ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 483

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 64
1 ta' Diċembru 2021


Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2021/C 483/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10492 — SILVER LAKE / CVC / SPHINX / RAC JV) ( 1 )

1

2021/C 483/02

Bidu ta’ proċeduri (Każ M.10319 — Greiner/Recticel) ( 1 )

2

2021/C 483/03

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10407 — AIP / ALVANCE DUNKERQUE TARGET BUSINESS) ( 1 )

3

2021/C 483/04

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10500 — PSPIB / ADIC / LOCAL) ( 1 )

4

2021/C 483/05

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9971 — P27 NPP / BANKGIROT) ( 1 )

5

2021/C 483/06

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10508 — HUTCHISON 3 INDONESIA / INDOSAT) ( 1 )

6

2021/C 483/07

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10287 — PROXIMUS / BESIX / SL / i.LECO) ( 1 )

7


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2021/C 483/08

Rata tal-kambju tal-euro — It-30 ta’ Novembru 2021

8

2021/C 483/09

Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-fużjonijiet fil-laqgħa tiegħu tat-8 ta’ Marzu 2021 dwar abbozz ta’ deċiżjoni preliminari b’rabta mal-Każ M.9820 — Danfoss/Eaton Hydraulics — Relatur: Malta ( 1 )

9

2021/C 483/10

Rapport Finali tal-Uffiċjal tas-Seduta — Il-Każ M.9820 — Danfoss/Eaton Hydraulics ( 1 )

11

2021/C 483/11

Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Marzu 2021 li tiddikjara konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq intern u mal-funzjonament tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (Il-Każ M.9820 — DANFOSS / EATON HYDRAULICS) (innotifikata bid-dokument C(2021) 1697)  ( 1 )

13

 

L-Ombudsman Ewropew

2021/C 483/12

Rapport Annwali 2020

18

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2021/C 483/13

Aġġornament tal-lista ta’ postijiet ta’ qsim il-fruntiera msemmija fl-Artikolu 2(8) tar-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen)

19


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2021/C 483/14

Notifika ta’ ftuħ mill-ġdid tal-investigazzjoni anti-dumping rigward l-importazzjonijiet ta’ ċerti materjali tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament kontinwu minsuġa u/jew meħjuta li joriġinaw mill-Eġittu

29

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2021/C 483/15

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10549 — ARDIAN FRANCE / RG SAFETY) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

37


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

1.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 483/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.10492 — SILVER LAKE / CVC / SPHINX / RAC JV)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 483/01)

Fit 24 ta’ Novembru 2021, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tas-sit web tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Dan is-sit web jipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fis-sit web EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32021M10492. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


1.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 483/2


Bidu ta’ proċeduri

(Każ M.10319 — Greiner/Recticel)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 483/02)

Fil- 24 ta’ Novembru 2021, il-Kummissjoni iddeċidiet li tibda proċeduri fil-każ ta’ hawn fuq wara li sabet li l-konċentrazzjoni nnotifika tqajjem dubji serji dwar il-kompatibilità tagħha mas-suq komuni. Il-bidu tal-proċeduri jiftaħ it-tieni fażi ta’ investigazzjoni fir-rigward tal-konċentrazzjoni nnotifikata, u jsir mingħajr preġudizzju għad-deċiżjoni finali dwar il-każ. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(c) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1)

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati sabiex jissottomettu lill-Kummissjoni l-osservazzjonijiet li jistgħu jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.

Sabiex l-osservazzjonijiet jiġu kkunsidrati bis-sħiħ fil-proċedura, dawn għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux iktar tard minn 15-il jum wara d-data tal-pubblikazzjoni. L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-fax (+32 22964301) jew b’imejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bin-numru ta’ referenza Nru M.10319 — Greiner/Recticel, fl-indirizz li ġej:

Kummissjoni Ewropea

Direttorat-Ġenerali għall-Kompetizzjoni,

Reġistru ta’ l-Amalgamazzjonijiet

1049 Bruxelles/Brussell

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


1.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 483/3


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.10407 — AIP / ALVANCE DUNKERQUE TARGET BUSINESS)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 483/03)

Fit 23 ta’ Novembru 2021, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tas-sit web tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Dan is-sit web jipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fis-sit web EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32021M10407. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


1.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 483/4


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.10500 — PSPIB / ADIC / LOCAL)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 483/04)

Fit 8 ta’ Novembru 2021, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tas-sit web tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Dan is-sit web jipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fis-sit web EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32021M10500. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


1.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 483/5


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.9971 — P27 NPP / BANKGIROT)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 483/05)

Fit 8 ta’ Lulju 2021, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tas-sit web tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Dan is-sit web jipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fis-sit web EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32021M9971. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


1.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 483/6


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.10508 — HUTCHISON 3 INDONESIA / INDOSAT)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 483/06)

Fit 4 ta’ Novembru 2021, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tas-sit web tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Dan is-sit web jipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fis-sit web EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32021M10508. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


1.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 483/7


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.10287 — PROXIMUS / BESIX / SL / i.LECO)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 483/07)

Fit 7 ta’ Settembru 2021, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tas-sit web tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Dan is-sit web jipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fis-sit web EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32021M10287. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

1.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 483/8


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-30 ta’ Novembru 2021

(2021/C 483/08)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1363

JPY

Yen Ġappuniż

128,20

DKK

Krona Daniża

7,4368

GBP

Lira Sterlina

0,85173

SEK

Krona Żvediża

10,2860

CHF

Frank Żvizzeru

1,0430

ISK

Krona Iżlandiża

147,00

NOK

Krona Norveġiża

10,2795

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,526

HUF

Forint Ungeriż

365,68

PLN

Zloty Pollakk

4,6639

RON

Leu Rumen

4,9510

TRY

Lira Turka

14,9342

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5898

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4518

HKD

Dollaru ta’ Hong Kong

8,8601

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6644

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5521

KRW

Won tal-Korea t’Isfel

1 350,29

ZAR

Rand ta’ l-Afrika t’Isfel

18,2269

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,2395

HRK

Kuna Kroata

7,5315

IDR

Rupiah Indoneżjan

16 277,55

MYR

Ringgit Malażjan

4,7753

PHP

Peso Filippin

57,271

RUB

Rouble Russu

84,6123

THB

Baht Tajlandiż

38,282

BRL

Real Brażiljan

6,3762

MXN

Peso Messikan

24,5059

INR

Rupi Indjan

85,3274


(1)  Sors: rata tal-kambju ta’ referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


1.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 483/9


Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-fużjonijiet fil-laqgħa tiegħu tat-8 ta’ Marzu 2021 dwar abbozz ta’ deċiżjoni preliminari b’rabta mal-Każ M.9820 — Danfoss/Eaton Hydraulics

Relatur: Malta

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 483/09)

Funzjonament

1.

Il-Kumitat Konsultattiv (11-il Stat Membru) jaqbel mal-Kummissjoni li t-Tranżazzjoni tikkostitwixxi f’konċentrazzjoni fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.

Dimensjoni tal-Unjoni

2.

Il-Kumitat Konsultattiv (11-il Stat Membru) jaqbel mal-Kummissjoni li t-Tranżazzjoni għandha dimensjoni tal-Unjoni skont l-Artikolu 1(2) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.

Swieq tal-Prodotti

3.

Il-Kumitat Konsultattiv (11 il-Stat Membru) jaqbel mad-definizzjoni tal-Kummissjoni tas-suq tal-prodott relevanti għall-unitajiet ta’ steeerings bl-idrawliku (hyraulic steering units, HSU).

4.

Il-Kumitat Konsultattiv (11-il Stat Membru) jaqbel mad-definizzjoni tal-Kummissjoni tas-suq tal-prodott relevanti għall-valvi tal-isteering bl-elettro-idrawliku (electro-hydraulic steering valves, ESVs).

5.

Il-Kumitat Konsultattiv (11-il Stat Membru) jaqbel mad-definizzjoni tal-Kummissjoni tas-suq tal-prodott relevanti għall-muturi orbitali.

6.

Il-Kumitat Konsultattiv (11-il Stat Membru) jaqbel mad-definizzjoni tal-Kummissjoni tas-suq tal-prodott rilevanti għall-pompi.

Swieq ġeografiċi

7.

Il-Kumitat Konsultattiv (11-il Stat Membru) jaqbel mad-definizzjoni tal-Kummissjoni tas-suq ġeografiku rilevanti għall-HSUs, ESVs, muturi orbitali u pompi bħala madwar iż-ŻEE kollha.

Valutazzjoni Kompetittiva

8.

Il-Kumitat Konsultattiv (11-il Stat Membru) jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li t-Tranżazzjoni, kif notifikata, twassal għal impediment sinifikanti ta’ kompetizzjoni effettiva fis-swieq taż-ŻEE għall-HSUs, b’mod partikolari bil-ħolqien jew bit-tisħiħ ta’ pożizzjoni dominanti.

9.

