezza, inkluż permezz ta' deċiżjonijiet possibbli dwar l-adegwatezza tad-data, bil-ħsieb li jiġu ffaċilitati flussi transfruntiera sikuri u siguri tad-data, li jippermettu kooperazzjoni aktar mill-qrib, speċjalment fis-settur tal-ICT u tas-servizzi diġitali; jinnotaw li l-allinjament tar-regolamentazzjoni tad-data Indjana u Ewropea jiffaċilita b'mod sinifikanti l-kooperazzjoni reċiproka, il-kummerċ u t-trażmissjoni sikura ta' informazzjoni u għarfien espert; jaħdmu biex jirreplikaw il-ftehimiet internazzjonali tal-UE dwar ir-roaming mobbli mal-Indja; |
(bc) |
jemmnu li l-iżvilupp tas-settur diġitali huwa ta' importanza kbira għas-sigurtà u għandu jinkludi d-diversifikazzjoni tal-katina tal-provvista tal-manifatturi tat-tagħmir, permezz tal-promozzjoni ta' arkitetturi tan-networks miftuħa u interoperabbli u sħubijiet għad-diġitalizzazzjoni, ma' sħab li jikkondividu l-valuri tal-UE u jużaw it-teknoloġija b'konformità mad-drittijiet fundamentali; |
(bd) |
jieħdu passi effettivi biex jiffaċilitaw il-mobilità UE-Indja, inkluż għall-migranti, l-istudenti, il-ħaddiema b'ħiliet għolja u l-artisti, filwaqt li titqies id-disponibilità tal-ħiliet u l-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol fl-UE u fl-Indja; jirrikonoxxu l-ġabra konsiderevoli ta' talenti fl-oqsma tad-diġitalizzazzjoni u l-intelliġenza artifiċjali kemm fl-Indja kif ukoll fl-UE u l-interess komuni fl-iżvilupp ta' għarfien espert u kooperazzjoni ta' livell għoli f'dan il-qasam; |
(be) |
jikkunsidraw l-iskambji bejn il-persuni bħala waħda mid-dimensjonijiet ewlenin tas-sħubija strateġika; jappellaw għal sħubija aktar profonda fl-edukazzjoni pubblika, ir-riċerka u l-innovazzjoni, u l-iskambju kulturali; jistiednu lill-Istati Membri tal-UE u lill-Indja jinvestu speċjalment fil-kapaċitajiet u t-tmexxija taż-żgħażagħ u jiżguraw l-inklużjoni sinifikanti tagħhom fil-ħajja politika u ekonomika; jippromwovu l-parteċipazzjoni Indjana, b'mod partikolari dik ta' studenti u prattikanti żgħażagħ Indjani, fi programmi tal-UE bħal Orizzont Ewropa, il-Kunsill Ewropew tar-Riċerka, il-fellowship Marie Skłodowska-Curie u l-iskambji bejn il-persuni fl-edukazzjoni u l-kultura; jippromwovu, f'dan ir-rigward, il-programm Erasmus+ u jiżguraw l-inklużjoni ugwali ta' studenti, xjenzati, riċerkaturi u professjonisti nisa f'dawn il-programmi; ikomplu l-kooperazzjoni mill-qrib fir-riċerka u l-innovazzjoni, inklużi t-teknoloġiji diġitali ċċentrati fuq il-bniedem u bbażati fuq l-etika, filwaqt li jinkoraġġixxu t-tisħiħ tal-litteriżmu u l-ħiliet diġitali; |
(bf) |
jesploraw aktar il-possibilitajiet għal kollaborazzjoni komprensiva taħt il-qafas tal-G20 dwar l-impjiegi u l-politiki soċjali, bħall-protezzjoni soċjali, il-paga minima, il-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol, il-ħolqien ta' impjiegi deċenti, is-sigurtà u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol; jikkooperaw dwar il-qerda tat-tħaddim tat-tfal billi jappoġġaw l-applikazzjoni u l-monitoraġġ tar-rispett tal-Konvenzjonijiet 138 tal-ILO (il-Konvenzjoni dwar l-Età Minima) u 182 (il-Konvenzjoni dwar l-Agħar Forom tax-Xogħol tat-Tfal), ratifikati mill-Indja f'Ġunju 2017; |
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-rakkomandazzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà. |
(1) https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2020/07/15/joint-statement-15th-eu-india-summit-15-july-2020/
(2) Testi adottati, P9_TA(2021)0012.
(3) Testi adottati, P9_TA(2021)0016.
(4) ĠU C 337, 20.9.2018, p. 48.
(5) ĠU C 174 E, 14.7.2005, p. 179.
(6) ĠU C 227 E, 21.9.2006, p. 589.
(7) ĠU C 58, 15.2.2018, p. 109.
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Parlament Ewropew
It-Tlieta 27 ta’ April 2021
15.12.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 506/119 |
P9_TA(2021)0116
Talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Filip De Man
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2021 dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Filip De Man (2020/2271(IMM))
(2021/C 506/18)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra t-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Filip De Man, ikkomunikata f'ittra datata t-30 ta' Ottubru 2020 mill-Uffiċju tal-Prosekutur Ġenerali tal-Qorti tal-Appell ta' Brussell b'rabta ma' proċediment kriminali, u mħabbra fis-seduta plenarja fl-14 ta' Diċembru 2020, |
— |
wara li kkunsidra r-rinunzja ta' Filip De Man għad-dritt li jinstema' tiegħu, skont l-Artikolu 9(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Artikolu 6(2) tal-Att tal-20 ta' Settembru 1976 dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tal-kostituzzjoni tar-Renju tal-Belġju, |
— |
wara li kkunsidra s-sentenzi mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-21 ta' Ottubru 2008, fid-19 ta' Marzu 2010, fis-6 ta' Settembru 2011, fis-17 ta' Jannar 2013 u fid-19 ta' Diċembru 2019 (1), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 5(2) u 6(1) u 9 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A9-0134/2021), |
A. |
billi l-Prosekutur Ġenerali fil-Qorti tal-Appell ta' Brussell bagħat talba għat-tneħħija tal-immunità parlamentari ta' Filip De Man, Membru tal-Parlament Ewropew elett għar-Renju tal-Belġju, fir-rigward ta' inċident tat-traffiku, li allegatament ikkawża fl-1 ta' Mejju 2019 fejn iġġarrbu danni materjali, biċ-ċirkostanza aggravanti tat-tluq minn fuq il-post tal-inċident; |
B. |
billi Filip De Man ġie akkużat li ħabat ma' traffic island fl-1 ta' Mejju 2019 f'Vilvorde, u mhux talli ma waqafx iżda talli baqa' sejjer lejn daru; billi l-pulizija kkonstatat li kien hemm residwu mill-vettura tal-Membru mxerred mat-triq kollha u traċċi viżibbli mill-post tal-inċident sa daru; billi wara bosta taħrikiet, fl-aħħar Filip De Man mar għand il-pulizija ġudizzjarja fejn ġie intervistat u, infurmahom li kien hu li effettivament kisser il-pilastru tal-konkrit u li ma setax jieqaf minħabba l-folla li nġabret mat-triq; |
C. |
billi l-allegat reat jaqa' taħt l-Artikolu 33 tal-Liġi Belġjana dwar il-Pulizija tat-Traffiku tas-16 ta' Marzu 1968 u billi dan ir-reat huwa punibbli bi priġunerija ta' bejn ħmistax-il jum sa sitt xhur u b'multa ta' bejn EUR 200 u EUR 2 000; |
D. |
billi, minn naħa, il-Parlament ma jistax jiġi assimilat ma' qorti u, min-naħa l-oħra, il-Membru tal-Parlament, fil-kuntest ta' proċedura għat-tneħħija tal-immunità, ma jistax jitqies li huwa “akkużat” (2); |
E. |
billi, skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, il-Membri tal-Parlament Ewropew igawdu, fit-territorju tal-Istat tagħhom stess, l-immunitajiet mogħtija lill-membri tal-parlament ta' pajjiżhom u, fit-territorju ta' kull Stat Membru ieħor, l-immunità minn kull tip ta' detenzjoni u prosekuzzjoni; |
F. |
billi l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 59 tal-Kostituzzjoni tar-Renju tal-Belġju jipprevedi li “[g]ħajr għall-każijiet ta' flagrante delicto, l-ebda membru ta' kwalunkwe awla ma jista', matul is-seduta, jiġi mressaq jew imħarrek direttament quddiem qorti jew tribunal, jew jiġi arrestat, ħlief bl-awtorizzazzjoni tal-Kamra li tagħha huwa membru”; |
G. |
billi huwa l-Parlament biss li jista' jiddeċiedi li jneħħi jew ma jneħħix l-immunità f'każ partikolari; billi l-Parlament jista' raġonevolment jikkunsidra l-pożizzjoni tal-Membru biex jieħu d-deċiżjoni dwar jekk ineħħix l-immunità tiegħu (3); |
H. |
billi r-reat allegat la għandu rabta diretta jew evidenti mal-qadi minn Filip De Man tal-funzjonijiet tiegħu ta' Membru tal-Parlament Ewropew, u lanqas ma jikkostitwixxi opinjoni espressa jew vot mixħut fil-qadi tal-funzjonijiet ta' Membru tal-Parlament Ewropew, fis-sens tal-Artikolu 8 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea; |
I. |
billi fil-każ preżenti, il-Parlament ma setax jikkonstata l-eżistenza ta' fumus persecutionis, jiġifieri suspett fondat u preċiż biżżejjed li l-kawża tressqet bl-intenzjoni li ssir ħsara politika lill-Membru; |
1. |
Jiddeċiedi li jneħħi l-immunità ta' Filip De Man; |
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi minnufih din id-deċiżjoni u r-rapport tal-kumitat responsabbli tiegħu lill-awtorità kompetenti tar-Renju tal-Belġju u lil Filip De Man. |
(1) Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta' Ottubru 2008, Marra vs De Gregorio u Clemente, C-200/07 u C-201/07, ECLI:EU:C:2008:579; sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta' Marzu 2010, Gollnisch vs il-Parlament, T-42/06, ECLI:EU:T:2010:102; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta' Settembru 2011, Patriciello, C-163/10,ECLI: EU:C:2011:543; sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta' Jannar 2013, Gollnisch vs il-Parlament, T-346/11 u T-347/11, ECLI:EU:T:2013:23; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-19 ta' Diċembru 2019, Junqueras Vies, C-502/19, ECLI:EU:C:2019:1115.
(2) Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta' April 2019, Briois vs il-Parlament, T-214/18, ECLI:EU:T:2019:266.
(3) Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta' Ottubru 2008, Mote/Parlement, T-345/05, ECLI:EU:T:2008:440, il-punt 28.
15.12.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 506/121 |
P9_TA(2021)0117
Talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Zdzisław Krasnodębski
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2021 dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Zdzisław Krasnodębski (2020/2224(IMM))
(2021/C 506/19)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra t-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Zdzisław Krasnodębski, tad-9 ta' Settembru 2020, ippreżentata mill-President tal-Qorti Distrettwali għal Varsavja-Śródmieście f'Varsavja, id-Diviżjoni Kriminali X, b'rabta mal-proċediment kriminali mressaq kontrih permezz ta' kwerela, u mħabbra fil-plenarja fit-22 ta' Ottubru 2020, |
— |
wara li sema' lil Zdzisław Krasnodębski, skont l-Artikolu 9(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 8 u 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 6(2) tal-Att tal-20 ta' Settembru 1976 dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett, |
— |
wara li kkunsidra s-sentenzi mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-21 ta' Ottubru 2008, fid-19 ta' Marzu 2010, fis-6 ta' Settembru 2011, fis-17 ta' Jannar 2013 u fid-19 ta' Diċembru 2019 (1), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 105(2) u (5) tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika tal-Polonja, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 5(2), 6(1) u 9 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A9-0132/2021), |
A. |
billi fit-23 ta' Jannar 2020 il-President tad-Diviżjoni Kriminali X tal-Qorti Distrettwali għal Varsavja-Śródmieście, il-Polonja, bagħat talba għat-tneħħija tal-immunità parlamentari ta' Zdzisław Krasnodębski ppreżentata lilu minn parti privata abbażi ta' ċerti dikjarazzjonijiet magħmula minn Zdzisław Krasnodębski waqt intervista fuq ir-radju fl-1 ta' Frar 2019; billi fid-19 ta' Frar 2020 it-Taqsima Kriminali X tal-Qorti Distrettwali għal Varsavja-Śródmieście ġiet infurmata li kien hemm dubju dwar kwistjoni tal-kompetenza tal-awtorità skont l-Artikolu 9(1) u (12) tar-Regoli ta' Proċedura, u din kienet qed tinċidi l-ammissibbiltà tat-talba; billi fit-18 ta' Mejju 2020 il-Qorti talbet kjarifiki lill-Uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali u billi fit-8 ta' Settembru 2020 l-Uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali esprima l-pożizzjoni li “meta titressaq kwerela li ma jkunx qed jipparteċipa fiha prosekutur pubbliku, l-awtorità kompetenti li trid tittrażmetti talba mill-prosekutur privat għat-tneħħija tal-immunità hija l-qorti, skont l-Artikolu 9(1) u (12) tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew” u li l-kunċett ta' “awtorità kompetenti” jrid jiġi interpretat fid-dawl tal-Artikolu 9(12) tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew; billi t-talba għat-tneħħija tal-immunità parlamentari ġiet ikkomunikata mill-awtoritajiet ġudizzjarji skont l-Artikolu 9(12) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, u billi skont l-Artikolu 9(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, kwalunkwe talba għat-tneħħija tal-immunità parlamentari trid titressaq minn “awtorità kompetenti ta' Stat Membru”, u ż-żewġ kunċetti mhumiex identiċi; |
B. |
billi l-kwerela kontra Zdzisław Krasnodębski inizjalment tressqet quddiem il-Qorti Distrettwali għal Krakovja-Krowodrza fis-6 ta' Mejju 2019; billi fit-18 ta' Ottubru 2019, dik il-qorti, li aġixxiet ex officio, wara li stabbiliet li r-reġistrazzjoni tal-programm ta' intervista li fih ħa sehem Zdzisław Krasnodębski, kienet saret fi studio tar-radju f'Varsavja u mhux fi Krakovja, iddeċidiet li ma kellhiex ġurisdizzjoni biex tisma' l-kawża u rrinvjatha lill-Qorti Distrettwali għal Varsavja-Śródmieście f'Varsavja; |
C. |
billi fl-1 ta' Frar 2019, waqt programm ta' intervista filgħodu fuq stazzjon tar-radju, Zdzisław Krasnodębski sejjaħ lill-prosekutur privat “avukat li ħadd ma jaf bih” u “gangster”, u afferma li kien qed “jagħmel akkużi kif ġie ġie”; |
D. |
billi, meta għamel dawk il-kummenti, Zdzisław Krasnodębski allegatament u pubblikament immalafama lill-prosekutur privat, u allegatament minħabba f'hekk dan ġie pprivat mill-fiduċja tant meħtieġa għalih biex jeżerċita l-attività ekonomika tiegħu u waqqgħu għaċ-ċajt quddiem il-pubbliku, reat li jista' jkun is-suġġett ta' proċedura permezz ta' kwerela fis-sens tal-Artikolu 212(2) tal-Kodiċi Kriminali Pollakk; |
E. |
billi l-Artikolu 8 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, jistipula li l-Membri tal-Parlament Ewropew ma għandhom ikunu suġġetti għal ebda forma ta' investigazzjoni, detenzjoni jew proċeduri legali, fir-rigward ta' opinjonijiet espressi jew voti mogħtija minnhom fil-qadi ta' dmirijiethom; |
F. |
billi l-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea jiddikjara li l-Membri tal-Parlament Ewropew, fit-territorju tal-Istat tagħhom stess, igawdu l-immunitajiet mogħtija lill-membri tal-parlament ta' dak l-istat; |
G. |
billi skont l-Artikolu 105(2) u (5) tal-Kostituzzjoni Pollakka, mill-jum li fih jitħabbru r-riżultati tal-elezzjonijiet sal-iskadenza tal-mandat tiegħu, Deputat ma għandux ikun soġġett għal responsabbiltà kriminali mingħajr l-approvazzjoni tas-Sejm (il-kamra inferjuri tal-parlament) u lanqas ma għandu jiġi detenut jew arrestat mingħajr l-approvazzjoni tas-Sejm, għajr għal każijiet meta jkun inqabad in flagrante delicto u fejn id-detenzjoni tiegħu tkun meħtieġa biex jiġi żgurat l-andament xieraq tal-proċedimenti; |
H. |
billi l-azzjonijiet allegati ma humiex relatati ma' xi opinjoni espressa jew vot mitfugħ minn Zdzisław Krasnodębski fil-qadi ta' dmirijietu, fis-sens tal-Artikolu 8 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea; |
I. |
billi, f'dan il-każ, il-Parlament ma sab ebda evidenza ta' fumus persecutionis, jiġifieri elementi fattwali li jindikaw li l-proċedimenti ġudizzjarji inkwistjoni nbdew bl-intenzjoni li ssir ħsara lill-attività politika tal-Membru bħala Membru tal-Parlament Ewropew; |
J. |
billi, minn naħa, il-Parlament ma jistax jitqies bħala qorti u, min-naħa l-oħra, il-Membru ma jistax, fil-kuntest ta' proċedura għat-tneħħija tal-immunità, jitqies bħala akkużat (2); |
K. |
billi l-iskop tal-immunità parlamentari huwa li jipproteġi lill-Parlament u lill-Membri tiegħu minn proċedimenti legali fir-rigward tal-attivitajiet imwettqa fil-qadi tad-dmirijiet parlamentari u li ma jistgħux jiġu separati minn dawk id-dmirijiet; |
1. |
Jiddeċiedi li jneħħi l-immunità ta' Zdzisław Krasnodębski; |
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi minnufih din id-deċiżjoni u r-rapport tal-kumitat responsabbli tiegħu lill-awtorità kompetenti tal-Polonja u lil Zdzisław Krasnodębski. |
(1) Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta' Ottubru 2008, Marra vs De Gregorio u Clemente, C 200/07 u C-201/07, ECLI:EU:C:2008:579; sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta' Marzu 2010, Gollnisch vs Parliament, T-42/06, ECLI:EU:T:2010:102; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta' Settembru 2011, Patriciello, C 163/10, ECLI:EU:C:2011:543; sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta' Jannar 2013, Gollnisch vs il-Parlament, T-346/11 u T-347/11, ECLI:EU:T:2013:23; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-19 ta' Diċembru 2019, Junqueras Vies, C-502/19, ECLI:EU:C:2019:1115.
(2) Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta' April 2019, Briois vs il-Parlament, T-214/18, ECLI:EU:T:2019:266.
15.12.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 506/123 |
P9_TA(2021)0118
Talba għat-tneħħija tal-immunità ta' de Ioannis Lagos
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta’ April 2021 dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' de Ioannis Lagos (2020/2240(IMM))
(2021/C 506/20)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra t-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Ioannis Lagos, imressqa fit-23 ta' Ottubru 2020 mill-Prosekutur tal-Qorti tal-Kassazzjoni tar-Repubblika Ellenika, b'rabta mal-eżekuzzjoni kontra tiegħu tad-deċiżjoni tal-kundanni Nru 2425, 2473, 2506, 2644/2020 tal-Qorti tal-Appell ta' Ateni (l-Ewwel Awla bi tliet imħallfin li jiddeċiedu fuq materji kriminali), u mħabbra fis-seduta plenarja fil-11 ta' Novembru 2020, |
— |
wara li sema' lil Ioannis Lagos, skont l-Artikolu 9(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 8 u 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Artikolu 6(2) tal-Att tal-20 ta' Settembru 1976 dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett, |
— |
wara li kkunsidra s-sentenzi mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-21 ta' Ottubru 2008, fid-19 ta' Marzu 2010, fis-6 ta' Settembru 2011, fis-17 ta' Jannar 2013 u fid-19 ta' Diċembru 2019 (1), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 62 tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika Ellenika, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 5(2), 6(1) u 9 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A9-0136/2021), |
A. |
billi l-prosekutur responsabbli għal dan il-proċediment talab it-tneħħija tal-immunità ta' Ioannis Lagos, Membru tal-Parlament Ewropew, sabiex ikun jista' jinforza kontrih sentenza ta' priġunerija totali ta' tlettax-il (13) sena u tmien (8) xhur u multa totali ta' elf u tliet mitt euro (EUR 1 300) għal reat u żewġ offiżi; |
B. |
billi l-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea jipprevedi li l-Membri tal-Parlament Ewropew għandhom igawdu, fit-territorju tal-Istat tagħhom stess, l-immunitajiet mogħtija lill-membri tal-parlament tagħhom; |
C. |
billi Ioannis Lagos ġie elett fil-Parlament Ewropew fit-2 ta' Lulju 2019 u t-talba għat-tneħħija tal-immunità tikkonċerna fatti u akkużi qabel ma akkwista l-istatus ta' Membru tal-Parlament Ewropew u konsegwentement l-immunità bħala Membru tal-Parlament Ewropew; |
D. |
billi, skont l-Artikolu 62 tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika Ellenika, l-ebda Membru Parlamentari ma jista', matul il-mandat tiegħu, jiġi mħarrek, arrestat, inkarċerat jew soġġett għal miżuri oħra li jinvolvu ċ-ċaħda tal-libertà mingħajr l-awtorizzazzjoni tal-Kamra tad-Deputati; |
E. |
billi Ioannis Lagos instab ħati (a) tar-reat ta' sħubija u tmexxija ta' organizzazzjoni kriminali (l-Artikolu 187(1) u (3) tal-Kodiċi Kriminali), kommess f'Ateni bejn l-2008 u llum, (b) tal-offiża ta' pussess ta' armi (il-Liġi Nru 2168/1993), wara emenda awtorizzata tax-xilja li kienet dik ta' reat ikklassifikat bħala s-sjieda ta' armi, kommessa f'Perama (Attika) fit-30 ta' Settembru 2013 u (c) tal-offiża ta' ksur tal-Liġi Nru 456/1976 dwar l-ivvampjar u l-murtali, kommessa f'Perama (Attika) fid-29 ta' Settembru 2013; |
F. |
billi s-sentenza tal-Qorti tal-Appell ta' Ateni hija infurzabbli immedjatament, peress li l-Qorti ddeċidiet li l-appell kontra dik id-deċiżjoni ma kellux effett sospensiv; |
G. |
billi l-Kumitat għall-Affarijiet Legali ħa att tad-dokumenti ppreżentati lill-Membri tiegħu minn Ioannis Lagos fis-sens tal-Artikolu 9(6) tar-Regoli ta' Proċedura u kkunsidrati minnu bħala rilevanti għall-proċedura; |
H. |
billi l-infurzabbiltà tal-kundanna ma tikkonċernax opinjonijiet jew voti mitfugħa minn Ioannis Lagos fil-qadi ta' dmirijietu, f'konformità mal-Artikolu 8 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea; |
I. |
billi skont l-Artikolu 9(8) tar-Regoli ta' Proċedura, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali fl-ebda ċirkostanza ma għandu jippronunzja ruħu dwar il-ħtija jew l-innoċenza tal-Membru tal-Parlament, u lanqas ma għandu jippronunzja ruħu dwar jekk l-opinjonijiet u l-atti attribwiti lill-Membru jiġġustifikawx jew le l-prosekuzzjoni tiegħu, anke jekk, waqt li jkun qed jeżamina t-talba, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali jikseb tagħrif dettaljat tal-fatti tal-kawża; |
J. |
billi mhuwiex il-kompitu tal-Parlament Ewropew li jiddubita l-merti tas-sistemi legali u ġudizzjarji nazzjonali; |
K. |
billi l-Parlament Ewropew ma għandu l-ebda kompetenza biex jivvaluta jew jiddubita l-kompetenza tal-awtoritajiet ġudizzjarji nazzjonali responsabbli għall-proċedimenti kriminali inkwistjoni; |
L. |
billi Ioannis Lagos huwa wieħed minn diversi individwi li jinsabu f'sitwazzjoni simili li fiha l-Qorti tal-Appell ta' Ateni kkundannathom għall-diversi snin ta' priġunerija għar-reati inkwistjoni, iżda l-unika differenza hija li hu attwalment igawdi l-immunità bħala Membru tal-Parlament Ewropew; |
M. |
billi skont l-Artikolu 5(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, l-immunità parlamentari mhijiex privileġġ personali ta' Membru imma garanzija tal-indipendenza tal-Parlament kollu kemm hu u tal-Membri tiegħu; |
N. |
billi l-għan tal-immunità parlamentari huwa li tipproteġi lill-Parlament u lill-Membri tiegħu minn proċedimenti ġudizzjarji relatati ma' attivitajiet imwettqa fil-qadi tad-dmirijiet parlamentari u li huma inseparabbli minn dawn l-attivitajiet; |
O. |
billi l-allegati reati ma għandhom ebda effett ċar jew dirett fuq il-qadi, mis-Sur Ioannis Lagos ta' dmirijietu bħala Membru tal-Parlament Ewropew; |
P. |
billi r-reati seħħew qabel l-elezzjoni tiegħu fil-Parlament Ewropew; billi abbażi ta' dan, ma jistax jingħad li l-proċedimenti ġudizzjarji mibdija fl-2014, tnehdew bl-intenzjoni li jxekklu l-attività politika futura ta' Ioannis Lagos bħala Membru tal-Parlament Ewropew, meta dak iż-żmien l-istatus tiegħu bħala Membru tal-Parlament Ewropew kien għadu ipotetiku u futur; |
Q. |
billi, f'dan il-każ, il-Parlament ma setax jikkonstata l-eżistenza ta' fumus persecutionis, jiġifieri elementi tal-fatt li jindikaw li l-proċeduri ġudizzjarji inkwistjoni nbdew bl-intenzjoni li ssir ħsara lill-attività politika tal-Membru u għalhekk tal-Parlament Ewropew; |
1. |
Jiddeċiedi li jneħħi l-immunità ta' Ionannis Lagos; |
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi minnufih din id-deċiżjoni u r-rapport tal-kumitat responsabbli tiegħu lill-awtorità kompetenti tar-Repubblika Ellenika u lil Ioannis Lagos. |
(1) Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta' Ottubru 2008, Marra vs De Gregorio u Clemente, C 200/07 u C-201/07, ECLI:EU:C:2008:579; is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta' Marzu 2010, Gollnisch vs il-Parlament, T-42/05, ECLI:EU:T:2010:102; is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta' Settembru 2011, Patriciello, C 163/10, ECLI:EU:C:2011:543; is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta' Jannar 2013, Gollnisch vs il-Parlament, T-346/11 u T-347/11, ECLI:EU:T:2013:23; is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-19 ta' Diċembru 2019, Junqueras Vies, C-502/19, ECLI:EU:C:2019:1115.
15.12.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 506/125 |
P9_TA(2021)0119
Talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Ioannis Lagos
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2021 dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Ioannis Lagos (2020/2219(IMM))
(2021/C 506/21)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra t-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Ioannis Lagos, imressqa fit-2 ta' Ottubru 2020 mill-Prosekutur fil-Qorti Suprema tal-Greċja, b'rabta ma' akkużi kriminali possibbli mill-prosekutur tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' Ateni (proċess tal-kawża: ABM PB2020/65), u mħabbra fil-plenarja fid-19 ta' Ottubru 2020, |
— |
wara li sema' lil Ioannis Lagos, skont l-Artikolu 9(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 8 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Artikolu 6(2) tal-Att tal-20 ta' Settembru 1976 dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett, |
— |
wara li kkunsidra s-sentenzi mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-21 ta' Ottubru 2008, fid-19 ta' Marzu 2010, fis-6 ta' Settembru 2011, fis-17 ta' Jannar 2013 u fid-19 ta' Diċembru 2019 (1), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 5(2) u 6(1) u l-Artikolu 9 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A9-0135/2021), |
A. |
billi l-Prosekutur fil-Qorti Suprema tal-Greċja ressaq talba għat-tneħħija tal-immunità parlamentari ta' Ioannis Lagos abbażi ta' ċerti atti mwettqa minn Ioannis Lagos waqt diskors lill-Parlament Ewropew fid-29 ta' Jannar 2020; |
B. |
billi Ioannis Lagos ġie akkużat bl-allegata profanazzjoni tas-simbolu nazzjonali tat-Turkija mwettqa matul id-dibattitu plenarju tad-29 ta' Jannar 2020 dwar is-sitwazzjoni tal-migrazzjoni fil-fruntiera Griega-Torka u r-rispons komuni tal-UE għaliha; |
C. |
billi l-att ta' profanazzjoni ta' simbolu nazzjonali jikkostitwixxi reat skont (1) l-Artikolu 1(1) tal-Liġi 927/1979, kif implimentat mil-Liġi 4285/2014, u (2) l-Artikolu 155, flimkien mal-Artikoli 1, 12, 14, 26, 27, 51, 53, 57 u 79 tal-Kodiċi Kriminali tal-Greċja; |
D. |
billi l-immunità parlamentari mhix privileġġ personali ta' Membru imma garanzija tal-indipendenza tal-Parlament kollu kemm hu u tal-Membri tiegħu. |
E. |
billi, minn naħa, il-Parlament ma jistax jitqies bħala qorti u, min-naħa l-oħra, il-Membru ma jistax, fil-kuntest ta' proċedura għat-tneħħija tal-immunità, jitqies bħala “akkużat” (2); |
F. |
billi l-Artikolu 8 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, jistipula li l-“Membri tal-Parlament Ewropew m'għandhom ikunu suġġetti għal ebda forma ta' investigazzjoni, detenzjoni jew proċeduri legali, fir-rigward ta' opinjonijiet espressi jew voti mogħtija minnhom fil-qadi ta' dmirijiethom”; |
G. |
billi Ioannis Lagos wettaq l-azzjonijiet tiegħu matul sessjoni plenarja tal-Parlament Ewropew, fi ħdan is-sit fejn kienet qed titmexxa s-seduta plenarja nnifisha, fil-qadi ta' dmirijietu bħala Membru tal-Parlament Ewropew; |
H. |
billi l-azzjonijiet ta' Ioannis Lagos saru għalhekk fil-kuntest tad-dmirijiet tiegħu bħala Membru tal-Parlament Ewropew u tax-xogħol tiegħu fil-Parlament Ewropew; |
1. |
Jiddeċiedi li ma jneħħix l-immunità ta' Ioannis Lagos; |
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi minnufih din id-deċiżjoni u r-rapport tal-kumitat responsabbli tiegħu lill-awtorità kompetenti tar-Repubblika Ellenika u lil Ioannis Lagos. |
(1) Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta' Ottubru 2008, Marra vs De Gregorio u Clemente, C-200/07 u C-201/07, ECLI:EU:C:2008:579; is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta' Marzu 2010, Gollnisch vs il-Parlament, T-42/05, ECLI:EU:T:2010:102; is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta' Settembru 2011, Patriciello, C-163/10, ECLI: EU:C:2011:543; is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta' Jannar 2013, Gollnisch vs il-Parlament, T-346/11 u T-347/11, ECLI:EU:T:2013:23; is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-19 ta' Diċembru 2019, Junqueras Vies, C-502/19, ECLI:EU:C:2019:1115.
(2) Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta' April 2019, Briois vs il-Parlament, T-214/18, ECLI:EU:T:2019:266.
15.12.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 506/127 |
P9_TA(2021)0130
Ftehim interistituzzjonali dwar reġistru obbligatorju ta' trasparenza
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2021 dwar il-konklużjoni ta' ftehim interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar reġistru obbligatorju ta' trasparenza (2020/2272(ACI))
(2021/C 506/22)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tad-9 ta' Diċembru 2020, li tapprova l-abbozz ta' ftehim interistituzzjonali li jistabbilixxi reġistru obbligatorju ta' trasparenza, |
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta' ftehim interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar reġistru obbligatorju ta' trasparenza (minn issa 'l quddiem “il-Ftehim”), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 11(1) u (2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 295 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), |
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta' dikjarazzjoni politika tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u tal-Kummissjoni Ewropea fl-okkażjoni tal-adozzjoni tal-ftehim interistituzzjonali dwar reġistru obbligatorju ta' trasparenza (“id-dikjarazzjoni politika”), |
— |
wara li kkunsidra l-ftehim interistituzzjonali tas-16 ta' April 2014 bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea dwar ir-reġistru ta’ trasparenza għal organizzazzjonijiet u individwi li jaħdmu għal rashom involuti fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-politika tal-UE (“il-Ftehim tal-2014”) (1), |
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tat-28 ta' Settembru 2016 għal Ftehim Interistituzzjonali dwar Reġistru obbligatorju ta’ Trasparenza (COM(2016)0627); |
— |
wara li kkunsidra l-mandat ta' negozjar tal-Parlament Ewropew dwar il-proposta tal-Kummissjoni tat-28 ta' Settembru 2016 għal Ftehim Interistituzzjonali dwar Reġistru obbligatorju ta’ Trasparenza, adottat mill-Konferenza tal-Presidenti fil-15 ta' Ġunju 2017, |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Settembru 2017 dwar it-trasparenza, ir-responsabbiltà u l-integrità fl-istituzzjonijiet tal-UE (2), |
— |
wara li kkunsidra l-pakkett il-ġdid ta' għodod tat-trasparenza għall-Membri, approvat mill-Konferenza tal-Presidenti fis-27 ta' Lulju 2018, |
— |
wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tal-31 ta' Jannar 2019 dwar emendi għar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament li jaffettwaw lill-Kapitoli 1 u 4 tat-Titolu I; il-Kapitolu 3 tat-Titolu V; il-Kapitoli 4 u 5 tat-Titolu VII; il-Kapitolu 1 tat-Titolu VIII; it-Titolu XII; it-Titolu XIV u l-Anness II (3), b'mod partikolari l-Artikoli 11 u 35, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 148(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A9-0123/2021), |
A. |
billi l-Artikolu 11(2) tat-TUE jiddikkjara li: “L-istituzzjonijiet għandhom iżommu djalogu miftuħ, trasparenti u regolari mal-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi u mas-soċjetà ċivili”; |
B. |
billi l-emerġenza sanitarja minħabba l-pandemija tal-COVID-19 wasslet biex jitfaċċaw forom ġodda ta' interazzjoni bejn ir-rappreżentanti ta' gruppi ta' interess u dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet; |
C. |
billi l-Unjoni se tiżborża, f'diversi forom, volumi mingħajr preċedent ta' appoġġ finanzjarju lill-Istati Membri sabiex jiġġieldu l-konsegwenzi tal-pandemija, u kull deċiżjoni relatata ma' dan trid tittieħed bi trasparenza sħiħa, u b'hekk tiġi żgurata r-responsabbiltà sħiħa min-naħa ta' dawk tal-Unjoni li jieħdu d-deċiżjonijiet; |
D. |
billi ċ-ċittadini għandu jkollhom l-akbar fiduċja possibbli fl-istituzzjonijiet tal-Unjoni: billi dik il-fiduċja, sabiex teżisti, jeħtieġ li tkun mirfuda bil-perċezzjoni li r-rappreżentanza ta' gruppi ta' interess hija marbuta bi standards etiċi għoljin u li r-rappreżentanti eletti tagħhom fil-livell tal-Unjoni, il-Kummissarji u l-uffiċjali tal-Unjoni huma indipendenti, trasparenti u responsabbli; billi korp indipendenti komuni għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni jista' fil-futur jikkontribwixxi għall-istabbiliment ta' qafas etiku komuni għall-uffiċjali tal-Unjoni li jirregola l-interazzjoni tagħhom mar-rappreżentanti ta' gruppi ta' interess; billi l-aderenza tal-applikanti u tar-reġistranti mal-valuri tal-Unjoni u mal-istandards etiċi ġenerali għandha, fejn xieraq, titqies fil-kuntest tal-funzjonament tar-reġistru ta' trasparenza; |
E. |
billi l-miżuri istituzzjonali individwali li jimplimentaw il-Ftehim jittieħdu mill-Parlament f'diversi livelli u jvarjaw mill-adozzjoni ta' regoli ta' implimentazzjoni adottati mill-Bureau sal-emenda tar-Regoli ta' Proċedura; |
F. |
billi fil-Ftehim kull waħda mit-tliet istituzzjonijiet firmatarji taqbel li tadotta deċiżjonijiet individwali li jagħtu s-setgħa lill-bord tat-tmexxija tar-reġistru (“il-Bord tat-Tmexxija”) u lis-segretarjat tar-reġistru (“is-Segretarjat”) li jieħdu deċiżjonijiet f'isimha skont l-Artikolu 9 u l-Artikolu 15(2) tal-Ftehim; |
Għan u kamp ta' applikazzjoni
1. |
Jilqa' l-Ftehim bħala pass ieħor 'il quddiem li jsaħħaħ l-istandards tar-rappreżentanza etika ta' gruppi ta' interess; ifakkar madankollu li skont l-Artikolu 295 tat-TFUE, l-istituzzjonijiet jistgħu jagħmlu biss arranġamenti għall-kooperazzjoni ta' bejniethom, u għalhekk iridu jiddependu mis-setgħat tagħhom ta' awtoorganizzazzjoni sabiex joħolqu obbligi de facto li jirrikjedu li l-partijiet terzi jissottoskrivu għar-reġistru; itenni l-preferenza li ilu jħaddan li jiġi stabbilit reġistru ta' trasparenza permezz ta' att leġiżlattiv, peress li dan huwa l-uniku mod kif il-partijiet terzi jintrabtu legalment; |
2. |
Jinsisti li, f'konformità mad-dikjarazzjoni politika, l-istituzzjonijiet jimpenjaw ruħhom li jadottaw approċċ ikkoordinat dwar it-tisħiħ tal-kultura komuni ta' trasparenza bil-ħsieb li tittejjeb u tkompli tissaħħaħ ir-rappreżentanza etika ta' gruppi ta' interess; jenfasizza l-obbligu tagħhom skont il-Ftehim, kif ukoll skont l-Artikolu 13(2) tat-TUE, li jipprattikaw kooperazzjoni sinċiera reċiproka meta jkunu qed jiżviluppaw il-qafas konġunt u li l-istituzzjonijiet għandhom għalhekk jimmiraw għall-ogħla livell ta' impenn; jirrimarka li l-miżuri msemmija fil-Ftehim jirrappreżentaw minimu u jistgħu jiġu estiżi aktar, soġġett għal appoġġ politiku u b'kunsiderazzjoni għal-limitazzjonijiet kostituzzjonali u legali eżistenti ta' ftehim interistituzzjonali; |
3. |
Jafferma mill-ġdid il-ħtieġa li jitkompla d-djalogu interistituzzjonali bil-ħsieb li jiġi stabbilit ir-reġistru ta' trasparenza abbażi ta' att legalment vinkolanti tal-leġiżlazzjoni sekondarja tal-Unjoni; |
4. |
Jipproponi li l-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa tiddiskuti l-possibbiltà li tiġi stabbilita bażi legali awtonoma li tippermetti lill-koleġiżlaturi jadottaw atti leġiżlattivi tal-Unjoni skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja bil-għan li jiġu imposti regoli etiċi vinkolanti fuq ir-rappreżentanti ta' gruppi ta' interess fl-interazzjonijiet tagħhom mal-istituzzjonijiet tal-Unjoni; |
5. |
Jilqa' l-fatt li l-istatus tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea nbidel minn dak ta' osservatur għal dak ta' parti formali fil-Ftehim; iqis madankollu li l-parteċipazzjoni tiegħu hija limitata għal-laqgħat mal-aktar uffiċjali anzjani, u, taħt skemi volontarji biss, għal-laqgħat tar-Rappreżentanti Permanenti u tal-Viċi Rappreżentanti Permanenti matul il-presidenza tagħhom u sitt xhur qabel; jinsisti li għall-kredibbiltà tal-qafas konġunt ir-Rappreżentanzi Permanenti kollha għandhom jieħdu sehem attiv fih permezz tal-iskemi volontarji tagħhom, u jkomplu japplikaw tali skemi wara li l-presidenza tagħhom tkun intemmet u jestenduhom, sa fejn dan ikun possibbli, lil uffiċjali oħra; |
6. |
Jirrimarka li fil-proċess tan-negozjati l-Kummissjoni ma assumiet l-ebda impenn addizzjonali sostantiv għall-qafas konġunt; jiddispjaċih b'mod partikolari li, fir-rigward tal-kamp ta' applikazzjoni personali, dan ikopri biss lill-persunal l-aktar anzjan tal-istituzzjonijiet; jinsisti li kwalunkwe reviżjoni tal-arranġamenti ta' kundizzjonalità fir-rigward tat-tliet istituzzjonijiet għandha tinkludi l-laqgħat ma' persunal ieħor tal-istituzzjonijiet, fil-livell ta' Kapijiet ta' Unità u ogħla; |
7. |
Jilqa' l-impenji li ta l-Parlament fil-proċess tan-negozjati dwar il-miżuri ta' kundizzjonalità u ta' trasparenza komplementari; iqis li l-modifika tal-Artikoli 11 u 35 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu ipprovdiet impenn qawwi f'dan ir-rigward; jilqa' l-fatt li l-Ftehim jippreserva d-dritt kostituzzjonali tal-Membri li jeżerċitaw il-mandat tagħhom liberament; |
8. |
Jilqa' l-possibbiltà ta' involviment mill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni fuq bażi volontarja; jemmen li tali involviment għandu jiġi inkoraġġit mill-istituzzjonijiet firmatarji, f'konformità mal-obbligu tagħhom li jippromwovu l-użu tar-reġistru u li jagħmlu użu mir-reġistru bl-aktar mod sħiħ possibbli; jinsisti li tali parteċipazzjoni se tirrikjedi lill-istituzzjonijiet firmatarji jipprovdu lir-reġistru aktar riżorsi; |
Attivitajiet koperti
9. |
Jenfasizza li l-Ftehim jistrieħ fuq approċċ ibbażat fuq l-attività li jinkludi attivitajiet indiretti ta' lobbying; jinsisti fuq l-importanza li dawn l-attivitajiet jiġu koperti, b'mod partikolari fil-kuntest tal-fatt li, fl-isfond tal-pandemija, qed jitfaċċaw forom ġodda ta' interazzjonijiet tar-rappreżentanti ta' gruppi ta' interess ma' dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fl-UE; |
10. |
Jilqa' l-kjarifiki dwar l-attivitajiet koperti u mhux koperti, inklużi l-esklużjoni tal-laqgħat spontanji u l-kopertura tal-intermedjarji ta' pajjiżi terzi li ma jgawdux mill-istatus diplomatiku; |
11. |
Iqis li huwa importanti li l-laqgħat mar-rappreżentanti ta' gruppi ta' interess jiġu definiti u li għandhom jiġu ppubblikati bħala laqgħat skedati minn qabel; jilqa' l-prattika tal-Kummissjoni li tippubblika wkoll dawk il-laqgħat li jsiru f'format differenti minn dak tal-laqgħat wiċċ imbwiċċ, bħal permezz ta' vidjokonferenza; jinsisti li telefonata skedata għandha titqies bħala laqgħa wkoll; |
Kundizzjonalità, rapport annwali u rieżami
12. |
Huwa tal-fehma li l-implimentazzjoni tal-miżuri ta' kundizzjonalità u miżuri ta' trasparenza komplementari oħra permezz ta' deċiżjonijiet individwali hija mod kif jiġu rispettati s-setgħat organizzattivi interni rispettivi tat-tliet istituzzjonijiet firmatarji; jilqa' f'dak ir-rigward il-fatt li r-rapport annwali ġie estiż biex ikopri l-implimentazzjoni ta' tali miżuri adottati mill-istituzzjonijiet firmatarji; |
13. |
Jipproponi li r-rapport annwali jkun jinkludi informazzjoni dwar ir-reġistranti li jkunu ġew investigati u finalment imneħħija mir-reġistru minħabba nuqqas ta' konformità mal-kodiċi ta' kondotta; |
14. |
Jilqa' r-rieżami f'waqtu u regolari tal-miżuri ta' implimentazzjoni meħuda skont l-Artikolu 5 tal-Ftehim, bil-ħsieb li jsiru rakkomandazzjonijiet għat-titjib u t-tisħiħ ta' dawk il-miżuri; |
15. |
Jistieden lill-istituzzjonijiet firmatarji jwettqu analiżi tal-effetti li r-regoli ġodda ta' trasparenza għandhom fuq il-proċeduri tat-teħid tad-deċiżjonijiet, inklużi l-miżuri ta' kundizzjonalità u ta' trasparenza komplementari adottati mill-istituzzjonijiet fi ħdan il-qafas konġunt, u l-impatt li dawn ir-regoli għandhom fuq il-perċezzjoni taċ-ċittadini lejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni qabel ir-reviżjoni li jmiss tar-reġistru; |
16. |
Jenfasizza li l-pubblikazzjoni ċara u f'waqtha tal-miżuri ta' kundizzjonalità u ta' trasparenza komplementari hija essenzjali sabiex tiġi żgurata dik it-trasparenza għar-rappreżentanti ta' gruppi ta' interess u ċ-ċittadini, li tirfed il-fiduċja tagħhom fil-funzjonament tajjeb tal-qafas konġunt; |
Rwol tal-Parlament Ewropew
17. |
Jilqa' l-impenji magħmula mill-Parlament matul in-negozjati, b'mod partikolari dwar il-proposta “L-għeluq tal-lakuni – il-proposti tal-Parlament dwar il-kundizzjonalità” u jinsisti fuq il-ħtieġa li jiġu implimentati u ppubblikati bis-sħiħ f'konformità mal-Artikolu 5(3) tal-Ftehim mingħajr dewmien żejjed; |
18. |
Jenfasizza l-ħtieġa li jiġi żgurat li, fi ħdan il-Parlament, ikun hemm grad għoli ta' sjieda politika tal-proċess ta' implimentazzjoni u rieżami; jissuġġerixxi li l-proċess ta' rieżami previst fl-Artikolu 14 tal-Ftehim jiġi infurmat minn kooperazzjoni mill-qrib mal-Viċi President tal-Parlament responsabbli għar-reġistru ta' trasparenza, u msawwar minn tali kooperazzjoni; |
19. |
Jitlob speċifikament li l-miżuri li ġejjin jiġu implimentati malajr mill-Bureau u minn korpi rilevanti oħra:
|
20. |
Jistieden b'mod speċifiku lill-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati
|
21. |
Jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali biex, fil-proċess tar-reviżjoni tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament, jikkunsidra aktar miżuri ta' trasparenza li għandhom jiġu introdotti sabiex l-impenn tal-Parlament għall-qafas konġunt jissaħħaħ; jissottolinja l-importanza li r-rekwiżiti formali japplikaw għal kwalunkwe reviżjoni tar-Regoli ta' Proċedura; |
Eliġibbiltà, kodiċi ta' kondotta, informazzjoni li trid tingħata mir-reġistranti
22. |
Jinnota li l-osservanza tal-kodiċi ta' kondotta, spjegata fl-Anness I tal-Ftehim, hija parti mill-kriterji ta' eliġibbiltà u li r-reġistranti għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni r-rekwiżiti ta' kunfidenzjalità u r-regoli applikabbli għall-ex Membri u għall-ex membri tal-persunal tal-istituzzjonijiet li japplikaw għal dawk il-Membri u l-membri tal-persunal wara li jitilqu mill-kariga; |
23. |
Jilqa' l-kjarifika li r-reġistranti ma jinħelsux mill-obbligu li jiżguraw l-osservanza tal-istess standards etiċi meta jesternalizzaw parti mill-attivitajiet tagħhom lil oħrajn; |
24. |
Jilqa' l-fatt li r-reġistranti huma obbligati jippubblikaw informazzjoni finanzjarja kemm tal-klijenti kif ukoll tal-intermedjarji u li l-informazzjoni finanzjarja hija meħtieġa wkoll mingħand ir-reġistranti li ma jirrappreżentawx gruppi ta' interess kummerċjali; jilqa' l-fatt li r-reġistranti huma obbligati mhux biss li jippubblikaw informazzjoni finanzjarja darba fis-sena iżda wkoll li jżommu dik l-informazzjoni aġġornata, b'mod partikolari fejn isseħħ bidla sinifikanti fid-dettalji soġġetti għal deċiżjonijiet ta' implimentazzjoni; |
25. |
Jenfasizza li r-reġistranti issa huma obbligati jipprovdu informazzjoni dwar proposti leġiżlattivi, il-politiki jew l-inizjattivi li għalihom qed jimmiraw; iqis li dan se jikkontribwixxi biex tiżdied it-trasparenza tal-gruppi ta' interess li huma jirrappreżentaw; |
Segretarjat u Bord tat-Tmexxija
26. |
Jilqa' l-impenn li jiżdiedu r-riżorsi għall-manutenzjoni, l-iżvilupp u l-promozzjoni tar-reġistru, kif ukoll il-kontribut formali tal-Kunsill lis-Segretarjat; jemmen li tali impenji għall-qafas konġunt għandhom isaħħu l-kapaċità tas-Segretarjat li jipprovdi gwida f'waqtha lir-reġistranti u jappoġġjahom fir-reġistrazzjoni u l-aġġornament tad-data mitluba; jirrimarka, b'mod partikolari, li r-riżorsi umani huma limitati ħafna fi proporzjon mal-għadd ta' reġistranti meta mqabbla ma' skemi nazzjonali simili u li dik il-limitazzjoni xxekkel l-effiċjenza tat-tħaddim tar-reġistru; jistieden lill-istituzzjonijiet jiżguraw id-disponibbiltà tar-riżorsi u l-persunal meħtieġa sabiex jiggarantixxu l-funzjonament xieraq tas-Segretarjat u tal-Bord tat-Tmexxija; |
27. |
Iqis li l-ugwaljanza ta' trattament bejn it-tliet istituzzjonijiet fit-tħaddim tas-Segretarjat u tal-Bord tat-Tmexxija għandha tiżgura l-kunsens, tiżviluppa s-sjieda konġunta tal-qafas u trawwem kultura komuni ta' trasparenza; |
28. |
Jilqa' l-ħolqien tal-Bord tat-Tmexxija u l-kompitu tiegħu li jissorvelja l-implimentazzjoni amministrattiva ġenerali tal-Ftehim u li jaġixxi bħala korp ta' rieżami għall-miżuri meħuda mis-Segretarjat; jilqa' l-fatt li l-Ftehim jinkludi proċedura amministrattiva robusta li tiżgura d-drittijiet proċedurali tar-reġistranti; |
Dispożizzjonijiet proċedurali
29. |
Japprova l-konklużjoni tal-Ftehim li jinsab fl-Anness A ta' din id-Deċiżjoni; |
30. |
Japprova d-dikjarazzjoni politika tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u tal-Kummissjoni Ewropea li tinsab fl-Anness B ta' din id-Deċiżjoni, li se tiġi ppubblikata fis-serje L ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea flimkien mal-Ftehim; |
31. |
Jiddeċiedi li, f'konformità mal-Artikolu 9 u l-Artikolu 15(2) tal-Ftehim, minn meta jidħol fis-seħħ il-Ftehim, il-Bord tat-Tmexxija u s-Segretarjat għandu jkollhom is-setgħa li jadottaw f'isem il-Parlament Ewropew deċiżjonijiet individwali dwar l-applikanti u r-reġistranti, skont il-Ftehim Interistituzzjonali tas-20 ta’ Mejju 2021 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar reġistru ta’ trasparenza obbligatorju (4); |
32. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma l-Ftehim flimkien mal-President tal-Kunsill u mal-President tal-Kummissjoni u jiżgura li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; |
33. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-Deċiżjoni, inklużi l-Annessi tagħha, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti tal-Istati Membri għall-informazzjoni. |
(1) ĠU L 277, 19.9.2014, p. 11.
(2) ĠU C 337, 20.9.2018, p. 120.
(3) Testi adottati, P8_TA(2019)0046.
ANNESS A
FTEHIM INTERISTITUZZJONALI BEJN IL-PARLAMENT EWROPEW, IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA U L-KUMMISSJONI EWROPEA DWAR REĠISTRU OBBLIGATORJU TA' TRASPARENZA
(It-test ta’ dan l-anness mhuwiex riprodott hawnhekk peress li jikkorrispondi għall-ftehim interistituzzjonali kif ippubblikat fil-ĠU L 207, 11.6.2021, p. 1.)
ANNESS B
DIKJARAZZJONI POLITIKA TAL-PARLAMENT EWROPEW, TAL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA U TAL-KUMMISSJONI EWROPEA FL-OKKAŻJONI TAL-ADOZZJONI TAL-FTEHIM INTERISTITUZZJONALI DWAR REĠISTRU OBBLIGATORJU TA' TRASPARENZA
Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea jirrikonoxxu l-importanza tal-prinċipju tal-kundizzjonalità bħala ġebla tax-xewka tal-approċċ ikkoordinat li ħadu t-tliet istituzzjonijiet bil-għan li jsaħħu kultura ta' trasparenza komuni filwaqt li jistabbilixxu standards għoljin ta' rappreżentanza tal-interessi transparenti u etika fil-livell tal-Unjoni.
Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea jirrikonoxxu li l-kundizzjonalità u l-miżuri ta' trasparenza kumplimentari fis-seħħ fir-rigward tal-kwistjonijiet li ġejjin huma konsistenti mal-Ftehim Interistituzzjonali dwar Reġistru Obbligatorju ta' Trasparenza, isaħħu l-objettiv tal-approċċ ikkoordinat tagħhom u jikkostitwixxu bażi soda biex fuqha ikompli jinbena u biex jittejjeb dak l-approċċ u tkompli tissaħħaħ ir-rappreżentanza tal-interessi etika fil-livell tal-Unjoni:
— |
laqgħat ta' dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet mar-rappreżentanti ta' gruppi ta' interess reġistrati, fejn ikun applikabbli (1); |
— |
pubblikazzjoni tal-laqgħat mar-rappreżentanti ta' gruppi ta' interess, fejn ikun applikabbli (2); |
— |
laqgħat tal-persunal, b'mod partikolari f'livell għoli, ma' rappreżentanti ta' gruppi ta' interess reġistrati (3); |
— |
diskors waqt seduti ta' smigħ pubbliċi fil-Parlament Ewropew (4); |
— |
is-sħubija fi gruppi ta' esperti tal-Kummissjoni u l-parteċipazzjoni f'ċerti avvenimenti, fora jew sessjonijiet ta' informazzjoni (5); |
— |
aċċess għall-bini tal-istituzzjonijiet (6); |
— |
patroċinju għal avvenimenti għal rappreżentanti ta' gruppi ta' interess reġistrati, fejn ikun rilevanti; |
— |
id-dikjarazzjoni politika tal-Istati Membri li japplikaw volontarjament, f'konformità mal-liġi u l-kompetenzi nazzjonali, il-prinċipju ta' kundizzjonalità għal-laqgħat tar-Rappreżentant Permanenti tagħhom u tad-Deputat Rappreżentant Permanenti tagħhom ma' rappreżentanti ta' gruppi ta' interess matul il-Presidenza tagħhom tal-Kunsill u fis-sitt xhur preċedenti, u kwalunkwe miżura volontarja ulterjuri ta' Stati Membri individwali f'konformità mal-liġi u l-kompetenzi nazzjonali lil hinn minn dan, li t-tnejn huma nnotati b'mod ugwali. |
(1) L-Artikolu 11(2) tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew; l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2018) 0700 tal-31 ta' Jannar 2018 dwar Kodiċi ta' Kondotta għall-Membri tal-Kummissjoni Ewropea (C(2018)0700) (ĠU C 65, 21.2.2018, p. 7); il-punt V tal-Metodi ta' Ħidma tal-Kummissjoni Ewropea.
(2) L-Artikolu 11(3) tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew; id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/838/UE, Euratom tal-25 ta’ Novembru 2014 dwar il-pubblikazzjoni ta' informazzjoni dwar laqgħat li jsiru bejn id-Direttorati Ġenerali tal-Kummissjoni u organizzazzjonijiet jew persuni li jaħdmu għal rashom (ĠU L 343, 28.11.2014, p. 19); id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/839/UE, Euratom tal-25 ta' Novembru 2014 dwar il-pubblikazzjoni ta' informazzjoni dwar laqgħat li jsiru bejn Membri tal-Kummissjoni u organizzazzjonijiet jew individwi li jaħdmu għal rashom (ĠU L 343, 28.11.2014, p. 22).
(3) L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar ir-regolamentazzjoni tal-kuntatti bejn is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u rappreżentanti ta' gruppi ta' interess; il-punt V tal-Metodi ta' Ħidma tal-Kummissjoni Ewropea.
(4) L-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Ġunju 2003 dwar ir-regoli dwar is-seduti ta' smigħ pubbliċi.
(5) L-Artikolu 35 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew; l-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta' Mejju 2016 li tistabbilixxi regoli orizzontali dwar il-ħolqien u l-funzjonament tal-gruppi ta' esperti tal-Kummissjoni; (C(2016)3301); l-Artikoli 4 u 5 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar ir-regolamentazzjoni tal-kuntatti bejn is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u rappreżentanti ta' gruppi ta' interess,
(6) L-Artikolu 123 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew moqri flimkien mad-Deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tat-13 ta' Diċembru 2013 dwar ir-regoli li jirregolaw it-titoli u l-awtorizzazzonijiet li jagħtu aċċess għall-binjiet tal-Parlament; l-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar ir-regolamentazzjoni tal-kuntatti bejn is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u rappreżentanti ta' gruppi ta' interess.
III Atti preparatorji
Il-Parlament Ewropew
It-Tlieta 27 ta’ April 2021
15.12.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 506/134 |
P9_TA(2021)0120
Ftehim bejn l-UE u n-Norveġja: modifika ta' konċessjonijiet dwar il-kwoti tariffarji kollha inklużi fl-Iskeda CLXXV tal-UE bħala konsegwenza tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea ***
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2021 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja skont l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 rigward il-modifika ta' konċessjonijiet dwar il-kwoti tariffarji kollha inklużi fl-Iskeda CLXXV tal-UE bħala konsegwenza tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea (10643/20 – C9-0424/2020 – 2020/0230(NLE))
(Approvazzjoni)
(2021/C 506/23)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill (10643/20), |
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja skont l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 rigward il-modifika ta' konċessjonijiet dwar il-kwoti tariffarji kollha inklużi fl-Iskeda CLXXV tal-UE bħala konsegwenza tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea (10644/20), |
— |
wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 207(4), l-ewwel subparagrafu u l-Artikolu 218(6), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C9-0424/2020), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 105(1) u (4), u l-Artikolu 114(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A9-0035/2021), |
1. |
Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim; |
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Renju tan-Norveġja. |
15.12.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 506/135 |
P9_TA(2021)0121
Ftehim ta' Sħubija Volontarja bejn l-UE u l-Honduras ***
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2021 dwar l-abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Sħubija Volontarja bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Honduras dwar l-infurzar tal-liġi u t-tmexxija fis-settur forestali u l-kummerċ ta' prodotti tal-injam lejn l-Unjoni Ewropea (12543/2020 – C9-0084/2021 – 2020/0157(NLE))
(Approvazzjoni)
(2021/C 506/24)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (12543/2020), |
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija Volontarja bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Honduras dwar l-infurzar tal-liġi u t-tmexxija fis-settur forestali u l-kummerċ ta' prodotti tal-injam lejn l-Unjoni Ewropea (10365/2020), |
— |
wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill f'konformità mal-Artikolu 207(3), l-ewwel subparagrafu u l-Artikolu 207(4), l-ewwel subparagrafu u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v) u l-Artikolu 218(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C9-0084/2021), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva tiegħu tas-27 ta’ April 2021 (1) dwar l-abbozz ta' deċiżjoni, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 105(1) u (4), u l-Artikolu 114(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp, |
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A9-0053/2021), |
1. |
Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim; |
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika tal-Honduras. |
(1) Testi adottati ta' dik id-data, P9_TA(2021)0129.
15.12.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 506/136 |
P9_TA(2021)0124
L-istabbiliment ta' Orizzont Ewropa – li jistabbilixxi r-regoli għall-parteċipazzjoni fih u t-tixrid tiegħu ***II
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-27 ta’ April 2021 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari għall-adozzjoni tar-regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Orizzont Ewropa – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni u li jistabbilixxi r-regoli għall-parteċipazzjoni fih u t-tixrid tiegħu u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1290/2013 u (UE) Nru 1291/2013 (07064/2/2020 – C9-0111/2021 – 2018/0224(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)
(2021/C 506/25)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (07064/2/2020 – C9-0111/2021), |
— |
wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-17 ta' Ottubru 2018 (1) u tas-16 ta' Lulju 2020 (2), |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tad-9 ta' Ottubru 2018 (3), |
— |
wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari (4) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0435), |
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni emendata (COM(2020)0459), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 67 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A9-0122/2021), |
1. |
Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari; |
2. |
Japprova d-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni; |
3. |
Japprova d-dikjarazzjoni tiegħu annessa ma' din ir-riżoluzzjoni; |
4. |
Jieħu nota tad-dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni annessi ma' din ir-riżoluzzjoni; |
5. |
Jinnota li l-att qed jiġi adottat f'konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill; |
6. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma l-att, flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea; |
7. |
Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu biex jiffirma l-att, wara li jkun ġie vverifikat li l-proċeduri kollha ntemmu kif imiss, u biex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-att f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; |
8. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) ĠU C 62, 15.2.2019, p. 33.
(2) ĠU C 364, 28.10.2020, p. 124.
(3) ĠU C 461, 21.12.2018, p. 79.
(4) Testi adottati tas-17.4.2019, P8_TA(2019)0395.
