ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 489

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 64
6 ta' Diċembru 2021


Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2021/C 489/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10284 — KPS / CROWN EUROPEAN TINPLATE) ( 1 )

1


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2021/C 489/02

Rata tal-kambju tal-euro — It-3 ta’ Diċembru 2021

2


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2021/C 489/03

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10341 — PRINCE / FERRO) ( 1 )

3

2021/C 489/04

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10556 — BELLIS / KKR / JAJA) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

5

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2021/C 489/05

Pubblikazzjoni tad-Dokument Uniku emendat wara l-approvazzjoni ta’ emenda minuri skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012

7

2021/C 489/06

AVVIŻ TA’ INFORMAZZJONI – KONSULTAZZJONI PUBBLIKA — Indikazzjonijiet Ġeografiċi mill-Costa Rica li għandhom jiġu protetti bħala Indikazzjonijiet Ġeografiċi fl-Unjoni Ewropea

10


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

6.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 489/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.10284 — KPS / CROWN EUROPEAN TINPLATE)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 489/01)

Fit 11 ta’ Awwissu 2021, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tas-sit web tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Dan is-sit web jipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fis-sit web EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32021M10284. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

6.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 489/2


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-3 ta’ Diċembru 2021

(2021/C 489/02)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1291

JPY

Yen Ġappuniż

127,97

DKK

Krona Daniża

7,4362

GBP

Lira Sterlina

0,85048

SEK

Krona Żvediża

10,3185

CHF

Frank Żvizzeru

1,0387

ISK

Krona Iżlandiża

146,80

NOK

Krona Norveġiża

10,2875

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,415

HUF

Forint Ungeriż

363,86

PLN

Zloty Pollakk

4,5923

RON

Leu Rumen

4,9493

TRY

Lira Turka

15,6131

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5999

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4471

HKD

Dollaru ta’ Hong Kong

8,8006

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6634

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5466

KRW

Won tal-Korea t’Isfel

1 334,04

ZAR

Rand ta’ l-Afrika t’Isfel

17,9509

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,1935

HRK

Kuna Kroata

7,5273

IDR

Rupiah Indoneżjan

16 288,18

MYR

Ringgit Malażjan

4,7772

PHP

Peso Filippin

57,048

RUB

Rouble Russu

83,0225

THB

Baht Tajlandiż

38,254

BRL

Real Brażiljan

6,3687

MXN

Peso Messikan

23,9841

INR

Rupi Indjan

84,8455


(1)  Sors: rata tal-kambju ta’ referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

6.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 489/3


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10341 — PRINCE / FERRO)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 489/03)

1.   

Fis-26 ta’ Novembru 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 u wara referenza skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

ASP Prince Holdings Inc. (“Prince”, l-Istati Uniti tal-Amerka), li finalment hija kkontrollata minn fondi affiljati ġestiti minn American Securities LLC (“American Securities”),

Ferro Corporation (“Ferro”, l-Istati Uniti tal-Amerka).

Prince takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Ferro kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Prince: il-manifattura ta’ sustanzi kimiċi, minerali u addittivi industrijali bbażati fuq il-minerali u prodotti ffukati fuq l-iżvilupp, il-manifattura u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti ta’ speċjalità għal applikazzjonijiet f’varjetà ta’ industriji, inklużi l-kostruzzjoni, l-elettronika, il-prodotti għall-konsumatur, l-agrikoltura, l-industrija tal-karozzi, iż-żejt u l-gass u tagħmir tqil;

Ferro: provvista ta’ (i) kisjiet funzjonali għal sottostrati tal-ħġieġ, tal-metall, taċ-ċeramika u oħrajn, u (ii) soluzzjonijiet tal-kulur fil-forma ta’ pigmenti u koloranti, għal firxa wiesgħa ta’ applikazzjonijiet u industriji, prinċipalment il-bini u l-kostruzzjoni, prodotti tal-karozzi, industrijali, kif ukoll tagħmir u tagħmir tad-dar.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10341 — PRINCE / FERRO

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


6.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 489/5


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10556 — BELLIS / KKR / JAJA)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 489/04)

1.   