Il-Kumitat Konsultattiv (11-il Stat Membru) jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li t-Tranżazzjoni, kif notifikata, twassal għal impediment sinifikanti ta’ kompetizzjoni effettiva fis-swieq taż-ŻEE għall-ESVs, b’mod partikolari bil-ħolqien jew bit-tisħiħ ta’ pożizzjoni dominanti.

10.

Il-Kumitat Konsultattiv (11-il Stat Membru) jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li t-Tranżazzjoni, kif notifikata, twassal għal impediment sinifikanti ta’ kompetizzjoni effettiva fis-swieq taż-ŻEE għal muturi orbitali, b’mod partikolari bil-ħolqien jew it-tisħiħ ta’ pożizzjoni dominanti.

11.

Il-Kumitat Konsultattiv (11-il Stat Membru) jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li t-Tranżazzjoni, kif notifikata, ma timpedixxix b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva fir-rigward ta’ pompi għal applikazzjonijiet mobbli u kull subsegment plawżibbli tagħhom.

12.

Il-Kumitat Konsultattiv (11-il Stat Membru) jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li t-Tranżazzjoni, kif notifikata, ma timpedixxix b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva fir-rigward tal-effetti konglomerati.

Impenji

13.

Il-Kumitat Konsultattiv (11-il Stat Membru) jaqbel mal-Kummissjoni li l-Impenji Finali huma adattati u biżżejjed biex jeliminaw l-impediment sinifikanti għall-kompetizzjoni effettiva b’rabta mas-swieq għall-HSUs, għall-ESVs u għall-muturi orbitali fiż-ŻEE.

Kompatibbiltà mas-Suq Intern

14.

Il-Kumitat Konsultattiv (11-il Stat Membru) jaqbel mal-Kummissjoni li t-Tranżazzjoni, kif modifikata mill-Impenji Finali, jenħtieġ għalhekk li tiġi ddikjarata kompatibbli mas-suq intern u mat-tħaddim tal-Ftehim dwar iż-ŻEE.


1.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 483/11


Rapport Finali tal-Uffiċjal tas-Seduta (1)

Il-Każ M.9820 — Danfoss/Eaton Hydraulics

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 483/10)

1.   

Fis-17 ta’ Awwissu 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) li permezz tagħha Danfoss A/S (“Danfoss”) takkwista fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, l-kontroll esklużiv ta’ Eaton Hydraulics (“Eaton”) (3) permezz tax-xiri ta’ ishma u assi (it-“Tranżazzjoni Proposta”). Danfoss u Eaton flimkien jissejħu l-“Partijiet”.

2.   

Fil-21 ta’ Settembru 2020, il-Kummissjoni adottat deċiżjoni biex tniedi proċedimenti skont l-Artikolu 6(1)(c) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.

3.   

Fit-12 ta’ Ottubru 2020, wara talba formali minn Danfoss bid-data tad-9 ta’ Ottubru 2020, il-Kummissjoni estendiet il-perjodu ta’ żmien skont l-Artikolu 10(3), l-ewwel subparagrafu, tar-Regolament dwar l-Għaqdiet stabbilit għall-adozzjoni ta’ deċiżjoni skont l-Artikolu 8 tar-Regolament dwar l-Għaqdiet fir-rigward tat-Tranżazzjoni Proposta b’għaxart ijiem ta’ xogħol skont l-Artikolu 10(3), it-tieni subparagrafu, tal-istess regolament.

4.   

Fis-27 ta’ Novembru 2020, wara t-talba ta’ Danfoss, il-Kummissjoni ddeċidiet li testendi l-perjodu għat-teħid ta’ deċiżjoni skont l-Artikolu 8 tar-Regolament dwar l-Għaqdiet b’total ta’ ħamest ijiem ta’ xogħol f’konformità mat-tielet sentenza tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10(3) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.

5.   

Fit-8 ta’ Diċembru 2020, il-Kummissjoni adottat dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet (id-“DO”). Id-DO ġiet innotifikata formalment lil Danfoss fid-9 ta’ Diċembru 2020, (4) u fl-istess waqt Danfoss ingħatat skadenza biex tippreżenta l-kummenti tagħha sat-22 ta’ Diċembru 2020. Fil-11 ta’ Diċembru 2020, Eaton irċeviet verżjoni mhux kunfidenzjali tad-DO permezz ta’ Danfoss, li fuq il-bażi tagħha setgħet tippreżenta kummenti bil-miktub skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni dwar l-Għaqdiet.

6.   

Fit-8 ta’ Diċembru 2020, Danfoss kisbet aċċess għad-dokumenti aċċessibbli fil-fajl tal-Kummissjoni dwar il-każ billi għaddiet CD. Barra minn hekk, id-data rilevanti mill-fajl kunfidenzjali tal-Kummissjoni tqiegħdet għad-dispożizzjoni ta’ Danfoss f’kamra tad-data mit-8 sat-22 ta’ Diċembru 2020. Aċċess ulterjuri għall-fajl ingħata fl-20 ta’ Jannar u fis-17 ta’ Frar 2021, fir-rigward ta’ dokumenti li żdiedu fil-fajl aktar tard. Jien ma rċevejt l-ebda lment jew talba mingħand il-Partijiet rigward l-aċċess għall-fajl.

7.   

Fit-22 ta’ Diċembru 2020, il-Partijiet ippreżentaw il-kummenti bil-miktub tagħhom dwar id-DO. Il-Partijiet ma talbux li ssir seduta orali formali.

8.   

Bejn is-17 ta’ Diċembru 2020 u t-13 ta’ Jannar 2021, jiena aċċettajt żewġ impriżi li juru interess suffiċjenti skont l-Artikolu 18(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet bħala terzi persuni interessati f’dan il-każ. It-terzi persuni interessati kollha ġew ipprovduti b’verżjoni mhux kunfidenzjali tad-DO u ngħataw skadenza biex jippreżentaw il-kummenti tagħhom.

9.   

Fil-15 u t-18 ta’ Jannar 2021, Danfoss ippreżentat impenji inizjali f’konformità mal-Artikolu 8(2) u 10(2) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, bil-ħsieb li t-Tranżazzjoni Proposta ssir kompatibbli mas-suq intern u l-funzjonament tal-Ftehim dwar iż-ŻEE.

10.   

Fl-20 ta’ Jannar 2021, il-Kummissjoni bagħtet ittra ta’ fatti lil Danfoss, li biha infurmat lil Danfoss dwar elementi fattwali addizzjonali - li wħud minnhom kienu diġà preżenti fil-fajl fiż-żmien tad-DO, filwaqt li oħrajn inkisbu mill-Kummissjoni biss wara li adottat id-DO - li tqiesu mill-Kummissjoni bħala potenzjalment rilevanti għall-valutazzjoni finali ta’ dan il-każ. Fit-3 ta’ Frar 2021, Danfoss wieġbet l-Ittra tal-Fatti.

11.   

Fil-21 ta’ Jannar 2021, bi ftehim ma’ Danfoss, il-Kummissjoni ddeċidiet li testendi l-perjodu għat-teħid ta’ deċiżjoni skont l-Artikolu 8 tar-Regolament dwar l-Għaqdiet b’ħamest ijiem tax-xogħol f’konformità mat-tielet sentenza tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10(3) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.

12.   

Fit-28 ta’ Jannar 2021, Danfoss ippreżentat impenji riveduti, f’konformità mal-Artikolu 8(2) u 10(2) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, bil-ħsieb li t-Tranżazzjoni Proposta ssir kompatibbli mas-suq intern u l-funzjonament tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (l-“Impenji Riveduti”). Fl-1 ta’ Frar 2021, il-Kummissjoni nediet test tas-suq ta’ dawn l-Impenji Riveduti.

13.   

Fil-15 ta’ Frar 2021, wara li rċeviet feedback mill-Kummissjoni dwar l-Impenji Riveduti, Danfoss ippreżentat sett emendat ta’ impenji (l-“Impenji Finali”).

14.   

L-abbozz ta’ deċiżjoni jiddikjara t-Tranżazzjoni Proposta kompatibbli mas-suq intern u mal-Ftehim dwar iż-ŻEE, bil-kundizzjoni li jkun hemm konformità sħiħa mal-Impenji Finali.

15.   

Irrevedejt l-abbozz tad-deċiżjoni skont l-Artikolu 16(1) tad-Deċiżjoni 2011/695/UE u kkonkludejt li dan jittratta biss l-oġġezzjonijiet li fir-rigward tagħhom il-Partijiet ingħataw l-opportunità li jesprimu l-fehmiet tagħhom.

16.   

Fid-dawl ta’ dan kollu ta’ hawn fuq, nikkunsidra li l-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet proċedurali ġie rispettat matul dawn il-proċedimenti.