ANNESS
Dikjarazzjoni politika konġunta dwar l-użu mill-ġdid ta' fondi diżimpenjati f'Orizzont Ewropa
Fid-Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-użu mill-ġdid ta' fondi diżimpenjati fir-rigward tal-programm ta' riċerka (1), il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni qablu li jerġgħu jagħmlu disponibbli għall-benefiċċju tal-programm ta' riċerka approprjazzjonijiet ta' impenn, li jikkorrispondu għall-ammont sa EUR 0,5 biljun (fi prezzijiet tal-2018) fil-perjodu 2021-2027 ta' diżimpenji, li jirriżulta minn nuqqas ta' implimentazzjoni totali jew parzjali ta' proġetti li jappartjenu għall-Programm Qafas “Orizzont Ewropa” jew il-predeċessur tiegħu “Orizzont 2020”, kif previst fl-Artikolu 15(3) tar-Regolament Finanzjarju. Mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-awtorità baġitarja u għas-setgħat tal-Kummissjoni li timplimenta l-baġit, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jaqblu li d-distribuzzjoni indikattiva ta' dak l-ammont ser tkun kif ġej sa:
— |
EUR 300 000 000 fi prezzijiet kostanti tal-2018 għall-cluster “Diġitali, Industrija u Spazju” b'mod partikolari għar-riċerka tal-kwantum; |
— |
EUR 100 000 000 fi prezzijiet kostanti tal-2018 għall-cluster “Klima, Enerġija u Mobbiltà”; u |
— |
EUR 100 000 000 fi prezzijiet kostanti tal-2018 għall-cluster “Kultura, Kreattività u Soċjetà Inklużiva”. |
Dikjarazzjoni tal-Parlament dwar ftehimiet ta' assoċjazzjoni
"It-tieni subparagrafu (a)(i) tal-Artikolu 218(6) tat-TFUE jipprevedi l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew fil-każ ta' ftehimiet ta' assoċjazzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 217 tat-TFUE. Barra minn hekk, il-kundizzjonijiet li jirregolaw l-assoċjazzjoni ta' pajjiż terz ma' Orizzont Ewropa spiss ikunu parti minn ftehimiet ta' assoċjazzjoni bħal dawn. Sabiex jagħti l-approvazzjoni tiegħu, il-Parlament Ewropew għandu jiġi infurmat immedjatament u kompletament fl-istadji kollha tal-proċedura, skont l-Artikolu 218(10) tat-TFUE. Barra minn hekk, biex jiġi żgurat skrutinju Parlamentari xieraq huwa meħtieġ li dawk il-ftehimiet ikopru l-aspetti rilevanti kollha tar-relazzjoni tal-Unjoni ma' pajjiż terz partikolari fir-rigward ta' Orizzont Ewropa.
Il-Parlament Ewropew għalhekk jistenna li meta l-Kunsill, skont l-Artikolu 218(9) tat-TFUE, jadotta deċiżjoni li tistabbilixxi l-pożizzjonijiet li għandhom jiġu adottati f'isem l-Unjoni f'korp stabbilit permezz ta' ftehim li jinvolvi l-assoċjazzjoni ta' pajjiż terz ma' Orizzont Ewropa, dawk il-pożizzjonijiet ma jwasslux għal ċirkomvenzjoni tar-rekwiżit li jinkiseb il-kunsens tal-Parlament Ewropew billi d-determinazzjoni tal-aspetti essenzjali tal-parteċipazzjoni ta' dak il-pajjiż terz f'Orizzont Ewropa titħalla f'idejn dak il-korp.
Għalhekk, il-Parlament Ewropew iqis li tali deċiżjonijiet tal-Kunsill skont l-Artikolu 218(9) tat-TFUE, meta dawn jikkonċernaw partijiet ta' ftehimiet ta' assoċjazzjoni li jittrattaw l-assoċjazzjoni ta' pajjiż terz ma' Orizzont Ewropa, għandhom jinżammu għal minimu assolut. Barra minn hekk, jekk l-adozzjoni ta' tali deċiżjoni tal-Kunsill tkun qed tiġi kkunsidrata min-negozjatur tal-Unjoni jew mill-Kunsill jew mill-kumitat speċjali tiegħu meta jindirizza direttivi lin-negozjatur, il-Parlament Ewropew jistenna li jiġi infurmat immedjatament u kompletament fl-istadji kollha tal-proċedura, inkluż billi jingħata opinjoni motivata dwar għaliex l-adozzjoni ta' pożizzjoni f'isem l-Unjoni minn korp stabbilit bi ftehim hija meħtieġa għall-kisba tal-objettivi tal-Unjoni kif stabbiliti fir-[Regolament dwar Orizzont Ewropa] u d-[Deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi l-programm speċifiku]."
Dikjarazzjoni mill-Kummissjoni dwar il-Premessa 47
Il-Kummissjoni biħsiebha timplimenta l-baġit tal-Aċċelleratur tal-EIC b'mod li tiżgura li l-appoġġ ta' għotja biss lill-SMEs, inklużi n-negozji ġodda, jikkorrispondi għall-appoġġ ipprovdut taħt il-baġit tal-istrument għall-SMEs tal-Programm Orizzont 2020, f'konformità mat-termini stabbiliti fl-Artikolu 48, il-paragrafu 1 u l-Premessa 47 tar-Regolament Orizzont Ewropa.
Dikjarazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-Artikolu 6
Wara talba, il-Kummissjoni biħsiebha tiskambja fehmiet mal-Kumitat responsabbli fil-Parlament Ewropew dwar: (i) il-lista ta' kandidati għas-sħubijiet potenzjali abbażi tal-Artikoli 185 u 187 tat-TFUE li se jkunu koperti mill-valutazzjonijiet tal-impatt (tal-bidu); (ii) il-lista ta' missjonijiet tentattivi identifikati mill-bordijiet tal-Missjoni; (iii) ir-riżultati tal-Pjan Strateġiku qabel l-adozzjoni formali tiegħu, u (iv) se tippreżenta u tikkondividi dokumenti relatati mal-programmi ta' ħidma.
Dikjarazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-etika/dwar ir-riċerka taċ-ċelloli staminali – l-Artikolu 19
Għall-Programm Qafas Orizzont Ewropa, il-Kummissjoni Ewropea tipproponi li tissokta bl-istess qafas etiku tal-Programm Qafas Orizzont 2020 biex jittieħdu deċiżjonijiet dwar il-finanzjament tal-UE għar-riċerka dwar iċ-ċelloli staminali tal-embrijuni tal-bniedem.
Il-Kummissjoni Ewropea tipproponi l-issoktar ta' dan il-qafas etiku minħabba li dan żviluppa, abbażi tal-esperjenza, approċċ responsabbli għal qasam promettenti ħafna tax-xjenza u wera li jaħdem b'mod sodisfaċenti fil-kuntest ta' programm tar-riċerka li fih jipparteċipaw riċerkaturi minn bosta pajjiżi b'sitwazzjonijiet regolatorji differenti ħafna.
1. |
Id-deċiżjoni dwar il-Programm Orizzont Ewropa espliċitament teskludi tliet oqsma ta' riċerka mill-finanzjament tal-Unjoni:
|
2. |
Ma jingħata l-ebda finanzjament fl-Istati Membri kollha fejn attività tkun ipprojbita. Fejn attività tkun ipprojbita fi Stat Membru, din mhix ser tiġi ffinanzjata f'dak l-Istat Membru. |
3. |
Id-deċiżjoni dwar Orizzont Ewropa u d-dispożizzjonijiet għall-qafas etiku li jirregola l-finanzjament tal-Unjoni tar-riċerka dwar iċ-ċelloli staminali tal-embrijuni tal-bniedem bl-ebda mod ma tinvolvi ġudizzju ta' valur dwar il-qafas regolatorju jew etiku li jirregola din ir-riċerka fl-Istati Membri. |
4. |
Meta l-Kummissjoni Ewropea tagħmel sejħa għal proposti, hija ma tissolleċitax b'mod espliċitu l-użu ta' ċelloli staminali tal-embrijuni tal-bniedem. L-użu possibbli ta' ċelloli staminali tal-bniedem, sew jekk ikunu dderivati minn adulti jew minn embrijuni, jiddependi mill-ġudizzju tax-xjenzjati, fid-dawl tal-objettivi li jkunu jridu jilħqu. Fil-prattika, bil-bosta l-akbar parti tal-fondi tal-Unjoni għar-riċerka dwar iċ-ċelloli staminali hija ddedikata għall-użu ta' ċelloli staminali adulti. Ma hemm l-ebda raġuni għaliex dan għandu jinbidel sostanzjalment f'Orizzont Ewropa. |
5. |
Kull proġett li jipproponi li juża ċelloli staminali tal-embrijuni tal-bniedem irid jgħaddi b'suċċess minn evalwazzjoni xjentifika li matulha esperti xjentifiċi indipendenti jivvalutaw il-ħtieġa li jintużaw tali ċelloli staminali biex jintlaħqu l-objettivi xjentifiċi. |
6. |
Il-proposti li jgħaddu b'suċċess mill-evalwazzjoni xjentifika mbagħad ikunu soġġetti għal analiżi tal-etika stretta organizzata mill-Kummissjoni Ewropea. F'din l-analiżi tal-etika, jitqiesu l-prinċipji riflessi fil-Karta tal-UE tad-Drittijiet Fundamentali u l-konvenzjonijiet internazzjonali rilevanti, bħall-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-Bijomediċina, iffirmata f'Oviedo fl-4 ta' April 1997, u l-protokolli addizzjonali tagħha, kif ukoll id-Dikjarazzjoni Universali dwar il-Ġenoma tal-Bniedem u d-Drittijiet tal-Bniedem adottata mill-UNESCO. L-analiżi tal-etika sservi wkoll biex tivverifika li l-proposti jirrispettaw ir-regoli tal-pajjiżi fejn tkun se titwettaq ir-riċerka. |
7. |
F'każijiet partikolari, l-analiżi tal-etika tista' titwettaq matul il-perjodu kemm idum il-proġett. |
8. |
Qabel ma jibdew, il-proġetti kollha li jipproponu l-użu ta' ċelloli staminali tal-embrijuni tal-bniedem iridu jiksbu l-approvazzjoni tal-kumitat tal-etika nazzjonali jew lokali rilevanti. Ir-regoli u l-proċeduri nazzjonali kollha jridu jiġu osservati, inkluż f'dak li jirrigwarda kwistjonijiet bħall-kunsens tal-ġenituri, in-nuqqas ta' inċitament finanzjarju, eċċ. Se jsiru kontrolli dwar jekk il-proġett jinkludix referenzi għal miżuri ta' liċenzjar u ta' kontroll li għandhom jittieħdu mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn se titwettaq ir-riċerka. |
9. |
Proposta li tgħaddi b'suċċess mill-evalwazzjoni xjentifika, mill-analiżijiet tal-etika nazzjonali jew lokali u mill-analiżi tal-etika Ewropea se tiġi ppreżentata għall-approvazzjoni, fuq bażi ta' każ b'każ, lill-Istati Membri, imlaqqgħin bħala kumitat li jaġixxi f'konformità mal-proċedura ta' eżami. L-ebda proġett li jinvolvi l-użu ta' ċelloli staminali tal-embrijuni tal-bniedem u li ma jiksibx l-approvazzjoni mill-Istati Membri mhu se jiġi ffinanzjat. |
10. |
Il-Kummissjoni Ewropea se tkompli taħdem biex ir-riżultati tar-riċerka dwar iċ-ċelloli staminali, li tkun ġiet iffinanzjata mill-Unjoni, ikunu ġeneralment aċċessibbli għar-riċerkaturi kollha, għall-benefiċċju aħħari tal-pazjenti fil-pajjiżi kollha. |
11. |
Il-Kummissjoni Ewropea se tappoġġa azzjonijiet u inizjattivi li jikkontribwixxu għall-koordinazzjoni u r-razzjonalizzazzjoni, f'approċċ etiku responsabbli, tar-riċerka dwar iċ-ċelloli staminali tal-embrijuni tal-bniedem. B'mod partikolari, il-Kummissjoni se tkompli tappoġġa reġistru Ewropew ta' linji ta' ċelloli staminali tal-embrijuni tal-bniedem. Appoġġ għal tali reġistru se jippermetti monitoraġġ taċ-ċelloli staminali eżistenti tal-embrijuni tal-bniedem fl-Ewropa, se jikkontribwixxi għall-massimizzazzjoni tal-użu tagħhom mix-xjenzjati u jista' jgħin biex jiġu evitati derivazzjonijiet mhux meħtieġa ta' linji ġodda ta' ċelloli staminali. |
12. |
Il-Kummissjoni Ewropea se tkompli bil-prattika attwali u mhix se tippreżenta lill-kumitat li jaġixxi f'konformità mal-proċedura ta' eżami proposti għal proġetti li jinkludu attivitajiet ta' riċerka li jeqirdu l-embrijuni tal-bniedem, inkluż biex jinkisbu ċelloli staminali. L-esklużjoni tal-finanzjament ta' dan il-pass ta' riċerka mhux se tipprevjeni l-finanzjament tal-Unjoni ta' passi sussegwenti li jinvolvu ċ-ċelloli staminali tal-embrijuni tal-bniedem. |
Dikjarazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-Artikolu 5
Il-Kummissjoni tieħu nota tal-kompromess milħuq mill-koleġiżlaturi dwar il-formulazzjoni tal-Artikolu 5. Fil-fehma tal-Kummissjoni, il-programm speċifiku dwar ir-riċerka fil-qasam tad-difiża msemmi fl-Artikolu 1(2)(c) huwa limitat biss għall-azzjonijiet ta' riċerka fl-ambitu tal-Fond Ewropew għad-Difiża futur filwaqt li l-azzjonijiet ta' żvilupp huma kkunsidrati barra mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.
Dikjarazzjoni mill-Kummissjoni dwar id-drittijiet tal-bniedem dwar l-Artikolu 16.1.d
Il-Kummissjoni taqbel bis-sħiħ mar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem kif stabbilit fl-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-tieni subparagrafu tiegħu “L-Unjoni għandha tfittex li tiżviluppa relazzjonijiet u tibni sħubija mal-pajjiżi terzi u mal-organizzazzjonijiet internazzjonali, reġjonali jew globali, li jikkondividu l-prinċipji msemmija fl-ewwel subparagrafu.” Madankollu, il-Kummissjoni jiddispjaċiha dwar l-inklużjoni tar-“rispett tad-drittijiet tal-bniedem” fis-sett ta' kriterji li għandhom jiġu ssodisfati minn pajjiżi terzi sabiex ikunu eliġibbli għal assoċjazzjoni mal-Programm skont il-punt (d) tal-Artikolu 16(1). L-ebda programm ieħor tal-UE għall-Qafas Finanzjarju Pluriennali futur ma ra l-ħtieġa li jinkludi tali referenza espliċita, filwaqt li m'hemm l-ebda dubju li l-UE qed tfittex li ssegwi approċċ konsistenti fir-relazzjonijiet esterni tagħha ma' pajjiżi terzi fir-rigward tal-protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem fl-istrumenti u fl-oqsma ta' politika kollha tagħha, u li għandu jiggwida din id-dispożizzjoni tal-Kummissjoni.
Dikjarazzjoni mill-Kunsill
Il-Kunsill jappella lill-Kummissjoni biex tiżgura l-akbar involviment tal-Kunsill, matul in-negozjati ta' ftehimiet li jassoċjaw pajjiżi terzi ma' programmi tal-Unjoni, inkluż il-Programm Qafas tal-UE għar-Riċerka u l-Innovazzjoni, Orizzont Ewropa, f'konformità mal-Artikolu 218 TFUE. Għal dan il-għan, f'konformità mal-Artikolu 218(4) TFUE, il-Kunsill jista' jaħtar kumitat speċjali li f'konsultazzjoni miegħu jsiru n-negozjati, inkluż fir-rigward tat-tfassil u l-kontenut ta' tali ftehimiet.
F'dan ir-rigward, il-Kunsill ifakkar fil-prinċipju ta' kooperazzjoni sinċiera bejn l-istituzzjonijiet tal-UE, kif stipulat fit-tieni sentenza tal-Artikolu 13(2) TUE, u l-ġurisprudenza rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE dwar l-Artikolu 218(4) TFUE, li skontu l-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-kumitat speċjali bl-informazzjoni u d-dokumenti neċessarji kollha għall-monitoraġġ tal-progress tan-negozjati, bħal pereżempju, b'mod partikolari, l-għanijiet ġenerali mħabbra u l-pożizzjonijiet meħuda mill-partijiet l-oħra matul in-negozjati, fi żmien xieraq qabel il-laqgħat tan-negozjati, sabiex tippermetti l-formulazzjoni tal-opinjonijiet u pariri relatati man-negozjati (2).
Fejn diġà jeżistu ftehimiet li jassoċjaw pajjiżi terzi ma' programmi tal-Unjoni li jinkludu awtorizzazzjoni permanenti għall-Kummissjoni biex tiddetermina t-termini u l-kondizzjonijiet speċifiċi applikabbli għal kull pajjiż fir-rigward tal-parteċipazzjoni tiegħu fi kwalunkwe programm partikolari, u fejn il-Kummissjoni hija assistita f'dan il-kompitu minn kumitat speċjali, il-Kunsill ifakkar li l-Kummissjoni għandha taġixxi f'konsultazzjoni ma' dak il-kumitat speċjali b'mod sistematiku matul il-proċess ta' negozjar, pereżempju billi tikkondividi abbozzi ta' testi qabel il-laqgħat mal-pajjiżi terzi rilevanti u billi tipprovdi briefings u debriefings regolari.
Fejn diġà jeżistu ftehimiet li jassoċjaw pajjiżi terzi ma' programmi tal-Unjoni iżda fejn ma jkun previst l-ebda kumitat speċjali, il-Kunsill iqis li l-Kummissjoni għandha b'mod simili tidħol f'djalogu mal-Kunsill u l-korpi preparatorji tiegħu b'mod sistematiku matul il-proċess ta' negozjar meta jiġu ddeterminati t-termini u l-kondizzjonijiet speċifiċi għall-assoċjazzjoni ma' Orizzont Ewropa.
Dikjarazzjoni mill-Kummissjoni dwar il-Kooperazzjoni Internazzjonali
Il-Kummissjoni tieħu nota tad-dikjarazzjoni unilaterali tal-Kunsill, li hija se tikkunsidra kif xieraq, b'mod konsistenti mat-Trattat, mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE, u mal-prinċipju tal-bilanċ istituzzjonali, meta tikkonsulta l-kumitat speċjali skont l-Artikolu 218(4) tat-TFUE.
Dikjarazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-Artikolu 5
Il-Kunsill ifakkar li jirriżulta mill-Artikoli 179(3) u 182(1) TFUE, moqrija flimkien, li l-Unjoni tista' tadotta Programm Qafas pluriennali wieħed biss li jistabbilixxi l-attivitajiet ta' riċerka u żvilupp teknoloġiku kollha tal-Unjoni. Il-Kunsill huwa għalhekk tal-fehma li l-Fond Ewropew għad-Difiża msemmi fl-Artikolu 1(2)(c) tar-Regolament li jistabbilixxi l-Programm Qafas tal-Unjoni għar-Riċerka – Orizzont Ewropa, li jkopri kemm l-attivitajiet ta' riċerka kif ukoll ta' żvilupp teknoloġiku ta' dan il-Fond, huwa programm speċifiku li jimplimenta l-Programm Qafas skont it-tifsira tal-Artikolu 182(3) TFUE u jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament li jistabbilixxi dak il-Programm Qafas.
(1) ĠU C 444 I, 22.12.2020, p. 3.
(2) Ara s-sentenza tas-16 ta' Lulju 2015, Il-Kummissjoni vs Il-Kunsill, C-425/13, EU:C:2015:483, punt 66.
15.12.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 506/141 |
P9_TA(2021)0125
Programm Speċifiku li jimplimenta Orizzont Ewropa – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni *
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2021 dwar l-abbozz għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-istabbiliment tal-programm speċifiku li jimplimenta Orizzont Ewropa – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (08550/2019 – C9-0167/2020 – 2018/0225(CNS))
(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)
(2021/C 506/26)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-abbozz tal-Kunsill (08550/2019), |
— |
wara li kkunsidra t-talba ulterjuri għall-konsultazzjoni mressqa mill-Kunsill fl-ittra tiegħu tat-18 ta' Ġunju 2020 wara l-proposta emendata tal-Kummissjoni (COM(2020)0459) li ssupplimentat it-talba inizjali għal konsultazzjoni, |
— |
wara li kkunsidra l-verżjoni riveduta tal-abbozz tal-Kunsill (06199/2021) li tirrifletti l-eżitu finali tan-negozjati bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 182(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C9-0167/2020), |
— |
wara li kkunsidra l-iskambju ta' fehmiet bejn il-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni fid-9 ta' April 2019 skont il-punt 25 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (1), |
— |
wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari (2) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0436), |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi ġuridika proposta, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 82 u 40 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A9-0118/2021), |
1. |
Japprova l-abbozz tal-Kunsill kif jidher hawn taħt; |
2. |
Jistieden lill-Kunsill jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament; |
3. |
Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sustanzjali; |
4. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.
(2) Testi adottati tas-17.4.2019, P8_TA(2019)0396.
P9_TC1-CNS(2018)0225
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-27 ta’ April 2021 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/… li tistabbilixxi l-Programm Speċifiku li jimplimenta Orizzont Ewropa — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni, u li tħassar id-Deċiżjoni 2013/743/UE
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament tikkorrispondi għall-att leġiżlattiv finali, id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/764.)
15.12.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 506/142 |
P9_TA(2021)0126
L-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-27 ta’ April 2021 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (riformulazzjoni) (COM(2019)0331 – C9-0042/2019 – 2019/0151(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja – riformulazzjoni)
(2021/C 506/27)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2019)0331), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 173(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0042/2019), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-30 ta’ Ottubru 2019 (1), |
— |
wara li kkonsulta lill-Kumitat tar-Reġjuni, |
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 fuq l-użu aktar strutturat tat-teknika ta' kitba mill-ġdid tal-atti legali (2), |
— |
wara li kkunsidra l-ittra tal-10 ta' Jannar 2020 tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali indirizzata lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija skont l-Artikolu 110(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli skont l-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill fl-ittra tas-17 ta’ Frar 2021 li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 110 u 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A9-0120/2020), |
A. |
billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta tal-Kummissjoni ma tinkludi ebda tibdil sustanzjali ħlief dak identifikat bħala tali fil-proposta u billi, f'dak li jikkonċerna l-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-atti preċedenti flimkien ma' dan it-tibdil, il-proposta tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tal-atti eżistenti mingħajr tibdil sustanzjali; |
1. |
Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt, filwaqt li jikkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni; |
2. |
Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali; |
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
P9_TC1-COD(2019)0151
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-27 ta’ April 2021 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2021/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (riformulazzjoni)
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament tikkorrispondi għall-att leġiżlattiv finali, ir-Regolament (UE) 2021/819.)
15.12.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 506/143 |
P9_TA(2021)0127
L-Aġenda Strateġika ta' Innovazzjoni tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-27 ta’ April 2021 dwar il-proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Aġenda Strateġika ta' Innovazzjoni tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT) 2021-2027: Nagħtu Spinta lit-Talent u lill-Kapaċità ta' Innovazzjoni fl-Ewropa (COM(2019)0330 – C9-0043/2019 – 2019/0152(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
(2021/C 506/28)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2019)0330), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 173(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0043/2019), |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-30 ta’ Ottubru 2019 (1), |
— |
wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli skont l-Artikolu 74 (4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill fl-ittra tas-17 ta’ Frar 2021 li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 59 u 40 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A9-0121/2020), |
1. |
Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt; |
2. |
Jissuġġerixxi li l-att jiġi ċċitat bħala "d-Deċiżjoni dwar l-Aġenda Strateġika ta' Innovazzjoni tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT) 2021-2027: Nagħtu Spinta lit-Talent u lill-Kapaċità ta' Innovazzjoni fl-Ewropa |
3. |
Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali; |
4. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
P9_TC1-COD(2019)0152
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-27 ta’ April 2021 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni (UE) 2021/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Aġenda Strateġika ta' Innovazzjoni tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT) 2021-2027: Nagħtu Spinta lit-Talent u lill-Kapaċità ta' Innovazzjoni fl-Ewropa u li tħassar id-Deċiżjoni Nru 1312/2013/UE
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament tikkorrispondi għall-att leġiżlattiv finali, id-Deċiżjoni (UE) 2021/820.)
15.12.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 506/144 |
P9_TA(2021)0128
Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-27 ta’ April 2021 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (COM(2020)0220 – C9-0160/2020 – 2020/0097(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
(2021/C 506/29)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2020)0220), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 196(2) u 322(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0160/2020), |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi ġuridika proposta, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri tat-28 ta’ Settembru 2020 (1), |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-29 ta’ Ottubru 2020 (2), |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-14 ta’ Ottubru 2020 (3), |
— |
wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74 (4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tas-17 ta’ Frar 2021, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 59 u 40 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits, |
— |
wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Iżvilupp, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A9-0148/2020), |
1. |
Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt (4); |
2. |
Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali; |
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) ĠU C 385, 13.11.2020, p. 1.
(2) ĠU C 10, 11.1.2021, p. 66.
(3) ĠU C 440, 18.12.2020, p. 150.
(4) Din il-pożizzjoni tissostitwixxi l-emendi adottati fis-16 ta’ Settembru 2020 (Testi adottati, P9_TA(2020)0218).
P9_TC1-COD(2020)0097
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-27 ta’ April 2021 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2021/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda d-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament tikkorrispondi għall-att leġiżlattiv finali, ir-Regolament (UE) 2021/836.)
15.12.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 506/145 |
P9_TA(2021)0129
Ftehim ta' Sħubija Volontarja bejn l-UE u l-Honduras
Riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2021 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-wKunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Sħubija Volontarja bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Honduras dwar l-infurzar tal-liġi u t-tmexxija fis-settur forestali u l-kummerċ ta' prodotti tal-injam lejn l-Unjoni Ewropea (12543/2020 – C9-0084/2021 – 2020/0157M(NLE))
(2021/C 506/30)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Sħubija Volontarju bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Honduras dwar l-infurzar tal-liġi u t-tmexxija fis-settur forestali u l-kummerċ ta' prodotti tal-injam lejn l-Unjoni Ewropea (12543/2020), |
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija Volontarja bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Honduras dwar l-infurzar tal-liġi u t-tmexxija fis-settur forestali u l-kummerċ ta' prodotti tal-injam lejn l-Unjoni Ewropea (10365/2020), |
— |
wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 207(3) l-ewwel subparagrafu, u l-Artikolu 207(4) l-ewwel subparagrafu, flimkien mal-Artikolu 218(6) it-tieni subparagrafu, punt (a)(v), u l-Artikolu 218(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C9-0084/2021), |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 2173/2005 tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2005 dwar l-istabbiliment ta' skema ta' liċenzjar FLEGT għall-importazzjoni ta' injam fil-Komunità Ewropea (1) (ir-Regolament FLEGT), |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 995/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ottubru 2010 li jistabbilixxi l-obbligi tal-operaturi li jqiegħdu fis-suq injam u prodotti tal-injam (2) (ir-Regolament tal-UE dwar l-Injam), |
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Pariġi dwar il-Klima, |
— |
wara li kkunsidra l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, |
— |
wara li kkunsidra l-Patt Ekoloġiku Ewropew (COM(2019)0640) u r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Jannar 2020 (3), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Settembru 2020 dwar ir-rwol tal-UE fil-protezzjoni u r-restawr tal-foresti tad-dinja (4), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta' Ottubru 2020 li tinkludi rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar qafas legali tal-UE biex titwaqqaf u titreġġa' lura d-deforestazzjoni globali li l-UE hija responsabbli għaliha (5), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' April 2016 dwar il-Honduras: is-sitwazzjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem (6), |
— |
wara li kkunsidra l-kontroll tal-idoneità li għaddej bħalissa dwar ir-regoli tal-UE applikabbli għall-qtugħ illegali tas-siġar, b'mod partikolari r-Regolament tal-UE dwar l-Injam u r-Regolament FLEGT, |
— |
wara li kkunsidra l-Pjan ta' Azzjoni tal-UE għall-Infurzar tal-Liġi, Tmexxija u Kummerċ fis-Settur Forestali (FLEGT) tal-2003 u l-Pjan ta' Ħidma għall-implimentazzjoni tiegħu 2018-2022, |
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha fuq naħa waħda, u l-Amerika Ċentrali fuq in-naħa l-oħra (7), |
— |
wara li kkunsidra d-Djalogu Politiku ta' Livell Għoli annwali bejn il-Honduras u l-UE dwar is-settur forestali, |
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tas-6 ta' Diċembru 2019 tar-Rappreżentant Għoli, f'isem l-UE, dwar l-estensjoni tal-mandat tal-Missjoni għall-Appoġġ tal-Ġlieda Kontra l-Korruzzjoni u l-Impunità fil-Honduras (MACCIH); |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni leġiżlattiva tiegħu tas-27 ta’ April 2021 (8) dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 105(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A9-0054/2021), |
A. |
billi kważi nofs it-territorju tal-Honduras huwa kopert mill-foresti, li nofshom huma foresti tropikali; billi għad hemm riżorsa enormi ta' siġar u speċijiet mhux ikklassifikati; billi mill-2015 il-Honduras tilef madwar 12,5 % taż-żona tal-foresti tiegħu l-aktar minħabba infestazzjoni ta' organiżmi ta' ħsara, x'aktarx ikkawżata mit-tibdil fil-klima, filwaqt li xi żoni forestali ntilfu minħabba nirien, id-deforestazzjoni u l-qtugħ illegali tas-siġar; |
B. |
billi l-Honduras għadda l-Liġi tiegħu dwar it-Tibdil fil-Klima fl-2014 u s-sena ta' wara kien l-ewwel stat li ppubblika l-ewwel kontribut stabbilit fil-livell nazzjonali (NDC) fil-qafas tal-Ftehim ta' Pariġi, li fih impenn għar-restawr ta' miljun ettaru ta' foresti; |
C. |
billi s-sehem tas-settur forestali fl-ekonomija tal-Honduras naqas matul is-snin, u jammonta għal madwar 3,6 % tal-prodott nazzjonali gross (PNG) fl-aħħar 16-il sena, minħabba rekwiżiti aktar stretti dwar il-legalità tal-injam fis-swieq tal-esportazzjoni tal-Honduras u l-qerda tal-foresti; billi l-proċess tal-Ftehim ta' Sħubija Volontarja (VPA), li jenfasizza l-legalità u l-governanza tajba, qed jgħin lis-settur forestali jżid is-sehem tiegħu, jipprovdi impjiegi rurali deċenti u jiġġenera dħul għall-Hondurjani; |
D. |
billi l-volum ta' injam innegozjat bejn il-Honduras u l-UE bħalissa huwa baxx u jirrappreżenta inqas minn 2 % tal-esportazzjonijiet tal-injam tal-Honduras, filwaqt li l-Istati Uniti huma l-akbar sieħeb kummerċjali u l-esportazzjonijiet dejjem qed jiżdiedu lejn il-pajjiżi ġirien ta' El Salvador u n-Nikaragwa; billi l-VPA jista' jiftaħ aktar opportunitajiet għall-Honduras biex jesporta lejn l-UE u swieq ġodda; |
E. |
billi l-Honduras huwa pajjiż bi dħul medju-baxx skont klassifikazzjoni tal-Bank Dinji; billi huwa t-tieni l-ifqar pajjiż fl-Amerika Latina u t-tielet l-ifqar fl-emisferu tal-Punent; billi l-Honduras jeħtieġ li jegħleb ħafna sfidi sabiex jiġġieled il-faqar, l-inugwaljanza, il-korruzzjoni, il-vjolenza u l-impunità, li għadhom preokkupazzjonijiet persistenti, u jtejjeb il-benesseri taċ-ċittadini tiegħu, kif ukoll is-sitwazzjoni tad-drittijiet tan-nisa, mhux l-inqas minħabba r-reazzjoni negattiva reċenti kontra s-saħħa u d-drittijiet sesswali u riproduttivi; |
F. |
Jinnota li l-Gvern tal-Honduras ħa impenji pożittivi u nieda leġiżlazzjoni biex jipproteġi d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem; jiddispjaċih dwar l-abbużi, il-vjolenza, id-detenzjonijiet arbitrarji, it-theddid u l-qtil ta' difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, tal-indiġeni u tal-art u ta' attivisti ambjentali; billi l-Honduras mhuwiex firmatarju tal-Ftehim Reġjonali ta' Escazú dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku u l-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali fl-Amerka Latina u l-Karibew, li huwa l-ewwel ftehim ambjentali li jinkludi dispożizzjonijiet speċifiċi dwar id-difensuri ambjentali u tad-drittijiet tal-bniedem; |
G. |
billi l-mandat tal-Missjoni għall-Appoġġ tal-Ġlieda Kontra l-Korruzzjoni u l-Impunità fil-Honduras (MACCIH) intemm f'Jannar 2020 u ma ġġeddidx; billi l-UE u l-Istati Membri tagħha kienu talbu lill-Gvern tal-Honduras biex iġedded dan il-mandat sabiex jissaħħaħ l-istat tad-dritt fil-pajjiż; |
H. |
billi l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Amerika Ċentrali ġie konkluż fl-2012, filwaqt li l-pilastru kummerċjali beda japplika b'mod proviżorju mill-1 ta' Awwissu 2013; |
I. |
billi fl-2013, il-Honduras sar l-ewwel pajjiż tal-Amerika Latina li beda negozjati mal-UE dwar il-VPA FLEGT, li rriżulta fl-inizjalar ta' abbozz ta' ftehim fl-2018; |
J. |
billi l-objettiv tal-VPA huwa li jiżgura li l-konsenji kollha tal-injam u tal-prodotti tal-injam mill-Honduras destinati għas-suq tal-UE jkunu konformi ma' Sistema ta' Garanzija tal-Legalità tal-Injam (TLAS) tal-Honduras u b'hekk jikkwalifikaw għal-liċenzja FLEGT; billi l-injam domestiku u l-injam destinat għal swieq oħra tal-esportazzjoni jeħtieġ ukoll li jikkonforma mat-TLAS u se jkun soġġett għall-ħruġ ta' Ċertifikat H-Legal; |
K. |
billi t-TLAS hija bbażata fuq definizzjoni tal-legalità, kontrolli tal-katina tal-provvista, verifika tal-konformità, liċenzjar FLEGT u awditu indipendenti; |
L. |
billi l-ftehim ikopri l-ħames prodotti tal-injam obbligatorji skont ir-Regolament FLEGT – zkuk, injam isserrat, traversi ferrovjarji, plywood u fuljetta – u għadd ta' prodotti oħra tal-injam; |
M. |
billi l-għan u l-benefiċċji mistennija tal-VPAs FLEGT imorru lil hinn mill-faċilitazzjoni tal-kummerċ tal-injam legali, peress li huma mfassla wkoll biex iwasslu għal bidliet sistemiċi fil-governanza forestali, l-infurzar tal-liġi, inklużi l-liġi tax-xogħol u d-drittijiet tal-popli indiġeni, it-trasparenza u l-inklużjoni ta' diversi partijiet ikkonċernati fil-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet politiċi, b'mod partikolari l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili (OSĊ) u l-komunitajiet indiġeni, kif ukoll l-appoġġ għall-integrazzjoni ekonomika u r-rispett għall-għanijiet internazzjonali ta' żvilupp sostenibbli; billi n-negozjati li wasslu għall-konklużjoni ta' dan il-VPA ħolqu spazju għal kooperazzjoni fost il-partijiet ikkonċernati differenti fejn jiddiskutu kwistjonijiet ambjentali, tad-drittijiet tal-bniedem, soċjali u ekonomiċi; billi l-Honduras għandu jiżgura li l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-VPA jkunu jinvolvu lill-partijiet ikkonċernati rilevanti, irrispettivament mill-ġeneru, l-età, il-post, ir-reliġjon jew it-twemmin, l-oriġini etnika, ir-razza, il-lingwa jew diżabilità u l-parteċipazzjoni tas-settur privat, tas-soċjetà ċivili, tal-komunitajiet lokali, tal-popli indiġeni u ta' dixxendenza Afrikana tal-Honduras u ta' oħrajn li jiddependu fuq il-foresti (9); |
N. |
billi l-VPA jipprevedi Kumitat Konġunt għall-Implimentazzjoni, li jkun responsabbli għall-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tiegħu; |
O. |
billi l-UE pprovdiet appoġġ għall-proċess ta' negozjar permezz ta' tliet programmi bilaterali fl-ambitu tal-assistenza tagħha għall-iżvilupp; |
P. |
billi l-elezzjonijiet ġenerali se jsiru fil-Honduras sa tmiem l-2021; |
Q. |
billi l-Honduras irratifika l-Konvenzjoni Nru 169 tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) dwar il-Popli Indiġeni u Tribali, iżda ma implimentahiex bis-sħiħ u fil-leġiżlazzjoni tiegħu ma introduċiex il-prinċipju ewlieni ta' kunsens liberu, minn qabel u infurmat li jirriżulta mid-Dikjarazzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Popli Indiġeni; |
1. |
Jilqa' l-konklużjoni tan-negozjati dwar il-VPA bejn l-UE u l-Honduras, li se jiżgura li l-injam maqtugħ legalment biss jiġi importat fl-UE mill-Honduras, jippromwovi prattiki ta' ġestjoni sostenibbli tal-foresti u kummerċ sostenibbli fl-injam prodott legalment, u jtejjeb il-governanza tal-foresti, l-infurzar tal-liġi (inkluż l-obbligi tax-xogħol u n-normi marbutin mas-saħħa u s-sigurtà fil-post tax-xogħol), id-drittijiet tal-bniedem, it-trasparenza, ir-responsabbiltà u r-reżiljenza istituzzjonali fil-Honduras, b'kont meħud li l-foresti huma importanti għall-ekonomija tal-Honduras u li l-problema tad-deforestazzjoni fil-pajjiż għandha tiġi indirizzata b'mod aktar effettiv; jappella għar-ratifika rapida tal-VPA miż-żewġ naħat sabiex ikun jista' jidħol fis-seħħ fl-2021 u jwitti t-triq għall-passi importanti sussegwenti f'termini ta' implimentazzjoni, inkluż l-istabbiliment ta' liċenzjar; |
2. |
Jesprimi s-solidarjetà tiegħu mal-Honduras, li reċentement sofra żewġ uragani li ġabu magħhom konsegwenzi severi minbarra l-pandemija tal-COVID-19, li laqtet ukoll lill-pajjiż b'mod qawwi ħafna; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu indirizzati b'mod urġenti u fuq skala globali l-kawżi ewlenin ta' dawn il-fenomeni estremi tat-temp u ż-żoonożi, li huma marbuta mat-tibdil fil-klima, id-deforestazzjoni u t-telf tal-bijodiversità; |
3. |
Japprezza ħafna l-fatt li l-Honduras irnexxielu jiżgura l-involviment tal-istituzzjonijiet tal-gvern, tas-soċjetà ċivili, tas-settur privat, tal-popli indiġeni u ta' dixxendenza Afrikana, tal-akkademja u tal-komunitajiet tiegħu fil-proċess ta' abbozzar tal-VPA, li aċċettaw din l-offerta u pprovdew il-kontribuzzjonijiet tagħhom; jilqa' l-fatt li dawn is-setturi kollha tas-soċjetà qablu li jkunu preżenti madwar l-istess mejda tan-negozjati, biex b'hekk ġie żgurat sentiment ta' inklużività u l-possibbiltà li jikkontribwixxu; |
4. |
Jirrikonoxxi li l-implimentazzjoni sħiħa tal-VPA se tkun proċess fit-tul li se tirrikjedi l-adozzjoni ta' sett sħiħ ta' leġiżlazzjoni u kapaċità amministrattiva u għarfien espert adegwati għall-implimentazzjoni u l-infurzar tiegħu; ifakkar li l-liċenzjar FLEGT jista' jibda biss ladarba l-Honduras ikun wera li t-TLAS tiegħu hija disponibbli; |
5. |
Jisħaq li l-istadju ta' implimentazzjoni jirrikjedi konsultazzjonijiet ġenwini u kontinwi u involviment sostanzjali ta' diversi partijiet ikkonċernati, inkluż il-parteċipazzjoni sinifikanti tal-OSĊ u tal-komunitajiet lokali u indiġeni fit-teħid tad-deċiżjonijiet, sabiex jiggarantixxu l-prinċipju tal-kunsens liberu, minn qabel u infurmat; ifakkar fil-ħtieġa li jissaħħu t-trasparenza, u li jiġi żgurat l-iżvelar pubbliku effettiv tal-informazzjoni u l-kondiviżjoni f'waqtha tad-dokumenti mal-popli lokali u indiġeni; jistieden lill-Kummissjoni, lid-Delegazzjoni tal-UE għall-Honduras u lill-Istati Membri jiżguraw u jipprovdu bini tal-kapaċità sostanzjali u appoġġ loġistiku u tekniku fil-qafas ta' strumenti ta' kooperazzjoni għall-iżvilupp preżenti u futuri sabiex il-Honduras ikun jista' jissodisfa l-impenji għall-implimentazzjoni tat-TLAS tiegħu u l-miżuri relatati tagħha; |
6. |
Jilqa' l-adozzjoni reċenti tal-pjan ta' azzjoni għall-implimentazzjoni tal-VPA mal-Honduras u jistieden lill-Gvern tal-Honduras isegwi approċċ konkret, marbut biż-żmien u li jista' jitkejjel; |
7. |
Jinsab allarmat dwar il-fatt li aktar minn 20 attivist għall-protezzjoni ambjentali u d-drittijiet tal-popli indiġeni nqatlu mill-inizjalar tal-VPA f'Lulju 2018; jemmen li s-suċċess tal-VPA se jiddependi ħafna fuq il-ħolqien ta' ambjent sikur u favorevoli għall-protezzjoni tal-attivisti ambjentali u tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u tal-informaturi, filwaqt li jiġu żgurati rimedji effettivi f'każijiet ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem u tiġi miġġielda l-impunità; jisħaq, f'dan ir-rigward, li r-ratifika tal-Ftehim ta' Escazú tkun pass sinifikanti fid-direzzjoni t-tajba; iħeġġeġ lill-Gvern tal-Honduras biex jieħu passi għal dan il-għan; |
8. |
Jemmen li l-ġlieda kontra l-korruzzjoni jeħtieġ li tkun kostanti; jilqa' l-fatt li t-trasparenza wriet li kienet utli fil-proċess biex jiġi konkluż il-VPA, u għandha tiġi żgurata fil-proċess ta' implimentazzjoni li jmiss; jisħaq li s-suċċess tal-FLEGT jiddependi wkoll mill-ġlieda kontra l-frodi u l-korruzzjoni tul il-katina tal-provvista tal-injam; jitlob, għal dan il-għan, lill-UE ssaħħaħ il-kamp ta' applikazzjoni u l-infurzar tar-Regolament tal-UE dwar l-Injam sabiex tindirizza r-riskji tal-korruzzjoni fil-katina tal-provvista tal-injam tal-UE, inkluż permezz ta' kontrolli u investigazzjonijiet aktar regolari u sistematiċi fil-portijiet tal-UE; jinnota l-isforzi s'issa tal-Honduras biex jagħmel progress lejn trasparenza akbar u jħeġġeġ lill-Gvern tal-Honduras jipprovdi inċentivi fl-istadji varji tal-katina tal-valur tal-foresti li jippermettu trasparenza akbar u jiżguraw l-inklużjoni tal-aktar operaturi vulnerabbli, bħaż-żgħażagħ u n-nisa minn komunitajiet indiġeni, nies ta' dixxendenza Afrikana u bdiewa b'azjendi agrikoli żgħar; barra minn hekk, iħeġġeġ lill-Gvern tal-Honduras jaħdem biex iwaqqaf il-korruzzjoni mifruxa u jindirizza fatturi oħra li jwasslu għall-qtugħ illegali tas-siġar u d-degradazzjoni tal-foresti, b'attenzjoni partikolari għad-dwana, l-Awtorità Forestali tal-Honduras u l-ministeri li jieħdu ħsieb il-foresti u d-drittijiet tal-art, u awtoritajiet oħra li se jkollhom rwol ċentrali fl-implimentazzjoni u l-infurzar tal-VPA; jisħaq fuq il-ħtieġa li tintemm l-impunità fis-settur forestali billi jiġi żgurat li ssir prosekuzzjoni tal-każijiet ta' ksur; |
9. |
Iħeġġeġ lill-Gvern tal-Honduras biex iġedded il-mandat għall-Missjoni għall-Appoġġ tal-Ġlieda kontra l-Korruzzjoni u l-Impunità fil-Honduras (MACCIH), li ntemm f'Jannar 2020; |
10. |
Jilqa' l-fatt li l-Honduras huwa l-ewwel pajjiż b'VPA li kellu popli indiġeni bħala grupp ta' interess separat madwar il-mejda tan-negozjati, u l-parteċipazzjoni kuraġġuża tal-gruppi tal-popli indiġeni, bl-għarfien u l-kontributi partikolari tagħhom; jitlob l-inklużjoni rapida ta' kunsens liberu, minn qabel u infurmat fid-definizzjoni tal-legalità u għall-adozzjoni tal-liġijiet rilevanti fil-Honduras; |
11. |
Jirrikonoxxi li l-proċess ta' negozjar tal-VPA jista' jippermetti lis-setturi jidentifikaw għanijiet u prijoritajiet kondiviżi biex jaħdmu lejn ġestjoni sostenibbli tal-foresti, kif ukoll joffri opportunità importanti għas-soċjetajiet biex jippermettu ġestjoni parteċipattiva tal-foresti tagħhom fil-livelli lokali, komunitarji u reġjonali u anke sal-livell nazzjonali jew federali; |
12. |
Huwa konxju tal-fatt li d-drittijiet kruċjali tad-dominju ta' art u d-drittijiet tal-komunitajiet indiġeni fil-Honduras jeħtieġu kjarifika u li huma meħtieġa salvagwardji konkreti dwar id-dominju ta' art għall-komunitajiet lokali u indiġeni; ifakkar li l-aċċess għall-art, u l-użu u l-kontroll tagħha kienu sors ewlieni ta' kunflitti soċjali, vjolenza u abbużi tad-drittijiet tal-bniedem fil-Honduras; ifakkar, b'mod partikolari, li skont l-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem, madwar 80 % tal-art f'idejn il-privat fil-Honduras hija jew mingħajr titolu jew b'titolu mhux xieraq, filwaqt li jistgħu jgħaddu s-snin biex jissolva t-tilwim dwar it-titolu, minħabba d-dgħufija tas-sistema ġudizzjarja; iħeġġeġ lill-Gvern tal-Honduras biex jalloka aktar riżorsi għal u jsaħħaħ il-koordinazzjoni tal-istituzzjonijiet pubbliċi involuti; |
13. |
Jenfasizza l-importanza tal-użu tal-art fil-governanza tal-foresti u li hija meħtieġa viżjoni strateġika fil-governanza tal-foresti marbuta mal-kwistjonijiet tat-tibdil fil-klima; jistieden lill-Gvern tal-Honduras jiżgura koordinazzjoni mill-qrib bejn l-inizjattivi differenti eżistenti fis-settur forestali, bħat-tnaqqis ta' emissjonijiet mid-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw (REDD+), il-VPA FLEGT u l-NDCs; |
14. |
Jistieden lill-Gvern tal-Honduras isaħħaħ il-viġilanza u ż-żoni ta' protezzjoni kontra n-nirien fil-foresti f'artijiet privati; jitlob li l-ġestjoni tal-katina tal-provvista tiġi implimentata fis-setturi tat-trobbija tal-annimali, tal-kafè u taż-żejt tal-palm, peress li dan huwa essenzjali biex jiġu indirizzati l-kawżi fundamentali tad-deforestazzjoni; |
15. |
Jemmen li n-negozjati ta' suċċess ta' dan il-VPA juru l-importanza tad-Delegazzjonijiet tal-Unjoni għall-pajjiżi terzi; |
16. |
Jitlob li l-analiżi tal-ġeneru tiġi integrata fl-attivitajiet u l-proġetti kollha marbuta mal-implimentazzjoni tal-VPA FLEGT; jappella għal analiżi kwantitattiva u kwalitattiva, diżaggregata skont il-ġeneru, fir-rigward tad-dominju tal-art, tas-sjieda tal-assi u tal-inklużjoni finanzjarja f'setturi li sofrew impatt mill-kummerċ; jistieden lill-Kummissjoni tappoġġa dawn l-isforzi b'riżorsi tekniċi u umani; |
17. |
Jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar l-emendi tal-liġijiet dwar l-abort fil-Honduras u f'xi Stati Membri tal-UE; |
18. |
Jisħaq fuq l-importanza tal-impjiegi fil-foresti u tal-impjiegi rurali fl-ekonomija tal-Honduras, li għandhom jitqiesu għall-implimentazzjoni tal-VPA; iqis il-VPA bħala għodda għall-promozzjoni ta' xogħol deċenti; jistieden lill-Kummissjoni u l-awtoritajiet tal-Honduras biex iwettqu valutazzjoni eżawrjenti tal-impatt tal-VPA fuq il-ħaddiema u l-produtturi żgħar tas-settur li jistgħu jiġu affettwati miż-żieda fil-kontrolli tal-qtugħ tas-siġar; jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi u tappoġġa programmi għall-ħaddiema u l-produtturi affettwati biex ikunu jistgħu jibqgħu kompetittivi fis-settur; |
19. |
Jitlob lill-Kummissjoni tirrapporta regolarment lill-Parlament dwar l-implimentazzjoni tal-ftehim, inkluż dwar il-ħidma tal-Kumitat Konġunt ta' Implimentazzjoni, u jistieden lill-Kummissjoni tinvolvi ruħha b'mod attiv mal-Parlament, b'mod partikolari billi tistiednu jibgħat delegazzjoni biex jipparteċipa fix-xogħol tal-Kumitat Konġunt ta' Implimentazzjoni; |
20. |
Jistieden lill-Istati Membri biex jikkonformaw bis-sħiħ mar-Regolament tal-UE dwar l-Injam, jimplimentawh u jinfurzawh; jistieden lill-Kummissjoni tqis li ttejjeb ir-Regolament FLEGT fir-rigward tal-liċenzjar FLEGT matul l-eżerċizzju ta' rieżami li jmiss sabiex tkun tista' tirreaġixxi malajr għal każijiet ta' ksur sinifikanti tal-impenji tal-VPA; |
21. |
Jisħaq li pajjiżi madwar id-dinja kollha li diġà għandhom jew li għandhom l-għan li jkollhom swieq ta' importazzjoni regolati għall-injam legali jibbenefikaw minn kooperazzjoni u, fejn possibbli, japprovaw ir-regoli u s-sistemi ta' xulxin, bħall-FLEGT u l-VPAs tal-UE; jenfasizza li l-istandards internazzjonali jkunu aktar effettivi u jippromwovu s-sigurtà legali fit-tul għan-negozji u l-konsumaturi; |
22. |
Jissottolinja li l-VPAs jipprovdu qafas legali importanti kemm għall-UE kif ukoll għall-pajjiżi sħab tagħha, u li dan kien possibbli bis-saħħa tal-kooperazzjoni tajba u impenn mill-pajjiżi kkonċernati; jappoġġa lill-Kummissjoni biex issib sħab potenzjali addizzjonali għal VPAs futuri fil-qafas tal-FLEGT; |
23. |
Jemmen li l-UE għandha rwol responsabbli u importanti ħafna u obbligu li tirrispetta fit-titjib kemm tal-provvista kif ukoll tad-domanda tal-injam sabiex tirrifjuta l-injam prodott illegalment u tgħin lill-pajjiżi esportaturi fl-isforzi tagħhom biex jiġġieldu l-qtugħ illegali tas-siġar u l-korruzzjoni, li jirriżultaw fil-qerda tal-foresti tagħhom, it-tibdil fil-klima, u l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem; jisħaq fuq il-ħtieġa li dan ix-xogħol jiġi kkomplementat b'regolament tal-UE li jmiss ta' diliġenza dovuta u speċifiku għall-komoditajiet li jinvolvu riskju għall-foresti; jinnota l-importanza tal-Honduras bħala produttur sinifikanti dinji tal-kafè; |
24. |
Jenfasizza li l-VPAs huma parti integrali mill-isforzi tal-UE biex jinkisbu l-miri stabbiliti mill-Ftehim ta' Pariġi u l-Aġenda 2030 tan-NU, b'mod partikolari l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jintegraw bis-sħiħ l-aġenda FLEGT fil-qafas strateġiku l-ġdid tal-Patt Ekoloġiku Ewropew billi jinkoraġġixxu l-promozzjoni tiegħu fil-livelli globali u reġjonali u jsaħħu aktar il-kooperazzjoni internazzjonali bejn il-pajjiżi produtturi u dawk importaturi; |
25. |
Jappella lill-UE biex tiżgura l-koerenza tal-politika għall-iżvilupp sostenibbli bejn il-VPA u l-politiki kollha tagħha, inkluż fl-oqsma tal-kummerċ, l-iżvilupp, l-agrikoltura u l-ambjent, filwaqt li tiżgura l-komplementarjetà tal-VPA mal-impenji tal-UE għall-protezzjoni ambjentali u klimatika; |
26. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika tal-Honduras. |
(1) ĠU L 347, 30.12.2005, p. 1.
(2) ĠU L 295, 12.11.2010, p. 23.
(3) Testi adottati, P9_TA(2020)0005.
(4) Testi adottati, P9_TA(2020)0212.
(5) Testi adottati, P9_TA(2020)0285.
(6) ĠU C 58, 15.2.2018, p. 155.
(7) ĠU L 346, 15.12.2012, p. 3.
(8) Testi adottati ta' dik id-data, P9_TA(2021)0121.
(9) Skont l-Artikolu 16 tal-VPA.
15.12.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 506/151 |
P9_TA(2021)0134
Ebda oġġezzjoni għal att delegat: Eżami ta' varjazzjonijiet fit-termini tal-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq tal-prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u tal-prodotti mediċinali veterinarji
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li ma ssir ebda oġġezzjoni għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni tal-24 ta’ Marzu 2021 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1234/2008 li jikkonċerna l-eżami ta' varjazzjonijiet fit-termini tal-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq tal-prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u tal-prodotti mediċinali veterinarji (C(2021)01603 – 2021/2616(DEA))
(2021/C 506/31)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni tal-24 ta' Marzu 2021 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1234/2008 li jikkonċerna l-eżami ta' varjazzjonijiet fit-termini tal-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq tal-prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u tal-prodotti mediċinali veterinarji (C(2021)01603), |
— |
wara li kkunsidra l-ittra tal-Kummissjoni tad-9 ta' Marzu 2021, li permezz tagħha hija talbet lill-Parlament jiddikjara li mhux se joġġezzjona għar-Regolament Delegat, |
— |
wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel lill-President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati, bid-data tas-16 ta' April 2021, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x'jaqsam ma' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 23b u l-Artikolu 121a(6) tagħha, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 16a(3) u l-Artikolu 87b(6) tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 111(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għal deċiżjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, |
— |
wara li kkusnidra l-fatt li ebda oġġezzjoni ma tqajmet fil-perjodu stabbilit fit-tielet u r-raba’ inċiż tal-Artikolu 111(6) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, li skada fis-27 ta’ April 2021, |
A. |
billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1234/2008 (3) jistabbilixxi dispożizzjonijiet li jikkonċernaw l-eżami ta' varjazzjonijiet fit-termini tal-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq tal-prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u tal-prodotti mediċinali veterinarji; |
B. |
billi, abbażi tal-valutazzjoni xjentifika mwettqa mill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, il-Kummissjoni awtorizzat diversi vaċċini kontra l-COVID-19; |
C. |
billi, sabiex tiġi żgurata l-effikaċja kontinwa tal-vaċċini awtorizzati kontra l-COVID-19, jaf ikun hemm bżonn modifiki li jinvolvu tibdil fil-kompożizzjoni tagħhom ħalli joffru protezzjoni minn varjanti ġodda jew multipli fil-kuntest tal-pandemija jew f'kuntesti oħra; |
D. |
billi, fil-komunikazzjoni tagħha tas-17 ta' Frar 2021 bit-titolu “L-Inkubatur HERA: Nantiċipaw flimkien it-thedidda tal-varjanti tal-COVID-19” (4), il-Kummissjoni ħabbret għadd ta' miżuri li se jiġu introdotti biex tilqa' b'mod effikaċi għal sitwazzjoni fejn varjanti ġodda tal-COVID-19 potenzjalment jaffettwaw il-ġlieda kontra l-pandemija li għaddejja bħalissa; billi l-miżuri mħabbra jinkludu dik li l-proċedura regolatorja attwali tiġi emendata b'tali mod li tippermetti approvazzjoni aċċelerata tal-vaċċini kontra l-COVID-19 adattati għall-varjanti l-ġodda; |
E. |
billi, fl-24 ta' Marzu 2021, il-Kummissjoni bagħtet ir-Regolament Delegat lill-Parlament, u b'hekk infetaħ il-perjodu ta' skrutinju ta' tliet xhur biex il-Parlament joġġezzjona għal dak ir-Regolament Delegat; |
F. |
billi r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni jipprevedi li, f'kundizzjonijiet speċifiċi, meta ċerta data farmaċewtika, mhux klinika jew klinika tkun nieqsa, il-Kummissjoni tista', eċċezzjonalment u temporanjament, taċċetta varjazzjoni fit-termini tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' vaċċin kontra l-influwenza jew kontra l-coronavirus; billi, madankollu, meta tiġi aċċettata varjazzjoni bħal din, id-detentur għandu jippreżenta d-data farmaċewtika, mhux klinika u klinika nieqsa fiż-żmien stabbilit mill-awtorità rilevanti; |
G. |
billi r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni jippermetti li talba għal varjazzjoni min-naħa tad-detentur tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq tkun tista' tiġi analizzata abbażi ta' sett ta' data inizjali li mbagħad ikun ikkomplementat b'data addizzjonali min-naħa tad-detentur tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq wara l-approvazzjoni, u b'hekk irendi l-proċess regolatorju aktar sempliċi u faċli, kemm għall-awtoritajiet regolatorji kif ukoll għall-iżviluppaturi tal-vaċċini; |
H. |
billi r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni għandu jidħol fis-seħħ sas-26 ta' April 2021 biex jiġi żgurat li l-iżviluppaturi tal-vaċċini, li qed jibdew iħejju l-vaċċini tagħhom kontra l-COVID-19 għall-varjanti, kif ukoll ir-regolaturi, ikunu jistgħu jagħmlu użu sħiħ mis-sistema kif adattata; |
1. |
Jiddikjara li ma joġġezzjonax għar-Regolament Delegat; |
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
(1) ĠU L 311, 28.11.2001, p. 67.
(2) ĠU L 136, 30.4.2004, p. 1.
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1234/2008 tal-24 ta' Novembru 2008 li jikkonċerna l-eżami ta' varjazzjonijiet fit-termini tal-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq tal-prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u tal-prodotti mediċinali veterinarji (ĠU L 334, 12.12.2008, p. 7).
(4) COM(2021)0078.
15.12.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 506/153 |
P9_TA(2021)0135
Il-Programm għas-suq uniku, għall-kompetittività tal-intrapriżi, għall-qasam tal-pjanti, l-annimali, l-ikel u l-għalf u għall-istatistika Ewropea (Programm tas-Suq Uniku) 2021-2027 ***II
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2021 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari għall-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi programm għas-suq intern, għall-kompetittività tal-intrapriżi, inkluż l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, għall-qasam tal-pjanti, l-annimali, l-ikel u l-għalf, u għall-istatistika Ewropea (Programm tas-Suq Uniku) u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 99/2013, (UE) Nru 1287/2013, (UE) Nru 254/2014 u (UE) Nru 652/2014 (14281/1/2020 – C9-0133/2021 – 2018/0231(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)
(2021/C 506/32)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (14281/1/2020 – C9-0133/2021), |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-17 ta' Ottubru 2018 (1), |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-5 ta' Diċembru 2018 (2), |
— |
wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari (3) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0441), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 67 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A9-0142/2021), |
1. |
Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari; |
2. |
Jinnota li l-att qed jiġi adottat b'konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill; |
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma l-att, flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea; |
4. |
Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu biex jiffirma l-att, wara li jkun ġie vverifikat li l-proċeduri kollha ntemmu kif imiss, u biex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-att f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; |
5. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) ĠU C 62, 15.2.2019, p. 40.
(2) ĠU C 86, 7.3.2019, p. 259.
(3) Testi adottati tat-12.2.2019, P8_TA(2019)0073.
15.12.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 506/154 |
P9_TA(2021)0136
Il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssensjati (FEG) 2021-2027 ***II
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-27 ta’ April 2021 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssensjati (FEG) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1309/2013 (05532/1/2021 – C9-0139/2021 – 2018/0202(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)
(2021/C 506/33)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (05532/1/2021 – C9-0139/2021), |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni motivata ppreżentata mil-Parlament Żvediż, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità li tiddikjara li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà, |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2018 (1), |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-5 ta' Diċembru 2018 (2), |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni (COM(2021)0196), |
— |
wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari (3) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2018)0380), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 67 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A9-0140/2021), |
1. |
Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari; |
2. |
Jinnota li l-att qed jiġi adottat f'konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill; |
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma l-att, flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea; |
4. |
Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu biex jiffirma l-att, wara li jkun ġie vverifikat li l-proċeduri ntemmu kif imiss, u biex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-att f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; |
5. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) ĠU C 110, 22.3.2019, p. 82.
15.12.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 506/155 |
P9_TA(2021)0137
Il-Programm Ċittadini, Ugwaljanza, Drittijiet u Valuri 2021-2027 ***II
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-27 ta’ April 2021 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Programm dwar iċ-Ċittadini, l-Ugwaljanza, id-Drittijiet u l-Valuri u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1381/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 390/2014 (06833/1/2020 – C9-0144/2021 – 2018/0207(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)
(2021/C 506/34)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (06833/1/2020 – C9-0144/2021), |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-18 ta' Ottubru 2018 (1), |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-10 ta' Ottubru 2018 (2), |
— |
wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari (3) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0383), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 67 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A9-0144/2021), |
1. |
Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari; |
2. |
Japprova d-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill annessa ma' din ir-riżoluzzjoni; |
3. |
Jinnota li l-att qed jiġi adottat b'konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill; |
4. |
Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma l-att, flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea; |
5. |
Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu biex jiffirma l-att, wara li jkun ġie vverifikat li l-proċeduri kollha ntemmu kif imiss, u biex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-att, flimkien mad-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; |
6. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) ĠU C 62, 15.2.2019, p. 178.
(2) ĠU C 461, 21.12.2018, p. 196.
(3) Testi adottati tas-17.4.2019, P8_TA(2019)0407.
