ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 504

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 64
14 ta' Diċembru 2021


Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

RIŻOLUZZJONIJIET

 

il–Kunsill

2021/C 504/01

Riżoluzzjoni tal-Kunsill u tar-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri mlaqqgħin fil-Kunsill dwar l-eżiti tat-tmien Ċiklu tad-Djalogu tal-UE maż-Żgħażagħ

1

2021/C 504/02

Riżoluzzjoni tal-Kunsill dwar aġenda Ewropea ġdida għat-tagħlim tal-adulti 2021-2030

9

 

RAKKOMANDAZZJONIJIET

 

il–Kunsill

2021/C 504/03

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tad-29 ta’ Novembru 2021 dwar approċċi ta’ tagħlim imħallat għal edukazzjoni primarja u sekondarja ta’ kwalità għolja u inklużiva

21


 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2021/C 504/04

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10463 — SOCIÉTÉ GÉNÉRALE / HYUNDAI MOTOR COMPANY / JV) ( 1 )

30

2021/C 504/05

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10489 — BAXTER / HILL-ROM) ( 1 )

31

2021/C 504/06

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10439 — DP WORLD / SYNCREON) ( 1 )

32

2021/C 504/07

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10532 — GIP / IFM / SYDNEY AIRPORT) ( 1 )

33

2021/C 504/08

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10382 — CDPE / MACQUARIE / BLACKSTONE / ASPI) ( 1 )

34


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

il–Kunsill

2021/C 504/09

Avviż għall-attenzjoni ta’ ċerti persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

35

2021/C 504/10

Avviż għall-attenzjoni tal-persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/2196, u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru°269/2014 kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/2193 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

36

2021/C 504/11

Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

37

2021/C 504/12

Avviż għall-attenzjoni tal-persuni u l-entità soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1999, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/2197 u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/1998, kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/2195 dwar miżuri restrittivi kontra ksur u abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem

39

2021/C 504/13

Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 2020/1998 dwar miżuri restrittivi kontra ksur u abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem

40

2021/C 504/14

Avviż għall-attenzjoni tal-persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/2199, u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 36/2012, kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/2194, dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja

41

2021/C 504/15

Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja

42

2021/C 504/16

Avviż għall-attenzjoni tal-persuna soġġetta għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1333, kif implimentata bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/2198, u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/44, kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/2192, dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

43

2021/C 504/17

Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1333 u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/44 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

44

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2021/C 504/18

Rata tal-kambju tal-euro — It-13 ta’ Diċembru 2021

45

 

Il-Qorti tal-Awdituri

2021/C 504/19

Rapport dwar kwalunkwe obbligazzjoni kontinġenti li tinħoloq b’riżultat tat-twettiq mill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, il-Kunsill jew il-Kummissjoni tal-kompiti tagħhom skont ir-Regolament (UE) Nru 806/2014 għas-sena finanzjarja 2020

46

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2021/C 504/20

Avviż tal-Kummissjoni dwar ir-rati ta’ interess ta’ rkupru tal-għajnuna mill-Istat u r-rati ta’ referenza / ta’ skont applikabbli mill-1 ta’ Jannar 2022 (Ippubblikat f’konformità mal-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE ) Nru 794 /2004)

47


 

V   Avviżi

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2021/C 504/21

Pubblikazzjoni tad-Dokument Uniku msemmi fl-Artikolu 94(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u tar-referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid

48

2021/C 504/22

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ isem skont l-Artikolu 50(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

57


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

RIŻOLUZZJONIJIET

il–Kunsill

14.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 504/1


Riżoluzzjoni tal-Kunsill u tar-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri mlaqqgħin fil-Kunsill dwar l-eżiti tat-tmien Ċiklu tad-Djalogu tal-UE maż-Żgħażagħ

(2021/C 504/01)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA U R-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI MLAQQGĦIN FIL-KUNSILL,

FILWAQT LI JFAKKRU LI:

1.

Din ir-riżoluzzjoni tibni fuq ir-Riżoluzzjoni dwar l-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea għaż-Żgħażagħ 2019-2027 (1), ir-Riżoluzzjoni li tistabbilixxi linji gwida dwar il-governanza tad-Djalogu tal-UE maż-Żgħażagħ (2), il-Konklużjonijiet dwar it-trawwim tal-kuxjenza demokratika u l-involviment demokratiku fost iż-żgħażagħ fl-Ewropa (3), il-Konklużjonijiet dwar tisħiħ tal-governanza f’diversi livelli fil-promozzjoni tal-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fil-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet (4), u l-eżiti taċ-ċikli preċedenti tad-Djalogu tal-UE maż-Żgħażagħ.

2.

Ir-Riżoluzzjoni dwar l-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea għaż-Żgħażagħ 2019-2027 tistabbilixxi objettivi ġenerali, prinċipji gwida u bażi għal aktar kooperazzjoni fil-qasam taż-żgħażagħ fil-livell tal-UE. Ir-riżoluzzjoni tappella għal involviment akbar taż-żgħażagħ fid-djalogu ma’ dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet, u għall-involviment taż-żgħażagħ minn diversi sfondi u gruppi soċjali.

3.

Id-djalogu tal-UE maż-Żgħażagħ (EUYD) huwa mekkaniżmu ta’ parteċipazzjoni għaż-żgħażagħ fl-UE. Dan iservi ta’ forum għal riflessjoni konġunta kontinwa u għal konsultazzjoni dwar il-prijoritajiet, l-implimentazzjoni u s-segwitu tal-kooperazzjoni fil-livell tal-UE fil-qasam taż-żgħażagħ (5) bejn dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet, iż-żgħażagħ u l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, u li jippermetti sħubija kontinwa fil-governanza ta’ dawn il-proċessi fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali u Ewropew.

4.

L-Istati Membri huma mħeġġa jiffaċilitaw il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fil-fażijiet kollha tal-implimentazzjoni tad-Djalogu tal-UE maż-Żgħażagħ billi jinvolvu s-settur taż-żgħażagħ u billi jagħtu, fejn xieraq, rwol ewlieni lill-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ (NYC) (6) rispettiv fil-Grupp ta’ Ħidma Nazzjonali (NWG) u fil-Grupp ta’ Tmexxija Ewropew (ESG).

5.

L-eżiti tat-Tmien Ċiklu tal-EUYD huma bbażati fuq it-tliet Konferenzi tal-UE dwar iż-Żgħażagħ minn dan iċ-ċiklu, fuq feedback minn konsultazzjonijiet u avvenimenti kwalitattivi nazzjonali u Ewropej mill-fażi tad-djalogu, fuq ir-riżultati kwantitattivi tal-Istħarriġ Ċentrali tal-EUYD, u fuq ir-riżultati mill-fażi tal-impatt fil-livell nazzjonali u Ewropew, u jikkontribwixxu għall-integrazzjoni tal-implimentazzjoni f’diversi livelli u transsettorjali tal-Għan dwar iż-Żgħażagħ #9 “Spazju u Parteċipazzjoni għal Kulħadd”. Iċ-ċiklu ġie kkoordinat fil-livell Ewropew mill-Grupp ta’ Tmexxija Ewropew.

6.

L-għan ta’ dan id-dokument huwa li jiżgura li l-eżiti tat-Tmien Ċiklu tal-EUYD jiġu rikonoxxuti u jingħataw segwitu mill-partijiet ikkonċernati rilevanti fil-qasam tal-politiki nazzjonali u Ewropej dwar iż-żgħażagħ, u li jiżgura l-kwalità u l-kontinwità fl-implimentazzjoni tal-proċess tal-EUYD u l-eżiti tiegħu.

FILWAQT LI JIRRIKONOXXU LI:

7.

It-Tmien Ċiklu tad-Djalogu tal-UE maż-Żgħażagħ matul il-Presidenzi Ġermaniża-Portugiża-Slovena matul il-perijodu mill-1 ta’ Lulju 2020 sal-31 ta’ Diċembru 2021 taħt it-titolu komuni “Ewropa għaż-Żgħażagħ - Żgħażagħ għall-Ewropa: Spazju għad-Demokrazija u l-Parteċipazzjoni” jibni fuq l-Għanijiet Ewropej dwar iż-Żgħażagħ, jiġifieri l-Għan għaż-Żgħażagħ #9 “Spazju u Parteċipazzjoni għal Kulħadd” tal-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea għaż-Żgħażagħ 2019-2027.

8.

Filwaqt li r-Riżoluzzjoni dwar l-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea għaż-Żgħażagħ 2019-2027 tappella għal involviment akbar taż-żgħażagħ fil-proċess ta’ Djalogu tal-UE maż-Żgħażagħ, hija teħtieġ kapaċità suffiċjenti, b’mod partikolari riżorsi finanzjarji u umani, biex tilħaq maż-żgħażagħ kollha fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali u Ewropew u tikkomunika magħhom.

9.

Il-kontribut tal-Gruppi ta’ Ħidma Nazzjonali huwa importanti fit-tmexxija tal-proċessi tad-Djalogu tal-UE maż-Żgħażagħ fil-livell nazzjonali, inkluż fil-livell reġjonali u lokali, b’mod partikolari biex jintlaħqu gruppi differenti ta’ żgħażagħ u biex il-partijiet ikkonċernati nazzjonali, reġjonali u lokali differenti jiġu konnessi mal-proċess.

10.

Il-kontribut tal-Organizzazzjonijiet Internazzjonali taż-Żgħażagħ Mhux Governattivi (INGYOs) huwa importanti biex iwassal firxa ta’ perspettivi minn madwar l-Ewropa għad-djalogu ta’ politika u biex jiġi żgurat kontribut ta’ kwalità dwar id-dimensjoni tranżnazzjonali tal-proċess ta’ Djalogu tal-UE maż-Żgħażagħ.

11.

Karatteristika partikolari tat-Tmien Ċiklu kienet l-enfasi fuq il-kwalità tal-parteċipazzjoni u l-użu predominanti tal-għodod diġitali fil-kuntest tal-kriżi tas-saħħa. It-Tmien Ċiklu tal-proċess tal-EUYD seħħ matul il-pandemija tal-COVID-19 meta l-biċċa l-kbira tal-pajjiżi tal-UE kellhom fis-seħħ miżuri ta’ tbegħid soċjali, li llimitaw il-kapaċità li jsiru laqgħat fiżiċi. Minħabba l-pandemija, it-tliet Konferenzi tal-UE dwar iż-Żgħażagħ ġew organizzati f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Kunsilli Nazzjonali taż-Żgħażagħ rispettivi f’format virtwali.

12.

Il-Presidenza Ġermaniża ffukat fuq is-sensibilizzazzjoni demokratika u l-impenn demokratiku fost iż-żgħażagħ fl-Ewropa taħt is-slogan “Żgħażagħ u Demokrazija”. Bħala bażi għal konsultazzjonijiet u avvenimenti fil-livell nazzjonali u Ewropew, ġie propost sett ta’ mistoqsijiet kwalitattivi lill-Gruppi ta’ Ħidma Nazzjonali (NWG) fl-Istati Membri u lill-Organizzazzjonijiet Internazzjonali Mhux Governattivi taż-Żgħażagħ (INGYOs), b’enfasi fuq is-seba’ miri tal-Għan dwar iż-Żgħażagħ #9 “Spazju u Parteċipazzjoni għal Kulħadd”.

13.

Il-Presidenza Portugiża ffukat fuq it-tisħiħ tal-governanza f’diversi livelli permezz tal-promozzjoni tal-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fil-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet u għamlet enfasi partikolari fuq il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ permezz tal-innovazzjoni diġitali. Ingħatat attenzjoni wkoll lill-approċċi bbażati fuq id-drittijiet taż-żgħażagħ għall-politiki dwar iż-żgħażagħ, u dan kien is-suġġett tad-dibattitu ta’ orjentazzjoni li sar fil-laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri għaż-Żgħażagħ fis-17 ta’ Mejju 2021. Peress li l-Presidenza Portugiża ħabtet mat-tranżizzjoni mill-fażi tad-djalogu għall-fażi ta’ implimentazzjoni, ġie żviluppat sett ta’ għodod b’azzjonijiet konkreti biex jiġi implimentat l-Għan dwar iż-Żgħażagħ #9, b’kont meħud tar-rapporti dwar il-konsultazzjonijiet u l-avvenimenti kwalitattivi, u d-diskussjonijiet li saru mid-delegati Portugiżi tal-Konferenza tal-UE dwar iż-Żgħażagħ. Barra minn hekk, saret is-Solve the Gap Hackathon ta’ 28 siegħa u dan wassal għall-ħolqien ta’ għodda online biex tippromwovi l-involviment taż-żgħażagħ fil-proċessi demokratiċi. L-għodda ser tidher fil-Portal Ewropew taż-Żgħażagħ.

14.

Il-Presidenza Slovena esplorat l-importanza ta’ spazji ċiviċi għall-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ u modi biex tissalvagwardjahom. Tat ħarsa wkoll lejn ir-riżultati kwantitattivi tal-Istħarriġ Ċentrali tal-EUYD u r-riżultati mis-sett ta’ mistoqsijiet gwida introdotti taħt il-Presidenza Portugiża, billi użathom biex tesplora prattiki tajbin għall-implimentazzjoni tal-Għan dwar iż-Żgħażagħ #9 u l-miri tiegħu, u tbiddel dawn il-prattiki f’Azzjonijiet għaż-Żgħażagħ. Ġew identifikati l-ostakli għall-implimentazzjoni tagħhom u t-triq ’il quddiem.

IQISU LI:

15.

Kull ċiklu tal-EUYD jibni fuq ċikli preċedenti, fuq il-Konferenzi tal-UE dwar iż-Żgħażagħ u fuq il-ħidma tal-presidenzi tal-Kunsill tal-UE fil-qasam taż-żgħażagħ. Huwa jenfasizza r-rwol u l-importanza tal-għaqda tat-triju ta’ Presidenzi fl-ilħuq tal-objettivi ta’ kull ċiklu tal-EUYD u fil-kontribut biex jintlaħqu l-miri stabbiliti fl-Għanijiet dwar iż-Żgħażagħ, billi jintrabtu ċikli suċċessivi.

16.

Il-Gruppi ta’ Ħidma Nazzjonali użaw varjetà ta’ metodi, bħal metodi viżivi parteċipattivi u metodi ta’ riċerka ta’ azzjoni parteċipattiva, avvenimenti madwar mejda u avvenimenti ta’ djalogu online maż-żgħażagħ. L-INGYOs iffaċilitaw avvenimenti madwar mejda li involvew lil dawk li jfasslu l-politika u ż-żgħażagħ fil-livell Ewropew.

17.

Il-Grupp ta’ Tmexxija Ewropew ippropona l-Istħarriġ Ċentrali tal-EUYD bħala mod kif jiġu esplorati segmenti oħra tal-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ sabiex tiġi inkluża firxa wiesgħa kemm jista’ jkun ta’ vuċijiet u bħala mod kif il-Gruppi ta’ Ħidma Nazzjonali u l-INGYOs jiġu mħeġġa jiffukaw aktar fuq formati kwalitattivi u aktar sinifikanti għall-parteċipazzjoni fil-proċess ta’ djalogu, u b’hekk jingħata valur miżjud lill-konsultazzjonijiet fil-livell tal-UE.

18.

Il-kooperazzjoni u l-kokreazzjoni sinifikanti bejn it-tliet presidenzi tal-UE involuti u l-Kunsilli Nazzjonali taż-Żgħażagħ rispettivi tagħhom, il-Forum Ewropew taż-Żgħażagħ u l-Kummissjoni Ewropea kienu fost il-prinċipji ewlenin li ggwidaw l-implimentazzjoni tat-Tmien Ċiklu tal-EUYD.

19.

Li ż-żgħażagħ u l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ jitqiegħdu fil-qalba tat-tfassil, l-ippjanar, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u s-segwitu taċ-ċiklu u l-attivitajiet kollha tiegħu, pereżempju billi jiġi żgurat li l-Kunsilli Nazzjonali taż-Żgħażagħ tal-presidenza jkollhom id-dritt li jikkopresiedu l-Grupp ta’ Tmexxija Ewropew, kien aspett ewlieni fis-suċċess tat-Tmien Ċiklu tal-EUYD.

20.

Ir-rikonoxximent ulterjuri tal-involviment u l-kontribut tal-INGYOs fil-proċess tal-EUYD huwa importanti biex jiġi żgurat li d-djalogu jkollu dimensjoni Ewropea b’saħħitha; għandhom jiġu żgurati finanzjament u appoġġ politiku sostenibbli, strutturali u suffiċjenti fil-livelli Ewropej u nazzjonali sabiex kemm il-Gruppi ta’ Ħidma Nazzjonali kif ukoll l-INGYOs ikunu jistgħu jwettqu l-attivitajiet tagħhom fil-qafas tal-proċess uffiċjali tal-EUYD.

21.

Il-Konferenzi tal-UE dwar iż-Żgħażagħ huma parti sinifikanti mill-proċess ta’ djalogu taż-żgħażagħ, joħolqu spazji sikuri fejn il-parteċipanti jkollhom l-għarfien u l-opportunitajiet meħtieġa biex jikkontribwixxu, u għandhom ilaqqgħu flimkien lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet biex jieħdu sehem fid-djalogu b’mod sinifikanti, jaqsmu il-fehmiet maż-żgħażagħ fuq bażi ugwali, joħolqu flimkien magħhom l-eżiti tal-Konferenzi, u jintegraw l-eżiti, fejn possibbli, fit-teħid ta’ deċiżjonijiet politiċi tagħhom sabiex jiġi żgurat proċess sinifikanti ta’ parteċipazzjoni taż-żgħażagħ.

22.

L-organizzazzjoni tal-avvenimenti kollha relatati mad-Djalogu tal-UE maż-Żgħażagħ bl-aktar mod sostenibbli possibbli, u filwaqt li jitqiesu d-dimensjonijiet ambjentali, soċjali u ekonomiċi tas-sostenibbiltà, hija element importanti biex il-proċess isir aktar sinifikanti għaż-żgħażagħ u għal dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet.

23.

L-enfasi fuq l-implimentazzjoni tal-Għan dwar iż-Żgħażagħ #9 sabiex il-miri tiegħu jinbidlu f’Azzjonijiet għaż-Żgħażagħ ġab dimensjoni ġdida importanti fil-proċess tad-Djalogu tal-UE maż-Żgħażagħ billi ġab il-bidliet li huma meħtieġa biex titjieb il-ħajja taż-żgħażagħ fl-Ewropa, u jista’ jiġi adottat minn ċikli futuri tal-EUYD bħala prattika tajba u ta’ ispirazzjoni.

JAGĦRFU LI:

24.

Iż-żgħażagħ huma l-preżent u l-futur ta’ Ewropa sostenibbli, soċjali, newtrali għall-klima, prospera u demokratika li tkun adattata għall-era diġitali. Il-parteċipazzjoni tagħhom hija vitali fit-tfassil tal-preżent u l-futur tal-Ewropa, filwaqt li jiġi żgurat li ċ-ċittadini kollha tagħha jgawdu minn sodisfazzjon u benesseri personali, u jingħataw is-setgħa li jinvolvu ruħhom f’ċittadinanza attiva u responsabbli.

25.

Il-pandemija tal-COVID-19 u l-miżuri eċċezzjonali li ttieħdu biex tiġi miġġielda l-pandemija kellhom impatt serju fuq il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ u fuq l-ispazji ċiviċi għaż-żgħażagħ, li ċkienu dejjem aktar u jistgħu jiġu salvagwardjati b’mod proattiv. Il-pandemija tal-COVID-19 enfasizzat ukoll l-importanza li jiġu esplorati u żviluppati aktar forom ġodda ta’ parteċipazzjoni u involviment ċiviku, speċjalment fil-kuntest tal-parteċipazzjoni diġitali taż-żgħażagħ, filwaqt li fl-istess ħin jiġu rikonoxxuti u indirizzati d-distakki diġitali eżistenti u l-limiti tal-parteċipazzjoni diġitali (7).

JILQGĦU:

26.

Il-parteċipazzjoni attiva taż-żgħażagħ fil-konsultazzjonijiet kwalitattivi nazzjonali u Ewropej implimentati mill-Gruppi ta’ Ħidma Nazzjonali u l-Organizzazzjonijiet Internazzjonali Mhux Governattivi taż-Żgħażagħ, u l-involviment attiv tagħhom fl-Istħarriġ Ċentrali tal-EUYD imniedi mill-Grupp ta’ Tmexxija Ewropew, kif ukoll l-involviment attiv tagħhom fil-fażi ta’ implimentazzjoni. Il-konsultazzjonijiet u l-fażi ta’ implimentazzjoni involvew użu varjat u innovattiv ta’ stħarriġiet fuq skala iżgħar, gruppi fokus, avvenimenti kbar ta’ djalogu maż-żgħażagħ, workshops, riċerka ta’ azzjoni parteċipattiva, metodi viżwali parteċipattivi, diskussjonijiet madwar mejda tonda u avvenimenti ta’ djalogu diġitali maż-żgħażagħ.

27.

L-attivitajiet u l-miżuri proposti u li qed jitwettqu minn NWGs u INGYOs f’ċirkostanzi li saru diffiċli minħabba l-pandemija, bħala parti mill-proċess biex l-Għan dwar iż-Żgħażagħ #9 jinbidel f’Azzjonijiet għaż-Żgħażagħ.

28.

Il-kooperazzjoni b’suċċess u s-sħubija ugwali fil-Grupp ta’ Tmexxija Ewropew matul iċ-ċiklu kollu, li jibnu fuq ir-rakkomandazzjonijiet taċ-ċikli preċedenti tal-EUYD għall-implimentazzjoni f’diversi livelli u transsettorjali tal-EUYD.

JISTIEDEN LILL-ISTATI MEMBRI U LILL-KUMMISSJONI, F’KONFORMITÀ MAL-PRINĊIPJU TAS-SUSSIDJARJETÀ U FI ĦDAN L-ISFERI TA’ KOMPETENZA RISPETTIVI TAGĦHOM, BIEX:

29.

Jikkunsidraw l-eżiti tat-Tmien Ċiklu ta’ Djalogu tal-UE maż-Żgħażagħ, inkluż ir-rakkomandazzjonijiet taż-żgħażagħ mehmuża fl-Anness I, meta jfasslu u jimplimentaw il-politiki futuri dwar iż-żgħażagħ, f’sinerġija mal-politiki kollha li jaffettwaw liż-żgħażagħ, u jesploraw modi ulterjuri għall-implimentazzjoni tal-Għanijiet Ewropej dwar iż-Żgħażagħ u l-miri li jinsabu fihom.

30.

Isaħħu u jtejbu l-proċess ta’ Djalogu tal-UE maż-Żgħażagħ billi jikkunsidraw u, fejn possibbli, japplikaw l-aħjar prattiki mit-Tmien Ċiklu ta’ Djalogu tal-UE maż-Żgħażagħ u l-prinċipji li ggwidaw l-implimentazzjoni b’suċċess tiegħu, b’mod partikolari billi jpoġġu liż-żgħażagħ u lill-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ fil-qalba tal-proċess u jiżguraw li d-Djalogu tal-UE maż-Żgħażagħ ikun proċess immexxi miż-żgħażagħ fejn iż-żgħażagħ u dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet ikollhom djalogu kostruttiv li jfittex soluzzjonijiet b’impatt reali. Il-Kunsilli Nazzjonali taż-Żgħażagħ, fejn applikabbli, għandhom għalhekk ikomplu jkunu l-partijiet ikkonċernati ewlenin fil-Gruppi ta’ Ħidma Nazzjonali u jingħataw l-appoġġ politiku u finanzjarju meħtieġ biex iwettqu dan ir-rwol.

31.

Jirrikonoxxu u jipprijoritizzaw ir-rwol tal-Gruppi ta’ Ħidma Nazzjonali (NWGs), l-impenn indispensabbli tagħhom għall-proċess, u l-importanza tagħhom fir-rigward tal-firxa u d-diversità tal-perspettivi.

32.

Jipprijoritizzaw u jagħtu viżibbiltà lill-EUYD f’avvenimenti nazzjonali u fil-livell tal-UE u jippromwovu l-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fil-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet f’kull livell, u jappoġġaw u jsaħħu l-kooperazzjoni bejn il-partijiet ikkonċernati differenti, jiġifieri l-Grupp ta’ Tmexxija Ewropew, il-Gruppi ta’ Ħidma Nazzjonali, il-Forum Ewropew taż-Żgħażagħ, il-Kunsilli Nazzjonali taż-Żgħażagħ, l-Organizzazzjonijiet Internazzjonali mhux Governattivi taż-Żgħażagħ, u partijiet ikkonċernati rilevanti oħra.

33.

Jipprovdu l-appoġġ neċessarju, inkluż ir-riżorsi finanzjarji adegwati, u l-għodod ta’ parteċipazzjoni adatti għaż-żgħażagħ meħtieġa biex ikun hemm djalogu maż-żgħażagħ u biex jintlaħqu aktar żgħażagħ minn firxa wiesgħa ta’ sfondi u gruppi soċjali f’kull livell, bil-għan li jinkisbu l-għanijiet ambizzjużi stabbiliti għall-proċess ta’ Djalogu tal-UE maż-Żgħażagħ fl-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea għaż-Żgħażagħ 2019-2027.

34.

Jiżguraw approċċ aktar sostenibbli u strateġiku għall-komunikazzjoni u l-outreach tal-EUYD, fejn tiġi implimentata strateġija ta’ komunikazzjoni interna u esterna globali fil-livell Ewropew, u jipprovdu lill-Gruppi ta’ Ħidma Nazzjonali b’appoġġ addizzjonali, fejn rilevanti, biex itejbu l-komunikazzjoni tagħhom dwar l-EUYD, maħluqa b’mod konġunt minn organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ, f’konformità mal-istrateġija ta’ komunikazzjoni Ewropea, maħluqa taħt it-tmexxija konġunta tal-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ, inkluż logo komuni tal-EUYD, li jagħti tikketta lill-azzjonijiet kollha tal-EUYD, fil-livell Ewropew, nazzjonali, reġjonali u lokali.

35.

Il-Kummissjoni Ewropea u l-Istati Membri għandhom jiżguraw it-tisħiħ ta’ memorja istituzzjonali fit-tul u l-kontinwità tal-ħidma bejn iċ-ċikli tal-EUYD. Għandhom jiġu organizzati skambji regolari u koordinazzjoni ggwidata miż-żgħażagħ u appoġġati b’mod adegwat bejn it-triju tal-Presidenzi, l-aħħar presidenza mit-triju preċedenti, l-ewwel presidenza mit-triju li jmiss, il-Kummissjoni u l-Forum Ewropew taż-Żgħażagħ. Id-dokumentazzjoni tal-Grupp ta’ Tmexxija Ewropew għandha tkun għad-dispożizzjoni tal-pubbliku fuq il-Portal Ewropew taż-Żgħażagħ.

36.

Jipprovdu feedback kontinwu liż-żgħażagħ u lill-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ involuti fl-istadji kollha tal-proċess tal-EUYD biex jiġi żgurat djalogu sinifikanti u parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fil-livelli kollha.

U JKOMPLU JINNOTAW LI:

Il-prijorità tematika ġenerali tat-triju tal-presidenzi li jmiss (Franza, ir-Repubblika Ċeka u l-Iżvezja) hija “Naħdmu flimkien għal Ewropa sostenibbli u inklużiva”.


(1)  Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri mlaqqgħin fil-Kunsill dwar qafas għall-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ: L-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea għaż-Żgħażagħ 2019-2027, (ĠU C 456, 18.12.2018, p. 1).

(2)  Riżoluzzjoni tal-Kunsill u tar-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri mlaqqgħin fil-Kunsill li tistabbilixxi linji gwida dwar il-governanza tad-Djalogu tal-UE maż-Żgħażagħ - Strateġija tal-Unjoni Ewropea għaż-Żgħażagħ 2019-2027 (ĠU C 189, 5.6.2019, p. 1).

(3)  Konklużjonijiet tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill dwar it-trawwim tal-kuxjenza demokratika u l-involviment demokratiku fost iż-żgħażagħ fl-Ewropa (ĠU C 415, 1.12.2020, p. 16).

(4)  Konklużjonijiet tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri mlaqqgħin fil-Kunsill dwar tisħiħ tal-governanza f’diversi livelli fil-promozzjoni tal-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fil-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet (ĠU C 241, 21.6.2021, p. 3).

(5)  Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi “Erasmus”: il-programm tal-Unjoni għall-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1288/2013 COM/2018/367 final - 2018/0191 (COD).

(6)  Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri mlaqqgħin fil-Kunsill dwar qafas għall-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ: L-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea għaż-Żgħażagħ 2019-2027, (ĠU C 456, 18.12.2018, p. 1).

(7)  Sħubija taż-Żgħażagħ: Tomaž Deželan u Laden Yurttagüler (2021), Grupp ta’ Riċerkaturi Żgħażagħ Ewropej, Spazju demokratiku li qed jiċkien għaż-żgħażagħ.