Brussell, it-8 ta’ Marzu 2021

Dorothe DALHEIMER


(1)  Skont l-Artikoli 16 u 17 tad-Deċiżjoni 2011/695/UE tal-President tal-Kummissjoni Ewropea tat-13 ta’ Ottubru 2011 dwar il-funzjoni u t-termini ta’ referenza tal-uffiċjal tas-seduta f’ċerti proċedimenti dwar il-kompetizzjoni (ĠU L 275, 20.10.2011, p. 29) (“id-Deċiżjoni 2011/695/UE”).

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta’ Jannar 2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet) (ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1) (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(3)  Eaton huwa negozju tal-Grupp Eaton li jinkludi (i) l-ishma ta’ Eaton Hydraulics LLC kif ukoll (ii) diversi entitajiet oħra li jappartjenu għad-diviżjoni idrawlika tal-Grupp Eaton u ċerti assi mill-Grupp Eaton, esklużi l-vjaġġi tal-golf u n-negozji tal-filtrazzjoni tiegħu.

(4)  Fit-8 ta’ Diċembru 2020, intbagħtet informazzjoni bil-quddiem (informali) tad-DO u tal-ittra ta’ akkumpanjament tagħha lill-avukati ta’ Danfoss.


1.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 483/13


SOMMARJU TAD-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-18 ta’ Marzu 2021

li tiddikjara konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq intern u mal-funzjonament tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

(Il-Każ M.9820 — DANFOSS / EATON HYDRAULICS)

(innotifikata bid-dokument C(2021) 1697)

(Il-verżjoni bl-Ingliż biss hija awtentika)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 483/11)

Fit-18 ta’ Marzu 2021 il-Kummissjoni adottat Deċiżjoni f’każ ta’ fużjoni skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta’ Jannar 2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (1) , u b’mod partikolari l-Artikolu 8(2) ta’ dan ir-Regolament. Verżjoni mhux kunfidenzjali tad-Deċiżjoni sħiħa tista’ tinstab fil-lingwa awtentika tal-każ fis-sit web tad-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni, f’dan l-indirizz:

http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/index.cfm?clear=1&policy_area_id=2

1.   IL-PARTIJIET

(1)

Danfoss A/S (“Danfoss” jew il-“Parti Notifikanti”, id-Danimarka) hija manifattur globali ta’ komponenti u teknoloġiji tal-inġinerija għar-refriġerazzjoni, l-arja kundizzjonata, it-tisħin, il-kontroll tal-muturi u l-idrawliċi għall-makkinarju off-road.

(2)

Eaton Hydraulics (“Eaton”, l-Irlanda) tinkludi s-segment tan-negozju tal-idrawlika ta’ Eaton Corporation plc (minbarra l-golf grips u n-negozji tal-filtrazzjoni tagħha). Hija magħmula minn żewġ diviżjonijiet tal-prodotti, (i) Fluid Conveyance u (ii) Power & Motion Controls, li t-tnejn huma attivi fil-provvista ta’ komponenti idrawliċi u sistemi għal tagħmir industrijali u mobbli. Eaton hija korporazzjoni Irlandiża b’ishma pubbliċi.

2.   L-OPERAZZJONI

(3)

Fis-17 ta’ Awwissu 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”) skont liema Danfoss takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Eaton permezz tax-xiri ta’ stokks u assi (minn hawn ’il quddiem imsejħa t-“Tranżazzjoni”). Danfoss u Eaton jissejħu l-“Partijiet”. L-entità li tirriżulta mit-Tranżazzjoni minn hawn ’il quddiem tissejjaħ l-“Entità Fuża”.

3.   DIMENSJONI TAL-UNJONI

(4)

Il-Partijiet għandhom fatturat dinji aggregat ikkombinat ta’ aktar minn EUR 5 000 miljun. Kull wieħed minnhom għandu fatturat fl-UE ta’aktar minn EUR 250 miljun u ma jilħqux aktar minn żewġ terzi tal-fatturat aggregat tagħhom fl-UE kollha fi Stat Membru wieħed u l-istess Stat.

(5)

Għalhekk, it-Tranżazzjoni għandha dimensjoni tal-Unjoni skont l-Artikolu 1(2) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.

4.   IL-PROĊEDURA

(6)

Bid-deċiżjoni tal-21 ta’ Settembru 2020, il-Kummissjoni sabet li t-Tranżazzjoni proposta ħolqot dubji serji fir-rigward tal-kompatibbiltà tagħha mas-suq intern u bdiet proċedimenti skont l-Artikolu 6(1)(c) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet (“id-deċiżjoni biex jinfetħu proċedimenti”).

(7)

L-investigazzjoni fil-fond ma tatx lok biex jitwarrab it-tħassib dwar kompetizzjoni identifikat b’mod preliminari. Fit-8 ta’ Diċembru 2020, il-Kummissjoni adottat Dikjarazzjoni ta’ Oġġezzjonijiet (id-“DO”), fejn waslet għall-fehma preliminari li t-Tranżazzjoni x’aktarx timpedixxi b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva fis-suq intern fir-rigward tal-provvista ta’ unitajiet tal-isteering idrawliċi (hydraulic steering units, “HSUs”), valvi tal-isteering elettroidrawliċi (electrohydraulic steering valves, “ESVs”) u muturi orbitali fiż-ŻEE fis-sens tal-Artikolu 2 tar-Regolament dwar l-Għaqdiet minħabba l-ħolqien jew it-tisħiħ ta’ pożizzjoni dominanti fis-suq rilevanti.

(8)

Fit-28 ta’ Jannar 2021, il-Parti Notifikanti ppreżentat l-impenji, skont l-Artikolu 8(2) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, biex tittratta t-tħassib dwar il-kompetizzjoni msemmi fid-DO. Fil-15 ta’ Frar 2021, il-Parti Notifikanti ppreżentat impenji riveduti skont l-Artikolu 8(2) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet biex tittratta t-tħassib dwar il-kompetizzjoni msemmija fid-DO (l-“Impenji Finali”).

5.   SOMMARJU

(9)

Il-Kummissjoni osservat li Danfoss, diġà qabel it-Tranżazzjoni, għandha ishma tas-suq sinifikanti f’HSUs, ESVs u muturi orbitali mibjugħa lis-suq taż-ŻEE (HSU: [60-70]%, ESV: [50-60]% u muturi orbitali: [40-50]%). Wara t-Tranżazzjoni, is-sehem ikompli jiżdied għal ferm aktar minn 60 % jew saħansitra qrib it-80 % (HSU: [70-80] %, ESV: [60-70] % u muturi orbitali: [60-70] %).

(10)

F’termini ta’ konċentrazzjoni tas-suq, għat-tlett iswieq ikkonċernati kollha, it-Tranżazzjoni twassal ukoll għal HHIs b’ferm ogħla mill-valur ta’ 2 000 u għal inkrement tal-HHI ferm ogħla minn 150, jew ’il fuq minn kull valur limitu ieħor definit fil-Linji Gwida dwar l-Għaqdiet Orizzontali.

(11)

L-investigazzjoni tas-suq fil-Fażi II żvelat li (i) il-Partijiet jikkompetu mill-qrib, (ii) il-klijenti jiffaċċjaw impedimenti importanti biex jibdlu l-fornituri, (iii) il-kompetituri mhumiex restrizzjoni suffiċjenti għall-poter fis-suq tal-Partijiet, (iv) il-kompetizzjoni bejn it-teknoloġiji kollha hija limitata, (v) il-poter tax-xerrej kumpensatorju ma jpaċix iż-żidiet fil-prezzijiet, u (iii) l-ostakli għad-dħul huma għoljin.

(12)

It-test tas-suq wera li l-Impenji Finali ppreżentati mill-Parti Notifikanti jittrattaw it-tħassib tal-Kummissjoni - huma strutturali fin-natura tagħhom u jneħħu t-trikkib kollu għall-HSUs, l-ESVs u l-muturi orbitali fiż-ŻEE. In-Negozju Ċedut jikkonsisti fi tliet impjanti tal-manifattura b’impronta sinifikanti fiż-ŻEE u fl-Istati Uniti tal-Amerka, joffri l-firxa sħiħa ta’ HSU, ESV u prodotti orbitali tal-muturi u jikkmanda l-bejgħ fiż-ŻEE li jaqbeż il-bejgħ ta’ Eaton qabel it-Tranżazzjoni fit-tlett iswieq kollha. Ir-riżultati tat-test tas-suq, b’mod partikolari l-klijenti li wieġbu, jappoġġaw din is-sejba.

(13)

In-Negozju Ċedut se jkun vijabbli wkoll u kapaċi jikkompeti b’mod effettiv fit-tlett iswieq kollha tal-prodotti. Il-prodotti ċeduti huma magħrufa sew fis-suq u s-siti ta’ manifattura ċeduti huma fil-biċċa l-kbira awtosuffiċjenti b’potenzjal ta’ tkabbir. Iż-żieda tal-HSU u l-prodotti tal-muturi orbitali ta’ Eaton se tkompli żżid il-kompetittività tan-Negozju Ċedut. Is-salvagwardji previsti fl-impenji ppreżentati mill-Parti Notifikanti jimmitigaw, sa fejn ikun possibbli, ir-riskji assoċjati mat-trasferiment tal-linji tal-produzzjoni, ir-replika ta’ ċerti stadji tal-produzzjoni u t-trasferiment tal-kuntratti tal-klijenti.