Fis-26 ta’ Novembru 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Bellis Phantom Holdco Limited (“Bellis”, ir-Renju Unit), ikkontrollata bi sħab minn Mohsin Issa u Zuber Issa (“Issa Brothers”) minn naħa waħda u TDR Capital LLP (“TDR Capital”) min-naħa l-oħra

KKR & Co. Inc. (“KKR”, l-Istati Uniti tal-Amerka), kif ukoll

Jaja Finance Holding (UK) Limited (“Jaja”, ir-Renju Unit).

CDPQ and OTPP jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ CMLIC kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Bellis hija veikolu bi skop speċjali, ikkontrollata minn Issa Brothers u TDR Capital.

Issa Brothers huma fundaturi tal-grupp Euro Garages.

TDR Capital hija kumpanija ta’ ekwità privata, attiva f’varjetà ta’ setturi inkluż il-bejgħ tal-fjuwil tal-magni u tal-merċa, gyms u klabbs tas-saħħa, pubs u ristoranti, xiri ta’ dejn, assigurazzjoni tal-ħajja u oħrajn.

KKR hija ditta ta’ investiment globali li toffri ġestjoni tal-assi alternattivi u soluzzjonijiet tas-swieq tal-kapital u tal-assigurazzjoni.

Jaja hija attiva fir-Renju Unit fil-forniment ta’ servizzi ta’ ħruġ ta’ karti tal-kreditu u soluzzjonijiet ta’ ħlas co-branded.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10556 — BELLIS / KKR / JAJA

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

6.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 489/7


Pubblikazzjoni tad-Dokument Uniku emendat wara l-approvazzjoni ta’ emenda minuri skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012

(2021/C 489/05)

Il-Kummissjoni Ewropea approvat din l-emenda minuri f’konformità mat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 664/2014 (1).

L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ din l-emenda minuri tista’ tiġi kkonsultata fil-bażi tad-data eAmbrosia tal-Kummissjoni.

DOKUMENT UNIKU

“NOORD-HOLLANDSE GOUDA”

Nru tal-UE: DOP-NL-0314-AM01 – 7 ta’ Lulju 2021

DOP (X) IĠP ( )

1.   Isem

“Noord-Hollandse Gouda”

2.   Stat Membru jew Pajjiż Terz

In-Netherlands

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   It-tip ta’ prodott

Klassi 1.3. Ġobon

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)

“Noord-Hollandse Gouda” huwa ġobon tat-tip Gouda (forma ċilindrika jew blokka b’piż minn 2,5 sa 30 kg). Il-karatteristiċi speċifiċi huma:

togħma: aromatika, pjaċevoli, idub fil-ħalq, minn ħafifa sa pikkanti skont l-età tiegħu. “Noord-Hollandse Gouda” huwa inqas mielaħ minn ġobon Gouda ieħor.

sezzjoni trasversali: meta jinqata’ l-ġobon, il-formazzjoni tat-toqob hija viżibbli iżda tista’ ma tkunx mifruxa b’mod uniformi.

qoxra: il-qoxra tal-ġobon hija magħluqa u lixxa u ma turi l-ebda tkabbir ta’ moffa viżibbli. B’mod partikolari, il-faċilità taż-żamma hija waħda mill-karatteristiċi l-aktar impressjonanti tal-ġobon.

konsistenza: il-ġobon “jimla” l-borer u, ladarba tingħeleb ċerta reżistenza, huwa flessibbli ħafna. Tradizzjonalment, il-ġobon kien jissejjaħ “prodott artab tal-ħalib” minħabba din il-kwalità tipika.