ANNESS I

RAKKOMANDAZZJONIJIET KONĠUNTI TAT-TMIEN ĊIKLU TAD-DJALOGU TAL-UE MAŻ-ŻGĦAŻAGĦ

“L-Ewropa għaż-Żgħażagħ - Iż-Żgħażagħ għall-Ewropa

L-ideat u l-opinjonijiet taż-żgħażagħ kondiviżi fil-Konferenza tal-UE f’Settembru 2021 kienu ffukati fuq l-Għan dwar iż-Żgħażagħ #9 Spazju u Parteċipazzjoni għal Kulħadd, u jipprovdu rakkomandazzjonijiet dwar kif għandu jiġi implimentat l-Għan dwar iż-Żgħażagħ #9. Dawn ir-rakkomandazzjonijiet miż-żgħażagħ jikkonċernaw is-seba’ miri kollha tal-Għan dwar iż-Żgħażagħ #9. Ir-rakkomandazzjonijiet jirriflettu l-proċess li inbeda mill-Presidenza Ġermaniża, tkompla mill-Presidenza Portugiża, u ntemm mill-Presidenza Slovena.

Ir-rakkomandazzjonijiet ma jimponu l-ebda rekwiżit formali fir-rigward tal-politiki nazzjonali dwar iż-żgħażagħ. Madankollu, dawn jistgħu jservu bħala sors ta’ ispirazzjoni għall-Istati Membri.

Mira 1: “Niżguraw li ż-żgħażagħ ikollhom influwenza fuq it-teħid tad-deċiżjonijiet”

a)

Nitolbu li kemm l-Istati Membri kif ukoll il-Kummissjoni Ewropea jagħtu dejjem feedback konkret liż-żgħażagħ kull meta jinvolvuhom fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tagħhom u jassiguraw proċess ta’ evalwazzjoni maż-żgħażagħ sabiex jiġi żgurat li l-parteċipazzjoni tkun reali.

b)

Nirrakkomandaw lill-Istati Membri jadottaw jew jiżviluppaw ulterjorment il-leġiżlazzjoni biex jiġu żgurati sistemi sostenibbli ta’ ġestjoni konġunta maż-żgħażagħ fil-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet u tat-tfassil tal-politika fil-livell nazzjonali u dak lokali, fost l-oħrajn biex jiġu protetti u estiżi l-ispazji ċiviċi għaż-żgħażagħ.

Mira 2: “Niżguraw aċċess ugwali għall-parteċipazzjoni”

a)

Nirrakkomandaw lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni Ewropea jżidu d-diversità fl-istrutturi tal-parteċipazzjoni u jindirizzaw in-nuqqas ta’ inklużjoni billi jipprovdu informazzjoni faċilment aċċessibbli għall-gruppi ta’ minoranza.

b)

Inħeġġu lill-Istati Membri kollha jappoġġaw lill-partijiet ikkonċernati lokali biex jipprovdu attivitajiet extrakurrikulari għaż-żgħażagħ b’inqas opportunitajiet.

Mira 3: “Parteċipazzjoni fl-elezzjonijiet u rappreżentanza f’korpi eletti”

a)

Inħeġġu lill-Istati Membri jistabbilixxu proċess ta’ votazzjoni simbolika fl-UE kollha għall-elezzjonijiet tal-parlament tal-UE għal gruppi ta’ età li għadhom ma jistgħux jivvutaw, f’kooperazzjoni maċ-ċentri lokali taż-żgħażagħ u l-Kunsilli Nazzjonali taż-Żgħażagħ, sabiex iż-żgħażagħ taħt l-età legali attwali li jivvutaw jiġu mħeġġa jieħdu sehem attiv fil-proċessi tat-teħid ta’ deċiżjonijiet politiċi u b’hekk tissaħħaħ kultura ta’ rikonoxximent tal-opinjoni taż-żgħażagħ fil-politika.

b)

Nirrakkomandaw lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri jiżviluppaw strateġiji li jappoġġaw liż-żgħażagħ li jixtiequ joħorġu għal kariga fil-livell lokali, nazzjonali u tal-UE, billi jiżviluppaw pjattaforma komuni adatta għaż-żgħażagħ fil-livell Ewropew għaż-żgħażagħ li jkunu qed jippjanaw li joħorġu għall-elezzjonijiet, u jipprovdu materjal biex ikomplu jiġu żviluppati strutturi simili għall-elezzjonijiet nazzjonali.

c)

Nirrakkomandaw lill-Istati Membri jipprovdu edukazzjoni ta’ kwalità dwar iċ-ċittadinanza fl-iskejjel għaż-żgħażagħ kollha f’kull Stat Membru, u jadottaw qafas komuni tal-UE, biex iż-żgħażagħ ikunu fiduċjużi fil-ħila tagħhom li jieħdu sehem politikament b’mod sinifikanti u rappreżentattiv.

d)

Nirrakkomandaw lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri jsaħħu l-kredibilità tal-istituzzjonijiet politiċi u jħeġġuhom jibbażaw l-azzjonijiet tagħhom fuq fatti xjentifiċi għall-benefiċċju tas-soċjetà kollha sabiex tiġi evitata d-diżillużjoni taż-żgħażagħ lejn it-teħid tad-deċiżjonijiet u l-politika.

Mira 4: “Niżguraw spazji fiżiċi għaż-żgħażagħ”

a)

Nirrakkomandaw lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri jqajmu kuxjenza u jippromwovu opportunitajiet ta’ finanzjament immirati lejn il-ħolqien u ż-żamma ta’ spazji fiżiċi għaż-żgħażagħ.

b)

Nistiednu lill-Istati Membri jimmodifikaw il-politiki edukattivi fil-livell nazzjonali u jipprovdu sistemi ta’ monitoraġġ fil-livell tal-UE biex jippromwovu spazji u inizjattivi sikuri u adatti għaż-żgħażagħ

c)

Nirrakkomandaw lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri jintroduċu monitoraġġ tas-salvagwardja tal-ispazji ċiviċi fiżiċi għaż-żgħażagħ sabiex jiżguraw id-drittijiet taż-żgħażagħ li jżommu l-ispazji fiżiċi tagħhom sikuri minn theddid varju bħall-kummerċjalizzazzjoni u l-kirjiet li qed jiżdiedu.

d)

Nirrakkomandaw lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri jagħmlu l-ispazji fiżiċi taż-żgħażagħ komprensivi u aċċessibbli billi jipprovdu informazzjoni dwarhom aktar adatta u aċċessibbli għaż-żgħażagħ.

Mira 5: “Niżguraw Spazji Diġitalizzati għaż-Żgħażagħ”

a)

Inħeġġu lill-Istati Membri jiżguraw standard diġitali minimu fl-Ewropa kollha fir-rigward tal-infrastruttura li tinkludi WiFi/internet b’xejn u għodod diġitali bażiċi għall-użu miż-żgħażagħ.

b)

Inħeġġu lill-Kummissjoni Ewropea talloka fondi speċifiċi għas-settur taż-żgħażagħ biex iż-żgħażagħ jingħataw il-possibbiltà u jiġu edukati biex jiżviluppaw il-ħiliet diġitali b’enfasi speċjali fuq iż-żgħażagħ b’inqas opportunitajiet.

c)

Nirrakkomandaw lill-Kummissjoni Ewropea tiżviluppa qafas fil-livell Ewropew li jkejjel kemm l-ispazji virtwali huma adatti għaż-żgħażagħ, li l-ispazji u l-għodod eżistenti jistgħu jingħataw linji gwida ċari u aġġornati dwar l-użu tal-lingwa aċċessibbli u dwar iċ-ċentralizzazzjoni tal-informazzjoni, sabiex jitneħħew l-ostakli għall-involviment attiv taż-żgħażagħ fil-proċessi soċjali u politiċi.

d)

Nirrakkomandaw li l-Istati Membri jagħmluha possibbli għall-edukaturi fis-setturi formali u mhux formali li jiżguraw li ż-żgħażagħ ikollhom il-kompetenzi u l-għodod meħtieġa biex jipproteġu lilhom infushom minn informazzjoni ħażina u diskors ta’ mibegħda fi spazji virtwali billi jistimulaw il-kapaċità tagħhom li jiffurmaw ġudizzju b’mod oġġettiv.

Mira 6: “Niżguraw finanzjament sostenibbli għall-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ”

a)

Nirrakkomandaw lill-Istati Membri jagħtu aktar viżibbiltà lill-ħidma fost iż-żgħażagħ billi jżidu l-aċċessibbiltà tagħha (b’mod partikolari permezz ta’ inċentivi għal ħidma mobbli fost iż-żgħażagħ f’żoni rurali u remoti u b’inqas żgħażagħ aċċessibbli) u r-rikonoxximent tagħha (permezz ta’ rikonoxximent formali tal-okkupazzjoni, sħubiji attivi mal-edukazzjoni formali u mal-atturi lokali).

b)

Nirrakkomandaw lill-Istati Membri jikkonsolidaw il-pożizzjoni u r-rwol tal-ħidma fost iż-żgħażagħ fi kwistjonijiet tas-soċjetà (sħubijiet f’inizjattivi lokali, avvenimenti, kompetizzjonijiet u proġetti) u jiżguraw ir-rikonoxximent tagħha mis-soċjetà (valorizzazzjoni tal-ħidma fost iż-żgħażagħ).

c)

Nirrakkomandaw lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni Ewropea jappoġġaw u jintrabtu li joħolqu Pjan ġenerali għall-Irkupru taż-Żgħażagħ fl-UE, b’azzjonijiet speċifiċi li għandhom jittieħdu fil-livell Ewropew, nazzjonali u dak lokali li jiffokaw fuq il-ħidma fost iż-żgħażagħ u l-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ sabiex jingħelbu l-kwistjonijiet li żiedet il-pandemija.

Mira 7: “Nipprovdu informazzjoni rilevanti adatta għaż-żgħażagħ”

a)

Nirrakkomandaw li l-Istati Membri jintroduċu lezzjonijiet regolari dwar il-litteriżmu fil-media u l-informazzjoni fl-edukazzjoni primarja u sekondarja fil-kurrikuli nazzjonali mħejjija u mmonitorjati bir-reqqa, f’kooperazzjoni mal-organizzazzjonijiet rilevanti taż-żgħażagħ fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali kif ukoll mal-prattikanti tal-media filwaqt li jiżguraw taħriġ għall-għalliema regolari u fil-pajjiż kollu kofinanzjat mill-baġit tal-UE.

b)

Nistiednu lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni Ewropea jinkludu il-forniment ta’ informazzjoni u konsulenza ta’ kwalità għaż-żgħażagħ f’konformità mal-Karta Ewropea ta’ Informazzjoni dwar iż-Żgħażagħ fl-istrateġiji tagħhom għaż-żgħażagħ u jipprovdu r-riżorsi għal korp nazzjonali għall-koordinazzjoni tal-informazzjoni dwar iż-żgħażagħ biex iż-żgħażagħ ikollhom aċċess għall-informazzjoni rilevanti fil-livell Ewropew, nazzjonali, reġjonali u lokali.

c)

Nirrakkomandaw li l-Kummissjoni Ewropea tistabbilixxi Strateġija ta’ Komunikazzjoni tal-UE għaż-Żgħażagħ li tipprovdi gwida lill-Istati Membri dwar il-ħolqien konġunt ta’ komunikazzjonijiet maż-żgħażagħ, fir-rigward ta’ politiki u pubblikazzjonijiet rilevanti għaż-żgħażagħ, filwaqt li jiġi żgurat li dawn il-Komunikazzjonijiet jiġu ppubblikati fuq il-Portal Ewropew taż-Żgħażagħ fejn jistgħu jseħħu diskussjonijiet u djalogu maż-żgħażagħ.


ANNESS II

Referenzi:

Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri mlaqqgħin fil-Kunsill dwar qafas għall-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ: L-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea għaż-Żgħażagħ 2019-2027 (ĠU C 456, 1.12.2020, p. 1).

Riżoluzzjoni tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri mlaqqgħin fil-Kunsill dwar l-Eżiti tas-Seba’ Ċiklu tad-Djalogu tal-UE maż-Żgħażagħ: Strateġija tal-Unjoni Ewropea għaż-Żgħażagħ 2019-2027 (ĠU C 212 I, 26.6.2020, p. 1).

Riżoluzzjoni tal-Kunsill u tar-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri mlaqqgħin fil-Kunsill li tistabbilixxi linji gwida dwar il-governanza tad-Djalogu tal-UE maż-Żgħażagħ - Strateġija tal-Unjoni Ewropea għaż-Żgħażagħ 2019-2027 (ĠU C 189, 5.6.2019, p. 1).

Konklużjonijiet tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri mlaqqgħin fil-Kunsill dwar tisħiħ tal-governanza f’diversi livelli fil-promozzjoni tal-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fil-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet (ĠU C 241, 21.6.2021, p. 3).

Konklużjonijiet tal-Kunsill, Iż-żgħażagħ fl-azzjoni esterna, Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill, dok. 8629/20 tal-5 ta’ Ġunju 2020.

Konklużjonijiet tal-Kunsill u tar-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill dwar it-Trawwim tal-kuxjenza demokratika u l-involviment demokratiku fost iż-żgħażagħ fl-Ewropa (ĠU C 415, 1.12.2020, p. 16).

Riżoluzzjoni tal-Kunsill dwar id-Djalogu Strutturat u l-iżvilupp futur tad-djalogu maż-żgħażagħ fil-kuntest tal-politiki għall-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ, wara l-2018 (ĠU C 189, 15.6.2017, p. 1).

CIVICUS, State of Civil Society Reports 2016, Johannesburg, SOCS2016 (civicus.org).


14.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 504/9


Riżoluzzjoni tal-Kunsill dwar aġenda Ewropea ġdida għat-tagħlim tal-adulti 2021-2030

(2021/C 504/02)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

BILLI:

Huwa kruċjali li l-futur jiġi indirizzat b’mod pożittiv billi naħdmu fuq il-bażi tal-ħtiġijiet ta’ tagħlim tal-adulti u billi jkollna fis-seħħ opportunitajiet ta’ tagħlim formali, mhux formali u informali li jkunu kapaċi jipprovdu l-għarfien, il-ħiliet u l-kompetenzi kollha meħtieġa biex tinħoloq Ewropa inklużiva, sostenibbli, soċjalment ġusta u aktar reżiljenti. Hekk kif ngħaddu minn tranżizzjonijiet dejjem aktar kumplessi u frekwenti (b’mod partikolari t-tranżizzjoni diġitali u dik ekoloġika), u nindirizzaw l-isfidi attwali u futuri (bħat-tibdil fil-klima, id-demografija, it-teknoloġija, is-saħħa, eċċ.), it-tagħlim għall-adulti, bħala parti importanti mit-tagħlim tul il-ħajja, jista’ jikkontribwixxi biex l-ekonomiji u s-soċjetajiet isiru aktar b’saħħithom u aktar reżiljenti. Huwa importanti wkoll li jiġu pprovduti l-kundizzjonijiet meħtieġa biex in-nies ikunu aġenti tal-bidla permezz tal-għażliet li jagħmlu.

FILWAQT LI JFAKKAR LI:

1.

Fis-Summit Soċjali għall-Impjiegi Ġusti u t-Tkabbir li sar f’Gothenburg fl-2017, il-mexxejja tal-UE pproklamaw b’mod konġunt il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, li jistabbilixxi d-dritt għal edukazzjoni u taħriġ ta’ kwalità u inklużivi u tagħlim tul il-ħajja għal kulħadd bħala l-ewwel prinċipju tiegħu, u, bħala r-raba’ prinċipju tiegħu, id-dritt li wieħed jirċievi appoġġ meta jfittex impjieg, appoġġ għat-taħriġ u għar-rikwalifikazzjoni, kif ukoll id-dritt għat-trasferiment tal-intitolamenti tal-protezzjoni soċjali u t-taħriġ matul tranżizzjonijiet professjonali,

2.

Il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-14 ta’ Diċembru 2017 (1) identifikaw l-edukazzjoni bħala element ewlieni għall-bini ta’ soċjetajiet inklużivi u koeżivi u għas-sostenn tal-kompetittività Ewropea; għalhekk, l-edukazzjoni u t-taħriġ tqiegħdu fil-qalba tal-aġenda politika Ewropea għall-ewwel darba,

3.

Fl-Aġenda Strateġika tal-UE 2019-2024 il-mexxejja tal-UE qablu li jżidu l-investimenti fil-ħiliet u l-edukazzjoni tan-nies,

4.

Il-mexxejja tal-UE ltaqgħu fis-Summit Soċjali ta’ Porto fis-7 ta’ Mejju 2021 biex japprofondixxu l-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali billi jpoġġu l-edukazzjoni u l-ħiliet fiċ-ċentru tal-azzjoni politika,

5.

Fil-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta’ Ġunju 2021, il-mexxejja tal-UE laqgħu l-miri ewlenin tal-UE dwar l-impjiegi, il-ħiliet u t-tnaqqis tal-faqar stabbiliti fil-Pjan ta’ Azzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, f’konformità mad-Dikjarazzjoni ta’ Porto, inkluż il-mira fil-livell tal-UE ta’ mill-inqas 60 % tal-adulti jipparteċipaw fit-tagħlim kull sena sal-2030,

6.

Id-dokumenti ta’ sfond rilevanti, kif stabbiliti fl-Anness III għal din ir-Riżoluzzjoni, għandhom jiġu kkunsidrati.

U FILWAQT LI JIEĦU NOTA TA’:

7.

L-Aġenda Ewropea mġedda għat-tagħlim tal-adulti (EAAL), li ġiet adottata mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fl-2011 sabiex tkompli, tikkomplementa u tikkonsolida l-ħidma fil-qasam tat-tagħlim għall-adulti skont l-erba’ objettivi strateġiċi identifikati mill-Kunsill fil-qafas strateġiku “ET2020”,

8.

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar Perkorsi ta’ Titjib tal-Ħiliet: Opportunitajiet Ġodda għall-Adulti (2016), li tissottolinja l-ħtiġijiet speċifiċi tal-adulti, b’mod partikolari fost gruppi b’livell baxx ta’ kwalifiki, mingħajr impjieg u dawk vulnerabbli, li għandhom bżonn attenzjoni u appoġġ addizzjonali biex itejbu l-ħiliet bażiċi tagħhom u jkunu jistgħu jagħmlu progress,

9.

Ir-Rapport “Kisbiet taħt l-Aġenda Ewropea Mġedda għat-Tagħlim tal-Adulti” (2019), li jagħmel rendikont tal-kisbiet fil-perjodu 2011-2018. Huwa jidentifika wkoll suġġetti u prijoritajiet emerġenti li jistgħu jitqiesu fil-perijodu ta’ wara l-2020, inkluż il-ħidma kontinwa dwar il-governanza, il-provvista u l-adozzjoni, il-flessibbiltà u l-aċċess kif ukoll l-assigurazzjoni tal-kwalità,

10.

L-Aġenda għall-Ħiliet għall-Ewropa għall-kompetittività sostenibbli, il-ġustizzja soċjali u r-reżiljenza (2020) tipproponi, fost oħrajn, l-Azzjoni 8 “Ħiliet għall-Ħajja”, li tipprevedi ħidma mill-Kummissjoni u l-Istati Membri dwar prijoritajiet ġodda għall-Aġenda Ewropea għat-Tagħlim tal-Adulti bl-għan li jinbnew sistemi ta’ tagħlim għall-adulti komprensivi, ta’ kwalità u inklużivi,

11.

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (VET) għall-kompetittività sostenibbli, il-ġustizzja soċjali u r-reżiljenza (2020) u d-Dikjarazzjoni ta’ Osnabrück dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (2020) jappellaw għall-iżvilupp ulterjuri tal-VET bħala perkors attraenti u ta’ kwalità għolja għall-impjiegi u l-ħajja, u jqajmu u jrawmu kuxjenza fost l-adulti għall-fatt li t-tagħlim huwa sforz għal tul il-ħajja,

12.

Ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill dwar qafas strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ lejn iż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni u lil hinn minnha tipprevedi kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ għall-perijodu sal-2030 (2021–2030), li għandha titwettaq f’perspettiva inklużiva, olistika u ta’ tagħlim tul il-ħajja, u tiddikjara wkoll li t-tagħlim tul il-ħajja jinkludi l-forom u l-livelli kollha ta’ edukazzjoni u taħriġ mill-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal sat-tagħlim għall-adulti, inkluż l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (VET) u l-edukazzjoni għolja.

JIKKUNSIDRA LI:

13.

L-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea għandhom mudelli differenti ta’ tagħlim għall-adulti, skont il-ħtiġijiet, iċ-ċirkostanzi, il-politiki, l-istrateġiji u t-tradizzjonijiet nazzjonali, reġjonali u lokali tagħhom. Ir-Rapporti juru li minħabba l-aġġustamenti tal-pandemija tal-COVID-19, it-tagħlim għall-adulti u l-ambjenti tat-tagħlim komplew jiddiversifikaw il-prattiki tat-tagħlim għall-adulti fl-Ewropa kollha (2),

14.

Il-Monitor tal-Edukazzjoni u t-Taħriġ 2020 (3) jirrapporta li l-parteċipazzjoni fit-tagħlim għall-adulti hija baxxa, b’medja tal-UE ta’ 10.8 % biss tal-adulti (nisa: 11.9 %, irġiel: 9.8 %) fl-età ta’ bejn il-25 u l-64 sena li pparteċipaw f’tagħlim għall-adulti fl-aħħar erba’ ġimgħat qabel l-istħarriġ tal-2019. Barra minn hekk, id-data tal-Eurostat tal-2020 turi li l-parteċipazzjoni fit-tagħlim għall-adulti hija inqas minn dik ta’ qabel il-pandemija tal-COVID-19, b’medja tal-UE ta’ 9.2 % biss tal-adulti (nisa: 10.0 %, irġiel: 8.3 %) fl-età ta’ bejn il-25 u l-64 sena li pparteċipaw f’tagħlim għall-adulti fl-aħħar erba’ ġimgħat qabel l-istħarriġ,

15.

Ir-rapport Eurydice “Adult education and training in Europe: Building inclusive pathways to skills and qualifications” (L-edukazzjoni u t-taħriġ għall-adulti fl-Ewropa: nibnu mogħdijiet inklużivi għall-ħiliet u l-kwalifiki) (2021) juri li madwar adult minn kull ħamsa fl-UE ma lestiex l-edukazzjoni sekondarja għolja u li proporzjon sostanzjali tal-adulti fl-Ewropa huwa affettwat minn livelli baxxi ta’ litteriżmu, numeriżmu u/jew ħiliet diġitali. Il-pajjiżi jvarjaw ukoll f’termini ta’ parteċipazzjoni tal-adulti fl-edukazzjoni u t-taħriġ; madankollu, karatteristika komuni hija li l-biċċa l-kbira tal-attivitajiet ta’ tagħlim li fihom jieħdu sehem l-adulti huma ta’ natura mhux formali.

JIRRIKONOXXI LI:

16.

Kultura ġdida ta’ tagħlim għandha tenfasizza r-rilevanza tal-ħiliet bażiċi għal kulħadd u tal-kisba kontinwa ta’ għarfien, ħiliet u kompetenzi rilevanti, fil-livelli kollha f’kuntesti ta’ tagħlim formali, mhux formali u informali, matul il-ħajja kollha ta’ persuna. L-individwi b’mentalità żviluppata ta’ tagħlim tul il-ħajja huma mgħammra aħjar biex jadattaw għal ċirkostanzi ġodda u biex jiżviluppaw il-ħiliet li jeħtieġu għall-impjiegi kif ukoll għall-parteċipazzjoni sħiħa fis-soċjetà u l-iżvilupp personali,

17.

It-tagħlim għall-adulti għandu pożizzjoni speċjali fil-prijorità strateġika tal-Qafas strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea lejn iż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni – “It-tagħlim tul il-ħajja u l-mobbiltà jsiru realtà għal kulħadd”, li bħalissa huwa meħtieġ b’mod aktar urġenti minn qatt qabel, minħabba l-isfidi tal-irkupru mill-kriżi tal-COVID-19 u l-ħtieġa għar-reżiljenza, il-bidla fil-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol, l-ispariġġ fil-ħiliet, it-tranżizzjoni ekoloġika u dik diġitali u l-proporzjon kbir b’mod persistenti ta’ adulti fl-Ewropa li għandhom livell baxx ta’ għarfien, ħiliet u kompetenzi bażiċi,

18.

Il-frammentazzjoni tat-tagħlim għall-adulti bejn is-setturi, l-oqsma ta’ politika u l-oqfsa legali jeħtieġ li tiġi indirizzata. Hemm bżonn ta’ djalogu bejn il-partijiet kollha biex jiġi żgurat li jkun hemm viżjoni kondiviża għall-għoti msaħħaħ ta’ tagħlim għall-adulti, fejn jitqiesu d-dimensjoni soċjali tat-tagħlim għall-adulti, kif ukoll l-impjegabbiltà. Peress li l-individwi, l-impjegaturi u l-istat jibbenefikaw mit-tagħlim għall-adulti, għandhom jiġu rikonoxxuti r-responsabbiltà u l-kontribut ta’ kull parti,

19.

Huwa ferm importanti li titrawwem kuxjenza akbar fost l-impjegaturi dwar il-fatt li t-tagħlim għall-adulti jikkontribwixxi għall-kwalità tal-proċessi u l-eżiti tax-xogħol, kif ukoll għall-kwalità tal-involviment tal-ħaddiema fix-xogħol tagħhom. It-tagħlim għall-adulti jista’ jikkontribwixxi għall-produttività, il-kompetittività, l-inklużjoni soċjali, l-ugwaljanza bejn is-sessi, il-kreattività, l-innovazzjoni u l-intraprenditorija. Huwa fattur importanti li l-impjegaturi jkunu inċentivati biex jieħdu rwol aktar attiv fl-appoġġ tat-titjib tal-ħiliet u t-taħriġ mill-ġdid u fit-tisħiħ tal-impjegabbiltà u t-tranżizzjonijiet fis-suq tax-xogħol tal-impjegati tagħhom fuq bażi kontinwa. Għaldaqstant, huwa importanti li tinħoloq kultura ta’ tagħlim fil-postijiet tax-xogħol kollha, li l-opportunitajiet tat-tagħlim jkunu ppjanati u organizzati fil-post tax-xogħol, u għandhom ikunu promossi u appoġġati mill-partijiet ikkonċernati kollha,

20.

Madankollu, it-tagħlim għall-adulti jeħtieġ li jmur lil hinn mill-iżvilupp ta’ ħiliet relatati max-xogħol. Huwa importanti wkoll li titrawwem kuxjenza akbar fost il-popolazzjoni ġenerali dwar l-importanza u l-benefiċċji tal-parteċipazzjoni fit-tagħlim tul il-ħajja. It-tagħlim għall-adulti għandu jkun interkonness mat-tipi u l-livelli kollha tal-edukazzjoni u t-taħriġ, inkluż l-edukazzjoni għolja, permezz ta’ perkorsi flessibbli formali, mhux formali u informali,

21.

It-tagħlim għall-adulti għandu s-setgħa li jtejjeb l-opportunitajiet tal-ħajja u tax-xogħol għall-adulti, irrispettivament miċ-ċirkostanzi soċjodemografiċi u personali tagħhom. Ir-responsabbiltà individwali għall-iżvilupp tal-karriera għandha titqies bħala parti mill-gwida u appoġġ professjonali tul il-ħajja. Barra minn hekk, it-tagħlim għall-adulti jista’ jikkontribwixxi għaċ-ċittadinanza attiva u għat-tagħlim komunitarju. Huwa jappoġġa wkoll l-iżvilupp u s-sodisfazzjon personali, soċjali u professjonali, is-saħħa u l-benesseri, f’konformità mal-ħtiġijiet, it-talenti u l-aspirazzjonijiet attwali u futuri tal-individwu. It-tagħlim għall-adulti għandu rwol kruċjali fl-indirizzar tal-isfidi u l-opportunitajiet attwali u futuri fil-ħajja u fuq ix-xogħol, li jwasslu għal komunitajiet sostenibbli,

22.

L-impatti tal-bidla demografika, kif ukoll it-tranżizzjoni ekoloġika u dik diġitali, jeħtieġu approċċi ġodda biex jiffaċilitaw il-parteċipazzjoni tal-adulti, inkluż dawk li mhumiex inklinati biex jattendu attivitajiet ta’ tagħlim u l-grupp ta’ età 65+, fit-tagħlim għall-adulti sabiex jiġu appoġġati l-integrazzjoni u l-parteċipazzjoni sħiħa tagħhom fis-soċjetà.

JISSOTTOLINJA LI:

23.

It-tagħlim għall-adulti jeħtieġ approċċ olistiku li jinkludi kollaborazzjoni intersettorjali u bejn diversi partijiet ikkonċernati, u koordinazzjoni effettiva fil-livell Ewropew, nazzjonali, reġjonali u lokali, li jirrispetta l-mudelli differenti tat-tagħlim għall-adulti fl-Unjoni Ewropea u li jirrispetta bis-sħiħ il-kompetenzi speċifiċi tal-livelli differenti ta’ politika.

GĦALDAQSTANT JAQBEL LI:

24.

Fil-perijodu sal-2030 u inkluż, l-objettiv ġenerali tal-aġenda Ewropea l-ġdida għat-tagħlim għall-adulti 2021-2030 (NEAAL 2030) ser ikun li jiżdiedu u jittejbu l-għoti, il-promozzjoni u l-adozzjoni ta’ opportunitajiet ta’ tagħlim formali, mhux formali u informali għal kulħadd,

25.