(14)

Għalhekk, ġiet adottata deċiżjoni ta’ approvazzjoni kondizzjonali skont l-Artikolu 8(2) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.

6.   MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

6.1.   Is-swieq tal-prodotti rilevanti

(15)

It-Tranżazzjoni tikkonċerna komponenti għal sistemi tal-enerġija idrawlika (hydraulic power systems, “HPS”). L-HPS jintużaw f’magni jew f’impjanti industrijali għat-trasferiment ta’ enerġija mekkanika minn ċertu sors ta’ enerġija mekkanika (pereż. minn magna diesel) għal ċertu punt ta’ użu. Il-klijenti ewlenin tal-HPS u l-komponenti tagħhom huma OEMs, attivi fil-produzzjoni ta’ (i) makkinarju agrikolu (pereż. tratturi u ħassada) jew (ii) makkinarju tal-kostruzzjoni (pereż. skavaturi u liftijiet) u d-distributuri rispettivi. Industriji downstream addizzjonali jinkludu l-forestrija, iż-żejt u il-gass u l-minjieri.

(16)

Il-Kummissjoni ssib, fuq il-bażi tal-evidenza miġbura matul l-investigazzjoni tagħha, u f’konformità mal-argumenti tal-Parti Notifikanti, li kull komponent individwali tal-HPS jikkostitwixxi f’suq tal-prodott separat.

(17)

L-attivitajiet tal-Partijiet jikkoinċidu fir-rigward ta’ għadd ta’ swieq tal-komponenti tal-HPS, inklużi: (i) is-suq għall-unitajiet ta’ steerings idrawliċi (hydraulic steering units, “HSUs”) għal makkinarju off-road (ii) is-suq għall-valvi tal-isteering elettroindrawliċi (electrohydraulic steering valves, “ESVs”) għal vetturi off-road; is-suq għall-muturi orbitali; u s-suq għall-pompi idrawliċi.

(18)

L-investigazzjoni tal-Kummissjoni indikat li s-swieq għall-HSUs, l-ESVs, u l-muturi orbitali kollha jikkostitwixxu fi swieq tal-prodotti uniċi, iżda madankollu, differenzjati. Jistgħu jsiru distinzjonijiet f’dawn is-swieq tal-prodotti skont l-użu finali tagħhom, il-kanal tal-bejgħ jew “tier” tal-prodotti, fost fatturi oħra.

(19)

Fir-rigward tas-suq tal-pompi, filwaqt li sabet li dan huwa wkoll suq differenzjat, il-Kummissjoni ħalliet miftuħa s-segmentazzjoni ulterjuri possibbli tas-suq, billi t-Tranżazzjoni ma tagħti lok għal ebda tħassib dwar il-kompetizzjoni taħt xi delineazzjoni possibbli.

(20)

Wara l-investigazzjoni tas-suq tagħha, il-Kummissjoni osservat indikazzjonijiet qawwija li l-kompetizzjoni sseħħ fil-livell taż-ŻEE fir-rigward tal-manifattura u l-provvista tal-HSUs, l-ESVs, muturi orbitali u pompi idrawliċi għal applikazzjonijiet mobbli u kull sottodistinzjoni plawżibbli tagħhom.

(21)

Ir-riżultati tal-investigazzjoni jindikaw li hemm ostakli sinifikanti għall-klijenti bbażati fiż-ŻEE biex jixtru minn barra ż-ŻEE u restrizzjonijiet għall-provvista interkontinentali, li jagħmlu fornitur ibbażat fiż-ŻEE ppreferut ħafna. Fid-dawl tal-evidenza kollha disponibbli għaliha, il-Kummissjoni tikkonkludi li s-swieq għall-produzzjoni u l-provvista ta’ HSUs, ESVs, muturi orbitali u pompi idrawliċi għal applikazzjonijiet mobbli u kull sottodistinzjoni plawżibbli tagħhom huma kollha fil-kamp ta’ applikazzjoni taż-ŻEE kollha.

6.2.   Valutazzjoni Kompetittiva

(22)

Il-Kummissjoni sabet tħassib dwar il-kompetizzjoni fil-produzzjoni u l-provvista ta’ HSUs, ESVs u muturi orbitali fiż-ŻEE. It-tħassib tal-Kummissjoni huwa bbażat fuq għadd ta’ kunsiderazzjonijiet u sejbiet, inklużi dawk stabbiliti fil-paragrafi li ġejjin.

(23)

Il-Kummissjoni ma sabitx tħassib dwar il-kompetizzjoni fir-rigward tal-pompi idrawliċi fid-dawl tal-attività limitata u s-sehem mis-suq ta’ Eaton fiż-ŻEE.

6.2.1.   It-Tranżazzjoni twassal għal bejgħ kombinat għoli ħafna fit-tlett iswieq, li jissuġġerixxi l-ħolqien jew it-tisħiħ tad-dominanza u żieda fil-konċentrazzjoni f’dawn is-swieq diġà kkonċentrati

(24)

Il-Kummissjoni tosserva li Danfoss, diġà qabel it-Tranżazzjoni, għandha ishma tas-suq sinifikanti f’HSUs, ESVs u muturi orbitali mibjugħa lis-suq taż-ŻEE (HSU: [60-70] %, ESV: [50-60] % u muturi orbitali: [40-50] %). Wara t-Tranżazzjoni, is-sehem ikompli jiżdied għal ferm aktar minn 60 % jew saħansitra qrib it-80 % (HSU: [70-80] %, ESV: [60-70] % u muturi orbitali: [60-70] %).

(25)

F’termini ta’ konċentrazzjoni tas-suq, għat-tlett iswieq ikkonċernati kollha, it-Tranżazzjoni twassal ukoll għal HHIs b’ferm ogħla mill-valur ta’ 2 000 u għal inkrement tal-HHI ferm ogħla minn 150, jew ’il fuq minn kull valur limitu ieħor definit fil-Linji Gwida dwar l-Għaqdiet Orizzontali.

6.2.2.   Għat-tlett iswieq ikkonċernati, it-Tranżazzjoni x’aktarx li tirriżulta fi prezzijiet ogħla

(26)

Fir-rigward tat-tlett iswieq kollha, il-Kummissjoni sabet li (i) il-Partijiet jikkompetu mill-qrib, (ii) il-klijenti jiffaċċjaw impedimenti importanti fil-bdil tal-fornituri, (iii) il-kompetituri mhumiex restrizzjoni suffiċjenti għall-poter fis-suq tal-Partijiet, (iv) il-kompetizzjoni bejn it-teknoloġiji hija limitata, (v) is-saħħa tax-xerrej kumpensatorja ma tpattix għaż-żidiet fil-prezzijiet, u (vi) l-ostakli għad-dħul huma għoljin.

(a)

Il-Partijiet jikkompetu mill-qrib. L-investigazzjoni tal-Kummissjoni ssuġġeriet li l-Partijiet huma kompetituri qrib, jekk mhux l-eqreb ta’ xulxin, f’HSUs, ESVs, u muturi orbitali. Analiżi ekonomika kwantitattiva wriet li l-Partijiet ta’ spiss jikkompetu għall-istess opportunitajiet f’dawn is-swieq. Barra minn hekk, l-investigazzjoni tas-suq ikkonfermat li l-kompetituri u l-klijenti jqisu li l-offerti tal-prodotti tal-Partijiet huma fil-biċċa l-kbira simili u sostitwibbli. Hemm ukoll fatturi li jiddistingwu Danfoss u Eaton minn atturi oħra fis-suq, bħall-firxa komprensiva tal-portafolli tagħhom u l-kwalità tal-prodotti tagħhom, li jwasslu wkoll għall-konklużjoni li huma jikkompetu mill-qrib.

(b)

Il-klijenti jiffaċċjaw impedimenti importanti biex jibdlu l-fornituri. Hemm limitazzjonijiet tekniċi u prattiċi għall-qlib, b’mod partikolari fil-fażi tal-produzzjoni ta’ magna. L-OEMs tipikament ukoll ikollhom fornitur omologat wieħed biss għal kull komponent ta’ ċertu makkinarju fil-produzzjoni. Xi kultant ikun hemm ukoll ostakli għall-qlib fil-fażi tad-disinn ta’ magna minħabba fatturi ta’ spiża u ħin meħtieġa għall-omologazzjoni u għalhekk għal magni ġodda l-OEMs għandhom it-tendenza li jużaw HSUs, ESVs jew muturi orbitali li diġà kienu omologati għal magni oħra.