3.3.   Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

L-għalf b’ħafna ħaxix tal-baqar tal-ħalib mir-reġjun ta’ mergħat tal-Olanda tat-Tramuntana huwa estremament importanti għall-kwalità tan-“Noord-Hollandse Gouda”. Il-perċentwal ta’ għalf oħxon bħall-ħaxix u s-silaġġ miż-żona tal-produzzjoni huwa mill-inqas 50 % tal-materja niexfa totali mitmugħa kull sena lill-baqar li qed ireddgħu. Foraġġ komplet li jikkonsisti biss minn materja prima miż-żona ġeografika mhuwiex possibbli minħabba li l-bhejjem jeħtieġu għalf ikkonċentrat fil-foraġġ tagħhom minbarra l-għalf oħxon. Il-konċentrat tal-għalf huwa skars jew mhux disponibbli fiż-żona ġeografika. Fix-xitwa, l-għalf miż-żona ġeografika huwa disponibbli fil-forma ta’ foraġġ insilat. Fi snin b’kundizzjonijiet ħżiena tat-tkabbir tal-ħaxix, pereżempju, jista’ jkun meħtieġ li jiġi inkluż porzjon ta’ għalf oħxon minn barra r-reġjun. Għal din ir-raġuni huwa osservat valur minimu ta’ 50 %.

3.4.   Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita

“Noord-Hollandse Gouda” huwa ppreparat biss minn ħalib prodott fil-provinċja tal-Olanda tat-Tramuntana.

Fi żmien 12-il siegħa mill-wasla tiegħu fil-fabbrika tal-ġobon, il-ħalib jiġi ttrattat bis-sħana għal massimu ta’ 30 sekonda f’temperatura ta’ 65 °C jew l-ekwivalenti u sussegwentement jiġi pproċessat f’ħalib tal-ġobon. Għal dan il-għan il-ħalib huwa standardizzat abbażi tal-kontenut tax-xaħam, u b’riżultat ta’ dan il-ġobon finali jilħaq bejn 48 % u 52 % ta’ kontenut ta’ xaħam fil-materja niexfa. Il-ħalib tal-ġobon jiġi pasturizzat f’temperatura ta’ mill-inqas 72 °C għal 15-il sekonda (jew ekwivalenti). It-tbaqqit tal-ħalib isir bl-użu tames tal-għoġġiela jew mikrobiku f’temperatura ta’ bejn 31 u 34 °C. Is-separazzjoni u l-koagulazzjoni tal-proteini tal-ħalib li jseħħu matul dan il-proċess huma tipiċi tan-“Noord-Hollandse Gouda”. L-ebda organiżmi produttiv, inklużi l-mikroorganiżmi, maħluqa permezz tat-teknoloġija DNA rikombinanti ma jistgħu jintużaw biex isir it-tames. Għaldaqstant, it-tames prodott permezz ta’ modifika ġenetika huwa eskluż.

Għall-aċidifikazzjoni tintuża kultura mħallta ta’ batterji starter li jappartjenu għall-grupp ta’ kulturi starter LD, Lactococcus lactis ssp. lactis u/jew Lactococcus lactis ssp. cremoris, Leuconostoc spp. u/jew Lactococcus lactis ssp. lactis bijovar. diacetylactis.

Il-baqta maħluqa permezz tal-koagulazzjoni tinfired mix-xorrox u tiġi pproċessata u maħsula b’tali mod li tinkiseb togħma ħafifa minflok waħda qarsa (pH ta’ 14-il jum huwa akbar minn 5,25). Il-baqtiet jiġu ppressati ġol-krietel fil-forma korretta u l-piż mixtieq. Il-ġobon li jirriżulta jiġi mgħaddas f’banju tas-salmura sakemm jikseb kontenut ta’ melħ fil-materja niexfa li, bħala medja, ikun inqas minn 3,3 %. Il-kontenut massimu tal-melħ fil-materja niexfa huwa ta’ 3,6 %.

“Noord-Hollandse Gouda” huwa mmaturat b’mod naturali f’temperatura minima ta’ 14 °C għal minimu ta’ 4 ġimgħat u massimu ta’ 18-il xahar.