L-oqsma prijoritarji ewlenin tan-NEAAL 2030 jiżguraw il-kontinwità tal-ħidma u l-iżvilupp ulterjuri tat-tagħlim għall-adulti, kif deskritt hawn taħt u deskritt fid-dettall fl-Anness I għal dan id-dokument:

il-governanza,

il-provvista u l-adozzjoni ta’ opportunitajiet ta’ tagħlim tul il-ħajja,

l-aċċessibbiltà u l-flessibbiltà,

il-kwalità, l-ekwità, l-inklużjoni u s-suċċess fit-tagħlim għall-adulti,

it-tranżizzjoni ekoloġika u dik diġitali.

JAQBEL UKOLL, B’KONT MEĦUD TAL-PRINĊIPJU TAS-SUSSIDJARJETÀ U Ċ-ĊIRKOSTANZI NAZZJONALI TAL-ISTATI MEMBRI, DWAR L-ISTRUMENTI TA’ IMPLIMENTAZZJONI LI ĠEJJIN:

26.

Metodu miftuħ ta’ koordinazzjoni (MMK): Fil-perijodu sal-2030, l-Istati Membri u l-Kummissjoni ser jaħdmu flimkien mill-qrib biex jieħdu kont tal-ħidma li saret fil-livell tekniku, filwaqt li jevalwaw il-proċess u r-riżultati tiegħu permezz tal-MMK u billi jassumu responsabbiltà għall-proċess fi ħdan il-qasam ta’ kompetenza rispettiv tagħhom, fil-livell nazzjonali, reġjonali jew Ewropew. Dan għandu jsir f’konsultazzjoni mal-Grupp ta’ Ħidma dwar it-Tagħlim għall-Adulti stabbilit bħala parti mill-Qafas strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ lejn iż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni u lil hinn (2021-2030) u n-network tal-koordinaturi nazzjonali għat-tagħlim għall-adulti.

27.

Tagħlim reċiproku: It-tagħlim reċiproku huwa element ewlieni tan-NEAAL 2030 peress li jipprovdi l-opportunità li wieħed jidentifika u jitgħallem minn prattiki tajbin fi Stati Membri differenti. It-tagħlim reċiproku, bl-involviment tal-partijiet interessati rilevanti, ser jitwettaq b’mezzi bħal attivitajiet ta’ tagħlim bejn il-pari, konsulenza bejn il-pari u skambji tal-aħjar politiki u prattiki, konferenzi, seminars, fora ta’ livell għoli u gruppi ta’ esperti, kif ukoll permezz ta’ studji u analiżi, networks (inkluż dawk ibbażati fuq l-internet) u forom oħra ta’ disseminazzjoni u permezz ta’ viżibbiltà ċara tar-riżultati.

28.

Governanza effettiva: In-NEAAL 2030 hija parti integrali mill-Qafas strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ lejn iż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni u lil hinn (2021-2030).

29.

Monitoraġġ tal-proċess: Il-monitoraġġ perjodiku tal-progress lejn il-miri fil-livell tal-UE (4) permezz ta’ indikaturi fil-livell tal-UE (deskritti fl-Anness II għal dan) applikati fil-ġbir u l-analiżi sistematiċi ta’ data komparabbli internazzjonalment, jipprovdi kontribut essenzjali għat-tfassil ta’ politika bbażata fuq l-evidenza mingħajr ma jinħoloq piż addizzjonali għall-Istati Membri. Il-monitoraġġ annwali ser isir permezz tal-Monitor tal-Edukazzjoni u t-Taħriġ u l-proċess tas-Semestru Ewropew (permezz tat-Tabella ta’ Valutazzjoni Soċjali riveduta), li jsegwi l-progress lejn il-kisba tal-miri kollha maqbula fil-livell tal-UE fil-qasam tat-tagħlim għall-adulti. Il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-miri u l-indikaturi fil-livell tal-UE għandhom isiru f’kooperazzjoni mal-Grupp Permanenti dwar l-Indikaturi u l-Punti ta’ Riferiment (SGIB) u jiġu rieżaminati fl-2023.

30.

Bini tal-għarfien u politika dwar it-tagħlim għall-adulti mibnija fuq l-evidenza: Huwa meħtieġ li jiġu żviluppati aktar analiżi tad-data u riċerka fil-fond, fejn possibbli, fil-livell internazzjonali, Ewropew u dak nazzjonali permezz ta’ firxa ta’ għodod, u li jittieħed vantaġġ mill-ħidma tal-Eurostat, Eurydice, is-CEDEFOP, il-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ - ETF, il-Eurofound, l-OECD u organizzazzjonijiet oħra. L-analiżi għandha tinkludi wkoll il-monitoraġġ ta’ gruppi vulnerabbli ta’ adulti u data dwar l-investiment fl-edukazzjoni u t-taħriġ, jekk possibbli anke fil-livell tal-impjegaturi u l-komunitajiet lokali, fost oħrajn. It-trasformazzjoni tal-impjiegi u l-isforzi enormi għat-titjib u t-tiġdid tal-ħiliet jeħtieġu informazzjoni affidabbli u mmirata dwar il-ħiliet biex jiġu identifikati l-ħtiġijiet futuri tas-suq tax-xogħol f’dan ir-rigward. Dan ser jappoġġa lill-adulti fl-iżvilupp tal-karriera tul il-ħajja tagħhom u jiffaċilita kemm it-tranżizzjoni tas-suq tax-xogħol kif ukoll dik tas-soċjetà.

31.

Kooperazzjoni ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali: Huwa importanti li tissaħħaħ il-kooperazzjoni ma’ organizzazzjonijiet bħall-OECD (b’mod partikolari billi jsir użu mir-riżultati tal-Programm għall-Valutazzjoni Internazzjonali tal-Kompetenzi tal-Adulti (PIAAC)), in-NU (b’mod partikolari l-UNESCO u l-ILO) u l-Kunsill tal-Ewropa , kif ukoll fi ħdan inizjattivi reġjonali jew globali rilevanti.

32.

Finanzjament: It-tagħlim għall-adulti huwa ffinanzjat permezz ta’ firxa ta’ strumenti differenti alimentati minn diversi sorsi. Preferibbilment u fejn adegwat, u f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, it-tagħlim għall-adulti għandu jiddependi fuq finanzjament kontinwu u regolari pjuttost milli fuq sussidji relatati ma’ proġetti jew programmi. L-approċċi ta’ finanzjament ibbażati fuq responsabbiltà kondiviża tal-partijiet ikkonċernati pubbliċi u privati jistgħu jgħinu biex jiżdiedu u jiġu intensifikati r-riżorsi.

JISTIEDEN LILL-ISTATI MEMBRI, B’KONT MEĦUD TAL-PRINĊIPJU TAS-SUSSIDJARJETÀ U F’KONFORMITÀ MAĊ-ĊIRKOSTANZI NAZZJONALI, BIEX:

33.

Matul il-perijodu 2021–2030, jiffokaw l-isforzi tagħhom fuq l-oqsma ta’ prijorità deskritti fl-Anness I, u b’hekk jikkontribwixxu wkoll għall-implimentazzjoni tal-Qafas strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ lejn iż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni u lil hinn (2021-2030), fejn rilevanti, u f’konformità mal-kuntesti, iċ-ċirkostanzi u l-leġiżlazzjoni nazzjonali, reġjonali u lokali tagħhom,

34.

Itejbu komunikazzjoni effettiva bejn il-ministeri rilevanti, kif ukoll mal-partijiet ikkonċernati, bħas-sħab soċjali, in-negozji, l-organizzizzazjonijiet mhux governattivi u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili bil-ħsieb li tittejjeb il-koerenza bejn il-linji ta’ politika dwar it-tagħlim għall-adulti u linji ta’ politika soċjoekonomiċi usa’. Dan l-approċċ ta’ gvern sħiħ u ta’ diversi partijiet ikkonċernati jista’ jissaħħaħ aktar permezz ta’ koordinazzjoni nazzjonali, reġjonali u lokali effettiva li torbot il-politika u l-prattika,

35.

Jappoġġaw it-tagħlim għall-adulti bi gwida tul il-ħajja u żvilupp tal-karriera billi jibnu sħubiji fil-livelli kollha. F’konformità mal-prinċipji tal-assigurazzjoni tal-kwalità, din il-gwida għandha tkun marbuta ma’ attivitajiet ta’ ħidma biex jintlaħqu n-nies, validazzjoni u sensibilizzazzjoni, biex b’hekk tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar Perkorsi ta’ Titjib tal-Ħiliet. Dan ser jiżgura li l-adulti kollha jkollhom l-opportunità li jiżviluppaw il-ħiliet bażiċi u l-kompetenzi ewlenin tagħhom abbażi tal-ħtiġijiet tagħhom u jiksbu l-livell ta’ ħiliet meħtieġ fis-soċjetà u fis-suq tax-xogħol tal-lum,

36.

Meta jimplimentaw ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-validazzjoni ta’ tagħlim mhux formali u informali, jagħmlu progress fl-iżgurar li l-opportunitajiet ta’ validazzjoni jkunu disponibbli għall-adulti kollha, biex b’hekk jiżguraw ukoll opportunitajiet għal ċans ieħor, li possibbilment iwasslu għal kwalifiki sħaħ jew parzjali,

37.

Jappoġġaw l-espansjoni tat-tagħlim għall-adulti fil-livell sekondarju u terzjarju, kemm ġenerali kif ukoll vokazzjonali permezz ta’ perkorsi ta’ tagħlim flessibbli, pereżempju klassijiet ta’ filgħaxija, edukazzjoni part-time, tagħlim mill-bogħod u tagħlim imħallat, u jippermettu lill-istudenti adulti (a) jiksbu kwalifiki fil-livell 4 u ogħla tal-QEK; u (b) jlestu korsijiet qosra li jippermettu l-aġġornament, it-twessigħ u l-approfondiment tal-kompetenzi,

38.

Jgħollu l-istatus okkupazzjonali tal-professjonalizzazzjoni tal-edukaturi u l-ħarrieġa (5) tal-adulti u jappoġġawhom, u jtejbu l-edukazzjoni u t-taħriġ inizjali u kontinwi tagħhom u l-iżvilupp professjonali tagħhom, inkluż billi jappoġġaw l-użu ta’ approċċi (imħalltin, online, mill-bogħod, ibridi, eċċ.) u riżorsi (infrastruttura u tagħmir tal-ICT) innovattivi,

39.

Jappoġġaw, fejn adatt, id-diġitalizzazzjoni ta’ kwalità għolja u bbażata fuq l-inklużività tal-proċessi tal-edukazzjoni, it-taħriġ u t-tagħlim fil-livell organizzattiv u individwali. Barra minn hekk, jassistu, jedukaw u jħarrġu lill-istudenti adulti biex jużaw l-għodod diġitali b’mod aktar wiesa’ u effettiv filwaqt li jikkunsidraw id-distakk diġitali inkluż bejn il-ġeneri,

40.

Jistinkaw biex jiżviluppaw mekkaniżmi sempliċi, flessibbli u wiesgħa għall-kumpaniji u l-individwi biex iqajmu kuxjenza u jrawmu bidla fil-mentalità fost l-individwi u s-soċjetà, abbażi tal-kunċett tat-tagħlim tul il-ħajja li jenfasizza l-ħtieġa li wieħed jikseb għarfien, ħiliet u kompetenzi fuq bażi kontinwa,

41.

Jiffaċilitaw it-tagħlim tul il-ħajja biex jippromwovu l-parteċipazzjoni tal-adulti fit-tagħlim permezz ta’ strumenti differenti bħal EPALE - il-Pjattaforma Elettronika għat-Tagħlim tal-Adulti fl-Ewropa (eż. appoġġ għall-professjonisti tat-tagħlim għall-adulti, inkluż l-edukaturi u l-ħarrieġa tal-adulti, il-persunal ta’ gwida u appoġġ, ir-riċerkaturi u l-akkademiċi, u dawk li jfasslu l-politika),

42.

Jippromwovu l-mobbiltà għat-tagħlim tal-istudenti adulti u tal-persunal tat-tagħlim għall-adulti kif ukoll il-kooperazzjoni transfruntiera, inkluż permezz tal-programm Erasmus+, il-fondi tal-politika ta’ koeżjoni tal-UE u strumenti oħra, fejn xieraq,

43.

Jagħmlu aktar sforzi biex ineħħu l-ostakli u x-xkiel eżistenti għal kull tip ta’ tagħlim, inkluż kwistjonijiet relatati mal-mobbiltà, l-aċċessibbiltà, l-inugwaljanzi bejn il-ġeneri, il-gwida, il-ħidma biex jintlaħqu n-nies, is-servizzi tal-istudenti u r-rikonoxximent ta’ tagħlim preċedenti bħala parti mill-eżiti tat-tagħlim,

44.

Ikomplu jiżviluppaw mekkaniżmi ta’ assigurazzjoni tal-kwalità billi pereżempju jippromwovu assigurazzjoni tal-kwalità interna u esterna, fir-rigward ta’ programmi, proċessi, organizzazzjonijiet ta’ implimentazzjoni, edukaturi u ħarrieġa tal-adulti, u attivitajiet ta’ konsulenza, u billi jiżviluppaw ġbir ta’ data, pereżempju billi jużaw informazzjoni miġbura permezz ta’ stħarriġ dwar is-sitwazzjoni tal-gradwati.

JISTIEDEN LILL-KUMMISSJONI BIEX, F’KONFORMITÀ MAL-KOMPETENZI TAGĦHA U WARA LI TIKKUNSIDRA L-PRINĊIPJU TA’ SUSSIDJARJETÀ:

45.

Tappoġġa lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tan-NEAAL 2030 u l-oqsma ta’ prijorità tagħha kif deskritti fl-Anness I, kif ukoll biex possibbilment jiżviluppaw strateġiji nazzjonali olistiċi u li jinvolvu approċċ ta’ gvern sħiħ fil-qasam tal-ħiliet,

46.

Tiżgura l-komplementarjetà u l-koerenza tal-inizjattivi ta’ politika tal-UE meħuda skont in-NEAAL 2030,

47.

Tikkollabora mill-qrib mal-Istati Membri, sabiex jiġi żgurat li jkun hemm fis-seħħ struttura ta’ governanza flessibbli u effiċjenti kif deskritt fir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill dwar qafas strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ lejn iż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni u lil hinn (2021–2030), b’mod partikolari bl-involviment tal-Grupp ta’ Ħidma dwar l-Apprendiment għall-Adulti, in-network ta’ koordinaturi nazzjonali tat-tagħlim għall-adulti, attivitajiet ta’ tagħlim bejn il-pari u attivitajiet oħra ta’ networking,

48.

Tappoġġa lill-koordinaturi nazzjonali tat-tagħlim għall-adulti billi tiffinanzja l-ħidma tagħhom biex tiffaċilita l-kooperazzjoni fost l-Istati Membri u mal-Kummissjoni fl-implimentazzjoni tan-NEAAL 2030,

49.

Issaħħaħ l-għarfien dwar it-tagħlim għall-adulti fl-Ewropa billi twettaq studji u riċerka rilevanti għall-analiżi ta’ kwistjonijiet ta’ tagħlim għall-adulti, inkluż permezz ta’ Eurydice, is-CEDEFOP, u l-ETF u f’kooperazzjoni ma’ networks u istituzzjonijiet rilevanti oħra, billi tagħmel użu sħiħ mill-informazzjoni u l-kapaċitajiet ta’ riċerka tagħhom, mingħajr ma toħloq piżijiet addizzjonali għall-Istati Membri. Għandha tingħata attenzjoni wkoll lill-grupp ta’ età 65+ billi jiġu żviluppati evidenza u data komparattivi dwar il-parteċipazzjoni tagħhom fit-tagħlim għall-adulti,

50.

Tkompli u tintensifika l-kooperazzjoni ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti bħall-OECD, in-NU (b’mod partikolari l-UNESCO u l-ILO) u l-Kunsill tal-Ewropa, kif ukoll ma’ inizjattivi reġjonali jew globali rilevanti, pereżempju fil-Balkani tal-Punent, is-Sħubija tal-Lvant, eċċ.,

51.

Tiżgura d-disponibbiltà tal-fondi fil-livell Ewropew biex jappoġġaw l-implimentazzjoni tan-NEAAL 2030 permezz ta’ programmi, fondi u strumenti rilevanti tal-UE, bħal Erasmus+, il-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+), il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għal Ħaddiema Spostati, il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta, InvestEU, l-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku, eċċ.,

52.

Tippreżenta lill-Kunsill ħarsa ġenerali sistematika u pjan direzzjonali tal-politiki, l-għodod ta’ kooperazzjoni, l-istrumenti ta’ finanzjament, l-inizjattivi u s-sejħiet immirati fil-livell tal-Unjoni, bħall-Perkors ta’ Titjib tal-Ħiliet, Erasmus+, u s-Semestru Ewropew, li jikkontribwixxu għall-kisba tan-NEAAL 2030, u taġġornah regolarment,

53.

Tirrapporta dwar l-implimentazzjoni tan-NEAAL 2030 bħala parti mill-Qafas Strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ (2021-2030), abbażi tal-ħidma tal-koordinaturi nazzjonali tat-tagħlim għall-adulti, il-Grupp ta’ Ħidma dwar l-Apprendiment għall-Adulti, l-istudji u l-esperti tar-riċerka,

54.

Tippermetti aktar żvilupp u implimentazzjoni tal-EPALE, li tappoġġa u ssaħħaħ il-professjonisti tat-tagħlim għall-adulti permezz ta’ skambji fost kollegi, blog posts, fora, networking u l-għoti ta’ informazzjoni ta’ kwalità għolja, preċiża u rilevanti dwar l-aspetti kollha tat-tagħlim għall-adulti,

55.

Tappoġġa lill-Istati Membri, inkluż permezz ta’ finanzjament, fl-involviment regolari tagħhom fiċ-ċikli ta’ riċerka sabiex tinkiseb data komparabbli dwar il-progress tagħhom fil-qasam tal-ħiliet tal-adulti (Stħarriġ tal-OECD dwar il-Ħiliet tal-Adulti [PIAAC], Stħarriġ dwar l-Edukazzjoni għall-Adulti u Stħarriġ dwar il-Forza tax-Xogħol).


(1)  EUCO 19/1/17 REV 1.

(2)  Ara pereżempju l-pubblikazzjonijiet li ġejjin: Adult Learning and COVID-19: challenges and opportunities (It-Tagħlim għall-Adulti u l-COVID-19: sfidi u opportunitajiet) (Grupp ta’ Ħidma ET2020 dwar it-Tagħlim għall-Adulti, 2020), Adult learning and education and COVID-19 (It-Tagħlim u l-Edukazzjoni għall-Adulti u l-COVID-19 (L-Istitut tal-UNESCO għat-Tagħlim Tul il-Ħajja, 2020) u Adult Learning and COVID-19: How much informal and non-formal learning are workers missing? (It-Tagħlim għall-Adulti u l-COVID-19: Kemm qed jitilfu tagħlim informali u mhux formali l-ħaddiema? (OECD, 2021).

(3)  Monitor tal-Edukazzjoni u t-Taħriġ, 2020. It-Tagħlim u l-apprendiment f’era diġitali, SWD (2020) 234 final. Sors tad-data: Eurostat, Stħarriġ tal-UE dwar il-Forza tax-Xogħol (hija prevista bidla fil-metodoloġija fl-2022).

(4)  L-objettivi huma definiti bħala l-valuri medji tal-UE li għandhom jinkisbu b’mod kollettiv mill-Istati Membri. Meta tirrapporta dwar il-progress lejn il-kisba ta’ dawn l-objettivi, inkluż fejn rilevanti fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, il-Kummissjoni għandha tqis l-ispeċifiċitajiet tas-sistemi u ċ-ċirkostanzi nazzjonali differenti. L-Istati Membri għandhom jagħmlu użu sħiħ mill-opportunitajiet ta’ finanzjament tal-Unjoni f’konformità maċ-ċirkostanzi, il-prijoritajiet u l-isfidi nazzjonali tagħhom. L-objettivi ma jantiċipawx deċiżjonijiet dwar kif jiġu implimentati l-istrumenti ta’ finanzjament tal-Unjoni taħt il-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027 u n-Next Generation EU.

(5)  Għall-finijiet ta’ din ir-Riżoluzzjoni, għalliem huwa persuna li huwa rikonoxxut li għandu l-istatus ta’ għalliem (jew ekwivalenti) skont il-leġiżlazzjoni u l-prattika nazzjonali, filwaqt li ħarrieġ huwa xi ħadd li jwettaq attività waħda jew aktar marbuta mal-funzjoni ta’ taħriġ (teoretika jew prattika), f’istituzzjoni għall-edukazzjoni jew it-taħriġ jew fuq il-post tax-xogħol. Dawn ikopru l-għalliema fl-edukazzjoni ġenerali u l-edukazzjoni għolja, għalliema u ħarrieġa f’VET inizjali u kontinwi, kif ukoll professjonisti fl-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal u edukaturi għall-adulti, f’konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-għalliema u l-ħarrieġa Ewropej għall-futur (ĠU C 193, 9.6.2020, p. 11).


A NNESS I

B’kont meħud taċ-ċirkostanzi speċifiċi f’kull Stat Membru, u skont il-prijoritajiet nazzjonali, l-Istati Membru huma mistiedna, fejn adegwat bl-appoġġ tal-Kummissjoni, jikkonċentraw fuq l-oqsma deskritti hawn taħt.

Qasam Prijoritarju 1 – Governanza

a)

Is-sħubiji bejn il-gvernijiet, l-awtoritajiet reġjonali u lokali, il-fornituri tal-edukazzjoni u t-taħriġ, il-kumpaniji, is-sħab soċjali, l-impjieg pubbliku u s-servizzi soċjali kif ukoll is-soċjetà ċivili huma neċessità u huma marbuta b’mod qawwi mar-responsabbiltà kondiviża tal-partijiet kollha involuti. Din ir-responsabbiltà tkopri kompiti li jinkludu l-analiżi tal-ħtiġijiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ u l-iżvilupp ta’ opportunitajiet ta’ tagħlim għall-adulti, l-ottimizzazzjoni tal-involviment tal-partijiet ikkonċernati kollha u l-kooperazzjoni bejniethom, is-sensibilizzazzjoni u l-ħidma biex jintlaħqu n-nies, u l-appoġġ għall-għoti ta’ gwida u konsulenza suffiċjenti lill-fornituri u lill-kumpaniji.

b)

It-tisħiħ tal-kundizzjonijiet ġenerali għall-kooperazzjoni dwar il-ħtiġijiet tat-tagħlim għall-adulti jeħtieġ: persistenza biex jiġi żviluppat approċċ komprensiv għat-tagħlim għall-adulti li jinkludi kull tip, forma u livell ta’ edukazzjoni u taħriġ għall-adulti u forom oħra rilevanti ta’ opportunitajiet ta’ tagħlim, u li jiċċara r-rwoli tas-setturi kollha involuti. Dan għandu jipprovdi sorveljanza transsettorjali, kif ukoll sħubiji interministerjali u transsettorjali li jwasslu għal koerenza politika. Approċċ bħal dan, bħala parti mit-tagħlim tul il-ħajja, jista’ jirriżulta fi strateġiji ta’ tagħlim għall-adulti u strateġiji nazzjonali ta’ ħiliet li huma bbażati fuq ir-riċerka, l-evidenza u d-data.

c)

Il-kooperazzjoni u s-sħubija ta’ partijiet ikkonċernati fil-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali għandhom jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-istudenti adulti u tal-impjegaturi, inkluż, jekk possibbli u skont iċ-ċirkostanzi nazzjonali, il-finanzjament effettiv u effiċjenti tal-inizjattivi tat-tagħlim għall-adulti.

Qasam Prijoritarju 2 – Provvista u adozzjoni ta’ opportunitajiet ta’ tagħlim tul il-ħajja

a)

Huwa ferm importanti li jkun hemm sensibilizzazzjoni fost l-adulti dwar l-importanza tat-tagħlim bħala sforz tul il-ħajja, li għandu jiġi segwit f’intervalli regolari matul il-ħajja ta’ persuna.

b)

It-tagħlim għall-adulti għandu jkun imfassal b’mod aktar immirat. Għandu jiġi mħeġġeġ u appoġġat permezz ta’ sistemi effettivi ta’ gwida tul il-ħajja b’attivitajiet ta’ ħidma biex jintlaħqu n-nies, kif ukoll permezz ta’ sistemi integrati għall-validazzjoni tat-tagħlim preċedenti.

c)

Is-sistemi eżistenti ta’ tbassir tal-ħiliet (informazzjoni dwar il-ħiliet) għandhom ikunu disponibbli għall-partijiet ikkonċernati kollha sabiex jappoġġaw l-iggwidar tul il-ħajja u l-ippjanar tat-tagħlim għall-adulti.

d)

Fejn xieraq, l-integrazzjoni ta’ inċentivi finanzjarji, inċentivi fiskali u benefiċċji soċjali oħra jew miżuri kompensatorji fil-livell tal-impjegaturi fl-implimentazzjoni ta’ politiki dwar it-tagħlim għall-adulti jgħandha tirriżulta f’impenn akbar mill-impjegaturi għat-tagħlim għall-adulti.

e)

Il-finanzjament pubbliku sostenibbli għandu jiġi ssupplimentat b’finanzjament ieħor f’diversi livelli (Ewropew, nazzjonali, reġjonali, lokali, tal-impjegaturi, individwali), għat-tipi, il-forom u l-livelli kollha ta’ tagħlim għall-adulti. L-allokazzjoni u l-użu effiċjenti tal-fondi huma kruċjali u jeħtieġ li jiġu aġġustati għall-ħtiġijiet individwali tat-tagħlim. Il-monitoraġġ tan-nefqa għandu rwol importanti f’dan ir-rigward.

Qasam Prijoritarju 3 – Aċċessibbiltà u flessibbiltà

a)

It-tagħlim għall-adulti għandu jkun flessibbli mill-perspettiva ta’ żmien, post, riżorsi, forom ta’ organizzazzjoni u implimentazzjoni, u għandu jinkludi varjetà ta’ approċċi u miżuri biex jiżdiedu l-parteċipazzjoni, l-inklużjoni u l-motivazzjoni għat-tagħlim. Għandu jippermetti r-reġistrazzjoni mhux biss f’livelli differenti ta’ edukazzjoni u taħriġ formali iżda wkoll fi programmi oħra - inkluż fil-livell mhux formali - immirati lejn it-taħriġ mill-ġdid ta’ ħiliet u t-titjib tal-ħiliet, kif ukoll paradigma ta’ tagħlim usa’. Biex ikun hemm konformità mar-responsabbiltajiet tal-familja, tal-ħajja u tax-xogħol tagħhom, il-flessibbiltà hija essenzjali biex jiżdiedu u jinżammu l-adulti fit-tagħlim. It-tagħlim għall-adulti għandu jipprovdi programmi ta’ kwalità għolja, irrispettivament minn jekk il-finanzjament ikunx privat jew pubbliku.

b)

Il-programmi edukattivi u ta’ taħriġ ipprovduti fil-kuntest tat-tagħlim għall-adulti għandhom jibnu fuq l-għarfien , il-ħiliet u l-kompetenzi preċedenti, l-esperjenza, il-preferenzi u l-ispeċifiċitajiet tal-istudenti individwali, abbażi tal-ħtiġijiet tagħhom, ir-riżultati ta’ awtovalutazzjoni possibbli, filwaqt li tingħata attenzjoni partikolari lill-gruppi vulnerabbli. Approċċ edukattiv u ta’ tagħlim li jħeġġeġ lill-adulti jesprimu l-affinitajiet, ix-xewqat u l-ħtiġijiet tagħhom huwa inklużiv u jimmotiva lill-adulti biex jedukaw u jtejbu lilhom infushom, filwaqt li joffri opportunitajiet għall-iżvilupp personali u tal-karriera, it-tagħlim komunitarju, it-tagħlim interġenerazzjonali u aspetti soċjali oħra.

c)

It-tagħlim għall-adulti għandu jiffaċilita wkoll l-akkwist u t-tisħiħ tal-għarfien, il-ħiliet u l-kompetenzi u b’hekk jikkontribwixxi għall-iżgurar ta’ soċjetajiet aktar inklużivi u l-garanzija ta’ opportunitajiet ugwali skont iċ-ċirkostanzi speċifiċi u l-isfond soċjoekonomiku, b’attenzjoni speċjali mogħtija lill-gruppi vulnerabbli.

d)

Għandu jiġi kkunsidrat l-istabbiliment ta’ miżuri finanzjarji u oħrajn ta’ appoġġ, kif ukoll azzjonijiet konkreti li jappoġġaw lill-istudenti. Eżempji jistgħu jinkludu inċentivi finanzjarji, bħal self, għotjiet u ħelsien mit-taxxa.

e)

L-esplorazzjoni tal-kunċett u l-użu tal-mikrokredenzjali tista’ tgħin biex jitwessgħu l-opportunitajiet ta’ tagħlim u tista’ ssaħħaħ it-tagħlim tul il-ħajja billi tipprovdi opportunitajiet ta’ tagħlim aktar flessibbli u modulari, u toffri mogħdijiet ta’ tagħlim aktar inklużivi.