(c)

Il-kompetituri mhumiex restrizzjoni suffiċjenti għall-poter tal-Partijiet fis-suq. It-tlett iswieq kollha fihom numru żgħir ħafna ta’ kompetituri kredibbli għall-Partijiet. L-investigazzjoni tas-suq indikat li dawn il-kompetituri eżistenti x’aktarx li ma jirrestrinġux biżżejjed l-Entità Fuża wara t-Tranżazzjoni, minħabba (i) l-ishma tas-suq limitati tagħhom u (ii) id-distinzjonijiet bejn l-offerti tal-Partijiet u dawk tal-kompetituri, pereż. fuq il-bażi tal-portafoll tal-prodotti jew tal-kwalità. Din id-distinzjoni tal-prodotti twassal għall-konklużjoni li mhux id-domanda kollha tkun kontestabbli fil-każ ta’ żieda fil-prezz mill-entità kkombinata.

(d)

Il-kompetizzjoni bejn it-teknoloġiji hija limitata. Alternattivi ta’ teknoloġija trażversali (għall-HSUs dawn huma l-isteering elettriku u s-soluzzjonijiet tal-isteering elettroidrawliku, għall-ESVs soluzzjoni partikolari tal-isteering żviluppata minn Ognibene, u għall-muturi elettriċi tal-muturi orbitali u l-muturi tal-pistuni tal-kam-lobu) jeżerċitaw restrizzjonijiet kompetittivi limitati fuq il-Partijiet prinċipalment minħabba li (i) l-OEMs jiffaċċjaw diffikultajiet jew joqogħdu lura milli jaqilbu t-teknoloġija u / jew (ii) il-kompetizzjoni ma’ teknoloġiji oħra tqis biss parti limitata tas-suq.

(e)

Il-qawwa kompensatorja tax-xerrej ma twaqqafx iż-żidiet fil-prezzijiet. L-OEMs żgħar u medji tipikament jixtru HSUs, ESVs u muturi orbitali permezz tad-distributuri. La dawn l-OEMs u lanqas id-distributuri ma jidhru li għandhom biżżejjed saħħa kompensatorja tax-xerrej biex jikkumpensaw għaż-żieda fil-prezz. OEMs akbar, li jixtru direttament mill-Partijiet, għandhom, sa ċertu punt, grad relattivament ogħla ta’ saħħa tax-xerrej. Madankollu, l-ostakli għall-bdil tal-fornituri, in-nuqqas ta’ alternattivi kredibbli għall-Partijiet, u l-istanzi tal-passat li fihom il-Partijiet irnexxielhom iżidu l-prezz b’OEMs kbar jindikaw li OEMs kbar ukoll ma jkunux jistgħu jipprevjenu żieda fil-prezz.

(f)

L-ostakli għad-dħul huma għoljin. Id-dħul f’xi wieħed mis-swieq għall-HSUs, l-ESVs jew il-mutur orbitali jieħu żmien twil u huwa ta’ sfida kbira minħabba l-għarfien tekniku meħtieġ, l-għarfien espert, ir-RuŻ kif ukoll il-proċessi ta’ ċertifikazzjoni, validazzjoni u ttestjar tal-OEMs. Rekwiżiti oħra bħal ekonomiji ta’ skala, firxa ta’ portafoll, bejgħ u sistemi ta’ appoġġ u reputazzjoni huma diffiċli ħafna biex jintlaħqu għal parteċipanti ġodda fis-suq. F’konformità ma’ dan, il-Kummissjoni la identifikat entrati riċenti fis-suq u lanqas entrati fis-suq prevedibbli fil-futur qrib (inkluż minn manifatturi li jinsabu barra miż-ŻEE).

(27)

Il-Kummissjoni għalhekk tikkonkludi li l-konċentrazzjoni notifikata tqajjem dubji serji dwar il-kompatibbiltà tagħha mas-Suq Intern fir-rigward tal-HSU, l-ESVs u l-muturi orbitali.

6.3.   L-Impenji

(28)

Biex jitneħħa t-tħassib dwar il-kompetizzjoni msemmi hawn fuq fil-provvista ta’ HSUs, ESVs u muturi orbitali fiż-ŻEE, il-Partijiet ippreżentaw l-impenji deskritti hawn taħt.

(29)

Il-Parti Notifikanti timpenja ruħha li ċċedi, jew takkwista ċ-ċediment ta’ partijiet mill-Unità tan-Negozju tal-Muturi ta’ Danfoss u partijiet min-negozju tal-HSU u l-ESV ta’ Danfoss (flimkien in-“Negozju Ċedut”). Dan jissarraf fiċ-ċediment tal-impjanti kollha tal-manifattura ta’ Danfoss fi Wroclaw (il-Polonja), Parchim (il-Ġermanja) u Hopkinsville (l-Istati Uniti tal-Amerka) inklużi l-assi tanġibbli u intanġibbli kollha (prodotti, kuntratti mal-klijenti, kreditu u rekords, funzjonijiet u persunal oħra, privattivi u għarfien ieħor).

(30)

In-Negozju Ċedut huwa kkumplimentat minn ċerti prodotti ta’ Eaton, jiġifieri (i) l-assi tanġibbli u intanġibbli kollha (inklużi l-linji ta’ produzzjoni) meħtieġa għall-manifattura u l-bejgħ tas-Serje 10 u S70 HSU ta’ Eaton kif ukoll il-muturi orbitali ta’ qawwa medja HP u VIS ta’ Eaton; (ii) it-teknoloġija relatata mas-Serje 20 HSU ta’ Eaton; u (iii) assi tanġibbli u intanġibbli meħtieġa għall-manifattura ta’ ċerti ESV ta’ Eaton.

(31)

L-impenji ppreżentati mill-Parti Notifikanti jistabbilixxu għadd ta’ salvagwardji ulterjuri biex jiżguraw il-vijabbiltà u l-kompetittività tan-Negozju Ċedut, b’mod partikolari dawn li ġejjin:

(32)

Il-Parti Notifikanti timpenja ruħha li n-Negozju Ċedut ma jkunx jiddependi fuq xi impjant li Danfoss se żżomm. B’mod partikolari, jeħtieġ li l-produzzjoni f’“kull waħda mill-impjanti f’Hopkinsville, Parchim u Wroclaw issostni lilha nnifisha wara ċ-ċediment. Biex tiġi ppreservata l-vijabbiltà tan-Negozju Ċedut fuq medda qasira ta” żmien (jiġifieri sakemm in-Negozju Ċedut ikun jista’ jakkwista jew jipproduċi prodotti jew servizzi simili internament), Danfoss se tipprovdi servizzi tranżitorji bi spiża. Biex jiġi appoġġat ix-Xerrej biex jissostitwixxi ċerti ftehimiet ta’ servizzi tranżitorji Danfoss timpenja ruħha li tistabbilixxi depożitu f’idejn terzi persuni b’ċertu ammont ta’ finanzjament.

(33)

Il-Parti Notifikanti timpenja ruħha wkoll li tiżgura t-trasferiment ta’ kuntratti ta’ klijenti u distributuri lin-Negozju Ċedut billi, inter alia, obbligu ta’ non-solleċitazzjoni, it-tneħħija tad-dispożizzjonijiet ta’ esklużività u l-obbligu li jinxtraw prodotti min-Negozju Ċedut u jgħadduhom lil klijenti li ma jixtiqux jittrasferixxu lejn in-Negozju Ċedut.

Il-valutazzjoni tal-impenji ppreżentati

(34)

L-impenji ppreżentati mill-Partijiet jittrattaw it-tħassib tal-Kummissjoni - huma strutturali fin-natura tagħhom u d-daqs taċ-ċediment strutturali jkun ekwivalenti għal dak ta’ Eaton, jew saħansitra akbar fit-tlett iswieq ikkonċernati identifikati bħala ta’ tħassib.

(35)

In-Negozju Ċedut jikkonsisti fi tliet impjanti tal-manifattura b’impronta sinifikanti fiż-ŻEE u fl-Istati Uniti tal-Amerka, joffri l-firxa sħiħa ta’ HSU, ESV u prodotti orbitali tal-muturi u jikkmanda l-bejgħ fiż-ŻEE li jaqbeż il-bejgħ ta’ Eaton qabel it-Tranżazzjoni fit-tlett iswieq kollha. Ir-riżultati tat-test tas-suq, b’mod partikolari l-klijenti li wieġbu, jappoġġaw din is-sejba.

(36)

In-Negozju Ċedut se jkun vijabbli wkoll u kapaċi jikkompeti b’mod effettiv fit-tliet swieq tal-prodotti kollha. Il-prodotti ċeduti huma magħrufa sew fis-suq u s-siti ta’ manifattura ċeduti huma fil-biċċa l-kbira awtosuffiċjenti b’potenzjal ta’ tkabbir. Iż-żieda tal-HSU u l-prodotti tal-muturi orbitali ta’ Eaton se tkompli żżid il-kompetittività tan-Negozju Ċedut. Is-salvagwardji previsti fl-impenji ppreżentati mill-Parti Notifikanti jimmitigaw, sa fejn ikun possibbli, ir-riskji assoċjati mat-trasferiment tal-linji tal-produzzjoni, ir-replika ta’ ċerti stadji tal-produzzjoni u t-trasferiment tal-kuntratti tal-klijenti.