ANNESS
Dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-finanzjament tal-linja tal-valuri tal-Unjoni fl-2021
Mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-awtorità baġitarja, il-koleġiżlaturi jaqblu li l-linja tal-Valuri tal-Unjoni tal-programm dwar iċ-Ċittadini, l-Ugwaljanza, id-Drittijiet u l-Valuri jenħtieġ li tkun mgħammra b'finanzjament sostanzjali mill-1 ta' Jannar 2021.
Il-koleġiżlaturi jappellaw lill-Kummissjoni biex tieħu azzjonijiet xierqa biex tilħaq dak l-objettiv, speċjalment biex tivvaluta l-użu ta' strumenti ta' flessibbiltà skont il-qafas legali tal-baġit annwali tal-UE għall-2021, f'konformità mal-kriterji ta' attivazzjoni stabbiliti fir-Regolament QFP.
15.12.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 506/157 |
P9_TA(2021)0138
Il-Programm Ġustizzja 2021-2027 ***II
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2021 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Programm dwar il-Ġustizzja u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1382/2013 (06834/1/2020 – C9-0138/2021 – 2018/0208(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)
(2021/C 506/35)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (06834/1/2020 – C9-0138/2021), |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-18 ta' Ottubru 2018 (1), |
— |
wara li kkonsulta lill-Kumitat tar-Reġjuni, |
— |
wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari (2) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0384), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitati responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 67 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A9-0146/2021), |
1. |
Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari; |
2. |
Jinnota li l-att qed jiġi adottat f'konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill; |
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma l-att, flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea; |
4. |
Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu biex jiffirma l-att, wara li jkun ġie vverifikat li l-proċeduri kollha ntemmu kif imiss, u biex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-att f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; |
5. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) ĠU C 62, 15.2.2019, p. 178.
(2) Testi adottati tas-17.4.2019, P8_TA(2019)0097.
15.12.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 506/158 |
P9_TA(2021)0139
Il-Programm Spazjali 2021-2027 u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Programm Spazjali ***II
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2021 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-programm spazjali tal-Unjoni u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Programm Spazjali u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 912/2010, (UE) Nru 1285/2013 u (UE) Nru 377/2014 u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE (14312/1/2020 – C9-0140/2021 – 2018/0236(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)
(2021/C 506/36)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (14312/1/2020 – C9-0140/2021), |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-17 ta' Ottubru 2018 (1), |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tas-6 ta' Diċembru 2018 (2), |
— |
wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari (3) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2018)0447), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 67 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A9-0141/2021), |
1. |
Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari; |
2. |
Jinnota li l-att qed jiġi adottat b'konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill; |
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma l-att, flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea; |
4. |
Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu sabiex jiffirma l-att wara li jkun ivverifika li l-proċeduri kollha jkunu ntemmu kif imiss u sabiex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; |
5. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) ĠU C 62, 15.2.2019, p. 51.
(2) ĠU C 86, 7.3.2019, p. 365.
(3) Testi adottati tas-17.4.2019, P8_TA(2019)0402.
L-Erbgħa 28 ta’ April 2021
15.12.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 506/159 |
P9_TA(2021)0140
Il-Ftehim ta' Kummerċ u Kooperazzjoni bejn l-UE u r-Renju Unit ***
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2021 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim ta' Kummerċ u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq, min-naħa l-oħra, u tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq dwar il-proċeduri tas-sigurtà għall-iskambju u l-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata (05022/2021 – C9-0086/2021 – 2020/0382(NLE))
(Approvazzjoni)
(2021/C 506/37)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (05022/2021), |
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta' Ftehim ta' Kummerċ u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq, min-naħa l-oħra (05198/2021), |
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta' Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq dwar il-proċeduri tas-sigurtà għall-iskambju u l-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata (05203/2021), |
— |
wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 217 u l-Artikoli 218(6), it-tieni subparagrafu u l-Artikolu 218(8), it-tieni subparagrafu, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C9-0086/2021), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Frar 2020 dwar il-mandat propost għal negozjati għal sħubija ġdida mar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq (1), |
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tiegħu tat-18 ta' Ġunju 2020 dwar in-negozjati għal sħubija ġdida mar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq (2), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 105(1) u (4) u l-Artikolu 114(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra d-deliberazzjonijiet konġunti tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali skont l-Artikolu 58 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra l-ittri tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali, tal-Kumitat għall-Iżvilupp, tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali, tal-Kumitat għas-Sajd, tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali, |
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A9-0128/2021), |
1. |
Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Ftehim ta' Kummerċ u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq, min-naħa l-oħra, u tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq dwar il-proċeduri tas-sigurtà għall-iskambju u l-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata; |
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Renju Unit. |
(1) Testi adottati, P9_TA(2020)0033.
(2) Testi adottati, P9_TA(2020)0152.
15.12.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 506/160 |
P9_TA(2021)0142
Pjan ta' ġestjoni pluriennali għat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2021 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi pjan ta' ġestjoni pluriennali għat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1936/2001, (UE) 2017/2107 u (UE) 2019/833 u li jħassar ir-Regolament (UE) 2016/1627 (COM(2019)0619 – C9-0188/2019 – 2019/0272(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
(2021/C 506/38)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2019)0619), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0188/2019), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd (A9-0149/2020), |
1. |
Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt; |
2. |
Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali; |
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
P9_TC1-COD(2019)0272
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-28 ta’ April 2021 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2021/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi pjan ta' ġestjoni pluriennali għat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1936/2001, (UE) 2017/2107 u (UE) 2019/833 u li jħassar ir-Regolament (UE) 2016/1627
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikulari l-Artikolu 43(2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),
Billi:
(1) |
Kif stabbilit fir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), l-objettiv tal-Politika Komuni tas-Sajd huwa li tiżgura li r-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar jiġu sfruttati b'mod li jipprovdi kundizzjonijiet ekonomiċi, ambjentali u soċjali sostenibbli. |
(2) |
Bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/392/KE (4), l-Unjoni approvat il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar u l-Ftehim fuq l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fuq il-Liġi tal-Baħar tal-10 ta' Diċembru 1982 dwar il-konservazzjoni u l-amministrazzjoni ta' ħażniet ta' ħut li jpassi f'żona limitata (straddling) u ħażniet ta' ħut li jpassi ħafna (highly migratory), li fihom il-prinċipji u r-regoli għall-konservazzjoni u għall-ġestjoni tar-riżorsi ħajjin tal-baħar. Fil-kuntest tal-obbligi internazzjonali aktar ġenerali tagħha, l-Unjoni tieħu sehem fl-isforzi li jsiru fl-ibħra internazzjonali għall-konservazzjoni tal-istokkijiet tal-ħut. |
(3) |
L-Unjoni hija Parti tal-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (5) (minn hawn 'il quddiem imsejħa “il-Konvenzjoni”). |
(4) |
Waqt il-21 laqgħa speċjali tagħha li saret fl-2018, il-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-ICCAT”), li ġiet stabbilita mill-Konvenzjoni, adottat ir-Rakkomandazzjoni 18-02 li tistabbilixxi pjan ta' ġestjoni pluriennali għat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-pjan ta' ġestjoni”). Il-pjan ta' ġestjoni jsegwi l-parir tal-Kumitat Permanenti dwar ir-Riċerka u l-Istatistika (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “l-SCRS”) tal-ICCAT, li jgħid li jenħtieġ li l-ICCAT tistabbilixxi pjan ta' ġestjoni pluriennali għall-istokk fl-2018 minħabba li l-istat attwali tal-istokk ma jidhirx li għadu jeħtieġ il-miżuri ta' emerġenza li kienu ddaħħlu fil-kuntest tal-pjan għall-irkupru tat-tonn (li kien ġie stabbilit bir-Rakkomandazzjoni 17-07 li temenda r-Rakkomandazzjoni 14-04) , iżda mingħajr ma ddgħajjef il-miżuri eżistenti ta' monitoraġġ u ta' kontroll . |
(5) |
Ir-Rakkomandazzjoni 18-02 tħassar ir-Rakkomandazzjoni 17-07 li temenda r-Rakkomandazzjoni 14-04 li tistabbilixxi pjan ta' rkupru tat-tonn li ġiet implimentata fil-liġi tal-Unjoni bir-Regolament (UE) 2016/1627 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6). |
(6) |
Fis-26 laqgħa regolari tagħha fl-2019, l-ICCAT adottat ir-Rakkomandazzjoni 19-04 li temenda l-pjan ta' ġestjoni pluriennali stabbilit bir-Rakkomandazzjoni 18-02. Ir-Rakkomandazzjoni 19-04 tal-ICCAT tħassar u tissostitwixxi r-Rakkomandazzjoni 18-02. Dan ir-Regolament għandu jimplimenta r-Rakkomandazzjoni 19-04 fid-dritt tal-Unjoni. |
(7) |
Jenħtieġ li dan ir-Regolament jimplimenta wkoll r-Rakkomandazzjonijiet tal-ICCAT li ġejjin, kompletament jew parzjalment, meta dan ikun rilevanti: ir-Rakkomandazzjoni 06-07 (7), ir-Rakkomandazzjoni 18-10 (8), ir-Rakkomandazzjoni 96-14 (9), ir-Rakkomandazzjoni 13-13 (10) u r-Rakkomandazzjoni 16-15 (11). |
(8) |
Il-pożizzjonijiet tal-Unjoni fl-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd għandhom ikunu bbażati fuq l-aħjar parir xjentifiku disponibbli sabiex ikun żgurat li r-riżorsi tas-sajd ikunu ġestiti f'konformità mal-objettivi tal-Politika Komuni tas-Sajd, b'mod partikulari mal-objettiv li jerġgħu jiżdiedu bil-mod il-mod il-popolazzjonijiet tal-istokkijiet tal-ħut u li dawn jinżammu f'livelli tal-bijomassa li jkunu 'l fuq minn dawk li jistgħu jipproduċu r-rendiment massimu sostenibbli (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “l-MSY”) u mal-objettiv li jinħolqu l-kundizzjonijiet biex ikun hemm industrija tas-sajd li fiha l-qbid u l-ipproċessar tal-ħut ikunu ekonomikament vijabbli u kompetittivi u attività tas-sajd relatata li ssir fuq l-art li wkoll tkun ekonomikament vijabbli u kompetittiva. Skont ir-Rapport tal-SCRS tal-2018 (12), il-qabdiet tat-tonn b'rata ta' mortalità mis-sajd ta' F0,1 huma konformi ma' mortalità mis-sajd li hija konsistenti mal-kisba tar-rendiment massimu sostenibbli (Fmsy). Il-bijomassa tal-istokk titqies li hija f'livell li jiżgura r-rendiment massimu sostenibbli. B0,1 tvarja skont il-livell ta' reklutaġġ — hija tkun 'il fuq minn dak il-livell fil-każ ta' livelli medji u baxxi ta' reklutaġġ, u inqas minnu fil-każ ta' livell għoli ta' reklutaġġ. |
(9) |
Il-pjan ta' ġestjoni jqis l-ispeċifiċitajiet tat-tipi ta' rkaptu u ta' tekniki tas-sajd differenti. Huma u jimplimentaw il-pjan ta' ġestjoni, jenħtieġ li l-Unjoni u l-Istati Membri ▌jippromwovu l-attivitajiet tas-sajd ta' mal-kosta u l-użu ta' rkaptu u ta' tekniki tas-sajd li jkunu selettivi u li jkollhom impatt ambjentali mnaqqas, b'mod partikulari l-użu ta' rkaptu u ta' tekniki li jintużaw fis-sajd tradizzjonali u artiġjanali, biex b'hekk jikkontribwixxu għal livell ġust ta' għajxien għall-ekonomiji lokali. |
(10) |
Jenħtieġ li jitqiesu l-karatteristiċi u l-ħtiġijiet speċifiċi tas-sajd artiġjanali u fuq skala żgħira. Minbarra d-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Rakkomandazzjoni 19-04 tal-ICCAT li jneħħu l-ostakli għall-parteċipazzjoni tal-bastimenti kostali fuq skala żgħira fis-sajd għat-tonn, jenħtieġ li l-Istati Membri jagħmlu aktar sforzi biex jiżguraw tqassim ġust u trasparenti tal-opportunitajiet tas-sajd bejn il-flotot fuq skala żgħira, il-flotot artiġjanali u l-flotot akbar, b'mod konsistenti mal-obbligi tagħhom fl-ambitu tal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. |
(11) |
Biex tkun żgurata l-konformità mal-Politika Komuni tas-Sajd, ġiet adottata leġiżlazzjoni tal-Unjoni sabiex tiġi stabbilita sistema ta' kontroll, ta' spezzjoni u ta' infurzar li tinkludi l-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (is-sajd IUU). B'mod partikulari, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 (13) jistabbilixxi sistema tal-Unjoni għall-kontroll, għall-ispezzjoni u għall-infurzar permezz ta' approċċ globali u integrat sabiex tiġi żgurata l-konformità mar-regoli kollha tal-Politika Komuni tas-Sajd. Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 404/2011 (14) jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 (15) jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina s-sajd IUU. Dawk ir-Regolamenti diġà fihom dispożizzjonijiet bħal-liċenzji u l-awtorizzazzjonijiet tas-sajd u ċerti regoli dwar is-sistemi ta' monitoraġġ tal-bastimenti li jkopru għadd ta' miżuri stabbiliti fir-Rakkomandazzjoni 19-04 tal-ICCAT. Għalhekk, dawk id-dispożizzjonijiet m'hemmx bżonn jiddaħħlu f'dan ir-Regolament. |
(12) |
Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 jistabbilixxi l-kunċett ta' daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni. Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza, jenħtieġ li l-kunċett tal-ICCAT ta' daqs minimu jiddaħħal fil-liġi tal-Unjoni bħala daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni. |
(13) |
Skont ir-Rakkomandazzjoni 19-04 tal-ICCAT, it-tonn li jkun inqabad u li jkun iżgħar mid-daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni se jkollu jiġi skartat, u l-istess japplika għall-qabdiet tat-tonn li jaqbżu l-limiti tal-qabdiet aċċessorji stabbiliti fil-pjanijiet annwali tas-sajd. Għall-finijiet tal-konformità tal-Unjoni mal-obbligi internazzjonali tagħha fil-kuntest tal-ICCAT, l-Artikolu 4 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/98 (16) jipprevedi derogi mill-obbligu ta' ħatt l-art għat-tonn skont l-Artikolu 15(2) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. Ir-Regolament ta' Delega (UE) 2015/98 jimplimenta ċerti dispożizzjonijiet tar-Rakkomandazzjoni 19-04 tal-ICCAT li jistabbilixxu l-obbligu li l-bastimenti li jkunu qabżu l-kwota allokata għalihom jew il-livell massimu ta' qabdiet aċċessorji permessi tagħhom jiskartaw it-tonn. Il-kamp ta' applikazzjoni ta' dak ir-Regolament ta' Delega jinkludi l-bastimenti li jintużaw għas-sajd rikreattiv. B'hekk, dan ir-Regolament m'hemmx bżonn ikopri t-tali obbligi tal-iskartar u tar-rilaxx u se jkun mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet korrispondenti tar-Regolament ta' Delega (UE) 2015/98. |
(14) |
Waqt il-laqgħa annwali tal-2018, il-l-Partijiet Kontraenti tal-Konvenzjoni rrikonoxxew il-ħtieġa li jsaħħu l-kontrolli ta' ċerti attivitajiet marbutin mat-tonn. Għal dan il-għan, waqt il-laqgħa annwali tal-2018 intlaħaq qbil li jenħtieġ li l-Partijiet Kontraenti tal-Konvenzjoni li huma responsabbli għall-farms tal-ħut jiżguraw it-traċċabbiltà sħiħa tal-attivitajiet tat-tqegħid fil-gaġeġ u li jenħtieġ li dawn iwettqu kontrolli għall-għarrieda bbażati fuq analiżi tar-riskju. |
(15) |
Ir-Regolament (UE) Nru 640/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17) jipprevedi dokument elettroniku dwar il-qabdiet tat-tonn (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “eBCD”), li jimplimenta r-Rakkomandazzjoni 09-11 tal-ICCAT li temenda r-Rakkomandazzjoni 08-12. Dan l-aħħar, ir-Rakkomandazzjonijiet 17-09 u 11-20 dwar l-applikazzjoni tal-eBCD tħassru bir-Rakkomandazzjonijiet 18-12 u 18-13. Għalhekk, ir-Regolament (UE) Nru 640/2010 issa m'għadux jgħodd u l-Kummissjoni ipproponiet regolament ġdid li jimplimenta r-regoli l-aktar riċenti tal-ICCAT dwar l-eBCD. B'hekk, jenħtieġ li dan ir-Regolament ma jirreferix għar-Regolament (UE) Nru 640/2010 iżda jirreferi b'mod iktar ġenerali għall-programm ta' dokumentazzjoni tal-qbid irrakkomandat mill-ICCAT. |
(16) |
Minħabba li ċerti rakkomandazzjonijiet tal-ICCAT ta' spiss jiġu emendati mill-Partijiet Kontraenti tal-ICCAT u x'aktarx jiġu emendati aktar fil-ġejjieni, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa tadotta atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) b'rabta mal-aspetti li ġejjin, sabiex ir-rakkomandazzjonijiet futuri tal-ICCAT li jemendaw jew li jissupplimentaw il-pjan ta' ġestjoni tal-ICCAT jiddaħħlu malajr fil-liġi tal-Unjoni: ▌ l-iskadenzi għar-rappurtar tal-informazzjoni u l-perjodi taż-żmien għall-istaġuni tas-sajd; derogi mill-projbizzjoni fuq ir-riport tal-kwoti mhux użati; id-daqsijiet minimi ta' referenza għall-konservazzjoni; il-perċentwali u l-parametri u l-informazzjoni li trid tintbagħat lill-Kummissjoni; il-kompiti tal-osservaturi nazzjonali u tal-osservaturi reġjonali; ir-raġunijiet għaċ-ċaħda tal-awtorizzazzjoni għat-trasferiment tal-ħut; u r-raġunijiet għas-sekwestru tal-qabdiet u għall-ordni tar-rilaxx tal-ħut. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq il-konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta' tħejjija, ukoll fil-livell ta' esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (18). B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati. |
(17) |
Il-Kummissjoni, li tirrappreżenta lill-Unjoni fil-laqgħat tal-ICCAT, kull sena taqbel ma' għadd ta' rakkomandazzjonijiet purament tekniċi tal-ICCAT, b'mod partikulari dwar il-limiti fuq il-kapaċità, ir-rekwiżiti tal-ġurnal ta' abbord, il-formoli tar-rapport tal-qabdiet, id-dikjarazzjonijiet tat-trasbord u tat-trasferiment, l-informazzjoni minima għall-awtorizzazzjonijiet tas-sajd, l-għadd minimu ta' bastimenti tas-sajd b'rabta mal-iskema tal-ICCAT ta' spezzjoni internazzjonali konġunta; l-ispeċifikazzjonijiet tal-iskema ta' spezzjoni u ta' osservazzjoni, l-istandards tar-reġistrazzjoni bil-vidjokamera, il-protokoll tar-rilaxx, l-istandards tat-trattament tal-ħut mejjet, id-dikjarazzjonijiet dwar it-tqegħid fil-gaġeġ, u l-istandards tas-Sistemi ta' Monitoraġġ tal-Bastimenti, li huma implimentati permezz tal-Annessi I sa XV ta' dan ir-Regolament. Jenħtieġ li l-Kummissjoni jkollha s-setgħa tadotta att delegat li jemenda jew li jissupplimenta l-Annessi I sa XV skont ir-rakkomandazzjonijiet emendati jew issupplimentati tal-ICCAT. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq il-konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta' tħejjija, ukoll fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati. |
(18) |
Ir-rakkomandazzjonijiet tal-ICCAT li jirregolaw is-sajd tat-tonn (l-attivitajiet marbutin mal-qbid, mat-trasferiment, mat-trasport, mat-tqegħid fil-gaġeġ, mat-trobbija, mal-qtil u mar-riporti) huma dinamiċi ħafna. It-teknoloġiji għall-kontroll u għall-ġestjoni tas-sajd (bħall-kameras sterjoskopiċi u metodi alternattivi) qed jiġu żviluppati b'mod kostanti u l-Istati Membri jridu japplikawhom b'mod uniformi. Bl-istess mod, iridu jiġu żviluppati wkoll proċeduri operattivi sabiex jgħinu lill-Istati Membri jikkonformaw mar-regoli tal-ICCAT previsti f'dan ir-Regolament, meta jkun hemm bżonn. Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta' implimentazzjoni b'rabta mar-regoli ddettaljati għar-riporti tat-tonn ħaj, għall-attivitajiet tat-trasferiment u għall-attivitajiet tat-tqegħid fil-gaġeġ. Jenħtieġ li dawk is-setgħat ikunu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (19). |
(19) |
L-atti delegati u l-atti ta' implimentazzjoni previsti f'dan ir-Regolament huma mingħajr preġudizzju għall-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-ICCAT li jista' jkun hemm fil-ġejjieni fil-liġi tal-Unjoni permezz tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja. |
(20) |
Billi dan ir-Regolament se jipprovdi pjan ta' ġestjoni ġdid u komprensiv għat-tonn, jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet dwar it-tonn stabbiliti fir-Regolamenti (UE) 2017/2107 (20) u (UE) 2019/833 (21) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jitħassru. F'dak li għandu x'jaqsam mal-Artikolu 43 tar-Regolament (UE) 2017/2107, il-parti li tikkorrispondi għall-pixxispad tal-Mediterran iddaħħlet fir-Regolament (UE) 2019/1154 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (22). Jenħtieġ ukoll li ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1936/2001 (23) jitħassru. Ir-Regolamenti (KE) Nru 1936/2001, (UE) 2017/2107 u (UE) 2019/833 għandhom għalhekk jiġu emendati kif mistħoqq. |
(21) |
Ir-Rakkomandazzjoni 18-02 tal-ICCAT ħassret ir-Rakkomandazzjoni 17-07 minħabba li l-istat tal-istokk ma kienx għadu jeħtieġ il-miżuri ta' emerġenza previsti fil-pjan għall-irkupru tat-tonn li kien ġie stabbilit b'dik ir-Rakkomandazzjoni. Għalhekk jenħtieġ li jitħassar ir-Regolament (UE) 2016/1627 li implimenta dak il-pjan għall-irkupru, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli ġenerali għall-implimentazzjoni uniformi u effettiva mill-Unjoni tal-pjan ta' ġestjoni pluriennali għat-tonn (Thunnus thynnus) fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran, kif adottat mill-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-ICCAT”).
Artikolu 2
Kamp ta' applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu japplika:
(a) |
għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni u għall-bastimenti tal-Unjoni li jintużaw għas-sajd rikreattiv:
|
(b) |
għall-farms tal-ħut tal-Unjoni; |
(c) |
għall-bastimenti tas-sajd ta' pajjiżi terzi u għall-bastimenti ta' pajjiżi terzi li jintużaw għas-sajd rikreattiv li jistadu fl-ibħra tal-Unjoni u li jaqbdu t-tonn fiż-Żona tal-Konvenzjoni; |
(d) |
għall-bastimenti ta' pajjiżi terzi li jiġu spezzjonati fil-portijiet tal-Istati Membri u li jkollhom abbord tonn maqbud fiż-Żona tal-Konvenzjoni, jew prodotti tas-sajd li joriġinaw mit-tonn maqbud fl-ibħra tal-Unjoni li ma jkunux inħattu l-art jew ġew ittrasbordati fil-portijiet qabel. |
Artikolu 3
Objettiv
L-objettiv ta' dan ir-Regolament huwa li jiġi implimentat il-pjan ta' ġestjoni pluriennali għat-tonn, kif adottat mill-ICCAT, li għandu l-għan li jżomm bijomassa tat-tonn f'livell li jkun 'il fuq mil-livelli li jistgħu jipproduċu r-rendiment massimu sostenibbli.
Artikolu 4
Relazzjoni ma' liġijiet oħrajn tal-Unjoni
Sakemm ma jiġix iddikjarat mod ieħor f'dan ir-Regolament, id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw mingħajr preġudizzju għal atti oħrajn tal-Unjoni li jirregolaw is-settur tas-sajd, b'mod partikulari:
(1) |
ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd; |
(2) |
ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat; |
(3) |
ir-Regolament (UE) 2017/2403 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (24) dwar il-ġestjoni sostenibbli tal-flotot tas-sajd esterni; |
(4) |
ir-Regolament (UE) 2017/2107 li jistabbilixxi l-miżuri ta' ġestjoni, ta' konservazzjoni u ta' kontroll applikabbli fiż-żona tal-Konvenzjoni tal-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (ICCAT). |
(5) |
Ir-Regolament (UE) Nru 2019/1241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (25) dwar il-konservazzjoni ta' riżorsi tas-sajd u l-protezzjoni ta' ekosistemi tal-baħar permezz ta' miżuri tekniċi |
Artikolu 5
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) |
“ICCAT” tfisser il-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku; |
(2) |
“il-Konvenzjoni” tfisser il-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku; |
(3) |
“bastiment tas-sajd” tfisser kwalunkwe bastiment bil-mutur użat għall-finijiet tal-isfruttament kummerċjali tar-riżorsi tat-tonn, inklużi l-bastimenti tal-qbid, il-bastimenti tal-ipproċessar tal-ħut, il-bastimenti ta' appoġġ, il-bastimenti tal-irmunkar, il-bastimenti involuti fit-trasbord u l-bastimenti tat-trasport mgħammra b'tagħmir biex jittrasportaw il-prodotti tat-tonn u l-bastimenti awżiljarji, minbarra l-bastimenti għat-trasport tal-kontejners; |
(4) |
“tonn ħaj” tfisser tonn li jinżamm ħaj għal ċertu perjodu f'tunnara, jew li jiġi ttrasferit ħaj lejn installazzjoni tat-trobbija ▌; |
(5) |
“SCRS” tfisser il-Kumitat Permanenti dwar ir-Riċerka u l-Istatistika tal-ICCAT; |
(6) |
“sajd rikreattiv” tfisser attivitajiet tas-sajd mhux kummerċjali li jisfruttaw ir-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar▌; |
(7) |
“sajd sportiv” tfisser sajd mhux kummerċjali li min jipprattikah ikun jifforma parti minn organizzazzjoni sportiva nazzjonali jew ikun ingħata liċenzja sportiva nazzjonali; |
(8) |
“bastiment tal-irmunkar” tfisser kwalunkwe bastiment li jintuża biex jirmonka l-gaġeġ; |
(9) |
“bastiment tal-ipproċessar” tfisser bastiment li fuqu l-prodotti tas-sajd issirilhom waħda mill-operazzjonijiet li ġejjin jew aktar qabel ma jiġu ppakkjati: it-tqattigħ fi fletti jew fi flieli, l-iffriżar u/jew l-ipproċessar; |
(10) |
“bastiment awżiljarju” tfisser kwalunkwe bastiment li jintuża għat-trasport tat-tonn mejjet (mhux ipproċessat) minn ġo gaġġa tat-trasport jew tat-trobbija tal-ħut, minn ġo tartarun tal-borża jew minn ġo tunnara għal port magħżul u/jew għal bastiment tal-ipproċessar; |
(11) |
“tunnara” tfisser tagħmir fiss immażżrat mal-qiegħ, li s-soltu jkollu xibka li twassal it-tonn għal ġo magħlaq jew għal ġo sensiela ta' kompartimenti magħluqin fejn jinżamm qabel jinqatel jew jitrabba; |
(12) |
“tartarun tal-borża” tfisser kwalunkwe xibka tat-tidwir li l-parti ta' taħt tagħha tingħaqad permezz ta' vajjina li tkun fil-qiegħ nett tax-xibka, li tgħaddi minn sensiela ta' ħoloq imqabbda mal-ħabel ta' taħt, li tippermetti x-xibka tinġieb lura u tingħalaq; |
(13) |
“tqegħid fil-gaġeġ” tfisser ir-rilokazzjoni tat-tonn ħaj mill-gaġġa tat-trasport jew mit-tunnara għal ġol-gaġeġ tat-trobbija tal-ħut jew il-gaġeġ għat-tismin tal-ħut ; |
(14) |
“bastiment tal-qbid” tfisser bastiment li jintuża għall-finijiet tal-qbid kummerċjali tar-riżorsi tat-tonn; |
(15) |
“farm tal-ħut” tfisser żona tal-baħar iddefinita b'mod ċar mill-koordinati ġeografiċi li tintuża għat-tismin jew għat-trobbija tat-tonn maqbud bit-tunnari u/jew bil-bastimenti tas-sajd bit-tartaruni tal-borża. Farm tal-ħut jista' jkollu diversi postijiet ta' trobbija tal-ħut, kollha kemm huma ddefiniti mill-koordinati ġeografiċi b'definizzjoni ċara tal-lonġitudni u tal-latitudni ta' kull punt tal-poligonu; |
(16) |
“trobbija tal-ħut” jew “tismin” tfisser it-tqegħid tat-tonn fil-gaġeġ fil-farms tal-ħut u, wara, l-għalf ta' dan it-tonn bil-għan li jismen u li tiżdied il-bijomassa totali tiegħu; |
(17) |
“qtil” tfisser il-qtil tat-tonn fil-farms tal-ħut jew fit-tunnari; |
(18) |
“kamera sterjoskopika” tfisser kamera b'żewġ lentijiet jew aktar, li jkollha sensur separat tal-immaġni jew qafas separat tal-films għal kull lenti, li tippermetti li jittieħdu immaġnijiet tridimensjonali biex jitkejjel it-tul tal-ħut u tgħin biex jiġu rfinati l-għadd u l-piż tat-tonn ; |
(19) |
“bastiment kostali fuq skala żgħira” tfisser bastiment tal-qbid li jkollu tal-inqas tliet karatteristiċi mill-ħamsa li ġejjin:
|
(20) |
“attività konġunta tas-sajd” tfisser kwalunkwe attività li ssir bejn żewġ bastimenti tas-sajd bit-tartaruni tal-borża jew aktar fejn il-qabda ta' bastiment tas-sajd bit-tartaruni tal-borża partikulari tiġi allokata għal bastiment tas-sajd bit-tartaruni tal-borża wieħed jew aktar skont skema ta' allokazzjoni miftiehma minn qabel; |
(21) |
“sajd attiv” tfisser, għal kwalunkwe bastiment tal-qbid, il-fatt li dan jintuża għas-sajd għat-tonn matul staġun tas-sajd partikulari; |
(22) |
“BCD” tfisser dokument dwar il-qabdiet tat-tonn; |
(23) |
“eBCD” tfisser dokument elettroniku dwar il-qabdiet tat-tonn; |
(24) |
“Żona tal-Konvenzjoni” tfisser iż-żona ġeografika ddefinita fl-Artikolu 1 tal-Konvenzjoni; |
(25) |
“trasbord” tfisser il-ħatt tal-prodotti kollha tas-sajd li jkunu jinsabu abbord bastiment tas-sajd jew ta' kwalunkwe prodott minnhom għal fuq bastiment ieħor tas-sajd. Madankollu, il-ħatt tat-tonn mejjet mix-xibka ta' bastiment tas-sajd bit-tartaruni tal-borża, mit-tunnara jew minn fuq il-bastiment tal-irmunkar għal fuq bastiment awżiljarju ma għandux jitqies bħala trasbord; |
(26) |
“trasferiment ta' kontroll” tfisser kwalunkwe trasferiment ieħor li jsir fuq talba tal-operaturi tas-sajd jew tal-operaturi tal-farms tal-ħut jew fuq talba tal-awtoritajiet ta' kontroll sabiex jiġi vverifikat l-għadd ta' ħut li jkun qed jiġi ttrasferit; |
(27) |
“kamera ta' kontroll” tfisser kamera sterjoskopika u/jew vidjokamera normali użata biex jitwettqu l-kontrolli previsti f'dan ir-Regolament; |
(28) |
“PKK” tfisser Parti Kontraenti tal-Konvenzjoni u parti, entità jew entità tas-sajd mhux kontraenti tagħha li tikkoopera magħha; |
(29) |
“bastiment kbir tas-sajd bil-konz tal-wiċċ” tfisser bastiment tas-sajd bil-konz tal-wiċċ li b'kollox ikun itwal minn 24 metru; |
(30) |
“trasferiment” tfisser kwalunkwe trasferiment:
|
(31) |
“operatur” tfisser il-persuna fiżika jew ġuridika li topera jew li tikkontrolla impriża li tkun qed twettaq kwalunkwe waħda mill-attivitajiet marbutin ma' kull stadju tal-produzzjoni, tal-ipproċessar, tal-kummerċjalizzazzjoni, tad-distribuzzjoni u tal-ktajjen tal-bejgħ bl-imnut tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura; |
(32) |
“grupp ta' rkaptu” tfisser grupp ta' bastimenti tas-sajd li jużaw l-istess irkaptu li għalihom ġiet allokata kwota tal-grupp; |
(33) |
“sforz tas-sajd” tfisser il-prodott tal-kapaċità u l-attività ta' bastiment tas-sajd ; għal grupp ta' bastimenti tas-sajd tfisser it-total tal-isforz tas-sajd tal-bastimenti kollha fil-grupp ; |
(34) |
“Stat Membru responsabbli” tfisser l-Istat Membru tal-bandiera jew l-Istat Membru li fil-ġuriżdizzjoni tiegħu jkunu jinsabu l-farm tal-ħut jew it-tunnara rilevanti. |
KAPITOLU II
MIŻURI TA' ĠESTJONI
Artikolu 6
Kundizzjonijiet relatati mal-miżuri ta' ġestjoni tas-sajd
1. Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura li l-isforz tas-sajd tal-bastimenti tal-qbid u tat-tunnari tiegħu jkun proporzjonat mal-opportunitajiet tas-sajd għat-tonn li huwa jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran. Il-miżuri adottati mill-Istati Membri għandhom jinkludu l-istabbiliment ta' kwoti individwali għall-bastimenti tal-qbid tagħhom li jkunu itwal minn 24 metru li jkunu inklużi fil-lista tal-bastimenti awtorizzati msemmija fl-Artikolu 26.
2. L-Istati Membri għandhom jitolbu lill-bastimenti tal-qbid jipproċedu minnufih lejn port magħżul minnhom meta jitqies li tkun ġiet eżawrita l-kwota individwali tagħhom, f'konformità mal-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.
3. L-attivitajiet tal-kiri ma għandhomx ikunu permessi fis-sajd għat-tonn.
Artikolu 7
Riporti tat-tonn ħaj mhux maqtul.
▌
1. ▌ Ir-riport tat-tonn ħaj mhux maqtul minn qabdiet ta' snin ta' qabel fi ħdan farm tat-tonn jista' jkun permess biss jekk l-Istat Membru jiżviluppa sistema msaħħa ta' kontroll u jirrapporta dan lill- Kummissjoni. Dik is-sistema għandha tifforma parti integrali mill-pjan ta' spezzjoni tal-Istati Membri msemmi fl-Artikolu 13 u għandha tinkludi tal-inqas il-miżuri stabbiliti fl-Artikolu ▌53 u fl-Artikolu 61 .
2. Qabel ma jibda staġun tas-sajd, l-Istati Membri responsabbli għall-farms tal-ħut għandhom jiżguraw li ssir valutazzjoni bir-reqqa ta' kull tonn ħaj li jkun ġie riportat wara l-qtil bl-ingrossa fil-farms tal-ħut li jaqgħu taħt il-ġuriżdizzjoni tagħhom. Għal dak il-għan, it-tonn ħaj kollu li jkun ġie riportat mis-sena tal-qbid li fiha ma jkunx sar qtil bl-ingrossa fil-farms tal-ħut għandu jiġi ttrasferit lejn gaġeġ oħrajn bl-użu ta' sistemi ta' kameras sterjoskopiċi jew ta' metodi alternattivi, sakemm dawn ikunu jiżguraw l-istess livell ta' preċiżjoni u ta' akkuratezza, skont l-Artikolu 51. Għandha tiġi żgurata f'kull ħin it-traċċabbiltà ddokumentata bis-sħiħ. Ir-riport tat-tonn mis-snin li fihom ma jkunx sar qtil massiv għandu jiġi kkontrollat kull sena billi tiġi applikata l-istess proċedura għall-kampjuni xierqa abbażi ta' valutazzjoni tar-riskju.
3. Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli ddettaljati għall-iżvilupp ta' sistema msaħħa ta' kontroll għar-riport tat-tonn ħaj. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 68.
Artikolu 8
Riport tal-kwoti mhux użati
Ir-riport tal-kwoti mhux użati m'għandux ikun permess.
Artikolu 9
Trasferimenti tal-kwoti
1. It-trasferiment tal-kwoti bejn l-Unjoni u l-PKK l-oħrajn għandu jsir biss jekk l-Istati Membri u/jew il-PKK ikkonċernati jkunu awtorizzaw dan minn qabel. Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lis-Segretarjat tal-ICCAT bit-trasferiment tal-kwoti 48 siegħa qabel ma dan iseħħ.
2. Għandu jkun permess it-trasferiment tal-kwoti fi ħdan il-gruppi tal-irkaptu, il-kwoti għall-qabdiet aċċessorji u l-kwoti tas-sajd individwali ta' kull Stat Membru, dejjem jekk l-Istat Membru jew l-Istati Membri kkonċernati jgħarrfu lill-Kummissjoni bil-quddiem bit-tali trasferimenti, sabiex din tkun tista' tgħarraf lis-Segretarjat tal-ICCAT bihom qabel ma dawn jidħlu fis-seħħ.
Artikolu 10
Tnaqqis tal-kwoti f'każ ta' sajd eċċessiv
Meta l-Istati Membri jistadu b'mod eċċessiv il-kwoti allokati lilhom u din is-sitwazzjoni ma tkunx tista' titranġa permezz tal-iskambji tal-kwoti skont l-Artikolu 16(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, għandhom japplikaw l-Artikoli 37 u 105 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.
Artikolu 11
Pjanijiet annwali tas-sajd
1. Kull Stat Membru li għandu kwota għat-tonn għandu jistabbilixxi pjan annwali tas-sajd. Dak il-pjan għandu jinkludi, tal-inqas, l-informazzjoni li ġejja għall-bastimenti tal-qbid u t-tunnari :
(a) |
il-kwoti allokati għal kull grupp ta' rkaptu, inklużi l-kwoti għall-qabdiet aċċessorji; |
(b) |
meta dan ikun applikabbli, il-metodu użat għall-allokazzjoni u għall-ġestjoni tal-kwoti; |
(c) |
il-miżuri li jiżguraw li jitħarsu l-kwoti individwali; |
(d) |
l-istaġuni tas-sajd miftuħin għal kull kategorija ta' rkaptu; |
(e) |
informazzjoni dwar il-portijiet magħżulin; |
(f) |
ir-regoli dwar il-qabdiet aċċessorji; kif ukoll |
(g) |
l-għadd ta' bastimenti tal-qbid ta' iktar minn 24 metru, minbarra l-bastimenti tat-tkarkir tal-qiegħ, u ta' bastimenti tas-sajd bit-tartaruni tal-borża li huma awtorizzati jistadu għat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran. |
2. L-Istati Membri li għandhom bastimenti kostali fuq skala żgħira li jkunu awtorizzati jistadu għat-tonn għandhom jagħmlu ħilithom biex jallokaw kwota settorjali speċifika għal dawk il-bastimenti u għandhom jinkludu t-tali allokazzjoni fil-pjanijiet tas-sajd tagħhom. Huma għandhom jinkludu wkoll il-miżuri addizzjonali biex jimmonitorjaw mill-qrib il-konsum tal-kwoti minn dik il-flotta fil-pjanijiet ta' monitoraġġ, ta' kontroll u ta' spezzjoni tagħhom. L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw għadd differenti ta' bastimenti biex jużaw bis-sħiħ l-opportunitajiet tas-sajd tagħhom, bl-użu tal-parametri msemmijin fil-paragrafu 1.
3. Il-Portugall u Spanja jistgħu jallokaw kwoti settorjali għad-dgħajjes tas-sajd bil-lixka li jistadu fl-ibħra tal-Unjoni tal-arċipelagi tal-Azores, tal-Madeira u tal-Gżejjer Kanarji. Il-kwota settorjali għandha tiġi inkluża fil-pjanijiet annwali tas-sajd tagħhom u, fil-pjanijiet annwali ta' monitoraġġ, ta' kontroll u ta' spezzjoni tagħhom, għandhom jiġu stabbiliti b'mod ċar miżuri addizzjonali għall-monitoraġġ tal-konsum tagħha.
4. Meta l-Istati Membri jallokaw il-kwoti settorjali skont il-paragrafu 2 jew 3, ma għandux japplika r-rekwiżit tal-kwota minima ta' ħames tunnellati ddefinit fl-att tal-Unjoni li huwa fis-seħħ għall-allokazzjonijiet tal-opportunitajiet tas-sajd.
5. L-Istat Membru kkonċernat għandu jibgħat kull emenda fil-pjan annwali tas-sajd lill-Kummissjoni tal-inqas tlett ijiem tax-xogħol qabel ma tibda l-attività tas-sajd li magħha jkollha x'taqsam l-emenda. Il-Kummissjoni għandha tibgħat l-emenda lis-Segretarjat tal-ICCAT tal-inqas jum tax-xogħol qabel tibda l-attività tas-sajd li magħha jkollha x'taqsam l-emenda.
Artikolu 12
Allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd
F'konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, meta jallokaw l-opportunitajiet tas-sajd disponibbli għalihom, l-Istati Membri għandhom jużaw kriterji trasparenti u oġġettivi, inklużi dawk ta' natura ambjentali, soċjali u ekonomika, u għandhom ▌ ukoll ▌ iqassmu l-kwoti nazzjonali b'mod ġust bejn id-diversi sezzjonijiet tal-flotta filwaqt li jqisu b'mod speċjali s-sajd tradizzjonali u artiġjanali, u ▌jipprovdu inċentivi lill-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jużaw irkaptu selettiv tas-sajd jew li jużaw tekniki tas-sajd b'impatt ambjentali mnaqqas.
Artikolu 13
Pjanijiet annwali għall-ġestjoni tal-kapaċità tas-sajd
Kull Stat Membru li għandu kwota għat-tonn għandu jistabbilixxi pjan annwali għall-ġestjoni tal-kapaċità tas-sajd. F'dak il-pjan, l-Istati Membri għandhom jaġġustaw l-għadd ta' bastimenti tal-qbid u tunnari b'tali mod li jiżgura li l-kapaċità tas-sajd tkun tikkorrispondi mal-opportunitajiet tas-sajd allokati għall-bastimenti tal-qbid u għat-tunnari għall-perjodu rilevanti tal-kwota. L-Istati Membri għandhom jaġġustaw il-kapaċità tas-sajd bl-użu tal-parametri ddefiniti fl-att tal-Unjoni li huwa fis-seħħ għall-allokazzjonijiet tal-opportunitajiet tas-sajd. L-aġġustament tal-kapaċità tas-sajd tal- Unjoni għall-bastimenti tas-sajd bit-tartaruni tal-borża għandu jkun limitat għal varjazzjoni massima ta' 20 % meta mqabbla mal-kapaċità tas-sajd tal-linja bażi tal-2018.
Artikolu 14
Pjanijiet annwali ta' spezzjoni
Kull Stat Membru li għandu kwota għat-tonn għandu jistabbilixxi pjan annwali ta' spezzjoni bil-ħsieb li tiġi żgurata l-konformità ma' dan ir-Regolament. L-Istati Membri għandhom jibagħtu l-pjanijiet rispettivi tagħhom lill-Kummissjoni. Dawk il-pjanijiet għandhom jiġu stabbiliti skont:
(a) |
l-objettivi, il-prijoritajiet u l-proċeduri kif ukoll il-parametri referenzjarji għall-attivitajiet ta' spezzjoni stabbiliti fil-programm ta' kontroll u spezzjoni speċifiku għat-tonn stabbilit skont l-Artikolu 95 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009; |
(b) |
il-programm ta' azzjoni nazzjonali għall-kontroll għat-tonn stabbilit skont l-Artikolu 46 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009. |
Artikolu 15
Pjanijiet annwali għall-ġestjoni tat-trobbija tal-ħut
1. Kull Stat Membru li għandu kwota għat-tonn għandu jistabbilixxi pjan annwali għall-ġestjoni tat-trobbija tal-ħut.
2. Fil-pjan annwali għall-ġestjoni tat-trobbija tal-ħut, kull Stat Membru għandu jiżgura li l-kapaċità totali tal-ħut maqbud u l-kapaċità totali tat-trobbija tal-ħut ikunu jikkorrispondu għall-ammont stmat ta' tonn disponibbli għat-trobbija.
3. L-Istati Membri għandhom jillimitaw il-kapaċità tagħhom ta' trobbija tat-tonn għall-kapaċità totali ta' trobbija rreġistrata fir-“rekord ta' faċilitajiet għat-trobbija tat-tonn” tal-ICCAT jew awtorizzata u ddikjarata lill-ICCAT fl-2018.
4. L-ammont massimu ta' tonn salvaġġ maqbud li jista' jiddaħħal fil-farms tal-ħut ta' Stat Membru għandu jkun limitat għal-livell tal-kwantitajiet imdaħħlin irreġistrati mal-ICCAT fir-“rekord ta' faċilitajiet għat-trobbija tat-tonn” mill-farms tal-ħut ta' dak l-Istat Membru fl-2005, fl-2006, fl-2007 jew fl-2008.
5. Jekk Stat Membru jkun jeħtieġ iżid l-ammont massimu ta' tonn salvaġġ maqbud f'farm tat-tonn wieħed jew f'għadd ta' farms tat-tonn tiegħu, dik iż-żieda għandha tkun tikkorrispondi għall-opportunitajiet tas-sajd allokati lil dak l-Istat Membru, u kwalunkwe importazzjoni tat-tonn ħaj minn xi Stat Membru ieħor jew minn xi Parti Kontraenti oħra .
6. L-Istati Membri responsabbli għall-farms tal-ħut għandhom jiżguraw li x-xjentisti li l-SCRS iqabbad biex jagħmlu provi biex jiġu identifikati r-rati ta' tkabbir waqt il-perjodu tat-tismin ikollhom aċċess għall-farms tal-ħut u jingħataw l-assistenza li jkollhom bżonn biex iwettqu dmirijiethom.
7. Fejn ikun xieraq, l-Istati Membri għandhom iressqu lill-Kummissjoni, sal-15 ta' Mejju ta' kull sena, pjanijiet riveduti ta' ġestjoni tat-trobbija.
Artikolu 16
Trażmissjoni tal-pjanijiet annwali
1. Sal-31 ta' Jannar ta' kull sena, kull Stat Membru li għandu kwota għat-tonn għandu jibgħat lill-Kummissjoni l-pjanijiet li ġejjin:
(a) |
il-pjan annwali tas-sajd għall-bastimenti tal-qbid u għat-tunnari li jintużaw għas-sajd għat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran, stabbilit skont l-Artikolu 11; |
(b) |
il-pjan annwali għall-ġestjoni tal-kapaċità tas-sajd stabbilit skont l-Artikolu 13; |
(c) |
il-pjan annwali ta' spezzjoni stabbilit skont l-Artikolu 14; kif ukoll |
(d) |
il-pjan annwali għall-ġestjoni tat-trobbija tal-ħut stabbilit skont l-Artikolu 15. |
2. Il-Kummissjoni għandha tiġbor flimkien il-pjanijiet imsemmijin fil-paragrafu 1 u tużahom biex tistabbilixxi pjan annwali tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha tibgħat il-pjan tal-Unjoni lis-Segretarjat tal-ICCAT sal-15 ta' Frar ta' kull sena biex l-ICCAT tkun tista' tiddiskutih u tapprovah.
3. F'każ li Stat Membru ma jibgħatx lill-Kummissjoni xi wieħed mill-pjanijiet imsemmijin fil-paragrafu 1 sal-iskadenza stabbilita f'dak il-paragrafu, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li tibgħat il-pjan tal-Unjoni lis-Segretarjat tal-ICCAT mingħajr il-pjanijiet tal-Istat Membru kkonċernat. Fuq talba tal-Istat Membru kkonċernat, il-Kummissjoni għandha tagħmel ħilitha biex tieħu kont ta' wieħed mill-pjanijiet imsemmija fil-paragrafu 1 imressqa wara l-iskadenza stabbilita f'dak il-paragrafu, iżda qabel l-iskadenza prevista fil-paragrafu 2. Jekk pjan imressaq minn Stat Membru ma jkunx konformi mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament relatati mal-pjanijiet annwali tas-sajd, tal-kapaċità, tal-ispezzjoni u tat-trobbija tal-ħut u jkun fih difett serju li jista' jwassal biex il-pjan annwali tal-Unjoni ma jiġix approvat mill-Kummissjoni tal-ICCAT, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li tibgħat il-pjan annwali tal-Unjoni lis- Segretarjat tal-ICCAT mingħajr il-pjanijiet tal- Istat Membru kkonċernat. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istat Membru kkonċernat mill-aktar fis possibbli u għandha tagħmel ħilitha biex tinkludi kwalunkwe pjan rivedut imressaq minn dak l-Istat Membru fil-pjan tal-Unjoni jew f'emendi għall-pjan tal-Unjoni, sakemm dawn jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament relatati mal-pjanijiet annwali tas-sajd, tal-kapaċità, tal-ispezzjoni u tat-trobbija tal-ħut.
KAPITOLU III
MIŻURI TEKNIĊI
Artikolu 17
Staġuni tas-sajd
1. Is-sajd għat-tonn bit-tartaruni tal-borża għandu jkun permess fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran matul il-perjodu mis-26 ta' Mejju sal-1 ta' Lulju.
2. B'deroga mill-paragrafu 1, fil-pjanijiet annwali tas-sajd tagħhom, kif imsemmi fl-Artikolu 11, Ċipru u l-Greċja jistgħu jitolbu li l-bastimenti tas-sajd bit-tartaruni tal-borża li jtajru l-bandiera tagħhom jitħallew jistadu għat-tonn fil-Baħar Mediterran tal-Lvant (fiż-żona tas-sajd 37.3.1 u 37.3.2 tal-FAO) mill-15 ta' Mejju sal-1 ta' Lulju.
3. B'deroga mill-paragrafu 1, fil-pjanijiet annwali tas-sajd tagħha msemmijin fl-Artikolu 11, il-Kroazja tista' titlob li l-bastimenti tas-sajd bit-tartaruni tal-borża li jtajru l-bandiera tagħha jitħallew jistadu għat-tonn għall-finijiet tat-trobbija tal-ħut fil-Baħar Adrijatiku (fiż-żona tas-sajd 37.2.1 tal-FAO) sal-15 ta' Lulju.
4. B'deroga mill-paragrafu 1, jekk Stat Membru jipprovdi evidenza lill-Kummissjoni li, minħabba kundizzjoni tat-temp , xi wħud mill-bastimenti tas-sajd bit-tartaruni tal-borża tiegħu li jistadu għat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran ma setgħux jużaw il-jiem normali tas-sajd tagħhom matul sena partikulari, dak l-Istat Membru jista' jiddeċiedi li, għall-bastimenti tas-sajd individwali bit-tartaruni tal-borża affettwati minn dik is-sitwazzjoni, l-istaġun tas-sajd imsemmi fil-paragrafu 1 jiġi estiż b'għadd ekwivalenti ta' jiem mitlufa sa' għaxart ijiem ▌. In-nuqqas ta' attività tal-bastimenti kkonċernati u, fil-każ ta' attività konġunta tas-sajd, tal-bastimenti kollha involuti, għandu jkun iġġustifikat kif xieraq permezz tar-rapporti tat-temp u tal-pożizzjonijiet tal-VMS.
5. Is-sajd għat-tonn għandu jkun permess fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran minn bastimenti kbar tas-sajd bil-konz tal-wiċċ matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Mejju.
6. Fil-pjanijiet annwali tas-sajd tagħhom, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-istaġuni tas-sajd għall-flotot tagħhom, minbarra l-bastimenti tas-sajd bit-tartaruni tal-borża u l-bastimenti l-kbar tas-sajd bil-konz tal-wiċċ.
Artikolu 18
Obbligu ta' ħatt l-art
Id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, inkluża kwalunkwe deroga applikabbli għalih.
Artikolu 19
Daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni
1. Għandu jkun ipprojbit li jinqabad, jinżamm abbord, jiġi ttrasbordat, jiġi ttrasferit, jinħatt l-art, jiġi ttrasportat, jinħażen, jinbiegħ, jintwera jew jiġi offrut għall-bejgħ tonn li jkun jiżen inqas minn 30 kg jew li jkollu tul sal-qasma tad-denb ta' inqas minn 115-il cm, inkluż dak li jkun inqabad bħala qabda aċċessorja jew waqt is-sajd rikreattiv.
2. B'deroga mill-paragrafu 1, għandu japplika daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni għat-tonn ta' 8 kg jew ta' 75 cm ta' tul sal-qasma tad-denb fil-każijiet li ġejjin:
(a) |
fil-każ tat-tonn maqbud fil-Lvant tal-Atlantiku mid-dgħajjes tas-sajd bil-lixka u mid-dgħajjes tas-sajd bir-rixa; |
(b) |
fil-każ tat-tonn maqbud fil-Mediterran permezz tas-sajd għall-ħut frisk mill-flotta kostali fuq skala żgħira b'dgħajjes tas-sajd bil-lixka, b'bastimenti tas-sajd bil-konz u b'bastimenti tas-sajd bix-xolfa tal-idejn; kif ukoll |
(c) |
fil-każ tat-tonn maqbud fil-Baħar Adrijatiku minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Kroazja għall-finijiet tat-trobbija tal-ħut. |
3. Il-kundizzjonijiet speċifiċi li japplikaw għad-deroga msemmija fil-paragrafu 2 huma stabbiliti fl-Anness I.
4. L-Istati Membri għandhom joħorġu awtorizzazzjoni tas-sajd għall-bastimenti li jkunu qed jistadu skont id-derogi msemmijin fil-paragrafi 2 u 3 tal-Anness I. Il-bastimenti kkonċernati għandhom jiġu indikati fil-lista tal-bastimenti tal-qbid imsemmija fl-Artikolu 26.
5. Il-ħut li jkun iżgħar mid-daqsijiet minimi ta' referenza stabbiliti f'dan l-Artikolu li jiġi skartat mejjet għandu jingħadd mal-kwota tal-Istat Membru.
Artikolu 20
Qabdiet inċidentali ta' ħut li jkun iżgħar mid-daqs minimu ta' referenza
1. B'deroga mill-Artikolu 19(1), il-bastimenti tal-qbid u t-tunnari kollha li jistadu b'mod attiv għat-tonn għandhom jitħallew jaqbdu tonn li jkun jiżen bejn 8 kg u 30 kg jew, b'mod alternattiv, li jkollu tul sal-qasma tad-denb ta' bejn 75 cm u 115-il cm li jkun jammonta għal ammont massimu ta' 5 % skont l-għadd tal-qabdiet aċċessorji tagħhom.
2. Il-perċentwal ta' 5 % msemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi kkalkulat abbażi tal-qabdiet kollha tat-tonn miżmuma abbord il-bastiment jew fit-tunnara fi kwalunkwe ħin wara kull attività tas-sajd.
3. Il-qabdiet inċidentali għandhom jitnaqqsu mill-kwota tal-Istat Membru li huwa responsabbli għall-bastiment tal-qbid jew għat-tunnara.
4. Il-qabdiet inċidentali tat-tonn li jkun iżgħar mid-daqs minimu ta' referenza għandhom ikunu suġġetti għall-Artikoli 31, 33, 34 u 35.
Artikolu 21
Qabdiet aċċessorji
1. Kull Stat Membru għandu jipprevedi qabdiet aċċessorji tat-tonn fil-kwota tiegħu u għandu jgħarraf lill-Kummissjoni b'dan meta jibagħtilha l-pjan tas-sajd tiegħu.
2. Il-livell tal-qabdiet aċċessorji awtorizzati, li ma għandux jaqbeż l-20 % tal-qabdiet totali abbord fi tmiem kull vjaġġ tas-sajd, kif ukoll il-metodoloġija użata biex jiġu kkalkulati dawk il-qabdiet aċċessorji b'rabta mal-qabda totali abbord, għandhom jiġu ddefiniti b'mod ċar fil-pjan annwali tas-sajd kif imsemmi fl-Artikolu 11. Il-perċentwal tal-qabdiet aċċessorji jista' jiġi kkalkulat skont il-piż jew skont l-għadd ta' kampjuni. Il-kalkolu skont l-għadd ta' kampjuni għandu japplika biss għat-tonn u għall-ispeċijiet li jixbhuh ġestiti mill-ICCAT. Il-livell tal-qabdiet aċċessorji awtorizzati għall-flotta tal-bastimenti kostali fuq skala żgħira jista' jiġi kkalkulat fuq bażi annwali.
3. Il-qabdiet aċċessorji kollha tat-tonn mejjet miżmuma abbord jew skartati għandhom jitnaqqsu mill-kwota tal-Istat Membru tal-bandiera, u jiġu rreġistrati u rrappurtati lill-Kummissjoni skont l-Artikoli 31 u 32.
4. Għall-Istati Membri li ma għandhomx kwota għat-tonn, il-qabdiet aċċessorji kkonċernati għandhom jitnaqqsu mill-kwota speċifika tal-Unjoni għall-qabdiet aċċessorji tat-tonn stabbilita skont l-Artikolu 43(3) tat-TFUE u skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.
5. Jekk il-kwota totali allokata lil Stat Membru tkun ġiet eżawrita, ma għandu jiġi permess il-qbid tal-ebda tonn minn bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu u dak l-Istat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura r-rilaxx tat-tonn li jkun inqabad bħala qabda aċċessorja. Jekk il-kwota speċifika tal-Unjoni għall-qabdiet aċċessorji tat-tonn stabbilita skont l-Artikolu 43(3) tat-TFUE u l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tkun ġiet eżawrita, m'għandu jkun permess l-ebda qbid tat-tonn mill-bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Stati Membri li m'għandhomx kwota tat-tonn u dawk l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw ir-rilaxx tat-tonn li jkun inqabad bħala qabda aċċessorja. F' dawk il-każijiet , l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni tat-tonn mejjet għandhom ikunu pprojbiti u l-qabdiet kollha għandhom jiġu rreġistrati. L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw l-informazzjoni dwar it-tali kwantitajiet tat-tali qabdiet aċċessorji ta' tonn mejjet fuq bażi annwali lill-Kummissjoni li, min-naħa tagħha, għandha tibgħat dik l-informazzjoni lis-Segretarjat tal-ICCAT.
6. Il-bastimenti li ma jkunux qed jistadu b'mod attiv għat-tonn għandhom jisseparaw b'mod ċar kull kwantità ta' tonn miżmuma abbord minn speċijiet oħrajn biex l-awtoritajiet ta' kontroll ikunu jistgħu jimmonitorjaw il-ħarsien ta' dan l-Artikolu. Dawk il-qabdiet aċċessorji jistgħu jiġu kkummerċjalizzati jekk ikollhom magħhom l-eBCD.
Artikolu 22
Użu tat-trasport bl-ajru
Għandu jkun ipprojbit li jintuża kwalunkwe trasport bl-ajru, fosthom inġenji tal-ajru, ħelikopters jew kwalunkwe tip ta' vettura tal-ajru oħra mingħajr bdot abbord, għat-tiftix tat-tonn.
KAPITOLU IV
SAJD RIKREATTIV
Artikolu 23
Kwota speċifika għas-sajd rikreattiv
1. Kull Stat Membru li għandu kwota għat-tonn għandu jirregola s-sajd rikreattiv billi jalloka kwota speċifika għall-finijiet ta' dak it-tip ta' sajd. It-tonn mejjet li jista' jkun hemm għandu jitqies fit-tali allokazzjoni, fosthom fil-kuntest tas-sajd ta' qbid u rilaxx. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bil-kwota allokata għas-sajd rikreattiv meta jibagħtulha l-pjanijiet tas-sajd tagħhom.
2. Il-qabdiet tat-tonn mejjet għandhom jiġu rrappurtati u għandhom jingħaddu mal-kwota tal-Istat Membru.
Artikolu 24
Kundizzjonijiet speċifiċi għas-sajd rikreattiv
1. Kull Stat Membru li għandu kwota għat-tonn allokata għas-sajd rikreattiv għandu jirregola s-sajd rikreattiv billi joħroġ awtorizzazzjonijiet tas-sajd lill-bastimenti għall-finijiet tas-sajd rikreattiv. Fuq talba tal- ICCAT , l-Istati Membri għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni l-lista ta' bastimenti li jintużaw għas-sajd rikreattiv li jkunu ngħataw awtorizzazzjoni tas-sajd biex jaqbdu t-tonn . Il-lista li għandha titressaq elettronikament mill-Kummissjoni lill-ICCAT għandu jkun fiha l-informazzjoni li ġejja għal kull bastiment :
(a) |
isem il-bastiment; |
(b) |
in-numru fir-reġistru; |
(c) |
in-numru fir-reġistru tal-ICCAT (jekk ikun hemm); |
(d) |
kwalunkwe isem ta' qabel; u |
(e) |
l-isem u l-indirizz tas-sid jew tas-sidien u tal-operatur jew tal-operaturi; |
2. Fil-kuntest tas-sajd rikreattiv għandhom ikunu pprojbiti l-qbid, iż-żamma abbord, it-trasbord jew il-ħatt l-art ta' iktar minn tonna waħda għal kull bastiment kuljum.
3. Il-kummerċjalizzazzjoni tat-tonn maqbud waqt is-sajd rikreattiv għandha tkun ipprojbita.
4. Kull Stat Membru għandu jirreġistra d-data dwar il-qabdiet, fosthom il-piż u , fejn possibbli, it-tul ta' kull tonna maqbuda fis- sajd rikreattiv, u jibgħat id-data għas-sena ta' qabel lill-Kummissjoni sat-30 ta' Ġunju ta' kull sena. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dik l-informazzjoni lis-Segretarjat tal-ICCAT.
5. Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura, sa fejn ikun possibbli, ir-rilaxx tat-tonn, speċjalment dak li jkun għadu żgħir, maqbud ħaj fis-sajd rikreattiv. Kwalunkwe tonn li jinħatt l-art għandu jkun sħiħ, bil-garġi mneħħija u/jew imsewwi.