Qasam Prijoritarju 4 - Kwalità, ekwità, inklużjoni u suċċess fit-tagħlim għall-adulti

Professjonalizzazzjoni:

a)

Huma meħtieġa l-professjonalizzazzjoni u t-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-edukaturi u l-ħarrieġa tal-adulti, inkluż il-prattikanti (eż. mentors, tuturi) u professjonisti oħra involuti f’attivitajiet ta’ appoġġ bħall-gwida, il-validazzjoni, il-ħidma biex jintlaħqu n-nies, is-sensibilizzazzjoni, it-tmexxija u l-ġestjoni fit-tagħlim għall-adulti. Id-definizzjoni u l-validazzjoni tal-kompetenzi ewlenin tal-professjonisti tat-tagħlim għall-adulti jistgħu jkunu valur miżjud.

b)

Il-professjonalizzazzjoni fit-tagħlim għall-adulti hija essenzjali għall-kwalità tal-edukazzjoni u t-taħriġ ipprovduti (eż. minbarra l-ħiliet relatati mal-kontenut, l-istudenti adulti jeħtieġ li jiksbu ħiliet soċjali u diġitali, li għalihom huwa meħtieġ approċċ ta’ tagħlim differenti/aġġustat). L-edukaturi u l-ħarrieġa tal-adulti għandhom jiġu appoġġati fl-implimentazzjoni ta’ tagħlim ibbażat fuq il-kompetenzi, inkluż permezz ta’ konsulenti u attivitajiet ta’ tagħlim bejn il-pari.

c)

Network u sħubija żviluppati sew tal-fornituri tat-tagħlim għall-adulti u sħab oħra li joffru opportunitajiet ta’ tagħlim jistgħu jiżguraw li t-tagħlim għall-adulti jsir aktar aċċessibbli, u li l-flus u l-ħin ikunu inqas ta’ xkiel minn qabel.

Mobbiltà:

d)

Il-mobbiltà tal-istudenti adulti, tal-edukaturi u tal-ħarrieġa tal-adulti u ta’ partijiet oħra kkonċernati fit-tagħlim għall-adultigħandha tkompli tiġi estiża bħala element ewlieni tal-kooperazzjoni Ewropea u bħala għodda biex ittejjeb il-kwalità tat-tagħlim għall-adulti u tippromwovi l-multilingwiżmu fl-Unjoni Ewropea. Għandhom isiru aktar sforzi biex jitneħħew l-ostakli u x-xkiel eżistenti għal kull tip ta’ mobbiltà għall-apprendiment u t-tagħlim, inkluż kwistjonijiet relatati mal-aċċess, il-gwida, is-servizzi għall-istudenti u r-rikonoxximent ta’ eżiti tat-tagħlim.

e)

Għandu jsir użu mill-programm Erasmus+, li joffri varjetà ta’ possibbiltajiet ġodda għat-tisħiħ tal-mobbiltà fl-UE u barra l-UE u għat-tisħiħ tal-kooperazzjoni transruntiera, possibbilment ikkomplementat b’finanzjament minn riżorsi tal-FSE+.

Inklużjoni:

f)

It-tagħlim għall-adulti huwa importanti għat-trawwim tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri u s-solidarjetà bejn gruppi ta’ etajiet differenti u bejn kulturi u persuni minn kull sfond u għat-trawwim taċ-ċittadinanza demokratika u l-valuri fundamentali tal-UE; f’dan il-kuntest, il-gruppi vulnerabbli jistħoqqilhom attenzjoni speċjali.

g)

Hija meħtieġa allokazzjoni bilanċjata ta’ riżorsi għat-tagħlim għall-adulti fl-edukazzjoni u t-taħriġ. Jenħtieġ li jitqiesu mudelli ta’ finanzjament ibbażati fuq responsabbiltajiet kondiviżi u impenn pubbliku b’saħħtu, speċjalment fir-rigward ta’ gruppi adulti fil-mira li ġejjin minn kuntest żvantaġġat, li għandhom diżabbiltajiet jew li huma affettwati minn fatturi oħra li jistgħu jikkawżaw esklużjoni.

h)

Għandhom jitqiesu inċentivi biex jiġu eliminati l-ostakli għall-parteċipazzjoni fit-tagħlim għall-adulti tal-gruppi kollha fil-mira, bħan-nuqqas ta’ żmien għall-istudju, ħiliet bażiċi baxxi, ħiliet professjonali baxxi, inaċċessibbiltà, livelli baxxi ta’ motivazzjoni u attitudnijiet negattivi lejn it-tagħlim. Il-kooperazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti hija essenzjali biex adulti diżimpenjati u gruppi fil-mira speċifiċi jinġibdu lura għat-tagħlim.

i)

It-tagħlim interġenerazzjonali, inkluż fil-grupp ta’ età ta’ 65+, jista’ jkun ta’ benefiċċju fil-promozzjoni tal-benessri kif ukoll ta’ tixjiħ attiv, awtonomu u f’saħħtu.

Assigurazzjoni tal-Kwalità:

j)

L-assigurazzjoni tal-kwalità tal-fornituri tal-edukazzjoni u t-taħriġ għall-adulti u s-sħab tagħhom fil-livell sistemiku għandha tissaħħaħ aktar kif xieraq.

k)

Il-monitoraġġ tar-riżultati tal-provvista tat-tagħlim għall-adulti jista’ jżid l-assigurazzjoni tal-kwalità.

l)

L-edukazzjoni u t-taħriġ għandhom ikunu aktar iffukati fuq l-istudent u jistgħu jipprovdu esperjenzi qosra ta’ tagħlim biex jinkisbu jew jiġu aġġornati l-kompetenzi mmirati.

m)

L-iżvilupp kontinwu ta’ metodi ta’ monitoraġġ, evalwazzjoni u kwalità huwa essenzjali biex jiġi żgurat li r-riżultati tat-tagħlim jiġu evalwati u li l-progress ikun prospett.

n)

Sabiex tiġi appoġġata l-kwalità tat-tagħlim għall-adulti, is-sistemi jew il-mudelli nazzjonali u reġjonali, inkluż il-validazzjoni u r-rikonoxximent tat-tagħlim preċedenti, għandu jkollhom l-għan li jiżviluppaw u jipprovdu assigurazzjoni tal-kwalità interna u esterna.

Qasam Prijoritarju 5 – Tranżizzjoni ekoloġika u dik diġitali

a)

It-tranżizzjoni doppja (jiġifieri dik diġitali u dik ekoloġika) taġixxi bħala mutur għal innovazzjonijiet f’perkorsi ta’ tagħlim u approċċi edukattivi u ta’ taħriġ ġodda, inkluż ambjenti ta’ tagħlim. Dawn l-innovazzjonijiet jeħtieġ li jiżguraw il-permeabbiltà u l-flessibbiltà bejn id-diversi forom u livelli ta’ tagħlim għall-adulti. It-tranżizzjoni diġitali u dik ekoloġika jappellaw biex il-ġenerazzjonijiet kollha jiżviluppaw il-ħiliet ekoloġiċi u diġitali meħtieġa (aktar litteriżmu medjatiku diġitali u sensibilizzazzjoni ambjentali) biex jaħdmu u jgħixu b’mod proattiv f’ambjent diġitali. It-tagħlim diġitali (imħallat, ibridu, eċċ.) jeħtieġ ukoll l-iżvilupp professjonali tal-edukaturi u l-ħarrieġa tal-adulti, kif ukoll appoġġ għall-użu ta’ għodod diġitali u l-adattament ta’ materjali, approċċi u riżorsi tat-tagħlim.

b)

L-iżvilupp ta’ approċċi għall-integrazzjoni tal-iżvilupp sostenibbli fit-tagħlim għall-adulti, inkluż bl-indirizzar ta’ attitudnijiet ambjentali, l-iżvilupp ta’ mentalitajiet xierqa, sensibilizzazzjoni u biex jitqiesu passi speċifiċi għall-iżvilupp tat-taħriġ. L-akkwist ta’ għarfien, ħiliet u kompetenzi fit-tagħlim għall-adulti għandu jkun komponent importanti tal-proċess tat-trasformazzjoni ekoloġika. Il-ħiliet ekoloġiċi, jiġifieri l-ħiliet meħtieġa f’ekonomija u soċjetà b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju, ser ikunu meħtieġa fis-soċjetà kollha u fil-forza tax-xogħol (fis-setturi kollha u fil-livelli kollha) hekk kif l-attivitajiet ekonomiċi emerġenti joħolqu impjiegi ġodda (jew rinnovati), u hekk kif nistinkaw għal stil ta’ ħajja sostenibbli.

c)

Appoġġ addizzjonali għall-ftuħ ta’ ambjenti ta’ tagħlim ser jaċċellera t-trasformazzjoni diġitali jew itejjeb l-infrastruttura/inizjattivi diġà eżistenti, pereżempju permezz tal-promozzjoni ta’ soċjetajiet inklużivi, diġitali u sostenibbli u tagħlim fuq il-post tax-xogħol. Tali ambjenti għandhom itejbu l-aċċess ugwali għall-materjal diġitali għall-istudenti adulti ta’ kull età u għandhom jappoġġaw l-użu sikur tat-teknoloġiji diġitali. Pjattaformi ta’ tagħlim għall-ben pubbliku għandhom jitfasslu b’tali mod li joffru appoġġ motivazzjonali, mentoraġġ, gwida u konsulenza professjonali lill-parteċipanti.


ANNESS II

MIRI U INDIKATURI TAL-UE

Monitoraġġ tal-prestazzjoni medja Ewropea fit-tagħlim għall-adulti

Bħala mezz biex jiġi mmonitorjat il-progress u jiġu identifikati l-isfidi, kif ukoll bħala kontribut għat-tfassil ta’ politika abbażi ta’ evidenza permezz tal-ġbir, l-analiżi u riċerka sistematiċi ta’ data komparabbli internazzjonalment, għandu jkun hemm serje ta’ livelli ta’ referenza għall-prestazzjoni medja Ewropea fit-tagħlim għall-adulti (“miri fil-livell tal-UE”) u indikaturi biex jappoġġaw il-prijoritajiet strateġiċi deskritti fin-NEAAL 2030. Dawn għandhom ikunu bbażati biss fuq data komparabbli u affidabbli u jieħdu kont tas-sitwazzjonijiet differenti fl-Istati Membri individwali.

1.   Miri fil-livell tal-UE (1)

Parteċipazzjoni tal-adulti fit-tagħlim

Sal-2025, mill-inqas 47 % tal-adulti ta’ bejn il-25 u l-64 sena għandhom ikunu pparteċipaw fit-tagħlim matul it-12-il xahar ta’ qabel (2).

Sal-2030, mill-inqas 60 % tal-adulti ta’ bejn il-25 u l-64 sena għandhom ikunu pparteċipaw fit-tagħlim matul it-12-il xahar ta’ qabel.

2.   Indikaturi fil-livell tal-UE

a)

Parteċipazzjoni ta’ adulti b’livell baxx ta’ kwalifiki fit-tagħlim (3)

b)

Adulti qiegħda b’esperjenza ta’ tagħlim reċenti (4)

c)

Adulti b’mill-inqas ħiliet diġitali bażiċi (5)


(1)  Il-mira tal-2025 ġiet maqbula mill-Kunsill fir-Riżoluzzjoni tiegħu dwar qafas strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ lejn iż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni u lil hinn (2021-2030). Il-mira tal-2030 intlaqgħet mill-Kapijiet ta’ Stat jew ta’ Gvern tal-UE fid-Dikjarazzjoni ta’ Porto u mill-Kunsill Ewropew fil-konklużjonijiet tiegħu tal-24 u l-25 ta’ Ġunju 2021.

(2)  Eurostat, Stħarriġ tal-UE dwar il-Forza tax-Xogħol (LFS), ġbir ta’ data mill-2022 ’il quddiem. Minħabba li huwa ppjanat li s-sors tad-data jinbidel fl-2022 (mill-Istħarriġ dwar l-Edukazzjoni għall-Adulti għall-Istħarriġ dwar il-Forza tax-Xogħol tal-UE), il-mira hija soġġetta għal konferma fl-2023 abbażi tal-esperjenza tas-sors il-ġdid tad-data. Il-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mal-SGIB, ser tevalwa l-impatt ta’ dawn il-bidliet billi tqabbel ir-riżultati tal-Istħarriġ dwar l-Edukazzjoni għall-Adulti (AES) u l-Istħarriġ dwar il-Forza tax-Xogħol fl-2023 u tikkunsidra bidliet possibbli fil-metodoloġija tal-Istħarriġ dwar il-Forza tax-Xogħol, jew fil-livell tal-mira. Abbażi ta’ din l-evalwazzjoni l-Kunsill ser jiddeċiedi dwar il-possibbiltà ta’ adattament tal-livell tal-mira.

(3)  Id-definizzjoni u s-sorsi tal-indikatur huma simili għall-indikatur dwar il-parteċipazzjoni tal-adulti fit-tagħlim. Id-differenza ewlenija hija l-enfasi fuq adulti b’livell baxx ta’ kwalifiki, jiġifieri dawk l-adulti li l-ogħla kwalifika edukattiva formali tagħhom hi kwalifika sekondarja baxxa (jew inqas). B’hekk, l-indikatur ikejjel il-proporzjon ta’ adulti b’livell baxx ta’ kwalifiki li jirrappurtaw li jkunu pparteċipaw f’edukazzjoni u taħriġ formali jew mhux formali fuq perijodu ta’ 12-il xahar.

(4)  Id-data hija disponibbli mill-Istħarriġ dwar il-Forza tax-Xogħol tal-UE. “Esperjenza ta’ tagħlim reċenti” tirreferi għall-parteċipazzjoni f’edukazzjoni u taħriġ formali jew mhux formali matul l-aħħar 4 ġimgħat.

(5)  Is-sors tad-data għal dan l-indikatur huwa l-istħarriġ tal-Komunità tal-UE dwar l-użu tal-ICT fl-unitajiet domestiċi u minn individwi.


ANNESS III

Id-dokumenti ta’ sfond rilevanti għan-NEAAL 2030:

Kunsill Ewropew

1.

Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-24 u l-25 ta’ Ġunju 2021 (EUCO 7/21)

2.

Aġenda Strateġika Ġdida 2019-2024 (adottata mill-Kunsill Ewropew fl-20 ta’ Ġunju 2019)

3.

Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-14 ta’ Diċembru 2017 (EUCO 19/1/17 REV 1)

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

4.

Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-ekwità u l-inklużjoni fl-edukazzjoni u t-taħriġ sabiex jiġi promoss is-suċċess edukattiv għal kulħadd, ĠU C 221, 10.6.2021, p. 3

5.

Riżoluzzjoni tal-Kunsill dwar qafas strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ lejn iż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni u lil hinn (2021-2030), ĠU C 66, 26.2.2021, p. 1

6.

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (VET) għall-kompetittività sostenibbli, il-ġustizzja soċjali u r-reżiljenza, ĠU C 417, 2.12.2020, p. 1

7.

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-30 ta’ Ottubru 2020 dwar Pont għall-Impjiegi – It-tisħiħ tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ u li tissostitwixxi r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ April 2013 dwar l-istabbiliment ta’ Garanzija għaż-Żgħażagħ, ĠU C 372, 4.11.2020, p. 1

8.

Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-għalliema u l-ħarrieġa Ewropej għall-futur, ĠU C 193, 9.6.2020, p. 11

9.

Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar ir-rwol ewlieni tal-politiki ta’ tagħlim tul il-ħajja fl-għoti tas-setgħa lis-soċjetajiet biex jindirizzaw it-tranżizzjoni teknoloġika u ekoloġika favur tkabbir inklużiv u sostenibbli, ĠU C 389, 18.11.2019, p. 12

10.

Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar Perkorsi ta’ Titjib tal-Ħiliet: Opportunitajiet Ġodda għall-Adulti, ĠU C 189, 5.6.2019, p. 23

11.

Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri mlaqqgħin fil-Kunsill dwar qafas għall-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ: L-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea għaż-Żgħażagħ 2019-2027, ĠU C 456, 18.12.2018, p. 1

12.

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-kompetenzi ewlenin għat-tagħlim tul il-ħajja, ĠU C 189, 4.6.2018, p. 1

13.

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar Perkorsi ta’ Titjib tal-Ħiliet: Opportunitajiet Ġodda għall-Adulti, ĠU C 484, 24.12.2016, p. 1

14.

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-validazzjoni tat-tagħlim mhux formali u informali, ĠU C 398, 22.12.2012, p. 1

15.

Riżoluzzjoni tal-Kunsill dwar aġenda Ewropea mġedda għat-tagħlim għall-adulti, ĠU C 372, 20.12.2011, p. 1.

Dikjarazzjonijiet

16.

Id-Dikjarazzjoni ta’ Porto (8 ta’ Mejju 2021)

17.

Dikjarazzjoni ta’ Osnabrück dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali bħala faċilitatur tal-irkupru u ta’ tranżizzjonijiet ġusti lejn ekonomiji diġitali u ekoloġiċi (30 ta’ Novembru 2020)

Kummissjoni Ewropea

18.

Il-Pjan ta’ Azzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali (COM(2021) 102 final)

19.

Green paper dwar it-tixjiħ. Inrawmu solidarjetà u responsabbiltà bejn il-ġenerazzjonijiet (COM (2021) 50 final)

20.

Pjan ta’ Azzjoni għall-Edukazzjoni Diġitali 2021-2027. Tfassil mill-ġdid tal-edukazzjoni u t-taħriġ għall-era diġitali (COM(2020)624 final)

21.

Aġenda għall-Ħiliet għall-Ewropa għall-kompetittività sostenibbli, il-ġustizzja soċjali u r-reżiljenza (COM(2020) 274 final)

22.

Unjoni ta’ Ugwaljanza: Strateġija ta’ Ugwaljanza Bejn is-Sessi għall-2020-2025 (COM(2020) 152 final)

23.

Il-Patt Ekoloġiku Ewropew (COM (2019) 640 final)


RAKKOMANDAZZJONIJIET

il–Kunsill

14.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 504/21


RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUNSILL

tad-29 ta’ Novembru 2021

dwar approċċi ta’ tagħlim imħallat għal edukazzjoni primarja u sekondarja ta’ kwalità għolja u inklużiva

(2021/C 504/03)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u b’mod partikolari l-Artikoli 165 u 166 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

BILLI:

1.

Il-pandemija tal-COVID-19 affettwat u poġġiet pressjoni bla preċedent fuq is-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ madwar id-dinja u madwar l-Unjoni. Ir-restrizzjonijiet soċjetali ġabu bidliet kbar fit-tagħlim u l-apprendiment kif ukoll fil-komunikazzjoni u fil-kollaborazzjoni fi ħdan il-komunitajiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ (1). Dawn kellhom impatt fuq l-istudenti, il-familji tagħhom, l-għalliema, il-ħarrieġa, u l-mexxejja tal-istituzzjonijiet, kif ukoll fuq il-professjonisti fil-komunità li jappoġġaw l-edukazzjoni, bħall-ħaddiema soċjali, il-psikoloġi, speċjalisti fi kwistjonijiet ta’ konsulenza, professjonisti fil-kura tas-saħħa u edukaturi kulturali oħrajn. L-Istati Membri setgħu jimmobilizzaw b’mod rapidu soluzzjonijiet u appoġġ għat-tagħlim mill-bogħod, billi f’ħafna każijiet għamlu użu ta’ teknoloġiji diġitali. Ġew meħuda tagħlimiet utli dwar opportunitajiet ġodda għall-edukazzjoni u t-taħriġ, inkluż iż-żieda sinifikanti fil-ħiliet u l-kompetenzi diġitali tal-għalliema u rabtiet aktar mill-qrib bejn l-iskejjel u l-komunità usa’. Madankollu, ħafna Stati Membri esperjenzaw nuqqasijiet fis-sistema, b’nuqqas mifrux ta’ tħejjija u riżorsi għall-bidla lejn approċċ differenti għat-tagħlim u l-apprendiment, li enfasizza u aggrava l-inugwaljanzi, id-diskrepanzi u l-ħtiġijiet eżistenti (2). Is-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ iridu jindirizzaw dawn u jtejbu wkoll ir-reżiljenza tagħhom, biex ilaħħqu ma’ u jadattaw aħjar għaċ-ċirkostanzi li qed jinbidlu fil-futur.

2.

Il-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-ġlieda kontra l-kriżi tal-COVID-19 fl-edukazzjoni u t-taħriġ jistiednu lill-Istati Membri biex “jerġgħu jibdew attivitajiet ta’ tagħlim u apprendiment wiċċ imb wiċċ”, u barra minn hekk jipprovdu “possibbiltajiet għal tagħlim mill-bogħod, diġitali u mħallat”, filwaqt li “jagħtu attenzjoni addizzjonali biex jiżguraw opportunitajiet indaqs”. Il-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-edukazzjoni diġitali fis-soċjetajiet tal-għarfien tal-Ewropa (3) jistiednu wkoll lill-Kummissjoni biex “tkompli l-ħidma, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri u abbażi tal-evidenza”, il-konklużjonijiet imsemmija hawn fuq, “bil-għan li jkun hemm komprensjoni kondiviża fil-livell tal-Unjoni tal-approċċi għal proċessi ta’ apprendiment mill-bogħod li jkunu effettivi, inklużivi u interessanti”.

3.

Il-Pjan ta’ Azzjoni għall-Edukazzjoni Diġitali 2021-2027 jiddeskrivi l-viżjoni tal-Kummissjoni Ewropea għal edukazzjoni diġitali ta’ kwalità għolja, inklużiva u aċċessibbli fl-Ewropa. Huwa appell għal azzjoni għal kooperazzjoni aktar b’saħħitha fil-livell Ewropew biex jittieħdu tagħlimiet mill-pandemija tal-COVID-19 u s-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ jkunu aktar lesti għall-era diġitali. Dan jenfasizza l-potenzjal tat-teknoloġija li tiffaċilita apprendiment aktar aċċessibbli, flessibbli, personalizzat u ffukat fuq l-istudenti. Ifittex li jindirizza l-inugwaljanzi fl-edukazzjoni u t-taħriġ meta jkun hemm nuqqas ta’ ħiliet u kompetenzi diġitali, aċċess għal għodod xierqa, u konnettività online affidabbli. Il-pjan jenfasizza l-ħtieġa li tissaħħaħ il-kapaċità diġitali fis-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ.

4.

It-trawwim tal-iżvilupp tal-kompetenzi huwa wieħed mill-għanijiet ta’ Żona Ewropea tal-Edukazzjoni li permezz tagħha “nużaw il-potenzjal sħiħ tal-edukazzjoni u tal-kultura bħala muturi tal-impjiegi, tal-ġustizzja soċjali, taċ-ċittadinanza attiva kif ukoll bħala mezz biex tiġi esperjenzata l-identità Ewropea fid-diversità kollha tagħha” (4). Ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill dwar qafas strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ lejn iż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni u lil hinn (2021-2030) (5) tistabbilixxi, bħala l-għan ewlieni tal-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ, l-appoġġ għall-iżvilupp ulterjuri tas-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ fl-Istati Membri li għandhom l-għan li jiżguraw is-sodisfazzjon personali, soċjali u professjonali taċ-ċittadini kollha, filwaqt li tippromwovi l-valuri demokratiċi, l-ugwaljanza, il-koeżjoni soċjali, iċ-ċittadinanza attiva, u d-djalogu interkulturali, kif ukoll il-prosperità ekonomika sostenibbli, it-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali, u l-impjegabbiltà.

5.

L-ewwel prinċipju tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali (6) jiddikjara li kulħadd għandu d-dritt għal edukazzjoni, taħriġ u tagħlim tul il-ħajja ta’ kwalità u inklużivi sabiex iżomm u jikseb ħiliet li jippermettulu jipparteċipa b’mod sħiħ fis-soċjetà u tranżizzjonijiet ta’ suċċess fis-suq tax-xogħol. Il-prinċipju 11 tal-Pilastru jiddikjara li t-tfal li ġejjin minn ambjent żvantaġġat għandhom id-dritt għal miżuri speċifiċi biex jissaħħu l-opportunitajiet indaqs. L-implimentazzjoni effettiva ta’ dawk il-prinċipji tiddependi ħafna fuq id-determinazzjoni u l-azzjoni tal-Istati Membri. L-azzjonijiet fil-livell tal-UE jistgħu jikkomplementaw l-azzjonijiet nazzjonali u l-Kummissjoni ppreżentat il-kontribut tagħha fil-Pjan ta’ Azzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali (7).

6.

L-Aġenda għall-Ħiliet għall-Ewropa (8) tiddefinixxi azzjonijiet li jgħinu lill-individwi u lin-negozji jiżviluppaw u jużaw aktar ħiliet u ħiliet aħjar, billi jsaħħu l-kompetittività sostenibbli u jibnu r-reżiljenza biex jirreaġixxu għall-kriżijiet, abbażi tat-tagħlimiet meħuda matul il-pandemija tal-COVID-19; tipproponi wkoll it-trawwim tal-edukazzjoni STEM (Xjenza, Teknoloġija, Inġinerija u Matematika) f’azzjonijiet ta’ riċerka u innovazzjoni.

7.

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi Garanzija Ewropea għat-Tfal (9) tistieden lill-Istati Membri jiggarantixxu aċċess effettiv u liberu għall-edukazzjoni u l-attivitajiet ibbażati fl-iskejjel għat-tfal fil-bżonn (jiġifieri f’riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali). L-Istrateġija tal-UE dwar id-Drittijiet tat-Tfal (10) titlob li tinbena edukazzjoni inklużiva ta’ kwalità.

8.

F’dinja li qed tinbidel rapidament u interkonnessa ħafna, kull persuna teħtieġ firxa wiesgħa ta’ kompetenzi u li tiżviluppahom kontinwament matul il-ħajja. Il-kompetenzi ewlenin kif definiti fil-Qafas Ewropew ta’ Referenza dwar il-Kompetenzi Ewlenin għat-Tagħlim Tul il-Ħajja (11) għandhom l-għan li jistabbilixxu l-pedament għall-kisba ta’ soċjetajiet aktar ekwi u aktar demokratiċi. Dawn jirrispondu għall-ħtieġa ta’ tkabbir inklużiv u sostenibbli, koeżjoni soċjali u żvilupp ulterjuri tal-kultura demokratika.

9.

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-kompetenzi ewlenin għat-tagħlim tul il-ħajja (12) tiddikjara li l-iżvilupp tal-kompetenzi huwa ffaċilitat permezz tal-promozzjoni ta’ varjetà ta’ approċċi u ambjenti tat-tagħlim, inkluż l-użu adegwat tat-teknoloġiji diġitali; l-għoti ta’ appoġġ lill-persunal edukattiv kif ukoll lil partijiet ikkonċernati oħrajn li jappoġġaw il-proċessi ta’ tagħlim, inkluż il-familji; l-appoġġ u l-iżvilupp ulterjuri tal-valutazzjoni u l-validazzjoni tal-kompetenzi ewlenin miksuba f’kuntesti differenti; u t-tisħiħ tal-kollaborazzjoni fl-edukazzjoni u bejn ambjenti tal-edukazzjoni, it-taħriġ u t-tagħlim fil-livelli kollha, u f’oqsma differenti.

10.

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (VET) għall-kompetittività sostenibbli, il-ġustizzja soċjali u r-reżiljenza (13) tipproponi viżjoni modernizzata ta’ politika tal-UE dwar il-VET, inkluż id-diġitalizzazzjoni tagħha u l-użu ta’ tagħlim imħallat. Id-Dikjarazzjoni ta’ Osnabrück dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali bħala faċilitatur tal-irkupru u tranżizzjonijiet ġusti lejn ekonomiji diġitali u ekoloġiċi tiddikjara li t-tagħlim diġitali jista’ jkollu rwol importanti u komplementari (14).

11.

Il-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-għalliema u l-ħarrieġa Ewropej għall-futur (15) jirrikonoxxu li l-għalliema, il-ħarrieġa u l-mexxejja tal-iskejjel huma mutur indispensabbli tal-edukazzjoni u t-taħriġ li jenħtieġ li jkunu involuti fil-ħolqien ta’ politiki tal-edukazzjoni u tat-taħriġ b’awtonomija fl-applikazzjoni ta’ dawn il-politiki fil-prattika iżda li jeħtieġu wkoll l-appoġġ ta’ approċċ komprensiv għall-edukazzjoni inizjali, id-dħul fis-servizz u l-iżvilupp professjonali kontinwu.

12.