7.   KONKLUŻJONI

(37)

Il-Kummissjoni tikkonkludi li, soġġett għall-konformità sħiħa mal-kundizzjonijiet u l-obbligi stabbiliti fl-impenji li daħlet għalihom il-Parti Notifikanti, il-konċentrazzjoni proposta mhux se timpedixxi b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva fis-suq intern fir-rigward tas-suq għall-provvista ta’ HSUs, ESVs u muturi orbitali jew ta’ xi wieħed mis-swieq l-oħra fejn il-Partijiet huma attivi.

(38)

Konsegwentement, il-konċentrazzjoni hija ddikjarata kompatibbli mas-Suq Intern u mal-funzjonament tal-Ftehim dwar iż-ŻEE, f’konformità mal-Artikolu 2(2) u l-Artikolu 8(2) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet u l-Artikolu 57 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


L-Ombudsman Ewropew

1.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 483/18


Rapport Annwali 2020

(2021/C 483/12)

Fil-17 Novembru 2021, l-Ombudsman Ewropew ippreżentat ir-Rapport Annwali għas-sena 2020 lill-President tal-Parlament Ewropew.

Ir-Rapport Annwali huwa disponibbli fuq is-sit uffiċjali tal-internet tal-Ombudsman Ewropew, bl-24 lingwa uffiċjali tal-Unjoni: http://www.ombudsman.europa.eu/mt/activities/annualreports.faces


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

1.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 483/19


Aġġornament tal-lista ta’ postijiet ta’ qsim il-fruntiera msemmija fl-Artikolu 2(8) tar-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (1)

(2021/C 483/13)

Il-pubblikazzjoni tal-lista ta’ postijiet ta’ qsim il-fruntiera msemmija fl-Artikolu 2(8) tar- Regolament (KE) Nru 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 li jistabbilixxi Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Il-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (2) hija bbażata fuq l-informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 39 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen.

Minbarra l-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali, huwa disponibbli aġġornament fuq is-sit web tad-Direttorat Ġenerali għall-Migrazzjoni u l-Affarijiet Interni.

LISTA TA’ PUNTI TA’ QSIM BEJN IL-FRUNTIERI

FRANZA

Sostituzzjoni tal-informazzjoni ppubblikata fil-ĠU C 219, 9.6.2021, p.9.

Fruntieri tal-ajru

(1)

Ajaccio-Napoléon-Bonaparte

(2)

Albert-Bray

(3)

Angers-Marcé

(4)

Angoulême-Brie-Champniers

(5)

Annecy-Methet

(6)

Auxerre-Branches

(7)

Avignon-Caumont

(8)

Bâle-Mulhouse

(9)

Bastia-Poretta

(10)

Beauvais-Tillé

(11)

Bergerac-Dordonge-Périgord

(12)

Béziers-Vias

(13)

Biarritz-Pays Basque

(14)

Bordeaux-Mérignac

(15)

Brest-Bretagne

(16)

Brive-Souillac

(17)

Caen-Carpiquet

(18)

Calais-Dunkerque

(19)

Calvi-Sainte-Catherine

(20)

Cannes-Mandelieu

(21)

Carcassonne-Salvaza

(22)

Châlons-Vatry

(23)

Chambéry-Aix-les-Bains

(24)

Châteauroux-Déols

(25)

Cherbourg-Mauperthus

(26)

Clermont-Ferrand-Auvergne

(27)

Colmar-Houssen

(28)

Deauville-Normandie

(29)

Dijon-Longvic

(30)

Dinard-Pleurtuit-Saint-Malo

(31)

Dôle-Tavaux

(32)

Epinal-Mirecourt

(33)

Figari-Sud Corse

(34)

Grenoble-Alpes-Isère

(35)

Hyères-le Palivestre

(36)

Paris-Issy-les-Moulineaux

(37)

La Môle-Saint-Tropez (jiftaħ kull sena bejn l-1 ta’ Lulju u l-15 ta’ Ottubru)

(38)

La Rochelle-Ile de Ré

(39)

La Roche-sur-Yon

(40)

Laval-Entrammes

(41)

Le Castellet (jiftaħ bejn it-23 ta’ Mejju u l-4 ta’ Lulju 2021)

(42)

Le Havre-Octeville

(43)

Le Mans-Arnage

(44)

Le Touquet-Côte ďOpale

(45)

Lille-Lesquin

(46)

Limoges-Bellegarde

(47)

Lorient-Lann-Bihoué

(48)

Lyon-Bron

(49)

Lyon-Saint-Exupéry

(50)

Marseille-Provence

(51)

Metz-Nancy-Lorraine

(52)

Monaco-Héliport

(53)

Montpellier-Méditérranée

(54)

Nantes-Atlantique

(55)

Nice-Côte d’Azur

(56)

Nîmes-Garons

(57)

Orléans-Bricy

(58)

Orléans-Saint-Denis-de-l’Hôtel

(59)

Paris-Charles de Gaulle

(60)

Paris-le Bourget

(61)

Paris-Orly

(62)

Pau-Pyrénées

(63)

Perpignan-Rivesaltes

(64)

Poitiers-Biard

(65)

Quimper-Pluguffan (jiftaħ mill-bidu ta’ Mejju sal-bidu ta’ Settembru)

(66)

Rennes Saint-Jacques

(67)

Rodez-Aveyron

(68)

Rouen-Vallée de Seine

(69)

Saint-Brieuc-Armor

(70)

Saint-Etienne Loire

(71)

Saint-Nazaire-Montoir

(72)

Strasbourg-Entzheim

(73)

Tarbes-Lourdes-Pyrénées

(74)

Toulouse-Blagnac

(75)

Toulouse-Francazal

(76)

Tours-Val de Loire

(77)

Troyes-Barberey

(78)

Valence – Chabeuil (mill-1 ta’ Ġunju 2021)

Fruntieri marittimi

(1)

Ajaccio

(2)

Bastia

(3)

Bayonne

(4)

Bordeaux

(5)

Boulogne

(6)

Brest

(7)

Caen-Ouistreham

(8)

Calais

(9)

Cannes-Vieux Port

(10)

Carteret

(11)

Cherbourg

(12)

Dieppe

(13)

Douvres

(14)

Dunkerque

(15)

Granville

(16)

Honfleur

(17)

La Rochelle-La Pallice

(18)

Le Havre

(19)

Les Sables-d’Olonne-Port

(20)

Lorient

(21)

Marseille

(22)

Monaco-Port de la Condamine

(23)

Nantes-Saint-Nazaire

(24)

Nice

(25)

Port-de-Bouc-Fos/Port-Saint-Louis

(26)

Port-la-Nouvelle

(27)

Port-Vendres

(28)

Roscoff

(29)

Rouen

(30)

Saint-Brieuc

(31)

Saint-Malo

(32)

Sète

(33)

Toulon

Fruntieri tal-art

(1)

L-istazzjon ferrovjarju Bourg Saint Maurice (jiftaħ mill-bidu ta’ Diċembru sa nofs April)

(2)

L-istazzjon ferrovjarju Moûtiers (jiftaħ mill-bidu ta’ Diċembru sa nofs April)

(3)

L-istazzjon ferrovjarju Ashford International

(4)

Cheriton/Coquelles

(5)

L-istazzjon ferrovjarju Chessy-Marne-la-Vallée

(6)

L-istazzjon ferrovjarju Fréthun

(7)

L-istazzjon ferrovjarju Lille-Europe

(8)

L-istazzjon ferrovjarju Paris-Nord

(9)

L-istazzjon ferrovjarju St-Pancras

(10)

L-istazzjoni ferrovjarju Ebbsfleet

(11)

Pas de la Case-Porta

(12)

L-istazzjoni ferrovjarju TGV Roissy - ajruport

IL-ĠERMANJA

Sostituzzjoni tal-informazzjoni ppubblikata fil-ĠU C 380, 20.9.2021, p.3.