Artikolu 25
Qbid, tikkettar u rilaxx
1. B'deroga mill-Artikolu 23(1), l-Istati Membri li jawtorizzaw is-sajd “ta' qbid u rilaxx” fil-Grigal tal-Atlantiku mwettaq biss minn bastimenti li jintużaw għas-sajd sportiv jistgħu jħallu lil għadd limitat ta' ▌ bastimenti li jintużaw għas-sajd sportiv jistadu esklużivament għat-tonn għall-finijiet tas-sajd “ta' qbid, tikkettar u rilaxx” mingħajr il-ħtieġa li jallokawlhom kwota speċifika. Dawn il-bastimenti għandhom jaħdmu fil-kuntest ta' proġett xjentifiku ta' istitut tar-riċerka integrat fi programm tar-riċerka xjentifika. Ir-riżultati tal-proġett għandhom jintbagħtu lill-awtoritajiet rilevanti tal-Istat Membru tal-bandiera.
2. Il-bastimenti li jwettqu riċerka xjentifika fil-kuntest tal-Programm tar-Riċerka tal-ICCAT dwar it-tonn ma għandhomx jitqiesu li qed iwettqu attivitajiet “ta' qbid, tikkettar u rilaxx” kif imsemmi fil-paragrafu 1.
3. L-Istati Membri li jawtorizzaw attivitajiet “ta' qbid, tikkettar u rilaxx” għandhom:
(a) |
jippreżentaw deskrizzjoni ta' dawk l-attivitajiet u tal-miżuri applikabbli għalihom bħala parti integrali mill-pjanijiet tas-sajd u ta' spezzjoni tagħhom imsemmijin fl-Artikoli 12 u 15; |
(b) |
jimmonitorjaw mill-qrib l-attivitajiet tal-bastimenti kkonċernati biex jiżguraw li dawn ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament; |
(c) |
jiżguraw li l-attivitajiet tat-tikkettar u tar-rilaxx jitwettqu minn membri tal-persunal imħarrġa sabiex tiġi żgurata rata għolja ta' sopravivenza tal-ħut; u |
(d) |
jibagħtu rapport lill-Kummissjoni kull sena dwar l-attivitajiet xjentifiċi li jkunu twettqu, tal-inqas 50 jum qabel il-laqgħa tal-SCRS tas-sena ta' wara. Il-Kummissjoni għandha tibgħat ir-rapport lill-ICCAT 60 jum qabel il-laqgħa tal-SCRS tas-sena ta' wara. |
4. Kwalunkwe tonn li jmut waqt l-attivitajiet “ta' qbid, tikkettar u rilaxx” għandu jiġi rrappurtat u għandu jitnaqqas mill-kwota tal-Istat Membru tal-bandiera.
KAPITOLU V
MIŻURI TA' KONTROLL
TAQSIMA 1
LISTI U REĠISTRI TAL-BASTIMENTI U TAT-TUNNARI
Artikolu 26
Listi u reġistri tal-bastimenti
1. L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni kull sena, b'mod elettroniku, xahar qabel jibda l-perjodu tal-awtorizzazzjoni, il-listi tal-bastimenti li ġejjin fil-format stabbilit fl-aħħar verżjoni tal-Linji Gwida tal-ICCAT (26) għat-tressiq tad-data u tal-informazzjoni:
(a) |
lista tal-bastimenti kollha tal-qbid awtorizzati jistadu b'mod attiv għat-tonn; kif ukoll |
(b) |
lista tal-bastimenti l-oħrajn kollha tas-sajd li jintużaw għall-finijiet tal-isfruttament kummerċjali tar-riżorsi tat-tonn. |
Il-Kummissjoni għandha tibgħat din l-informazzjoni lis-Segretarjat tal-ICCAT 15-il jum qabel tibda l-attività tas-sajd, sabiex dawk il-bastimenti jkunu jistgħu jitniżżlu fir-reġistru tal-ICCAT tal-bastimenti awtorizzati u, jekk ikun rilevanti, fir-reġistru tal-ICCAT tal-bastimenti li b'kollox ikunu twal 20 metru jew iktar li jkunu awtorizzati jistadu fiż-Żona tal-Konvenzjoni.
2. F'sena kalendarja partikulari, bastiment tas-sajd jista' jiġi inkluż fiż-żewġ listi msemmijin fil-paragrafu 1, sakemm ma jkunx inkluż fihom it-tnejn fl-istess ħin.
3. L-informazzjoni dwar il-bastimenti msemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 ▌għandu jkun fiha isem il-bastiment u n-numru tiegħu tar-reġistru tal-flotta tas-sajd tal-Unjoni (in-numru tas-CFR), kif iddefinit fl-Anness I tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/218 (27).
4. Il-Kummissjoni ma għandha taċċetta l-ebda tressiq retroattiv tal-informazzjoni.
5. Il-bidliet sussegwenti fil-listi msemmijin fil-paragrafi 1 u 3 matul sena kalendarja għandhom jiġu aċċettati biss jekk bastiment tas-sajd innotifikat jitwaqqaf milli jipparteċipa fis-sajd minħabba raġunijiet operattivi leġittimi jew forza maġġuri. F'ċirkustanzi bħal dawn, l-Istat Membru kkonċernat għandu jgħarraf minnufih lill-Kummissjoni b'dan il-fatt, u għandu jipprovdi:
(a) |
id-dettalji kollha tal-bastiment jew tal-bastimenti tas-sajd maħsubin biex jieħdu post dak il-bastiment tas-sajd; kif ukoll |
(b) |
rendikont komprensiv tar-raġuni li tiġġustifika s-sostituzzjoni u kwalunkwe evidenza jew referenza ta' appoġġ rilevanti. |
6. Jekk ikun hemm bżonn, matul is-sena l-Kummissjoni għandha temenda l-informazzjoni dwar il-bastimenti msemmija fil-paragrafu 1 billi tipprovdi informazzjoni aġġornata lis-Segretarjat tal-ICCAT skont l-Artikolu 7(6) tar-Regolament (UE) 2017/2403.
Artikolu 27
Awtorizzazzjonijiet tas-sajd tal-bastimenti
1. L-Istati Membri għandhom joħorġu awtorizzazzjonijiet tas-sajd għall-bastimenti inklużi f'waħda mil-listi deskritti fl-Artikolu 26(1) u (5). L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għandhom jinkludu, bħala minimu, l-informazzjoni stabbilita fl-Anness VII u għandhom jinħarġu fil-format stipulat f'dak l-Anness. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni li tkun inkluża fl-awtorizzazzjoni tas-sajd tkun preċiża u tkun konsistenti mar-regoli stabbiliti f'dan ir-Regolament.
2. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 21(6), il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li ma jkunux imniżżlin fir-reġistri tal-ICCAT imsemmijin fl-Artikolu 26(1) għandhom jitqiesu li mhumiex awtorizzati jistadu għat-tonn, iżommuh abbord, jittrasbordawh, jittrasportawh, jittrasferixxuh, jipproċessawh jew iħottuh l-art fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran.
3. L-Istat Membru tal-bandiera għandu jirtira l-awtorizzazzjoni tas-sajd għat-tonn maħruġa għal bastiment u jista' jitlob lill-bastiment jipproċedi minnufih lejn port magħżul minnu meta jitqies li tkun ġiet eżawrita l-kwota individwali assenjata lilu.
Artikolu 28
Listi u reġistri tat-tunnari awtorizzati għas-sajd tat-tonn
1. Kull Stat Membru għandu jibgħat lill-Kummissjoni, b'mod elettroniku, bħala parti mill-pjanijiet tas-sajd tiegħu, lista tat-tunnari awtorizzati għas-sajd tat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dik l-informazzjoni lis-Segretarjat tal-ICCAT sabiex dawk it-tunnari jkunu jistgħu jitniżżlu fir-reġistru tal-ICCAT tat-tunnari li huma awtorizzati jintużaw għas-sajd tat-tonn.
2. L-Istati Membri għandhom joħorġu awtorizzazzjonijiet tas-sajd għat-tunnari li jkunu inklużi fil-lista msemmija fil-paragrafu 1. L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għandhom jinkludu, bħala minimu, l-informazzjoni stabbilita fl-Anness VII u għandhom ikunu fil-format stipulat f'dak l-Anness. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni li tkun inkluża fl-awtorizzazzjoni tas-sajd tkun preċiża u tkun konsistenti mar-regoli stabbiliti f'dan ir-Regolament.
3. It-tunnari tal-Unjoni li ma jkunux imniżżlin fir-reġistru tal-ICCAT tat-tunnari li huma awtorizzati jintużaw għas-sajd tat-tonn ma għandhomx jitqiesu li huma awtorizzati jintużaw għas-sajd tat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran. Għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, li jiġi ttrasferit, li jitqiegħed fil-gaġeġ jew li jinħatt l-art it-tonn maqbud minn dawk it-tunnari.
4. L-Istat Membru tal-bandiera għandu jirtira l-awtorizzazzjoni tas-sajd għat-tonn maħruġa għat-tunnari meta titqies li tkun ġiet eżawrita l-kwota assenjata lilhom.
Artikolu 29
Informazzjoni dwar l-attivitajiet ta' sajd
1. Sal-15 ta' Lulju ta' kull sena, kull Stat Membru għandu jibgħat lill-Kummissjoni informazzjoni ddettaljata dwar il-qabdiet tat-tonn li kien hemm fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran matul is-sena ta' qabel. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dik l-informazzjoni lill-ICCAT sal-31 ta' Lulju ta' kull sena. Din l-informazzjoni għandha tinkludi:
(a) |
l-isem u n-numru tal-ICCAT ta' kull bastiment tal-qbid; |
(b) |
il-perjodu tal-awtorizzazzjoni jew tal-awtorizzazzjonijiet għal kull bastiment tal-qbid; |
(c) |
il-qabdiet totali ta' kull bastiment tal-qbid matul il-perjodu tal-awtorizzazzjoni jew tal-awtorizzazzjonijiet, inkluż meta ma jkunx inqabad ħut; |
(d) |
l-għadd totali ta' jiem li matulhom kull bastiment tal-qbid ikun stad fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran matul il-perjodu tal-awtorizzazzjoni jew tal-awtorizzazzjonijiet; u |
(e) |
il-qabda totali li kien hemm barra l-perjodu tal-awtorizzazzjoni tagħhom (il-qabda aċċessorja). |
2. L-Istati Membri għandhom jibagħtu l-informazzjoni li ġejja lill-Kummissjoni dwar il-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tagħhom li ma kinux awtorizzati jistadu b'mod attiv għat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran iżda li qabdu t-tonn bħala qabda aċċessorja:
(a) |
l-isem tal-bastiment u n-numru tal-ICCAT tiegħu jew in-numru tiegħu fir-reġistru nazzjonali, jekk dan ma jkunx irreġistrat mal-ICCAT; u |
(b) |
il-qabdiet totali tat-tonn. |
3. Kull Stat Membru għandu jgħarraf lill-Kummissjoni bi kwalunkwe informazzjoni dwar kwalunkwe bastiment li ma jkunx inkluż fil-paragrafi 1 u 2, iżda li huwa magħruf jew preżunt li stad għat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran. Il-Kummissjoni għandha tibgħat din l-informazzjoni lis-Segretarjat tal-ICCAT malli tkun disponibbli.
Artikolu 30
Attivitajiet Konġunti tas-Sajd
1. Kwalunkwe attività konġunta tas-sajd għat-tonn għandha tkun permessa biss jekk il-bastimenti parteċipanti jkunu awtorizzati mill-Istat Membru jew mill-Istati Membri tal-bandiera. Sabiex ikun awtorizzat, kull bastiment tas-sajd bit-tartaruni tal-borża jrid ikun mgħammar biex jistad għat-tonn, ikollu kwota individwali u jkun konformi mal-obbligi tar-rappurtar stabbiliti fl-Artikolu 32.
2. Il-kwota allokata għal attività konġunta tas-sajd għandha tkun daqs it-total tal-kwoti allokati għall-bastimenti tas-sajd bit-tartaruni tal-borża parteċipanti.
3. Il-bastimenti tas-sajd bit-tartaruni tal-borża tal-Unjoni ma għandhomx iwettqu attivitajiet konġunti tas-sajd ma' bastimenti tas-sajd bit-tartaruni tal-borża minn PKK oħrajn.
4. Il-formola tal-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni għall-parteċipazzjoni f'attività konġunta tas-sajd hija stabbilita fl-Anness IV. Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jikseb l-informazzjoni li ġejja mingħand il-bastiment jew il-bastimenti tas-sajd bit-tartaruni tal-borża tiegħu li jkunu qed jipparteċipaw f'attività konġunta tas-sajd:
(a) |
il-perjodu ta' awtorizzazzjoni mitlub għall-attività konġunta tas-sajd; |
(b) |
l-identità tal-operaturi involuti fiha; |
(c) |
il-kwoti tal-bastimenti individwali; |
(d) |
l-iskema ta' allokazzjoni tal-qabdiet involuti bejn il-bastimenti involuti; u |
(e) |
informazzjoni dwar il-farms tal-ħut destinatarji. |
5. Tal-inqas għaxart ijiem qabel ma tibda l-attività konġunta tas-sajd, kull Stat Membru għandu jibgħat l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 4 lill-Kummissjoni fil-format stabbilit fl-Anness IV. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dik l-informazzjoni lis-Segretarjat tal-ICCAT u lill-Istat tal-bandiera tal-bastimenti l-oħrajn tas-sajd li jkunu qed jieħdu sehem fl-attività konġunta tas-sajd tal-inqas ħamest ijiem qabel ma tibda l-attività tas-sajd.
6. F'każ ta' forza maġġuri, l-iskadenzi stabbiliti fil-paragrafu 5 ma għandhomx japplikaw għall-informazzjoni dwar il-farms tal-ħut destinatarji. F'każijiet bħal dawn, l-Istati Membri għandhom jibagħtu aġġornament dwar dik l-informazzjoni lill-Kummissjoni malajr kemm jista' jkun, flimkien ma' deskrizzjoni tal-avvenimenti li kienu jikkostitwixxu forza maġġuri. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dik l-informazzjoni lis-Segretarjat tal-ICCAT.
TAQSIMA 2
IR-REĠISTRAZZJONI TAL-QBID
Artikolu 31
Rekwiżiti ta' reġistrazzjoni
1. Il-kaptani tal-bastimenti tal-qbid tal-Unjoni għandhom iżommu ġurnal ta' abbord tas-sajd dwar l-attivitajiet tagħhom f'konformità mal-Artikoli 14, 15, 23 u 24 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 u mat-Taqsima A tal-Anness II ta' dan ir-Regolament.
2. Il-kaptani tal-bastimenti tal-irmunkar, tal-bastimenti awżiljarji u tal-bastimenti tal-ipproċessar tal-Unjoni għandhom jirreġistraw l-attivitajiet tagħhom skont ir-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsimiet B, Ċ u D tal-Anness II.
Artikolu 32
Rapporti tal-qabdiet mibgħuta mill-kaptani u mill-operaturi tat-tunnari
1. Il-kaptani tal-bastimenti tal-qbid tal-Unjoni li jistadu attivament għandhom jibagħtu lill-Istati Membri tal-bandiera tagħhom rapporti ta' kuljum dwar il-qabdiet b'mezzi elettroniċi matul il-perjodu kollu li fih huma awtorizzati jistadu għat-tonn. Dawk ir-rapporti ma għandhomx ikunu obbligatorji għall-bastimenti li jkunu jinsabu fil-port, ħlief jekk dawn ikunu involuti f'attività konġunta tas-sajd. Id-data fir-rapporti għandha tittieħed mill-ġurnali ta' abbord u għandha tinkludi d-data, il-ħin, il-post (il-latitudni u l-lonġitudni) u l-piż u l-għadd tat-tonn maqbud fiż-Żona tal-Konvenzjoni, inklużi r-rilaxxi u l-iskartar tal-ħut mejjet. Il-kaptani għandhom jibagħtu r-rapporti fil-format stabbilit fl-Anness III jew f'format meħtieġ mill-Istat Membru .
2. Il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd bit-tartaruni tal-borża għandhom joħorġu r-rapporti ta' kuljum imsemmijin fil-paragrafu 1 għal kull attività tas-sajd, inklużi l-attivitajiet li matulhom ma jkunu qabdu xejn. Il-kaptan tal-bastiment jew ir-rappreżentanti awtorizzati tiegħu għandhom jibagħtu r-rapporti lill-Istat Membru tal-bandiera tiegħu sad-9.00 GMT għall-jum ta' qabel.
3. L-operaturi tat-tunnari li jintużaw għas-sajd attiv tat-tonn jew ir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom għandhom joħorġu rapporti ta' kuljum li jridu jintbagħtu lill-Istati Membri tal-bandiera tagħhom fi żmien kull 48 siegħa b'mezzi elettroniċi matul il-perjodu kollu li fih ikunu awtorizzati jintużaw għas-sajd tat-tonn. Dawk ir-rapporti għandhom jinkludu n-numru tar-reġistru tal-ICCAT tat-tunnara, id-data u l-ħin tal-qabda, il-piż u l-għadd tat-tonn maqbud, inkluż meta ma jkunx inqabad ħut, ir-rilaxxi u l-iskartar tal-ħut mejjet. L-operaturi għandhom jibagħtu dik l-informazzjoni fil-format stabbilit fl-Anness III.
4. Il-kaptani ta' bastimenti tal-qbid minbarra l-bastimenti tas-sajd bit-tartaruni tal-borża għandhom jibagħtu r-rapporti msemmijin fil-paragrafu 1 lill-Istati Membri tal-bandiera tagħhom sa mhux aktar tard mit-Tlieta f'12:00 GMT għall-ġimgħa ta' qabel li tintemm il-Ħadd.
TAQSIMA 3
ĦATT L-ART U TRASBORD
Artikolu 33
Portijiet magħżula
1. Kull Stat Membru li jkun ġie allokat kwota għat-tonn għandu jagħżel il-portijiet fejn ikunu awtorizzati l-attivitajiet ta' ħatt l-art tat-tonn jew tat-trasbord tiegħu. L-informazzjoni dwar il-portijiet magħżulin għandha tiġi inkluża fil-pjan annwali tas-sajd imsemmi fl-Artikolu 11. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni minnufih bi kwalunkwe emenda tal-informazzjoni dwar il-portijiet magħżulin. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dik l-informazzjoni lis-Segretarjat tal-ICCAT mingħajr dewmien.
2. Biex port jiġi stabbilit bħala port magħżul, l-Istat Membru tal-port għandu jiżgura li jintlaħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
il-ħinijiet ta' ħatt l-art u tat-trasbord huma stabbiliti; |
(b) |
il-postijiet ta' ħatt l-art u tat-trasbord huma stabbiliti; u |
(c) |
il-proċeduri ta' spezzjoni u ta' sorveljanza li jiżguraw kopertura tal-ispezzjoni matul il-ħinijiet kollha ta' ħatt l-art u tat-trasbord u fil-postijiet kollha ta' ħatt l-art u tat-trasbord f'konformità mal-Artikolu 35 huma stabbiliti. |
3. Għandu jkun ipprojbit li wieħed iħott l-art jew jittrasborda mill-bastimenti tal-qbid, kif ukoll mill-bastimenti tal-ipproċessar u mill-bastimenti awżiljarji, kwalunkwe kwantità ta' tonn mistada fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran f'postijiet oħrajn minbarra l-portijiet magħżulin mill-PKK u mill-Istati Membri. B'mod eċċezzjonali, it-tonn mejjet li jkun inqatel fit-tunnara jew fil-gaġġa jista' jiġi ttrasportat għal fuq bastiment tal-ipproċessar bl-użu ta' bastiment awżiljarju, dejjem jekk dan isir fil-preżenza tal-awtorità ta' kontroll.
Artikolu 34
Notifika minn qabel tal-ħatt l-art
1. L-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 għandu japplika għall-kaptani tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni ta' 12-il metru jew iktar li huma inklużi fil-lista tal-bastimenti msemmija fl-Artikolu 26. In-notifika minn qabel skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 għandha tintbagħat lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru (inkluż l-Istat Membru tal-bandiera) jew tal-PKK li l-portijiet jew il-faċilità ta' ħatt l-art tagħha huma jkunu jixtiequ jużaw.
2. Qabel jidħlu fil-port, il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni ta' inqas minn 12-il metru, kif ukoll tal-bastimenti tal-ipproċessar u tal-bastimenti awżiljarji inklużi fil-lista tal-bastimenti msemmija fl-Artikolu 26, jew ir-rappreżentanti tagħhom, għandhom jgħarrfu lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru (inkluż l-Istat Membru tal-bandiera) jew tal-PKK li l-portijiet jew il-faċilità ta' ħatt l-art tagħha huma jkunu jixtiequ jużaw tal-inqas bl-informazzjoni li ġejja, tal-inqas erba' sigħat qabel il-ħin stmat tal-wasla tagħhom fil-port:
(a) |
il-ħin stmat tal-wasla tagħhom; |
(b) |
il-kwantità stmata ta' tonn miżmum abbord; |
(c) |
informazzjoni dwar iż-żona ġeografika fejn ikunu saru l-qabdiet; |
(d) |
in-numru ta' identifikazzjoni estern u isem il-bastiment tas-sajd. |
3. Meta l-Istati Membri jkunu awtorizzati, skont il-leġiżlazzjoni applikabbli tal-Unjoni, japplikaw perjodu ta' notifika iqsar mill-perjodu ta' erba' sigħat qabel il-ħin stmat tal-wasla, il-kwantitajiet stmati ta' tonn miżmum abbord jistgħu jiġu nnotifikati fil-ħin applikabbli tan-notifika qabel il-wasla. Jekk il-post għas-sajd ikun inqas minn erba' sigħat mill-port, il-kwantitajiet stmati ta' tonn miżmum abbord jistgħu jinbidlu fi kwalunkwe ħin qabel il-wasla.
4. L-awtoritajiet tal-Istat Membru tal-port għandhom iżommu reġistru tan-notifiki kollha minn qabel li jsiru għas-sena attwali.
5. Il-qabdiet kollha li jinħattu l-art fl-Unjoni għandhom jiġu kkontrollati mill-awtoritajiet ta' kontroll rilevanti tal-Istat Membru tal-port u għandu jiġi spezzjonat perċentwal tagħhom abbażi ta' sistema ta' valutazzjoni tar-riskju li tinvolvi l-kwoti, id-daqs tal-flotta u l-isforz tas-sajd. Id-dettalji kollha tat-tali sistema ta' kontroll adottata minn kull Stat Membru għandhom jiġu stabbiliti fil-pjan annwali ta' spezzjoni msemmi fl-Artikolu 14.
6. Fi żmien 48 siegħa minn meta jitlesta l-ħatt l-art, il-kaptani ta' bastiment tal-qbid tal-Unjoni, ikun xi jkun it-tul totali tal-bastiment, għandhom jibagħtu dikjarazzjoni ta' ħatt l-art lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru jew tal-PKK fejn ikun sar il-ħatt l-art u lill-Istat Membru tal-bandiera tal-bastiment. Il-kaptan ta' bastiment tal-qbid għandu jkun responsabbli għall-kompletezza u għall-akkuratezza tad-dikjarazzjoni u għandu jiċċertifika dan. Id-dikjarazzjoni ta' ħatt l-art għandha tindika, bħala minimu, il-kwantitajiet ta' tonn li nħattu l-art u ż-żona minn fejn inqabdu. Il-qabdiet kollha li jinħattu l-art għandhom jintiżnu. L-Istat Membru tal-port għandu jibgħat rekord tal-ħatt l-art lill-awtoritajiet tal-Istat Membru tal-bandiera jew tal-PKK 48 siegħa wara li jitlesta l-ħatt l-art.
Artikolu 35
Trasbord
1. It-trasbord fuq il-baħar minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jkollhom abbord it-tonn, jew minn bastimenti ta' pajjiżi terzi fl-ibħra tal-Unjoni, għandu jkun ipprojbit fiċ-ċirkustanzi kollha.
2. Mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 52(2) u (3), fl-Artikolu 54 u fl-Artikolu 57 tar-Regolament (UE) 2017/2107, il-bastimenti tas-sajd għandhom jittrasbordaw biss il-qabdiet tat-tonn fil-portijiet magħżulin kif imsemmi fl-Artikolu 33 ta' dan ir-Regolament.
3. Il-kaptan tal-bastiment tas-sajd li jkun qed jirċievi l-ħut jew ir-rappreżentant tiegħu għandu jipprovdi lill-awtoritajiet rilevanti tal-Istat tal-port, tal-inqas 72 siegħa qabel il-ħin stmat tal-wasla fil-port, bl-informazzjoni mniżżla fil-mudell tad-dikjarazzjoni tat-trasbord stabbilit fl-Anness V. Għal kwalunkwe trasbord għandha tingħata awtorizzazzjoni minn qabel mill-Istat Membru tal-bandiera jew mill-PKK tal-bandiera tal-bastiment tas-sajd ikkonċernat li jkun qed jittrasborda l-ħut. Barra minn hekk, meta jkun qed isir it-trasbord, il-kaptan tal-bastiment li jkun qed jittrasborda l-ħut għandu jgħarraf lill-Istat Membru tal-bandiera tiegħu jew lill-PKK tal-bandiera tiegħu bid-dati meħtieġa skont l-Anness V.
4. L-Istat Membru tal-port għandu jispezzjona l-bastiment li jkun irċieva l-ħut hekk kif dan jasal fil-port u għandu jivverifika l-kwantitajiet u d-dokumentazzjoni marbuta mal-attività tat-trasbord.
5. Il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għandhom jimlew id-dikjarazzjoni tat-trasbord tal-ICCAT u jibagħtuha lill-Istati Membri tal-bandiera tagħhom fi żmien 15-il jum minn meta jitlesta t-trasbord. Il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd li jkunu qed jittrasbordaw il-ħut għandhom jimlew id-dikjarazzjoni tat-trasbord tal-ICCAT f'konformità mal-Anness V. Id-dikjarazzjoni tat-trasbord għandha tinkludi n-numru ta' referenza tal-eBCD sabiex tiffaċilita l-kontroverifika tad-data li jkun fiha.
6. L-Istat tal-port għandu jibgħat rekord tat-trasbord lill-awtorità tal-Istat Membru tal-bandiera jew tal-PKK tal-bastiment tas-sajd li jkun ittrasborda l-ħut fi żmien ħamest ijiem minn meta jitlesta t-trasbord.
7. Kull trasbord għandu jiġi spezzjonat mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tal-portijiet magħżulin.
TAQSIMA 4
L-OBBLIGI TAR-RAPPURTAR
Artikolu 36
Rapporti ta' kull ġimgħa dwar il-kwantitajiet
▌Kull Stat Membru għandu jibgħat lill-Kummissjoni rapporti ta' kull ġimgħa dwar il-qabdiet ▌. Dawk ir-rapporti għandhom jinkludu d-data meħtieġa skont l-Artikolu 32 fir-rigward ta' nases, bastimenti tas-sajd bit-tartarun tal-borża u bastimenti oħra tal-qbid. L-informazzjoni ▌għandha tkun imqassma skont it-tip ta' rkaptu▌. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dik l-informazzjoni lis-Segretarjat tal-ICCAT minnufih.
Artikolu 37
Tagħrif dwar l-eżawriment tal-kwoti
1. Minbarra li jikkonforma mal-Artikolu 34 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, kull Stat Membru għandu jgħarraf lill-Kummissjoni meta jqis li l-kwota allokata għal grupp ta' rkaptu tkun laħqet it-80 %.
2. Minbarra li jikkonforma mal-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, kull Stat Membru għandu jgħarraf lill-Kummissjoni meta jqis li l-kwota allokata għal grupp ta' rkaptu jew għal attività konġunta tas-sajd jew għal bastiment tas-sajd bit-tartaruni tal-borża tkun ġiet eżawrita. Ma' dik l-informazzjoni għandha tintbagħat id-dokumentazzjoni uffiċjali li tagħti provi tas-sejħa għall-waqfien mis-sajd jew għal ritorn lura fil-port li l-Istat Membru ħareġ għall-flotta, għall-grupp tal-irkaptu, għall-attività konġunta tas-sajd jew għall-bastimenti li għandhom kwota individwali, u li tinkludi indikazzjoni ċara tad-data u tal-ħin tal-għeluq tas-sajd.
3. Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lis-Segretarjat tal-ICCAT bid-dati meta l-kwota tal-Unjoni għat-tonn tkun ġiet eżawrita.
TAQSIMA 5
PROGRAMMI TA' OSSERVATURI
Artikolu 38
Programm ta' Osservaturi Nazzjonali
1. Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-assenjar ta' osservaturi nazzjonali li jkun inħarġilhom dokument ta' identifikazzjoni uffiċjali għal fuq bastimenti u tunnari li jkunu attivi fis-sajd għat-tonn ikun ikopri tal-inqas:
(a) |
20 % tal-bastimenti attivi tat-tkarkir pelaġiku tiegħu (li jkun fihom iktar minn 15-il metru); |
(b) |
20 % tal-bastimenti attivi tas-sajd bil-konz tiegħu (li jkun fihom iktar minn 15-il metru); |
(c) |
20 % tad-dgħajjes attivi tas-sajd bil-lixka tiegħu (li jkun fihom iktar minn 15-il metru); |
(d) |
100 % tal-bastimenti tal-irmunkar; |
(e) |
100 % tal-attivitajiet tal-qtil fit-tunnari. |
L-Istati Membri li għandhom inqas minn ħames bastimenti tal-qbid tal-kategoriji mniżżlin fil-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu li huma awtorizzati jistadu b'mod attiv għat-tonn għandhom jiżguraw li l-assenjar tal-osservaturi nazzjonali jkun ikopri tal-inqas 20 % tal-ħin li matulu l-bastimenti jkunu qed jistadu b'mod attiv għat-tonn
2. Il-kompiti tal-osservaturi nazzjonali għandhom ikunu, b'mod partikulari, dawn li ġejjin:
(a) |
li jimmonitorjaw il-konformità tal-bastimenti tas-sajd u tat-tunnari ma' dan ir-Regolament; |
(b) |
li jirreġistraw l-attività tas-sajd u jagħmlu rapport dwarha li jkun jinkludi l-informazzjoni li ġejja:
|
(c) |
li jivverifikaw id-data mdaħħla fil-ġurnal ta' abbord; |
(d) |
li josservaw il-bastimenti li jistgħu jkunu qed jistadu b'mod li jmur kontra l-miżuri ta' konservazzjoni tal-ICCAT u jirreġistrawhom. |
3. Minbarra l-kompiti msemmijin fil-paragrafu 2, l-osservaturi nazzjonali għandhom iwettqu wkoll ħidma xjentifika, inkluż il-ġbir tad-data meħtieġa, abbażi tal-linji gwida tal-SCRS.
4 Id-data u l-informazzjoni li jinġabru fil-kuntest tal-programm tal-osservaturi ta' kull Stat Membru għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni li, min-naħa tagħha, għandha tibgħathom lill-SCRS jew lis-Segretarjat tal-ICCAT, kif xieraq.
5. Għall-finijiet tal-paragrafi 1 sa 3, kull Stat Membru għandu jiżgura:
(a) |
kopertura temporali u spazjali rappreżentattiva sabiex jiżgura li l-Kummissjoni tirċievi data u informazzjoni xierqa u adegwati dwar il-qabdiet, dwar l-isforz u dwar aspetti xjentifiċi u ta' ġestjoni oħrajn, filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi tal-flotot u tal-attivitajiet tas-sajd; |
(b) |
li jkun hemm protokolli sodi tal-ġbir tad-data; |
(c) |
li l-osservaturi jkunu mħarrġa u approvati kif suppost qabel ma jintbagħtu fuq ħidma; |
(d) |
sa fejn ikun prattikabbli, tfixkil mill-inqas għall-ħidma tat-tunnari u tal-bastimenti li jkunu qed jistadu fiż-Żona tal-Konvenzjoni. |
Artikolu 39
Programm ta' Osservaturi Reġjonali tal-ICCAT
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw l-implimentazzjoni effettiva tal-programm ta' osservaturi reġjonali tal-ICCAT kif stabbilit f'dan l-Artikolu u fl-Anness VIII.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li osservatur reġjonali tal-ICCAT ikun preżenti:
(a) |
fuq kull bastiment tas-sajd bit-tartaruni tal-borża li huwa awtorizzat jistad għat-tonn; |
(b) |
waqt kull trasferiment tat-tonn minn fuq il-bastimenti tas-sajd bit-tartaruni tal-borża; |
(c) |
waqt kull trasferiment tat-tonn minn ġot-tunnari għal ġol-gaġeġ tat-trasport; |
(d) |
waqt kull trasferiment minn farm tal-ħut għal ieħor; |
(e) |
waqt kull attività ta' tqegħid tat-tonn fil-gaġeġ fil-farms tal-ħut; |
(f) |
waqt il-qtil kollu tat-tonn fil-farms tal-ħut; u |
(g) |
waqt ir-rilaxx tat-tonn minn ġol-gaġeġ tat-trobbija tal-ħut għal ġol-baħar. |
3. Il-bastimenti tas-sajd bit-tartaruni tal-borża li ma jkollhomx osservatur reġjonali tal-ICCAT abbord ma għandhomx ikunu awtorizzati jistadu għat-tonn.
4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġi assenjat osservatur reġjonali wieħed tal-ICCAT għal kull farm tal-ħut għall-perjodu kollu tal-attivitajiet tat-tqegħid fil-gaġeġ. F'każijiet ta' forza maġġuri, u wara li ▌l-Istat Membru tat-trobbija jikkonferma dawk iċ-ċirkustanzi li jikkostitwixxu forza maġġuri, osservatur reġjonali tal-ICCAT jista' jiġi assenjat għal iktar minn farm tal-ħut wieħed sabiex tiġi żgurata l-kontinwità tal-attivitajiet tat-trobbija tal-ħut , jekk ikun żgurat li l-kompiti tal-osservatur jitwettqu kif xieraq . Madankollu, l-Istat Membru li jkun responsabbli għall-farms tal-ħut għandu jitlob minnufih li jiġi assenjat osservatur reġjonali ieħor.
5. Il-kompiti tal-osservaturi reġjonali tal-ICCAT għandhom ikunu, b'mod partikulari, li:
(a) |
josservaw u jimmonitorjaw l-attivitajiet tas-sajd u tat-trobbija tal-ħut f'konformità mal-miżuri rilevanti ta' konservazzjoni u ta' ġestjoni tal-ICCAT, inkluż permezz tal-aċċess għall-filmati meħudin bil-kameras sterjoskopiċi fil-ħin tat-tqegħid fil-gaġeġ, li jippermetti li jitkejjel it-tul u li jiġi stmat il-piż korrispondenti; |
(b) |
jiffirmaw id-dikjarazzjonijiet tat-trasferiment tal-ICCAT u l-BCDs meta l-informazzjoni mogħtija fihom tkun konsistenti mal-osservazzjonijiet tagħhom. Jekk dan ma jkunx il-każ, l-osservaturi reġjonali tal-ICCAT għandhom jindikaw fuq id-dikjarazzjonijiet tat-trasferiment u fuq il-BCDs li huma kienu preżenti u jagħtu r-raġunijiet għan-nuqqas ta' qbil tagħhom billi jikkwotaw b'mod speċifiku r-regola jew ir-regoli jew il-proċedura jew il-proċeduri li ma tħarsux; |
(c) |
iwettqu ħidma xjentifika, inkluż il-ġbir ta' kampjuni, abbażi tal-linji gwida tal-SCRS. |
6. Il-kaptani, l-ekwipaġġ u l-operaturi tal-farms tal-ħut, tat-tunnari u tal-bastimenti ma għandhomx ifixklu, jintimidaw, jindaħlu jew jinfluwenzaw bi kwalunkwe mezz lill-osservaturi reġjonali fil-qadi ta' dmirijiethom.
TAQSIMA 6
ATTIVITAJIET TA' TRASFERIMENT
Artikolu 40
Awtorizzazzjoni tat-trasferiment
1. Qabel kwalunkwe attività ta' trasferiment, il-kaptan tal-bastiment tal-qbid jew tal-irmunkar jew ir-rappreżentanti tiegħu jew l-operatur tal-farm tal-ħut jew tat-tunnara minn fejn joriġina t-trasferiment għandhom jibagħtu notifika minn qabel tat-trasferiment lill-Istat Membru tal-bandiera jew lill-Istat Membru responsabbli għall-farm tal-ħut jew għat-tunnara, li jkun fiha:
(a) |
isem il-bastiment tal-qbid, il-farm tal-ħut jew it-tunnara u n-numru tagħhom fir-reġistru tal-ICCAT; |
(b) |
il-ħin stmat tat-trasferiment; |
(c) |
il-kwantità stmata ta' tonn li għandu jiġi ttrasferit; |
(d) |
informazzjoni dwar il-pożizzjoni fejn ikun se jsir it-trasferiment (il-latitudni/il-lonġitudni) u n-numri ta' identifikazzjoni tal-gaġeġ; |
(e) |
isem il-bastiment tal-irmunkar, l-għadd ta' gaġeġ irmunkati u n-numru tiegħu fir-reġistru tal-ICCAT, fejn ikun xieraq; u |
(f) |
il-port, il-farm tal-ħut jew il-gaġġa fejn ikun se jittieħed it-tonn. |
2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jagħtu numru uniku lil kull gaġġa tat-trasport. Jekk ikun hemm bżonn jintużaw diversi gaġeġ tat-trasport meta tiġi ttrasferita l-qabda li tikkorrispondi għal attività waħda tas-sajd, trid tintbagħat dikjarazzjoni waħda biss tat-trasferiment, iżda fiha għandhom jitniżżlu n-numri ta' kull gaġġa tat-trasport użata, kif ukoll il-kwantità tat-tonn ittrasportata f'kull gaġġa.
3. In-numri tal-gaġeġ għandhom jinħarġu permezz ta' sistema ta' numerazzjoni unika li tinkludi tal-inqas il-kodiċi alfa-3 li jikkorrispondi għall- Istat Membru tas-sajd , segwit minn tliet numri. In-numri uniċi tal-gaġeġ għandhom ikunu permanenti u ma għandhomx ikunu jistgħu jiġu ttrasferiti minn gaġġa għal oħra.
4. L-Istat Membru msemmi fil-paragrafu 1 għandu jagħti numru tal-awtorizzazzjoni lil kull attività ta' trasferiment u għandu jibagħtu lill-kaptan tal-bastiment tas-sajd jew lill-operatur tat-tunnara jew tal-farm tal-ħut, skont il-każ. In-numru tal-awtorizzazzjoni għandu jinkludi l-kodiċi bi tliet ittri tal-Istat Membru, erba' numri li juru s-sena u tliet ittri li jindikaw awtorizzazzjoni pożittiva (AUT) jew negattiva (NEG), segwiti minn numri sekwenzjali.
5. L-Istat Membru msemmi fil-paragrafu 1 għandu jawtorizza t-trasferiment jew jirrifjuta li jawtorizzah fi żmien 48 siegħa minn meta tintbagħat in-notifika minn qabel tat-trasferiment. L-attività tat-trasferiment ma għandhiex tibda mingħajr l-awtorizzazzjoni pożittiva maħruġa minn qabel.
6. L-awtorizzazzjoni tat-trasferiment ma għandhiex tippreġudika l-konferma tal-attività tat-tqegħid fil-gaġeġ.
Artikolu 41
Ċaħda tal-awtorizzazzjoni tat-trasferiment u r-rilaxx tat-tonn
1. L-Istat Membru li jkun responsabbli għall-bastiment tal-qbid, għall-bastiment tal-irmunkar, għall-farm tal-ħut jew għat-tunnara għandu jirrifjuta li jawtorizza t-trasferiment jekk, malli jirċievi n-notifika minn qabel tat-trasferiment, huwa jqis li:
(a) |
il-bastiment tal-qbid jew it-tunnara li ġie ddikjarat li qabdu l-ħut ma kellhomx kwota biżżejjed; |
(b) |
il-kwantità ta' ħut ma ġietx irrappurtata kif suppost mill-bastiment tal-qbid jew mit-tunnara, jew ma kinitx awtorizzata biex titqiegħed fil-gaġeġ; |
(c) |
il-bastiment tal-qbid li ġie ddikjarat li qabad il-ħut ma kellux awtorizzazzjoni valida biex jistad għat-tonn maħruġa skont l-Artikolu 27, jew; |
(d) |
il-bastiment tal-irmunkar li ġie ddikjarat li se jirċievi l-ħut ittrasferit mhuwiex irreġistrat fir-reġistru tal-ICCAT tal-bastimenti l-oħrajn tas-sajd imsemmi fl-Artikolu 26, jew mhuwiex mgħammar b'VMS li tiffunzjona għalkollox jew b'apparat ta' lokalizzazzjoni ekwivalenti. |
2. Jekk it-trasferiment ma jiġix awtorizzat, l-Istat Membru msemmi fil-paragrafu 1, kif xieraq, għandu joħroġ minnufih ordni tar-rilaxx lill-kaptan tal-bastiment tal-qbid jew tal-bastiment tal-irmunkar jew lill-operatur tat-tunnara jew tal-farm tal-ħut, skont il-każ, biex jgħarrafhom li t-trasferiment mhuwiex awtorizzat u jitlobhom jirrilaxxaw il-ħut fil-baħar skont l-Anness XII.
3. F'każ ta' ħsara teknika fil-VMS tiegħu matul it-trasport lejn il-farm tal-ħut, il-bastiment tal-irmunkar għandu jiġi sostitwit b'bastiment ieħor tal-irmunkar li jkollu VMS li tiffunzjona għalkollox, jew inkella għandha tiġi installata jew użata VMS ġdida li taħdem malli dan ikun fattibbli u sa mhux aktar minn 72 siegħa wara. Dak il-perjodu ta' 72 siegħa jista' jiġi estiż b'mod eċċezzjonali fil-każ ta' forza maġġuri jew ta' restrizzjonijiet operattivi leġittimi. Il-Kummissjoni għandha tiġi mgħarrfa minnufih bil-ħsara teknika u, min-naħa tagħha, għandha tgħarraf lis-Segretarjat tal-ICCAT b'dan. Minn x'ħin tiġi nnutata l-ħsara teknika sa ma din tissewwa, kull erba' sigħat il-kaptan jew ir-rappreżentant tiegħu għandu jibgħat lill-awtoritajiet ta' kontroll tal-Istat Membru tal-bandiera l-koordinati ġeografiċi aġġornati tal-bastiment tas-sajd bil-mezzi tat-telekomunikazzjoni x-xierqa.
Artikolu 42
Dikjarazzjoni tat-trasferiment
1. Il-kaptani tal-bastimenti tal-qbid jew tal-irmunkar jew l-operatur tal-farm tal-ħut jew tat-tunnara għandhom jimlew id-dikjarazzjoni tat-trasferiment tal-ICCAT fi tmiem l-attività tat-trasferiment, f'konformità mal-format stabbilit fl-Anness VI, u jibagħtuha lill-Istat Membru responsabbli.
2. L-awtoritajiet tal-Istat Membru li jkun responsabbli għall-bastiment tas-sajd, għall-farm tal-ħut jew għat-tunnara minn fejn joriġina t-trasferiment għandhom jinnumeraw il-formoli tad-dikjarazzjoni tat-trasferiment. In-numru tal-formola tad-dikjarazzjoni għandu jinkludi l-kodiċi bi tliet ittri tal-Istat Membru, segwit minn erba' numri li juru s-sena u tliet numri sekwenzjali segwiti mit-tliet ittri “ITD” (SM-20**/xxx/ITD).
3. Id-dikjarazzjoni oriġinali tat-trasferiment għandha takkumpanja t-trasferiment tal-ħut . Il-bastiment tal-qbid jew it-tunnara u l-bastimenti tal-irmonk għandhom iżommu kopja tad-dikjarazzjoni.
4. Il-kaptani tal-bastimenti li jkunu qed iwettqu l-attivitajiet ta' trasferiment għandhom jirrappurtaw l-attivitajiet tagħhom f'konformità mal-Anness II.
5. L-informazzjoni dwar il-ħut mejjet għandha tiġi rreġistrata skont il-proċeduri stabbiliti fl-Anness XIII.
Artikolu 43
Monitoraġġ permezz ta' vidjokamera
1. Il-kaptan tal-bastiment tal-qbid jew tal-irmunkar jew l-operatur tal-farm tal-ħut jew tat-tunnara għandu jiżgura li t-trasferiment jiġi mmonitorjat permezz ta' vidjokamera fl-ilma sabiex jiġi vverifikat l-għadd ta' ħut li jkun qed jiġi ttrasferit. Ir-reġistrazzjoni bil-vidjokamera għandha ssir skont l-istandards minimi u l-proċeduri stabbiliti fl-Anness X.
2. Meta l-SCRS jitlob lill-Kummissjoni tipprovdi kopji tar-reġistrazzjonijiet bil-vidjo , l-Istati Membri għandhom jipprovdu dawk il-kopji ▌lill-Kummissjoni, ▌li għandha tibgħathom lill-SCRS ▌.
Artikolu 44
Verifika mill-osservaturi reġjonali tal-ICCAT u t-twettiq tal-investigazzjonijiet
1. L-osservaturi reġjonali tal-ICCAT abbord il-bastiment tal-qbid u t-tunnara, kif imsemmi fl-Artikolu 39 u fl-Anness VIII, għandhom:
(a) |
jirreġistraw l-attivitajiet ta' trasferiment imwettqin u jagħmlu rapport dwarhom; |
(b) |
josservaw il-qabdiet ittrasferiti u jagħmlu stima tagħhom; u |
(c) |
jivverifikaw id-data mdaħħla fl-awtorizzazzjoni tat-trasferiment minn qabel, kif imsemmi fl-Artikolu 40, u fid-dikjarazzjoni tat-trasferiment tal-ICCAT, kif imsemmi fl-Artikolu 42. |
2. F'każijiet fejn ikun hemm differenza ta' aktar minn 10 % fl-għadd tal-istimi magħmulin mill-osservatur reġjonali, mill-awtoritajiet ta' kontroll rilevanti jew mill-kaptan tal-bastiment tal-qbid jew tal-irmunkar jew mill-operatur tat-tunnara jew tal-farm tal-ħut, l-Istat Membru responsabbli għandu jagħti bidu għal investigazzjoni dwar dan. It-tali investigazzjoni għandha tintemm qabel il-ħin tat-tqegħid fil-gaġeġ fil-farm tal-ħut u, fi kwalunkwe każ, fi żmien 96 siegħa minn meta tinbeda, ħlief f'każijiet ta' forza maġġuri. Sakemm joħorġu r-riżultati tal-investigazzjoni, ma għandux ikun awtorizzat it-tqegħid fil-gaġeġ u t-taqsima rilevanti tal-BCD ma għandhiex tiġi vvalidata.
3. Madankollu, f'każijiet meta r-reġistrazzjoni bil-vidjokamera ma tkunx ta' kwalità tajba biżżejjed jew ma tkunx ċara biżżejjed biex jiġu stmati l-kwantitajiet ittrasferiti, il-kaptan tal-bastiment jew l-operatur tal-farm tal-ħut jew tat-tunnara jista' jitlob lill-awtoritajiet tal-Istat Membru responsabbli jawtorizzawh iwettaq trasferiment ġdid u jibgħat ir-reġistrazzjoni korrispondenti bil-vidjokamera lill-osservatur reġjonali. Jekk dak il-kontroll volontarju tat-trasferiment ma jsirx b'riżultati sodisfaċenti, l-Istat Membru responsabbli għandu jagħti bidu għal investigazzjoni dwar dan. Jekk wara dik l-investigazzjoni jiġi kkonfermat li l-kwalità tar-reġistrazzjoni bil-vidjokamera ma tippermettix li jiġu stmati l-kwantitajiet involuti fit-trasferiment, l-awtoritajiet ta' kontroll tal-Istat Membru responsabbli għandhom jordnaw li jsir trasferiment ta' kontroll ieħor u għandhom jipprovdu r-reġistrazzjoni korrispondenti bil-vidjokamera lill-osservatur reġjonali tal-ICCAT. It-trasferimenti l-ġodda għandhom isiru bħala trasferimenti ta' kontroll sakemm il-kwalità tar-reġistrazzjoni bil-vidjokamera tippermetti li jiġu stmati l-kwantitajiet ittrasferiti.
4. Mingħajr preġudizzju għall-verifiki mwettqin mill-ispetturi, l-osservatur reġjonali tal-ICCAT għandu jiffirma d-dikjarazzjoni tat-trasferiment biss meta l-osservazzjonijiet tiegħu jkunu konformi mal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' ġestjoni tal-ICCAT u meta l-informazzjoni li tkun tinsab fid-dikjarazzjoni tat-trasferiment tkun konsistenti mal-osservazzjonijiet tiegħu u tkun tinkludi reġistrazzjoni konformi bil-vidjokamera skont il-paragrafi 1, 2 u 3. L-osservatur tal-ICCAT għandu jivverifika wkoll li d-dikjarazzjoni tat-trasferiment tal-ICCAT tintbagħat lill-kaptan tal-bastiment tal-irmunkar jew lill-operatur tal-farm tal-ħut jew lir-rappreżentant tat-tunnara, meta dan ikun applikabbli. Jekk l-osservatur tal-ICCAT ma jaqbilx mad-dikjarazzjoni tat-trasferiment, għandu jindika fuq id-dikjarazzjonijiet tat-trasferiment u fuq il-BCDs li huwa kien preżenti u jagħti r-raġunijiet għan-nuqqas ta' qbil tiegħu billi jikkwota b'mod partikulari r-regola jew ir-regoli jew il-proċedura jew il-proċeduri li ma tħarsux.
5. Il-kaptan tal-bastimenti tal-qbid jew tal-irmunkar jew l-operaturi tal-farm tal-ħut jew tat-tunnara għandhom jimlew id-dikjarazzjoni tat-trasferiment tal-ICCAT fi tmiem l-attività tat-trasferiment, f'konformità mal-format stabbilit fl-Anness VI, u jibagħtuha lill-Istat Membru responsabbli. L-Istati Membri għandhom jibagħtu l-pjanijiet rispettivi tagħhom lill-Kummissjoni ▌.
Artikolu 45
Atti ta' implimentazzjoni
Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-proċeduri operazzjonali għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet stabbiliti f'din it-Taqsima. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 68.
TAQSIMA 7
ATTIVITAJIET TA' TQEGĦID FIL-GAĠEĠ
Artikolu 46
Awtorizzazzjoni tat-tqegħid fil-gaġeġ u ċaħda possibbli ta' awtorizzazzjoni
1. Qabel ma jibdew l-attivitajiet ta' tqegħid fil-gaġeġ, għal kull gaġġa tat-trasport għandu jiġi pprojbit li l-gaġeġ tat-trasport jiġu mmażżrati f'żona ta' 0,5 mil nawtiku mill-faċilitajiet tal-farm tal-ħut. Għal dan il-għan, jeħtieġ li fil-pjanijiet għall-ġestjoni tat-trobbija tal-ħut imsemmijin fl-Artikolu 15 ikunu disponibbli l-koordinati ġeografiċi li jikkorrispondu għall-poligonu fejn jinsab il-farm tal-ħut.
2. Qabel kwalunkwe attività ta' tqegħid fil-gaġeġ, l-Istat Membru responsabbli għall-farm tal-ħut għandu jitlob lill-Istat Membru jew lill-PKK responsabbli għall-bastiment tal-qbid jew għat-tunnara li qabdu t-tonn li għandu jitqiegħed fil-gaġeġ japprovaw it-tqegħid fil-gaġeġ.
3. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru responsabbli għall-bastiment tal-qbid jew għat-tunnara għandha tirrifjuta li tapprova t-tqegħid fil-gaġeġ jekk tqis li:
(a) |
il-bastiment tal-qbid jew it-tunnara li qabdu l-ħut ma kellhomx kwota biżżejjed għat-tonn; |
(b) |
il-kwantità ta' ħut ma ġietx irrappurtata kif suppost mill-bastiment tal-qbid jew mit-tunnara; jew |
(c) |
il-bastiment tal-qbid jew it-tunnara li ġie ddikjarat li qabdu l-ħut ma għandhomx awtorizzazzjoni valida biex jistadu għat-tonn maħruġa skont l-Artikolu 27. |
4. Jekk l-Istat Membru li jkun responsabbli għall-bastiment tal-qbid jew għat-tunnara jirrifjuta li japprova t-tqegħid fil-gaġeġ, huwa għandu:
(a) |
jgħarraf lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru jew tal-PKK responsabbli għall-farm tal-ħut b'dan; u |
(b) |
jitlob lil dik l-awtorità kompetenti tipproċedi għas-sekwestru tal-qabdiet u għar-rilaxx tal-ħut fil-baħar. |
5. It-tqegħid fil-gaġeġ ma għandux jibda mingħajr l-approvazzjoni tal-Istat Membru jew tal-PKK responsabbli għall-bastimenti tal-qbid jew għat-tunnara, jew inkella tal-Istat Membru responsabbli għall-farm tal-ħut jekk ikun hemm qbil dwar dan mal-awtoritajiet tal-Istat Membru jew tal-PKK responsabbli għall-bastimenti tal-qbid jew għat-tunnara — approvazzjoni li għandha tinħareġ fi żmien jum tax-xogħol minn meta ssir it-talba. Jekk l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru responsabbli għall-farm tal-ħut ma jirċievu l-ebda tweġiba mingħand l-awtoritajiet tal-Istat Membru jew tal-PKK responsabbli għall-bastiment tal-qbid jew għat-tunnara fi żmien jum tax-xogħol, huma jistgħu jawtorizzaw l-attività tat-tqegħid fil-gaġeġ.
6. Il-ħut għandu jitqiegħed fil-gaġeġ qabel it-22 ta' Awwissu ta' kull sena, sakemm l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru jew tal-PKK responsabbli għall-farm tal-ħut ma jipprovdux raġunijiet validi għal dan, inkluża forza maġġuri, li għandhom jingħataw mar-rapport dwar it-tqegħid fil-gaġeġ meta dan jitressaq. Fi kwalunkwe każ, il-ħut ma għandux jitqiegħed fil-gaġeġ wara s-7 ta' Settembru ta' kull sena.
Artikolu 47
Dokumentazzjoni dwar il-qabdiet tat-tonn
L-Istati Membri li huma responsabbli għall-farms tal-ħut għandhom jipprojbixxu t-tqegħid tat-tonn fil-gaġeġ li ma jkollux miegħu d-dokumenti meħtieġa mill-ICCAT fil-qafas tal-programm ta' dokumentazzjoni tal-qbid stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 640/2010. Id-dokumentazzjoni trid tkun preċiża u kompluta u għandha tiġi vvalidata mill-Istat Membru jew mill-PKK responsabbli għall-bastimenti tal-qbid jew għat-tunnari.
Artikolu 48
Spezzjonijiet
L-Istati Membri li huma responsabbli għall-farms tal-ħut għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jispezzjonaw kull attività ta' tqegħid fil-gaġeġ li ssir fil-farms tal-ħut.
Artikolu 49
Monitoraġġ permezz ta' vidjokamera
L-Istati Membri responsabbli għall-farms tal-ħut għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta' kontroll tagħhom jimmonitorjaw l-attivitajiet ta' tqegħid fil-gaġeġ permezz ta' vidjokamera fl-ilma. Għandha ssir reġistrazzjoni waħda bil-vidjokamera għal kull attività ta' tqegħid fil-gaġeġ skont il-proċeduri stabbiliti fl-Anness X.
Artikolu 50
Tnedija tal-investigazzjonijiet u twettiq tagħhom
Meta jkun hemm differenza ta' aktar minn 10 % fl-għadd tal-istimi magħmulin mill-osservatur reġjonali tal-ICCAT, mill-awtoritajiet ta' kontroll tal-Istati Membri rilevanti u/jew mill-operatur tal-farm tal-ħut, l-Istat Membru responsabbli għall-farm tal-ħut għandu jagħti bidu għal investigazzjoni dwar dan b'kooperazzjoni mal-Istat Membru jew mal-PKK responsabbli għall-bastiment tal-qbid u/jew għat-tunnara. L-Istat Membru li jkun qed iwettaq l-investigazzjonijiet jista' juża l-informazzjoni l-oħra li jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu, inklużi r-riżultati tal-programmi tat-tqegħid fil-gaġeġ imsemmijin fl-Artikolu 51.
Artikolu 51
Miżuri u programmi biex jiġu stmati l-għadd ta' tonn li għandu jitqiegħed fil-gaġeġ u l-piż tiegħu
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li programm li juża sistemi ta' kameras sterjoskopiċi jew metodi alternattivi li jiżguraw l-istess livell ta' preċiżjoni u ta' akkuratezza jkun ikopri 100 % tal-attivitajiett kollha tat-tqegħid fil-gaġeġ, sabiex jiġu stmati l-għadd ta' ħut u l-piż tiegħu.
2. Dak il-programm għandu jitwettaq skont il-proċeduri stabbiliti fl-Anness XI. Jistgħu jintużaw metodi alternattivi biss jekk l-ICCAT tkun approvathom matul il-laqgħa annwali tagħha.
3. L-Istati Membri responsabbli għall-farm tal-ħut għandhom jibagħtu r-riżultati ta' dan il-programm lill-Istat Membru jew lill-PKK responsabbli għall-bastimenti tal-qbid u lill-entità li topera l-programm tal-osservaturi reġjonali f'isem l-ICCAT.
4. Meta r-riżultati tal-programm juru li l-kwantitajiet tat-tonn li jkunu tqiegħdu fil-gaġeġ ikunu jvarjaw mill-kwantitajiet irrappurtati bħala maqbudin u/jew ittrasferiti, l-Istat Membru responsabbli għall-bastiment tal-qbid jew għat-tunnara għandu jniedi investigazzjoni dwar dan b'kooperazzjoni mal-Istat Membru jew mal-PKK responsabbli għall-farm . Meta l-bastiment tal-qbid jew it-tunnara jtajru l-bandiera ta' PKK oħra, l-Istat Membru responsabbli għall-farm għandu jniedi l-investizzjoni f'kooperazzjoni ma' dik il-PKK tal-bandiera.
5. L-Istat Membru responsabbli għall-bastiment tal-qbid jew għat-tunnara għandu joħroġ ordni ta' rilaxx, skont il-proċeduri stabbiliti fl-Anness XII, għall-kwantitajiet imqegħdin fil-gaġeġ li jaqbżu l-kwantitajiet iddikjarati bħala maqbudin u ttrasferiti:
(a) |
jekk l-investigazzjoni msemmija fil-paragrafu 4 ma tintemmx fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol minn meta jkunu ntbagħtu r-riżultati tal-programm għal attività waħda ta' tqegħid fil-gaġeġ jew għall-attivitajiet kollha ta' tqegħid fil-gaġeġ fil-każ ta' attività konġunta tas-sajd; jew |
(b) |
jekk l-eżitu tal-investigazzjoni juri li l-għadd ta' tonn u/jew il-piż medju tiegħu huwa aktar minn dak iddikjarat bħala maqbud u ttrasferit. |
L-ammont żejjed għandu jiġi rrilaxxat fil-preżenza tal-awtoritajiet ta' kontroll.
6. Ir-riżultati tal-programm għandhom jintużaw biex jiġi deċiż jekk hemmx bżonn isiru r-rilaxxi u d-dikjarazzjonijiet dwar it-tqegħid fil-gaġeġ u t-taqsimiet rilevanti tal-BCD għandhom jimtlew kif xieraq. Meta tkun inħarġet ordni ta' rilaxx, l-operatur tal-farm tal-ħut għandu jitlob li awtorità nazzjonali ta' kontroll u osservatur reġjonali tal-ICCAT jkunu preżenti biex jimmonitorjaw ir-rilaxx.
7. L-Istati Membri għandhom jibagħtu r-riżultati tal-programm lill-Kummissjoni sal-1 ta' Settembru ta' kull sena. F'każ ta' forza maġġuri fit-tqegħid fil-gaġeġ, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw dawn ir-riżultati qabel it-12 ta' Settembru. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dik l-informazzjoni lill-SCRS sal-15 ta' Settembru ta' kull sena għall-evalwazzjoni.
8. It-trasferiment tat-tonn ħaj minn ġo gaġġa tat-trobbija tal-ħut għal ġo gaġġa oħra tat-trobbija tal-ħut ma għandux iseħħ jekk ma jkunx hemm l-awtorizzazzjoni tal-awtoritajiet ta' kontroll tal-Istat Membru jew tal-PKK responsabbli għall-farm tal-ħut għal dan u jekk dawn l-awtoritajiet ma jkunux preżenti waqt it-trasferiment. Kull trasferiment għandu jiġi rreġistrat biex jiġi kkontrollat l-għadd ta' kampjuni. L-awtoritajiet nazzjonali ta' kontroll għandhom jimmonitorjaw dawk it-trasferimenti u jiżguraw li kull trasferiment li jsir ġol-farm tal-ħut jiġi rreġistrat fis-sistema tal-eBCD.
9. Jekk ikun hemm differenza ta' 10 % jew iktar bejn il-kwantitajiet tat-tonn irrappurtati bħala maqbudin mill-bastiment jew mit-tunnara u l-kwantitajiet stabbiliti permezz tal-kamera ta' kontroll fil-mument tat-tqegħid fil-gaġeġ, dan għandu jikkostitwixxi nuqqas potenzjali ta' konformità min-naħa tal-bastiment ikkonċernat jew tat-tunnara kkonċernata. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw segwitu xieraq għal dan.
Artikolu 52
Dikjarazzjoni dwar it-tqegħid fil-gaġeġ u rapport dwar it-tqegħid fil-gaġeġ
1. Fi żmien 72 siegħa wara t-tmiem ta' kull attività tat-tqegħid fil-gaġeġ, ▌ operatur tal-farm għandu jibgħat dikjarazzjoni dwar it-tqegħid fil-gaġeġ kif previst fl-Anness XIV lill-awtorità kompetenti tiegħu . ▌
2. Minbarra d-dikjarazzjoni ta' tqegħid fil-gaġeġ imsemmija fil-paragrafu 1, ġimgħa wara t-tlestija tal-attività tat-tqegħid fil-gaġeġ, Stat Membru responsabbli għall-farm għandu jibgħat rapport dwar it-tqegħid fil-gaġeġ li jkun fih l-elementi stabbiliti fit-Taqsima B tal-Anness XI lill-Istat Membru jew lill-PKK li l-bastimenti jew it-tunnara tagħhom ikunu qabdu t-tonn, u lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dik l-informazzjoni lis-Segretarjat tal-ICCAT.