Il-pandemija kabbret it-tħassib li ilu jeżisti għall-benesseri fiżiku, mentali u emozzjonali tat-tfal u taż-żgħażagħ. It-tfal u ż-żgħażagħ kollha għandhom jingħataw appoġġ biex igawdu stil ta’ ħajja attiv u tajjeb għas-saħħa (16), li jħeġġeġ drawwiet pożittivi tul il-ħajja, u għandu jkollhom l-opportunità li jipparteċipaw f’firxa ta’ attivitajiet sportivi u fiżiċi oħra, li ttejjeb il-ħiliet motorji u tagħti spinta lill-benesseri mentali u emozzjonali. It-tfal u ż-żgħażagħ jeħtieġu wkoll appoġġ għall-benesseri mentali u emozzjonali tagħhom matul it-tagħlim, inkluż kompiti ta’ tagħlim taħt ċirkostanzi ta’ sfida u fehim tal-imġiba sikura u responsabbli online (17). Huwa meħtieġ ukoll appoġġ għal dawk l-istudenti li jqattgħu perijodi ta’ ħin twal ’il bogħod mill-familji u l-pari tagħhom, jew mill-appoġġ tal-persunal tal-iskola. L-identifikazzjoni ta’ oqsma għat-titjib u r-rimedju biex jiġi indirizzat kwalunkwe telf fit-tagħlim u impatt fuq il-benesseri hija importanti wkoll.

13.

Filwaqt li jiġi rikonoxxut bis-sħiħ li l-valur tat-tagħlim wiċċ imb’ wiċċ, it-tagħlim b’modi differenti u f’ambjenti differenti, inkluż is-sit tal-iskola, id-dar, fil-miftuħ, is-siti kulturali, il-postijiet tax-xogħol u l-ambjenti diġitali, jista’ jimmotiva lit-tfal u ż-żgħażagħ biex itejbu l-iżvilupp ta’ kompetenza wiesgħa tagħhom. Dan min-naħa tiegħu jista’ jgħinhom jifhmu u jiġu motivati mir-rilevanza tal-edukazzjoni u t-taħriġ formali għal ħajjithom fis-soċjetà u jżid l-involviment attiv tagħhom fl-isfidi lokali u globali, pereżempju dawk relatati mas-sostenibbiltà, l-ambjent u t-tibdil fil-klima.

14.

L-edukazzjoni hija dritt fundamentali tal-bniedem u dritt tat-tfal. L-aċċess għaliha jrid jiġi ggarantit, indipendentement mill-ambjent li fih isseħħ – is-sit tal-iskola, ambjenti fiżiċi oħra, mill-bogħod, jew taħlita ta’ kollha – u indipendentement miċ-ċirkostanzi personali u soċjali differenti tal-istudenti. Lil hinn mill-pandemija, filwaqt li jiġi rikonoxxut bis-sħiħ il-valur tat-tagħlim fis-sit tal-iskola u wiċċ imb’ wiċċ, l-approċċi ta’ tagħlim imħallat huma opportunità biex jittejbu l-kwalità, ir-rilevanza u l-inklużività tal-edukazzjoni u t-taħriġ, bħal forniment ta’ tagħlim aħjar f’żoni rurali u remoti, inkluż ir-reġjuni ultraperiferiċi u l-komunitajiet tal-gżejjer, u għal studenti oħra li jistgħu (temporanjament) ma jattendux is-sit tal-iskola full time: dawk li huma parti minn komunitajiet ta’ vjaġġaturi jew vjaġġaturi okkupazzjonali; persuni żgħażagħ li jindukraw; dawk bi problemi tas-saħħa jew li jgħixu fi sptarijiet u f’ċentri tal-kura; dawk involuti f’taħriġ ta’ prestazzjoni għolja; u dawk f’edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali jew f’xogħol bi ħlas. L-ambjenti u l-għodod kollha għandhom ikunu aċċessibbli bl-istess mod għal gruppi ta’ minoranzi, tfal u żgħażagħ b’diżabilità u minn sfondi soċjoekonomikament żvantaġġati u ma għandhomx iwasslu għal diskriminazzjoni jew segregazzjoni.

15.

Approċċi ta’ tagħlim imħallat jirrikonoxxu l-valur tal-iskola bħala spazju kondiviż għall-interazzjoni personali u soċjali, li huwa importanti għat-tagħlim bħala mod ta’ kif nifhmu u nagħmlu sens mid-dinja. Kemm l-arkitettura tal-iskola kif ukoll id-disinn tal-ispazju għall-iskejjel huma sinifikanti f’dan ir-rigward.

16.

Approċċi ta’ tagħlim imħallat jistgħu jtejbu l-iżvilupp ta’ kompetenzi wiesgħa, minħabba l-varjetà ta’ kompiti u għodod ta’ tagħlim li jistgħu jinvolvu. L-użu tat-teknoloġija diġitali, inkluż il-konnessjoni ta’ apparati online, jista’ jiffaċilita l-interazzjoni tal-istudent ma’ studenti oħra, programmi ta’ tagħlim, u sorsi oħra ta’ informazzjoni, u jista’ jappoġġa t-tagħlim wiċċ imb’ wiċċ u t-tagħlim f’ambjenti differenti. Il-kisba ta’ kompetenzi diġitali u tad-data tista’ tiġi ffaċilitata permezz ta’ approċċi ta’ tagħlim imħallat. L-użu komplementari tat-tagħmir xjentifiku, ir-riżorsi edukattivi miftuħa (OER), l-għodod tas-snajja’, realja (oġġetti misjuba u użati fil-ħajja ta’ kuljum), testi pubblikati, u għodod tal-kitba u tal-arti viżiva jista’ jappoġġa l-kreattività u l-espressjoni personali, kemm bħala individwu kif ukoll b’mod kollaborattiv.

17.

L-approċċi ta’ tagħlim imħallat jeħtieġu approċċ koerenti u mifrux mas-sistema kollha biex jinħolqu kundizzjonijiet abilitanti. Dan jinkludi l-involviment ta’ prattikanti b’oqsma differenti ta’ għarfien espert u l-promozzjoni ta’ kollaborazzjoni mal-komunità, li jħeġġeġ responsabbiltà kondiviża għall-iżvilupp tat-tfal u ż-żgħażagħ. L-effettività ta’ miżuri sistematiċi biex jiġu appoġġati approċċi ta’ tagħlim imħallat ser tiddependi wkoll fuq l-artikulazzjoni u l-appoġġ tar-relazzjonijiet bejn l-elementi differenti tal-ekosistema, bejn l-awtoritajiet lokali, reġjonali u nazzjonali tal-edukazzjoni u t-taħriġ; l-industrija tar-riżorsi tal-edukazzjoni (li tipprovdi t-teknoloġija, il-pubblikazzjoni, u tagħmir ieħor tal-kurrikulu); l-istituzzjonijiet tar-riċerka, l-edukazzjoni u t-taħriġ; il-komunitajiet; l-organizzazzjonijiet u l-inizjattivi tas-soċjetà ċivili; kif ukoll il-familji u l-istudenti nfushom, irrispettivament mill-ħtiġijiet jew mil-livelli ta’ ħiliet tagħhom.

18.

L-approċċi ta’ tagħlim imħallat huma prattika stabbilita b’mod ġenerali fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali inizjali (18); madankollu, ir-restrizzjonijiet tal-pandemija sfidaw il-kapaċità tal-istituzzjonijiet u l-organizzazzjonijiet li jipprovdu tagħlim ibbażat fuq ix-xogħol u jżommu komunikazzjoni mal-ħarrieġa u l-mentors, u kellhom impatt fuq il-forniment ta’ apprendistati. It-tnaqqis fl-aċċess għal esperjenzi prattiċi enfasizza l-ħtieġa magħrufa għall-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali biex jittieħed vantaġġ mit-teknoloġija diġitali, inkluż l-apparati diġitali u l-pjattaformi ta’ tagħlim, il-portafolli elettroniċi u r-realtà awmentata u r-realtà virtwali għas-simulazzjonijiet. Huwa saħħaħ ukoll il-ħtieġa għal fehim u koordinazzjoni ta’ kif it-teknoloġiji diġitali jintużaw għat-tagħlim f’ambjenti differenti (eż. fis-sit tal-iskola jew matul il-kollokamenti tax-xogħol) sabiex l-istudenti jitħejjew għall-ħajja u s-suq tax-xogħol futur.

19.

L-importanza u r-rilevanza tat-tagħlim mhux formali huma evidenti mill-esperjenzi miksuba permezz tal-ħidma fost iż-żgħażagħ, ix-xogħol volontarju u l-parteċipazzjoni f’attivitajiet kulturali, inkluż l-isport tal-massa. It-tagħlim mhux formali għandu rwol importanti x’jaqdi fl-appoġġ tal-iżvilupp ta’ ħiliet interpersonali, komunikattivi, konjittivi u personali essenzjali, inkluż il-kreattività, li jiffaċilitaw it-tranżizzjoni taż-żgħażagħ lejn l-età adulta, iċ-ċittadinanza attiva u l-ħajja tax-xogħol (19). L-identifikazzjoni ta’ modi ġodda ta’ tagħlim tinkludi kooperazzjoni aħjar bejn ambjenti ta’ tagħlim formali u mhux formali (20).

20.

Din ir-Rakkomandazzjoni tirrispetta bis-sħiħ il-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità. Hija tirrikonoxxi li l-livell ta’ awtonomija li jgawdu minnu l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ ivarja ħafna madwar l-Istati Membri. F’xi Stati Membri, l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ, l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni tal-għalliema, kif ukoll l-għalliema u l-ħarrieġa, igawdu minn livell għoli ta’ awtonomija. Ir-Rakkomandazzjoni ser tiġi implimentata skont iċ-ċirkostanzi nazzjonali.

Filwaqt li titqies id-definizzjoni li ġejja ta’ “tagħlim imħallat”:

Għall-finijiet ta’ din ir-Rakkomandazzjoni, tagħlim imħallat fl-edukazzjoni u t-taħriġ formali jinvolvi diversità ta’ approċċi u huwa mifhum bħala skola (fl-edukazzjoni primarja u sekondarja, inkluż l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali), għalliem u ħarrieġ jew student li jieħdu aktar minn approċċ wieħed għall-proċess ta’ tagħlim:

it-taħlit tas-sit tal-iskola ma’ ambjenti fiżiċi oħra ’l bogħod mis-sit tal-iskola (bil-preżenza ta’ għalliem/ħarrieġ, jew separati mill-ispazju u/jew il-ħin fit-tagħlim mill-bogħod);

it-taħlit ta’ għodod differenti għat-tagħlim li jistgħu jkunu diġitali (inkluż it-tagħlim online) u mhux diġitali.

Billi jużaw il-ġudizzju pedagoġiku professjonali tagħhom, l-għalliema, il-ħarrieġa u l-iskejjel ser jagħżlu u jiffaċilitaw l-użu ta’ dawn l-approċċi bħala parti minn kompiti ta’ involviment u tagħlim effettiv li jappoġġaw l-iżvilupp ta’ kompetenza wiesgħa, kif adatt għall-età, l-abbiltajiet u ċ-ċirkostanzi tal-istudenti u l-eżiti tat-tagħlim maħsuba.

Ambjenti fiżiċi oħra jistgħu jinkludu, pereżempju, minn naħa waħda, id-dar; l-isptarijiet (fil-każ ta’ tfal morda jew midruba); u min-naħa l-oħra istituzzjonijiet kulturali u tal-memorja; l-azjendi agrikoli, il-kumpanniji u postijiet tax-xogħol oħra; is-siti tan-natura u fil-miftuħ; l-ispazji sportivi u taż-żgħażagħ.

Tagħlim mill-bogħod huwa definit bħala tagħlim li jseħħ mal-għalliem/ħarrieġ li jkun separat mill-istudent mill-ispazju u/jew il-ħin, filwaqt li jitqiesu ċ-ċirkostanzi nazzjonali.

Tagħlim online huwa definit bħala tagħlim li jseħħ bl-użu tat-teknoloġija diġitali biex jiġu konnessi apparati differenti u tiġi ffaċilitata l-interazzjoni bejn l-istudent u l-għalliema, il-ħarrieġa jew persunal edukattiv ieħor, jew studenti oħra, bil-għan li jinkiseb kontenut tat-tagħlim jew informazzjoni oħra biex jinkisbu l-objettivi ta’ programmi tat-tagħlim.

Għodod tat-tagħlim diġitali jistgħu jinkludu, pereżempju: smart boards u projetturi għall-kollaborazzjoni fil-klassijiet; apparati mobbli, tablets u laptops b’applikazzjonijiet għad-disinn, l-esplorazzjoni u l-kondiviżjoni tax-xogħol; it-televiżjoni u r-radju biex jiġu segwiti l-programmi; u l-għodod u l-applikazzjonijiet tar-realtà awmentata u tar-realtà virtwali għall-interattività mtejba. L-għodod tat-tagħlim diġitali mhux dejjem jeħtieġu li jkunu konnessi mal-internet,

B’DAN JIRRAKKOMANDA LI L-ISTATI MEMBRI

1.

Abbażi tat-tagħlimiet meħuda fil-kuntest tal-kriżi tal-COVID-19, jappoġġaw l-irkupru u t-tħejjija ta’ sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ billi jindirizzaw il-konsegwenzi tal-pandemija għall-istudenti, l-għalliema, il-ħarrieġa u persunal edukattiv ieħor, jiżviluppaw approċċi strateġiċi aktar fit-tul għat-tagħlim imħallat u jibnu fuq innovazzjonijiet b’suċċess introdotti jew ittestjati matul il-pandemija biex jikkondividu u jespandu l-aħjar prattiki, skont il-prinċipji stabbiliti f’din ir-Rakkomandazzjoni (21). Dawn l-innovazzjonijiet ma jissostitwixxux iżda jikkomplementaw it-tagħlim mis-siti tal-iskola u dak wiċċ imb’ wiċċ.

2.

Jappoġġaw lill-istudenti billi jqisu l-miżuri li ġejjin:

Bħala rispons dirett għall-kriżi

a)

Jipprovdu opportunitajiet addizzjonali ta’ tagħlim u appoġġ immirat lejn l-istudenti biex jiġi rimedjat it-telf ta’ tagħlim ikkawżat mill-għeluqparzjali tal-iskejjel u r-restrizzjonijiet għat-tagħlim wiċċ imb’ wiċċ, b’mod partikolari għal dawkli għandhom diffikultajiet fit-tagħlim, għandhom ħtiġijiet edukattivi speċjali, ġejjin minn gruppi żvantaġġati jew li ġew affettwati mod ieħor mit-tfixkil fl-edukazzjoni u t-taħriġ. Dan jista’ jinkludi, pereżempju, appoġġ individwalizzat imtejjeb u tutoraġġ personali, sistemi ta’ mentoraġġ (inkluż mentoraġġ bejn il-pari), komunitajiet tat-tagħlim inklużiv, riżorsi ta’ aktar għalliema assenjati lill-klassi (eż. Co-teaching), aktar appoġġ għall-konsulenza, ħin ta’ tagħlim addizzjonali matul is-sena skolastika u/jew il-perijodu tal-vaganzi, aċċess għal ambjenti ta’ tagħlim addizzjonali, bħal libreriji pubbliċi u spazji komunitarji, u għal servizzi ta’ wara l-iskola b’appoġġ pedagoġiku.

b)

Jagħtu prijorità lill-benesseri fiżiku u mentali tal-istudenti u l-familji tagħhom. Dan jista’ jinkludi: it-tisħiħ tal-appoġġ psikoloġiku u l-iżvilupp ta’ gwida għas-saħħa mentali; l-inklużjoni tal-benesseri tal-istudent u l-politiki kontra l-bullying fl-objettivi tal-iskejjel; proċessi ta’ monitoraġġ u assigurazzjoni tal-kwalità (bħala parti minn assigurazzjoni tal-kwalità regolari jew xogħol ta’ spezzjoni fl-iskejjel jew fil-kuntest ta’ valutazzjonijiet speċifiċi tas-sitwazzjoni fl-iskejjel fil-kuntest tal-pandemija); l-assenjazzjoni ta’ persunal dedikat jew il-faċilitazzjoni tal-aċċess għal professjonisti kwalifikati u servizzi tas-saħħa mentali u ta’ appoġġ.

c)

Jagħtu spinta lill-iżvilupp tal-ħiliet u l-kompetenzi diġitali tal-istudenti kollha u l-familji tagħhom, b’kont meħud tad-distakk diġitali u d-distakk diġitali bejn il-ġeneri, filwaqt li jiġu indirizzati l-isterjotipi u l-preġudizzji kollha, inkluż l-isterjotipi tal-ġeneru u l-preġudizzji tal-ġeneru, u tingħata spinta lill-kapaċità diġitali tas-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ billi jitħeġġeġ l-investiment fil-livelli tal-iskejjel u tal-komunità fl-apparat u l-konnettività disponibbli u billi jiġu pprovduti opportunitajiet biex jissaħħu l-ħiliet u l-kompetenzi diġitali, inkluż l-użu tat-teknoloġija għall-komunikazzjoni, kemm għal tagħlim indipendenti kif ukoll kollaborattiv u għall-awtovalutazzjoni biex jittejjeb aktar it-tagħlim. L-implimentazzjoni ta’ investimenti u riformi previsti fil-pjanijiet nazzjonali u tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza tiżgura li l-istudenti kollha jkunu jistgħu jaċċessaw it-tagħmir u l-opportunitajiet ta’ tagħlim meħtieġa.

Biex jiġu appoġġati l-irkupru u t-tħejjija fit-tul tal-edukazzjoni u t-taħriġ:

d)

Jesploraw modi biex jiġu żviluppati approċċi ta’ tagħlim imħallat fl-edukazzjoni primarja u sekondarja, inkluż l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, għall-benefiċċju tal-istudenti kollha u biex jiġi żgurat impatt pożittiv dejjiemi fuq it-tagħlim u l-apprendiment adattati għall-età, l-abbiltajiet, il-ħtiġijiet speċifiċi u l-objettivi tat-tagħlim tal-istudenti, filwaqt li jiġi rikonoxxut bis-sħiħ il-valur tat-tagħlim fis-sit tal-iskola u t-tagħlim wiċċ imb wiċċ. Dan jista’ jinkludi t-tisħiħ tal-iżvilupp u l-inkorporazzjoni ta’ għodod differenti għat-tagħlim, sabiex jiġu pprovduti opportunitajiet għall-investigazzjoni u l-espressjoni, inkluż l-iżvilupp tal-litteriżmu xjentifiku, diġitali u fil-media; l-appoġġ għat-tagħlim li jgħaqqad ambjenti differenti biex jarrikkixxi l-esperjenza tat-tagħlim; il-ħolqien ta’ bilanċ xieraq bejn it-tagħlim immexxi mill-għalliema u mill-istudenti fuq naħa, u t-tagħlim kollaborattiv u indipendenti fuq l-oħra; l-esplorazzjoni ta’ metodi ta’ tagħlim biex opportunitajiet ġodda jsiru attraenti u jiġu offruti soluzzjonijiet ta’ tagħlim aħjar kemm għall-istudenti kif ukoll għall-għalliema.

e)

Jużaw approċċi ta’ tagħlim imħallat bħala mod kif jiġu appoġġati l-benesseri, l-awtonomija tal-istudenti u t-tagħlim personalizzat (filwaqt li jitqiesu l-età, il-kapaċitajiet, u l-ħtiġijiet speċifiċi tat-tagħlim tal-istudenti), u kif jiġu żviluppati l-“kompetenzi personali, soċjali u tat-tagħlim dwar kif titgħallem” (wieħed mit-tmien “kompetenzi ewlenin għat-tagħlim tul il-ħajja” (22) u żviluppat aktar fl-inizjattiva qafas Ewropea LifeComp tal-Kummissjoni (23)).

3.

Jappoġġaw lill-għalliema u lill-ħarrieġa billi jqisu l-miżuri li ġejjin:

Bħala reazzjoni diretta għall-kriżi:

a)

Jappoġġaw l-awtovalutazzjoni tal-għalliema dwar l-użu tat-teknoloġiji diġitali, kif ukoll korsijiet ta’ titjib tal-ħiliet u forom oħra ta’ tagħlim professjonali għall-għalliema u l-ħarrieġa biex jgħinuhom jużaw u jintegraw programmi u għodod diġitali fit-tagħlim (24). Jiżviluppaw u jiddisseminaw moduli u riżorsi pedagoġiċi online u fuq il-post biex jgħinu lill-għalliema u lill-ħarrieġa jadattaw il-metodi u l-prattiki tat-tagħlim tagħhom għal approċċi ta’ tagħlim imħallat (25), abbażi tal-esperjenza u l-feedback tagħhom, u jinvolvu ruħhom magħhom fl-użu ta’ għodod u materjali ġodda, inkluż kif joperaw b’mod sikur u etiku f’ambjenti diġitali u kif jappoġġaw lill-istudenti biex jagħmlu dan.

b)

Iżidu l-enfasi fuq il-benesseri u l-kwalità tal-ħajja professjonali tal-għalliema u l-ħarrieġa, il-mexxejja tal-iskejjel u persunal edukattiv ieħor sabiex jittaffa l-istress u jiġi pprevenut l-eżawriment. Dan jista’ jinkludi: il-faċilitazzjoni tal-aċċess għal professjonisti u servizzi kwalifikati fil-qasam tas-saħħa mentali u fi kwistjonijiet ta’ appoġġ; il-promozzjoni tal-iżvilupp u/jew l-organizzazzjoni ta’ appoġġ bejn il-pari biex jittaffa l-istress; u l-għoti ta’ opportunitajiet imtejba għat-taħriġ fir-reżiljenza/il-benesseri mentali fl-edukazzjoni inizjali tal-għalliema u fit-tkomplija ta’ programmi ta’ żvilupp professjonali.

Biex jiġu appoġġati l-irkupru u t-tħejjija fit-tul tal-għalliema u l-ħarrieġa:

c)

Jintegraw it-tfassil ta’ tagħlim imħallat fi programmi tal-edukazzjoni inizjali tal-għalliema (26) u tat-tkomplija tal-iżvilupp professjonali statutorji (27) biex il-persunal edukattiv jiġi megħjun jadatta t-tfassil tat-tagħlim kif xieraq għall-kuntesti professjonali tiegħu u megħjun biex isir kompetenti fil-faċilitazzjoni tat-tagħlim b’firxa ta’ ambjenti fuq ġewwa u fil-miftuħ, għodod u kompiti.

d)

Jipprovdu aċċess għal ċentri ta’ għarfien espert u għal riżorsi xierqa li jiggwidaw u jtejbu approċċi ta’ tagħlim imħallat. Jappoġġaw lill-persunal tal-edukazzjoni u tat-taħriġ biex jiżviluppaw approċċi ta’ tagħlim imħallat fil-kuntesti speċifiċi tagħhom permezz ta’ skambji tal-persunal u tagħlim bejn il-pari, il-ħolqien ta’ timijiet b’saħħithom tal-iskejjel permezz ta’ tagħlim kollaborattiv, networks, proġetti ta’ kollaborazzjoni, u komunitajiet ta’ prattika.

e)

Jiżviluppaw gwida dwar approċċi ġodda għall-valutazzjoni u l-eżamijiet finali, inkluż online, b’għodod xierqa għal valutazzjoni formattiva u kumulattiva li huma xierqa għal livelli u kuntesti ta’ tagħlim differenti tal-edukazzjoni u t-taħriġ.

f)

Iħeġġu lill-persunal edukattiv jipparteċipa fi proġetti u riċerka esploratorji, inkluż l-ittestjar tal-użu tal-kompiti f’ambjenti oħrajn ta’ tagħlim u l-użu tat-teknoloġija diġitali biex tappoġġa l-proċessi ta’ tagħlim u apprendiment.

4.

Jappoġġaw lill-iskejjel billi jqisu l-miżuri li ġejjin:

Bħala reazzjoni diretta għall-kriżi:

a)

Jipprovdu għodod u riżorsi għall-approċċi ta’ tagħlim imħallat, kif ukoll gwida lill-iskejjel dwar kif dawn jistgħu jintużaw effettivament (28).

b)

Jimmobilizzaw jew jirreklutaw persunal addizzjonali biex ikun jista’ jingħata aktar ħin għall-appoġġ individwali fl-iskola u fl-attivitajiet ta’ wara l-iskola, jekk possibbli.

c)

Jappoġġaw sħubijiet effettivi għall-infrastruttura u r-riżorsi bejn fornituri differenti tal-edukazzjoni u tat-taħriġ, inkluż mill-awtoritajiet lokali u reġjonali, in-negozji, assoċjazzjonijiet professjonali, l-arti, il-wirt kulturali, l-isport, in-natura, l-edukazzjoni għolja u l-istituti tar-riċerka, is-soċjetà ċivili, l-industrija tar-riżorsi edukattivi (inkluż it-teknoloġija, il-pubblikazzjoni, u tagħmir ieħor tal-kurrikulu) u r-riċerka edukattiva.

d)

Jappoġġaw lill-iskejjel fil-monitoraġġ u l-awtoevalwazzjoni tal-istrateġiji u l-prattiki ta’ inklużjoni tagħhom fir-rigward ta’ approċċi ta’ tagħlim imħallat u fit-teħid ta’ miżuri meħtieġa biex jirrimedjaw għan-nuqqasijiet, inkluż l-użu tal-għodod tal-UE (29).

e)

Itejbu l-fehim tal-ġenituri, tal-kustodji legali u tal-familji dwar l-ambjenti tat-tagħlim, l-għodod u l-kompiti permezz ta’ komunikazzjoni u gwida sistematiċi, mingħajr ma jinħolqu piżijiet addizzjonali għalihom.

Biex jiġi appoġġat l-irkupru fit-tul u tittejjeb il-kapaċità għal bidla organizzazzjonali

f)

Jinvestu fil-konnettività tal-internet b’veloċità għolja għal ambjenti fuq il-post l-iskola u tat-tagħlim mill-bogħod, li fuqhom jiddependi t-tagħlim online, flimkien ma’ pjanijiet għall-manutenzjoni u l-modernizzazzjoni tal-infrastruttura teknika.

g)

Jippermettu, fejn possibbli u f’konformità mal-leġiżlazzjoni u ċ-ċirkostanzi nazzjonali u reġjonali, livell xieraq ta’ awtonomija għat-teħid ta’ deċiżjonijiet fil-livell tal-iskola (mill-bordijiet tal-iskejjel, il-kapijiet, il-mexxejja), sabiex jiġu ffaċilitati l-innovazzjoni, il-kapaċità ta’ rispons u l-adattament għall-ħtiġijiet lokali u reġjonali.

h)

Jappoġġaw lill-mexxejja tal-iskejjel, li huma importanti fil-ġestjoni tal-bidla organizzazzjonali u titjib kontinwu, bi żvilupp professjonali u gwida ddedikati għar-rwoli tagħhom. Jappoġġaw lill-iskejjel u lill-fornituri assoċjati tal-edukazzjoni u tat-taħriġ fir-riflessjoni dwar approċċi ta’ tagħlim imħallat fl-ippjanar strateġiku tagħhom u fil-proċessi ta’ titjib fl-iskejjel, li jistgħu jinkludu l-użu ta’ għodod ta’ awtovalutazzjoni.

i)

Jappoġġaw id-djalogu u n-networking bejn firxa ta’ partijiet ikkonċernati, inkluż il-familji, involuti kemm fit-tagħlim fis-siti tal-iskejjel u ambjenti fiżiċi oħra u fit-tagħlim mill-bogħod, sabiex jiġġeneraw feedback u ideat għall-iżvilupp futur minn sorsi differenti. Dan għandu jinkludi wkoll djalogu, gwida u strateġiji biex tiġi protetta s-sikurezza tat-tfal u taż-żgħażagħ u biex jiġu żgurati l-kunfidenzjalità u l-protezzjoni tad-data tagħhom, u s-sigurtà u l-privatezza tagħhom fid-dinja diġitali.

j)

Jużaw, meta possibbli, parti mill-mekkaniżmi interni u/jew esterni ta’ rieżami u ta’ assigurazzjoni tal-kwalità ta’ skola għat-taħlit ta’ ambjenti u għodod ta’ tagħlim, bl-inkorporazzjoni ta’ evalwazzjoni ta’ fornituri oħra minbarra l-iskola, jew permezz tagħhom.

5.

Jagħmlu użu sħiħ mill-fondi u mill-għarfien espert tal-UE għar-riformi u l-investiment fl-infrastruttura, l-għodod u l-pedagoġija biex iżidu r-reżiljenza u t-tħejjija għal skejjel lesti għall-futur, b’mod partikolari Erasmus+, il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), il-Programm Ewropa Diġitali, Orizzont Ewropa u l-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku.

6.

Jinvestu fir-riċerka dwar u fil-monitoraġġ u fl-evalwazzjoni tal-isfidi ta’ politika u l-impatt ta’ dawn l-inizjattivi fuq l-ekosistemi edukattivi sabiex jibnu fuq it-tagħlimiet meħuda u jikkontribwixxu għar-riforma futura tal-politika, inkluż billi jibnu fuq l-esperjenzi tal-istudenti kif ukoll fuq id-data miġbura, jekk disponibbli, biex jiġu żviluppati l-aħjar prattiki u soluzzjonijiet tal-IA mfassla apposta għal programmi ta’ tagħlim imtejba.

7.

Jieħdu miżuri u jagħtu segwitu għall-implimentazzjoni ta’ din ir-rakkomandazzjoni, f’konformità mas-sistemi nazzjonali u reġjonali tal-edukazzjoni u t-taħriġ. Iqisu, jekk xieraq, kwalunkwe miżura li tappoġġa approċċi ta’ tagħlim imħallat fil-pjanijiet ta’ azzjoni nazzjonali għall-implimentazzjoni tal-Garanzija Ewropea għat-Tfal.