Portijiet tal-Baħar tat-Tramuntana

(1)

Baltrum

(2)

Bensersiel

(3)

Borkum

(4)

Brake

(5)

Brunsbüttel

(6)

Büsum

(7)

Bützflether Sand

(8)

Buxtehude

(9)

Bremen

(10)

Bremerhaven

(11)

Carolinensiel (Harlesiel)

(12)

Cuxhaven

(13)

Eckwarderhörne

(14)

Elsfleth

(15)

Emden

(16)

Fedderwardersiel

(17)

Glückstadt

(18)

Greetsiel

(19)

Großensiel

(20)

Hamburg

(21)

Hamburg-Neuenfelde

(22)

Herbrum

(23)

Helgoland

(24)

Hooksiel

(25)

Horumersiel

(26)

Husum

(27)

Juist

(28)

Langeoog

(29)

Leer

(30)

Lemwerder

(31)

List/Sylt

(32)

Neuharlingersiel

(33)

Norddeich

(34)

Nordenham

(35)

Norderney

(36)

Otterndorf

(37)

Papenburg

(38)

Spiekeroog

(39)

Stade

(40)

Stadersand

(41)

Varel

(42)

Wangerooge

(43)

Wedel

(44)

Weener

(45)

Westeraccumersiel

(46)

Wewelsfleth

(47)

Wilhelmshaven

Portijiet Baltiċi

(1)

Eckernförde (Faċilitajiet tal-port Federali tal-Flotta Navali Ġermaniża)

(2)

Flensburg-port

(3)

Greifswald-Ladebow port

(4)

Jägersberg (Faċilitajiet tal-port Federali tal-Flotta Navali Ġermaniża)

(5)

Kiel

(6)

Kiel (Faċilitajiet tal-port Federali tal-Flotta Navali Ġermaniża)

(7)

Kiel-Holtenau

(8)

Lubmin

(9)

Lübeck

(10)

Lübeck-Travemünde

(11)

Mukran

(12)

Neustadt

(13)

Puttgarden

(14)

Rendsburg

(15)

Rostock-port (fużjoni tal-portijiet ta’ Warnemünde u Rostock)

(16)

Sassnitz

(17)

Stralsund

(18)

Surendorf (Faċilitajiet tal-port Federali tal-Flotta Navali Ġermaniża)

(19)

Vierow

(20)

Wismar

(21)

Wolgast

ODERHAFF

(1)

Ueckermünde

Ajruporti, ajrudromi, mtajar

FL-ISTAT FEDERALI TA’ BADEN-WÜRTTEMBERG

(1)

Aalen-Heidenheim-Elchingen

(2)

Baden Airport Karlsruhe Baden-Baden

(3)

Donaueschingen-Villingen

(4)

Freiburg/Brg.

(5)

Friedrichshafen-Löwental

(6)

Heubach (Krs. Schwäb. Gmünd)

(7)

Lahr

(8)

Laupheim

(9)

Leutkirch-Unterzeil

(10)

Mannheim-City

(11)

Mengen

(12)

Niederstetten

(13)

Schwäbisch Hall

(14)

Stuttgart

FL-ISTAT FEDERALI TAL-BAVARJA

(1)

Aschaffenburg

(2)

Augsburg-Mühlhausen

(3)

Bayreuth – Bindlacher Berg

(4)

Coburg-Brandebsteinsebene

(5)

Giebelstadt

(6)

Hassfurth-Mainwiesen

(7)

Hof-Plauen

(8)

Ingolstadt

(9)

Landshut-Ellermühle

(10)

Lechfeld

(11)

Memmingerberg

(12)

München “Franz Joseph Strauß”

(13)

Neuburg

(14)

Nürnberg

(15)

Oberpfaffenhofen

(16)

Roth

(17)

Straubing-Wallmühle

FL-ISTAT FEDERALI TA’ BERLIN

(1)

Berlin-Tegel

FL-ISTAT FEDERALI TA’ BRANDENBURG

(1)

Berlin Brandenburg “Willy Brandt”

(2)

Schönhagen

FL-ISTAT FEDERALI TA’ BREMEN

(1)

Bremen

FL-ISTAT FEDERALI TA’ HAMBURG

(1)

Hamburg

FL-ISTAT FEDERALI TA’ HESSEN

(1)

Allendorf/Eder

(2)

Egelsbach

(3)

Frankfurt/Main

(4)

Fritzlar

(5)

Kassel-Calden

(6)

Reichelsheim

FL-ISTAT FEDERALI TA’ MECKLENBURG-VORPOMMERN

(1)

Neubrandenburg-Trollenhagen

(2)

Rostock-Laage

FL-ISTAT FEDERALI TAS-SASSONJA T’ISFEL

(1)

Borkum

(2)

Braunschweig-Waggum

(3)

Bückeburg-Achum

(4)

Celle

(5)

Damme/Dümmer-See

(6)

Diepholz

(7)

Emden

(8)

Fassberg

(9)

Ganderkesee

(10)

Hannover

(11)

Leer-Nüttermoor

(12)

Norderney

(13)

Nordholz

(14)

Nordhorn-Lingen

(15)

Osnabrück-Atterheide

(16)

Wangerooge

(17)

Wilhelmshaven-Mariensiel

(18)

Wittmundhafen

(19)

Wunstorf

Fl-ISTAT FEDERALI TA’ NORDRHEIN-WESTFALEN

(1)

Aachen-Merzbrück

(2)

Arnsberg

(3)

Bielefeld-Windelsbleiche

(4)

Bonn-Hardthöhe

(5)

Dortmund-Wickede

(6)

Düsseldorf

(7)

Essen-Mülheim

(8)

Bonn Hangelar

(9)

Köln/Bonn

(10)

Marl/Loemühle

(11)

Mönchengladbach

(12)

Münster-Osnabrück

(13)

Nörvenich

(14)

Paderborn-Lippstadt

(15)

Porta Westfalica

(16)

Rheine-Bentlage

(17)

Siegerland

(18)

Stadtlohn-Wenningfeld

(19)

Weeze-Lahrbruch

Fl-ISTAT FEDERALI TA’ RHEINLAND-PFALZ

(1)

Büchel

(2)

Föhren

(3)

Hahn

(4)

Koblenz-Winningen

(5)

Mainz-Finthen

(6)

Pirmasens-Pottschütthöhe

(7)

Ramstein (US-Air Base)

(8)

Speyer

(9)

Spangdahlem (US-Air Base)

(10)

Zweibrücken

FL-ISTAT FEDERALI TA’ SAARLAND

(1)

Saarbrücken-Ensheim

(2)

Saarlouis/Düren

FL-ISTAT FEDERALI TAS-SASSONJA

(1)

Dresden

(2)

Leipzig-Halle

(3)

Rothenburg/Oberlausitz

FL-ISTAT FEDERALI TAS-SASSONJA-ANHALT

(1)

Cochstedt

(2)

Magdeburg

FL-ISTAT FEDERALI TA’ SCHLESWIG-HOLSTEIN

(1)

Helgoland-Düne

(2)

Hohn

(3)

Kiel-Holtenau

(4)

Lübeck-Blankensee

(5)

Schleswig/Jagel

(6)

Westerland/Sylt

FL-ISTAT FEDERALI TA’ THÜRINGEN

(1)

Altenburg-Nobitz

(2)

Erfurt-Weimar

Lista ta’ pubblikazzjonijiet preċedenti

 

ĠU C 247, 13.10.2006, p. 25.

 

ĠU C 77, 5.4.2007, p. 11.

 

ĠU C 153, 6.7.2007, p.22.

 

ĠU C 164, 18.7.2008, p. 45.

 

ĠU C 316, 28.12.2007, p. 1.

 

ĠU C 134, 31.5.2008, p. 16.

 

ĠU C 177, 12.7.2008, p. 9.

 

ĠU C 200, 6.8.2008, p. 10.

 

ĠU C 331, 31.12.2008, p. 13.

 

ĠU C 3, 8.1.2009, p. 10.

 

ĠU C 37, 14.2.2009, p. 10.

 

ĠU C 64, 19.3.2009, p. 20.

 

ĠU C 99, 30.4.2009, p. 7.

 

ĠU C 229, 23.9.2009, p. 28.

 

ĠU C 263, 5.11.2009, p. 22.

 

ĠU C 298, 8.12.2009, p. 17

 

ĠU C 74, 24.3.2010, p. 13.

 

ĠU C 326, 3.12.2010, p. 17

 

ĠU C 355, 29.12.2010, p. 34.

 

ĠU C 22, 22.1.2011, p. 22.

 

ĠU C 37, 5.2.2011, p. 12.

 

ĠU C 149, 20.5.2011, p. 8.

 

ĠU C 190, 30.6.2011, p. 17.

 

ĠU C 203, 9.7.2011, p. 14.

 

ĠU C 210, 16.7.2011, p. 30.

 

ĠU C 271, 14.9.2011, p. 18.

 

ĠU C 356, 6.12.2011, p. 12.

 

ĠU C 111, 18.4.2012, p. 3.

 

ĠU C 183, 23.6.2012, p. 7.

 

ĠU C 313, 17.10.2012, p. 11.

 

ĠU C 394, 20.12.2012, p. 22.

 

ĠU C 51, 22.2.2013, p. 9.

 

ĠU C 167, 13.6.2013, p. 9.

 

ĠU C 242, 23.8.2013, p. 2.

 

ĠU C 275, 24.9.2013, p. 7.

 

ĠU C 314, 29.10.2013, p. 5.

 

ĠU C 324, 9.11.2013, p. 6.

 

ĠU C 57, 28.2.2014, p. 4.

 

ĠU C 167, 4.6.2014, p. 9.

 

ĠU C 244, 26.7.2014, p. 22.

 

ĠU C 332, 24.9.2014, p. 12.