3. Għall-finijiet tal-paragrafu 2 , attività ta' tqegħid fil-gaġeġ ma għandhiex titqies li tkun tlestiet qabel ma tiġi konkluża kwalunkwe investigazzjoni li tkun tnediet u qabel ma titlesta kwalunkwe attività tar-rilaxx li dwarha tkun inħarġet ordni.
Artikolu 53
Trasferimenti ġewwa l-farms tal-ħut u kontrolli għall-għarrieda
1. L-Istati Membri responsabbli għall-farms tal-ħut għandhom jimplimentaw sistema ta' traċċabbiltà, inkluża r-reġistrazzjoni bil-vidjokamera tat-trasferimenti interni.
2. L-awtoritajiet ta' kontroll tal-Istati Membri responsabbli għall-farms tal-ħut għandhom iwettqu kontrolli għall-għarrieda, abbażi ta' analiżi tar-riskju, fuq it-tonn miżmum fil-gaġeġ tal-farm tal-ħut bejn iż-żmien tat-tlestija tal-attivitajiet tat-tqegħid fil-gaġeġ f'sena partikulari u l-ewwel tqegħid fil-gaġeġ fis-sena ta' wara.
3. Għall-finijiet tal-paragrafu 2, kull Stat Membru responsabbli għall-farms tal-ħut għandu jistabbilixxi perċentwal minimu ta' ħut li għandu jiġi kkontrollat. Dak il-perċentwal għandu jiġi stabbilit fil-pjan annwali ta' spezzjoni msemmi fl-Artikolu 14. Kull Stat Membru għandu jibgħat lill-Kummissjoni r-riżultati tal-kontrolli għall-għarrieda li jkun wettaq kull sena. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dawk ir-riżultati lis-Segretarjat tal-ICCAT f'April tas-sena ta' wara l-perjodu tal-kwota rilevanti .
Artikolu 54
Aċċess għar-reġistrazzjonijiet bil-vidjokamera u rekwiżiti għalihom
1. Kull Stat Membru li huwa responsabbli għall-farm tal-ħut għandu jiżgura li r-reġistrazzjonijiet bil-vidjokamera msemmijin fl-Artikoli 49 u 51 jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-ispetturi nazzjonali, kif ukoll tal-ispetturi reġjonali u tal-ICCAT u tal-osservaturi tal-ICCAT u dawk nazzjonali.
2. Kull Stat Membru li huwa responsabbli għall-farms tal-ħut għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jevita kull tibdil, editjar jew manipulazzjoni tar-reġistrazzjonijiet oriġinali bil-vidjokamera.
Artikolu 55
Rapport annwali dwar it-tqegħid fil-gaġeġ
Kull sena sal-31 ta' Lulju, l-Istati Membri li huma suġġetti għall-obbligu li jippreżentaw dikjarazzjonijiet u rapporti dwar it-tqegħid fil-gaġeġ skont l-Artikolu 52 għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni rapport dwar it-tqegħid fil-gaġeġ b'rabta mas-sena ta' qabel. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dik l-informazzjoni lis-Segretarjat tal-ICCAT qabel il-31 ta' Awwissu ta' kull sena. Ir-rapport għandu jkun fih l-informazzjoni li ġejja:
(a) |
l-ammont totali ta' tonn imqiegħed fil-gaġeġ għal kull farm tal-ħut, inkluż, għal kull farm tal-ħut, it-telf fl-għadd u fil-piż li jseħħ matul it-trasport lejn il-gaġeġ imwettaq mill-bastimenti tas-sajd u mit-tunnari; |
(b) |
il-lista tal-bastimenti li jistadu għat-tonn għall-finijiet tat-trobbija tal-ħut, li jipprovdu dan it-tip ta' tonn jew li jittrasportawh (isem il-bastiment, il-bandiera, in-numru tal-liċenzja u t-tip ta' rkaptu) u l-lista tat-tunnari; |
(c) |
ir-riżultati tal-programm ta' teħid tal-kampjuni għall-istima tal-għadd skont id-daqs tat-tonn maqbud, kif ukoll id-data, il-ħin u ż-żona tal-qabda u l-metodu tas-sajd użat, sabiex tittejjeb l-istatistika għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-istokk. Il-programm ta' teħid tal-kampjuni jirrikjedi li t-teħid tal-kampjuni skont id-daqs (it-tul jew il-piż) fil-gaġeġ isir fuq kampjun wieħed (= 100 kampjun) għal kull 100 tunnellata ta' ħut ħaj, jew fuq kampjun ta' 10 % tal-għadd totali ta' ħut miżmum fil-gaġeġ. Il-kampjuni tad-daqs se jinġabru waqt il-qtil fil-farm tal-ħut u mill-ħut li jkun miet matul it-trasport, skont il-Linji Gwida tal-ICCAT għat-tressiq tad-data u tal-informazzjoni. Għall-ħut li jitrabba fil-farm tal-ħut għal iktar minn sena, għandhom jiġu stabbiliti metodi addizzjonali oħrajn għat-teħid tal-kampjuni. Il-kampjuni għandhom jittieħdu matul kull qtil u għandhom ikopru l-gaġeġ kollha; |
(d) |
il-kwantitajiet ta' tonn imqegħdin fil-gaġġa u stima tat-tkabbir u tal-mortalità tat-tonn waqt li dan ikun fil-magħluq, kif ukoll tal-ammonti mibjugħa f'tunnellati. Din l-informazzjoni għandu jipprovdiha l-farm tal-ħut |
(e) |
il-kwantitajiet ta' tonn li jkunu tqiegħdu fil-gaġeġ matul is-sena ta' qabel; u u |
(f) |
il-kwantitajiet ikkummerċjalizzati matul is-sena ta' qabel, imqassmin skont l-oriġini tagħhom. |
Artikolu 56
Atti ta' implimentazzjoni
Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-proċeduri għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet stabbiliti f'din it-Taqsima. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 68.
TAQSIMA 8
MONITORAĠĠ U SORVELJANZA
Artikolu 57
Sistema ta' monitoraġġ tal-bastimenti
1. B'deroga mill-Artikolu 9(5) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, l-Istati Membri tal-bandiera għandhom jimplimentaw Sistema ta' Monitoraġġ tal-Bastimenti (VMS) għall-bastimenti tas-sajd tagħhom li b'kollox ikunu twal 12-il metru jew iktar skont l-Anness XV.
2. Il-bastimenti tas-sajd li b'kollox ikunu twal iktar minn 15-il metru li huma inklużi fil-lista tal-bastimenti msemmija fl-Artikolu 26(1)(a) jew fil-lista tal-bastimenti msemmija fl-Artikolu 26(1)(b) għandhom jibdew jibagħtu d-data tal-VMS lill-ICCAT tal-inqas ħamest ijiem qabel il-perjodu tal-awtorizzazzjoni tagħhom u għandhom ikomplu jagħmlu dan għal tal-inqas ħamest ijiem wara l-perjodu tal-awtorizzazzjoni tagħhom, sakemm ma tintbagħatx talba minn qabel lill-Kummissjoni biex il-bastiment jitneħħa mir-reġistru tal-bastimenti tal-ICCAT.
3. Għall-finijiet tal-kontroll, il-kaptan jew ir-rappreżentant tiegħu għandu jiżgura li t-trażmissjoni tad-data tal-VMS mill-bastimenti tal-qbid li huma awtorizzati jistadu b'mod attiv għat-tonn ma tiġix interrotta meta l-bastimenti jkunu fil-port , kemm-il darba ma jkunx hemm sistema ta' dikjarazzjoni ta' dħul u ta' ħruġ mill-port .
4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ċ-ċentri tal-monitoraġġ tas-sajd tagħhom jgħaddu l-messaġġi tal-VMS li jirċievu mingħand il-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tagħhom lill-Kummissjoni u lil korp magħżul minnha, f'ħin reali u billi jużaw il-format “https data feed”. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dawn il-messaġġi b'mod elettroniku lis-Segretarjat tal-ICCAT.
5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw:
(a) |
li l-messaġġi tal-VMS mill-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tagħhom jintbagħtu lill-Kummissjoni tal-inqas kull sagħtejn; |
(b) |
li, f'każ ta' ħsara teknika fil-VMS, il-messaġġi alternattivi mill-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tagħhom li jaslu skont l-Artikolu 25(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 404/2011 jintbagħtu lill-Kummissjoni fi żmien 24 siegħa minn meta jaslu fiċ-ċentri tal-monitoraġġ tas-sajd tagħhom; |
(c) |
li l-messaġġi li jintbagħtu lill-Kummissjoni jingħataw numru sekwenzjali (b'identifikatur uniku) sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni; |
(d) |
li l-messaġġi li jintbagħtu lill-Kummissjoni jkunu skont l-Artikolu 24(3) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 404/2011. |
6. Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-messaġġi kollha li jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-bastimenti ta' spezzjoni tiegħu jiġu ttrattati b'mod kunfidenzjali u jkunu limitati għall-attivitajiet ta' spezzjoni fuq il-baħar.
TAQSIMA 9
Spezzjoni u Infurzar
Artikolu 58
Skema tal-ICCAT ta' spezzjoni internazzjonali konġunta
1. L-attivitajiet ta' spezzjoni internazzjonali konġunta għandhom jitwettqu skont l-Iskema tal-ICCAT ta' spezzjoni internazzjonali konġunta (minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-iskema tal-ICCAT”) għall-kontrolli internazzjonali fl-ilmijiet li ma jaqgħux taħt il-ġuriżdizzjoni nazzjonali, kif stabbilit fl-Anness IX ta' dan ir-Regolament.
2. L-Istati Membri li l-bastimenti tas-sajd tagħhom huma awtorizzati jistadu għat-tonn għandhom jaħtru spetturi u jwettqu spezzjonijiet fuq il-baħar fil-kuntest tal-iskema tal-ICCAT.
3. Meta, fi kwalunkwe ħin, ikun hemm iktar minn 15-il bastiment tas-sajd li jtajru l-bandiera ta' Stat Membru partikulari li jkunu qed iwettqu attivitajiet tas-sajd għat-tonn fiż-Żona tal-Konvenzjoni, l-Istat Membru kkonċernat għandu jibgħat, abbażi ta' valutazzjoni tar-riskju, bastiment ta' spezzjoni għall-finijiet tal-ispezzjoni u tal-kontroll fuq il-baħar fiż-Żona tal-Konvenzjoni għall-perjodu kollu li matulu dawk il-bastimenti jkunu hemmhekk. Dak l-obbligu għandu jitqies li jkun tħares f'każijiet fejn l-Istati Membri jikkooperaw biex jibagħtu bastiment ta' spezzjoni jew f'każijiet fejn jintbagħat bastiment ta' spezzjoni tal-Unjoni fiż-Żona tal-Konvenzjoni.
4. Il-Kummissjoni jew korp magħżul minnha jistgħu jaħtru spetturi tal-Unjoni għall-iskema tal-ICCAT.
5. Għall-finijiet tal-paragrafu 3, il-Kummissjoni jew korp magħżul minnha għandhom jikkoordinaw l-attivitajiet ta' sorveljanza u ta' spezzjoni għall-Unjoni. Flimkien mal-Istati Membri kkonċernati, il-Kummissjoni tista' tfassal programmi ta' spezzjoni konġunta biex l-Unjoni tkun tista' twettaq l-obbligu tagħha fil-kuntest tal-iskema tal-ICCAT. L-Istati Membri li l-bastimenti tas-sajd tagħhom ikunu qed jistadu għat-tonn għandhom jadottaw il-miżuri meħtieġa sabiex jiffaċilitaw l-implimentazzjoni ta' dawk il-programmi, b'mod partikulari f'dak li għandu x'jaqsam mar-riżorsi umani u materjali meħtieġa u mal-perjodi meta dawk ir-riżorsi għandhom jintużaw u maż-żoni ġeografiċi fejn dawn għandhom jintużaw.
6. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni, sal-1 ta' April ta' kull sena, bl-ismijiet tal-ispetturi u tal-bastimenti ta' spezzjoni li beħsiebhom jassenjaw għall-iskema tal-ICCAT matul is-sena. Permezz ta' din l-informazzjoni, il-Kummissjoni għandha tfassal, f'kollaborazzjoni mal-Istati Membri, pjan għall-parteċipazzjoni tal-Unjoni fl-iskema tal-ICCAT kull sena, li hija għandha tibgħat lis-Segretarjat tal-ICCAT u lill-Istati Membri.
Artikolu 59
Spezzjonijiet f'każ ta' ksur
L-Istat Membru tal-bandiera għandu jiżgura li ssir spezzjoni fiżika ta' bastiment tas-sajd li jtajjar il-bandiera tiegħu taħt l-awtorità tiegħu fil-portijiet tiegħu jew minn spettur maħtur minnu meta l-bastiment tas-sajd ma jkunx jinsab f'wieħed mill-portijiet tiegħu, jekk il-bastiment tas-sajd:
(a) |
ikun naqas milli jikkonforma mar-rekwiżiti ta' reġistrazzjoni u tar-rappurtar stabbiliti fl-Artikoli 31 u 32; jew |
(b) |
ikun kiser id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament jew wettaq ksur serju msemmi fl-Artikolu 42 tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008 jew fl-Artikolu 90 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009. |
Artikolu 60
Kontroverifiki
1. Kull Stat Membru għandu jivverifika l-informazzjoni mogħtija fir-rapporti ta' spezzjoni u fir-rapporti tal-osservaturi, fid-data tal-VMS u, fejn ikun xieraq, fl-eBCDs, fil-ġurnali ta' abbord tal-bastimenti tas-sajd tiegħu, fid-dokumenti dwar it-trasferimenti jew it-trasbord u fid-dokumenti dwar il-qabdiet, kif ukoll il-fatt li dawn jintbagħtu fil-ħin, f'konformità mal-Artikolu 109 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.
2. Kull Stat Membru għandu jwettaq kontroverifiki fuq il-ħatt l-art kollu, it-trasbord kollu jew it-tqegħid kollu fil-gaġeġ bejn il-kwantitajiet irreġistrati skont l-ispeċi fil-ġurnal ta' abbord tal-bastiment tas-sajd jew il-kwantitajiet irreġistrati skont l-ispeċi fid-dikjarazzjoni tat-trasbord u l-kwantitajiet irreġistrati fid-dikjarazzjoni ta' ħatt l-art jew fid-dikjarazzjoni dwar it-tqegħid fil-gaġeġ, u fi kwalunkwe dokument rilevanti ieħor, bħall-fatturi u/jew in-noti tal-bejgħ.
TAQSIMA 10
Infurzar
Artikolu 61
Infurzar
Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 89 sa 91 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 u, b'mod partikulari, għad-dmir tal-Istati Membri li jieħdu l-miżuri x-xierqa ta' infurzar b'rabta ma' bastiment tas-sajd, l-Istat Membru responsabbli għall-farm jew għall-farms tat-tonn għandu jieħu l-miżuri x-xierqa ta' infurzar b'rabta ma' farm tal-ħut meta jkun ġie stabbilit, skont il-liġijiet tiegħu, li dan il-farm tal-ħut ma jkunx konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 46 sa 56 ta' dan ir-Regolament . Skont kemm ikun gravi r-reat u f'konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-liġijiet nazzjonali, dawn il-miżuri jistgħu jinkludu , b'mod partikolari, is-sospensjoni jew l-irtirar tal-awtorizzazzjoni u/jew multi. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw kwalunkwe sospensjoni jew irtirar ta' awtorizzazzjoni lill-Kummissjoni, li għandha tinnotifikaha lis-Segretarjat tal-ICCAT bil-ħsieb li timmodifika r-“rekord ta' faċilitajiet għat-trobbija tat-tonn” kif xieraq .
KAPITOLU 6
Kummerċjalizzazzjoni
Artikolu 62
Miżuri ta' kummerċjalizzazzjoni
1. Mingħajr preġudizzju għar-Regolamenti (KE) Nru 1224/2009 u (KE) Nru 1005/2008 u għar-Regolament (UE) Nru 1379/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (28), għandhom ikunu pprojbiti fl-Unjoni l-kummerċ, il-ħatt l-art, l-importazzjoni, l-esportazzjoni, it-tqegħid fil-gaġeġ għall-finijiet tat-tismin jew tat-trobbija, l-esportazzjoni mill-ġdid u t-trasbord tat-tonn li ma jkollux miegħu d-dokumentazzjoni preċiża, kompluta u vvalidata stabbilita f'dan ir-Regolament, ▌u fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni li timplimenta r-regoli tal-ICCAT dwar il-programm ta' dokumentazzjoni tal-qbid tat-tonn .
2. Għandhom ikunu pprojbiti fl-Unjoni l-kummerċ, l-importazzjoni, il-ħatt l-art, it-tqegħid fil-gaġeġ għall-finijiet tat-tismin jew tat-trobbija, l-ipproċessar, l-esportazzjoni, l-esportazzjoni mill-ġdid u t-trasbord tat-tonn:
(a) |
jekk it-tonn ikun inqabad minn bastimenti tas-sajd jew f'tunnari li l-Istat tal-bandiera tagħhom ma jkollux kwota jew limitu fuq il-qbid għat-tonn ▌skont it-termini tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' ġestjoni tal-ICCAT; jew |
(b) |
jekk it-tonn ikun inqabad minn bastimenti tas-sajd jew f'tunnari li l-kwoti individwali tagħhom ikunu eżawriti fil-ħin tal-qabda jew li l-Istat tagħhom ikun eżawrixxa l-opportunitajiet tas-sajd tiegħu fil-ħin tal-qabda. |
3. Mingħajr preġudizzju għar-Regolamenti (KE) Nru 1224/2009, (KE) Nru 1005/2008 u (UE) Nru 1379/2013, għandhom ikunu pprojbiti fl-Unjoni l-kummerċ, l-importazzjoni, il-ħatt l-art, l-ipproċessar u l-esportazzjoni tat-tonn minn farms tat-trobbija jew tat-tismin tal-ħut li ma jkunux konformi mar-Regolamenti msemmijin fil-paragrafu 1.
KAPITOLU 7
Dispożizzjonijiet finali
Artikolu 63
Evalwazzjoni
Fuq talba tal-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom jibagħtulha, mingħajr dewmien, rapport iddettaljat dwar l-implimentazzjoni tagħhom ta' dan ir-Regolament. Abbażi tal-informazzjoni li l-Istati Membri jkunu bagħtulha, il-Kummissjoni għandha tibgħat, sad-data deċiża mill-ICCAT, rapport iddettaljat lis-Segretarjat tal-ICCAT dwar l-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjoni 19-04 tal-ICCAT.
Artikolu 64
Finanzjament
Għall-finijiet tar-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (29), dan ir-Regolament għandu jitqies li huwa pjan pluriennali skont it-tifsira tal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.
Artikolu 65
Kunfidenzjalità
Id-data li tinġabar u li tiġi skambjata fil-kuntest ta' dan ir-Regolament għandha tiġi ttrattata skont ir-regoli applikabbli dwar il-kunfidenzjalità skont l-Artikoli 112 u 113 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.
Artikolu 66
Proċedura għall-emendi
1. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 67 dwar emendi ta' dan ir-Regolament sabiex tadattah għall-miżuri adottati mill-ICCAT li jorbtu lill-Unjoni u lill-Istati Membri tagħha b'rabta mal-affarijiet li ġejjin:
▌
(a) |
derogi għall-projbizzjoni taħt l-Artikolu 8 għar-riport ta' kwoti mhux użati ; |
(b) |
l-iskadenzi għar-rappurtar tal-informazzjoni kif stabbilit fl-Artikolu 24(4), fl-Artikolu 26(1), fl-Artikolu 29(1), fl-Artikolu 32(2) u (3), fl-Artikolu 35(5) u (6), fl-Artikolu 36, fl-Artikolu 41(3), fl-Artikolu 44(2), fl-Artikolu 51(7), fl-Artikolu 52( 2 ), fl-Artikolu 55, fil-punt (b) tal-Artikolu 57(5) u fl-Artikolu 58(6); |
(c) |
il-perjodi taż-żmien għall-istaġuni tas-sajd kif previst fl-Artikolu 17(1) u (4); |
(d) |
id-daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni stabbilit fl-Artikolu 19(1) u (2) u fl-Artikolu 20(1); |
(e) |
il-perċentwali u l-parametri ta' referenza stabbiliti fl-Artikolu 13, fl-Artikolu 15(3) u (4), fl-Artikolu 20(1), fl-Artikolu 21(2), fl-Artikolu 38(1), fl-Artikolu 44(2), fl-Artikolu 50 u fl-Artikolu 51(9); |
(f) |
l-informazzjoni li għandha tintbagħat lill-Kummissjoni msemmija fl-Artikolu 11(1), fl-Artikolu 24(1), fl-Artikolu 25(3), fl-Artikolu 29(1), fl-Artikolu 30(4), fl-Artikolu 34(2), fl-Artikolu 40(1) u fl-Artikolu 55; |
(g) |
il-kompiti tal-osservaturi nazzjonali u tal-osservaturi reġjonali tal-ICCAT kif previst fl-Artikolu 38(2) u fl-Artikolu 39(5) rispettivament; |
(h) |
ir-raġunijiet għaċ-ċaħda tal-awtorizzazzjoni tat-trasferiment stabbiliti fl-Artikolu 41(1); |
(i) |
ir-raġunijiet għas-sekwestru tal-qabdiet u għall-ordni tar-rilaxx tal-ħut imsemmijin fl-Artikolu 46(4); |
(j) |
l-għadd ta' bastimenti msemmi fl-Artikolu 58(3); |
(k) |
l-Annessi I sa XV. |
2. Kull emenda li tiġi adottata skont il-paragrafu 1 għandha tkun strettament limitata għall-implimentazzjoni tal-emendi tar-rakkomandazzjonijiet rispettivi tal-ICCAT li huma vinkolanti għall-Unjoni u/jew taż-żidiet għalihom.
Artikolu 67
Eżerċizzju tad-delega
1. Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.
2. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmijin fl-Artikolu 66 għal perjodu ta' ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta' setgħa sa mhux iktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta' ħames snin. Id-delega ta' setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta' żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
3. Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu jirrevokaw id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 66 f'kull mument. Id-deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-Deċiżjoni. Hija għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data iktar tard speċifikata fiha. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità tal-atti delegati li jkunu diġà fis-seħħ.
4. Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-esperti maħturin minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.
5. Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fl-istess ħin dwaru.
6. Att delegat adottat skont l-Artikolu 66 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jqajmu oġġezzjoni għalih fi żmien xahrejn minn meta dak l-att jiġi mgħarraf lilhom jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill it-tnejn ikunu għarrfu lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw għalih. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Artikolu 68
Proċedura ta' kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat għas-Sajd u l-Akkwakultura stabbilit skont l-Artikolu 47 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Artikolu 69
Emendi fir-Regolament (KE) Nru 1936/2001
Ir-Regolament (KE) Nru 1936/2001 huwa emendat kif ġej:
(a) |
jitħassru l-Artikolu 3(g) sa (j), l-Artikoli 4a, 4b u 4c u l-Anness Ia; |
(b) |
fl-Annessi I u II jitħassar il-kliem “Tonn bluefin: Thunnus thynnus”. |
Artikolu 70
Emendi fir-Regolament (UE) 2017/2107
Fir-Regolament (UE) 2017/2107 jitħassar l-Artikolu 43.
Artikolu 71
Emendi fir-Regolament (UE) 2019/833
Fir-Regolament (UE) 2019/833 jitħassar l-Artikolu 53.
Artikolu 72
Tħassir
1. Ir-Regolament (UE) 2016/1627 b'dan qed jitħassar.
2. Ir-referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta' korrelazzjoni mogħtija fl-Anness XVI.
Artikolu 73
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ [fl-għoxrin jum] wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi …,
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
Għall-Kunsill
Il-President
(1) ĠU C …
(2) Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta’ April 2021.
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).
(4) Deċiżjoni tal-Kunsill 98/392/KE tat-23 ta' Marzu 1998 li tirrigwarda l-konklużjoni mill-Komunità Ewropea tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-10 ta' Diċembru 1982 dwar il-Liġi tal-Baħar u l-Ftehim tat-28 ta' Lulju 1994 li għandu x'jaqsam mal-implimentazzjoni tal-Parti XI tiegħu (ĠU L 179, 23.6.1998, p. 1).
(5) Il-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (ĠU L 162, 18.6.1986, p. 34).
(6) Ir-Regolament (UE) 2016/1627 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Settembru 2016 dwar pjan pluriennali għall-irkupru tat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 302/2009 (ĠU L 252, 16.9.2016, p. 1).
(7) Ir-Rakkomandazzjoni tal-ICCAT dwar it-trobbija tat-tonn.
(8) Ir-Rakkomandazzjoni tal-ICCAT dwar l-istandards minimi għas-sistema ta' monitoraġġ tal-bastimenti fiż-Żona tal-Konvenzjoni tal-ICCAT.
(9) Ir-Rakkomandazzjoni tal-ICCAT dwar il-konformità fis-sajd tat-tonn u fis-sajd tal-pixxispad tat-Tramuntana tal-Atlantiku.
(10) Ir-Rakkomandazzjoni tal-ICCAT dwar l-istabbiliment ta' Reġistru tal-ICCAT ta' bastimenti li b'kollox ikunu twal 20 metru jew iktar li jkunu awtorizzati jistadu fiż-Żona tal-Konvenzjoni.
(11) Ir-Rakkomandazzjoni tal-ICCAT dwar it-trasbord.
(12) Ir-Rapport tal-Kumitat Permanenti dwar ir-Riċerka u l-Istatistika (l-SCRS) tal-1 sal-5 ta' Ottubru 2018, Madrid.
(13) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1).
(14) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 404/2011 tat-8 ta' April 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (ĠU L 112, 30.4.2011, p. 1).
(15) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 tad-29 ta' Settembru 2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat, li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1936/2001 u (KE) Nru 601/2004 u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1093/94 u (KE) Nru 1447/1999 (ĠU L 286, 29.10.2008, p. 1).
(16) Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/98 tat-18 ta' Novembru 2014 dwar l-implimentazzjoni tal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 15(2) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, taħt il-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku u tal-Konvenzjoni dwar il-Kooperazzjoni Multilaterali Futura dwar is-Sajd fl-Atlantiku tal-Majjistral (ĠU L 16, 23.1.2015, p. 23).
(17) Ir-Regolament (UE) Nru 640/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Lulju 2010 li jistabbilixxi programm ta' dokumentazzjoni tal-qbid għat-tonn Thunnus thynnus u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1984/2003 (ĠU L 194, 24.7.2010, p. 1).
(18) ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.
(19) Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(20) Ir-Regolament (UE) 2017/2107 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Novembru 2017 li jistabbilixxi l-miżuri ta' ġestjoni, ta' konservazzjoni u ta' kontroll applikabbli fiż-żona tal-Konvenzjoni tal-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (ICCAT), u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1936/2001, (KE) Nru 1984/2003 u (KE) Nru 520/2007 (ĠU L 315, 30.11.2017, p. 1).
(21) Ir-Regolament (UE) 2019/833 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2019 li jistabbilixxi miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar li japplikaw fiż-Żona Regolatorja tal-Organizzazzjoni tas-Sajd fl-Atlantiku tal-Majjistral, li jemenda r-Regolament (UE) 2016/1627 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2115/2005 u (KE) Nru 1386/2007 (ĠU L 141, 28.5.2019, p. 1).
(22) Ir-Regolament (UE) 2019/1154 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2019 dwar pjan pluriennali għall-irkupru tal-pixxispad tal-Mediterran u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 u r-Regolament (UE) 2017/2107 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 188, 12.7.2019, p. 1).
(23) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1936/2001 tas-27 ta' Settembru 2001 li jistabbilixxi miżuri ta' kontroll applikabbli għas-sajd għal ċerti stokkijiet ta' ħut li jpassi ħafna (ĠU L 263, 3.10.2001, p. 1).
(24) ir-Regolament (UE) 2017/2403 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2017 dwar il-ġestjoni sostenibbli ta' flotot tas-sajd esterni, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1006/2008 (ĠU L 347, 28.12.2017, p. 81).
(25) Ir-Regolament (UE) 2019/1241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2019 dwar il-konservazzjoni ta' riżorsi tas-sajd u l-protezzjoni ta' ekosistemi tal-baħar permezz ta' miżuri tekniċi, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006, (KE) Nru 1224/2009 u r-Regolamenti (UE) Nru 1380/2013, (UE) 2016/1139, (UE) 2018/973, (UE) 2019/472 u (UE) Nru 2019/1022 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 894/97, (KE) Nru 850/98, (KE) Nru 2549/2000, (KE) Nru 254/2002, (KE) Nru 812/2004 u (KE) Nru 2187/2005 (ĠU L 198, 25.7.2019, p. 105).
(26) https://www.iccat.int/en/SubmitCOMP.html
(27) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/218 tas-6 ta' Frar 2017 dwar ir-reġistru tal-flotta tas-sajd tal-Unjoni (ĠU L 34, 9.2.2017, p. 9).
(28) Ir-Regolament (UE) Nru 1379/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1184/2006 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 1).
(29) Ir-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2328/2003, (KE) Nru 861/2006, (KE) Nru 1198/2006 u (KE) Nru 791/2007 (UE) u r-Regolament (UE) Nru 1255/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 149, 20.5.2014, p. 1).
ANNESS I
Kundizzjonijiet speċifiċi li japplikaw għall-bastimenti tal-qbid li jkunu qed jistadu skont l-Artikolu 19
1. |
Kull Stat Membru għandu jiżgura li jitħarsu l-limiti fuq il-kapaċità li ġejjin:
|
2. |
Kull Stat Membru jista' jalloka:
|
3. |
Għal massimu ta' 7 % tal-piż ta' eżemplari ta' tonn maqbud fl-Adrijatiku għall-finijiet ta' trobbija mill-bastimenti tagħha, il-Kroazja tista' tapplika piż minimu ta' 6,4 kilogrammi jew 66 cm tul sal-qasma tad-denb; |
4. |
Kull Stat Membru li d-dgħajjes tas-sajd bil-lixka tiegħu, il-bastimenti tas-sajd bil-konz tiegħu, il-bastimenti tas-sajd bix-xolfa tal-idejn tiegħu u d-dgħajjes tas-sajd bir-rixa tiegħu huma awtorizzati jistadu għat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran għandu jistabbilixxi rekwiżiti għat-tikkettar tad-denb kif ġej:
|
ANNESS II
Rekwiżiti tal-ġurnal ta' abbord
A. BASTIMENTI TAL-QBID
Speċifikazzjonijiet minimi għall-ġurnali ta' abbord tas-sajd:
1 |
Kull folja tal-ġurnal ta' abbord għandu jkollha numru. |
2 |
Il-ġurnal ta' abbord għandu jimtela kuljum (f'nofsillejl) jew qabel il-wasla fil-port. |
3. |
Il-ġurnal ta' abbord għandu jimtela f'każ ta' spezzjonijiet fuq il-baħar. |
4 |
Kopja waħda tal-folji għandha tibqa' mehmuża mal-ġurnal ta' abbord. |
5 |
Il-ġurnali ta' abbord għandhom jinżammu abbord il-bastiment biex ikopru perjodu ta' sena waħda ta' ħidma. |
Tagħrif minimu standard għall-ġurnali ta' abbord tas-sajd:
1. |
Isem il-kaptan u l-indirizz tiegħu. |
2. |
Id-dati u l-portijiet tat-tluq u d-dati u l-portijiet tal-wasla. |
3. |
Isem il-bastiment, in-numru tiegħu fir-reġistru, in-numru tal-ICCAT tiegħu, il-kodiċi internazzjonali tar-radju u n-numru tal-OMI (jekk dan ikun disponibbli). |
4. |
L-irkaptu tas-sajd:
|
5. |
L-attivitajiet fuq il-baħar, b'linja waħda (mill-inqas) għal kull jum tal-vjaġġ, li tkun tinkludi t-tagħrif li ġej:
|
6. |
Il-firma tal-kaptan. |
7. |
Il-mezz tal-użin: stima, użin abbord. |
8. |
Fil-ġurnal ta' abbord, il-piż tal-ħut għandu jingħata f'ammont li jkun ekwivalenti għall-piż tal-ħut ħaj u għandhom jissemmew il-fatturi ta' konverżjoni użati fl-evalwazzjoni. |
Tagħrif minimu għall-ġurnali ta' abbord tas-sajd fil-każ ta' ħatt l-art jew tat-trasbord:
1. |
Id-dati ta' ħatt l-art jew tat-trasbord u l-port fejn dan iseħħ. |
2. |
Il-prodotti:
|
3. |
Il-firma tal-kaptan jew tal-aġent tal-bastiment. |
4. |
Fil-każ tat-trasbord: isem il-bastiment li jkun qed jirċievi l-ħut, il-bandiera tiegħu u n-numru tal-ICCAT tiegħu. |
Tagħrif minimu għall-ġurnali ta' abbord tas-sajd fil-każ tat-trasferiment għal ġol-gaġeġ:
1. |
Id-data u l-ħin tat-trasferiment u l-pożizzjoni (il-latitudni/il-lonġitudni) fejn dan iseħħ. |
2. |
Il-prodotti:
|
3. |
Isem il-bastiment tal-irmunkar, il-bandiera tiegħu u n-numru tal-ICCAT tiegħu. |
4. |
Isem il-farm tal-ħut destinatarju u n-numru tal-ICCAT tiegħu. |
5. |
Fil-każ ta' attività konġunta tas-sajd, minbarra t-tagħrif imniżżel fil-punti 1 sa 4, il-kaptani għandhom jirreġistraw fil-ġurnal ta' abbord tagħhom:
|
B. BASTIMENTI TAL-IRMUNKAR
1. |
Il-kaptan ta' bastiment tal-irmunkar għandu jirreġistra fil-ġurnal ta' abbord ta' kuljum id-data u l-ħin tat-trasferiment u l-pożizzjoni fejn dan iseħħ, il-kwantitajiet ta' ħut ittrasferiti (l-għadd ta' ħut u l-kwantità tiegħu f'kilogrammi), in-numru tal-gaġġa, kif ukoll isem il-bastiment tal-qbid, il-bandiera tiegħu u n-numru tal-ICCAT tiegħu, l-ismijiet tal-bastimenti l-oħrajn involuti u n-numri tal-ICCAT tagħhom, il-farm tal-ħut destinatarju u n-numru tal-ICCAT tiegħu u n-numru tad-dikjarazzjoni tat-trasferiment tal-ICCAT. |
2. |
It-trasferimenti l-oħrajn tal-ħut għal fuq bastimenti awżiljarji jew għal fuq bastimenti oħrajn tal-irmunkar għandhom jiġu rrappurtati billi jingħata l-istess tagħrif bħal dak imsemmi fil-punt 1, kif ukoll billi jingħataw isem il-bastiment awżiljarju jew il-bastiment tal-irmunkar, il-bandiera tiegħu u n-numru tal-ICCAT tiegħu u n-numru tad-dikjarazzjoni tat-trasferiment tal-ICCAT. |
3. |
Il-ġurnal ta' abbord ta' kuljum għandu jinkludi d-dettalji tat-trasferimenti kollha mwettqin matul l-istaġun tas-sajd. Il-ġurnal ta' abbord ta' kuljum għandu jinżamm abbord il-bastiment u għandu jkun aċċessibbli fi kwalunkwe ħin għall-finijiet ta' kontroll. |
C. BASTIMENTI AWŻILJARJI
1. |
Il-kaptan ta' bastiment awżiljarju għandu jirreġistra l-attivitajiet fil-ġurnal ta' abbord kuljum u għandu jinkludi d-data, il-ħin u l-pożizzjonijiet, il-kwantitajiet ta' tonn imtella' abbord, u isem il-bastiment tas-sajd, il-farm tal-ħut jew it-tunnara li hu jkun qed jaħdem magħha. |
2. |
Il-ġurnal ta' abbord ta' kuljum għandu jinkludi d-dettalji tal-attivitajiet kollha mwettqin matul l-istaġun tas-sajd. Il-ġurnal ta' abbord ta' kuljum għandu jinżamm abbord il-bastiment u għandu jkun aċċessibbli fi kwalunkwe ħin għall-finijiet ta' kontroll. |
D. BASTIMENTI TAL-IPPROĊESSAR
1. |
Fil-ġurnal ta' abbord ta' kuljum, il-kaptan ta' bastiment tal-ipproċessar għandu jdaħħal id-data u l-ħin li fihom saru l-attivitajiet u l-pożizzjoni fejn dawn saru, il-kwantitajiet ittrasbordati u l-għadd ta' tonn li wasal mill-farms tal-ħut, mit-tunnari jew mill-bastimenti tal-qbid, fejn dan ikun applikabbli, u l-piż tiegħu. Il-kaptan għandu jdaħħal ukoll l-ismijiet u n-numri tal-ICCAT ta' dawk il-farms tal-ħut, it-tunnari jew il-bastimenti tal-qbid. |
2. |
Il-kaptan ta' bastiment tal-ipproċessar għandu jżomm ġurnal ta' abbord tal-ipproċessar ta' kuljum li jispeċifika l-piż sħiħ tal-ħut ittrasferit jew ittrasbordat u l-għadd tiegħu, il-fattur ta' konverżjoni użat, u l-piżijiet u l-kwantitajiet mogħtija skont il-preżentazzjoni tal-prodotti. |
3. |
Il-kaptan ta' bastiment tal-ipproċessar għandu jżomm pjan tal-istivar li juri l-post u l-kwantitajiet ta' kull speċi u l-preżentazzjoni tagħhom. |
4. |
Il-ġurnal ta' abbord ta' kuljum għandu jinkludi d-dettalji tat-trasbord kollu mwettaq matul l-istaġun tas-sajd. Il-ġurnal ta' abbord ta' kuljum, il-ġurnal ta' abbord tal-ipproċessar, il-pjan tal-istivar u d-dikjarazzjonijiet oriġinali tat-trasbord tal-ICCAT għandhom jinżammu abbord il-bastiment u għandhom ikunu aċċessibbli fi kwalunkwe ħin għall-finijiet ta' kontroll. |
ANNESS III
Formola tar-rapport tal-qabdiet
Formola tar-rapport tal-qabdiet |
||||||||||||
Bandiera |
Numru tal-ICCAT |
Isem il-bastiment |
Data tal-bidu tar-rapport |
Data ta' tmiem ir-rapport |
Tul ta' żmien tar-rapport (f'jiem) |
Data tal-qabda |
Post fejn inqabad il-ħut |
Qabdiet |
Il-piż allokat fil-każ ta' attività konġunta tas-sajd (f'kilogrammi) |
|||
Latitudni |
Lonġitudni |
Piż (f'kilogrammi) |
Għadd ta' ħut |
Piż medju (f'kilogrammi) |
||||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
ANNESS IV
Formola ta' applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-parteċipazzjoni f'attività konġunta tas-sajd
Attività konġunta tas-sajd |
||||||||
Stat tal-bandiera |
Isem il-bastiment |
Numru tal-ICCAT |
Tul ta' żmien tal-attività |
Identità tal-operaturi |
Kwota individwali tal-bastiment |
Skema ta' allokazzjoni għal kull bastiment |
Farm tat-trobbija u tat-tismin tal-ħut destinatarju |
|
PKK |
Numru tal-ICCAT |
|||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Data: …
Validazzjoni tal-Istat tal-bandiera: …
ANNESS V
Dikjarazzjoni tat-trasbord tal-ICCAT
ANNESS VI
Dikjarazzjoni tat-trasferiment tal-ICCAT
ANNESS VII
Tagħrif minimu għall-awtorizzazzjonijiet tas-sajd (1)
A. IDENTIFIKAZZJONI
1. |
Numru ta' reġistrazzjoni tal-ICCAT |
2. |
Isem il-bastiment tas-sajd |
3. |
Numru estern tar-reġistrazzjoni (ittri u numri) |
B. KUNDIZZJONIJIET TAS-SAJD
1. |
Data tal-ħruġ |
2. |
Perjodu tal-validità |
3. |
Kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni tas-sajd, inklużi, meta dan ikun xieraq, l-ispeċi, iż-żona, l-irkaptu tas-sajd u kull kundizzjoni oħra applikabbli li toħroġ minn dan ir-Regolament u/jew mil-leġiżlazzjoni nazzjonali. |
|
|
Minn ../../.. Sa ../../.. |
Minn ../../.. Sa ../../.. |
Minn ../../.. Sa ../../.. |
Minn ../../.. Sa ../../.. |
Minn ../../.. Sa ../../.. |
Minn ../../.. Sa ../../.. |
Żoni |
|
|
|
|
|
|
|
Speċijiet |
|
|
|
|
|
|
|
Rkaptu tas-sajd |
|
|
|
|
|
|
|
Kundizzjonijiet oħrajn |
|
|
|
|
|
|
|
(1) Dan jinsab fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 404/2011.
ANNESS VIII
Programm ta' Osservaturi Reġjonali tal-ICCAT
ĦATRA TAL-OSSERVATURI REĠJONALI TAL-ICCAT
1. |
Kull osservatur reġjonali tal-ICCAT għandu jkollu l-kwalifiki li ġejjin biex iwettaq il-kompiti tiegħu:
|
OBBLIGI TAL-OSSERVATURI REĠJONALI TAL-ICCAT
2. |
L-osservaturi reġjonali tal-ICCAT għandhom:
|
KOMPITI TAL-OSSERVATURI REĠJONALI TAL-ICCAT
3. |
Il-kompiti tal-osservaturi reġjonali tal-ICCAT għandhom ikunu, b'mod partikulari:
|
4. |
L-osservatur reġjonali tal-ICCAT għandu jittratta t-tagħrif kollu dwar l-attivitajiet tas-sajd u tat-trasferiment tal-bastimenti tas-sajd bit-tartaruni tal-borża u tal-farms tal-ħut bħala tagħrif kunfidenzjali u għandu jaċċetta dak ir-rekwiżit bil-miktub biex jinħatar bħala osservatur reġjonalital-ICCAT. |
5. |
L-osservatur reġjonali tal-ICCAT għandu jkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fil-liġijiet u fir-regolamenti tal-Istat tal-bandiera jew tal-Istat tal-farm tal-ħut li taħt il-ġuriżdizzjoni tiegħu jkun jaqa' l-bastiment jew il-farm tal-ħut li għalih huwa jkun assenjat. |
6. |
L-osservatur reġjonali tal-ICCAT għandu jirrispetta l-ġerarkija u jħares ir-regoli ġenerali tal-imġiba li japplikaw għall-persunal kollu li jaħdem fuq il-bastiment u fil-farm tal-ħut, dejjem jekk dawn ir-regoli ma jxekklux id-dmirijiet tiegħu fil-kuntest ta' dan il-programm u l-obbligi tal-persunal tal-bastimenti u tal-farms tal-ħut mogħtija fil-punt 7 ta' dan l-Anness u fl-Artikolu 39. |
OBBLIGI TAL-ISTATI MEMBRI TAL-BANDIERA FIL-KONFRONT TAL-OSSERVATURI REĠJONALI TAL-ICCAT
7. |
L-Istati Membri responsabbli għall-bastiment tas-sajd bit-tartaruni tal-borża, għall-farm tal-ħut jew għat-tunnara għandhom jiżguraw li l-osservaturi reġjonali tal-ICCAT:
|
SPEJJEŻ LI ĠEJJIN MILL-PROGRAMM TA' OSSERVATURI REĠJONALI TAL-ICCAT
8. |
L-operaturi tal-farms tal-ħut jew sidien il-bastimenti tas-sajd bit-tartaruni tal-borża għandhom iħallsu l-ispejjeż kollha li ġejjin mill-attivitajiet tal-osservaturi reġjonali tal-ICCAT. |
ANNESS IX
Skema tal-ICCAT ta' spezzjoni internazzjonali konġunta
Waqt ir-Raba' Laqgħa Regolari tagħha (li saret f'Madrid f'Novembru tal-1975) u waqt il-Laqgħa Annwali tagħha tal-2008 li saret f'Marrakesh, l-ICCAT qablet dwar dan li ġej:
Skont il-paragrafu 3 tal-Artikolu IX tal-Konvenzjoni, l-ICCAT tirrakkomanda li jiġu stabbiliti l-arranġamenti li ġejjin għall-kontrolli internazzjonali fl-ilmijiet li ma jaqgħux taħt il-ġuriżdizzjoni nazzjonali, biex ikun żgurat li l-Konvenzjoni u l-miżuri li huma fis-seħħ abbażi tagħha jiġu applikati:
I. KSUR SERJU
1. |
Għall-finijiet ta' dawn il-proċeduri, ksur serju jfisser il-ksur li ġej tad-dispożizzjonijiet tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' ġestjoni tal-ICCAT adottati minn din il-Kummissjoni:
|
2. |
Fil-każ ta' kwalunkwe tlugħ abbord bastiment tas-sajd u spezzjoni tiegħu li matulha l-ispettur awtorizzat josserva attività jew kundizzjoni li tista' tikkostitwixxi ksur serju, kif iddefinit fil-punt 1, l-awtoritajiet tal-Istat tal-bandiera tal-bastimenti ta' spezzjoni għandhom jgħarrfu minnufih lill-Istat tal-bandiera tal-bastiment tas-sajd b'dan, kemm b'mod dirett u kemm permezz tas-Segretarjat tal-ICCAT. F'sitwazzjonijiet bħal dawn, l-ispettur għandu jgħarraf ukoll lil kwalunkwe bastiment ta' spezzjoni tal-Istat tal-bandiera tal-bastiment tas-sajd li jkun jaf li jinsab fil-qrib. |
3. |
L-ispettur tal-ICCAT għandu jirreġistra, fil-ġurnal ta' abbord tal-bastiment tas-sajd, l-ispezzjonijiet li jwettaq u kwalunkwe ksur li jidentifika matulhom. |
4. |
L-Istat Membru tal-bandiera għandu jiżgura li, wara l-ispezzjoni msemmija fil-punt 2, il-bastiment tas-sajd ikkonċernat iwaqqaf kull attività tas-sajd. L-Istat Membru tal-bandiera għandu jitlob lill-bastiment tas-sajd jipproċedi fi żmien 72 siegħa lejn port magħżul minnu, fejn għandha tinbeda investigazzjoni. |
5. |
Jekk il-bastiment ma jintalabx jipproċedi lejn il-port, l-Istat Membru tal-bandiera għandu jipprovdi ġustifikazzjoni xierqa għal dan fil-ħin lill-Kummissjoni Ewropea, li għandha tibgħat dak it-tagħrif lis-Segretarjat tal-ICCAT, li għandu jqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Partijiet Kontraenti l-oħrajn, jekk dawn jitolbu dan. |
II. TWETTIQ TAL-ISPEZZJONIJIET
6. |
L-ispezzjonijiet għandhom jitwettqu minn spetturi maħturin mill-Partijiet Kontraenti. L-ismijiet tal-aġenziji tal-gvern awtorizzati u ta' kull spettur maħtur għal dak il-għan mill-gvernijiet rispettivi tagħhom għandhom jintbagħtu lill-ICCAT. |
7. |
Il-bastimenti li jwettqu dmirijiet ta' imbarkazzjoni u ta' spezzjoni internazzjonali skont dan l-Anness għandhom itajru bandiera jew fjamma speċjali approvata mill-ICCAT u maħruġa mis-Segretarjat tal-ICCAT. L-ismijiet tal-bastimenti li jintużaw b'dan il-mod għandhom jintbagħtu lis-Segretarjat tal-ICCAT malli jkun jista' jsir dan qabel jibdew l-attivitajiet ta' spezzjoni. Is-Segretarjat tal-ICCAT għandu jqiegħed it-tagħrif dwar il-bastimenti ta' spezzjoni maħturin għad-dispożizzjoni tal-PKK kollha, fosthom billi jpoġġi dan it-tagħrif fuq is-sit elettroniku tiegħu li huwa protett b'password. |
8. |
Kull spettur għandu jġorr dokument tal-identità xieraq maħruġ mill-awtoritajiet tal-Istat tal-bandiera, li għandu jkun fil-forma murija fil-punt 21 ta' dan l-Anness. |
9. |
Suġġett għall-arranġamenti miftiehma fil-kuntest tal-punt 16, bastiment li jtajjar il-bandiera ta' Parti Kontraenti u li jkun qed jistad għat-tonn jew għall-ħut li jixbhu fiż-Żona tal-Konvenzjoni barra l-ilmijiet li jaqgħu taħt il-ġuriżdizzjoni nazzjonali tiegħu għandu jieqaf meta jingħata s-sinjal ix-xieraq tal-Kodiċi Internazzjonali tas-Sinjali minn bastiment li jtajjar il-fjamma tal-ICCAT deskritta fil-punt 7 u li jkollu spettur abbord, sakemm il-bastiment ma jkunx qed iwettaq attivitajiet tas-sajd dak il-ħin stess, f'liema każ għandu jieqaf minnufih hekk kif itemm it-tali attivitajiet. Kif speċifikat fil-punt 10, il-kaptan tal-bastiment għandu jippermetti lit-tim tal-ispezzjoni jitla' abbord u għandu jipprovdilu sellum biex jitla' abbord. Il-kaptan għandu jippermetti lit-tim tal-ispezzjoni jagħmel dawk l-eżamijiet tat-tagħmir, tal-qabda jew tal-irkaptu u ta' kwalunkwe dokument rilevanti li l-ispettur iqis li jkunu meħtieġa sabiex tiġi vverifikata l-konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-ICCAT li jkunu fis-seħħ għall-Istat tal-bandiera tal-bastiment li jkun qed jiġi spezzjonat. Barra minn hekk, l-ispettur jista' jitlob kwalunkwe spjegazzjoni li huwa jqis li tkun meħtieġa. |
10. |
L-uffiċjal kmandant tal-bastiment tal-ispezzjoni għandu jiddeċiedi kemm għandu jkun kbir it-tim tal-ispezzjoni filwaqt li jqis iċ-ċirkustanzi rilevanti. It-tim tal-ispezzjoni għandu jkun żgħir kemm jista' jkun sabiex iwettaq b'sikurezza u sigurtà d-dmirijiet mogħtija f'dan l-Anness. |
11. |
Meta jitla' abbord il-bastiment, l-ispettur għandu jipprovdi d-dokument tal-identità deskritt fil-punt 8. L-ispettur għandu jħares ir-regoli, il-proċeduri u l-prattiki internazzjonali aċċettati b'mod ġenerali li għandhom x'jaqsmu mas-sikurezza tal-bastiment li qed jiġi spezzjonat u tal-ekwipaġġ tiegħu, u għandu jnaqqas kemm jista' jkun l-interferenza fl-attivitajiet tas-sajd jew fl-istivar tal-prodotti u, sa fejn ikun prattikabbli, għandu jevita li jieħu azzjonijiet li jistgħu jaffettwaw ħażin il-kwalità tal-qabda li jkun hemm abbord.
Kull spettur għandu jillimita l-inkjesti tiegħu għall-aċċertazzjoni tal-ħarsien tar-rakkomandazzjonijiet tal-ICCAT li jkunu fis-seħħ għall-Istat tal-bandiera tal-bastiment ikkonċernat. Huwa u jwettaq l-ispezzjoni, spettur jista' jistaqsi lill-kaptan tal-bastiment tas-sajd għal kwalunkwe għajnuna li tista' tkun meħtieġa. L-ispettur għandu jħejji rapport tal-ispezzjoni f'forma approvata mill-ICCAT. L-ispettur għandu jiffirma r-rapport fil-preżenza tal-kaptan tal-bastiment, li għandu jkollu d-dritt iżid mar-rapport kwalunkwe osservazzjoni li jaħseb li hija xierqa, jew li jitlob li din tiżdied mar-rapport, u li għandu jiffirma ħdejn it-tali osservazzjonijiet. |
12. |
Għandhom jingħataw kopji tar-rapport lill-kaptan tal-bastiment u lill-gvern tat-tim tal-ispezzjoni, li, min-naħa tiegħu, għandu jgħaddi kopji tiegħu lill-awtoritajiet ix-xierqa tal-Istat tal-bandiera tal-bastiment spezzjonat u lill-ICCAT. Meta jiġi nnutat xi ksur tar-rakkomandazzjonijiet tal-ICCAT, l-ispettur għandu jgħarraf b'dan ukoll lil kwalunkwe bastiment ta' spezzjoni tal-Istat tal-bandiera tal-bastiment tas-sajd li jkun jaf li jinsab fil-qrib, meta dan ikun possibbli. |
13. |
L-Istat tal-bandiera tal-bastiment spezzjonat għandu jittratta l-fatt li jkun hemm reżistenza għal spettur jew li ma jkunx hemm konformità mal-istruzzjonijiet tiegħu bl-istess mod li bih jittratta t-tali aġir meta dan isir fil-konfront ta' spettur nazzjonali. |
14. |
L-ispettur għandu jaqdi dmirijietu fil-kuntest ta' dawn l-arranġamenti skont ir-regoli mogħtija f'dan ir-Regolament, iżda għandu jibqa' taħt il-kontroll operattiv tal-awtoritajiet nazzjonali tiegħu u għandu jkun responsabbli lejhom. |
15. |
Il-Partijiet Kontraenti għandhom iqisu r-rapporti ta' spezzjoni, il-folji tat-tagħrif dwar il-lemħ skont ir-Rakkomandazzjoni 94-09 u d-dikjarazzjonijiet li jkunu ġejjin minn spezzjonijiet tad-dokumenti magħmulin minn spetturi barranin fil-kuntest ta' dawn l-arranġamenti u jaġixxu fuqhom bl-istess mod li bih iqisu r-rapporti tal-ispetturi nazzjonali skont il-leġizlazzjoni nazzjonali tagħhom u li bih jaġixxu fuq dawn ir-rapporti. Id-dispożizzjonijiet ta' dan il-punt ma għandhom jimponu l-ebda obbligu fuq xi Parti Kontraenti li tagħti lir-rapport ta' spettur barrani valur ogħla bħala prova milli kien ikollu fil-pajjiż tal-ispettur stess. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jikkollaboraw bejniethom biex jiffaċilitaw il-proċedimenti ġudizzjarji jew proċedimenti oħrajn li jkun hemm minħabba rapport ta' spettur li jkun sar fil-kuntest ta' dawn l-arranġamenti. |
16. |
|
17. |
|
18. |
L-ispettur għandu jwaħħal marka tal-identifikazzjoni approvata mill-ICCAT ma' kwalunkwe rkaptu tas-sajd spezzjonat li jidher li jkun qed jikser ir-rakkomandazzjonijiet tal-ICCAT li jkunu fis-seħħ għall-Istat tal-bandiera tal-bastiment ikkonċernat u għandu jirreġistra dan il-fatt fir-rapport tal-ispezzjoni. |
19. |
L-ispettur jista' jieħu ritratti tal-irkaptu, tat-tagħmir, tad-dokumentazzjoni u ta' kull element ieħor li huwa jqis li jkun meħtieġ, b'tali mod li jiġu żvelati dawk il-karatteristiċi li, fl-opinjoni tiegħu, mhumiex konformi mar-regolament fis-seħħ, f'liema każ l-oġġetti li jitteħdilhom ritratt għandhom jitniżżlu fir-rapport u kopji tar-ritratti għandhom jinhemżu mal-kopja tar-rapport maħsuba għall-Istat tal-bandiera. |
20. |
L-ispettur għandu jispezzjona l-qabda kollha abbord, skont il-bżonn, sabiex jistabbilixxi l-konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-ICCAT. |
21. |
Il-mudell tal-Karta tal-Identità tal-ispetturi huwa mogħti hawn taħt:
|
ANNESS X
Standards minimi għall-proċeduri għar-reġistrazzjoni bil-vidjokamera
Attivitajiet ta' trasferiment
1. |
L-apparat elettroniku għall-ħżin li jkun fih ir-reġistrazzjoni oriġinali bil-vidjokamera għandu jingħata lill-osservatur reġjonali tal-ICCAT malajr kemm jista' jkun wara li tintemm l-attività tat-trasferiment, u dan għandu jpoġġi l-inizjali tiegħu fuqu minnufih biex jiġi evitat li jkun hemm iktar manipulazzjoni. |
2. |
Ir-reġistrazzjoni oriġinali għandha tinżamm abbord il-bastiment tal-qbid jew mill-operatur tal-farm tal-ħut jew tat-tunnara, fejn dan ikun xieraq, għall-perjodu kollu tal-awtorizzazzjoni. |
3. |
Għandhom jiġu prodotti żewġ kopji identiċi tar-reġistrazzjoni bil-vidjokamera. Kopja waħda għandha tintbagħat lill-osservatur reġjonali tal-ICCAT abbord il-bastiment tas-sajd bit-tartaruni tal-borża u l-kopja l-oħra għandha tintbagħat, flimkien mad-dikjarazzjoni tat-trasferiment u mal-qabdiet assoċjati li magħhom għandha x'taqsam, lill-osservatur nazzjonali abbord il-bastiment tal-irmunkar. Dik il-proċedura għandha tapplika biss għall-osservaturi nazzjonali fil-każ ta' trasferimenti bejn il-bastimenti tal-irmunkar. |
4. |
Fil-bidu ta' kull vidjow u/jew fi tmiemu, għandu jidher in-numru tal-awtorizzazzjoni tat-trasferiment tal-ICCAT. |
5. |
Il-ħin u d-data tal-vidjow għandhom jidhru b'mod kontinwu matul kull reġistrazzjoni bil-vidjokamera. |
6. |
Qabel ma jibda t-trasferiment, il-vidjow għandu jinkludi l-ftuħ u l-għeluq tax-xibka jew tal-bieb u filmat li juri jekk il-gaġeġ li minnhom ikun se jinħareġ it-tonn u li fihom ikun se jiddaħħal ikunx diġà fihom it-tonn jew le. |
7. |
Ir-reġistrazzjoni bil-vidjokamera għandha tkun kontinwa, mingħajr interruzzjonijiet jew qtugħ, u għandha tkopri l-attività kollha tat-trasferiment. |
8. |
Ir-reġistrazzjoni bil-vidjokamera għandha tkun ta' kwalità tajba biżżejjed biex jiġi stmat l-għadd ta' tonn li jkun qed jiġi ttrasferit. |
9. |
Jekk ir-reġistrazzjoni bil-vidjokamera ma tkunx ta' kwalità tajba biżżejjed biex jiġi stmat l-għadd ta' tonn li jkun qed jiġi ttrasferit, għandu jsir trasferiment ta' kontroll . L-operatur jista' jitlob lill-awtoritajiet tal-bandiera tal-bastiment jew tat-tunnara jwettqu trasferiment ta' kontroll. Fil-każ li l-operatur ma jitlobx tali trasferiment ta' kontroll jew ir-riżultat ta' dak it-trasferiment volontarju ma jkunx sodisfaċenti, l-awtoritajiet ta' kontroll għandhom jitolbu trasferimenti ta' kontroll daqskemm ikun meħtieġ sa meta issir disponibbli reġistrazzjoni bil-vidjokamera ta' kwalità suffiċjenti. Tali trasferiment ta' kontroll volontarju għandu jinkludi li t-tonn kollu ta' ġol-gaġġa li fiha jkun iddaħħal it-tonn jiġi trasferit għal ġo gaġġa oħra li trid tkun vojta. Meta l-oriġini tal-ħut tkun tunnara, it-tonn li jkun diġà ġie trasferit mit-tunnara għall-gaġġa li jiddaħħal fiha jista' jintbagħat lura lejn it-tunnara, u f'dan il-każ, it-trasferiment ta' kontroll għandu jiġi kkanċellat taħt is-superviżjoni tal-osservatur reġjonali tal-ICCAT. |
Attivitajiet ta' tqegħid fil-gaġeġ
1. |
L-apparat elettroniku għall-ħżin li jkun fih ir-reġistrazzjoni oriġinali bil-vidjokamera għandu jingħata lill-osservatur reġjonali tal-ICCAT malajr kemm jista' jkun wara li tintemm l-attività ta' tqegħid fil-gaġeġ, u dan għandu jpoġġi l-inizjali tiegħu fuqu minnufih biex jiġi evitat li jkun hemm iktar manipulazzjoni. |
2. |
Ir-reġistrazzjoni oriġinali għandha tinżamm mill-farm tal-ħut, fejn dan ikun applikabbli, għall-perjodu kollu tal-awtorizzazzjoni. |
3. |
Għandhom jiġu prodotti żewġ kopji identiċi tar-reġistrazzjoni bil-vidjokamera. Kopja waħda għandha tintbagħat lill-osservatur reġjonali tal-ICCAT li jkun hemm fil-farm tal-ħut. |
4. |
Fil-bidu ta' kull vidjow u/jew fi tmiemu, għandu jidher in-numru tal-awtorizzazzjoni tat-tqegħid fil-gaġeġ tal-ICCAT. |
5. |
Il-ħin u d-data tal-vidjow għandhom jidhru b'mod kontinwu matul kull reġistrazzjoni bil-vidjokamera. |
6. |
Qabel ma jibda t-tqegħid fil-gaġeġ, il-vidjow għandu jinkludi l-ftuħ u l-għeluq tax-xibka jew tal-bieb u għandu juri jekk il-gaġeġ li minnhom ikun se jinħareġ it-tonn u li fihom ikun se jiddaħħal ikunx diġà fihom it-tonn jew le. |
7. |
Ir-reġistrazzjoni bil-vidjokamera għandha tkun kontinwa, mingħajr interruzzjonijiet jew qtugħ, u għandha tkopri l-attività kollha tat-tqegħid fil-gaġeġ. |
8. |
Ir-reġistrazzjoni bil-vidjokamera għandha tkun ta' kwalità tajba biżżejjed biex jiġi stmat l-għadd ta' tonn li jkun qed jiġi ttrasferit. |
9. |
Jekk ir-reġistrazzjoni bil-vidjokamera ma tkunx ta' kwalità tajba biżżejjed biex jiġi stmat l-għadd ta' tonn li jkun qed jiġi ttrasferit, l-awtoritajiet ta' kontroll għandhom jitolbu li ssir attività ġdida ta' tqegħid fil-gaġeġ. Matul l-attività l-ġdida ta' tqegħid fil-gaġeġ, it-tonn kollu ta' ġol-gaġġa tal-farm tal-ħut li fiha jkun iddaħħal it-tonn għandu jiġi ttrasferit għal ġo gaġġa oħra tal-farm tal-ħut li trid tkun vojta. |
ANNESS XI
Standards u proċeduri għas-sistemi tal-kameras sterjoskopiċi fil-kuntest tal-attivitajiet ta' tqegħid fil-gaġeġ
A. Użu tas-sistemi tal-kameras sterjoskopiċi
L-użu tas-sistemi tal-kameras sterjoskopiċi fil-kuntest tal-attivitajiet ta' tqegħid fil-gaġeġ, kif mitlub mill-Artikolu 51 għandu jsir skont dan li ġej:
1. |
Għall-kampjuni tal-ħut ħaj, ma għandux jittieħed perċentwal ta' inqas minn 20 % tal-ammont ta' ħut li jkun qed jitqiegħed fil-gaġeġ. Meta dan ikun teknikament possibbli, il-kampjuni tal-ħut ħaj għandhom jittieħdu f'sekwenza, jiġifieri trid titkejjel ħuta waħda minn kull ħamsa; il-ħut meqjus fit-tali kampjuni għandu jitkejjel f'distanza ta' bejn żewġ u tmien metri 'l bogħod mill-kamera. |
2. |
Il-bieb ta' trasferiment li jgħaqqad il-gaġġa li minnha jkun se jinħareġ il-ħut mal-gaġġa li fiha jkun se jiddaħħal ma għandux ikun wiesa' iktar minn 10 metri u għoli iktar minn 10 metri. |
3. |
Meta jkun hemm distribuzzjoni multimodali tal-kejl tat-tul tal-ħut (jiġifieri jkun hemm żewġ koorti jew iktar ta' daqsijiet differenti), wieħed għandu jkun jista' juża iktar minn algoritmu ta' konverżjoni wieħed għall-istess attività ta' tqegħid fil-gaġeġ; għandhom jintużaw l-iktar algoritmi reċenti stabbiliti mill-SCRS biex it-tulijiet sal-qasma tad-denb jinqalbu f'piżijiet totali skont il-kategorija tad-daqs tal-ħut imkejjel matul l-attività ta' tqegħid fil-gaġeġ. |
4. |
Il-kejl sterjoskopiku tat-tul għandu jiġi vvalidat qabel kull attività ta' tqegħid fil-gaġeġ billi tintuża skala grafika f'distanza ta' bejn żewġ u tmien metri. |
5. |
Meta jintbagħtu r-riżultati tal-programm sterjoskopiku, għandu jintbagħat ukoll tagħrif dwar il-marġni ta' żball inerenti fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tas-sistema ta' kameras sterjoskopiċi, li ma għandux jaqbeż firxa ta' +/- 5 %. |
6. |
Ir-rapport dwar ir-riżultati tal-programm sterjoskopiku għandu jinkludi dettalji dwar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi kollha msemmijin hawn fuq, fosthom l-intensità tat-teħid tal-kampjuni, il-metodu tat-teħid tal-kampjuni, id-distanza mill-kamera, id-daqs tal-bieb ta' trasferiment u l-algoritmi (ir-relazzjoni bejn it-tul u l-piż). L-SCRS għandu jeżamina mill-ġdid dawk l-ispeċifikazzjonijiet u għandu jipprovdi rakkomandazzjonijiet biex dawn jinbidlu, jekk ikun hemm bżonn. |
7. |
F'każijiet fejn il-filmat meħud bil-kamera sterjoskopika ma jkunx ta' kwalità tajba biżżejjed biex jiġi stmat il-piż tat-tonn li jkun qed jitqiegħed fil-gaġeġ, l-awtoritajiet tal-Istat Membru responsabbli għall-bastiment tal-qbid, għall-farm tal-ħut jew għat-tunnara għandhom jordnaw li ssir attività ġdida ta' tqegħid fil-gaġeġ. |
B. Preżentazzjoni tar-riżultati tal-programmi u l-użu tagħhom
1. |
Id-deċiżjonijiet dwar id-differenzi li jkun hemm bejn ir-rapport tal-qabdiet u r-riżultati li joħorġu mill-programm tas-sistema sterjoskopika għandhom jittieħdu fil-livell tal-qabdiet tal-attività konġunta tas-sajd jew tal-qabdiet totali fit-tunnara fil-każ tal-qabdiet tal-attivitajiet konġunti tas-sajd u tal-qabdiet fit-tunnari li jkunu maħsubin biex jintbagħtu f'faċilità ta' farm tal-ħut li jkunu jinvolvu PKK waħda u/jew Stat Membru wieħed. Id-deċiżjoni dwar id-differenzi li jkun hemm bejn ir-rapport tal-qabdiet u r-riżultati li joħorġu mill-programm tas-sistema sterjoskopika għandha tittieħed fil-livell tal-attivitajiet ta' tqegħid fil-gaġeġ fil-każ tal-attivitajiet konġunti tas-sajd li jkunu jinvolvu iktar minn PKK waħda u/jew Stat Membru wieħed, sakemm l-awtoritajiet tal-PKK u/jew tal-Istati Membri tal-bandiera tal-bastimenti tal-qbid involuti fl-attività konġunta tas-sajd ma jiftehmux kollha mod ieħor bejniethom. |
2. |
Fi żmien 15-il jum mid-data tat-tqegħid f'gaġġa
, l-Istat Membru responsabbli għall-farm tal-ħut għandu jibgħat rapport lill-Istat Membru jew lill-PKK li jkunu responsabbli għall-bastiment tal-qbid jew għat-tunnara u lill-Kummissjoni, li għandu jinkludi d-dokumenti li ġejjin:
|
3. |
Meta jirċievu r-rapport dwar it-tqegħid fil-gaġeġ, l-awtoritajiet tal-Istat Membru tal-bastiment tal-qbid jew tat-tunnara għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa skont is-sitwazzjonijiet li ġejjin:
|
4. |
Fil-każ ta' kwalunkwe bidla rilevanti fil-BCD, iċ-ċifri (għall-għadd u għall-piż) imniżżlin fit-Taqsima 2 għandhom ikunu l-istess bħal dawk imniżżlin fit-Taqsima 6, u ċ-ċifri mniżżlin fit-Taqsimiet 3, 4 u 6 ma għandhomx ikunu ogħla minn dawk imniżżlin fit-Taqsima 2. |
5. |
F'każ ta' kumpens tad-differenzi li nstabu fir-rapporti individwali dwar it-tqegħid fil-gaġeġ fl-attivitajiet kollha ta' tqegħid fil-gaġeġ ta' attività konġunta tas-sajd jew ta' tunnara, kemm jekk ikun hemm bżonn issir attività ta' rilaxx u kemm jekk le, il-BCDs rilevanti kollha għandhom jinbidlu abbażi tal-iktar medda baxxa tar-riżultati li jkunu ħarġu mis-sistema sterjoskopika. Il-BCDs marbutin mal-kwantitajiet ta' tonn mitluq il-baħar ukoll għandhom jinbidlu biex ikunu jirriflettu l-piż jew l-għadd ta' tonn mitluq il-baħar. Il-BCDs marbutin mal-kwantitajiet ta' tonn li ma jkunx intelaq il-baħar iżda li r-riżultati dwaru li jkunu ħarġu mis-sistemi sterjoskopiċi jew mill-użu ta' tekniki alternattivi jkunu jvarjaw mill-kwantitajiet tiegħu ddikjarati bħala maqbudin u ttrasferiti wkoll għandhom jiġu emendati biex ikunu jirriflettu dawk id-differenzi.