B’DAN JISTIEDEN LILL-KUMMISSJONI, B’KUNSIDERAZZJONI XIERQA TAS-SUSSIDJARJETÀ U Ċ-ĊIRKOSTANZI NAZZJONALI, BIEX:

1.

Tappoġġa l-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjoni billi tiffaċilita t-tagħlim reċiproku u l-iskambji bejn l-Istati Membri u l-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha, soġġett għall-istabbiliment u l-elaborazzjoni ulterjuri ta’ miżuri, permezz ta’:

i)

il-Qafas strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ lejn iż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni u lil hinn (2021-2030) (30);

ii)

iċ-Ċentru Ewropew għall-Edukazzjoni Diġitali l-ġdid u d-Djalogu Strateġiku l-ġdid mal-Istati Membri, li ser jiġu stabbiliti taħt il-Pjan ta’ Azzjoni għall-Edukazzjoni Diġitali 2021-2027 biex jappoġġaw il-kollaborazzjoni transsettorjali dwar l-edukazzjoni diġitali;

iii)

il-pjattaformi u l-komunitajiet online tal-UE għall-edukazzjoni u t-taħriġ, inkluż il-pjattaforma School Education Gateway, eTwinning u s-Sett ta’ Għodod Ewropew għall-Iskejjel dwar “Il-promozzjoni tal-edukazzjoni inklużiva u l-indirizzar tat-tluq bikri mill-iskola”;

2.

Tappoġġa l-iżvilupp ta’ riżorsi, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri, biex jintużaw fuq bażi volontarja, bħal:

i)

materjal ta’ gwida infurmat mill-evidenza dwar it-tfassil tat-tagħlim u l-prattika organizzazzjonali tal-iskejjel f’approċċi ta’ tagħlim imħallat, inkluż dwar għodod diġitali possibbli, approċċi għall-valutazzjoni u l-validazzjoni tat-tagħlim, u l-protezzjoni tad-data, il-privatezza u s-sikurezza online;

ii)

il-ħolqien u l-kondiviżjoni ta’ kontenut edukattiv diġitali ta’ kwalità għolja, filwaqt li jiġi esplorat ukoll il-potenzjal tal-Qafas Ewropew tal-Kontenut Edukattiv Diġitali li bħalissa qed jiġi żviluppat mill-Kummissjoni.

3.

Tappoġġa l-iżvilupp professjonali u l-opportunitajiet ta’ tagħlim għall-għalliema, il-ħarrieġa u persunal edukattiv ieħor, billi:

i)

tippromwovi korsijiet online miftuħa massivi (MOOCs) dwar it-tagħlim imħallat għall-għalliema, għall-ħarrieġa, għall-mexxejja tal-iskejjel u għall-ħarrieġa tal-għalliema ospitati mill-pjattaforma School Education Gateway, kif ukoll l-użu estiż ta’ dawn il-korsijiet għall-persunal fl-iskejjel;

ii)

tikkondividi prattika tajba minn skambji tal-persunal, proġetti u networks tal-Erasmus+, inkluż permezz tal-komunità online eTwinning, l-Akkademji tal-Għalliema tal-Erasmus+ u ċ-Ċentri ta’ Eċċellenza Vokazzjonali;

iii)

tippromwovi l-għodda online l-ġdida SELFIE għall-għalliema biex tgħinhom jirriflettu fuq il-kompetenzi diġitali tagħhom u jippjanaw għal aktar titjib. Din tibni fuq l-għodda SELFIE għall-ippjanar diġitali għall-iskola kollha, li tista’ tgħin fl-appoġġ ta’ approċċi effettivi ta’ tagħlim imħallat, inkluż fil-VET.

4.

Taħdem mal-partijiet ikkonċernati kollha, inkluż il-fornituri ta’ software u hardware, dwar modi kif jittejbu l-infrastruttura u l-għodod diġitali u l-użu tagħhom fir-rigward tal-edukazzjoni u t-taħriġ u, barra minn hekk, tenfasizza l-importanza tal-kunfidenzjalità u l-protezzjoni tad-data f’dak il-kuntest.

5.

Tappoġġa inizjattivi biex jiġu żviluppati u promossi aktar l-opportunitajiet ta’ edukazzjoni inklużiva, ekwitabbli u ta’ kwalità u ta’ tagħlim tul il-ħajja għal kulħadd, b’mod partikolari fir-rigward tal-inklużjoni tal-istudenti f’ċirkostanzi varji li jaffettwaw l-aċċess tagħhom għal ambjenti u għodod partikolari ta’ tagħlim, u l-inklużjoni ta’ dawk li jeħtieġu appoġġ immirat fil-proċess ta’ tagħlim.

6.

Tkompli tappoġġa lill-Istati Membri fit-twettiq ta’ riformi sabiex itejbu l-kwalità u l-inklużività tas-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ u jappoġġaw il-prontezza diġitali tagħhom, f’konformità mal-objettivi tal-Pjan ta’ Azzjoni għall-Edukazzjoni Diġitali 2021-2027.

7.

Tindirizza l-iżvilupp ta’ approċċ ta’ tagħlim imħallat fl-edukazzjoni primarja u sekondarja, inkluż l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, fir-rapporti ta’ progress regolari taż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni u l-Pjan ta’ Azzjoni għall-Edukazzjoni Diġitali 2021-2027.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Novembru 2021

Għall-Kunsill

Il-President

S. KUSTEC


(1)  Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-ġlieda kontra l-kriżi tal-COVID-19 fl-edukazzjoni u t-taħriġ, (ĠU C 212 I, 26.6.2020, p. 9).

(2)  Ara d-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni SWD(2021) 219 final, parti 1, paġna 6 (nota 2 f’qiegħ il-paġna).

(3)  ĠU C 415, 1.12.2020, p. 22.

(4)  COM(2017) 673 final.

(5)  ĠU C 66, 26.2.2021, p. 1.

(6)  ĠU C 428, 13.12.2017, p. 10.

(7)  COM(2021) 102 final.

(8)  COM(2020) 274 final.

(9)  ĠU L 223, 22.6.2021, p. 14.

(10)  COM(2021) 142 final.

(11)  ĠU C 189, 4.6.2018, p. 7.

(12)  ĠU C 189, 4.6.2018, p. 1.

(13)  ĠU C 417, 2.12.2020, p. 1.

(14)  Approvata fit-30 ta’ Novembru 2020.

(15)  ĠU C 193, 9.6.2020, p. 11.

(16)  Fil-livell tal-UE, pereżempju, il-Kummissjoni Ewropea qed tniedi inizjattiva “HealthyLifestyle4All” bħala kampanja ta’ sentejn li għandha l-għan li torbot l-isport u l-istili ta’ ħajja attivi mas-saħħa, l-ikel u politiki oħra.

(17)  Ara r-rapport tal-JRC “The likely impact of COVID-19 on education: Reflections based on the existing literature and recent international datasets” (L-impatt probabbli tal-COVID-19 fuq l-edukazzjoni: Riflessjonijiet ibbażati fuq il-letteratura eżistenti u settijiet ta’ data internazzjonali reċenti), (Di Pietro, G., Biagi, F., Dinis Mota Da Costa, P., Karpinski, Z. and Mazza, J., 2020).

(18)  L-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali inizjali normalment jitwettqu fil-livell sekondarju tat-tieni livell u fil-livell postsekondarju qabel ma l-istudenti jibdew il-ħajja tax-xogħol. Dawn iseħħu f’ambjent ibbażat fl-iskola (prinċipalment fil-klassi) jew f’ambjenti bbażati fuq ix-xogħol bħal ċentri ta’ taħriġ u kumpanniji, skont is-sistemi ta’ edukazzjoni u taħriġ u l-istrutturi ekonomiċi nazzjonali.

(19)  Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar ir-rwol tal-ħidma fost iż-żgħażagħ għall-appoġġ liż-żgħażagħ fl-iżvilupp ta’ ħiliet essenzjali għall-ħajja li jiffaċilitaw it-tranżizzjoni b’suċċess tagħhom għall-ħajja adulta, iċ-ċittadinanza attiva u l-ħajja tax-xogħol, (ĠU C 189, 15.6.2017, p. 30).

(20)  Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-massimizzazzjoni tar-rwol tal-isport tal-massa fl-iżvilupp ta’ ħiliet trasversali, speċjalment fost iż-żgħażagħ, (ĠU C 172, 27.5.2015, p. 8).

(21)  Il-Qafas għat-Tagħlim Imħallat ippreżentat fid-Dokument ta’ Ħidma SWD (2021) 219 final tal-Persunal tal-Kummissjoni jista’ jkun bażi għal azzjonijiet speċifiċi adattati għas-sitwazzjonijiet tal-pajjiżi.

(22)  Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2018 dwar kompetenzi ewlenin għat-tagħlim tul il-ħajja, (ĠU C 189, 4.6.2018, p. 1).

(23)  LifeComp tinkludi tliet oqsma ta’ kompetenza marbutin ma’ xulxin: “Personali”, “Soċjali”, u “Tagħlim dwar kif Titgħallem”. Kull qasam jinkludi tliet kompetenzi: awtoregolamentazzjoni, flessibbiltà, benesseri (żona personali); empatija, komunikazzjoni, kollaborazzjoni (qasam soċjali); mentalità ta’ tkabbir, ħsieb kritiku, u ġestjoni tat-tagħlim (qasam tat-tagħlim dwar kif titgħallem). Il-kompetenzi ta’ LifeComp japplikaw għall-oqsma kollha tal-ħajja u jistgħu jinkisbu tul il-ħajja permezz ta’ edukazzjoni formali, informali u mhux formali. https://ec.europa.eu/jrc/en/lifecomp

(24)  Fil-5 ta’ Ottubru 2021, il-Kummissjoni Ewropea nediet l-għodda l-ġdida SELFIE għall-Għalliema, li tista’ tappoġġa lill-edukaturi jippjanaw l-iżvilupp tal-kompetenzi diġitali tagħhom.

(25)  Il-pjattaforma School Education Gateway diġà tinkludi xi riżorsi għat-tagħlim imħallat, iddedikati għall-għalliema u għall-ħarrieġa.

(26)  Perijodu ta’ studju formali sabiex wieħed jikseb kwalifika rikonoxxuta u jiġi impjegat bħala għalliem. Dan tipikament jiġi offrut mid-dipartimenti tal-edukazzjoni fl-universitajiet jew istituzzjonijiet indipendenti tal-edukazzjoni tal-għalliema (ara l-glossarju fid-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal SWD (2021) 219 final).

(27)  It-tagħlim li l-professjonisti jipparteċipaw fih fi kwalunkwe stadju tal-karriera tagħhom biex itejbu l-prattika tagħhom (ara l-glossarju fid-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal SWD (2021) 219 final).

(28)  L-għodda SELFIE tista’ tappoġġa lill-iskejjel biex jirriflettu u jiġbru evidenza dwar is-sitwazzjoni u l-ħtiġijiet attwali tagħhom. L-għodda hija modulari u tista’ tiġi adattata minn kull skola biex tqis il-kuntest partikolari tagħha.

(29)  Is-Sett ta’ Għodod Ewropew għall-Iskejjel “Il-promozzjoni tal-edukazzjoni inklużiva u l-indirizzar tat-tluq bikri mill-iskola” joffri ħafna riżorsi u eżempji prattiċi, kif ukoll għodda ta’ awtovalutazzjoni għall-iskejjel.

(30)  ĠU C 66, 26.2.2021, p. 1.


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

14.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 504/30


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.10463 — SOCIÉTÉ GÉNÉRALE / HYUNDAI MOTOR COMPANY / JV)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 504/04)

Fit 6 ta’ Diċembru 2021, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tas-sit web tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Dan is-sit web jipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fis-sit web EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32021M10463. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


14.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 504/31


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.10489 — BAXTER / HILL-ROM)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 504/05)

Fit 6 ta’ Diċembru 2021, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tas-sit web tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Dan is-sit web jipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fis-sit web EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32021M10489. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


14.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 504/32


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.10439 — DP WORLD / SYNCREON)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 504/06)

Fit 23 ta’ Novembru 2021, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tas-sit web tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Dan is-sit web jipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fis-sit web EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32021M10439. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


14.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 504/33


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.10532 — GIP / IFM / SYDNEY AIRPORT)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 504/07)

Fit 2 ta’ Diċembru 2021, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tas-sit web tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Dan is-sit web jipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fis-sit web EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32021M10532. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


14.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 504/34


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.10382 — CDPE / MACQUARIE / BLACKSTONE / ASPI)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 504/08)

Fit 12 ta’ Novembru 2021, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tas-sit web tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Dan is-sit web jipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fis-sit web EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32021M10382. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

il–Kunsill

14.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 504/35


Avviż għall-attenzjoni ta’ ċerti persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

(2021/C 504/09)

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tas-Sur Denis Valentinovich BEREZOVSKIY (Nru 4), is-Sur Sergey Pavlovych TSEKOV (Nru 8), is-Sur Sergei Vladimirovich ZHELEZNYAK (Nru 17), is-Sur Aleksandr Viktorovich VITKO (Nru 19), is-Sur Alexander Mihailovich NOSATOV (Nru 27), Il-Logutenent Ġeneral Igor Nikolaevich (Mykolayovich) TURCHENYUK (Nru 32), Is-Sur Sergei Ivanovich MENYAILO (Nru 37), Is-Sa Olga Fedorovna KOVITIDI (Nru 38), Is-Sur Vladimir Anatolievich SHAMANOV (Nru 50), Is-Sur Aleksandr Yurevich BORODAI (Nru 62), Is-Sur Alexander KHRYAKOV (Nru 65), Is-Sur Marat Faatovich BASHIROV (Nru 66), Is-Sur Boris Vyacheslavovich GRYZLOV (Nru 77), Is-Sur Mikhail Vladimirovich DEGTYARYOV/DEGTYAREV (Nru 79), Is-Sur Fyodor Dmitrievich BEREZIN (Nru 84), Is-Sur Miroslav Vladimirovich RUDENKO (Nru 98), Is-Sur Vladimir Abdualiyevich VASILYEV (Nru 108), Is-Sur Igor Vladimirovich LEBEDEV (Nru 114), Is-Sur Alexander Mikhailovich BABAKOV (Nru 119), Is-Sur Oleg Konstantinovich AKIMOV (Nru 121), Is-Sur Yevgeniy Vyacheslavovich ORLOV (Nru 131), Is-Sur Eduard Aleksandrovich BASURIN (Nru 137), Is-Sur Andrei Valeryevich KARTAPOLOV (Nru 149), Is-Sur Ruslan Ismailovich BALBEK (Nru 152), Is-Sur Dmitry Anatolievich BELIK (Nru 154), Is-Sur Andrei Dmitrievich KOZENKO (Nru 155), Is-Sa Svetlana Borisovna SAVCHENKO (Nru 156), Is-Sur Pavel Valentinovich SHPEROV (Nru 157), Is-Sur Inna Nikolayevna GUZEYEVA (Nru 162), Is-Sa Natalya Ivanovna BEZRUCHENKO (Nru 163), Is-Sa Olga Valerievna POZDNYAKOVA (Nru 167), Is-Sa Aleksandr Vladimirovich DVORNIKOV (Nru 183), Is-Sur Sergei Andreevich DANILENKO (Nru 184), Is-Sa Lidia Aleksandrovna BASOVA (Nru 185) u s-Sur Leonid Kronidovich RYZHENKIN (Nru 192), persuni li jidhru fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK (1) u fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 (2) dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina.

Il-Kunsill qed jikkunsidra li jżomm il-miżuri restrittivi kontra l-persuni msemmijin hawn fuq b’dikjarazzjonijiet ġodda tar-raġunijiet. Dawk il-persuni huma b’dan infurmati li jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill biex jiksbu d-dikjarazzjonijiet tar-raġunijiet maħsuba għad-deżinjazzjoni tagħhom, qabel it-22 ta’ Diċembru 2021, fl-indirizz li ġej:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Segretarjat Ġenerali

RELEX.1.C

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Email: sanctions@consilium.europa.eu


(1)  ĠU L 78, 17.3.2014, p. 16.

(2)  ĠU L 78, 17.3.2014, p. 6.


14.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 504/36


Avviż għall-attenzjoni tal-persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/2196, u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru°269/2014 kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/2193 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

(2021/C 504/10)

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni li jidhru fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK (1), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/2196 (2), u fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru °269/2014 (3), kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/2193 (4) dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda li dawk il-persuni jenħtieġ li jiġu inklużi fil-lista ta’ persuni, entitajiet u korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni 2014/145/PESK u fir-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Ir-raġunijiet għad-deżinjazzjoni ta’ dawk il-persuni jidhru fl-entrati rilevanti f’dawk l-Annessi.

Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fis-siti web fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 269/2014, sabiex tikseb awtorizzazzjoni biex tuża l-fondi ffriżati għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (irreferi għall-Artikolu 4 tar-Regolament).

Il-persuni kkonċernati jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill, flimkien ma’ dokumentazzjoni ta’ sostenn, biex id-deċiżjoni li huma jiġu inklużi fil-lista msemmija hawn fuq tiġi kkunsidrata mill-ġdid, fl-indirizz li ġej qabel l-4 ta’ Jannar 2022:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Segretarjat Ġenerali

RELEX.1.C

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Email: sanctions@consilium.europa.eu

L-attenzjoni tal-persuni kkonċernati qed tinġibed ukoll għall-possibbiltà li tiġi kkontestata d-Deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, f’konformità mal-kondizzjonijiet stipulati fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 275, u r-raba’ u s-sitt paragrafi tal-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 78, 17.3.2014, p. 16.

(2)  ĠU L 445 I, 13.12.2021, p. 14.

(3)  ĠU L 78, 17.3.2014, p. 6.

(4)  ĠU L 445 I, 13.12.2021, p. 4.


14.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 504/37


Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

(2021/C 504/11)

Qed tinġibed l-attenzjoni tas-suġġetti tad-data għall-informazzjoni li ġejja f’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

Il-bażijiet legali għal din l-operazzjoni ta’ pproċessar huma d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK (2), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/2196 (3), u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 (4), kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/2193 (5).

Il-kontrollur ta’ din l-operazzjoni ta’ pproċessar huwa d-Dipartiment RELEX.1.C fid-Direttorat Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni - RELEX tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill (SĠK), li jista’ jiġi kkuntattjat f’dan l-indirizz:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Segretarjat Ġenerali

RELEX.1.C

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Email: sanctions@consilium.europa.eu

L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data tas-SĠK jista’ jiġi kkuntattjat f’dan l-indirizz:

Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data

data.protection@consilium.europa.eu

L-għan tal-operazzjoni ta’ pproċessar huwa l-istabbiliment u l-aġġornament tal-lista ta’ persuni soġġetti għal miżuri restrittivi f’konformità mad-Deċiżjoni 2014/145/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni (PESK) 2021/2196, u r-Regolament (UE) Nru 269/2014, kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2193.

Is-suġġetti tad-data huma l-persuni fiżiċi li jissodisfaw il-kriterji għall-elenkar fil-lista kif stipulati fid-Deċiżjoni 2014/145/PESK u r-Regolament (UE) Nru 269/2014.

Id-data personali miġbura tinkludi d-data meħtieġa għall-identifikazzjoni korretta tal-persuna kkonċernata, id-dikjarazzjoni tar-raġunijiet u kwalunkwe data oħra relatata ma’ dan.

Id-data personali miġbura tista’ titqassam skont kif ikun meħtieġ lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u lill-Kummissjoni.

Mingħajr preġudizzju għar-restrizzjonijiet skont l-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2018/1725, l-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġetti tad-data bħad-dritt għal aċċess, kif ukoll id-drittijiet għal rettifika jew għal oġġezzjoni ser jitwettaq f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725.

Id-data personali ser tinżamm għal 5 snin minn meta s-suġġett tad-data jkun tneħħa mil-lista ta’ persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi jew il-validità tal-miżura tkun skadiet, jew sakemm ikunu fis-seħħ proċedimenti tal-qorti f’każ li dawn ikunu nbdew.

Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rimedju ġudizzjarju, amministrattiv jew mhux ġudizzjarju, is-suġġetti tad-data jistgħu jressqu lment lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725 (edps@edps.europa.eu).


(1)  ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39.

(2)  ĠU L 78, 17.3.2014, p. 16.

(3)  ĠU L 445, 13.12.2021, p. 14.

(4)  ĠU L 78, 17.3.2014, p. 6.

(5)  ĠU L 445, 13.12.2021, p. 4.


14.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 504/39


Avviż għall-attenzjoni tal-persuni u l-entità soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1999, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/2197 u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/1998, kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/2195 dwar miżuri restrittivi kontra ksur u abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem

(2021/C 504/12)

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni u l-entità li jidhru fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1999 (1), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/2197 (2), u fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/1998 (3) kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/2195 (4), dwar miżuri restrittivi kontra ksur u abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda li dawk il-persuni u l-entità għandhom jiġu inklużi fil-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni (PESK) 2020/1999 u r-Regolament (UE) 2020/1998. Ir-raġunijiet għad-deżinjazzjonijiet ta’ dawk il-persuni u l-entità huma mniżżla fl-entrati rilevanti f’dawk l-Annessi.

Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni u l-entità kkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru(i) rilevanti kif indikat fuq is-siti web fl-Anness II għar-Regolament (UE) 2020/1998, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 4 tar-Regolament).

Il-persuni u l-entità kkonċernati jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill qabel il-31 ta’ Lulju 2022, flimkien mad-dokumentazzjoni ta’ sostenn, li d-deċiżjoni li tinkludihom fil-lista msemmija hawn fuq għandha tiġi kkunsidrata mill-ġdid, fl-indirizz li ġej:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Segretarjat Ġenerali

RELEX.1.C

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Email: sanctions@consilium.europa.eu

Ser jittieħed kont ta’ kwalunkwe osservazzjoni riċevuta għall-fini tar-rieżami perjodiku tal-Kunsill, f’konformità mal-Artikolu 10 tad-Deċiżjoni (PESK) 2020/1999, tal-lista ta’ persuni u entitajiet deżinjati.


(1)  ĠU L 410 I, 7.12.2020, p. 13.

(2)  ĠU L 445 I, 13.12.2021, p. 17.

(3)  ĠU L 410 I, 7.12.2020, p. 1.

(4)  ĠU L 445 I, 13.12.2021, p. 10.


14.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 504/40


Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 2020/1998 dwar miżuri restrittivi kontra ksur u abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem

(2021/C 504/13)

Qed tinġibed l-attenzjoni tas-suġġetti tad-data għall-informazzjoni li ġejja f’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

Il-bażijiet ġuridiċi għal din l-operazzjoni ta’ pproċessar huma d-Deċiżjoni (PESK) 2020/1999 (2), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/2197 (3), u r-Regolament (UE) 2020/1998 (4), kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/2195 (5).

Il-kontrollur ta’ din l-operazzjoni ta’ pproċessar huwa d-Dipartiment RELEX.1.C fid-Direttorat Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni - RELEX tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill (SĠK), li jista’ jiġi kkuntattjat f’dan l-indirizz:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Segretarjat Ġenerali

RELEX.1.C

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Email: sanctions@consilium.europa.eu

L-Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Data tas-SĠK jista’ jiġi kkuntattjat f’dan l-indirizz:

Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data

data.protection@consilium.europa.eu

L-għan tal-operazzjoni ta’ pproċessar huwa l-istabbiliment u l-aġġornament tal-lista ta’ persuni soġġetti għal miżuri restrittivi f’konformità mad-Deċiżjoni (PESK) 2020/1999, kif emendata bid-Deċiżjoni (PESK) 2021/2197, u r-Regolament (UE) 2020/1998 kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2195, dwar miżuri restrittivi kontra ksur u abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem.

Is-suġġetti tad-data huma l-persuni fiżiċi li jissodisfaw il-kriterji għall-elenkar kif stabbilit fid-Deċiżjoni (PESK) 2020/1999 u r-Regolament (UE) 2020/1998.

Id-data personali miġbura tinkludi d-data meħtieġa għall-identifikazzjoni korretta tal-persuna kkonċernata, id-dikjarazzjoni tar-raġunijiet u kwalunkwe data oħra relatata ma’ dan.

Id-data personali miġbura tista’ titqassam skont kif ikun meħtieġ lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u lill-Kummissjoni.

Mingħajr preġudizzju għar-restrizzjonijiet skont l-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2018/1725, l-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġetti tad-data bħad-dritt għal aċċess, kif ukoll id-drittijiet għal rettifika jew għal oġġezzjoni ser jingħata f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725.

Id-data personali ser tinżamm għal 5 snin minn meta s-suġġett tad-data jkun tneħħa mil-lista ta’ persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi jew il-validità tal-miżura tkun skadiet, jew sakemm ikunu fis-seħħ il-proċedimenti tal-qorti f’każ li dawn ikunu nbdew.

Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rimedju ġudizzjarju, amministrattiv jew mhux ġudizzjarju, is-suġġetti tad-data jistgħu jressqu lment quddiem il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725 (edps@edps.europa.eu).


(1)  ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39.

(2)  ĠU L 410 I, 7.12.2020, p. 13.

(3)  ĠU L 445 I, 13.12.2021, p. 17.

(4)  ĠU L 410 I, 7.12.2020, p. 1.

(5)  ĠU L 445 I, 13.12.2021, p. 10.


14.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 504/41


Avviż għall-attenzjoni tal-persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/2199, u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 36/2012, kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/2194, dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja

(2021/C 504/14)

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni li jidhru fl-Anness I għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK (1), kif implimentata bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/2199 (2), u fl-Anness II għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 (3), kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 2021/2194 (4), dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda li dawk il-persuni għandhom jiġu inklużi fil-lista ta’ persuni u entitajiet fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK u fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012. Ir-raġunijiet għad-deżinjazzjoni ta’ dawk il-persuni jidhru fl-entrati rilevanti f’dawk l-Annessi.

Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fuq is-siti web fl-Anness III għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 16 tar-Regolament).

Il-persuni kkonċernati jistgħu jressqu talba lill-Kunsill, flimkien mad-dokumentazzjoni ta’ sostenn, biex id-deċiżjoni li jiġu inklużi fil-lista msemmija hawn fuq tiġi kkunsidrata mill-ġdid, qabel l-1 ta’ Marzu 2022, fl-indirizz li ġej:

Council of the European Union

General Secretariat

RELEX.1.C

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu

Ser jittieħed kont ta’ kwalunkwe osservazzjoni riċevuta għall-finijiet tar-rieżami li jmiss mill-Kunsill tal-lista ta’ persuni u entitajiet iddeżinjati, f’konformità mal-Artikolu 34 tad-Deċiżjoni 2013/255/PESK u l-Artikolu 32(4) tar-Regolament (UE) Nru 36/2012.

L-attenzjoni tal-persuni kkonċernati qed tinġibed ukoll għall-possibbiltà li jikkontestaw id-deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, skont il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 275, it-tieni paragrafu, u l-Artikolu 263, ir-raba’ u s-sitt paragrafi, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 147, 1.6.2013, p. 14.

(2)  ĠU L 445 I, 13.12.2021, p. 23.

(3)  ĠU L 16, 19.1.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 445 I, 13.12.2021, p. 7.


14.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 504/42


Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja

(2021/C 504/15)

Qed tinġibed l-attenzjoni tas-suġġetti tad-data għall-informazzjoni li ġejja, f’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

Il-bażijiet ġuridiċi għal din l-operazzjoni ta’ pproċessar huma d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK (2), kif implimentata bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/2199 (3), u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 (4), kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/2194 (5).

Il-kontrollur ta’ din l-operazzjoni ta’ pproċessar huwa l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea rrappreżentat mid-Direttur Ġenerali tar-RELEX (Relazzjonijiet Esterni) tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u d-dipartiment fdat bl-operazzjoni ta’ pproċessar huwa RELEX.1.C li jista’ jiġi kkuntattjat fl-indirizz:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

General Secretariat

RELEX.1.C

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu

L-għan tal-operazzjoni ta’ pproċessar huwa l-istabbiliment u l-aġġornament tal-lista ta’ persuni soġġetti għal miżuri restrittivi f’konformità mad-Deċiżjoni 2013/255/PESK, kif implimentata bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (PESK) 2021/2199, u r-Regolament (UE) Nru 36/2012, kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2194.

Is-suġġetti tad-data huma l-persuni fiżiċi li jissodisfaw il-kriterji għall-elenkar stabbiliti bid-Deċiżjoni 2013/255/PESK u r-Regolament (UE) Nru 36/2012.

Id-data personali miġbura tinkludi d-data meħtieġa għall-identifikazzjoni tajba tal-persuna kkonċernata, id-dikjarazzjoni tar-raġunijiet u kull data oħra marbuta ma’ dan.

Id-data personali miġbura tista’ tinqasam skont kif meħtieġ mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u l-Kummissjoni.

Mingħajr preġudizzju għar-restrizzjonijiet skont l-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2018/1725, l-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġetti tad-data bħad-dritt għal aċċess, kif ukoll id-drittijiet għal rettifika jew għal oġġezzjoni ser jingħata f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725.

Data personali tinżamm għal ħames snin minn meta s-suġġett tad-data jkun tneħħa mil-lista ta’ persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi jew il-validità tal-miżura tkun skadiet, jew kemm idumu l-proċedimenti tal-qorti f’każ li dawn ikunu nbdew.

Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rimedju ġudizzjarju, amministrattiv jew mhux ġudizzjarju, is-suġġetti tad-data jistgħu jressqu lment quddiem il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725.


(1)  ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39.

(2)  ĠU L 147, 1.6.2013, p. 14.

(3)  ĠU L 445 I, 13.12.2021, p. 23.

(4)  ĠU L 16, 19.1.2012, p. 1.

(5)  ĠU L 445 I, 13.12.2021, p. 7.


14.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 504/43


Avviż għall-attenzjoni tal-persuna soġġetta għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1333, kif implimentata bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/2198, u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/44, kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/2192, dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

(2021/C 504/16)

L-informazzjoni li ġejja qed titressaq għall-attenzjoni tal-persuna deżinjata fl-Annessi II u IV tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1333 (1), kif implimentata bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/2198 (2), u fl-Anness III tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/44 (3), kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/2192 (4), dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda li l-persuna li tidher fl-Annessi msemmija hawn fuq jenħtieġ li tiġi inkluża fil-lista ta’ persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 u fir-Regolament (UE) 2016/44.

Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuna kkonċernata għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikati fis-siti web fl-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 2016/44, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 8 tar-Regolament).

Il-persuna kkonċernata tista’ tibgħat talba lill-Kunsill qabel il-15 ta’ Mejju 2022, flimkien ma’ dokumentazzjoni ta’ sostenn, biex id-deċiżjoni li dik il-persuna tiġi inkluża fil-lista msemmija hawn fuq tiġi kkunsidrata mill-ġdid. Din it-talba għandha tintbagħat fl-indirizz li ġej:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Segretarjat Ġenerali

RELEX.1.C.

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

Belgique/BELGIË

Email: sanctions@consilium.europa.eu

Kwalunkwe osservazzjoni li tiġi riċevuta ser titqies għall-finijiet tar-rieżami perjodiku tal-Kunsill, f’konformità mal-Artikolu 17(2) tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 u l-Artikolu 21(6) tar-Regolament (UE) 2016/44, tal-lista tal-persuni u l-entitajiet deżinjati.

L-attenzjoni tal-persuna kkonċernata qed tinġibed ukoll għall-possibbiltà li tikkontesta d-deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, f’konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 275, u r-raba’ u s-sitt paragrafi tal-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 206, 1.8.2015, p. 34.

(2)  ĠU L 445 I, 13.12.2021, p. 21.

(3)  ĠU L 12, 19.1.2016, p. 1.

(4)  ĠU L 445 I, 13.12.2021, p. 1.


14.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 504/44


Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1333 u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/44 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

(2021/C 504/17)

L-attenzjoni tas-suġġetti tad-data qed tinġibed għall-informazzjoni li ġejja f’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

Il-bażi ġuridika għal din l-operazzjoni ta’ pproċessar hija d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1333 (2), kif implimentata bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/2198 (3), u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/44 (4), kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/2192 (5).

Il-kontrollur ta’ din l-operazzjoni ta’ pproċessar hu l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea rrappreżentat mid-Direttur Ġenerali tar-RELEX (Relazzjonijiet Esterni) tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u d-dipartiment fdat bl-operazzjoni ta’ pproċessar hu RELEX.1.C li wieħed jista’ jikkuntattja f’dan l-indirizz:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Segretarjat Ġenerali

RELEX.1.C.

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Email: sanctions@consilium.europa.eu

L-għan tal-operazzjoni ta’ pproċessar huwa l-istabbiliment u l-aġġornament tal-lista ta’ persuni soġġetti għal miżuri restrittivi f’konformità mad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333, kif implimentata bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (PESK) 2021/2198, u r-Regolament (UE) 2016/44, kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2192.

Is-suġġetti tad-data huma l-persuni fiżiċi li jissodisfaw il-kriterji għall-elenkar kif stabbiliti fid-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 u fir-Regolament (UE) 2016/44.

Id-data personali miġbura tinkludi d-data meħtieġa għall-identifikazzjoni korretta tal-persuna kkonċernata, id-dikjarazzjoni tar-raġunijiet u kwalunkwe data oħra relatata ma’ dan.

Id-data personali miġbura tista’ tiġi kondiviża skont kif ikun meħtieġ mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u mal-Kummissjoni.

Mingħajr preġudizzju għar-restrizzjonijiet skont l-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2018/1725, l-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġetti tad-data bħad-dritt għal aċċess, kif ukoll id-drittijiet għal rettifika jew għal oġġezzjoni ser jingħata f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725.

Id-data personali ser tinżamm għal ħames snin mill-mument li s-suġġett tad-data jkun tneħħa mil-lista ta’ persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi jew il-validità tal-miżura tkun skadiet, jew sakemm idumu l-proċedimenti tal-qorti f’każ li dawn ikunu nbdew.

Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rimedju ġudizzjarju, amministrattiv jew mhux ġudizzjarju, is-suġġetti tad-data jistgħu jressqu lment quddiem il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725 (edps@edps.europa.eu).


(1)  ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39.

(2)  ĠU L 206, 1.8.2015, p. 34.

(3)  ĠU L 445 I, 13.12.2021, p. 21.

(4)  ĠU L 12, 19.1.2016, p. 1.

(5)  ĠU L 445 I, 13.12.2021, p. 1.


Il-Kummissjoni Ewropea

14.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 504/45


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-13 ta’ Diċembru 2021

(2021/C 504/18)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1278

JPY

Yen Ġappuniż

128,19

DKK

Krona Daniża

7,4362

GBP

Lira Sterlina

0,85158

SEK

Krona Żvediża

10,2310

CHF

Frank Żvizzeru

1,0418

ISK

Krona Iżlandiża

148,00

NOK

Krona Norveġiża

10,1598

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,401

HUF

Forint Ungeriż

367,07

PLN

Zloty Pollakk

4,6221

RON

Leu Rumen

4,9494

TRY

Lira Turka

16,0525

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5795

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4388

HKD

Dollaru ta’ Hong Kong

8,7967

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6651

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5420

KRW

Won tal-Korea t’Isfel

1 333,60

ZAR

Rand ta’ l-Afrika t’Isfel

17,9694

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,1777

HRK

Kuna Kroata

7,5210

IDR

Rupiah Indoneżjan

16 155,54

MYR

Ringgit Malażjan

4,7678

PHP

Peso Filippin

56,731

RUB

Rouble Russu

82,8238

THB

Baht Tajlandiż

37,612

BRL

Real Brażiljan

6,3190

MXN

Peso Messikan

23,5354

INR

Rupi Indjan

85,4225


(1)  Sors: rata tal-kambju ta’ referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


Il-Qorti tal-Awdituri

14.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 504/46


Rapport dwar kwalunkwe obbligazzjoni kontinġenti li tinħoloq b’riżultat tat-twettiq mill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, il-Kunsill jew il-Kummissjoni tal-kompiti tagħhom skont ir-Regolament (UE) Nru 806/2014 għas-sena finanzjarja 2020

(2021/C 504/19)

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri b’dan tinfurmak li r-rapport tagħha għas-sena finanzjarja 2020 dwar kwalunkwe obbligazzjoni kontinġenti li tinħoloq b’riżultat tat-twettiq mill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, il-Kunsill jew il-Kummissjoni tal-kompiti tagħhom skont ir-Regolament (UE) Nru 806/2014 għadu kif ġie ppubblikat.

Ir-rapport jista’ jiġi kkonsultat jew imniżżel mis-sit web tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri: http://eca.europa.eu


Il-Kummissjoni Ewropea

14.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 504/47


Avviż tal-Kummissjoni dwar ir-rati ta’ interess ta’ rkupru tal-għajnuna mill-Istat u r-rati ta’ referenza / ta’ skont applikabbli mill-1 ta’ Jannar 2022

(Ippubblikat f’konformità mal-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE ) Nru 794 /2004 (1))

(2021/C 504/20)

Ir-rati ta’ bażi huma kkalkulati f’konformità mal-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar ir-reviżjoni tal-metodu għall-istabbiliment tar-rati ta’ referenza u ta’ skont (ĠU C 14, 19.1.2008, p. 6). Skont l-użu tar-rata ta’ referenza, il-marġini xierqa għad iridu jkunu ddefiniti f’din il-komunikazzjoni. Għar-rata ta’ skont dan ifisser li kellu jiġi miżjud marġini ta’ 100 punti bażi. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 271/2008 tal-30 ta’ Jannar 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 794/2004 jipprevedi li, sakemm ma jkunx previst mod ieħor f’deċiżjoni speċifika, ir-rata ta’ rkupru tiġi kkalkulata wkoll biż-żieda ta’ 100 punti bażi għar-rata bażi.

Ir-rati modifikati huma indikati b’tipa grassa.

It-tabella preċedenti kienet ippubblikata fil-ĠU C 472, 23.11.2021, p. 7.

Minn

Sa

AT

BE

BG

CY

CZ

DE

DK

EE

EL

ES

FI

FR

HR

HU

IE

IT

LT

LU

LV

MT

NL

PL

PT

RO

SE

SI

SK

UK

1.1.2022

-0,49

-0,49

0,00

-0,49

2,49

-0,49

-0,01

-0,49

-0,49

-0,49

-0,49

-0,49

0,26

2,38

-0,49

-0,49

-0,49

-0,49

-0,49

-0,49

-0,49

1,21

-0,49

2,27

-0,03

-0,49

-0,49

0,51


(1)  ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1.


V Avviżi

ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

14.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 504/48


Pubblikazzjoni tad-Dokument Uniku msemmi fl-Artikolu 94(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u tar-referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid

(2021/C 504/21)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) fi żmien xahrejn mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.

DOKUMENT UNIKU

BOLANDIN

PDO-ES-N1876

Data tal-applikazzjoni: 3 ta’ Lulju 2014

1.   Isem/ismijiet għar-reġistrazzjoni

Bolandin

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

DOP — Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta

3.   Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli

1.

Inbid

16.

Inbid minn għeneb misjur iżżejjed

4.   Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed

Inbejjed ħomor

Dehra: L-inbejjed għandu jkollhom mill-inqas kulur skur ħafna. Sfumatura: kulur aħmar bi sfumaturi li jvarjaw minn vjola fl-inbejjed mhux imqaddma għal aħmar lewn il-briks fl-inbejjed imqaddma.

Aroma: L-inbejjed iridu jkunu ta’ mill-inqas intensità għolja, b’aromi ta’ frott artab iswed u aħmar. L-inbejjed imqaddmin ikollhom noti ta’ ħwawar u ta’ togħmiet mixwija.

Stadju tad-dewqan: L-inbejjed irid ikollhom mill-inqas palat qawwi. Ibbilanċjati sew. Togħma li tibqa’ fit-tul. Aċidità bbilanċjata tajjeb. Noti mill-kartell (ta’ inkaljar u/jew xiwi).

Aċidità volatili:

 

≤ 0,65 g/l aċidu aċetiku, fi nbejjed mhux imqaddmin

 

≤ 0,85 g/l aċidu aċetiku, fi nbejjed imqaddmin

Fil-każ ta’ limiti li ma jkunux ġew speċifikati, il-leġiżlazzjoni applikabbli tal-UE trid tiġi mħarsa.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

12,5

Aċidità totali minima

 

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

130

Inbejjed bojod

Dehra: Lewn isfar, lewn it-tiben fl-inbejjed mhux imqaddmin u dehbi fil-każ ta’ nbejjed iffermentati u/jew imqaddmin fil-btieti. Ċara u tleqq.

Aroma: L-inbejjed iridu jkunu ta’ mill-inqas intensità għolja, b’togħma ta’ frott u b’noti ta’ frott tropikali. L-inbejjed imqaddmin jiżviluppaw aromi pikkanti.

Stadju tad-dewqan: L-inbejjed irid ikollhom mill-inqas palat medju. Friski u b’togħma ta’ frott. Kemm l-inbejjed mhux imqaddmin kif ukoll l-inbejjed imqaddmin ikunu bbilanċjati tajjeb.

Aċidità volatili:

 

≤ 0,65 g/l aċidu aċetiku, fi nbejjed mhux imqaddmin

 

≤ 0,85 g/l aċidu aċetiku, fi nbejjed imqaddmin

Fil-każ ta’ limiti li ma jkunux ġew speċifikati, il-leġiżlazzjoni applikabbli tal-UE trid tiġi mħarsa.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

12,5

Aċidità totali minima

 

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

170

Inbejjed bojod magħmula minn għeneb misjur iżżejjed

Dehra: lewn isfar dehbi qawwi, mhux maħmuġ u jleqq.

Aroma: L-inbejjed irid ikollhom mill-inqas intensità għolja. Aromi ta’ għasel, sfarġel misjur u tin. Togħma qawwija ta’ frott.

Stadju tad-dewqan: L-inbejjed irid ikollhom mill-inqas palat medju, mimli u b’sensazzjoni żejtnija fil-palat. Togħma li tibqa’ fit-tul dejjiema.

Aċidità volatili:

 

≤ 0,74 g/l aċidu aċetiku, fi nbejjed mhux imqaddmin

 

≤ 0,85 g/l aċidu aċetiku, fi nbejjed imqaddmin

 

≤ 0,72 g/l + 0,06 g/l aċidu aċetiku, għal kull grad ta’ qawwa alkoħolika naturali ogħla mill-10 % f’% tal-volum, fil-każ ta’ nbejjed magħmulin minn għeneb botritizzat

Fil-każ ta’ limiti li ma jkunux ġew speċifikati, il-leġiżlazzjoni applikabbli tal-UE trid tiġi mħarsa.

Nota: Peress li l-kontenut taz-zokkor huwa ogħla minn 5 g/l, dawn l-inbejjed bojod minn għeneb misjur iżżejjed jista’ jkollhom kontenut ta’ diossidu tal-kubrit sa 250 mg/l.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

12,5

Aċidità totali minima

 

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

250

5.   Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid

a.   Prattiki enoloġiċi essenzjali

Prattika enoloġika speċifika

Il-proċess tat-tqaddim fl-ebda każ ma jista’ jitqies li beda qabel l-1 ta’ Ottubru tas-sena tal-ħsad.

Metodu tal-kultivazzjoni

Id-densità tat-tħawwil fil-vinji ta’ Bolandin ma għandhiex tkun inqas minn 2 400 dielja għal kull ettaru.

b.   Rendimenti massimi għal kull ettaru

 

Cabernet Sauvignon, Tempranillo u Merlot

 

7 500 kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru

 

52 ettolitru għal kull ettaru

 

Sauvignon Blanc u Chardonnay

 

7 400 kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru

 

48 ettolitru għal kull ettaru

 

Syrah

 

7 300 kilogramma għeneb għal kull ettaru

 

51 ettolitru għal kull ettaru

 

Moscatel de grano menudo (muscat tal-ħabb imfarrak)

 

7 200 kilogramma għeneb għal kull ettaru

 

28 ettolitru għal kull ettaru

6.   Definizzjoni taż-żona demarkata

Iż-żona demarkata ta’ Bolandin tinsab fil-muniċipalità ta’ Ablitas (il-Komunità Awtonoma ta’ Navarra) u tikkonsisti fl-irqajja’ katastali li ġejjin:

 

Poligonu 5: roqgħa 1 658.

 

Poligonu 5: roqgħa 1 659.

 

Poligonu 5: roqgħa 1 660.

 

Poligonu 5: roqgħa 1 661.

 

Poligonu 5: roqgħa 1 662.

 

Poligonu 5: roqgħa 1 663.

 

Poligonu 5: roqgħa 1 884.

 

Poligonu 5, roqgħa 1 885 u plott A parzjalment, E, F, G u H.

7.   Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid / jinkisbu l-inbejjed

 

CABERNET SAUVIGNON

 

CHARDONNAY

 

MERLOT

 

MOSCATEL DE GRANO MENUDO (MUSCAT TAL-ĦABB IMFARRAK)

 

SAUVIGNON BLANC

 

SYRAH

 

TEMPRANILLO

8.   Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet

L-inħawi (fatturi naturali)

Bolandin huwa l-isem tas-sit storiku li jinsab fil-muniċipalità ta’ Ablitas (Navarra) u huwa rikonoxxut fir-reġistru katastali għal Navarra u fil-mapep nazzjonali maħruġa mill-Istitut Ġeografiku Nazzjonali Spanjol. Iż-żona ta’ Bolandin tikkonsisti f’total ta’ madwar 170 ettaru. Bolandin huwa wkoll l-isem tal-istazzjon tat-triangulazzjoni li jinsab fiż-żona demarkata.

F’xi dokumenti, Bolandin huwa miktub b’“V” minħabba li hemm żewġ lingwi uffiċjali f’Navarra: l-Ispanjol Kastiljan (li fih l-isem jibda b’“V” u fih aċċent) u l-Bask (li fih jibda b’“B” u ma fihx aċċent). Fil-Bask ma hemm l-ebda aċċent u m’hemmx l-ittra “V”.

Abbażi tal-istħarriġ u t-testijiet imwettqa mill-President tal-Vitikultura fid-Dipartiment tal-Agrikoltura u l-Ikel fl-Università ta’ La Rioja, iż-żona hija demarkata skont il-fatturi naturali li ġejjin: il-ħamrija, it-topografija u l-klima.

Il-ħamrija u t-topoloġija

Iż-żona demarkata tikkonsisti fi pjanura żgħira u elevata fl-ogħla parti ta’ Bolandin u l-għoljiet tagħha, li jagħtu għal pjanura fuq il-wiċċ tax-Xlokk, fil-Lbiċ ta’ Bolandin. Hija kompletament differenti miż-żoni tal-madwar minħabba l-altitudni, il-gradjent, l-esponiment u t-tipi ta’ ħamrija tagħha.

Il-parti ta’ fuq tal-pjanura elevata (fejn tinsab il-kantina tal-inbid) hija ffurmata minn tafal aħmar li jmur lura għall-istadju Aragonjan tal-Perjodu Terzjarju kontinentali. Taħt l-iskarpata madwar il-fdalijiet tat-terrazzi, hemm għolja wiesgħa li tagħti lejn il-Lbiċ bi gradjent ġentili ta’ 5 %. Hemmhekk tinsab il-biċċa l-kbira tal-vinji. L-għoljiet jikkonsistu fi żrar, ramel u tafal li jmorru lura għat-tielet stadju Plejstoċenu tal-Perjodu Kwaternarju.

Mill-konfini ta’ Bolandin, it-topografija hija ċatta u ffurmata l-aktar minn inklinazzjoni ġentili ta’ depożitu mit-tieni stadju Plejstoċenu tal-Perjodu Kwaternarju, jiġifieri materjali inqas qodma minn dawk li jiffurmaw Bolandin.

L-altitudni tagħha hija bejn madwar 369 u 324 metru ’l fuq mil-livell tal-baħar, jiġifieri konsiderevolment aktar baxxa mill-medda tal-altitudni għad-DOP Navarra (bejn 400 u 500 m).

Klima

Bolandin tinsab fuq għolja li tħares lejn in-Nofsinhar, u għalhekk ir-roqgħa għandha mesoklima unika b’esponiment kbir għad-dawl tax-xemx.

L-ammont ta’ xita medju fl-aħħar 7-12-il staġun kien ta’ 379-354 mm fis-sena, baxx ħafna meta mqabbel mal-medja tad-DOP Navarra (450-700 mm).

Ir-riħ huwa fattur deċiżiv ieħor, bis-Cierzo tal-Majjistral jipprevali f’70 % tal-jiem. Dan huwa riħ xott ħafna li jillimita l-iżvilupp ta’ kull tip ta’ marda.

Iż-żona demarkata tiffaċċja temperaturi ogħla u inqas xita mill-medja tad-DOP Navarra. Iż-żona għandha klima kontinentali estrema b’influwenza Mediterranja. L-istaġuni huma pjuttost distinti: xtiewi kesħin, rebbigħat u ħrejjef sħan u kważi ineżistenti u sjuf sħan ħafna, twal u nixfin. Din il-karatteristika għandha impatt kbir fuq il-medda tat-temperaturi u fuq ix-xita.

L-ogħla temperaturi fis-sajf huma għoljin ħafna (aktar minn 35 oC) u t-temperaturi massimi għal Navarra kollha u għall-Wied tal-Ebro spiss jiġu rreġistrati fiż-żona. It-temperaturi minimi f’Diċembru u Jannar huma baxxi ħafna, bejn -6 u -8 oC. It-temperatura medja annwali hija aktar minn 1 °C ogħla minn dik tad-DOP Navarra.

Fatturi umani

Id-dwieli ilhom fost l-aktar għelejjel importanti mkabbra f’Bolandin għal sekli sħaħ. Din iż-żona kienet tiġi msaqqija mill-kanal ta’ Lodosa permezz tal-elevazzjoni. Iż-żona msaqqija kienet tikkonsisti l-aktar minn vinji mħawla bi dwieli b’età ta’ seklu, li kienu jintużaw biex jiġi prodott inbid ta’ kwalità eċċellenti, ibbottiljat u kkummerċjalizzat bl-isem Bolandin.

Illum il-ġurnata, l-esperti fit-tekniki tal-ġestjoni tad-dwieli jiddeċiedu dwar l-aħjar għażliet (l-għażla tal-materjal tal-pjanti, it-tisqija, il-ġestjoni taż-żona tal-weraq, il-limitazzjoni tar-rendiment, il-ġestjoni tan-nutrizzjoni u l-prodotti tal-protezzjoni tad-dwieli) skont il-klima u t-tkabbir tul is-sena bil-ħsieb li tinkiseb l-aħjar materja prima. L-esperti jippjanaw diversi prattiki speċifiċi fuq bażi annwali, bħalma huma l-irmondar tal-għenieqed biex jiġi kkontrollat ir-rendiment u t-tneħħija tal-weraq fuq in-naħa fejn ix-xemx tiddi fuq l-għenieqed filgħodu peress li dan isaħħaħ il-proċess tas-sajran. Il-weraq fejn tiddi x-xemx filgħaxija ma jitneħħewx għax dan jista’ jwassal biex jinħaraq l-għeneb. Din il-prattika tal-aħħar tgħin ukoll biex jiġi evitat it-tixrid tal-mard peress li ttejjeb il-ventilazzjoni madwar l-għenieqed.

Minħabba li x-xita u l-umdità relattiva tal-arja t-tnejn huma baxxi ħafna u l-ħamrija hija niexfa ħafna, id-disponibbiltà ta’ riżerva għat-tisqija u l-kapaċità li tiġi kkontrollata t-tisqija tfisser li huwa possibbli li l-proċess ta’ sajran jiġi influwenzat direttament u li jinkisbu l-livelli ottimali u li jiġi żgurat li l-pjanti jinżammu fl-aħjar kundizzjoni ta’ tkabbir u produttività. It-tisqija hija ġestita b’attenzjoni kbira, b’kunsiderazzjoni tal-kwalità aktar milli tal-kwantità, sabiex jinkiseb għeneb li jkun misjur u bbilanċjat tajjeb.

Deskrizzjoni tal-inbejjed

Dettalji tal-prodott: il-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott li jistgħu jiġu attribwiti essenzjalment jew esklussivament għall-ambjent ġeografiku.

Abbażi tal-imġiba fiżjoloġika tal-pjanti minħabba l-kundizzjonijiet klimatiċi, il-karatteristiċi essenzjali tal-inbejjed huma kif ġej:

Ħomor: Inbejjed ta’ kulur aktar skur, b’kontenut ogħla ta’ polifenoli totali u estratt niexef. Inbejjed b’polimerizzazzjoni għolja, maturità, finezza u tannini rotob. B’palat sħiħ fil-ħalq mingħajr strinġenza u rikkezza għolja.

Qawwa alkoħolika moderatament għolja.

Aċidità bbilanċjata tajjeb, li qatt ma tkun għolja ħafna. L-aċidu maliku huwa partikolarment baxx, minħabba l-kombustjoni tal-aċidi organiċi kkawżata mit-temperaturi għoljin fis-sajf. Dan ifisser li l-inbejjed qatt ma jinħassu li għandhom aċidità qawwija.

Livelli baxxi ħafna ta’ komposti aromatiċi mill-familja ta’ Pirażini. L-inbejjed magħmulin mill-varjetajiet Syrah, Merlot u Cabernet għandhom togħma akbar ta’ frott mis-soltu peress li l-aromi huma aktar tal-frott milli veġetali.

Komposti fenoliċi maturi ħafna, li jillimitaw l-affinità tal-ossiġnu tal-inbejjed, u b’hekk tiġi evitata l-preżenza ta’ aromi riduttivi tal-kubrit. L-inbejjed li jirriżultaw huma aromatiċi u espressivi ħafna.

It-tqaddim u l-ossidazzjoni jsiru bil-mod minħabba l-konċentrazzjoni għolja ta’ polifenoli u dan ifisser li l-inbejjed għandhom ħajja tal-prodott fuq l-ixkaffa twila u jitqaddmu tajjeb.

Minbarra l-karatteristiċi ffurmati mill-klima, aspetti partikolari oħrajn tal-inbejjed ħomor huma dovuti għall-edafoloġija u t-topografija taż-żona demarkata:

Il-bilanċ tajjeb, b’ammont tajjeb ta’ alkoħol u kontenut għoli ta’ polifenoli.

Varjetajiet b’ċiklu ta’ tkabbir twil, bħal Cabernet Sauvignon, adattaw tajjeb għall-ambjent. Dan jirriżulta f’sajran sħiħ tal-partijiet solidi u fi nbejjed b’kontenut għoli ta’ polifenoli.

Livell tajjeb ta’ aċidità, li jfisser li l-inbejjed jitqaddmu tajjeb u għandhom ħajja tal-prodott fuq l-ixkaffa twila wara l-ibbottiljar.

Inbejjed b’aromi maturi u ta’ intensità għolja, li jinkludu noti ta’ frott frisk.

Inbejjed bojod: L-istess imġiba fiżjoloġika tal-pjanti minħabba l-ambjent ġeografiku tfisser li l-inbejjed bojod għandhom aċidità bbilanċjata u kontenut ta’ alkoħol moderatament għoli. Minħabba s-sajran fenoliku ottimali tagħhom, għandhom aromi intensivi u espressivi, li jibqgħu friski maż-żmien u jipprovdu volum u struttura tajba.

Inbejjed bojod magħmula minn għeneb misjur iżżejjed: f’dan il-każ, ukoll, l-ambjent ġeografiku huwa responsabbli għal diversi karatteristiċi, bħall-aċidità bbilanċjata, il-kontenut ta’ alkoħol totali tajjeb, it-togħma qawwija ta’ frott, il-palat mimli u l-kulur dehbi jleqq.

Rabta

Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-karatteristiċi tal-prodott:

L-inbejjed Bolandin huma distintivi minħabba l-kundizzjonijiet naturali taż-żona demarkata u l-fattur uman fl-għażla tal-varjetajiet tal-għelejjel, il-prattiki tal-kultivazzjoni u t-tip li huma l-aktar adattati għal dawk il-kundizzjonijiet naturali.

L-interazzjoni bejn dawn il-fatturi naturali u l-għarfien espert tal-bniedem tagħmilha possibbli li jinkiseb prodott li huwa uniku, speċifiku u bl-identità partikolari tiegħu li tiddistingwih minn inbejjed oħra.

Il-post taż-żona demarkata fl-aktar punt fin-Nofsinhar tar-reġjun ta’ Navarra għandu impatt kbir fuq il-klima tagħha, peress li t-total tas-sħana u t-temperaturi massimi huma l-ogħla fir-reġjun. Dan l-impatt huwa mmassimizzat ulterjorment mill-fatt li ż-żona demarkata għandha għoljiet li jħarsu lejn in-Nofsinhar, u għalhekk fil-livell lokali fil-vinji fiż-żona demarkata, it-temperaturi huma ħafna ogħla u l-umdità relattiva hija baxxa ħafna.

Ix-xita fiż-żona demarkata hija wkoll l-aktar baxxa fir-reġjun għar-raġunijiet li ġejjin:

Ix-xita li tiġi min-Nofsinhar: minħabba l-effett Foehn, is-Sierra de Moncayo tfisser li x-xita tagħmel fin-naħa tan-Nofsinhar u ma tilħaqx il-wied fit-Tramuntana ta’ dawn il-muntanji, li huwa fejn tinsab iż-żona demarkata ta’ Bolandin.

Ix-xita li tiġi mit-Tramuntana: minħabba l-effett tal-prossimità max-Xmara Ebro, ix-xita mit-Tramuntana ma tilħaqx in-Nofsinhar tax-xmara, li huwa fejn tinsab iż-żona demarkata. Dan l-effett jiżdied mill-fatt li din ix-xita tiġi ppreċeduta minn irjieħ mit-Tramuntana li jbaxxu l-umdità relattiva bit-temperaturi baxxi tagħhom u b’hekk jikkontribwixxu għan-nixfa.

Dawn il-karatteristiċi speċifiċi tal-klima għandhom effetti fiżjoloġiċi fuq id-dwieli li għandhom konsegwenzi ċari għall-karatteristiċi analitiċi u organolettiċi tal-inbejjed Bolandin.