Il-produzzjoni tal-ħalib, l-ipproċessar u l-preparazzjoni inizjali kollha tal-ġobon iseħħu fiż-żona ġeografika, kif kien tradizzjonalment abitwali.

3.5.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ. tal-prodott li għalih jirreferi l-isem irreġistrat

In-“Noord-Hollandse Gouda” jista’ jitqatta, jiġi ppakkjat minn qabel u mmaturat kemm ġewwa kif ukoll barra l-Olanda tat-Tramuntana, sakemm min jipproċessah juża sistema amministrattiva ta’ monitoraġġ komprensiva biex jiżgura li n-“Noord-Hollandse Gouda” maqtugħ huwa traċċabbli permezz tas-sensiela unika ta’ ċifri u ittri fil-marka, u li b’hekk il-konsumatur jista’ jkun żgur mill-oriġini tiegħu.

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar tal-prodott li għalih jirreferi l-isem irreġistrat

Kull ġobna “Noord-Hollandse Gouda” tingħata marka tal-kaseina qabel ma tiġi ppressata l-baqta. Minbarra l-isem “Noord-Hollandse Gouda”, din il-marka fiha taħlita unika ta’ ittri u numri axxendenti, f’format alfanumeriku, diġitali jew grafiku-diġitali.

Jekk jintużaw it-tikketti flessibbli, dawn għandhom jindikaw b’mod prominenti l-isem “Noord-Hollandse Gouda” flimkien mal-logo obbligatorju tad-DPO tal-UE.

Jekk il-ġobon jinbiegħ imqatta’ u ppakkjat minn qabel, l-isem tal-prodott “Noord-Hollandse Gouda” flimkien mal-logo obbligatorju tad-DPO tal-UE jrid jiġi indikat fuq l-imballaġġ minn qabel.

4.   Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

Iż-żona ġeografika kkonċernata mill-applikazzjoni hija l-provinċja Olandiża tal-Olanda tat-Tramuntana.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

Il-karatteristiċi speċifiċi tan-“Noord-Hollandse Gouda”, b’mod partikolari t-togħma pjaċevoli, il-formazzjoni karatteristika tal-qoxra niexfa u l-konsistenza unika, huma r-riżultat ta’ taħlita tal-kompożizzjoni tal-ħalib fir-reġjun tal-mergħat tal-Olanda tat-Tramuntana u r-riċetta użata għat-tħejjija tan-“Noord-Hollandse Gouda”. Minħabba l-karatteristiċi speċifiċi tiegħu, “Noord-Hollandse Gouda” juri differenza fil-kwalità li għaliha l-konsumaturi huma lesti li jħallsu prezz ogħla.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott

(it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament)

Beschermde Oorsprongsbenaming (BOB) Noord-Hollandse Gouda (rvo.nl)


(1)  ĠU L 179, 19.6.2014, p. 17.


6.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 489/10


AVVIŻ TA’ INFORMAZZJONI – KONSULTAZZJONI PUBBLIKA

Indikazzjonijiet Ġeografiċi mill-Costa Rica li għandhom jiġu protetti bħala Indikazzjonijiet Ġeografiċi fl-Unjoni Ewropea

(2021/C 489/06)

Fil-qafas tal-ftehim (1) li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Amerka Ċentrali, min-naħa l-oħra (2) l-awtoritajiet tal-Costa Rica ppreżentaw indikazzjoni ġeografika addizzjonali li għandha tiġi protetta skont il-ftehim.

Il-ftehim imsemmi hawn fuq, f’konformità mal-Artikolu 247 tiegħu, jipprevedi l-possibbiltà li jiżdiedu indikazzjonijiet ġeografiċi addizzjonali għall-inbejjed, l-ispirti, il-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel li għandhom jiġu protetti abbażi tar-regoli u tal-proċeduri stabbiliti. Wara eżami b’suċċess mill-awtoritajiet kompetenti, din l-indikazzjoni ġeografika addizzjonali se tiġi inkluża fl-Anness XVIII (Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti) f’konformità mar-regoli u l-proċeduri rilevanti għall-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni.