Il-BCDs marbutin mal-qabdiet li minnhom ikun intelaq it-tonn il-baħar ukoll għandhom jinbidlu biex ikunu jirriflettu l-piż jew l-għadd ta' tonn mitluq il-baħar. |
ANNESS XII
Protokoll tar-rilaxx
1. |
Ir-rilaxx tat-tonn minn ġol-gaġeġ tat-trobbija tal-ħut għal ġol-baħar għandu jiġi rreġistrat b'vidjokamera u jiġi osservat minn osservatur reġjonali tal-ICCAT li għandu jħejji rapport u jibagħtu, flimkien mar-reġistrazzjonijiet bil-vidjokamera, lis-Segretarjat tal-ICCAT. |
2. |
Meta tkun inħarġet ordni tar-rilaxx, l-operatur tal-farm tal-ħut għandu jitlob li jiġi assenjat osservatur reġjonali tal-ICCAT għal dak il-farm tal-ħut. |
3. |
Ir-rilaxx tat-tonn minn ġol-gaġeġ tat-trasport jew minn ġot-tunnari għal ġol-baħar għandu jiġi osservat minn osservatur nazzjonali tal-Istat Membru responsabbli għall-bastiment tal-irmunkar jew għat-tunnara, li għandu jħejji rapport u jibagħtu lill-awtoritajiet ta' kontroll tal-Istat Membru responsabbli. |
4. |
Qabel ma sseħħ attività ta' rilaxx, l-awtoritajiet ta' kontroll tal-Istati Membri jistgħu jordnaw li jsir trasferiment ta' kontroll bl-użu ta' kameras standard u/jew sterjoskopiċi biex jiġu stmati l-għadd ta' ħut li jrid jintelaq il-baħar u l-piż tiegħu. |
5. |
L-awtoritajiet tal-Istati Membri jistgħu jimplimentaw kull miżura oħra li huma jqisu li hija meħtieġa biex ikun żgurat li l-attivitajiet ta' rilaxx jitwettqu fiż-żmien u fil-post l-aktar xierqa biex tiżdied il-probabbiltà li l-ħut wara jmur lura fil-ġliba. L-operatur għandu jkun responsabbli għas-sopravivenza tal-ħut sakemm dan jintelaq il-baħar. Dawk l-attivitajiet ta' rilaxx għandhom iseħħu fi żmien tliet ġimgħat minn meta jitlestew l-attivitajiet ta' tqegħid fil-gaġeġ. |
6. |
Wara li jitlestew l-attivitajiet tal-qtil, il-ħut li jkun għad baqa' fil-farm tal-ħut li ma jkunx kopert mill-BCD għandu jintelaq il-baħar skont il-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 41(2) u f'dan l-Anness. |
ANNESS XIII
Trattament tal-ħut mejjet
Matul l-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tas-sajd bit-tartaruni tal-borża, il-kwantitajiet ta' ħut li jinstab mejjet fit-tartarun għandhom jitniżżlu fil-ġurnal ta' abbord tal-bastiment tas-sajd u għandhom jitnaqqsu mill-kwota tal-Istat Membru kif xieraq.
Reġistrazzjoni jew trattament tal-ħut mejjet waqt l-ewwel trasferiment:
1. |
Il-BCD għandu jingħata lill-operatur tal-bastiment tal-irmunkar bit-Taqsimiet 2, 3 u 4 (intitolati “Il-qabda totali”, “Il-kummerċ tal-ħut ħaj” u “It-trasferiment, inkluż il-ħut ‘mejjet’” rispettivament) mimlijin. Il-kwantitajiet totali mniżżlin fit-Taqsimiet 3 u 4 għandhom ikunu daqs il-kwantitajiet imniżżlin fit-Taqsima 2. Mal-BCD għandu jkun hemm id-dikjarazzjoni oriġinali tat-trasferiment tal-ICCAT f'konformità mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament. Il-kwantitajiet imniżżlin fid-dikjarazzjoni tat-trasferiment tal-ICCAT (ta' ħut ittrasferit ħaj) għandhom ikunu daqs il-kwantitajiet imniżżlin fit-Taqsima 3 tal-BCD marbut magħha. |
2. |
Il-parti tal-BCD li tkun tinkludi t-Taqsima 8 (intitolata “Tagħrif dwar il-kummerċ”) għandha timtela u tingħata lill-operatur tal-bastiment awżiljarju li jkun qed iġorr it-tonn mejjet lejn l-art (jew inkella din għandha tinżamm abbord il-bastiment tal-qbid jekk dan it-tonn jinħatt direttament l-art). Ma' dik il-parti tal-BCD u ma' dak il-ħut mejjet għandu jkun hemm kopja tad-dikjarazzjoni tat-trasferiment tal-ICCAT. |
3. |
Il-kwantitajiet ta' ħut mejjet għandhom jitniżżlu fil-BCD tal-bastiment tal-qbid li jkun qabadhom jew, fil-każ tal-attivitajiet konġunti tas-sajd, fil-BCD tal-bastimenti tal-qbid jew ta' bastiment li jtajjar bandiera oħra li jkun qed jieħu sehem fl-attività konġunta tas-sajd. |
ANNESS XIV
Dikjarazzjoni tal-ICCAT dwar it-tqegħid fil-gaġeġ (1)
Isem tal-bastiment |
Bandiera |
Numru ta' reġistrazzjoni Numru ta' identifikabbli tal-gaġġa |
Data meta nqabad il-ħut |
Post minn fejn inqabad il-ħut (il-lonġitudni u l-latitudni) |
Numru ta' validazzjoni tad-dokument tal-istatistika dwar it-tonn |
Data tad-dokument tal-istatistika dwar it-tonn |
Data tat-tqegħid fil-gaġeġ |
Kwantità ta' ħut imqiegħda fil-gaġġa (f'tunnellati) |
Għadd ta' ħut imqiegħed fil-gaġġa għall-finijiet tat-tismin |
Kompożizzjoni skont id-daqs |
Faċilità tat-trobbija tal-ħut (*1) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
(1) Din hija d-dikjarazzjoni dwar it-tqegħid fil-gaġeġ stabbilita fir-Rakkomandazzjoni 06-07 tal-ICCAT.
(*1) Faċilità li hija awtorizzata taħdem bħala faċilità tat-tismin tat-tonn maqbud fiż-Żona tal-Konvenzjoni.
ANNESS XV
Standards minimi għall-istabbiliment ta' sistema ta' monitoraġġ tal-bastimenti fiż-Żona tal-Konvenzjoni tal-ICCAT (1)
1. |
Minkejja rekwiżiti iktar stretti li jaf ikunu japplikaw għal tipi speċifiċi ta' sajd tal-ICCAT, kull Stat Membru tal-bandiera għandu jimplimenta sistema ta' monitoraġġ tal-bastimenti (minn hawn 'il quddiem imsejħa “VMS”) għall-bastimenti tas-sajd tiegħu li b'kollox ikunu twal iktar minn 15-il metru li jkunu awtorizzati jistadu f'ilmijiet lil hinn mill-ġuriżdizzjoni tiegħu u:
|
2. |
Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri x-xierqa biex jiżgura li l-messaġġi tal-VMS jintbagħtu u jaslu kif speċifikat fil-paragrafu 1 u għandu juża din l-informazzjoni biex jimmonitorja b'mod kontinwu l-pożizzjoni tal-bastimenti tiegħu. |
3. |
Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-kaptani tal-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tiegħu jiżguraw li l-apparat ta' lokalizzazzjoni permezz tas-satellita jkun qed jaħdem b'mod kontinwu l-ħin kollu u li l-informazzjoni identifikata fil-paragrafu 1(b) tinġabar u tiġi trażmessa tal-inqas darba fis-siegħa għall-bastimenti tas-sajd bit-tartaruni tal-borża u tal-inqas darba kull sagħtejn għall-bastimenti l-oħrajn kollha. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jitolbu lill-operaturi tal-bastimenti tagħhom jiżguraw:
|
4. |
F'każ ta' ħsara teknika fl-apparat ta' lokalizzazzjoni permezz tas-satellita installat abbord bastiment tas-sajd jew f'każ li dan ma jkunx qed jaħdem, dan għandu jissewwa jew jinbidel fi żmien xahar minn meta sseħħ il-ħsara jew minn meta ma jibqax jaħdem, sakemm il-bastiment ma jkunx tneħħa mil-lista tal-bastimenti l-kbar tas-sajd awtorizzati, meta dan ikun applikabbli, jew, għall-bastimenti li ma għandhomx bżonn jitniżżlu fil-lista tal-ICCAT tal-bastimenti awtorizzati, ma jkunx għadha tapplika l-awtorizzazzjoni tas-sajd f'żoni lil hinn mill-ġuriżdizzjoni tal-PKK tal-bandiera. Il-bastiment ma għandux ikun awtorizzat jibda vjaġġ tas-sajd b'apparat ta' lokalizzazzjoni permezz tas-satellita li jkun difettuż. Barra minn hekk, meta apparat jieqaf jaħdem jew ikollu ħsara teknika waqt vjaġġ tas-sajd, dan għandu jissewwa jew jinbidel malli l-bastiment jidħol fil-port; il-bastiment tas-sajd ma għandux ikun awtorizzat jibda vjaġġ tas-sajd qabel ma l-apparat ta' lokalizzazzjoni permezz tas-satellita jkun issewwa jew ikun inbidel. |
5. |
L-Istati Membri jew il-PKK kollha għandhom jiżguraw li l-bastimenti tas-sajd b'apparat ta' lokalizzazzjoni permezz tas-satellita li jkun difettuż għandhom jibagħtu rapporti bl-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1(b) tal-inqas darba kuljum liċ-ĊMS b'mezzi oħrajn ta' komunikazzjoni (permezz tar-radju, tar-rappurtar abbażi tal-internet, tal-posta elettronika, tal-faks jew tat-teleks). |
6. |
L-Istati Membri jew il-PKK jistgħu jħallu lil bastiment jitfi l-apparat ta' lokalizzazzjoni permezz tas-satellita tiegħu biss jekk dan ma jkunx se jintuża għas-sajd għal żmien twil (pereżempju meta jkun qed jissewwa f'baċir imbattal mill-ilma) u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru jew tal-PKK tal-bandiera tiegħu jkunu ġew avżati minn qabel b'dan. L-apparat ta' lokalizzazzjoni permezz tas-satellita jrid jerġa' jitqabbad u jiġbor u jittrażmetti tal-inqas rapport wieħed qabel ma l-bastiment iħalli l-port. |
(1) Dawn jinsabu fir-Rakkomandazzjoni 18-10 tal-ICCAT dwar l-istandards minimi għas-sistemi ta' monitoraġġ tal-bastimenti fiż-Żona tal-Konvenzjoni tal-ICCAT.
ANNESS XVI
Tabella ta' korrelazzjoni bejn ir-Regolament (UE) 2016/1627 u dan ir-Regolament
Regolament (UE) 2016/1627 |
Dan ir-Regolament |
Artikolu 1 |
Artikolu 1 |
Artikolu 2 |
Artikolu 1 |
Artikolu 3 |
Artikolu 5 |
Artikolu 4 |
— |
Artikolu 5 |
Artikolu 6 |
Artikolu 6 |
Artikolu 11 |
Artikolu 7 |
Artikolu 12 |
Artikolu 8 |
Artikolu 13 |
Artikolu 9 |
Artikolu 14 |
Artikolu 10 |
Artikolu 16 |
Artikolu 11 |
Artikolu 17 u l-Anness I |
Artikolu 12 |
Artikolu 17 u l-Anness I |
Artikolu 13 |
Artikolu 18 |
Artikolu 14 |
Artikolu 19 |
Artikolu 15 |
Artikolu 20 |
Artikolu 16 |
Artikolu 21 |
Artikolu 17 |
Artikolu 25 |
Artikolu 18 |
Artikolu 22 |
Artikolu 19 |
Artikolu 23 |
Artikolu 20 |
Artikolu 26 |
Artikolu 21 |
Artikolu 4 |
Artikolu 22 |
Artikolu 27 |
Artikolu 23 |
Artikolu 28 |
Artikolu 24 |
Artikolu 30 |
Artikolu 25 |
Artikolu 31 |
Artikolu 26 |
Artikolu 32 |
Artikolu 27 |
Artikolu 36 |
Artikolu 28 |
Artikolu 37 |
Artikolu 29 |
Artikolu 29 |
Artikolu 30 |
Artikolu 33 |
Artikolu 31 |
Artikolu 34 |
Artikolu 32 |
Artikolu 35 |
Artikolu 33 |
Artikolu 40 |
Artikolu 34 |
Artikolu 41 |
Artikolu 35 |
Artikolu 43 |
Artikolu 36 |
Artikolu 44 |
Artikolu 37 |
Artikolu 51 |
Artikolu 38 |
Artikolu 42 |
Artikolu 39 |
Artikolu 45 |
Artikolu 40 |
Artikolu 46 |
Artikolu 41 |
Artikolu 46 |
Artikolu 42 |
Artikolu 47 |
Artikolu 43 |
Artikolu 48 |
Artikolu 44 |
Artikolu 49 |
Artikolu 45 |
Artikolu 50 |
Artikolu 46 |
Artikolu 51 |
Artikolu 47 |
Artikolu 55 |
Artikolu 48 |
Artikolu 56 |
Artikolu 49 |
Artikolu 57 |
Artikolu 50 |
Artikolu 38 |
Artikolu 51 |
Artikolu 39 |
Artikolu 52 |
Artikolu 58 |
Artikolu 53 |
Artikolu 15 |
Artikolu 54 |
Artikolu 59 |
Artikolu 55 |
Artikolu 60 |
Artikolu 56 |
Artikolu 62 |
Artikolu 57 |
Artikolu 63 |
Artikolu 58 |
Artikolu 64 |
Artikolu 59 |
Artikolu 68 |
Artikolu 60 |
Artikolu 70 |
Artikolu 61 |
Artikolu 71 |
Anness I |
Anness I |
Anness II |
Anness II |
Anness III |
Anness V |
Anness IV |
Anness VI |
Anness V |
Anness III |
Anness VI |
Anness IV |
Anness VII |
Anness VIII |
Anness VIII |
Anness IX |
Anness IX |
Anness X |
Anness X |
Anness XI |
Anness XI |
Anness XII |
Anness XII |
Anness XIII |
15.12.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 506/217 |
P9_TA(2021)0144
L-indirizzar tad-disseminazzjoni ta' kontenut terroristiku online ***II
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2021 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb li jiġi adottat regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-indirizzar tad-disseminazzjoni ta' kontenut terroristiku online (14308/1/2020 – C9-0113/2021 – 2018/0331(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)
(2021/C 506/39)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (14308/1/2020 – C9-0113/2021), |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni motivata ppreżentata mil-Kamra tad-Deputati Ċeka, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità li tiddikjara li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà, |
— |
wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari (1) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0640), |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2018 (2), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 67 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A9-0133/2021), |
1. |
Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari; |
2. |
Jinnota li l-att qed jiġi adottat f'konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill; |
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma l-att, flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea; |
4. |
Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu biex jiffirma l-att, wara li jkun ġie vverifikat li l-proċeduri kollha ntemmu kif imiss, u biex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-att f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; |
5. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) Test adottat tas-17.4.2019, P8_TA(2019)0421.
Il-Ħamis 29 ta’ April 2021
15.12.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 506/218 |
P9_TA(2021)0145
Ċertifikat Diġitali Aħdar – Ċittadini tal-Unjoni
Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fid-29 ta’ April 2021 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar qafas għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni ta’ ċertifikati interoperabbli dwar il-vaċċinazzjoni, l-ittestjar u l-irkupru għall-faċilitazzjoni tal-moviment liberu waqt il-pandemija tal-COVID-19 (Ċertifikat Diġitali Aħdar) (COM(2021)0130 – C9-0104/2021 – 2021/0068(COD)) (1)
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: L-ewwel qari)
[Emenda 25, sakemm mhux indikat mod ieħor]
(2021/C 506/40)
EMENDI TAL-PARLAMENT EWROPEW (*1)
għall-proposta tal-Kummissjoni
REGOLAMENT (UE) 2021/… TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
dwar qafas għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni ta' ċertifikati interoperabbli dwar il-vaċċinazzjoni, l-ittestjar u l-fejqan għall-faċilitazzjoni tal-moviment liberu waqt il-pandemija tal-COVID-19 (Ċertifikat COVID-19 tal-UE)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 21(2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,
Billi:
(1) |
Kull ċittadin tal-Unjoni għandu d-dritt li jiċċaqlaq u jgħix liberament fit-territorju tal-Istati Membri, soġġett għal-limitazzjonijiet u l-kundizzjonijiet stabbiliti fit-Trattati u l-miżuri adottati biex ikollhom effett. Id-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) tistabbilixxi regoli dettaljati fir-rigward tal-eżerċizzju ta' dak id-dritt. |
(1a) |
Il-faċilitazzjoni tal-libertà ta' moviment hija waħda mill-kundizzjonijiet preliminari ewlenin biex jinbeda rkupru ekonomiku. |
(2) |
Fit-30 ta' Jannar 2020, id-Direttur Ġenerali tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (World Health Organization, WHO) iddikjara emerġenza tas-saħħa pubblika ta' rilevanza internazzjonali minħabba t-tifqigħa globali tal-coronavirus tas-sindromu respiratorju akut gravi 2 (SARS-CoV2), li jikkawża l-marda tal-coronavirus 2019 (COVID-19). Fil-11 ta' Marzu 2020, id-WHO għamlet il-valutazzjoni li l-COVID-19 tista' tiġi kkaratterizzata bħala pandemija. |
(3) |
Biex jillimitaw it-tixrid tal-virus, l-Istati Membri adottaw diversi miżuri, li wħud minnhom kellhom impatt fuq id-dritt taċ-ċittadini tal-Unjoni li jiċċaqalqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri, bħal restrizzjonijiet fuq id-dħul jew rekwiżiti għal vjaġġaturi transfruntiera biex jagħmlu l-kwarantina/l-awtoiżolament jew test għal infezzjoni bis-SARS-CoV-2. Tali restrizzjonijiet għandhom effetti negattivi fuq iċ-ċittadini u l-impriżi, speċjalment il-ħaddiema fruntaliera u transfruntiera jew staġjonali. |
(4) |
Fit-13 ta' Ottubru 2020, il-Kunsill adotta r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1475 dwar approċċ ikkoordinat għar-restrizzjoni tal-moviment liberu b'reazzjoni għall-pandemija tal-COVID-19 (3). Dik ir-Rakkomandazzjoni tistabbilixxi approċċ ikkoordinat fuq il-punti ewlenin li ġejjin: l-applikazzjoni ta' kriterji u livelli limitu komuni meta jiġi deċiż jekk għandhomx jiġu introdotti restrizzjonijiet għall-moviment liberu, immappjar tar-riskju ta' trażmissjoni tal-COVID-19 abbażi ta' kodiċi tal-kuluri maqbul, u approċċ ikkoordinat fir-rigward tal-miżuri, jekk ikun hemm, li jistgħu jiġu applikati b'mod xieraq għall-persuni li jiċċaqalqu bejn iż-żoni, skont il-livell tar-riskju ta' trażmissjoni f'dawk iż-żoni. Fid-dawl tas-sitwazzjoni speċifika tagħhom, ir-Rakkomandazzjoni tenfasizza wkoll li l-vjaġġaturi essenzjali, kif elenkati fil-punt 19 tagħha, u l-ħaddiema transfruntieri, li ħajjithom hija partikolarment affettwata minn dawn ir-restrizzjonijiet, b'mod partikolari dawk li jeżerċitaw funzjonijiet kritiċi jew li huma essenzjali għall-infrastruttura kritika, jenħtieġ li ▌jiġu eżentati mir-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar b'rabta mal-COVID-19. |
(5) |
Bl-użu tal-kriterji u l-limiti stabbiliti fir-Rakkomandazzjoni (UE) 2020/1475, iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (“ECDC”) ilu jippubblika, darba fil-ġimgħa, mappa tal-Istati Membri, imqassma skont ir-reġjuni, sabiex jappoġġa t-teħid tad-deċiżjonijiet tal-Istati Membri (4). |
(6) |
Kif enfasizzat mir-Rakkomandazzjoni (UE) 2020/1475, jenħtieġ li kwalunkwe restrizzjoni għall-moviment liberu tal-persuni fl-Unjoni stabbilita biex tillimita t-tixrid tal-COVID-19 tkun ibbażata fuq raġunijiet speċifiċi u limitati ta' interess pubbliku, jiġifieri l-protezzjoni tas-saħħa pubblika. Huwa meħtieġ li dawn il-limitazzjonijiet jiġu applikati f'konformità mal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, b'mod partikolari l-proporzjonalità u n-nondiskriminazzjoni. Għalhekk, kwalunkwe miżura li tittieħed jenħtieġ li tkun limitata rigorożament f'termini ta' kamp ta' applikazzjoni u ta' żmien (S&D) bi qbil mal-isforz biex jerġa' jkollna Żona Schengen li tiffunzjona b'mod sħiħ mingħajr kontrolli fil-fruntieri interni u jenħtieġ li testendi lil hinn minn dak li huwa strettament meħtieġ biex tiġi ssalvagwardjata s-saħħa pubblika. Barra minn hekk, jenħtieġ li jkunu konsistenti mal-miżuri meħuda mill-Unjoni biex tiżgura l-moviment liberu mingħajr xkiel ta' oġġetti u servizzi essenzjali fis-Suq Uniku kollu, inklużi dawk tal-provvisti mediċi u tal-persunal fil-qasam mediku u tal-kura tas-saħħa permezz tal-hekk imsejħa punti ta' qsim tal-fruntieri b'“Korsiji Ħodor” imsemmija fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Korsiji Ħodor skont il-Linji Gwida għal miżuri ta' ġestjoni tal-fruntieri biex tiġi protetta s-saħħa u tiġi żgurata d-disponibbiltà ta' oġġetti u servizzi essenzjali (5). |
(7) |
Skont l-għarfien mediku attwali, il-persuni li tlaqqmu, huma fil-pussess ta' test NAAT negattiv li jkun sar inqas minn [72 siegħa] qabel jew għamlu test rapidu tal-antiġeni li rriżulta negattiv inqas minn [24 siegħa] qabel, u l-persuni li, fi żmien l-aħħar [6 xhur], ġew ittestjati pożittivi għal antikorpi speċifiċi kontra l-proteina spike, għandhom riskju konsiderevolment imnaqqas li jinfettaw lil persuni oħra bis-SARS-CoV-2. Jenħtieġ li l-moviment liberu tal-persuni li , abbażi ta' evidenza xjentifika soda, ma jirrappreżentawx riskju sinifikanti għas-saħħa pubblika, pereżempju għax ikunu immuni u ma jistgħux jittrażmettu s-SARS-CoV-2, ma jkunx ristrett, billi tali restrizzjonijiet ma jkunux meħtieġa biex jinkiseb l-objettiv mixtieq. |
(7a) |
Biex jiġi żgurat użu armonizzat taċ-ċertifikati, it-tul ta' żmien tal-validità tagħhom jenħtieġ li tkun stabbilit f'dan ir-Regolament. Madankollu, f'dan l-istadju, għadu mhuwiex ċar jekk il-vaċċini jipprevenux it-trażmissjoni tal-COVID-19. Bl-istess mod, m'hemmx biżżejjed provi dwar it-tul ta' żmien tal-protezzjoni effettiva kontra l-COVID-19 wara li dak li jkun ikun fieq minn infezzjoni preċedenti. Jenħtieġ għaldaqstant li t-tul ta' żmien tal-validità jkun jista' jiġi adattat skont il-progress tekniku u xjentifiku. |
(8) |
Ħafna Stati Membri nedew jew qed jippjanaw li jniedu inizjattivi għall-ħruġ ta' ċertifikati tal-vaċċinazzjoni. Madankollu, biex dawn jintużaw b'mod effettiv f'kuntest transfruntier meta ċ-ċittadini jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom tal-moviment liberu, dawn iċ-ċertifikati tal-vaċċinazzjoni jeħtieġ li jkunu kompletament interoperabbli, kompatibbli, siguri u verifikabbli. Fost l-Istati Membri hemm bżonn approċċ bi qbil komuni fuqu dwar il-kontenut, il-format, il-prinċipji , l-istandards tekniċi u l-livell ta' protezzjoni ta' tali ċertifikati. |
(9) |
Miżuri unilaterali f'dan il-qasam għandhom il-potenzjal li jikkawżaw tfixkil sinifikanti fl-eżerċizzju ▌tal-moviment liberu, u li jfixklu l-funzjonament xieraq tas-suq intern, inkluż is-settur tat-turiżmu, billi l-awtoritajiet nazzjonali u s-servizzi tat-trasport tal-passiġġieri, bħal-linji tal-ajru, il-ferroviji, il-kowċis jew il-laneċ, ikunu kkonfrontati b'firxa wiesgħa ta' formati ta' dokumenti diverġenti, mhux biss fir-rigward tal-istatus tal-vaċċinazzjoni ta' persuna, imma anke dwar testijiet u l-fejqan possibbli mill-COVID-19. [Em. 8] |
(9a) |
Fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-3 ta' Marzu 2021 dwar l-istabbiliment ta' strateġija tal-UE għal turiżmu sostenibbli, il-Parlament Ewropew talab li jkun hemm approċċ armonizzat fl-UE kollha fir-rigward tat-turiżmu, li jimplimenta kemm il-kriterji komuni għal vjaġġar sikur, bi protokoll dwar is-sikurezza tas-saħħa tal-UE għar-rekwiżiti ta' ttestjar u kwarantina kif ukoll jitlob ċertifikat tal-vaċċinazzjoni komuni, ladarba jkun hemm biżżejjed provi li l-persuni mlaqqma ma jittrażmettux il-virus, jew rikonoxximent reċiproku tal-proċeduri ta' vaċċinazzjoni. |
(10) |
Mingħajr preġudizzju għall-miżuri komuni dwar il-qsim tal-fruntieri interni min-naħa ta' persuni kif stabbilit fl-acquis ta' Schengen, partikolarment fir-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) , u għall-fini li jiġi ffaċilitat l-eżerċizzju tad-dritt li wieħed jiċċaqlaq u jgħix▌ fit-territorju tal-Istati Membri, jenħtieġ li jiġi stabbilit qafas komuni għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni ta' ċertifikati interoperabbli dwar il-vaċċinazzjoni kontra l-COVID-19, dwar l-ittestjar għall-marda u dwar il-fejqan minnha msejjaħ “Ċertifikat COVID-19 tal-UE ” , li jkun vinkolanti u japplika direttament fl-Istati Membri kollha . Iċ-ċentri tat-trasport kollha tal-Unjoni, bħall-ajruporti, il-portijiet u l-istazzjonijiet tal-ferroviji u tal-kowċis, fejn iċ-ċertifikat jiġi vverifikati, jenħtieġ li japplikaw kriterji u proċeduri standardizzati u komuni għall-verifika taċ-Ċertifikat COVID-19 tal-UE abbażi ta' gwida żviluppata mill-Kummissjoni. |
(10a) |
L-Istati Membri, huma u japplikaw dan ir-Regolament, jenħtieġ li jaċċettaw kull tip ta' ċertifikat maħruġ f'konformità ma' dan ir-Regolament. Jenħtieġ li ċ-ċertifikati interoperabbli jkollhom valur indaqs matul il-perjodu tal-validità tagħhom. |
(11) |
Dan ir-Regolament huwa maħsub biex jiffaċilita l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' proporzjonalità u nondiskriminazzjoni fir-rigward tar-restrizzjonijiet possibbli għall-moviment liberu u għal drittijiet fundamentali oħra bħala riżultat tal-pandemija tal-COVID-19, filwaqt li jimmira lejn l-ogħla livell ta' protezzjoni tas-saħħa pubblika u jenħtieġ li ma jinftehimx bħala li jiffaċilita jew jinkoraġġixxi l-adozzjoni ta' restrizzjonijiet għall-moviment liberu, jew għal drittijiet fundamentali oħra, b'reazzjoni għall-pandemija. ▌Jenħtieġ li l-eżenzjonijiet għar-restrizzjoni tal-moviment liberu b'reazzjoni għall-pandemija tal-COVID-19 imsemmija fir-Rakkomandazzjoni (UE) 2020/1475 ikomplu japplikaw. Kwalunkwe ħtieġa għal verifika taċ-ċertifikati stabbilita minn dan ir-Regolament jenħtieġ li ma tkunx tista', għaldaqstant, tiġġustifika r-reintroduzzjoni temporanja tal-kontrolli fil-fruntieri interni. Jenħtieġ li l-kontrolli fil-fruntieri interni jibqgħu miżura tal-aħħar istanza, soġġetti għal regoli speċifiċi stabbiliti fir-Regolament (UE) 2016/399. |
(12) |
It-twaqqif ta' approċċ komuni għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni ta' ċertifikati interoperabbli bħal dawn jiddependi mill-fiduċja. Ċertifikati foloz b'rabta mal-COVID-19 jistgħu jkunu ta' riskju sinifikanti għas-saħħa pubblika. L-awtoritajiet fi Stat Membru jeħtieġu assigurazzjoni li l-informazzjoni inkluża f'ċertifikat maħruġ fi Stat Membru ieħor tkun affidabbli, ma tkunx ġiet iffalsifikata, tkun tappartjeni għall-persuna li tippreżentaha, u li kull min jivverifika din l-informazzjoni jkollu aċċess għall-inqas ammont ta' informazzjoni meħtieġa biss. |
(13) |
Ir-riskju ta' ċertifikati foloz b'rabta mal-COVID-19 huwa reali. Fl-1 ta' Frar 2021, l-Europol ħarġet Notifika ta' Twissija Bikrija dwar il-bejgħ illeċitu ta' ċertifikati ta' testijiet tal-COVID-19 negattivi foloz (7). Minħabba l-mezzi teknoloġiċi disponibbli u faċilment aċċessibbli, bħall-printers b'riżoluzzjoni għolja u diversi tipi ta' software għall-editjar tal-grafika, il-frodaturi huma kapaċi jipproduċu ċertifikati foloz, iffalsifikati jew kontrafatti ta' kwalità għolja. Ġew irrappurtati każijiet ta' bejgħ illeċitu ta' ċertifikati tat-test frawdolenti, bl-involviment ta' ċrieki ta' falsifikazzjoni organizzati kif ukoll scammers opportunistiċi individwali li jbigħu ċ-ċertifikati foloz offline u online. |
(14) |
Sabiex jiżguraw l-interoperabbiltà u l-aċċess ugwali, anki għall-persuni vulnerabbli bħall-persuni b'diżabbiltà u l-persuni b'aċċess limitat għat-teknoloġiji diġitali, jenħtieġ li l-Istati Membri joħorġu ċ-ċertifikati li jiffurmaw iċ-Ċertifikat COVID-19 tal-UE f'format diġitali jew stampat , skont l-għażla tad-detentur . B'dan il-mod, id-detentur prospettiv jenħtieġ li jkun jista' jitlob u jirċievi kopja stampata taċ-ċertifikat u/ jew jerfa' u juri ċ-ċertifikat fuq apparat mobbli. Jenħtieġ li ċ-ċertifikati jkun fihom barcode interoperabbli li jista' jinqara diġitalment, li jkun fih biss id-data rilevanti relatata maċ-ċertifikati. Jenħtieġ li l-Istati Membri jiggarantixxu l-awtentiċità, il-validità u l-integrità taċ-ċertifikati permezz ta' siġilli elettroniċi▌. L-informazzjoni fuq iċ-ċertifikat jenħtieġ li tiġi inkluża wkoll f'format li jinqara mill-bniedem, jew b'mod stampat jew ippreżentata bħala test sempliċi. Il-layout taċ-ċertifikati jenħtieġ li jkun faċli biex jinftiehem u jiżgura s-sempliċità u l-faċilità tal-użu. L-informazzjoni u l-layout jenħtieġ li jiġu ppreżentati b'mod aċċessibbli għall-persuni b'diżabbiltà skont ir-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà għall-informazzjoni, inkluża l-informazzjoni diġitali, stabbiliti fid-Direttiva (UE) 2019/882 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8). Sabiex ikunu evitati ostakli għall-moviment liberu, jenħtieġ li ċ-ċertifikati jinħarġu mingħajr ħlas, u li l-persuni jkollhom id-dritt li jinħarġilhom wieħed. Jenħtieġ li l-Istati Membri joħorġu awtomatikament iċ-ċertifikati li jiffurmaw iċ-Ċertifikat COVID-19 tal-UE, jew fil-każ biss taċ-ċertifikat tal-fejqan fuq talba, u jiżguraw li jistgħu jinkisbu faċilment u rapidament u, meta jkun hemm bżonn, jipprovdu l-għajnuna meħtieġa biex jiżguraw aċċess ugwali mill-persuni kollha. Jenħtieġ li l-eventwali spejjeż addizzjonali għall-infrastrutturi tekniċi, diġitali u tat-trasport meħtieġa biex jiġu stabbiliti ċ-ċertifikati tal-vaċċinazzjoni jkunu eliġibbli fl-ambitu tal-fondi u tal-programmi tal-Unjoni. [Em. 17] |
(14a) |
Il-vaċċini jenħtieġ li jitqiesu beni pubbliċi globali għad-dispożizzjoni tal-popolazzjoni ġenerali, għalhekk l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw aċċess ġust u mingħajr ħlas għaċ-ċittadini kollha. L-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw ukoll aċċess universali, aċċessibbli, fil-pront u mingħajr ħlas għall-possibbiltajiet ta' testijiet għall-COVID-19, anki billi jagħmluhom disponibbli fiċ-ċentri tat-trasport kollha. Jenħtieġ li l-ħruġ ta' ċertifikati skont l-Artikolu 3(1) ma jwassalx għal trattament differenzjat u diskriminazzjoni bbażata fuq l-istat ta' vaċċinazzjoni jew il-pussess ta' ċertifikat speċifiku msemmi fl-Artikoli 5, 6 u 7. |
(15) |
Is-sigurtà, l-awtentiċità, l-integrità u l-validità taċ-ċertifikati li jiffurmaw iċ-Ċertifikat COVID-19 tal-UE u l-konformità tagħhom mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data huma kruċjali għall-aċċettazzjoni tagħhom fl-Istati Membri kollha. Għalhekk hu meħtieġ li jiġi stabbilit qafas ta' fiduċja li jistabbilixxi r-regoli u l-infrastruttura għall-ħruġ u għall-verifika affidabbli u siguri taċ-ċertifikati. L-infrastruttura jenħtieġ li tiġi żviluppata, bi preferenza qawwija għall-użu tat-teknoloġija tal-Unjoni, biex taħdem fuq l-apparat elettroniku kollu, u fl-istess ħin jiġi żgurat li tali infrastruttura tkun protetta mit-theddid ċibernetiku. Il-qafas ta' fiduċja jenħtieġ li jiżgura li l-verifika ta' ċertifikat tkun tista' ssir offline u mingħajr ma jiġi infurmat l-emittent, u għalhekk jenħtieġ li l-ebda emittent ta' ċertifikati, u lanqas parti terza oħra, ikunu infurmati meta d-detentur jippreżenta ċertifikat. Il-punti prinċipali dwar l-interoperabbiltà taċ-ċertifikati tas-saħħa (9) adottati, fit-12 ta' Marzu 2021, min-Network tas-Saħħa elettronika stabbilit skont l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2011/24/UE (10) jenħtieġ li jiffurmaw il-bażi għall-qafas ta' fiduċja. Il-qafas ta' fiduċja jenħtieġ għalhekk li jkun ibbażat fuq infrastruttura ta' kjavi pubblika b'katina ta' fiduċja mill-awtoritajiet tas-saħħa tal-Istati Membri sal-entitajiet individwali li joħorġu ċ-ċertifikati. Il-qafas ta' fiduċja jenħtieġ li tippermetti li jinqabdu l-frodi, b'mod partikolari l-falsifikazzjonijiet. Jenħtieġ li għal kull vaċċinazzjoni, test jew fejqan jinħareġ ċertifikat indipendenti u separat u fuq iċ-ċertifikat ma tinżammx irreġistrata l-istorja taċ-ċertifikati preċedenti tad-detentur. |
(16) |
Skont dan ir-Regolament, jenħtieġ li kwalunkwe minn fost iċ-ċertifikati li jiffurmaw iċ-Ċertifikat COVID-19 tal-UE jinħarġu lill-persuni skont l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2004/38/KE, jiġifieri liċ-ċittadini tal-Unjoni u lill-membri tal-familja tagħhom , inklużi ċ-ċittadini ta' pajjiżi u territorji extra-Ewropej imsemmijin fl-Artikolu 355(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) , tkun xi tkun iċ-ċittadinanza tagħhom, mill-Istat Membru tal-vaċċinazzjoni jew tat-test, jew fejn tkun tinsab il-persuna li fieqet. Meta jkun rilevanti jew xieraq, jenħtieġ li ċ-ċertifikati jinħarġu lil persuna oħra f'isem il-persuna mlaqqma, ittestjata jew li fieqet, pereżempju lill-kustodju legali f'isem persuni legalment inkapaċitati jew lill-ġenituri f'isem uliedhom. Jenħtieġ li ċ-ċertifikati ma jkunux jeħtieġu leġiżlazzjoni jew xi formalitajiet simili oħra. |
(16a) |
Ir-restrizzjonijiet marbuta mal-ivvjaġġar transfruntier iħarbtu b'mod partikolari lill-persuni li jaqsmu l-fruntieri kuljum jew ta' spiss biex imorru għax-xogħol jew għall-iskola, iżuru l-qraba, għall-kura medika, jew biex jieħdu ħsieb l-għeżież tagħhom. Iċ-Ċertifikat COVID-19 tal-UE jenħtieġ li jiffaċilita l-moviment liberu tar-residenti tal-fruntieri, tal-ħaddiema staġjonali transfruntiera, tal-ħaddiema temporanji transfruntiera u tal-ħaddiema tat-trasport. |
(16b) |
Filwaqt li jissottolinjaw il-Premessa (14a) ta’ dan ir-Regolament u l-paragrafi 6 u 19 tar-Rakkomandazzjoni (UE) 2020/1475, l-Istati Membri jenħtieġ li jagħtu attenzjoni partikolari lill-ispeċifiċitajiet tar-reġjuni transfruntiera, ir-reġjuni ultraperiferiċi, l-esklavi u ż-żoni ġeografikament iżolati u l-ħtieġa li jikkooperaw fil-livell lokali u reġjonali kif ukoll lill-persuni li jitqiesu bħala ħaddiema fruntaliera, ħaddiema transfruntiera u residenti tal-fruntiera u li jirrisjedu fi Stat Membru ieħor li jirritornaw fih bħala regola kuljum jew mill-inqas darba fil-ġimgħa. [Em. 18] |
(17) |
Iċ-ċertifikati li jiffurmaw iċ-Ċertifikat COVID-19 tal-UE jistgħu jinħarġu wkoll liċ-ċittadini jew lir-residenti ta' Andorra, Monaco, San Marino u l-Vatikan/is-Santa Sede▌. |
(18) |
Il-ftehimiet dwar il-moviment liberu tal-persuni konklużi mill-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u ċerti pajjiżi terzi, min-naħa l-oħra, jipprevedu l-possibbiltà li jiġi ristrett il-moviment liberu minħabba raġunijiet ta' saħħa pubblika. Jekk tali ftehim ma jkunx fih mekkaniżmu ta; inkorporazzjoni tal-atti tal-Unjoni Ewropea, jenħtieġ li ċ-ċertifikati maħruġa għall-benefiċjarji ta; tali ftehimiet jiġu aċċettati skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament. Jenħtieġ li dan ikun subordinat għal att ta' implimentazzjoni li jiġi adottat mill-Kummissjoni li jistabbilixxi li tali pajjiż terz joħroġ ċertifikati f'konformità ma' dan ir-Regolament u jkun ipprovda garanziji formali li jaċċetta ċertifikati maħruġa mill-Istati Membri. |
(19) |
Ir-Regolament (UE) 2021/XXXX japplika għaċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi li ma jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u li jirrisjedu jew joqogħdu legalment fit-territorju ta' Stat li dak ir-Regolament japplika għalih u li għandu d-dritt li jivvjaġġaw lejn Stati oħra f'konformità mad-dritt tal-Unjoni. |
(20) |
Jenħtieġ li l-qafas li jiġi stabbilit għall-fini ta' dan ir-Regolament ifittex li jiżgura l-koerenza mal-inizjattivi globali jew inizjattivi simili ma' pajjiżi terzi li magħhom l-Unjoni Ewropea għandha sħubijiet stretti ,▌ dawk li jinvolvu d-WHO u l-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali . Jenħtieġ li dan ikun jinkludi, meta jkun possibbli, l-interoperabbiltà bejn is-sistemi teknoloġiċi stabbiliti fil-livell globali u s-sistemi stabbiliti għall-fini ta' dan ir-Regolament biex jiġi ffaċilitat il-moviment liberu fl-Unjoni, inkluż permezz tal-parteċipazzjoni f'infrastruttura taċ-ċavetta pubblika jew l-iskambju bilaterali ta' kjavi pubbliċi. Għall-faċilitazzjoni tad-drittijiet tal-moviment liberu tal-persuni mlaqqma jew ittestjati minn pajjiżi terzi jew minn pajjiżi u territorji extra-Ewropej imsemmijin fl-Artikolu 355(2) tat-TFUE jew elenkati fl-Anness II tiegħu jew il-Gżejjer Faeroe , jenħtieġ li dan ir-Regolament jipprevedi l-aċċettazzjoni ta' ċertifikati maħruġa minn pajjiżi terzi jew minn pajjiżi u territorji extra-Ewropej jew mill-Gżejjer Faeroe liċ-ċittadini tal-Unjoni u lill-membri tal-familja tagħhom jekk il-Kummissjoni tikkonstata li dawn iċ-ċertifikati jinħarġu skont standards ekwivalenti għal dawk stabbiliti skont dan ir-Regolament. |
(21) |
Għall-finijiet ta' faċilitazzjoni tal-moviment liberu, u biex jiġi żgurat li r-restrizzjonijiet tal-moviment liberu attwalment fis-seħħ matul il-pandemija tal-COVID-19 ikunu jistgħu jitneħħew b'mod ikkoordinat fuq il-bażi tal-aħħar evidenza xjentifika u gwida mqiegħda għad-dispożizzjoni mill-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa, mill-ECDC u mill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA), jenħtieġ li jiġi stabbilit ċertifikat interoperabbli tal-vaċċinazzjoni. Jenħtieġ li dan iċ-ċertifikat tal-vaċċinazzjoni jservi biex jikkonferma li d-detentur irċieva vaċċin kontra l-COVID-19 fi Stat Membru u jenħtieġ li jippermetti l-eżenzjoni mir-restrizzjonijiet għall-ivvjaġġar . Jenħtieġ li ċ-ċertifikat ikun fih biss l-informazzjoni meħtieġa biex jiġi identifikat id-detentur kif ukoll il-vaċċin kontra l-COVID-19, in-numru, id-data u l-post tal-vaċċinazzjoni. Jenħtieġ li l-Istati Membri joħorġu ċertifikati tal-vaċċinazzjoni għal persuni li jirċievu vaċċini li ngħataw awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq skont ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11) ▌. |
(22) |
Jenħtieġ li l-persuni li jkunu tlaqqmu qabel id-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, inkluż bħala parti minn prova klinika, ukoll ikollhom id-dritt li jiksbu ċertifikat tal-vaċċinazzjoni kontra l-COVID-19 li jikkonforma ma' dan ir-Regolament. Fl-istess ħin, jenħtieġ li l-Istati Membri jibqgħu liberi li joħorġu provi tal-vaċċinazzjoni f'formati oħra għal skopijiet oħra, b'mod partikolari għal skopijiet mediċi. |
(23) |
Bi qbil mal-prinċipju ta' nondiskriminazzojni, jenħtieġ li l-Istati Membri joħorġu wkoll tali ċertifikati tal-vaċċinazzjoni liċ-ċittadini tal-Unjoni u lill-membri tal-familja tagħhom li jkunu tlaqqmu b'vaċċin kontra l-COVID-19 li ngħata l-awtorizzazzjoni awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq skont ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 f'pajjiż terz u li jipprovdu prova affidabbli f'dan ir-rigward. Jenħtieġ ukoll li l-Istati Membri jkunu jistgħu joħorġu ċertifikati tal-vaċċinazzjoni liċ-ċittadini tal-Unjoni u lill-membri tal-familja tagħhom li tlaqqmu b'vaċċin li jkun ingħata Awtorizzazzjoni għall-Użu ta' Emerġenza tad-WHO u jipprovdu prova affidabbli f'dan ir-rigward. |
(24) |
Fis-27 ta' Jannar 2021, in-Network tas-Saħħa Elettronika adotta linji gwida dwar il-prova tal-vaċċinazzjoni għal finijiet mediċi, li ġew aġġornati fit-12 ta' Marzu 2021 (12). Dawn il-linji gwida, b'mod partikolari l-istandards ta' kodiċi preferuti, jenħtieġ li jiffurmaw il-bażi għall-ispeċifikazzjonijiet tekniċi adottati għall-fini ta' dan ir-Regolament. |
(25) |
Diġà hemm bosta Stati Membri li qed jeżentaw persuni mlaqqma minn ċerti restrizzjonijiet għall-moviment liberu fl-Unjoni. Jenħtieġ li l-Istati Membri jaċċettaw prova tal-vaċċinazzjoni għad-deroga mir-restrizzjonijiet għall-moviment liberu fis-seħħ, f'konformità mad-dritt tal-Unjoni, għal-limitazzjoni tat-tixrid tal-COVID-19, pereżempju rekwiżiti ta' kwarantina/awtoiżolament jew ta' ttestjar għal infezzjoni bis-SARS-CoV-2 u jenħtieġ li dawn ikollhom jaċċettaw, bl-istess kundizzjonijiet, ċertifikati validi tal-vaċċinazzjoni maħruġa minn Stati Membri oħra f'konformità ma' dan ir-Regolament. Jenħtieġ li din l-aċċettazzjoni ssir bl-istess kundizzjonijiet, jiġifieri, pereżempju, jekk Stat Membru jqis li l-vaċċinazzjoni b'doża singola ta' vaċċin tkun biżżejjed, jenħtieġ li jittratta bl-istess mod lid-detenturi ta' ċertifikat tal-vaċċinazzjoni li jindika doża singola tal-istess vaċċin. Minħabba raġunijiet ta' saħħa pubblika, jenħtieġ li dan l-obbligu jkun limitat għal persuni li jkunu rċevew vaċċini kontra l-COVID-19 li jkunu ngħataw awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq skont ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 jew vaċċini li jkunu ngħataw Awtorizzazzjoni għall-Użu ta' Emerġenza tad-WHO. |
(26) |
Huwa neċessarju li jiġi evitat kwalunkwe tip ta' diskriminazzjoni (diretta jew indiretta) ta' persuni li ma jkunux imlaqqma, pereżempju minħabba raġunijiet mediċi, għax ma jkunux parti mill-grupp ta' destinatarji li għalih il-vaċċin huwa attwalment amministrat lilu , jew għax għad ma kellhomx l-opportunità li jitlaqqmu jew għażlu li ma jitlaqqmux , jew meta għad m'hemm l-ebda vaċċin disponibbli għal ċerti faxex tal-età, pereżempju t-tfal . Għaldaqstant, il-pussess ta' ċertifikat tal-vaċċinazzjoni, jew il-pussess ta' ċertifikat tal-vaċċinazzjoni li jindika prodott mediċinali b'vaċċin speċifiku, jenħtieġ li ma jkunx prekundizzjoni għall-eżerċizzju tad-drittijiet tal-moviment liberu▌ u ma jistax ikun prekundizzjoni għall-moviment liberu fi ħdan l-Unjoni u biex wieħed juża servizzi tat-trasport tal-passiġġieri transfruntieri bħal-linji tal-ajru, il-ferroviji, il-kowċis, il-laneċ jew kwalunkwe mezz ta' trasport ieħor . |
(26a) |
Il-vaċċini kontra l-COVID-19 jeħtieġ li jiġu prodotti fuq skala, bi prezz affordabbli, allokati globalment sabiex ikunu disponibbli fejn meħtieġ, u jintużaw b'mod wiesa' fil-komunitajiet lokali. [Em. 21/rev] |
(26b) |
L-indirizzar tal-pandemija COVID-19 huwa prerekwiżit għall-irkupru soċjali u ekonomiku u għall-effettività tal-isforzi ta' rkupru. L-iżvilupp tal-vaċċini kontra l-COVID-19 huwa essenzjali. Il-problemi b'każijiet serji ta' nuqqas ta' konformità mal-iskedi tal-produzzjoni u tal-konsenja huma inkwetanti ħafna. [Em. 22/rev] |
(27) |
Ħafna Stati Membri qed jitolbu lill-persuni li jivvjaġġaw lejn it-territorju tagħhom biex jagħmlu test għal infezzjoni bis-SARS-CoV-2 qabel jew wara l-wasla. Fil-bidu tal-pandemija tal-COVID-19, l-Istati Membri ġeneralment iddependew mit-test ta' traskrizzjoni inversa u reazzjoni katina bil-polimerażi (RT-PCR), li hija test tal-amplifikazzjoni tal-aċidu nuklejku (NAAT) għad-dijanjożi tal-COVID-19 meqjus mid-WHO u mill-ECDC bħala l-“istandard ta' riferiment”, jiġifieri l-aktar metodoloġija affidabbli għall-ittestjar ta' każijiet u kuntatti (13). Hekk kif il-pandemija kompliet tavvanza, saret disponibbli ġenerazzjoni ġdida ta' testijiet aktar rapidi kif ukoll orħos fis-suq Ewropew: l-hekk imsejħa testijiet rapidi tal-antiġeni, li jidentifikaw il-preżenza ta' proteini virali (antiġeni) biex tiġi identifikata infezzjoni li tkun għadha għaddejja. Fit-18 ta' Novembru 2020, il-Kummissjoni adottat ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1743 dwar l-użu tat-testijiet rapidi tal-antiġeni għad-dijanjożi tal-infezzjoni tas-SARS-CoV-2. (14). |
(28) |
Fit-22 ta' Jannar 2021, il-Kunsill adotta r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 2021/C 24/01 dwar qafas komuni għall-użu u l-validazzjoni ta' testijiet rapidi tal-antiġeni u r-rikonoxximent reċiproku tar-riżultati tat-testijiet tal-COVID-19 fl-UE (15), li tipprevedi l-iżvilupp ta' lista komuni ta' testijiet rapidi tal-antiġeni tal-COVID-19. Abbażi ta' dan, fit-18 ta' Frar 2021, il-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa qabel dwar lista komuni ta' testijiet rapidi tal-antiġeni tal-COVID-19, għażla ta' testijiet rapidi tal-antiġeni li għalihom l-Istati Membri se jirrikonoxxu b'mod reċiproku r-riżultati tagħhom, u sett standardizzat komuni ta' data li għandha tiġi inkluża fiċ-ċertifikati tar-riżultati tat-testijiet tal-COVID-19. (16). |
(29) |
Minkejja dawn l-isforzi komuni, il-persuni li jeżerċitaw id-dritt tagħhom ta' moviment liberu xorta għadhom jiffaċċjaw problemi meta fi Stat Membru jipprovaw jużaw ir-riżultat tat-test ta' Stat Membru ieħor. Dawn il-problemi huma spiss marbuta mal-lingwa li biha jinħareġ ir-riżultat, ▌man-nuqqas ta' fiduċja fl-awtentiċità tad-dokument ippreżentat u mal-kostijiet tat-testijiet . |
(30) |
Sabiex tittejjeb l-aċċettazzjoni tar-riżultati tat-testijiet imwettqa fi Stat Membru ieħor meta jiġu ppreżentati dawn ir-riżultati għall-finijiet tal-eżerċizzju tal-moviment liberu, jenħtieġ li jiġi stabbilit ċertifikat tat-test interoperabbli, li jkun fih l-informazzjoni strettament meħtieġa għall-identifikazzjoni ċara tad-detentur kif ukoll tat-tip, tad-data u tar-riżultat tat-test għal infezzjoni bis-SARS-CoV-2. Sabiex tiġi żgurata l-affidabbiltà tar-riżultat tat-test, jenħtieġ li għal ċertifikat tat-test maħruġ abbażi ta' dan ir-Regolament ikunu eliġibbli biss ir-riżultati tat-testijiet NAAT u t-testijiet rapidi tal-antiġeni li jidhru fil-lista stabbilita abbażi tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 2021/C 24/01. Il-ġabra ta' data komuni standardizzata li għandha tiġi inkluża fiċ-ċertifikati tar-riżultati tat-testijiet tal-COVID-19 maqbula mill-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa abbażi tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 2021/C 24/01, b'mod partikolari l-istandards ta' kodiċi preferuti, jenħtieġ li tifforma l-bażi għall-ispeċifikazzjonijiet tekniċi adottati għall-fini ta' dan ir-Regolament. |
(31) |
Iċ-ċertifikati tat-test maħruġa mill-Istati Membri f'konformità ma' dan ir-Regolament jenħtieġ li jiġu aċċettati mill-Istati Membri li jitolbu prova ta' test għal infezzjoni bis-SARS-CoV-2 bħala bażi biex ma jkunux applikati r-restrizzjonijiet għall-moviment liberu fis-seħħ biex jiġi limitat it-tixrid tal-COVID-19. |
(31a) |
L-antikorpi kontra s-SARS-CoV-2 jiġu prodotti wara infezzjoni naturali – fil-preżenza jew mhux ta' marda klinika – u wara l-vaċċinazzjoni. Anki jekk għad m'hemmx data definittiva li tinfurmana dwar kemm idumu dawn l-antikorpi wara l-vaċċinazzjoni, hemm kwantità kbira ta' evidenza li tindika li l-antikorpi indotti naturalment huma identifikabbli għal diversi xhur wara l-infezzjoni. It-testjiet li jfittxu l-antikorpi jippermettu li jiġu identifikati l-persuni li preċedentement kienu ġew infettati u li jafu jkunu żviluppaw risposta immunitarja u li, għalhekk, għandhom probabbiltà baxxa ħafna li jerġgħu jiġu infettati jew li jinfettaw lill-persuni oħra. |
(32) |
Skont l-evidenza eżistenti, il-persuni li fiequ mill-COVID-19 jistgħu jkomplu jirriżultaw pożittivi fit-testijiet għas-SARS-CoV-2 għal ċertu perjodu wara l-bidu tas-sintomi. (17). Jekk dawn il-persuni jkunu meħtieġa jagħmlu test meta jippruvaw jeżerċitaw id-dritt għall-moviment liberu, lil dawn il-persuni għalhekk jista' jkunilhom ipprojbit milli jivvjaġġaw minkejja li ma jkunux għadhom infettivi. Għall-finijiet tal-faċilitazzjoni tal-moviment liberu, u biex jiġi żgurat li r-restrizzjonijiet tal-moviment liberu attwalment fis-seħħ matul il-pandemija tal-COVID-19 ikunu jistgħu jitneħħew b'mod ikkoordinat fuq il-bażi tal-aħħar evidenza xjentifika disponibbli, jenħtieġ li jiġi stabbilit ċertifikat interoperabbli tal-fejqan, li jkun fih l-informazzjoni meħtieġa għall-identifikazzjoni tal-persuna kkonċernata u d-data ta' test preċedenti li rriżulta pożittiv għal infezzjoni bis-SARS-CoV-2. ▌Skont l-ECDC, l-evidenza reċenti turi li minkejja tnaqqis tas-SARS-CoV-2 vijabbli bejn għaxart ijiem u għoxrin jum mill-bidu tas-sintomi, studji epidemjoloġiċi konvinċenti ma wrewx trażmissjoni suċċessiva tal-marda wara l-għaxar jum. Madankollu, il-prinċipju ta' prekawzjoni jenħtieġ li jkompli japplika. Jenħtieġ li l-Kummissjoni jkollha s-setgħa li tbiddel ▌il-perjodu ta' validità, kemm għall-bidu kif ukoll għat-tmiem, abbażi ta' gwida mill-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa jew mill-ECDC, li qed jistudja mill-qrib il-bażi tal-evidenza għat-tul ta' żmien tal-immunità miksuba wara l-fejqan. Barra minn hekk, fil-każ li jkunu asintomatiċi, jenħtieġ li l-persuni jkollhom l-għażla li jagħmlu test ferm speċifiku għat-tiftix tal-antiġene spike. |
(33) |
Diġà hemm bosta Stati Membri li qed jeżentaw lil persuni li fiequ minn ċerti restrizzjonijiet għall-moviment liberu fl-Unjoni. Jenħtieġ li l-Istati Membri jaċċettaw prova tal-fejqan bħala bażi biex ma jiġux applikati r-restrizzjonijiet għall-moviment liberu fis-seħħ, f'konformità mad-dritt tal-Unjoni, għal-limitazzjoni tat-tixrid tas-SARS-CoV-2, pereżempju rekwiżiti ta' kwarantina/awtoiżolament jew ta' ttestjar għal infezzjoni bis-SARS-CoV-2 u jenħtieġ li dawn ikollhom jaċċettaw, bl-istess kundizzjonijiet, ċertifikati validi tal-fejqan maħruġa minn Stati Membri oħra f'konformità ma' dan ir-Regolament. In-network tas-servizzi tas-saħħa elettroniċi, f'kollaborazzjoni mal-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa, qed jaħdem ukoll fuq linji gwida dwar iċ-ċertifikati tal-fejqan u s-settijiet ta' data rispettivi. |
(34) |
Sabiex tkun tista' tinkiseb pożizzjoni komuni malajr, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista' titlob lill-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa stabbilit bl-Artikolu 17 tad-Deċiżjoni 1082/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (18) biex joħroġ gwida dwar l-evidenza xjentifika disponibbli dwar l-effetti ta' eventi mediċi dokumentati fiċ-ċertifikati stabbiliti skont dan ir-Regolament, inklużi l-effikaċja u t-tul ta' żmien tal-immunità mogħtija mill-vaċċini kontra l-COVID-19, jekk il-vaċċini jipprevenux l-infezzjoni asintomatika u t-trażmissjoni tal-virus, is-sitwazzjoni tal-persuni li jkunu fiequ mill-virus, u l-impatti tal-varjanti l-ġodda tas-SARS-CoV-2 fuq persuni li jkunu diġà tlaqqmu jew ġew infettati. Tali informazzjoni tkun tista' wkoll tkun il-bażi għar-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill biex jippermettu approċċ ikkoordinat għat-tneħħija tar-restrizzjonijiet għall-moviment liberu tad-detenturi ta' ċertifikati. |
(35) |
Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni taċ-ċertifikati tal-qafas ta' fiduċja stabbiliti b'dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta' implimentazzjoni. Jenħtieġ li dawk is-setgħat ikunu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. (19). |
(36) |
Jenħtieġ li l-Kummissjoni tadotta atti ta' implimentazzjoni applikabbli immedjatament jekk, f'każijiet debitament ġustifikati relatati mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi meħtieġa għall-istabbiliment taċ-ċertifikati interoperabbli, ikun hemm raġunijiet imperattivi ta' urġenza li jirrikjedu hekk jew jekk issir disponibbli evidenza xjentifika ġdida. |
(37) |
Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (20) japplika għall-ipproċessar ta' data personali mwettaq meta jiġi implimentat dan ir-Regolament. Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-bażi ġuridika għall-ipproċessar tad-data personali, fis-sens tal-Artikolu 6(1)(c) u tal-Artikolu 9(2)(g) tar-Regolament (UE) 2016/679, meħtieġa għall-ħruġ u għall-verifika taċ-ċertifikati interoperabbli previsti f'dan ir-Regolament. ▌Ma jirregolax l-ipproċessar ta' data personali relatata mad-dokumentazzjoni ta' vaċċinazzjoni, ittestjar jew fejqan għal finijiet oħra, bħall-farmakoviġilanza jew għall-manutenzjoni tar-rekords mediċi personali. Il-bażi ġuridika għall-ipproċessar għal skopijiet oħra għandha tiġi prevista fil-leġiżlazzjoni nazzjonali, li trid tikkonforma mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data. |
(38) |
B'mod konformi mal-prinċipju tal-minimizzazzjoni tad-data personali, jenħtieġ li ċ-ċertifikati jkun fihom biss id-data personali strettament meħtieġa għall-fini li jiġi ffaċilitat l-eżerċizzju tad-dritt għall-moviment liberu fl-Unjoni waqt il-pandemija tal-COVID-19. Il-kategoriji speċifiċi tad-data personali u tal-kampijiet tad-data inklużi fiċ-ċertifikati jenħtieġ li jiġu stabbiliti f'dan ir-Regolament. |
(39) |
Għall-fini ta' dan ir-Regolament, mhuwiex neċessarju tiġi trażmessa jew skambjata d-data personali b'mod transfruntier▌. Bi qbil mal-approċċ infrastrutturali ta' kjavi pubblika, huma biss il-kjavi pubbliċi tal-emittent li jeħtieġu jiġu trasferiti jew ikunu aċċessibbli b'mod transfruntier, li dan jiġi żgurat minn gateway ta' interoperabbiltà mwaqqaf u ġestit mill-Kummissjoni. B'mod partikolari, il-preżenza taċ-ċertifikat kombinat mal-kjavi pubblika tal-emittent jenħtieġ li tippermetti l-verifika tal-awtentiċità u tal-integrità taċ-ċertifikat kif ukoll l-identifikazzjoni tal-frodi. Bi qbil mal-prinċipju tal-protezzjoni ta' data b'mod awtomatiku, jenħtieġ li jintużaw tekniki ta' verifika li jirrikjedu t-trażmissjoni ta' data personali. |
(40) |
Dan ir-Regolament jipprojbixxi ż-żamma tad-data personali miksuba miċ-ċertifikat mill-Istat Membru tad-destinazzjoni jew mill-operaturi tas-servizzi transfruntieri tat-trasport tal-passiġġieri▌. Dan ir-Regolament ma joħloqx bażi ġuridika għall-istabbiliment ta' xi arkivju tad-data fil-livell tal-Istati Membri jew tal-Unjoni jew permezz tal-infrastruttura diġitali tal-qafas ta' fiduċja. |
▌ |
|
(41a) |
Komunikazzjoni ċara, komprensiva u f'waqtha lill-pubbliku dwar il-ħruġ, l-użu u l-aċċettazzjoni ta' kull tip ta' ċertifikat li jifforma ċ-Ċertifikat COVID-19 tal-UE hija kruċjali biex jiġu żgurati l-prevedibbiltà għall-ivvjaġġar u ċ-ċertezza tad-dritt. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tappoġġa l-isforzi tal-Istati Membri f'dan ir-rigward, pereżempju billi tagħmel disponibbli l-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri fuq il-pjattaforma web “Re-open EU”. |
(42) |
F'konformità mar-Rakkomandazzjoni (UE) 2020/1475, kwalunkwe restrizzjoni għall-moviment liberu tal-persuni fl-Unjoni stabbilita biex tillimita t-tixrid tas-SARS-CoV-2 jenħtieġ li titneħħa hekk kif tippermetti s-sitwazzjoni epidemjoloġika. Dan japplika wkoll għall-obbligi li jiġu ppreżentati dokumenti oħra għajr dawk meħtieġa skont id-dritt tal-Unjoni, b'mod partikolari d-Direttiva 2004/38/KE, bħaċ-ċertifikati koperti minn dan ir-Regolament. . ▌ |
(43) |
Dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika għal 12-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu. Erba' xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament u sa mhux aktar tard minn 3 xhur qabel it-tmiem tal-applikazzjoni tiegħu, jenħtieġ li l-Kummissjoni tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, inkluż dwar l-impatt tiegħu fuq il-moviment liberu, id-drittijiet fundamentali, il-protezzjoni tad-data personali, kif ukoll valutazzjoni tat-teknoloġiji l-aktar aġġornati fil-qasam tal-vaċċini u tal-ittestjar, u tal-użi, min-naħa tal-Istati Membri, taċ-Ċertifikat COVID-19 tal-UE għal finijiet ibbażati fuq id-dritt nazzjonali u mhux previsti f'dan ir-Regolament. |
(44) |
Sabiex titqies is-sitwazzjoni epidemjoloġika u l-progress fit-trażżin tal-pandemija tal-COVID-19 u biex tiġi żgurata l-interoperabbiltà mal-istandards internazzjonali, is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-applikazzjoni ta' ċerti Artikoli ta' dan ir-Regolament ▌. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta' tħejjija, inkluż fil-livell ta' esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016 (21). B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati. |
(45) |
Minħabba li l-objettivi ta' dan ir-Regolament, jiġifieri l-faċilitazzjoni tal-moviment liberu fl-Unjoni waqt il-pandemija tal-COVID-19 bl-istabbiliment ta' ċertifikati interoperabbli dwar l-istat fir-rigward ta' vaċċinazzjoni, test u fejqan tad-detentur, ma jistgħux jinkisbu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri u jistgħu pjuttost, minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjoni, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit fl-istess Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex dawk l-objettivi jintlaħqu. |
(46) |
Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali (“il-Karta”), inkluż id-dritt għar-rispett għall-ħajja privata u għall-ħajja tal-familja, id-dritt għall-protezzjoni tad-data personali, id-dritt għall-ugwaljanza quddiem il-liġi u n-nondiskriminazzjoni, id-dritt għall-moviment liberu u d-dritt għal rimedju effettiv. Jenħtieġ li l-Istati Membri jikkonformaw mal-Karta meta jimplimentaw dan ir-Regolament. |
(46a) |
Jekk l-Istati Membri jiddeċiedu li jirrikjedu ċertifikati diġitali nazzjonali għal finijiet oħra għajr il-moviment liberu f'livell nazzjonali, jenħtieġ li dawk ikunu interoperabbli maċ-Ċertifikat COVID-19 tal-UE u jirrispettaw is-salvagwardji tiegħu kif definiti f'dan ir-Regolament, b'mod partikolari biex jiżguraw in-nondiskriminazzjoni bejn nazzjonalitajiet differenti, in-nondiskriminazzjoni bejn ċertifikati differenti, standards għoljin ta' protezzjoni tad-data u biex tiġi evitata l-frammentazzjoni. |
(46b) |
L-Istati Membri jenħtieġ li ma jintroduċux restrizzjonijiet għall-aċċess għas-servizzi pubbliċi fir-rigward ta' dawk li ma jkollhomx iċ-ċertifikati koperti minn dan ir-Regolament. |
(46c) |
Lista tal-entitajiet kollha previsti li jaġixxu bħala kontrolluri, proċessuri u riċevituri tad-data f'dak l-Istat Membru jenħtieġ li ssir pubblika fi żmien xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament sabiex iċ-ċittadini tal-Unjoni li jużaw iċ-Ċertifikat COVID-19 tal-UE jkunu jistgħu jsiru jafu l-identità tal-entità li jistgħu jirrikorru għandha għall-eżerċizzju tad-drittijiet tagħhom tal-protezzjoni tad-data skont ir-Regolament (UE) 2016/679, inkluż b'mod partikolari d-dritt li jirċievu informazzjoni trasparenti dwar il-modi li bihom id-drittijiet tas-suġġett tad-data jistgħu jiġu eżerċitati fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali. |
(47) |
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (EDPS) u l-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (EDPB) ġew ikkonsultati skont l-Artikolu 42(2) tar-Regolament (UE) 2018/1725 (22), |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi qafas għall-ħruġ, il-verifika u l-aċċettazzjoni ta' ċertifikati interoperabbli dwar il-vaċċinazzjoni kontra l-COVID-19, dwar l-ittestjar għall-marda u dwar il-fejqan minnha għall-fini li jiġi ffaċilitat l-eżerċizzju tad-detenturi tad-dritt tagħhom għall-moviment liberu matul il-pandemija tal-COVID-19 (“ Ċertifikat COVID-19 tal-UE ”).