L-aktar karatteristiċi notevoli tal-inbejjed, li jagħtuhom l-identità distintiva tagħhom bħala riżultat tal-imġiba fiżjoloġika tad-dwieli f’dawn il-kundizzjonijiet klimatiċi, huma kif ġej:

L-inbejjed ħomor huma ta’ kulur aktar qawwi, b’indiċi ta’ polifenoli totali u polimerizzazzjoni ogħla, maturità, finezza u tannini rotob, li jfissru li għandhom palat sħiħ fil-ħalq mingħajr stringenza u rikkezza għolja.

L-aromi għandhom togħma akbar ta’ frott u huma inqas veġetali mis-soltu, peress li l-livelli ta’ komposti aromatiċi pirażini preżenti fl-inbejjed magħmulin minn varjetajiet bħal Syrah, Merlot u Cabernet Sauvignon huma baxxi ħafna.

L-inbejjed ħomor u bojod magħmulin minn għeneb misjur iżżejjed għandhom kontenut għoli ta’ alkoħol, li jżid is-sensazzjoni ta’ rikkezza u ħlewwa fil-ħalq.

L-inbejjed ħomor u bojod magħmulin minn għeneb misjur iżżejjed għandhom aċidità bbilanċjata, li qatt ma tkun għolja ħafna. Il-livell tal-aċidu maliku huwa partikolarment baxx, minħabba l-kombustjoni tal-aċidi organiċi kkawżata mit-temperaturi għoljin fis-sajf waqt is-sajran. Dan ifisser li l-inbejjed ħomor u bojod magħmulin minn għeneb misjur iżżejjed qatt ma jkollhom aċidità eċċessiva, kif jista’ jiġri bi nbejjed minn subżoni oħra aktar fit-Tramuntana fejn il-livelli ta’ aċidu maliku huma ogħla.

L-inbejjed ħomor u bojod magħmulin minn għeneb misjur iżżejjed għandhom komposti fenoliċi maturi ħafna, li jillimitaw l-affinità tal-ossiġnu tal-inbejjed, u b’hekk tiġi evitata l-preżenza ta’ aromi riduttivi tal-kubrit. L-inbejjed li jirriżultaw huma aromatiċi u espressivi ħafna.

Fl-inbejjed ħomor u bojod magħmulin minn għeneb misjur iżżejjed, it-tqaddim u l-ossidazzjoni jsiru bil-mod minħabba l-konċentrazzjoni għolja ta’ polifenoli, u dan ifisser li l-inbejjed għandhom ħajja tal-prodott fuq l-ixkaffa twila u jitqaddmu tajjeb.

L-inbejjed bojod magħmulin minn għeneb misjur iżżejjed huma żejtnin b’qawwa alkoħolika totali għolja ħafna u lewn isfar dehbi minħabba l-perjodu twil ta’ esponiment għad-dawl tax-xemx li jirriżulta fi prodott dehbi. In-nuqqas ta’ xita jippermetti s-sajran iżżejjed fuq perjodu twil ta’ żmien, li jwassal għal intensità tajba ta’ aromi ta’ noti ta’ frott misjur, għasel u frott taċ-ċitru.

Il-ġeoloġija taż-żona demarkata għandha pedament tat-tafal. Din il-ħamrija taflija hija tat-tip imsejjaħ “shale”. Dawn l-aggregati tal-ħamrija tipikament għandhom kontenut għoli ta’ melħ, li jfisser li l-ħamrija agrikola f’din iż-żona demarkata għandha livelli ta’ salinità għoljin (iddeterminati fit-testijiet skont il-parametru tal-konduttività elettrika = 0,5 -2,5dS/m) li huma ogħla b’mod sinifikanti minn żoni oħra.

Minħabba din il-konduttività akbar tal-ħamrija, id-dwieli jiffaċċjaw il-pressjoni osmotika addizzjonali ġġenerata mill-konċentrazzjoni għolja ta’ soluti fil-ħamrija. Bħal kull pjanta oħra, meta jassorbu l-ilma mill-ħamrija, id-dwieli jeħtieġu wkoll li jakkumulaw ammont konsiderevoli ta’ soluti (l-aktar minerali u melħ) fl-intern tagħhom u fis-sugu matul l-istadji kollha taċ-ċiklu tat-tkabbir. Huwa dan li jippermetti lid-dwieli jikbru tajjeb f’din it-tip ta’ ħamrija u dan għandu wkoll effett dirett fuq il-kompożizzjoni tal-għenieqed, peress li fihom ukoll konċentrazzjonijiet ogħla ta’ mluħa u minerali kemm fil-polpa kif ukoll fil-qoxra.

Din il-konċentrazzjoni ogħla ta’ mluħa u minerali tiġi trażmessa direttament lill-inbejjed ukoll, li tirriżulta fi nbejjed b’kontenut għoli ħafna ta’ kontenut xott. Din il-karatteristika tfisser li l-inbejjed għandhom palat sħiħ u huma rikki ħafna fit-togħma b’noti kemxejn mielħa fil-ħalq. Din hija waħda mill-aktar karatteristiċi distintivi tal-inbejjed prodotti fiż-żona demarkata ta’ Bolandin.

Minbarra dawn il-kundizzjonijiet naturali, il-fattur uman u l-għarfien espert ukoll jagħtu karatteristiċi uniċi lill-inbejjed peress li d-deċiżjonijiet meħuda fl-istabbiliment tal-vinji u waqt il-kultivazzjoni jimmassimizzaw l-uniċità pprovduta mill-ambjent naturali.

Eżempju wieħed ta’ dan huwa l-għażla ta’ varjetajiet, li huma uniċi għaż-żona u huma adatti sew għall-kundizzjonijiet speċifiċi taż-żona demarkata ta’ Bolandin.

Il-varjetajiet kollha mkabbra huma ġenetikament adattati tajjeb għall-kundizzjonijiet estremi tas-sħana fiż-żona demarkata. L-adattament ewlieni huwa bbażat fuq l-għażla ta’ varjetajiet ta’ dwieli b’potenzjal għoli għas-sintetizzazzjoni ta’ aċidi organiċi (aċidu tartariku) sabiex jiġu prodotti nbejjed li jkunu bilanċjati mad-dewqan. Dan il-bilanċ huwa bbażat fuq it-tpaċija tal-komponent rifreskanti pprovdut mill-aċidi naturali fl-inbid, il-qawwa alkoħolika għolja u l-aspett ta’ palat sħiħ li huwa tipiku taż-żona demarkata.

Adattament ieħor minħabba l-fattur uman speċifiku għal Bolandin huma l-istrateġiji ta’ tkabbir li għandhom l-għan li jiksbu rendimenti minn moderati sa baxxi. Dawn ir-rendimenti limitati, li qatt ma jaqbżu s-7 500 kg/ha, iwasslu għal inbejjed ta’ kwalità għolja ħafna fis-sens li l-aromi tal-frott huma intensivi u maturi ħafna fil-profil. Huma wkoll intensivi ħafna fit-togħma, bi struttura tajba pprovduta mill-konċentrazzjoni għolja tal-polifenoli totali. Dawn il-polifenoli jistgħu wkoll ikunu maturi ħafna fil-każ tal-inbejjed ħomor, li huma lixxi u armonjużi.

Għalhekk, minħabba l-fatturi naturali msemmija hawn fuq (il-klima, il-ħamrija u t-topografija) u l-fatturi umani li jiffurmaw id-diversi prattiki tal-vitikultura u enoloġiċi, il-karatteristiċi analitiċi tal-inbejjed huma differenti minn dawk magħmula fiż-żona tad-DOP Navarra, kif jidher mit-tabella ta’ paragun li ġejja:

PARAGUN BEJN L-INBID BID-DOP NAVARRA U L-INBID BOLANDIN

(PARAMETRU: DOP NAVARRA/ BOLANDIN)

 

DOP Navarra

Bolandin

BOJOD

 

 

QAWWA ALKOĦOLIKA PROPRJA (% VOL):

≥ 10,50

≥ 12,5

TOTAL SO2 (mg/l)

≤ 190

≤ 170

AĊIDITÀ VOLATILI TAL-INBEJJED MHUX IMQADDMIN (g/l aċidu aċetiku)

≤ 0,75

≤ 0,65

AĊIDITÀ VOLATILI TAL-INBEJJED IMQADDMIN (g/l aċidu aċetiku)

≤ 1

≤ 0,85

ĦOMOR

 

 

QAWWA ALKOĦOLIKA PROPRJA (% VOL)

≥ 11,50

≥ 12,5

TOTAL SO2 (mg/l)

≤ 140

≤130

INTENSITÀ TAL-KULUR (DO420+DO520+DO620) u.a.cm.

≥ 4,5

≥ 8

TPI (DO280)

-

> 55

AĊIDITÀ VOLATILI TAL-INBEJJED MHUX IMQADDMIN (g/l aċidu aċetiku)

≤ 0,75

≤ 0,65

AĊIDITÀ VOLATILI TAL-INBEJJED IMQADDMIN (g/l aċidu aċetiku)

≤ 0,9

≤ 0,85

INBEJJED BOJOD MAGĦMULA MINN GĦENEB TAL-VENDEMMJA JEW MISJUR IŻŻEJJED

 

 

QAWWA ALKOĦOLIKA PROPRJA (% VOL)

≥ 10,50

≥ 12,5

ZOKKOR TOTALI (g/l)

≥ 45

≥ 60

TOTAL SO2 (mg/l)

≤ 300

≤ 250

AĊIDITÀ VOLATILI TAL-INBEJJED MHUX IMQADDMIN (g/l aċidu aċetiku)

≤ 0,75

≤ 0,74

AĊIDITÀ VOLATILI TAL-INBEJJED IMQADDMIN (g/l aċidu aċetiku)

≤ 0,9

≤ 0,85

AĊIDITÀ VOLATILI TAL-INBEJJED BOTRITIZZATI (aċidu aċetiku)

≤ 0,78 g+(1 )

≤ 0,72 +(1 )

RENDIMENTI MASSIMI (KG/HA)

 

 

TEMPRANILLO

8 000

7 500

CABERNET SAUVIGNON

8 000

7 500

MERLOT

8 000

7 500

SYRAH

8 000

7 300

CHARDONNAY

8 000 (EĊĊEZZ. 9 200 )

7 400

SAUVIGNON BLANC

8 000 (EĊĊEZZ. 9 200 )

7 400

MOSCATEL GRANO MENUDO (MUSCAT TAL-ĦABB IMFARRAK)

8 000 (EĊĊEZZ. 9 200 )

7 200

(1)+ 0,06 g/l għal kull grad ta’ qawwa alkoħolika naturali li jaqbeż l-10 % fil-volum

Huwa importanti li wieħed iżomm f’moħħu li ż-żona demarkata tkopri madwar 170 ettaru u li bħalissa ma hemm ebda dielja oħra mħawla jew kantina tal-inbid li jinsabu hemmhekk ħlief dawk li jappartjenu għall-applikant, li għandu total ta’ madwar 205 ettari. Produtturi oħrajn jistgħu jużaw id-denominazzjoni rreġistrata jekk jistabbilixxu ruħhom fiż-żona demarkata fil-futur, dment li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott. Dan huwa xenarju għalkollox plawżibbli peress li ż-żona demarkata tkopri madwar 170 ettaru u għalhekk hemm spazju għal aktar produtturi u/jew kantini tal-inbid.

9.   Rekwiżiti oħra applikabbli

 

Qafas legali:

 

Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali

 

Tip ta’ rekwiżit ieħor:

 

L-ippakkjar fiż-żona ġeografika demarkata

Deskrizzjoni tal-kondizzjoni:

L-inbejjed iridu jiġu bbottiljati fiż-żona tal-produzzjoni għaliex għall-inbejjed kollha koperti mid-denominazzjoni, il-proċess jikkonkludi bit-tieni stadju ta’ tqaddim fil-flixkun. Il-proċess ta’ tnaqqis f’dan il-perjodu jtejjeb il-kwalità tal-inbejjed, billi jsaħħaħ it-togħma tagħhom. Ikunu lesti għall-konsum meta jiksbu l-karatteristiċi organolettiċi stabbiliti għal kull tip ta’ nbid.

Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott

http://goo.gl/UZCXBV


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.


14.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 504/57


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ isem skont l-Artikolu 50(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

(2021/C 504/22)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) fi żmien tliet xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.

SPEĊIFIKAZZJONI TAL-PRODOTT TA’ SPEĊJALITÀ TRADIZZJONALI GARANTITA

“Vincisgrassi alla maceratese”

Nru tal-UE: TSG-IT-02658 – 17 ta’ Frar 2021

Stat Membru jew pajjiż terz: L-Italja

1.   Isem/ismijiet

“Vincisgrassi alla maceratese”

2.   Tip ta’ prodott [bħal fl-anness xi]

Klassi 2.21. Ikliet ippreparati.

3.   Raġunijiet għar-reġistrazzjoni

3.1.   Indika jekk il-prodott

☐ jirriżultax minn metodu ta’ produzzjoni, ipproċessar jew kompożizzjoni li jikkorrispondi għal prattika tradizzjonali għal dak il-prodott jew l-oġġett tal-ikel;

☒ huwiex manifatturat minn materja prima jew ingredjenti li kienu jintużaw tradizzjonalment.

Ir-riċerka storika turi l-użu tradizzjonali ta’ ingredjenti speċifiċi fil-provinċja ta’ Macerata: il-preparazzjoni ta’ għaġin tal-bajd b’inbid imsajjar jew bil-Marsala, zalza ħamra magħmula minn laħam mhux ikkapuljat u għadam bil-mudullun u l-ġewwieni tat-tjur għall-preparazzjoni tal-kondiment.

3.2.   Indika jekk l-isem

☒ kienx jintuża tradizzjonalment sabiex jirreferi għall-prodott speċifiku;

☐ jidentifikax il-karattru tradizzjonali jew il-karattru speċifiku tal-prodott.

It-terminu “Vincisgrassi alla maceratese”, li għalih qed tintalab ir-reġistrazzjoni, jirreferi għall-għaġin il-forn li ilu jiġi prodott regolarment l-aktar fil-provinċja ta’ Macerata għal aktar minn 80 sena u huwa tradizzjoni mgħoddija bil-fomm.

Id-dixx isir b’saffi ta’ folji tal-għaġin tal-bajd u zalza magħmula mil-laħam u l-ġewwieni tat-tjur u mill-majjal u l-vitella, bil-bexamella u l-ġobon maħkuk. Fil-letteratura estensiva disponibbli, il-Vincisgrassi huwa storikament l-aktar dixx komuni minn fost id-dixxijiet ibbażati fuq riċetti mir-Reġjun tal-Marche. Ir-riċetta deskritta fl-Ispeċifikazzjoni hija r-riċetta storikament konsolidata u offruta regolarment mir-ristoranti u l-ħwienet tal-ikel lest fiż-żona li fiha twieldet it-tradizzjoni.

4.   Deskrizzjoni

4.1.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem fil-punt 1, inklużi l-karatteristiċi fiżiċi, kimiċi, mikrobijoloġiċi jew organolettiċi tiegħu li juru l-karattru speċifiku tal-prodott (l-Artikolu 7(2) ta’ dan ir-Regolament)

“Vincisgrassi alla maceratese” huwa dixx maħkuk offrut bħala l-ewwel platt u li jsir bi tliet prodotti bażiċi: għaġin frisk tal-bajd, zalza bil-ġewwieni u bexamella miżjuda bil-Parmigiano Reggiano DOP jew Grana Padano DOP maħkuk.

Meta jitqiegħed fis-suq il-“Vincisgrassi alla maceratese” irid ikollu l-karatteristiċi li ġejjin:

Il-karatteristiċi fiżikokimiċi:

Proteini: 9,5 sa 13 g/100 g ta’ prodott (2)

Il-karatteristiċi organolettiċi:

Dehra: Għaġin il-forn ħamrani b’mill-anqas seba’/tmien saffi viżibbli, bexamella u zalza tal-laħam aħmar Kulur: zalza ħamra skura, wiċċ aħmar skur sa kannella skur.

Riħa/aroma: zalza tal-istuffat tal-laħam, ġobon imsajjar u bexamella.

Togħma: togħma kemxejn mielħa u morra.

Sawra: Wiċċ iqarmeċ, saffi rotob.

4.2.   Deskrizzjoni tal-metodu ta’ produzzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem imsemmi fil-punt 1 li għandhom isegwu l-produtturi, inklużi, fejn xieraq, in-natura u l-karatteristiċi tal-materja prima jew tal-ingredjenti użati, kif ukoll il-metodu li permezz tiegħu jitħejja l-prodott (l-Artikolu 7(2) ta’ dan ir-Regolament)

Il-proporzjonijiet għar-riċetta:

50 sa 63 % għaġin tal-bajd.

30 sa 40 % zalza.

6 sa 10 % bexamella.

L-ingredjenti għaz-zalza

30 sa 40 % laħam frisk, li jinkludi:

45 sa 55 % tiġieġ, papri, wiżż, fenek, fellus tal-wiżża (inklużi l-għenuq, il-ġwienaħ u s-saqajn tat-tiġieġ), is-sinsla tal-fenek.

35 sa 40 % vitella jew ċanga u majjal (bl-għadam, bil-mudullun u bil-muskoli); dan il-laħam jista’ jkun ukoll ikkapuljat, imqatta’ biċċiet kbar, jew maqtugħ bis-sikkina.

10 sa 15 % ġewwieni (l-istonku u l-fwied) tat-tiġieġa, tal-papra, tal-wiżża, tal-fenek u/jew tal-fellus tal-wiżża mqatta’ biċċiet kbar.

0 sa 15 % konċentrat tat-tadam u 0 sa 30 % puré tat-tadam.

1 sa 3 % karfus, 1 sa 3 % zunnarija, 2 sa 5 % basal abjad bl-imsiemer tal-qronfol imdeffsin fih, bouquet garni ta’ ħxejjex aromatiċi (skont il-gosti) li jridu jkunu friski, mhux imnixxfa jew issostitwiti b’aromatizzanti kimiċi.

2 sa 5 % tazza nbid abjad xott.

0 sa 5 % xaħam tal-majjal jew tal-warda.

4 sa 8 % żejt taż-żebbuġa straverġni.

Melħ u bżar iswed mitħuna skont il-gosti.

2 sa 5 % Parmigiano Reggiano DOP jew Grana Padano DOP maħkuk.

Biżżejjed ilma biex tgħatti l-laħam (3).

0 sa 8 % ħalib sħiħ UHT jew ħalib frisk pasturizzat (fakultattiv).

L-ingredjenti għall-bexamella

80 sa 90 % ħalib sħiħ UHT jew ħalib frisk pasturizzat.

5 sa 10 % dqiq tal-qamħ komuni.

5 sa 10 % butir.

Melħ, bżar iswed mitħun u noċemuskata skont il-gosti.

L-ingredjenti għall-għaġin

32 sa 35 % bajd tat-tiġieġ frisk u 0 sa 3 % isfar tal-bajd. Il-bajd u l-isfra tal-bajd jistgħu jiġu ssostitwiti minn prodotti tal-bajd likwidi pasturizzati.

60 sa 65 % dqiq tal-qamħ komuni jew dqiq tal-qamħ durum.

0 sa 3 % mgħarfa ta’ żejt taż-żebbuġa straverġni jew butir imdewweb;

0 sa 4 % mgħarfa nbid imsajjar (4) jew Marsala DOP;

Melħ skont il-gosti.

Kif tipprepara z-zalza

Itfa’ x-xaħam jew il-wardiet imqatta’ ġo kazzola biex jinqlew maż-żejt taż-żebbuġa straverġni, żid l-għadam u l-laħam, il-karfus, iz-zunnarija u l-basla bl-imsiemer tal-qronfol imdeffsin fiha, sajjar sew fuq nar għoli, żid melħ u bżar skont il-gosti u mbagħad żid l-inbid abjad. Żid il-konċentrat tat-tadam u l-puré tat-tadam u ħawwadhom għal ftit minuti mat-taħlita; żid ammont sew ta’ ilma jaħraq biex tgħatti l-laħam sew. Ħalli t-taħlita tagħli bil-mod, tista’ żżid il-ħalib sakemm iz-zalza tonqos bin-nofs u l-laħam ikun sar sew. Neħħi l-laħam u l-għadam li jkun ġie spolpjat miz-zalza; qatta’ l-laħam f’biċċiet u erġa’ poġġih fit-taħlita.

Aqli l-ġewwieni f’taġen fi ftit żejt taż-żebbuġa straverġni u żid l-inbid abjad xott. Lestiha billi ssajjarha għal madwar kwarta oħra.

Kif tipprepara l-bexamella

Għalli l-ħalib mal-melħ, il-bżar u n-noċemuskata. Dewweb il-butir f’kazzola żgħira u żid miegħu d-dqiq, ħawwad sakemm tikseb taħlita uniformi, imbagħad żid bil-mod il-ħalib jaħraq sakemm it-taħlita ssir krema lixxa bajda.

Kif tipprepara l-għaġin

Ħallat id-dqiq mal-isfra tal-bajd u l-bajd sħiħ jew mal-prodotti tal-bajd, l-inbid imsajjar, iż-żejt taż-żebbuġa straverġni jew il-butir imdewweb, u melħ fin biex tikseb taħlita lixxa u kompatta. Ħalliha tistrieħ f’post frisk għal madwar siegħa, imbagħad iftaħ l-għaġina biex tifforma folja rqiqa ta’ bejn żewġ millimetri u ħames millimetri, aqtagħha f’forma ta’ rettangolu, għalliha f’ilma jagħli bil-melħ għal ftit minuti, imbagħad kessaħha fl-ilma kiesaħ, battal l-ilma u poġġiha fuq sarvetta biex tinxef.

Kif tlestih

Dellek dixx rettangolari tal-forn adattat għat-tisjir u l-preservazzjoni tal-ikel u alterna bejn saffi ta’ għaġin, laħam u zalza tal-ġewwieni, ftit bexamella u l-ġobon maħkuk, u rrepeti dan il-proċess għal seba’ jew tmien darbiet. Fl-aħħar saff, żid ħafna zalza, ftit bexamella u ħafna ġobon maħkuk biex toħloq wiċċ iqarmeċ wara t-tisjir. Sajru fil-forn f’temperatura ta’ 180 °C għal madwar 30 sa 40 minuta.

Il-“Vincisgrassi alla maceratese” jista’ jittiekel minnufih jew aktar tard. F’dan il-każ id-dixx lest għandu jissajjar għal 20 minuta f’temperatura ta’ 180 °C u mbagħad jew jitkessaħ malajr għal temperatura ta’ + 3 °C jew iffriżat malajr għal temperatura ta’ -18 °C, sabiex jinżamm għall-perjodi preskritti ta’ ħin fit-temperaturi stabbiliti fir-regolamenti fis-seħħ dwar is-saħħa u l-iġjene; jista’ wkoll jiġi ffriżat malajr direttament f’temperatura ta’ -18 °C, mingħajr ma jissajjar kif imsemmi fil-paragrafu preċedenti. L-ikel jista’ jinżamm kemm fid-dixx tal-forn jew f’porzjonijiet individwali f’kontenituri tal-ikel li jingħalqu.

4.3.   Deskrizzjoni tal-elementi ewlenin li jistabbilixxu l-karattru tradizzjonali tal-prodott (l-Artikolu 7(2) ta’ dan ir-Regolament)

Fil-gastronomija Taljana r-riċetta għall-“Vincisgrassi alla maceratese” storikament kienet rikka u għalja kemm f’dak li jirrigwarda l-ingredjenti kif ukoll il-preparazzjoni. Għalhekk fil-passat kienet issir f’okkażjonijiet speċjali fil-familji nobbli. Mit-Tieni Gwerra Dinjija ’l hawn, iż-żieda fil-prosperità tal-klassi medja għenet biex dan id-dixx isir aktar popolari llum u l-“Vincisgrassi alla maceratese” għadu differenti minn dixxijiet oħrajn tal-għaġin il-forn peress li fih jintużaw ingredjenti tipiċi tat-tradizzjoni raħħala tal-Marche. Għal żmien twil, il-ġewwieni tat-tjur kien jintrema iżda fil-kotba tar-riċetti issa sar ingredjent karatteristiku.

Riċetta kodifikata għall-“Vincisgrassi alla maceratese” dehret għall-ewwel darba fil-ktieb tar-riċetti tal-1927 ta’ Cesare Tirabasso bl-isem ta’ Guida in cucina. Tirabasso jinterpreta mill-ġdid riċetta antika tal-għaġin tradizzjonalment użata fil-provinċja ta’ Macerata u jikkonferma t-trażmissjoni bil-fomm li tmur lura aktar minn seklu ta’ dixx magħmul minn saffi ta’ folji ta’ għaġin tal-bajd u zalza rikka magħmula mil-laħam tat-tjur li jitneħħilu l-għadam qabel ma jissajjar (inkluż il-ġewwieni tat-tjur), tal-majjal u tal-vitella, bil-bexamella u l-ġobon maħkuk – ingredjenti disponibbli f’okkażjonijiet speċjali f’ekonomija tal-mezzadrija.

L-iżviluppi fil-gastronomija u t-togħma wasslu biex intilfu ingredjenti bħall-animella u l-moħħ tal-ħaruf li diffiċilment jinstabu, iżda għal ġenerazzjonijiet sħaħ ir-riċetta baqgħet tiġi ppreparata għaċ-ċelebrazzjonijiet.

F’dieta nieqsa mill-proteini tal-annimali, bħad-dieta tar-raħħala, il-partijiet iż-żgħar (l-intern) ma setgħux jintremew peress li kienu jipprovdu nutriment u togħma, u dan jagħmel id-dixx differenti minn oħrajn. Hija proprju din il-partikolarità li għamlet il-ġewwieni tat-tjur l-ingredjent distintiv tal-“Vincisgrassi alla maceratese”; fil-fatt, huwa meqjus li l-ġewwieni użat iservi biex jissepara l-ħafna saffi tal-għaġin tal-bajd.

Ir-riċetti kollha misjuba mill-1927 sal-lum, jirrikjedu l-użu f’kull okkażjoni ta’ mill-anqas seba’ folji ta’ għaġin tal-bajd aromatizzati bl-inbid imsajjar jew bil-Marsala DOP, imqiegħda f’dixx tal-forn ma’ saffi alternati ta’ zalza ta’ taħlita ta’ laħam, tadam u ġewwieni tat-tjur, flimkien mal-bexamella u l-ġobon maħkuk. F’kull riċetta identifikata, mir-riċetta kodifikata ta’ Cesare Tirabasso tal-1927 sal-lum, dawk l-ingredjenti huma dejjem inklużi bl-użu tal-istess proċess u huma tipikament preżenti fit-tisjir tal-provinċja ta’ Macerata.

Referenzi bibljografiċi għar-riċetta:

Il-“Guida in cucina” tal-1927 mill-kok Cesare Tirabasso (Bisson & Leopardi, Macerata, 1927, paġna 91) jgħid li l-“Vincisgrassi huwa popolari fil-Marche, b’mod partikolari fil-provinċja ta’ Macerata”.

F’“Le ricette regionale italiano” (A. Gosetti della Salda, La cucina italiana, Milan 1967, p. 608) jingħad li “dan id-dixx b’togħma tajba u nutrittiv ħafna, il-Vincisgrassi, huwa antik u tradizzjonali fil-provinċja ta’ Macerata”.

Il-“Cucina delle Marche” tal-2010 (ta’ P. Carsetti, Newton Compton, p. 133), jiddeskrivi r-riċetta bħala “kodifikata”.

Fl-2010 f’“Le ricette d’oro delle migliori osterie e trattorie italiane” (ta’ C. Cambi, Newton Compton, p. 515) ir-riċetta hija msejħa “Vincisgrassi alla maceratese”.

Fil-“Marche a tavola” tal-2003 ta’ A. Carnival Mallè et al., ir-riċetta għall-Vincisgrassi tidher fil-paġna 34 taħt l-isem “Vincisgrassi alla maceratese”.

“Vincisgrassi”, ippubblikat fis-sena 2000 mill-Kamra tal-Kummerċ tal-provinċja ta’ Macerata flimkien mal-Confcommercio, l-Accademia Italiana della Cucina (Akkademja Taljana tat-Tisjir) u l-Federcuochi.


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  Il-prova tad-denominazzjoni: Nitroġenu u Proteini (Metodu awtomatiku) – Teknika analitika Kjeldahl – Standard/Metodu ta’ ttestjar PRT.PGBT.248 Rev. 001 2017

(3)  Ma jiġix ikkalkolat fil-piż finali minħabba l-evaporazzjoni matul il-proċess twil tat-tisjir

(4)  Inbid imsajjar (magħruf ukoll bħala Vin Santo Marchigiano): inbid ħelu falz pjaċevoli b’aroma ta’ frott u kulur li jvarja minn lewn ir-rummien sa lewn ir-rubini. Dan jinkiseb bit-tgħolija tal-most tal-għeneb sabiex tiżdied il-konċentrazzjoni tiegħu minn 30 sa 50 %. Meta jkun inxtorob sew u tħalla jibred, il-most imsajjar jitħalla jiffermenta fil-btieti tal-ballut. Wara l-fermentazzjoni (qawwa alkoħolika ta’ bejn 12 % u 14 %), dan jiġi ttrasferit f’kontenituri li jkun fihom inbid imsajjar ieħor minn snin preċedenti jew ibbottiljat u mqaddem.