Fil-qafas ta’ dan l-eżami, il-Kummissjoni tistieden lil kwalunkwe Stat Membru jew pajjiż terz, jew kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li għandha interess leġittimu, li hi residenti jew stabbilita fi Stat Membru jew f’pajjiż terz, biex tressaq oppożizzjonijiet għal tali protezzjoni billi tibgħat dikjarazzjoni sostanzjata kif dovut.

Id-dikjarazzjonijiet ta’ oppożizzjoni jridu jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien xahrejn mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Id-dikjarazzjonijiet ta’ oppożizzjoni jenħtieġ li jintbagħtu f’dan l-indirizz elettroniku: AGRI-A3@ec.europa.eu

Id-dikjarazzjonijiet ta’ oppożizzjoni għandhom jiġu eżaminati biss jekk jaslu fil-limitu taż-żmien stabbilit hawn fuq u jekk dawn juru li l-protezzjoni tal-isem propost:

(a)

toħloq kunflitt mal-isem ta’ varjetà ta’ pjanta jew ta’ razza tal-annimali u b’hekk x’aktarx tkun tqarraq bil-konsumatur dwar l-oriġini vera tal-prodott;

(b)

tkun kompletament jew parzjalment omonima mal-protezzjoni ta’ isem li diġà huwa protett fl-Unjoni (skont ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (3)) disponibbli hawnhekk:

https://ec.europa.eu/info/food-farming-fisheries/food-safety-and-quality/certification/quality-labels/geographical-indications-register/

jew ma’ waħda mill-indikazzjonijiet ġeografiċi minn pajjiżi mhux tal-UE protetti fl-UE skont ftehimiet bilaterali disponibbli pubblikament fuq GIview, disponibbli hawnhekk: https://www.tmdn.org/giview/ jew fil-lista disponibbli hawnhekk:

https://ec.europa.eu/info/sites/info/files/food-farming-fisheries/food_safety_and_quality/documents/list-gis-non-eu-countries-protected-in-eu_en.pdf

(c)

fid-dawl tar-reputazzjoni u tal-fama tat-trademark u t-tul ta’ żmien li ilha tintuża, tista’ tqarraq bil-konsumatur dwar l-identità vera tal-prodott;

(d)

tipperikola l-eżistenza ta’ isem jew ta’ trademark kompletament jew parzjalment identiċi, jew tipperikola l-eżistenza ta’ prodotti li jkunu ilhom fis-suq b’mod legali għal mill-inqas ħames snin qabel id-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż;

(e)

jew jekk jistgħu jagħtu dettalji li abbażi tagħhom wieħed jista’ jikkonkludi li l-isem li għalih qed tiġi kkunsidrata l-protezzjoni huwa ġeneriku.

Il-kriterji msemmija hawn fuq għandhom jiġu evalwati b’rabta mat-territorju tal-Unjoni, li fil-każ tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali jirreferi biss għat-territorju jew għat-territorji fejn dawn id-drittijiet huma protetti. Il-protezzjoni ta’ dawn l-ismijiet fl-Unjoni Ewropea hija soġġetta għall-konklużjoni b’suċċess ta’ din il-proċedura u tal-att legali sussegwenti li jżid dan it-terminu mal-Ftehim imsemmi hawn fuq.

Indikazzjonijiet Ġeografiċi mill-Costa Rica li għandhom jiġu protetti bħala Indikazzjonijiet Ġeografiċi fl-UE għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

Isem kif irreġistrat fil-Costa Rica

Deskrizzjoni qasira

Café Tarrazú

Kafè


(1)  Il-Costa Rica, El Salvador, il-Gwatemala, il-Honduras, in-Nikaragwa u l-Panama.

(2)  ĠU L 346, 15.12.2012, p. 3.

(3)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.