Huwa jipprevedi l-bażi ġuridika għall-ipproċessar tad-data personali meħtieġa għall-ħruġ ta' tali ċertifikati u għall-ipproċessar tal-informazzjoni meħtieġa biex jiġu kkonfermati u vverifikati l-awtentiċità u l-validità ta' tali ċertifikati f'konformità sħiħa mar-Regolament (UE) 2016/679 .
Ma jistax jiġi interpretat bħala li jistabbilixxi dritt jew obbligu dirett jew indirett għall-persuni li għandhom jitlaqqmu. [Em. 9]
Dan ir-Regolament ma jintroduċi jew ma jistabbilixxi ebda formalità jew rekwiżit addizzjonali għall-eżerċizzju tad-dritt ta' moviment liberu jew id-dritt ta' dħul fit-territorju tal-Istati Membri skont id-Direttiva 2004/38/KE u r-Regolament (UE) 2016/399.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) |
“detentur” tfisser il-persuna jkun inħarġilha ċertifikat interoperabbli li jkun fih informazzjoni dwar l-istat tagħha fir-rigward ta' vaċċinazzjoni, test u/jew fejqan skont dan ir-Regolament. |
(2) |
“ Ċertifikat COVID-19 tal-UE ” tfisser ċertifikati interoperabbli li fihom informazzjoni dwar l-istat fir-rigward ta' vaċċinazzjoni, test u/jew fejqan tad-detentur maħruġ fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19; |
(3) |
“vaċċin kontra l-COVID-19” tfisser prodott mediċinali immunoloġiku indikat għall-immunizzazzjoni attiva kontra l-coronavirus tas-sindromu respiratorju akut gravi 2 (SARS-CoV-2), il-virus li jikkawża l-COVID-19 ; |
(4) |
“test NAAT” tfisser test ta' amplifikazzjoni tal-aċidu nuklejku molekulari (NAAT), bħal tekniki ta' traskrizzjoni inversa katina bil-polimerażi (RT-PCR), amplifikazzjoni isotermika medjata loop-medjata (LAMP) u tekniki ta' amplifikazzjoni medjata bit-traskrizzjoni (TMA), użati biex tiġi identifikata l-preżenza tal-aċidu ribonuklejku SARS-CoV-2 (RNA); |
(5) |
“test rapidu tal-antiġeni” tfisser metodu ta' ttestjar li jiddependi fuq id-detezzjoni ta' proteini virali (antiġeni) bl-użu ta' immunoassaġġ tal-fluss laterali li jagħti riżultati f'inqas minn 30 minuta li jsir minn professjonist fil-kura tas-saħħa jew operatur imħarreġ ieħor ; |
(5a) |
“test seroloġiku jew tal-antikorpi” tfisser test ibbażat fil-laboratorju mwettaq fuq kampjuni tad-demm (seru, plażma, jew demm sħiħ) bl-għan li jinstab jekk persuna tkunx żviluppat antikorpi kontra s-SARS-CoV-2, li jindika li d-detentur ġie espost għas-SARS-CoV-2 u żviluppa antikorpi, irrispettivament minn jekk kienx sintomatiku jew le; |
(6) |
“interoperabbiltà” tfisser il-kapaċità li s-sistemi ta' verifika fi Stat Membru jużaw data kodifikata minn Stat Membru ieħor; |
(7) |
“barcode” tfisser metodu ta' ħażna u rappreżentazzjoni tad-data f'format viżiv li jinqara mill-magni; |
(8) |
“siġill elettroniku” tfisser “siġill elettroniku avvanzat” kif definit fir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (23), li jiġi mehmuż u assoċjat loġikament ma' data oħra f'forma elettronika biex jiġu żgurati l-oriġini u l-integrità ta' din tal-aħħar; |
▌ |
|
(10) |
“qafas ta' fiduċja” tfisser ir-regoli, il-politiki, l-ispeċifikazzjonijiet, il-protokolli, il-formati tad-data u l-infrastruttura diġitali li jirregolaw u jippermettu l-ħruġ u l-verifika affidabbli u siguri taċ-ċertifikati biex jiggarantixxu l-affidabbiltà taċ-ċertifikati billi jikkonfermaw l-awtentiċità, il-validità u l-integrità tagħhom, ▌bl-użu ▌ta' siġilli elettroniċi. |
Artikolu 3
Ċertifikat COVID-19 tal-UE
1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) 2016/399 iċ-Ċertifikat COVID-19 tal-UE interoperabbli għandu jippermetti l-ħruġ u l-verifika u l-aċċettazzjoni transfruntiera ta' kwalunkwe wieħed miċ-ċertifikati li ġejjin:
(a) |
ċertifikat li jikkonferma li d-detentur irċieva vaċċin kontra l-COVID-19 fl-Istat Membru li joħroġ iċ-ċertifikat (“ċertifikat tal-vaċċinazzjoni”); |
(b) |
ċertifikat li jindika r-riżultat tad-detentur , it-tip u d-data ta' test NAAT jew test rapidu tal-antiġeni elenkati fil-lista komuni u aġġornata ta' testijiet rapidi tal-antiġeni tal-COVID-19 stabbilita abbażi tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 2021/C 24/01 (24) (“ċertifikat tat-test”); |
(c) |
ċertifikat li jikkonferma li d-detentur irkupra minn infezzjoni tas-SARS-CoV-2 wara test NAAT pożittiv jew li jikkonferma reazzjoni immunoloġika kontra s-SARS-CoV-2 permezz ta' test seroloġiku jew tal-antikorpi, inkluża d-data tal-ewwel test NAAT pożittiv jew id-data tal-ittestjar seroloġiku għall-antikorpi kontra s-SARS-CoV-2 (“ċertifikat tal-fejqan”). |
Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-lista ta' testijiet rapidi tal-antiġeni tal-COVID-19 stabbilita abbażi tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 2021/C 24/01, inkluż kwalunkwe aġġornament.
2. L-Istati Membri għandhom joħorġu ċ-ċertifikati msemmija fil-paragrafu 1 f'format diġitali u stampat ▌. Id-detenturi prospettivi għandhom ikunu intitolati li jirċievu ċ-ċertifikati fil-format tal-għażla tagħhom. Iċ-ċertifikati maħruġa mill-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jintużaw faċilment mill-utent u għandu jkun fihom barcode interoperabbli li jippermetti l-verifika tal-awtentiċità, il-validità u l-integrità taċ-ċertifikat. Il-barcode għandu jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stabbiliti skont l-Artikolu 8. L-informazzjoni li tinsab fiċ-ċertifikati għandha tintwera wkoll f'forma li tinqara mill-bniedem , għandha tkun aċċessibbli għall-persuni b'diżabbiltà, u għandha tkun, tal-anqas, bil-lingwa jew lingwi uffiċjali tal-Istat Membru emittenti u bl-Ingliż. [Em. 15]
3. Iċ-ċertifikati msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinħarġu bla ħlas. Id-detentur għandu jkun intitolat li jitlob il-ħruġ ta' ċertifikat ġdid jekk id-data personali li tinsab fiċ-ċertifikat ma tkunx jew ma tibqax preċiża jew aġġornata, inkluż rigward l-istat fir-rigward ta' vaċċinazzjoni, test jew fejqan tad-detentur, jew jekk iċ-ċertifikat ma jkunx għadu disponibbli għad-detentur.
3a. Iċ-ċertifikat għandu jinkludi t-test li ġej: “Dan iċ-ċertifikat mhuwiex dokument tal-ivvjaġġar. L-evidenza xjentifika dwar il-vaċċinazzjoni, l-ittestjar u l-fejqan tal-COVID-19 qed tkompli tevolvi, anki fid-dawl ta' varjanti ġodda ta' tħassib tal-virus. Qabel tivvjaġġa, jekk jogħġbok iċċekkja l-miżuri applikabbli tas-saħħa pubblika u r-restrizzjonijiet relatati applikati fil-punt ta' destinazzjoni.”
L-Istat Membru għandu jipprovdi lid-detentur b'informazzjoni ċara, komprensiva u f'waqtha dwar l-użu taċ-ċertifikat tal-vaċċinazzjoni, iċ-ċertifikat tat-test, u/jew iċ-ċertifikat tal-fejqan għall-finijiet ta' dan ir-Regolament.
3b. Il-pussess ta' Ċertifikat COVID-19 tal-UE ma għandux ikun prekundizzjoni għall-eżerċizzju tad-drittijiet tal-moviment liberu.
3c. Il-ħruġ ta' ċertifikati skont il-paragrafu 1 ma għandux iwassal għal trattament differenzjat u diskriminazzjoni bbażata fuq l-istat ta' vaċċinazzjoni jew il-pussess ta' ċertifikat speċifiku msemmi fl-Artikoli 5, 6 u 7. L-Istati Membri għandhom jiżguraw possibbiltajiet ta' ttestjar universali, aċċessibbli, f'waqthom u mingħajr ħlas sabiex jiggarantixxu d-dritt ta' moviment liberu fl-Unjoni mingħajr diskriminazzjoni abbażi tal-possibbiltajiet ekonomiċi jew finanzjarji.
4. Il-ħruġ taċ-ċertifikati msemmija fil-paragrafu 1 ma għandux jaffettwa l-validità ta' provi oħra ta' vaċċinazzjoni, test jew fejqan maħruġa qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament jew għal finijiet oħra, b'mod partikolari għal finijiet mediċi.
4a. Iċ-ċentri tat-trasport tal-Unjoni, bħall-ajruporti, il-portijiet u l-istazzjonijiet tal-ferroviji u tal-kowċis, fejn iċ-ċertifikati msemmija fil-paragrafu 1 jiġu vverifikati, għandhom japplikaw kriterji u proċeduri standardizzati u komuni għall-verifika tagħhom, abbażi ta' gwida żviluppata mill-Kummissjoni.
5. Meta l-Kummissjoni tkun adottat att ta' implimentazzjoni skont it-tieni subparagrafu, iċ-ċertifikati maħruġa skont dan ir-Regolament minn pajjiż terz li l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha jkunu kkonkludew ftehim miegħu dwar il-moviment liberu tal-persuni li jippermetti lill-partijiet kontraenti jirrestrinġu tali moviment liberu għal raġunijiet ta' saħħa pubblika b'mod nondiskriminatorju u li ma jkunx fih mekkaniżmu ta' inkorporazzjoni ta' atti tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġu aċċettati skont il-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 5(5).
Il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk tali pajjiż terz joħroġx ċertifikati skont dan ir-Regolament u pprovdiex assigurazzjonijiet formali li jkun se jaċċetta ċertifikati maħruġa mill-Istati Membri. F'dak il-każ, hija għandha tadotta att ta' implimentazzjoni skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 13(2).
6. Il-Kummissjoni għandha titlob lill-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa stabbilit bl-Artikolu 17 tad-Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE , lill-ECDC u lill-EMA biex joħorġu gwida dwar l-evidenza xjentifika disponibbli dwar l-effetti ta' avvenimenti mediċi dokumentati fiċ-ċertifikati msemmija fil-paragrafu 1.
6a. L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli biżżejjed riżorsi biex jimplimentaw dan ir-Regolament, inkluż għall-prevenzjoni, id-detezzjoni, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' frodi u prattiki illeċiti rigward il-ħruġ u l-użu taċ-Ċertifikat COVID-19 tal-UE.
Artikolu 4
Qafas ta' fiduċja taċ-Ċertifikat COVID-19 tal-UE
1. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jżommu infrastruttura diġitali tal-qafas ta' fiduċja li tippermetti l-ħruġ u l-verifika siguri taċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 3.
2. Il-qafas ta' fiduċja għandu jiżgura, meta jkun possibbli, l-interoperabbiltà mas-sistemi teknoloġiċi stabbiliti fil-livell internazzjonali.
3. Meta l-Kummissjoni tkun adottat att ta' implimentazzjoni skont it-tieni subparagrafu, iċ-ċertifikati maħruġa minn pajjiżi terzi liċ-ċittadini tal-Unjoni u lill-membri tal-familja tagħhom , kif ukoll lil ċittadini jew residenti ta' Andorra, Monaco, San Marino u l-Vatikan/is-Santa Sede, skont standard internazzjonali u sistema teknoloġika li jkunu interoperabbli mal-qafas ta' fiduċja stabbilit abbażi ta' dan ir-Regolament u li jippermetti l-verifika tal-awtentiċità, il-validità u l-integrità taċ-ċertifikat, u li jkun fihom id-data stabbilita fl-Anness, għandhom jiġu ttrattati bħaċ-ċertifikati maħruġa mill-Istati Membri skont dan ir-Regolament, għall-fini li jiġi ffaċilitat l-eżerċizzju tad-detenturi tad-dritt tagħhom tal-moviment liberu fl-Unjoni Ewropea. Għall-finijiet ta' dan is-subparagrafu, l-aċċettazzjoni, mill-Istati Membri, ta' ċertifikati tal-vaċċinazzjoni maħruġa minn pajjiżi terzi għandha sseħħ skont il-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 5(5).
Il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk iċ-ċertifikati maħruġa minn pajjiż terz jissodisfawx il-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan il-paragrafu. F'dak il-każ, hija għandha tadotta att ta' implimentazzjoni skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 13(2). Il-Kummissjoni għandha żżomm ukoll reġistru aċċessibbli għall-pubbliku ta' dawk il-pajjiżi terzi li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-ħruġ taċ-ċertifikati fis-sens ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 5
Ċertifikat tal-vaċċinazzjoni
1. Kull Stat Membru għandu awtomatikament joħroġ ċertifikati tal-vaċċinazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 3(1)(a) lil persuna li tkun ingħatat vaċċin kontra l-COVID-19 ▌.
2. Iċ-ċertifikat tal-vaċċinazzjoni għandu jkun fih il-kategoriji ta' data personali li ġejjin:
(a) |
identifikazzjoni tad-detentur; |
(b) |
informazzjoni dwar il-prodott mediċinali tal-vaċċin amministrat u informazzjoni dwar in-numru ta' dożi u d-dati ; |
(c) |
metadata taċ-ċertifikat, bħall-emittent taċ-ċertifikat ▌. |
Id-data personali għandha tiġi inkluża fiċ-ċertifikat tal-vaċċinazzjoni skont il-kampijiet tad-data speċifiċi stabbiliti fil-punt 1 tal-Anness.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 11 biex temenda l-punt 1 tal-Anness billi timmodifika jew tneħħi kampijiet tad-data, jew billi żżid kampijiet tad-data li jaqgħu taħt il-kategoriji ta' data personali msemmija fil-punti (b) u (c) ta' dan il-paragrafu.
3. Iċ-ċertifikat tal-vaċċinazzjoni għandu jinħareġ f'format sigur u interoperabbli kif previst fl-Artikolu 3(2) u għandu jindika b'mod ċar jekk il-kors tal-vaċċinazzjoni għal dak il-vaċċin speċifiku tlestiex jew le.
4. Meta, fil-każ ta' evidenza xjentifika emerġenti ġdida jew biex tiġi żgurata l-interoperabbiltà mal-istandards internazzjonali u s-sistemi teknoloġiċi, ikun hemm raġunijiet imperattivi ta' urġenza li jkunu jirrikjedu hekk, il-proċedura prevista fl-Artikolu 12 għandha tapplika għall-atti delegati adottati skont dan l-Artikolu.
5. ▌L-Istati Membri għandhom jaċċettaw prova tal-vaċċinazzjoni biex ma jkunux applikati r-restrizzjonijiet għall-moviment liberu stabbiliti, skont id-dritt tal-Unjoni, biex jillimitaw it-tixrid tal-COVID-19, u għandhom jaċċettaw ukoll, taħt l-istess kundizzjonijiet, ċertifikati validi tal-vaċċinazzjoni maħruġa minn Stati Membri oħra skont dan ir-Regolament għal vaċċin kontra l-COVID-19 li jkun ingħata awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq skont ir-Regolament (KE) Nru 726/2004.
L-Istati Membri jistgħu jaċċettaw ukoll, għall-istess għan, ċertifikati validi tal-vaċċinazzjoni maħruġa minn Stati Membri oħra skont dan ir-Regolament għal vaċċin kontra l-COVID-19 ▌li jkun ingħata Awtorizzazzjoni għall-Użu ta' Emerġenza tad-WHO.
6. Meta ċittadin tal-Unjoni jew membru tal-familja ta' ċittadin tal-Unjoni jew ċittadin jew resident ta' Andorra, Monaco, San Marino u l-Vatikan/is-Santa Sede, ikun tlaqqam f'pajjiż terz b'wieħed mit-tipi ta' vaċċini kontra l-COVID-19 imsemmija fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu, u meta l-awtoritajiet ta' Stat Membru jkunu ngħataw l-informazzjoni kollha meħtieġa, inkluża prova affidabbli tal-vaċċinazzjoni, huma għandhom joħorġu ċertifikat tal-vaċċinazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 3(1)(a) lill-persuna kkonċernata.
Artikolu 6
Ċertifikat tat-test
1. Kull Stat Membru għandu awtomatikament joħroġ ċertifikati tat-test kif imsemmi fl-Artikolu 3(1)(b) lill-persuni ttestjati għall-COVID-19 ▌.
2. Iċ-ċertifikat tat-test għandu jkun fih il-kategoriji ta' data personali li ġejjin:
(a) |
identifikazzjoni tad-detentur; |
(b) |
informazzjoni dwar it-test imwettaq; |
(c) |
metadata taċ-ċertifikat, bħall-emittent taċ-ċertifikat ▌. |
Id-data personali għandha tiġi inkluża fiċ-ċertifikat tat-test skont il-kampijiet tad-data speċifiċi stabbiliti fil-punt 2 tal-Anness.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 11 biex temenda l-punt 2 tal-Anness billi timmodifika jew tneħħi kampijiet tad-data, jew billi żżid ▌kampijiet tad-data li jaqgħu taħt il-kategoriji ta' data personali msemmija fil-punti (b) u (c) ta' dan il-paragrafu.
3. Iċ-ċertifikat tat-test għandu jinħareġ f'format sigur u interoperabbli kif previst fl-Artikolu 3(2).
4. Meta, fil-każ ta' evidenza xjentifika emerġenti ġdida jew biex tiġi żgurata l-interoperabbiltà mal-istandards internazzjonali u s-sistemi teknoloġiċi, ikun hemm raġunijiet imperattivi ta' urġenza li jkunu jirrikjedu hekk, il-proċedura prevista fl-Artikolu 12 għandha tapplika għall-atti delegati adottati skont dan l-Artikolu.
5. ▌L-Istati Membri għandhom jaċċettaw prova ta' test negattiv għall-infezzjoni tas-SARS-CoV-2 biex ma jkunux applikati r-restrizzjonijiet għall-moviment liberu stabbiliti, skont id-dritt tal-Unjoni, biex jiġi limitat it-tixrid tal-COVID-19, u għandhom jaċċettaw ukoll ċertifikati tat-test validi maħruġa minn Stati Membri oħra skont dan ir-Regolament.
Artikolu 7
Ċertifikat tal-fejqan
1. Kull Stat Membru għandu joħroġ, fuq talba, ċertifikati tal-fejqan kif imsemmi fl-Artikolu 3(1)(c) mhux aktar kmieni mill-ħdax-il jum wara li persuna tkun irċeviet l-ewwel test pożittiv tagħha għall-infezzjoni tas-SARS-CoV-2 , jew wara preżentazzjoni ta' test NAAT negattiv sussegwenti . Għandu jkun possibbli wkoll li jinħareġ ċertifikat tal-fejqan permezz tad-detezzjoni ta' antikorpi b'test seroloġiku.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 11 biex temenda l-għadd ta' jiem li minnhom jista' jinħareġ ċertifikat tal-fejqan abbażi ta' gwida riċevuta mill-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa skont l-Artikolu 3(6) jew fuq evidenza xjentifika rieżaminata mill-ECDC.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 11 biex tistabbilixxi u temenda t-tipi ta' testijiet seroloġiċi għall-antikorpi kontra s-SARS-CoV-2 li fir-rigward tagħhom jista' jinħareġ ċertifikat tal-fejqan, abbażi tal-evidenza xjentifika rieżaminata mill-ECDC.
2. Iċ-ċertifikat tal-fejqan għandu jkun fih il-kategoriji ta' data personali li ġejjin:
(a) |
identifikazzjoni tad-detentur; |
(b) |
informazzjoni dwar infezzjoni preċedenti tas-SARS-CoV-2 iddokumentata b'test NAAT pożittiv, jew ir-riżultat ta' test seroloġiku ; |
(c) |
metadata taċ-ċertifikat, bħall-emittent taċ-ċertifikat ▌. |
Id-data personali għandha tiġi inkluża fiċ-ċertifikat tal-fejqan skont il-kampijiet speċifiċi tad-data stabbiliti fil-punt 3 tal-Anness.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 11 biex temenda l-punt 3 tal-Anness billi ▌timmodifika jew tneħħi kampijiet tad-data, inkluż sa meta għandu jkun validu ċertifikat tal-fejqan , jew billi żżid kampijiet tad-data li jaqgħu taħt il-kategoriji ta' data personali msemmija fil-punti (b) u (c) ta' dan il-paragrafu .
3. Iċ-ċertifikat tal-fejqan għandu jinħareġ f'format sigur u interoperabbli kif previst fl-Artikolu 3(2).
4. Meta, fil-każ ta' evidenza xjentifika emerġenti ġdida jew biex tiġi żgurata l-interoperabbiltà mal-istandards internazzjonali u s-sistemi teknoloġiċi, ikun hemm raġunijiet imperattivi ta' urġenza li jkunu jirrikjedu hekk, il-proċedura prevista fl-Artikolu 12 għandha tapplika għall-atti delegati adottati skont dan l-Artikolu.
5. ▌L-Istati Membri għandhom jaċċettaw prova tal-fejqan mill-infezzjoni tas-SARS-CoV-2 bħala bażi għar-rinunzja tar-restrizzjonijiet għall-moviment liberu stabbiliti, skont id-dritt tal-Unjoni, biex jiġi limitat it-tixrid tal-COVID-19, u għandhom jaċċettaw, taħt l-istess kundizzjonijiet, ċertifikati validi tal-fejqan maħruġa minn Stati Membri oħra skont dan ir-Regolament.
Artikolu 8
Speċifikazzjonijiet tekniċi
Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-qafas ta' fiduċja stabbilit b'dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jkun fihom l-ispeċifikazzjonijiet u r-regoli tekniċi biex:
(a) |
joħorġu u jivverifikaw b'mod sigur iċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 3; |
(b) |
jiżguraw is-sigurtà tad-data personali, b'kont meħud tan-natura tad-data; |
(c) |
jimlew iċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 3, inkluża s-sistema ta' kodifikazzjoni u kwalunkwe element rilevanti ieħor; |
▌ |
|
(e) |
joħorġu barcode valida, sigura u interoperabbli; |
(f) |
jiżguraw l-interoperabbiltà mal-istandards internazzjonali u/jew is-sistemi teknoloġiċi; |
(g) |
jallokaw ir-responsabbiltajiet fost il-kontrolluri u fir-rigward tal-proċessuri skont il-Kapitolu IV tar-Regolament (UE) 2016/679; |
(ga) |
jistabbilixxu proċessi għal ittestjar, valutazzjoni u evalwazzjoni regolari tal-effikaċja tal-protezzjoni tad-data u l-miżuri ta' sigurtà adottati; |
(gb) |
jiżguraw l-aċċessibbiltà tal-persuni b'diżabbiltà għall-informazzjoni li tinqara mill-bniedem misjuba fiċ-ċertifikat diġitali u fiċ-ċertifikat stampat, f'konformità mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà armonizzati tal-Unjoni. [Em. 16] |
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 13(2). Meta l-att ta' implimentazzjoni previst jikkonċerna l-ipproċessar ta' data personali, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-EDPS, u, meta jkun applikabbli, tista’ tikkonsulta lill-EDPB.
Għal raġunijiet imperattivi ta' urġenza debitament ġustifikati, b'mod partikolari biex tiġi żgurata implimentazzjoni f'waqtha tal-qafas ta' fiduċja, il-Kummissjoni għandha tadotta minnufih atti ta' implimentazzjoni applikabbli skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 13(3).
Il-qafas ta' fiduċja għandu jkun ibbażat fuq infrastruttura tal-kjavi pubblika biex jiġu vverifikati l-integrità taċ-Ċertifikati COVID-19 tal-UE u l-awtentiċità tas-siġilli elettroniċi. Il-qafas ta' fiduċja għandu jippermetti l-identifikazzjoni tal-frodi, b'mod partikolari l-falsifikazzjoni, u għandu jiżgura li l-verifika taċ-Ċertifikat COVID-19 tal-UE u tas-siġilli elettroniċi ma tinformax lill-emittent dwar il-verifika.
Artikolu 8a
Ċertifikati diġitali nazzjonali u interoperabbiltà mal-qafas ta' fiduċja taċ-Ċertifikat COVID-19 tal-UE
Meta Stat Membru jkun adotta jew jadotta ċertifikat diġitali nazzjonali għal finijiet purament nazzjonali, għandu jiżgura li jkun kompletament interoperabbli mal-qafas ta' fiduċja taċ-Ċertifikat COVID-19 tal-UE. Għandhom japplikaw l-istess salvagwardji bħal dawk f'dan ir-Regolament.
Artikolu 8b
Użu ulterjuri tal-qafas taċ-Ċertifikat tal-UE b'rabta mal-COVID-19
Meta Stat Membru jfittex li jimplimenta ċ-Ċertifikat tal-UE b'rabta mal-COVID-19 għal kwalunkwe użu possibbli għajr l-iskop maħsub għall-iffaċilitar tal-moviment liberu bejn l-Istati Membri, dak l-Istat Membru għandu joħloq bażi ġuridika skont id-dritt nazzjonali, li tikkonforma mal-prinċipji ta' effettività, neċessità u proporzjonalità, inklużi dispożizzjonijiet speċifiċi li jidentifikaw b'mod ċar il-kamp ta' applikazzjoni tal-ipproċessar u l-punt safejn isir dan l-ipproċessar, l-għan speċifiku involut, il-kategoriji ta' entitajiet li jistgħu jivverifikaw iċ-ċertifikat kif ukoll is-salvagwardji rilevanti għall-prevenzjoni tad-diskriminazzjoni u l-abbuż, b'kont meħud tar-riskji għad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-data. L-ebda data ma għandha tinżamm fil-kuntest tal-proċess ta' verifika. [Em. 12]
Artikolu 9
Protezzjoni tad-data personali
1. Ir-Regolament (UE) 2016/679 għandu japplika għall-ipproċessar tad-data personali mwettqa fl-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament. Id-data personali li tinsab fiċ-ċertifikati maħruġa skont dan ir-Regolament għandha tiġi pproċessata biss għall-fini ta' ▌verifika tal-informazzjoni inkluża fiċ-ċertifikat sabiex jiġi ffaċilitat l-eżerċizzju tad-dritt ta' moviment liberu fl-Unjoni kif previst f'dan ir-Regolament u sakemm ma jibqax japplika .
2. Id-data personali inkluża fiċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 3 għandha tiġi pproċessata mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-destinazzjoni, jew mill-operaturi tas-servizzi tat-trasport transfruntier tal-passiġġieri meħtieġa mil-liġi nazzjonali biex jimplimentaw ċerti miżuri tas-saħħa pubblika matul il-pandemija tal-COVID-19, biss biex jikkonfermaw u jivverifikaw l-istat fir-rigward ta' vaċċinazzjoni, test jew fejqan tad-detentur. Għal dan il-għan, id-data personali għandha tkun limitata għal dak li huwa strettament meħtieġ. Id-data personali aċċessata skont dan il-paragrafu ma għandhiex tinżamm jew tiġi pproċessata mill-verifikatur għal finijiet oħra . Għal kull vaċċinazzjoni, test jew fejqan għandu jinħareġ ċertifikat indipendenti u separat, u fuq iċ-ċertifikat ma tinżammx irreġistrata l-istorja taċ-ċertifikati preċedenti tad-detentur.
3. Id-data personali pproċessata għall-fini tal-ħruġ taċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 3, inkluż il-ħruġ ta' ċertifikat ġdid, ma għandhiex tinżamm mill-emittent għal aktar żmien milli jkun strettament meħtieġ għall-iskop tiegħu u fl-ebda każ aktar mill-perjodu li għalih iċ-ċertifikati jistgħu jintużaw biex jiġi eżerċitat id-dritt ta' moviment liberu , u wara dan il-perjodu d-data personali għandha titħassar immedjatament u irrevokabbilment . Ma għandu jkun hemm ebda pproċessar jew żamma ċentralizzati tad-data personali inkluża fiċ-ċertifikat fil-livell tal-Istat Membru jew tal-Unjoni.
4. L-awtoritajiet jew korpi maħtura oħra responsabbli għall-ħruġ taċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 3 għandhom jitqiesu bħala kontrolluri msemmija fl-Artikolu 4(7) tar-Regolament (UE) 2016/679. Sa … [xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], l-Istati Membri għandhom jippubblikaw l-entitajiet previsti li jkunu qed jaġixxu bħala kontrolluri, proċessuri u riċevituri tad-data u jikkomunikaw din l-informazzjoni lill-Kummissjoni u kwalunkwe modifika għaliha b'mod regolari wara dik id-data. Sa … [xahrejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha tippubblika l-informazzjoni miġbura f'lista aċċessibbli għall-pubbliku u żżomm dik il-lista pubblika aġġornata.
5. Il-kontrolluri u l-proċessuri tad-data għandhom jieħdu miżuri tekniċi u organizzattivi adegwati biex jiżguraw livell ta' sigurtà xieraq għar-riskju tal-ipproċessar.
6. Meta kontrollur imsemmi fil-paragrafu 4 jirrikorri għand proċessur, f'applikazzjoni tal-Artikolu 28(3) tar-Regolament (UE) 2016/679, ma jista' jsir ebda trasferiment ta' data personali mill-proċessur għal-pajjiż terz.
Artikolu 10
Ċertifikat COVID-19 tal-UE u restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar
L-Istati Membri ma għandhomx jintroduċu u jimplimentaw restrizzjonijiet addizzjonali fuq l-ivvjaġġar bħall-kwarantina, l-awtoiżolament jew test għall-infezzjoni tas-SARS-CoV-2, jew kwalunkwe miżura diskriminatorja għad-detenturi taċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 3, mal-introduzzjoni taċ-Ċertifikat COVID-19 tal-UE.
Artikolu 11
Eżerċizzju tad-delega
1. Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.
2. Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikoli 5(2), 6(2), 7(1) u 7(2) ▌għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' 12-il xahar minn [id-data tad-dħul fis-seħħ].
3. Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikoli 5(2), 6(2), 7(1) u 7(2) ▌tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Ma għandha taffettwa l-validità tal-ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
4. Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nnominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. Meta tali att delegat jikkonċerna l-ipproċessar ta' data personali, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-EDPS, u, meta jkun applikabbli, tista' tikkonsulta lill-EDPB.
5. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
6. Att delegat adottat skont l-Artikoli 5(2), 6(2), 7(1) u 7(2) ▌għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Artikolu 12
Proċedura ta' urġenza
1. L-atti delegati adottati taħt dan l-Artikolu għandhom jidħlu fis-seħħ mingħajr dewmien u għandhom japplikaw sakemm ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni skont il-paragrafu 2. In-notifika ta' att delegat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għandha tagħti r-raġunijiet li għalihom tkun intużat il-proċedura ta' urġenza.
2. Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal att delegat skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 11(6). F'dak il-każ, il-Kummissjoni għandha tħassar l-att immedjatament wara n-notifika tad-deċiżjoni ta' oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.
Artikolu 13
Proċedura ta' kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
3. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, flimkien mal-Artikolu 5 tiegħu.
Artikolu 14
Rapportar
1. Sa … [4 xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.
▌
2. Ir-rapport għandu jinkludi valutazzjoni tal-impatt ta' dan ir-Regolament fuq il-moviment liberu, inkluż fuq l-ivvjaġġar u t-turiżmu, fuq id-drittijiet fundamentali u b'mod partikolari n-nondiskriminazzjoni, fuq il-protezzjoni tad-data personali, kif ukoll informazzjoni dwar it-teknoloġiji tal-vaċċini u tal-ittestjar l-aktar moderni, abbażi, fost l-oħrajn, tal-informazzjoni pprovduta mill-ECDC. Ir-rapport għandu jinkludi wkoll valutazzjoni tal-użi mill-Istati Membri taċ-Ċertifikat COVID-19 tal-UE għal finijiet, abbażi tal-liġi nazzjonali, li mhumiex previsti f'dan ir-Regolament.
3. Sa mhux aktar tard minn tliet xhur qabel tmien l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Dan ir-rapport għandu jwettaq valutazzjoni skont il-paragrafu 2. Jista' jkun akkumpanjat minn proposti leġiżlattivi, b'mod partikolari biex tiġi estiża d-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, filwaqt li titqies l-evoluzzjoni tas-sitwazzjoni epidemjoloġika u abbażi tal-prinċipji tan-neċessità, tal-proporzjonalità u tal-effikaċja.
Artikolu 15
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
1. Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ u japplika mill-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
2. Ir-Regolament għandu jieqaf japplika 12-il xahar minn … [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].
▌
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell,
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
Għall-Kunsill
Il-President
ANNESS
Settijiet tad-data taċ-ċertifikat
1. |
Kampijiet tad-data li jridu jiġu inklużi fiċ-ċertifikat tal-vaċċinazzjoni:
|
2. |
Kampijiet tad-data li jridu jiġu inklużi fiċ-ċertifikat tat-test:
|
3. |
Kampijiet tad-data li jridu jiġu inklużi fiċ-ċertifikat tal-fejqan:
|
(1) Il-kwistjoni ġiet riferuta lura għal negozjati interistituzzjonali lill-kumitat responsabbli, skont l-Artikolu 59(4), ir-raba' subparagrafu.
(*1) Emendi: il-partijiet il-ġodda tat-test huma indikati permezz tat-tipa korsiva u grassa; il-partijiet imħassra tat-test huma indikati permezz tas-simbolu ▌.
(2) Id-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (ĠU L 158, 30.4.2004, p. 77).
(3) ĠU L 337, 14.10.2020, p. 3.
(4) Disponibbli hawn: https://www.ecdc.europa.eu/en/covid-19/situation-updates/weekly-maps-coordinated-restriction-free-movement
(5) ĠU C 96 I, 24.3.2020, p. 1.
(6) Ir-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2016 dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (il-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (ĠU L 77, 23.3.2016, p. 1).
(7) https://www.europol.europa.eu/media-press/newsroom/news/europol-warning-illicit-sale-of-false-negative-covid-19-test-certificates
(8) Direttiva (UE) 2019/882 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' April 2019 dwar ir-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà għall-prodotti u għas-servizzi (ĠU L 151, 7.6.2019, p. 70).
(9) Disponibbli hawn: https://ec.europa.eu/health/sites/health/files/ehealth/docs/trust-framework_interoperability_certificates_en.pdf
(10) Id-Direttiva 2011/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2011 dwar l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-pazjenti fil-qasam tal-kura tas-saħħa transkonfinali (ĠU L 88, 4.4.2011, p. 45).
(11) Ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (ĠU L 136, 30.4.2004, p. 1.).
(12) Disponibbli hawn: https://ec.europa.eu/health/sites/health/files/ehealth/docs/vaccination-proof_interoperability-guidelines_en.pdf
(13) https://www.ecdc.europa.eu/sites/default/files/documents/TestingStrategy_Objective-Sept-2020.pdf
(14) ĠU L 392, 23.11.2020, p. 63.
(15) ĠU C 24, 22.1.2021, p. 1.
(16) https://ec.europa.eu/health/sites/health/files/preparedness_response/docs/covid-19_rat_common-list_en.pdf
(17) https://www.ecdc.europa.eu/sites/default/files/documents/Guidance-for-discharge-and-ending-of-isolation-of-people-with-COVID-19.pdf
(18) Id-Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2013 dwar theddid transkonfinali serju għas-saħħa u li tħassar id-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE (ĠU L 293, 5.11.2013, p. 1).
(19) ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.
(20) Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
(21) ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.
(22) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
(23) Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal transazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li jħassar id-Direttiva 1999/93/KE, ĠU L 257, 28.8.2014, p. 73.
(24) Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar qafas komuni għall-użu u l-validazzjoni ta' testijiet rapidi tal-antiġeni u r-rikonoxximent reċiproku tar-riżultati tat-testijiet tal-COVID-19 fl-UE (2021/C 24/01) (ĠU C 24, 22.1.2021, p. 1).
15.12.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 506/237 |
P9_TA(2021)0146
Ċertifikat Aħdar Diġitali – ċittadini ta' pajjiżi terzi
Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fid-29 ta’ April 2021 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar qafas għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni ta’ ċertifikati interoperabbli dwar il-vaċċinazzjoni, l-ittestjar u l-irkupru għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li joqogħdu legalment jew li jirrisjedu legalment fit-territorji tal-Istati Membri waqt il-pandemija tal-COVID-19 (Ċertifikat Aħdar Diġitali) (COM(2021)0140 – C9-0100/2021 – 2021/0071(COD)) (1)
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: L-ewwel qari)
[Emenda 1, sakemm mhux indikat mod ieħor]
(2021/C 506/41)
EMENDI TAL-PARLAMENT EWROPEW (*1)
għall-proposta tal-Kummissjoni
REGOLAMENT (UE) 2021/… TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
dwar qafas għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni ta' ċertifikati interoperabbli dwar il-vaċċinazzjoni, l-ittestjar u l-irkupru għaċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi li joqogħdu legalment jew li jirrisjedu legalment fit-territorji tal-Istati Membri waqt il-pandemija tal-COVID-19 (Ċertifikat COVID-19 tal-UE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 77(2)(c) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,
Billi:
(1) |
Skont l-acquis ta' Schengen, iċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi li jirrisjedu legalment fl-UE u ċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi li daħlu legalment fit-territorju ta' Stat Membru jistgħu jiċċaqalqu liberament fit-territorji tal-Istati Membri l-oħrajn kollha matul perjodu ta' 90 jum tul kwalunkwe perjodu ta' 180 jum. |
(2) |
Fit-30 ta' Jannar 2020, id-Direttur Ġenerali tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (“WHO”) iddikjara emerġenza tas-saħħa pubblika ta' rilevanza internazzjonali minħabba t-tifqigħa globali tal-coronavirus tas-sindromu respiratorju akut gravi 2 (SARS-CoV-2), li jikkawża l-marda tal-coronavirus 2019 (COVID-19). Fil-11 ta' Marzu 2020, id-WHO għamlet il-valutazzjoni li l-COVID-19 tista' tiġi kkaratterizzata bħala pandemija. |
(3) |
Biex jillimitaw it-tixrid tal-virus, l-Istati Membri adottaw diversi miżuri, li wħud minnhom kellhom impatt fuq l-ivvjaġġar lejn it-territorju tal-Istati Membri u l-ivvjaġġar fih, bħal restrizzjonijiet fuq id-dħul jew rekwiżiti li vjaġġaturi transfruntiera jagħmlu l-kwarantina. Tali restrizzjonijiet għandhom effetti negattivi fuq iċ-ċittadini u l-impriżi, speċjalment il-ħaddiema fruntaliera u transfruntiera jew staġjonali. |
(4) |
Fit-13 ta' Ottubru 2020, il-Kunsill adotta r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1475 dwar approċċ ikkoordinat għar-restrizzjoni tal-moviment liberu b'reazzjoni għall-pandemija tal-COVID-19 (2). |
(5) |
Fit-30 ta' Ottubru 2020, il-Kunsill adotta r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1632 (3) dwar approċċ ikkoordinat għar-restrizzjoni tal-moviment liberu b'reazzjoni għall-pandemija tal-COVID-19 fiż-żona Schengen, li fiha rrakkomanda lill-Istati Membri li huma marbutin bl-acquis ta' Schengen biex japplikaw il-prinċipji, il-kriterji komuni, is-solli komuni u l-qafas komuni ta' miżuri, stabbiliti fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1475. |
(6) |
Ħafna Stati Membri nedew jew qed jippjanaw li jniedu inizjattivi għall-ħruġ ta' ċertifikati tal-vaċċinazzjoni. Madankollu, biex dawn jintużaw b'mod effettiv b'konnessjoni mal-ivvjaġġar transfruntier fl-Unjoni, dawn iċ-ċertifikati tal-vaċċinazzjoni jeħtieġ li jkunu kompletament interoperabbli, kompatibbli, siguri u verifikabbli. Fost l-Istati Membri hemm bżonn approċċ bi qbil komuni fuqu dwar il-kontenut, il-format, il-prinċipji, l-istandards tekniċi u l-livell ta' protezzjoni ta' tali ċertifikati. |
(7) |
Bħalissa diġà, diversi Stati Membri qed jeżentaw persuni mlaqqma minn ċerti restrizzjonijiet għal moviment liberu fl-Unjoni . Jenħtieġ li l-Istati Membri jaċċettaw prova tal-vaċċinazzjoni għad-deroga mir-restrizzjonijiet għall-moviment liberu fis-seħħ, f'konformità mad-dritt tal-Unjoni, għal-limitazzjoni tat-tixrid tal-COVID-19, pereżempju rekwiżiti ta' kwarantina/awtoiżolament jew ta' ttestjar għal infezzjoni bis-SARS-CoV-2 u jenħtieġ li dawn ikollhom jaċċettaw, bl-istess kundizzjonijiet, ċertifikati validi tal-vaċċinazzjoni maħruġa minn Stati Membri oħra f'konformità ma' dan ir-Regolament . Jenħtieġ li din l-aċċettazzjoni ssir bl-istess kundizzjonijiet, jiġifieri, pereżempju, jekk Stat Membru jqis li doża singola ta' vaċċin amministrat tkun biżżejjed, jenħtieġ li jittratta bl-istess mod lid-detenturi ta' ċertifikat tal-vaċċinazzjoni li jindika doża singola tal-istess vaċċin. Minħabba raġunijiet ta' saħħa pubblika, jenħtieġ li dan l-obbligu jkun limitat għal persuni li jkunu rċevew vaċċini kontra l-COVID-19 li jkunu ngħataw awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq skont ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 jew vaċċini elenkati mid-WHO għall-użu f'emerġenza . ▌Ir-Regolament (UE) Nru 2021/xxxx ta' xx xx 2021 jistabbilixxi qafas għall-ħruġ, il-verifika u l-aċċettazzjoni ta' ċertifikati interoperabbli dwar il-vaċċinazzjoni kontra l-COVID-19, dwar l-ittestjar għall-marda u dwar l-irkupru minnha biex jiġi ffaċilitat il-moviment liberu matul il-pandemija tal-COVID-19. Dan japplika għal ċittadini tal-Unjoni u ċittadini ta' pajjiżi terzi li huma membri tal-familja ta' ċittadini tal-Unjoni. |
(8) |
F'konformità mal-Artikoli 19, 20 u 21 tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen, iċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi koperti minn dawn id-dispożizzjonijiet jistgħu jivvjaġġaw liberament fit-territorji tal-Istati Membri l-oħrajn. |
(9) |
Mingħajr preġudizzju għall-miżuri komuni dwar il-qsim tal-fruntieri interni minn persuni kif stabbilit fl-acquis ta' Schengen, b'mod partikolari r-Regolament (UE) 2016/399, u għall-fini li jiġi ffaċilitat l-ivvjaġġar fit-territorji tal-Istati Membri minn ċittadini ta' pajjiżi terzi li għandhom id-dritt għal ivvjaġġar ta' dan it-tip, jenħtieġ li l-qafas għall-ħruġ, il-verifika u l-aċċettazzjoni ta' ċertifikati interoperabbli il-vaċċinazzjoni kontra l-COVID-19, dwar l-ittestjar għall-marda u dwar l-irkupru minnha stabbilit mir-Regolament (UE) Nru 2021/xxxx japplika wkoll għal ċittadini ta' pajjiżi terzi li mhumiex diġà koperti minn dak ir-Regolament, sakemm ikunu qed joqogħdu legalment jew jirrisjedu legalment fit-territorju ta' Stat Membru u jkunu intitolati jivvjaġġaw lejn Stati Membri oħrajn f’konformità mad-dritt tal-Unjoni. |
(10) |
Biex iċ-ċertifikati jintużaw b'mod effettiv b'konnessjoni mal-ivvjaġġar transfruntier, dawn iċ-ċertifikati jridu jkunu kompletament interoperabbli. Iċ-ċentri tat-trasport kollha tal-Unjoni, bħall-ajruporti, il-portijiet u l-istazzjonijiet tal-ferroviji u tal-kowċis, fejn iċ-ċertifikat jiġi vverifikat, jenħtieġ li japplikaw kriterji u proċeduri standardizzati u komuni għall-verifika taċ-Ċertifikat COVID-19 tal-UE abbażi ta' gwida żviluppata mill-Kummissjoni. |
(11) |
Dan ir-Regolament huwa maħsub biex jiffaċilita l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' proporzjonalità u nondiskriminazzjoni fir-rigward tar-restrizzjonijiet possibbli għall-moviment liberu u għal drittijiet fundamentali oħra bħala riżultat tal-pandemija, filwaqt li jimmira lejn l-ogħla livell ta' protezzjoni tas-saħħa pubblika u jenħtieġ li ma jinftehimx bħala li jiffaċilita jew jinkoraġġixxi l-adozzjoni ta' restrizzjonijiet għall-moviment liberu, jew għal drittijiet fundamentali oħra, b'reazzjoni għall-pandemija. Barra minn hekk, kwalunkwe ħtieġa ta' verifika taċ-ċertifikati stabbilita mir-Regolament (UE) 2021/xxx ma tistax għaldaqstant tiġġustifika r-riintroduzzjoni temporanja tal-kontrolli fil-fruntieri interni. Jenħtieġ li l-kontrolli fil-fruntieri interni jibqgħu miżura tal-aħħar istanza, soġġetti għal regoli speċifiċi stabbiliti fir-Regolament (UE) 2016/399 (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (4). |
(12) |
F'konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-TFUE, id-Danimarka mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta' dan ir-Regolament u mhijiex marbuta bih jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu. Ladarba dan ir-Regolament jibni fuq l-acquis ta' Schengen, f'konformità mal-Artikolu 4 ta' dak il-Protokoll, id-Danimarka għandha tiddeċiedi hux se timplimenta r-Regolament fi żmien sitt xhur wara li l-Kunsill ikun iddeċieda dwaru. |
(13) |
Dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li l-Irlanda ma tiħux sehem fihom, f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE (5); Għaldaqstant l-Irlanda mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni tiegħu u mhijiex marbuta bih jew suġġetta għall-applikazzjoni tiegħu. Għalkemm l-Irlanda mhijiex soġġetta għal dan ir-Regolament, għall-finijiet tal-iffaċilitar tal-ivvjaġġar fl-Unjoni, l-Irlanda tista' toħroġ ukoll ċertifikati, li jikkonformaw mal-istess rekwiżiti bħal dawk applikabbli għaċ-Ċertifikat COVID-19 tal-UE , liċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi li joqogħdu legalment jew li jirrisjedu legalment fit-territorju tagħha u l-Istati Membri jistgħu jaċċettaw dawn iċ-ċertifikati. L-Irlanda tista' taċċetta wkoll ċertifikati maħruġa mill-Istati Membri lil ċittadini ta' pajjiżi terzi li joqogħdu legalment jew li jirrisjedu legalment fit-territorji tagħhom. |
(14) |
Fir-rigward tal-Bulgarija, il-Kroazja, Ċipru u r-Rumanija, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tal-acquis ta' Schengen fis-sens, rispettivament, tal-Artikolu 3(1) tal-Att tal-Adeżjoni tal-2003, tal-Artikolu 4(1) tal-Att tal-Adeżjoni tal-2005 u tal-Artikolu 4(1) tal-Att tal-Adeżjoni tal-2011. |
(15) |
Fir-rigward tal-Iżlanda u n-Norveġja, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen fis-sens tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta' dawk iż-żewġ Stati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen, koperti mill-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, il-punt C, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE (6). |
(16) |
Fir-rigward tal-Iżvizzera, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen, fis-sens tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen koperti mill-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, il-punt C, tad-Deċiżjoni 1999/437/KE moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE (7). |
(17) |
Fir-rigward tal-Liechtenstein, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen fis-sens tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen koperti mill-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, il-punt C, tad-Deċiżjoni 1999/437/KE, moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE (8). |
(18) |
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u l-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġew ikkonsultati f'konformità mal-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) u taw opinjoni fi […], |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Istati Membri għandhom japplikaw ir-regoli stabbiliti fir-Regolament (UE) 2021/XXXX [ir-Regolament dwar Ċertifikat COVID-19 tal-UE ] għal dawk iċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi li mhumiex koperti mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dak ir-Regolament iżda li jirrisjedu jew joqogħdu legalment fit-territorju tagħhom u li huma intitolati jivvjaġġaw lejn Stati Membri oħrajn f'konformità mad-dritt tal-Unjoni.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ u jibda japplika mill-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell,
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
F'isem il-Kunsill
Il-President
(1) Il-kwistjoni ġiet riferuta lura għal negozjati interistituzzjonali lill-kumitat responsabbli, skont l-Artikolu 59(4), ir-raba' subparagrafu.
(*1) Emendi: il-partijiet il-ġodda tat-test huma indikati permezz tat-tipa korsiva u grassa; il-partijiet imħassra tat-test huma indikati permezz tas-simbolu ▌.
(2) ĠU L 337, 14.10.2020, p. 3.
(3) Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1632 tat-30 ta' Ottubru 2020 dwar approċċ ikkoordinat għar-restrizzjoni tal-moviment liberu b'reazzjoni għall-pandemija tal-COVID-19 fiż-żona Schengen (ĠU L 366, 4.11.2020, p. 25).
(4) Ir-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2016 dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (ĠU L 77, 23.3.2016, p. 1).
(5) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta' Frar 2002 rigward it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f'xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20).
(6) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE tas-17 ta' Mejju 1999 dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta' dawn iż-żewġ Stati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31).
(7) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE tat-28 ta' Jannar 2008 dwar il-konklużjoni f'isem il-Komunità Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 53, 27.2.2008, p. 1).
(8) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE tas-7 ta' Marzu 2011 dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen, relatat mal-abolizzjoni tal-verifiki mal-fruntieri interni u l-moviment tal-persuni (ĠU L 160, 18.6.2011, p. 19).
(9) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
15.12.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 506/241 |
P9_TA(2021)0149
Programm tal-UE kontra l-Frodi 2021-2027 ***II
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2021 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari għall-adozzjoni tar-regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Programm tal-Unjoni Kontra l-Frodi u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 250/2014 (05330/1/2021 – C9-0108/2021 – 2018/0211(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)
(2021/C 506/42)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (05330/1/2021 – C9-0108/2021), |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni (COM(2021)0149), |
— |
wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari (1) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0386), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 67 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0126/2021), |
1. |
Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari; |
2. |
Jinnota li l-att qed jiġi adottat b'konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill; |
3. |
Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma l-att mal-President tal-Kunsill, f'konformità mal-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea; |
4. |
Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu biex jiffirma l-att, wara li jkun ġie vverifikat li l-proċeduri ntemmu kif imiss, u biex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-att f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; |
5. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) Testi adottati tat-12.2.2019, P8_TA(2019)0068.
15.12.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 506/242 |
P9_TA(2021)0150
Id-drittijiet u l-obbligi tal-passiġġieri tal-ferroviji***II
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-29 ta’ April 2021 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-drittijiet u l-obbligi tal-passiġġieri tal-ferroviji (riformulazzjoni) (12262/1/2020 – C9-0011/2021 – 2017/0237(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)
(2021/C 506/43)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (12262/1/2020 – C9-0011/2021), |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-18 ta' Jannar 2018 (1), |
— |
wara li kkonsulta lill-Kumitat tar-Reġjuni, |
— |
wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari (2) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2017)0548), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 67 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rakkomondazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A9-0045/2021), |
1. |
Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari; |
2. |
Jinnota li l-att qed jiġi adottat f'konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill; |
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiffirma l-att, flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea; |
4. |
Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu biex jiffirma l-att, wara li jkun ġie vverifikat li l-proċeduri ntemmu kif imiss, u biex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-att f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; |
5. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
15.12.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 506/243 |
P9_TA(2021)0151
L-istabbiliment tal-Fond Ewropew għad-Difiża ***II
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2021 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari għall-adozzjoni tar-regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Fond Ewropew għad-Difiża u li jħassar ir-Regolament (UE) 2018/1092 (06748/1/2020 – C9-0112/2021 – 2018/0254(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)
(2021/C 506/44)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (06748/1/2020 – C9-0112/2021), |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2018 (1), |
— |
wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari (2) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0476), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 67 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A9-0120/2021), |
1. |
Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari; |
2. |
Jinnota li l-att qed jiġi adottat f'konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill; |
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma l-att, flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea; |
4. |
Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu biex jiffirma l-att, wara li jkun ġie vverifikat li l-proċeduri kollha ntemmu kif imiss, u biex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-att f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; |
5. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) ĠU C 110, 22.3.2019, p. 75.
(2) Testi adottati ta' 18.4.2019, P8_TA(2019)0430.
15.12.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 506/244 |
P9_TA(2021)0152
Programm Ewropa Diġitali ***II
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2021 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari għall-adozzjoni tar-regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Programm Ewropa Diġitali u li jħassar id-Deċiżjoni (UE) 2015/2240 (06789/1/2020 – C9-0109/2021 – 2018/0227(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)
(2021/C 506/45)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (06789/1/2020 – C9-0109/2021), |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-17 ta' Ottubru 2018 (1), |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-5 ta' Diċembru 2018 (2), |
— |
wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari (3) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0434), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 67 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A9-0119/2021), |
1. |
Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari; |
2. |
Jinnota li l-att qed jiġi adottat f'konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill; |
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma l-att, flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea; |
4. |
Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu biex jiffirma l-att, wara li jkun ġie vverifikat li l-proċeduri kollha ntemmu kif imiss, u biex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-att f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; |
5. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) ĠU C 62, 15.2.2019, p. 292.
(2) ĠU C 86, 7.3.2019, p. 272.
(3) Testi adottati ta' 17.4.2019, P8_TA(2019)0403.
15.12.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 506/245 |
P9_TA(2021)0153
Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE) 2021-2027 ***II
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2021 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari għall-adozzjoni tar-regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE), u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1293/2013 (06077/1/2020 – C9-0110/2021 – 2018/0209(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)
(2021/C 506/46)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (06077/1/2020 – C9-0110/2021), |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-18 ta' Ottubru 2018 (1), |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tad-9 ta' Ottubru 2018 (2), |
— |
wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari (3) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0385), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 67 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A9-0130/2021), |
1. |
Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari; |
2. |
Jinnota li l-att qed jiġi adottat f'konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill; |
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma l-att, flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea; |
4. |
Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu biex jiffirma l-att, wara li jkun ġie vverifikat li l-proċeduri kollha ntemmu kif imiss, u biex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-att f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; |
5. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) ĠU C 62, 15.2.2019, p. 226.
(2) ĠU C 461, 21.12.2018, p. 156.
(3) Testi adottati tas-17.4.2019, P8_TA(2019)0405.
15.12.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 506/246 |
P9_TA(2021)0154
Kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tad-dazji tas-sisa: il-kontenut tar-reġistri elettroniċi *
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2021 dwar il-proposta għal Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 389/2012 dwar kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tad-dazji tas-sisa rigward il-kontenut tar-reġistri elettroniċi (COM(2021)0028 – C9-0016/2021 – 2021/0015(CNS))
(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)
(2021/C 506/47)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2021)0028), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 113 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C9-0016/2021), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 82 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A9-0121/2021), |
1. |
Japprova l-proposta tal-Kummissjoni; |
2. |
Jistieden lill-Kunsill jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament; |
3. |
Jitlob lill-Kunsill jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sustanzjali; |
4. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
15.12.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 506/247 |
P9_TA(2021)0158
L-estimi tad-dħul u tan-nefqa għas-sena finanzjarja 2022 tal-Parlament
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2021 dwar l-estimi tad-dħul u tan-nefqa għas-sena finanzjarja 2022 tal-Parlament (2020/2264(BUI))
(2021/C 506/48)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 39 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 tas-17 ta' Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027 (2), u d-dikjarazzjonijiet konġunti maqbula bejn il-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni f'dan il-kuntest (3), kif ukoll id-dikjarazzjonijiet unilaterali relatati (4), |
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta' Diċembru 2020 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta' riżorsi proprja ġodda (5), |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 1023/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2013 li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta' Aġenti Oħra tal-Unjoni Ewropea (6), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Mejju 2020 dwar l-estimi tad-dħul u n-nefqa tal-Parlament Ewropew għas-sena finanzjarja 2021 (7), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Novembru 2020 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021 (8), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta' Diċembru 2020 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar it-tieni abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021 (9), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta' Ottubru 2017 dwar il-ġlieda kontra l-fastidju u l-abbuż sesswali fl-UE (10), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Settembru 2018 dwar miżuri biex jiġu evitati u miġġielda l-mobbing u l-fastidju sesswali fil-post tax-xogħol, fl-ispazji pubbliċi, u fil-ħajja politika fl-UE (11), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Jannar 2019 dwar l-integrazzjoni ta' kwistjonijiet ta' Ugwaljanza bejn is-Sessi fil-Parlament Ewropew (12), |
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni intitolata “Unjoni ta' Ugwaljanza: Strateġija ta' Ugwaljanza Bejn il-Ġeneri għall-2020 – 2025”(COM(2020)0152), |
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew (COM(2019)0640), b'mod partikolari l-paragrafu 2.1.4 tagħha dwar “Il-bini u r-rinnovament b'użu effiċjenti tal-enerġija u tar-riżorsi”, |
— |
wara li kkunsidra l-Istrateġija ta' Nofs it-Terminu 2024 tal-EMAS adottata mill-Kumitat ta' Tmexxija għall-Ġestjoni Ambjentali fi Brussell fil-15 ta' Diċembru 2020, |
— |
wara li kkunsidra l-istudju: Il-marka tal-karbonju tal-Parlament Ewropew – Lejn in-newtralità karbonika (13), |
— |
wara li kkunsidra r-Rapport Speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri Nru 14/2014: L-istituzzjonijiet u l-korpi tal-UE kif jikkalkolaw, inaqqsu u jpaċu l-emissjonijiet tagħhom ta' gassijiet serra? (14), |
— |
wara li kkunsidra r-rekwiżiti tal-addizzjonalità fid-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (id-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli), b'mod partikolari l-Premessa 90 u l-Artikolu 27 tagħha, |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Settembru 2020 dwar il-massimizzazzjoni tal-potenzjal tal-effiċjenza enerġetika tal-istokk tal-bini tal-UE (15), |
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva dwar ir-Rendiment tal-Bini fl-Użu tal-Enerġija (16) u d-Direttiva dwar l-Effiċjenza Enerġetika (17), |
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar ir-rwol eżemplari tal-bini tagħhom fil-kuntest tad-Direttiva dwar l-Effiċjenza fl-Enerġija (18); |
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar Strateġija għal Mobbiltà Sostenibbli u Intelliġenti – inqiegħdu t-trasport Ewropew fit-triq it-tajba għall-futur (COM(2020)0789), b'mod partikolari l-paragrafu 9 dwar l-ivvjaġġar kollettiv, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tas-Segretarju Ġenerali lill-Bureau bl-għan li jitħejja l-abbozz preliminari tal-estimi tal-Parlament Ewropew għas-sena finanzjarja 2022, |
— |
wara li kkunsidra l-abbozz preliminari tal-estimi mħejji mill-Bureau fit-8 ta' Marzu 2021 skont l-Artikoli 25(7) u 102(1) tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament, |
— |
wara li kkunsidra l-abbozz preliminari tal-estimi mħejji mill-Kumitat għall-Baġits skont l-Artikolu 102(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Parlament, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 102 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A9-0145/2021), |
A. |
billi ż-żieda kontinwa tal-importanza fir-rwol tal-Parlament bħala koleġiżlatur, fergħa waħda tal-awtorità baġitarja, b'setgħat ta' skrutinju u bħala promotur tad-demokrazija Ewropea, inkluż fil-kuntest tar-rispons Ewropew għall-pandemija tal-COVID-19, u skont id-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar l-iskrutinju baġitarju ta' proposti ġodda bbażati fuq l-Artikolu 122 tat-TFUE b'implikazzjonijiet potenzjali apprezzabbli għall-baġit tal-Unjoni (19), enfasizzat il-ħtieġa kontinwa li l-Parlament jingħata għarfien leġiżlattiv xieraq u riżorsi finanzjarji adegwati biex jiżgura l-kwalità tal-ħidma leġiżlattiva u ta' skrutinju u jikkomunika dwar ir-riżultati tiegħu; billi l-kredibbiltà tal-Parlament u tal-Membri tiegħu f'għajnejn iċ-ċittadini Ewropej tiddependi fuq il-kapaċità tal-Parlament stess li jippjana u jeżegwixxi l-infiq tiegħu bi prudenza u b'effiċjenza u b'mod iġġustifikat sabiex jirrifletti r-realtajiet ekonomiċi prevalenti; |
B. |
billi l-Kummissjoni fit-tbassir tax-Xitwa tagħha, tistma li l-PDG naqas b’6,9 % fl-2020 u tipprevedi li dan mhux se jirkupra għal-livell tal-2019 qabel l-2023; billi l-estimi adottati mill-Parlament irrappreżentaw żieda ta' 2,68 % għall-2020 u żieda ta' 2,54 % għall-2021; |
C. |
billi l-baġit propost mis-Segretarju Ġenerali għall-abbozz preliminari tal-estimi tal-Parlament għall-2022 jirrappreżenta żieda ta' 3,31 %, ferm ogħla mir-rata ta' inflazzjoni; |
D. |
billi l-Parlament ra tnaqqis ġenerali ta' 6 % fil-persunal tiegħu matul il-perjodu tal-QFP preċedenti, li twettaq prinċipalment mill-amministrazzjoni tiegħu, filwaqt li fl-istess ħin, minn mindu ġie adottat it-Trattat ta' Lisbona, il-Parlament, fir-rwol tiegħu ta' koleġiżlatur, qiegħed jittratta numru akbar ta' fajls leġiżlattivi u żied l-attivitajiet relatati man-Next Generation EU; billi jinsab mħasseb ħafna dwar l-ammont ta' xogħol mhux sostenibbli għal ħafna segretarjati speċjalizzati tal-kumitati u l-gruppi politiċi; |
E. |
billi l-Patt Ekoloġiku Ewropew għandu l-għan li jilħaq il-miri klimatiċi ambizzjużi tiegħu mingħajr kumpens (tpaċija) tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra tiegħu permezz ta' krediti internazzjonali; |
F. |
billi aktarx fl-2021 hu mistenni li tittieħed deċiżjoni dwar il-futur tal-bini Paul-Henri Spaak, abbażi tal-eżitu ta' kompetizzjoni mill-Bureau, li jfisser żieda sinifikanti fl-infiq fil-kuntest ta' kriżi; u billi l-bini Spaak għandu jissodisfa l-ogħla standards ambjentali u ta' sikurezza; |
G. |
billi l-fond ta' pensjoni volontarja ġie stabbilit fl-1990 mir-Regoli tal-Bureau li jirregolaw l-iskema ta' pensjoni addizzjonali (volontarja) (20); billi, fil-laqgħa tiegħu tal-10 ta' Diċembru 2018, il-Bureau ddeċieda li jimmodifika r-regoli applikabbli għall-fond tal-pensjoni billi jgħolli l-età tal-irtirar minn 63 għal 65 sena u billi jintroduċi imposta ta' 5 % fuq il-pagamenti tal-pensjoni għal pensjonanti futuri biex titjieb il-vijabbiltà ta' dawn il-pagamenti; billi huwa stmat li dawk il-bidliet fir-regoli naqqsu d-defiċit attwarjali b'EUR 13,3-il miljun; |
Qafas ġenerali
1. |
Ifakkar li l-akbar sehem tal-baġit tal-Parlament huwa stabbilit permezz ta' obbligi statutorji jew kuntrattwali; jinnota li 55 % tal-baġit huwa soġġett għal indiċjar tas-salarji f'konformità mar-Regolamenti tal-Persunal u l-Istatut għall-Membri tal-Parlament Ewropew; ifakkar li l-previżjonijiet attwali dwar l-indiċjar tas-salarji mill-Kummissjoni għal Lulju 2021 u 2022 jammonta għal 2,9 % u 2,5 % rispettivament li jfisser żieda ta' EUR 31,9 miljun fl-2022; |
2. |
Jappoġġja l-ftehim li ntlaħaq fil-Konċiljazzjoni bejn il-Bureau u l-Kumitat għall-Baġits, fl-14 ta' April 2021, biex tkun iffissata ż-żieda ta' 2,4 % tal-baġit 2021, perċentwal li jikkorrispondi għal-livell kumplessiv tal-estimi għall-2022 ta' EUR 2 112 904 198, biex jitnaqqas il-livell tan-nefqa fl-abbozz preliminari tal-estimi approvat mill-Bureau fit-8 ta' Marzu 2021 ta' EUR 18,85 miljun u biex, konsegwentement, jitnaqqsu l-approprjazzjonijiet proposti għal-linji baġitarji li ġejjin:
1004 01 – Spejjeż għall-vjaġġi regolari; sessjonijiet, kumitati jew id-delegazzjonijiet tagħhom, gruppi politiċi u mixxellanji; 1405 01 — Nefqa fuq l-Interpretazzjoni interpretazzjoni esterna; 2007 01 – Kostruzzjoni ta' bini u sistemazzjoni fil-bini; 2022 – Manutenzjoni, żamma, operat u tindif tal-bini; 2024 – Konsum tal-enerġija; 2120 01: Għamara: xiri, kiri, tiġdid, manutenzjoni u tiswija ta' għamara; 2140: Tagħmir u installazzjonijiet tekniċi; 3000 – Nefqiet għall-missjonijiet tal-persunal u vjaġġar fuq xogħol bejn it-tliet postijiet ta' xogħol; 3040 – Nefqa mixxellanja għal laqgħat interni; 3042 – Laqgħat, kungressi, konferenzi u delegazzjonijiet; 3210 09: Nefqa għas-Servizzi ta' Riċerka Parlamentari, inklużi l-bibljoteka, l-arkivji storiċi, il-valutazzjoni tal-għażliet xjentifiċi u teknoloġiċi (STOA) u ċ-Ċentru Ewropew tal-Midja Xjentifika: nefqa għaċ-Ċentru Ewropew tal-Midja Xjentifika; 3243 01: Ċentri għall-Viżitaturi tal-Parlament Ewropew: Il-Parlamentarium u l-“Europa Experience”; 3244 01: L-Organizzazzjoni u l-akkoljenza ta' gruppi ta' viżitaturi, il-programm Euroscola u stediniet għall-multiplikaturi tal-opinjoni minn pajjiżi terzi: spejjeż ta' akkoljenza u sussidji għall-gruppi ta' viżitaturi; 4220 02: Nefqa relatata mal-assistenza parlamentari: salarji u indennizzi tal-assistenti akkreditati – Statut għall-Membri; 4220 04: Nefqa relatata mal-assistenza parlamentari: spejjeż għall-missjonijiet u l-ivvjaġġar fuq xogħol bejn it-tliet postijiet tax-xogħol u t-taħriġ estern tal-assistenti akkreditati — Statut għall-Membri; |
3. |
Jappoġġja bil-qawwa żieda ta' 76 kariga għall-gruppi politiċi u 66 kariga fis-segretarjati tal-kumitati biex jiġi akkomodat proporzjonalment l-ammont ta' xogħol akbar u jiġu implimentati l-politiki tal-Unjoni; b'mod parallel, jistieden lill-Bureau juża sinerġiji possibbli sabiex tiżdied l-effiċjenza fl-amministrazzjoni, u janalizza kif id-diġitalizzazzjoni u modi ġodda ta' ħidma jgħinu biex jiġu ssimplifikati d-direttorati u jippermettu t-trasferiment tal-karigi lejn is-segretarjati tal-Kumitati; jitlob lill-Bureau jeżamina wkoll jekk l-assistenza parlamentari tal-Membri hijiex adegwata, fid-dawl tad-domanda dejjem tikber fuq il-Membri u l-persunal tagħhom; |
4. |
Jisħaq fuq il-fatt li l-Baġit 2022 tal-Parlament irid ikun realistiku u preċiż sabiex jiġi evitat l-ibbaġitjar żejjed; jieħu nota tal-prattika kontinwa tat-“trasferiment ta' tlaqqit” ta' tmiem is-sena li tikkontribwixxi għall-proġetti immobiljari; jinnota li dan it-“trasferiment ta' tlaqqit” sistematikament isir fl-istess kapitoli, l-istess titoli u, spiss, eżattament fuq l-istess linji baġitarji; iqis li tali prattika tirriskja li titqies bħala bbaġitjar żejjed programmat; jitlob li, qabel it-trasferiment ta' tlaqqit li jmiss, titnieda riflessjoni dwar il-finanzjament ta' investimenti ewlenin ibbażati fuq it-trasparenza; |
L-ekoloġizzazzjoni tal-Parlament
5. |
Jisħaq fuq il-fatt li l-Parlament jeħtieġ li jkun minn ta' quddiem nett fl-adozzjoni ta' metodi ta' ħidma u prattiki ta' laqgħat aktar diġitali, flessibbli u effiċjenti fl-użu tal-enerġija, billi jittieħdu t-tagħlimiet mill-esperjenzi tal-pandemija tal-COVID-19 u jiġu kapitalizzati l-investimenti teknoloġiċi li diġà ġew implimentati; jappella, f'dan il-kuntest, għal rieżami komprensiv u ambizzjuż dwar kif il-Membri, il-persunal u l-uffiċjali jwettqu l-ħidma parlamentari tagħhom; iqis li tali rieżami għandu jkollu bħala l-enfasi ewlenija tiegħu l-funzjonament effettiv u tajjeb tal-istituzzjoni, u għandu jivvaluta wkoll l-effett ta' settings remoti u ibridi fuq il-kwalità tal-laqgħat, filwaqt li jiġu evitati miżuri li jiġġeneralizzaw b'mod eċċessiv intiżi biex jiġu ffaċċjati ċirkostanzi eċċezzjonali; |
6. |
Jilqa' l-miri tas-sistema ta' ġestjoni ambjentali (EMAS) tal-Parlament għall-2024; ifakkar li l-istrateġija ta' nofs it-terminu 2024 tal-EMAS tinkludi klawżola ta' rieżami biex tiżdied l-ambizzjoni ambjentali abbażi tal-prestazzjoni osservata; jistieden lill-Parlament sabiex, fid-dawl tal-pandemija tal-COVID-19, jerġa' jivvaluta l-miri tal-EMAS tiegħu fl-2022, u biex jerġa' jivvaluta 'l fuq il-miri adottati fl-2019 għall-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni; itenni t-talba tiegħu biex il-pjan attwali tiegħu għat-tnaqqis tas-CO2 jiġi emendat bil-għan li tintlaħaq in-newtralità karbonika sal-2030 bl-użu ta' prezz intern tal-karbonju; |
7. |
Jirrikonoxxi li kważi żewġ terzi tal-impronta tal-karbonju tal-Parlament joriġinaw mit-trasport tal-persuni; jitlob tnaqqis sostanzjali ta' vvjaġġar għal-laqgħat li jistgħu jitwettqu b'mod effettiv b'mod remot jew b'mod ibridu u l-promozzjoni ta' bidla lejn alternattivi b'livell baxx ta' karbonju għall-bqija tal-ivvjaġġar, dment li dan ma jaffettwax il-kwalità tal-ħidma leġiżlattiva u politika; |
8. |
Jitlob li t-telexogħol volontarju jiġi estiż għal aktar jiem u għal aktar funzjonijiet; Jitlob li tingħata preferenza lil laqgħat ibridi jew laqgħat kompletament remoti meta dawn ma jinvolvux teħid ta' deċiżjonijiet politiċi, bħal seduti ta' smigħ u skambji ta' fehmiet jew laqgħat interni u preparatorji, filwaqt li jirrikonoxxi li l-preżenza fiżika hija aktar effiċjenti għan-negozjati politiċi, inkluż għall-forniment ta' interpretazzjoni u għal interpretazzjoni remota kull meta jkunu meħtieġa; jistieden lis-Segretarju Ġenerali sabiex, wara l-miżuri ta' kontinwità tan-negozju tal-COVID-19, jistabbilixxi qafas flessibbli ġdid għall-forniment ta' interpretazzjoni remota fl-era ta' wara l-COVID; jinnota li ż-żmien eċċessiv imqatta' fl-użu ta' għodod diġitali jista' jkollu effetti negattivi fuq il-benesseri ta' xi persuni; jitlob reviżjoni tar-regoli tal-missjonijiet sa tmiem l-2022 biex tiġi żgurata approvazzjoni xierqa bbażata fuq il-ħtiġijiet, ġustifikazzjoni speċifika għall-awtorizzazzjoni tal-missjonijiet kollha, rekwiżiti għal mezzi tat-trasport b'livell baxx ta' karbonju mingħajr ma l-Membri jiġu mxekkla milli jwettqu l-mandat tagħhom u l-esklużjoni tal-aktar modi ta' trasport dannużi bl-eċċezzjoni ta' każijiet estremi fejn jista' jkun diffiċli li jinstabu mezzi alternattivi ta' trasport għal vjaġġi twal jew lejn żoni b'aċċess diffiċli li jfixklu l-bilanċ bejn il-mira ambjentali u l-effiċjenza tal-ħidma parlamentari; jistenna li jkun hemm laqgħat ta' tħejjija totalment remoti, kif ukoll briefings remoti ta' wara l-missjoni għaż-żjarat kollha tad-delegazzjonijiet uffiċjali bħala kundizzjoni għal awtorizzazzjoni, u biex, mill-2022, l-awtorizzazzjoni għal delegazzjonijiet tiġi limitata biss għal dawk il-persuni li huma intitolati li jipparteċipaw f’tali delegazzjonijiet; jistieden lill-Bureau jiżgura li l-laqgħat straordinarji tal-kumitati fi Strasburgu jkunu strettament limitati għal ċirkostanzi eċċezzjonali u li jeħtieġ li jkunu debitament ġustifikati qabel ma jiġu approvati f'kull każ individwali; |
9. |
Iħeġġeġ lill-Membri jużaw trasport alternattiv b'livell baxx ta' karbonju; itenni t-talba tiegħu biex jiġu riveduti l-miżuri ta' implimentazzjoni tal-Istatut għall-Membri biex ikun jista’ jsir rimborż ta' biljetti tal-ajru flessibbli fil-klassi ekonomika għal vjaġġar fl-Unjoni, bl-eżenzjoni ta' titjiriet lejn u minn reġjuni ultraperiferiċi u titjiriet b'waqfa waħda jew aktar jew li jkunu itwal minn erba' sigħat; jinnota li l-ivvjaġġar ta' uħud mill-Membri mill-kostitwenzi tagħhom lejn il-postijiet tax-xogħol tal-Parlament jirrikjedi vjaġġi twal u jista' jsir biss bl-ajruplan; |
10. |
Jitlob għal titjib tal-infrastruttura tar-roti, tar-roti tat-tagħbija, tar-roti elettriċi u tal-iscooters elettriċi fil-bini tal-Parlament, b'mod partikolari permezz tal-installazzjoni ta' stazzjonijiet tal-parkeġġ u tat-tiswija tar-roti li jkunu faċli biex jintużaw u sikuri; jitlob lill-Parlament jikkollabora mill-qrib mal-awtoritajiet lokali rilevanti u b'mod partikolari, mar-Reġjun ta' Brussell fl-isforzi tiegħu biex ikun minn ta' quddiem fil-mobilità urbana sostenibbli billi jieħu rwol proattiv fl-implimentazzjoni tal-Pjan GoodMove; jitlob l-espansjoni tal-iskema ta' roti ta' servizz fi ħdan il-Parlament; jitlob miżuri speċifiċi biex titħeġġeġ il-mobilità attiva fost il-persunal tal-Parlament, inklużi attivitajiet ta' taħriġ speċifiku rigward l-ivvjaġġar sikur, il-manutenzjoni u t-tiswija; jitlob li jkun hemm skema pilota għar-roti tat-tagħbija għal ċerti proċessi loġistiċi fi ħdan il-Parlament u bejn il-binjiet tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni; |
11. |
Iħeġġeġ lill-persunal tal-Parlament biex juża t-trasport pubbliku u jappella għal sistema li tikkombina passes tat-trasport pubbliku sussidjati għall-persunal, u li jiġi eskluż l-intitolament għat-tieni vinjetta għall-parkeġġ, sal-2022; jistenna li l-karozzi uffiċjali jintużaw għat-trasport tal-Membri, il-persunal u l-assistenti parlamentari akkreditati (APAs) li jkunu fuq ordnijiet ta' missjoni bejn Brussell u Strasburgu; jitlob żieda adegwata fl-għadd ta' spazji għall-parkeġġ riżervati esklussivament għall-vetturi elettriċi u ħarsa ġenerali lejn l-għadd globali ta' spazji għall-parkeġġ f'konformità mal-leġiżlazzjoni applikabbli fit-tliet postijiet tax-xogħol; |
12. |
Jistenna li l-gruppi kollha ta' viżitaturi jkunu infurmati mis-servizzi tal-Parlament dwar l-impatt ambjentali tat-trasport tagħhom u li fl-2022 tiġi stabbilita sistema ta' rimborż inċentivat tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar abbażi tal-impatt ambjentali; jirrikjedi lill-Bureau jibda l-proċess ta' reviżjoni tar-regoli relatati mal-gruppi ta' viżitaturi f'konformità mal-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar Strateġija għal Mobbiltà Sostenibbli u Intelliġenti – inqiegħdu t-trasport Ewropew fit-triq it-tajba għall-futur (COM(2020)0789), b'mod partikolari l-paragrafu 9 ta' dik il-Komunikazzjoni, dwar l-ivvjaġġar kollettiv, u biex jadatta l-ispejjeż tal-ivvjaġġar għall-gruppi ta' viżitaturi għall-bidliet fil-prezzijiet tas-suq u biex jippermetti modifiki sabiex jiġi evitat ċaqliq fis-suq tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar li joħolqu diskriminazzjoni ġeografika indiretta għall-viżitaturi; |
13. |
Jappella lill-Amministrazzjoni timmonitorja t-tkomplija fiż-żidiet fl-ispejjeż tal-enerġija previsti għall-2022 u biex tesplora l-iffrankar tal-ispejjeż u l-effiċjenzi fil-konsum; jitlob li jitwaqqaf l-aġġornament tal-installazzjonijiet tat-tisħin tal-fjuwils fossili u li jkun hemm pjan direzzjonali biex jiġu eliminati gradwalment il-fjuwils fossili skont stadji importanti speċifiċi li għandhom jiġu adottati fl-2022 biex jiġu evitati assi mitlufa u biex issir analiżi tal-effikaċja u l-effiċjenza tal-użu ta' sistemi ta' pompi tas-sħana u teknoloġiji rilevanti oħra f'konformità mal-objettivi tal-EMAS; jistieden lill-Parlament ikompli jżid is-sehem tal-enerġija rinnovabbli fit-taħlita enerġetika tiegħu u b'mod partikolari l-produzzjoni tal-enerġija u jistenna l-installazzjoni ta' pannelli fotovoltajċi tal-ogħla livell fuq il-bjut biex jinkiseb l-ogħla potenzjal possibbli għal tali pannelli fi Brussell sal-2023; jitlob, fl-istess ħin, it-tibdil gradwali tal-Garanziji ta' Akkwist tal-Oriġini b'sorsi tal-enerġija rinnovabbli lokali; |
14. |
Jistenna li s-servizzi tal-Parlament ikomplu jnaqqsu l-konsum tal-karti billi jimxu lejn ambjent mingħajr karti, kollettiv u online għal-laqgħat kollha, filwaqt li jkomplu jimplimentaw modalitajiet tal-firem elettroniċi; itenni t-talba tiegħu biex titwettaq analiżi ta' soluzzjonijiet alternattivi għall-bagolli f'konformità mal-objettiv tal-EMAS għal Parlament “mingħajr karti” kemm jista' jkun malajr; |
15. |
Jistenna li l-prinċipji tal-Effiċjenza Enerġetika tiġi l-Ewwel u tal-Ekonomija Ċirkolari jiġu applikati għall-investimenti kollha, inklużi dawk diġitali, u għad-deċiżjonijiet ta' ġestjoni; jappella għall-implimentazzjoni sħiħa tal-istrateġija tal-Parlament għall-ġestjoni tal-iskart f'konformità mal-prinċipji tal-ġerarkija tal-iskart, b'mod partikolari fir-rigward ta' approċċ sostenibbli u ċirkolari għall-ġestjoni tal-iskart tal-kostruzzjoni; jappella għall-implimentazzjoni sħiħa ta' miżuri biex il-Parlament ikun ħieles minn plastik li jintuża darba biss; |
16. |
Ifakkar fl-appoġġ tal-maġġoranza vasta tal-Membri tal-Parlament għal sede unika li tiżgura l-infiq effiċjenti ta' flus il-kontribwenti tal-Unjoni u biex il-Parlament jassumi r-responsabbiltà istituzzjonali tiegħu li jnaqqas l-impronta tal-karbonju tiegħu; ifakkar fil-ħtieġa li jinstabu soluzzjonijiet sabiex jiġu ottimizzati l-ħidma istituzzjonali, l-ispejjeż finanzjarji u l-impronta tal-karbonju tal-Parlament; jemmen li l-esperjenza miksuba u l-investimenti li saru fix-xogħol u l-laqgħat remoti tista' sservi bħala bażi biex jiġu adattati l-ħtiġijiet għall-missjonijiet tal-persunal; ifakkar li skont it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Parlament Ewropew għandu jkollu s-sede tiegħu fi Strasburgu; jinnota li bidliet permanenti jkunu jirrikjedu bidla fit-Trattat li għaliha hija meħtieġa l-unanimità; |
17. |
Ifakkar li l-kundizzjonijiet tas-sejħiet għall-offerti għandhom imorru lil hinn mill-prinċipju tal-aħjar prezz u għandhom jinkludu wkoll il-kriterji ambjentali, soċjali u tal-ġeneru b'indikaturi dettaljati; jilqa' l-estensjoni tal-mandat tal-Helpdesk għall-Akkwist Pubbliku Ekoloġiku biex jinkludi l-element soċjali u tal-ġeneru u jitlob li jiddaħħal l-obbligu li l-Helpdesk għall-Akkwist Pubbliku Ekoloġiku jiġi kkonsultat f'każ ta' proċeduri ta' akkwist ta' aktar minn EUR 15 000; jistenna li l-Bureau jadotta sistema ta' rapportar dwar is-sostenibbiltà bħall-Inizjattiva Globali ta' Rapportar u l-estensjoni tagħha għall-Integrazzjoni tal-Ġeneru fir-Rapportar dwar is-Sostenibbiltà sal-2022; |
Trasparenza u responsabbiltà
18. |
Jiddispjaċih li l-Bureau qiegħed jirrifjuta li jimplimenta r-rieda tal-Plenarja, espressa f'diversi okkażjonijiet, biex tiġi riformata l-Allowance għall-Ispejjeż Ġenerali (GEA), biex b'hekk jiġi evitat b'mod attiv li flus il-kontribwenti tal-Unjoni jintużaw b'mod aktar trasparenti u responsabbli; jitlob lill-Bureau jintroduċi bidliet fir-regoli li jirregolaw il-GEA sa tmiem l-2021; |
19. |
Jiddispjaċih li l-Bureau qiegħed jirrifjuta li jimplimenta r-rieda tal-Plenarja, espressa f'diversi okkażjonijiet, rigward il-passi ta' riforma ewlenin għall-Parlament li ssemmew inizjalment fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta' Ottubru 2017 dwar il-ġlieda kontra l-fastidju u l-abbuż sesswali fl-UE1, fosthom l-introduzzjoni ta' korsijiet ta' taħriġ obbligatorji kontra l-fastidju għall-persunal u għall-Membri kollha; jitlob lill-Bureau jimplimenta minnufih u bis-sħiħ id-deċiżjonijiet tal-Plenarja; |
20. |
Jiddispjaċih li l-Bureau qiegħed jirrifjuta li jimplimenta r-rieda tal-Plenarja, espressa f'diversi okkażjonijiet, biex l-APAs li jirrapportaw ksur tad-dritt tal-Unjoni skont id-Direttiva (UE) 2019/1937 dwar il-protezzjoni tal-informaturi (21) jingħataw l-istess livell għoli ta' protezzjoni bħal dak mogħti lill-APAs vittmi ta' fastidju; jistieden lill-Bureau jiddefinixxi standards ċari u legalment ċerti dwar f'liema każijiet tista' tingħata protezzjoni lill-informaturi, inkluż lill-APAs, u jippubblika dawk l-istandards; |
21. |
Jiddispjaċih li l-Bureau jirrifjuta li jimplimenta r-rieda tal-Plenarja, espressa f'diversi okkażjonijiet, biex tittieħed azzjoni għall-allinjament sħiħ tar-rati tal-allowances tal-uffiċjali, apparti l-impjegati taċ-ċivil u l-APAs fir-rigward tal-ivvjaġġar fuq xogħol bejn it-tliet postijiet tax-xogħol tal-Parlament; jistieden lill-Bureau jindirizza din il-kwistjoni mingħajr aktar dewmien u jieħu l-miżuri meħtieġa ħalli jirrimedja dik l-inugwaljanza mit-tkomplija tas-sessjonijiet plenarji fi Strasburgu; |
22. |
Jerġa' jitlob lill-Konferenza tal-President tirrevedi d-dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni li jirregolaw il-ħidma tad-delegazzjonijiet u tal-missjonijiet barra mill-Unjoni Ewropea; jissottolinja li tali reviżjoni għandha tqis il-possibbiltà li l-APAs, soġġetti għal ċerti kundizzjonijiet, jakkumpanjaw lill-Membri f'Delegazzjonijiet u f'Missjonijiet uffiċjali tal-Parlament; |
23. |
Jiddispjaċih li l-Bureau dewwem l-implimentazzjoni tar-rieda tal-Plenarja, espressa f'diversi okkażjonijiet, biex jaħdem fuq soluzzjoni teknika li tippermetti lill-Membri jeżerċitaw id-dritt tagħhom li jivvutaw filwaqt li jibbenefikaw mil-liv tal-maternità jew tal-paternità, waqt mard fit-tul jew f'każijiet ta' force majeure u jiċċaraw il-limiti legali, finanzjarji u tekniċi li tali soluzzjoni tkun tinvolvi; jemmen li kwalunkwe pass meħud f'dan ir-rigward kien jippermetti li jiġi avvanzat l-istabbiliment tal-iskema ta' xogħol u votazzjoni remoti tal-Parlament stabbilita meta feġġet il-pandemija; jistenna li, peress li issa ġiet ikkonfermata l-possibbiltà teknika, il-Bureau se jieħu f'idejh il-ħidma biex jitneħħew il-limiti legali u finanzjarji li jistgħu jibqgħu; |
24. |
Ifakkar li skont ir-Rapporti Annwali tar-Reġistru ta' Trasparenza f'dawn l-aħħar snin, madwar nofs l-entrati kollha fir-Reġistru huma żbaljati; jibża' li r-Reġistru ma jistax jissodisfa l-għan tiegħu li jipprovdi aktar trasparenza dwar l-attivitajiet tar-rappreżentanti ta' interess jekk nofs l-entrati tiegħu jipprovdu informazzjoni mhux kompluta jew żbaljata; jitlob lill-Parlament jieħu miżuri biex iżid il-preċiżjoni tar-Reġistru; |
25. |
Itenni t-talba tiegħu li l-Parlament jabbozza rapport annwali dettaljat dwar ir-rappreżentanti ta' interess u organizzazzjonijiet oħra li jkunu ngħataw aċċess għall-bini tal-Parlament, u jippubblikah f'konformità mar-regolament dwar il-protezzjoni tad-data; |
26. |
Jistenna li fil-futur il-Bureau jinforma lill-Membri b'mod proattiv dwar l-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet rilevanti tal-Plenarja; |
Ġeneru
27. |
Jitlob li ssir analiżi tal-ibbaġitjar skont il-ġeneru li tirfed l-abbozz preliminari tal-estimi futuri f'konformità mal-impenn tal-Unjoni għal Ibbaġitjar Skont il-Ġeneru; jappella għal sistema speċifika ta' kontabbiltà skont il-ġeneru b'infiq għall-Membri, il-persunal u l-esperti f'forma diżaggregata skont il-ġeneru; |
28. |
Jitlob l-adozzjoni ta' kriterji ta' evalwazzjoni u monitoraġġ tal-akkwist skont il-ġeneru, ibbażati fuq il-promozzjoni tal-opportunitajiet indaqs preżenti fl-ispeċifikazzjonijiet kollha tal-offerti tal-Parlament; |
Infrastruttura diġitali
29. |
Jappoġġja l-investiment fl-infrastruttura diġitali, inkluż fiċ-ċibersigurtà; jissottolinja l-ħtieġa li l-ICT tintegra soluzzjonijiet ta' software sikuri, jiġifieri, soluzzjonijiet ta' software b'sors miftuħ biex jiġi żgurat kontroll sħiħ fuq is-software u fuq il-ġestjoni tad-data mill-Parlament kif ukoll il-libertà fl-iżvilupp tal-applikazzjonijiet u li l-akkwist ta' teknoloġija għandu speċifikament jevita d-dipendenza fuq pjattaformi teknoloġiċi kbar jew il-lock-in teknoloġiku fil-konfront ta' dawn il-pjattaformi, b'mod partikolari fir-rigward tal-fornituri ta' servizz ta' cloud; |
30. |
Jisħaq li l-Parlament jeħtieġlu jintegra l-kwistjoni ambjentali fl-aġenda diġitali; jisħaq li l-innovazzjoni diġitali trid tikkontribwixxi b'mod pożittiv għat-tranżizzjoni ekoloġika; jitlob li jinkiseb tnaqqis fl-impronta ambjentali tat-teknoloġija diġitali (IT ekoloġika), b'mod partikolari permezz tal-adattament tal-politiki interni; jistieden lill-Parlament jintegra l-ekodisinn tas-servizzi diġitali fil-ġestjoni tiegħu tal-ICT u jagħżel għażliet li jirrispettaw l-ekonomija ċirkolari u jippromwovu l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi; |
31. |
Ifakkar fir-riskji inerenti għas-sigurtà tal-informazzjoni u l-privatezza tal-użu ta' soluzzjonijiet dipendenti fuq partijiet terzi għall-kondiviżjoni ta' data sensittiva u l-impatt pożittiv ta' software b'sors miftuħ għall-awtonomija diġitali u l-benefiċċji tiegħu f'termini ta' sigurtà; jinsisti li l-utenti għandhom ikunu jistgħu jużaw software b'sors miftuħ fuq l-apparat tal-Parlament, u jenfasizza l-ħtieġa għal soluzzjonijiet deċentralizzati u b'sors miftuħ għal laqgħat virtwali u għall-messaġġi istantanji; jenfasizza l-ħtieġa li l-utenti jitħarrġu b'mod xieraq b'enfasi speċjali fuq iċ-ċibersigurtà; jisħaq fuq il-ħtieġa għal software awtomatiku ta' traskrizzjoni u traduzzjoni tal-lingwa biex tiġi appoġġjata d-diffużjoni ugwali tal-informazzjoni fil-lingwi uffiċjali kollha; |
32. |
Iħeġġeġ bil-qawwa li jittieħdu miżuri biex jiżguraw li l-Parlament jakkwista software u infrastruttura diġitali, inklużi soluzzjonijiet tal-cloud, jevita effetti ta' intrappolament tal-bejjiegħa permezz ta' rekwiżiti ta' portabbiltà u interoperabbiltà sħiħa, juża software b'sors miftuħ u jalloka l-akkwisti biex ikunu mmirati lejn l-SMEs u lin-negozji ġodda; |
33. |
Jisħaq li d-data u l-għodod tas-software ġġenerati mis-settur pubbliku u/jew data u għodod tas-software ffinanzjati pubblikament għandhom ikunu jistgħu jerġgħu jintużaw, ikunu aċċessibbli b'mod miftuħ u konformi mad-drittijiet fundamentali u, jekk ikunu maħsuba għal użu kritiku, irid ikollhom ċertifikazzjoni tas-sigurtà jew verifika tas-sigurtà; iqis li, barra minn hekk, l-IA użata mill-Parlament għandha tiġi rilaxxata bħala sors miftuħ, fl-ambitu tal-proċedura ta' akkwist pubbliku, u b'dokumentazzjoni tas-software u l-algoritmi aċċessibbli biex b'hekk ikun jista' jsir rieżami dwar kif is-sistema tal-IA tkun waslet għal konklużjoni partikolari; jenfasizza li awditu tad-drittijiet fundamentali għandu jkun parti minn valutazzjoni tal-konformità minn qabel; |
34. |
Jinnota li ddaħħlu fis-seħħ sistemi ta' votazzjoni remota biex jissalvagwardjaw il-kontinwità tal-ħidma tal-Parlament matul il-pandemija; jitlob li dawn is-sistemi ta' votazzjoni jiġu unifikati; |
35. |
Jappella għal networks bla fili aktar veloċi u aktar sikuri fit-tliet postijiet tax-xogħol; |
Ħidma maċ-ċittadini
36. |
Jissottolinja li l-Parlament huwa l-unika istituzzjoni tal-Unjoni soġġetta għal vot universali dirett; iqis li huwa importanti li ċ-ċittadini jiġu pprovduti b'fehim aħjar tal-attivitajiet tal-Parlament kif ukoll li titqajjem kuxjenza politika u jiġu promossi l-valuri tal-Unjoni; jappella għal żieda fil-mezzi diġitali għal parteċipazzjoni diretta maċ-ċittadini; |
37. |
Jappoġġja l-istabbiliment ta' Europa Experiences fl-Istati Membri kollha sal-2024; jieħu nota tal-konferma li d-dewmien ikkawżat mill-pandemija tal-COVID-19 mhux se jikkomprometti l-istadji kritiċi; jappoġġja l-amministrazzjoni fil-politika tagħha li għandha l-għan li timmassimizza s-sinerġiji; jistenna li l-impatt baġitarju fit-tul tal-Europa Experiences f'termini ta' spejjeż operattivi jiġi ppreżentat lill-Kumitat għall-Baġits qabel l-adozzjoni tal-baġit 2022; ifakkar li Europa Experiences għandha tippermetti liċ-ċittadini kollha jifhmu aħjar il-funzjonament tal-istituzzjonijiet Ewropej; |
38. |
Iqis li l-Uffiċċji ta' Kollegament tal-Parlament Ewropew (EPLOs) għandhom ikabbru n-network tagħhom u jinvolvu ruħhom aktar maċ-ċittadini; jistieden lill-Parlament jiżviluppa laqgħat u avvenimenti bħall-Avveniment Ewropew taż-Żgħażagħ (EYE) bejn il-Membri u ż-żgħażagħ fil-livell lokali permezz tal-EPLOs tiegħu; |
39. |
Jirrikonoxxi l-importanza tal-gruppi ta' viżitaturi; jinnota li l-ebda grupp ta' viżitaturi ma seta' jżur il-bini tal-Parlament matul il-pandemija tal-COVID-19; ifakkar li, f'konformità mad-deċiżjoni tal-Bureau tal-5 ta' Ottubru 2020, 40 % tal-kwota mhux użata tal-2020 ġiet riallokata għall-2022; jilqa' l-fatt li l-Parlament jinvesti sforzi konsiderevoli fis-servizzi li joffri lill-viżitaturi, speċjalment għaż-żgħażagħ li jibqgħu grupp ta' destinatarji ewlieni; jitlob li ma jkun hemm ebda żieda addizzjonali fl-allowances għall-viżitaturi għall-bqija tal-leġiżlatura lil hinn minn dak li huwa operazzjonalment fattibbli; |
40. |
Jirrikonoxxi li madwar 50 miljun persuna jappartjenu għal diversi minoranzi lingwistiċi, reġjuni u komunitajiet fl-Unjoni; ifakkar li l-Parlament iħeġġeġ l-involviment u l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini, inklużi l-minoranzi nazzjonali, reġjonali u lingwistiċi, fl-Unjoni; ifakkar li l-Parlament jappoġġja bil-qawwa l-multilingwiżmu u jippromwovi d-drittijiet tal-minoranzi nazzjonali, reġjonali u lingwistiċi; iqis li l-Parlament jista' jikkontribwixxi b'mod attiv għall-ġlieda kontra d-diżinformazzjoni billi jipprovdi informazzjoni wkoll fil-lingwi tal-minoranzi, tar-reġjuni u tal-komunitajiet lingwistiċi, fejn xieraq; jitlob lill-Bureau janalizza l-fattibbiltà u jistma l-ispiża finanzjarja tal-forniment ta' materjali ta' komunikazzjoni, pereżempju għaċ-Ċentri Europa Experience u l-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa fil-lingwi tal-minoranzi, tar-reġjuni u tal-komunitajiet lingwistiċi fi ħdan l-Istati Membri differenti; |
41. |
Jistieden lill-Bureau jfassal it-traduzzjoni ta' riżoluzzjonijiet ewlenin dwar il-politika barranija adottati skont l-Artikolu 54 (Rapporti fuq inizjattiva proprja) fil-lingwi uffiċjali mhux tal-Unjoni tan-Nazzjonijiet Uniti (jiġifieri l-Għarbi, iċ-Ċiniż u r-Russu), kif ukoll ir-riżoluzzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż adottati skont l-Artikolu 132 (riżoluzzjoni li takkumpanja d-dikjarazzjonijiet tal-Kummissjoni/VP/RGħ) u l-Artikolu 144 (riżoluzzjoni ta' urġenza) fil-lingwa uffiċjali tal-pajjiż ikkonċernat, bil-ħsieb li jissaħħu l-impatt u s-sensibilizzazzjoni tal-attivitajiet tal-Parlament fil-qasam tal-affarijiet barranin, u jistieden lill-awtorità baġitarja tiżgura li jkun hemm biżżejjed approprjazzjonijiet disponibbli għal dan l-għan. |
42. |
Jistieden lis-Segretarju Ġenerali janalizza l-fattibbiltà tal-introduzzjoni tal-interpretazzjoni bil-lingwa tas-sinjali internazzjonali għad-dibattiti plenarji kollha, f'konformità mat-talbiet adottati mill-Plenarja, u jimplimenta din id-deċiżjoni fir-rigward tal-prinċipju ta' aċċess ugwali għaċ-ċittadini kollha; |
43. |
Iqis li huwa ta' importanza kbira li kull istituzzjoni tal-Unjoni involuta fit-twaqqif u l-ġestjoni tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa li jmiss, inkluż il-Parlament, għandha tkun mgħammra b'mod adegwat bil-baġits amministrattivi biex din tkun suċċess diġà mill-komunikazzjoni tal-estimi tad-dħul u n-nefqa; |
44. |
Jitlob li tiġi introdotta l-opportunità għaċ-ċittadini u r-residenti tal-Istati Membri u tal-pajjiżi sħab biex jagħmlu żjarat virtwali ggwidati fil-Parlament sabiex jinkiseb fehim aħjar tax-xogħol u l-valuri tal-istituzzjoni fost il-pubbliku ġenerali; |
45. |
Jitlob li jkun hemm servizz ta' viżitaturi ddedikat għall-anzjani li jenfasizza l-programmi u l-politiki tal-Unjoni li jippromwovu t-tixjiħ attiv; |
Proġetti immobiljari oħra
46. |
Jistenna ppjanar u teħid ta' deċiżjonijiet aktar trasparenti u dettaljati, inkluż l-għoti ta' informazzjoni bikrija, b'kunsiderazzjoni dovuta għall-Artikolu 266 tar-Regolament Finanzjarju rigward il-politika immobiljari tal-Parlament; jappella għal dibattitu dwar il-funzjonament tal-Parlament u rieżami tal-ħtiġijiet tal-ispazju tal-Parlament fid-dawl tal-effetti tal-pandemija u taż-żieda mistennija fit-telexogħol u, jekk ikun xieraq, għall-adattament tal-istrateġija immobiljari tiegħu fit-tul; jisħaq li ppjanar bir-reqqa għandu jippermetti ffrankar sostanzjali; |
47. |
Jitlob lill-Bureau jħabbar id-deċiżjoni tiegħu dwar il-bini Paul-Henri Spaak, inkluża analiżi dettaljata tal-ispejjeż u tad-dokumenti ġustifikattivi; jieħu nota tan-nuqqas ta' disponibbiltà tal-bini Spaak matul ix-xogħlijiet ta' rinnovazzjoni u jitlob li jiġi ottimizzat l-ispazju diġà disponibbli f'konformità mal-ħtiġijiet tal-Parlament; ifakkar, f'dan il-kuntest, fl-impenn tal-Parlament li jwettaq l-adattament u r-rinnovament neċessarji tal-bini tiegħu sabiex jinħoloq ambjent aċċessibbli għall-utenti kollha f'konformità mal-istandards tal-Unjoni; jirrakkomanda li d-diversità u l-kriterji ta' inklużjoni jiġu kkunsidrati kif xieraq fl-ippjanar u fir-ristrutturar tal-bini tal-Parlament; |
48. |
Jilqa' d-deċiżjoni tal-Bureau li jadotta passaporti tal-bini għall-ġestjoni taċ-ċiklu tal-ħajja tal-portafoll tal-bini tal-Parlament; jistenna li l-użu tal-għodda l-ġdida jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni effettiva tal-perkors biex jinkiseb bini newtrali għall-klima jew passiv kemm jista' jkun malajr u sa mhux aktar tard mill-2050; jistenna wkoll li l-passaport ikun jinkludi t-titjib tal-kwalità tal-arja ta' ġewwa u l-bini b'saħħtu; |
49. |
Jinnota li l-baġit propost mis-Segretarju Ġenerali għall-2022 jipprevedi EUR 4,358 miljun għall-kostruzzjoni fid-daħla tal-bini WEISS u jinnota wkoll li EUR 8 miljun kienu diġà previsti fil-baġit tal-2021 għal tali kostruzzjoni; jitlob informazzjoni aġġornata dwar l-ispejjeż ġenerali ta' dan il-proġett; |
Kwistjonijiet oħrajn
50. |
Itenni t-talba tiegħu lill-Bureau biex jistabbilixxi flessibbiltà sħiħa tal-preżenza tal-Membri matul il-Ġimgħat Ekoloġiċi biex jiġu ffaċilitati l-arranġamenti ta' ħidma tagħhom; |
51. |
Ifakkar fl-Artikolu 27(1) u (2) tal-Istatut għall-Membri tal-Parlament Ewropew (22) li jiddikjara li “[I]l-fond għall-pensjoni volontarja mwaqqaf mill-Parlament Ewropew għandu jinżamm wara d-dħul fis-seħħ ta' dan l-Istatut għall-Membri jew ex Membri li diġà kisbu drittijiet jew jeddijiet futuri f'dak il-fond” u li “[D]rittijiet miksuba u drittijiet futuri għandhom jinżammu fl-intier tagħhom”; jistieden lis-Segretarju Ġenerali u lill-Bureau jirrispettaw bis-sħiħ l-Istatut għall-Membri u jistabbilixxu pjan ċar għall-Parlament li jassumi u jieħu f'idejh l-obbligi u r-responsabbiltajiet għall-iskema tal-pensjoni volontarja tal-Membri tiegħu flimkien mal-Fond tal-Pensjoni; |
52. |
Jinnota li l-fornituri tas-servizzi ntlaqtu ħażin mill-pandemija; jilqa' l-isforzi tal-Parlament, bħall-forniment ta' ikliet ta' solidarjetà, biex jgħinu jitnaqqas l-impatt fuq is-sottokuntratturi u l-impjegati tagħhom; jenfasizza l-fatt li s-sottokuntrattar tas-servizzi tat-tindif u tal-forniment tal-ikel ipoġġi lin-nies, prinċipalment lin-nisa, f'pożizzjoni estremament vulnerabbli; jinsab imħasseb ħafna dwar l-għadd enormi ta' sensji lil impjegati fil-kumpanija tal-forniment tal-ikel, il-Grupp COMPASS; jistieden lill-awtoritajiet rilevanti tal-Parlament biex, f'kollaborazzjoni mas-sottokuntratturi, jinvestigaw is-soluzzjonijiet alternattivi possibbli kollha biex jissalvagwardjaw l-impjiegi fi ħdan il-qafas tad-djalogu soċjali u jakkwistaw servizzi addizzjonali ġustifikabbli fir-rigward tal-użu tal-baġit tal-Parlament; jistieden lill-Parlament jieħu l-prekawzjonijiet kollha meħtieġa biex jiżgura li l-ogħla standards tal-liġi tax-xogħol għall-persunal tat-tindif, li huwa magħmul prinċipalment min-nisa, u għall-persunal tal-forniment tal-ikel qed jiġu rispettati minn kuntratturi esterni, b'mod partikolari fir-rigward tal-pressjoni psikoloġika u l-kundizzjonijiet tax-xogħol; jistieden lill-Bureau jikkunsidra mill-ġdid il-politika ta' esternalizzazzjoni tal-Parlament; |
53. |
Jappella lis-Segretarju Ġenerali u lill-Bureau biex inisslu kultura ta' bbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni fl-amministrazzjoni kollha tal-Parlament u approċċ ta' ġestjoni razzjonalizzata sabiex jiżdiedu l-effiċjenza u s-sostenibbiltà ambjentali, u jitnaqqsu d-dokumentazzjoni u l-burokrazija fil-qafas tal-ħidma interna tal-istituzzjoni; jisħaq fuq il-fatt li l-esperjenza ta' ġestjoni razzjonalizzata hija t-titjib kontinwu tal-proċedura tal-ħidma bis-saħħa tas-semplifikazzjoni u l-esperjenza tal-persunal amministrattiv; |
54. |
Jenfasizza l-ħtieġa li tiġi riveduta l-politika tar-riżorsi umani tal-Parlament sabiex l-istituzzjoni tkun tista' tagħmel użu mill-għarfien espert miksub mill-persunal kollu tal-Parlament; jemmen li huwa għalhekk meħtieġ li jinbidlu r-regoli biex il-kategoriji kollha tal-persunal, inklużi l-Assistenti Parlamentari Akkreditati, ikunu jistgħu jipparteċipaw f'kompetizzjonijiet interni u jistabbilixxu skemi ta' żvilupp tar-riżorsi umani li jippermettu lill-Parlament iżomm l-għarfien espert ta' dawn il-kategoriji għas-servizz tal-Istituzzjoni; |
55. |
Jistieden lis-Segretarju Ġenerali jivvaluta r-riskji relatati mal-impjieg ta' għadd dejjem jikber ta' aġenti kuntrattwali, inkluż il-periklu li tinħoloq struttura tal-persunal b'żewġ livelli fi ħdan il-Parlament; jinsisti li l-kompiti u l-karigi permanenti ewlenin għandhom jitwettqu minn persunal permanenti; |
56. |
Jappella għal aktar flessibbiltà u inqas burokrazija fil-ġestjoni u l-kuntratti tal-uffiċċji tal-Membri tal-PE filwaqt li jitqiesu l-iżbalji ripetuti tal-pjattaformi online u d-diffikultà biex joperaw mill-bogħod matul il-pandemija tal-COVID-19; jitlob lis-Segretarjat u lis-servizzi finanzjarji tal-Parlament biex jistabbilixxu sett speċjali ta' regoli flessibbli; |
57. |
Jinnota li kull semestru l-Parlament jilqa' madwar 250 trainee fi Brussell; iqis li t-trainees kollha tal-Parlament għandhom jiġu offruti l-istess tnaqqis għat-trasport bħall-membri l-oħra tal-persunal; iqis li dawn il-miżuri ma jżidux piż sinifikanti fuq il-baġit tal-Parlament u jirriżultaw fi tnaqqis sinifikanti tal-ispejjeż għat-trainees fi Brussell; |
58. |
Ifakkar li jeħtieġ li jiġu ddedikati riżorsi adegwati għall-finanzjament ta' attivitajiet kulturali u artistiċi fil-bini tal-Parlament u barra minnu, sabiex jiġi enfasizzat l-appoġġ tiegħu għas-settur kulturali u kreattiv; |
59. |
Ifakkar fl-impenn politiku tal-Parlament fir-rigward tal-uffiċċji ta' kollegament esterni tiegħu u jħeġġeġ lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna jiżgura l-kundizzjonijiet meħtieġa, bħall-ġestjoni konġunta tal-bini fejn ikun meħtieġ, u jiżgura l-akkreditazzjoni tal-istatus diplomatiku tal-persunal tal-Parlament lill-awtoritajiet tal-Istati ospitanti; |
60. |
Jappella għal rapporti annwali f'waqthom u trasparenti tal-Awtorità għall-Partiti Politiċi u l-Fondazzjonijiet; |
61. |
Iqis li l-pandemija tal-COVID-19 għandha impatti negattivi fuq il-vivaċità tal-Parlament; jissottolinja l-importanza li jiġi żgurat Parlament dinamiku u animat ladarba tintemm il-kriżi tal-COVID-19; jitlob għalhekk lill-Bureau jwettaq analiżi maħsuba biex jinstabu prattiki ġodda li jistgħu jagħmlu lill-Parlament aktar vivaċi, segwiti minn rakkomandazzjonijiet li jistgħu jiġu implimentati permezz ta' reviżjoni tar-Regoli ta' Proċedura, jekk ikun meħtieġ; |
o
o o
62. |
Jadotta l-estimi għas-sena finanzjarja 2022; |
63. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni u l-estimi lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
(1) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(2) ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 11.
(4) Testi adottati, P9_TA(2020)0357, Anness II.
(5) ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 28.
(6) ĠU L 287, 29.10.2013, p. 15.
(7) Testi adottati, P9_TA(2020)0123.
(8) Testi adottati, P9_TA(2020)0302.
(9) Testi adottati, P9_TA(2020)0385.
(10) ĠU C 346, 27.9.2018, p. 19..
(11) Testi adottati, P8_TA(2018)0331.
(12) Testi adottati, P8_TA(2019)0010.
(13) https://www.europarl.europa.eu/RegData/etudes/STUD/2020/652735/IPOL_STU(2020)652735_EN.pdf
(14) ĠU C 364, 15.10.2014, p. 3.
(15) Testi adottati, P9_TA(2020)0227.
(16) Id-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 2010 dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija (ĠU L 153, 18.6.2010, p. 13).
(17) Id-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-effiċjenza fl-enerġija, li temenda d-Direttivi 2009/125/KE u 2010/30/UE u li tħassar id-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE (ĠU L 315, 14.11.2012, p. 1).
(18) Testi adottati, P7_TA(2012)0306.
(19) ĠU C 444 I, 22.12.2020, p. 5.
(20) Testi adottati mill-Bureau, PE 113.116/BUR./rev. XXVI/ 01-04-2009.
(21) Id-Direttiva (UE) 2019/1937 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2019 dwar il-protezzjoni ta' persuni li jirrapportaw dwar ksur tal-liġi tal-Unjoni (ĠU L 305, 26.11.2019, p. 17).
(22) Id-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' Settembru 2005 li tadotta l-Istatut għall-Membri tal-Parlament Ewropew (2005/684/KE, Euratom) (ĠU L 262, 7.10.2005, p. 1).