 

ĠU C 420, 22.11.2014, p. 9.

 

ĠU C 72, 28.2.2015, p. 17.

 

ĠU C 126, 18.4.2015, p. 10.

 

ĠU C 229, 14.7.2015, p. 5.

 

ĠU C 341, 16.10.2015, p. 19.

 

ĠU C 84, 4.3.2016, p. 2.

 

ĠU C 236, 30.6.2016, p. 6.

 

ĠU C 278, 30.7.2016, p. 47.

 

ĠU C 331, 9.9.2016, p. 2.

 

ĠU C 401, 29.10.2016, p. 4.

 

ĠU C 484, 24.12.2016, p.30.

 

ĠU C 32, 1.2.2017, p. 4.

 

ĠU C 74, 10.3.2017, p. 9.

 

ĠU C 120, 13.4.2017, p. 17.

 

ĠU C 152, 16.5.2017, p. 5.

 

ĠU C 411, 2.12.2017, p. 10.

 

ĠU C 31, 27.1.2018, p. 12.

 

ĠU C 261, 25.7.2018, p. 6.

 

ĠU C 264, 26.7.2018, p. 8.

 

ĠU C 368, 11.10.2018, p. 4.

 

ĠU C 459, 20.12.2018, p. 40.

 

ĠU C 43, 4.2.2019, p. 2.

 

ĠU C 64, 27.2.2020, p. 17.

 

ĠU C 231, 14.7.2020, p. 2.

 

ĠU C 58, 18.2.2021, p. 35.

 

ĠU C 81, 10.3.2021, p. 27.

 

ĠU C 184, 12.5.2021, p. 8.

 

ĠU C 219, 9.6.2021, p. 9.

 

ĠU C 279, 13.7.2021, p. 4.

 

ĠU C 290, 20.7.2021, p. 10.

 

ĠU C 380, 20.9.2021, p. 3.


(1)  Ara l-lista ta’ pubblikazzjonijiet preċedenti fl-aħħar parti ta’ dan l-aġġornament.

(2)  ĠU L 77, 23.3.2016, p. 1.


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

Il-Kummissjoni Ewropea

1.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 483/29


Notifika ta’ ftuħ mill-ġdid tal-investigazzjoni anti-dumping rigward l-importazzjonijiet ta’ ċerti materjali tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament kontinwu minsuġa u/jew meħjuta li joriġinaw mill-Eġittu

(2021/C 483/14)

Il-Kummissjoni Ewropea rċeviet talba skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (“ir-Regolament bażiku”) (1). L-iskop ta’ din it-talba huwa li jiġi investigat jekk il-miżuri anti-dumping imposti mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/492 (2) fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti materjali tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament kontinwu minsuġa u/jew meħjuta li joriġinaw mill-Eġittu (“il-pajjiż ikkonċernat”), kellhomx effett fuq il-prezzijiet tal-esportazzjoni, il-prezzijiet tal-bejgħ mil-ġdid jew il-prezzijiet ta’ bejgħ sussegwenti fl-Unjoni. Investigazzjonijiet bħal dawn jissejħu “investigazzjonijiet mill-ġdid ta’ assorbiment”.

1.   Talba għal investigazzjoni mill-ġdid ta’ assorbiment

It-talba tressqet fit-18 ta’ Ottubru 2021 minn TECH-FAB Europe e.V., assoċjazzjoni ta’ produtturi tal-UE ta’ materjali tal-fibra tal-ħġieġ (glass fibre fabrics, “GFF”) (“l-applikanti”), li tirrappreżenta aktar minn 25 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-GFF.

2.   Il-prodott li qed jiġi investigat

Il-prodott li qed jiġi investigat huwa materjali tar-raden u/jew tal-faxex tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament kontinwu minsuġa u/jew meħjuta b’elementi oħrajn jew mingħajrhom, esklużi prodotti li huma imprenjati jew imprenjati minn qabel (pre-preg) u esklużi materjali b’nisġa miftuħa b’ċelloli b’daqs ta’ aktar minn 1,8 mm kemm fit-tul kif ukoll fil-wisa’ u li jiżnu aktar minn 35 g/m2, li joriġina mill-Eġittu, li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 7019 39 00, ex 7019 40 00, ex 7019 59 00 u ex 7019 90 00 (il-kodiċijiet TARIC 7019390081, 7019390082, 7019400081, 7019400082, 70195900817019590082, 7019900081 u 7019900082) (“il-prodott li qed jiġi investigat”).

3.   Miżuri eżistenti

Il-miżuri li bħalissa huma fis-seħħ huma dazju anti-dumping definittiv impost mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/776 tat-12 ta’ Ġunju 2020 li jimponi dazji kompensatorji definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti materjali tal-fibra tal-ħġieġ minsuġa u/jew meħjuta li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Eġittu u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/492 li jimponi dazji anti-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti materjali tal-fibra tal-ħġieġ minsuġa u/jew meħjuta li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Eġittu (3).

4.   Raġunijiet għal investigazzjoni mill-ġdid ta’ assorbiment

L-applikanti ppreżentaw biżżejjed evidenza li turi li wara l-perjodu ta’ investigazzjoni oriġinali, il-prezzijiet Eġizzjani tal-esportazzjoni naqsu. Jidher li t-tnaqqis fil-prezzijiet Eġizzjani tal-esportazzjoni xekkel l-effetti rimedjali intiżi tal-miżuri fis-seħħ. L-evidenza inkluża fit-talba tindika li t-tnaqqis fil-prezzijiet tal-esportazzjoni ma jistax jiġi spjegat minn tnaqqis fil-prezz tal-materja prima ewlenija jew bidla fit-taħlita tal-prodott.

L-applikanti pprovdew ukoll evidenza li tindika li ma kienx hemm biżżejjed moviment fil-prezzijiet tal-bejgħ mill-ġdid fis-suq tal-UE.

5.   Proċedura

Billi ddeterminat, wara li infurmat lill-Istati Membri, li t-talba tressqet mill-industrija tal-Unjoni jew f’isimha u li hemm biżżejjed evidenza ta’ assorbiment, il-Kummissjoni b’dan qiegħda tiftaħ mill-ġdid l-investigazzjoni skont l-Artikolu 12 tar-Regolament bażiku.

L-investigazzjoni mill-ġdid se tiddetermina jekk wara l-perjodu ta’ investigazzjoni oriġinali u qabel jew wara l-impożizzjoni ta’ miżuri, il-prezzijiet tal-esportazzjoni kinux naqsu jew jekk kienx hemm moviment, jew jekk il-moviment kienx insuffiċjenti, fil-prezzijiet ta’ bejgħ mill-ġdid jew il-prezzijiet ta’ bejgħ sussegwenti tal-prodott importat fl-Unjoni.

Jekk il-konklużjonijiet ikunu affermattivi, biex jitneħħa d-dannu li jkun ġie stabbilit qabel, jenħtieġ li l-prezzijiet tal-esportazzjoni jiġu vvalutati mill-ġdid skont l-Artikolu 2 tar-Regolament bażiku u l-marġnijiet ta’ dumping għandhom jiġu kkalkolati mill-ġdid biex iqisu l-prezzijiet ivvalutati mill-ġdid tal-esportazzjoni. L-allegati bidliet fil-valur normali se jitqiesu biss fejn ikun hemm informazzjoni kompleta dwar il-valuri normali riveduti, debitament sostanzjata b’evidenza, għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni fil-limiti ta’ żmien stabbiliti f’din in-Notifika ta’ Bidu. Skont l-Artikolu 12(3) tar-Regolament bażiku, l-ammont tad-dazju anti-dumping impost wara din l-investigazzjoni ma għandux jaqbeż id-doppju tal-ammont tad-dazju impost inizjalment.

Il-Kummissjoni tiġbed ukoll l-attenzjoni tal-partijiet li minħabba t-tifqigħa tal-COVID-19 ġie ippubblikat Avviż (4) dwar il-konsegwenzi tat-tifqigħa tal-COVID-19 fuq investigazzjonijiet anti-dumping u antisussidji li jista’ jkun applikabbli għal dan il-proċediment.

5.1.    Investigazzjoni mill-ġdid tal-produtturi  (5) fil-pajjiż ikkonċernat

Proċedura għall-għażla tal-produtturi li jridu jiġu investigati mill-ġdid fil-pajjiż ikkonċernat - Kampjunar

Fid-dawl tal-għadd potenzjalment kbir ta’ produtturi fil-pajjiż ikkonċernat li huma involuti f’din l-investigazzjoni mill-ġdid, u sabiex tlesti l-investigazzjoni sal-limiti ta’ żmien statutorji, il-Kummissjoni tista’ tillimita l-produtturi li jridu jiġu investigati għal għadd raġonevoli billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “kampjunar”). Il-kampjunar isir f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk huwiex meħtieġ kampjunar, u jekk dan ikun il-każ, biex tagħżel kampjun, il-produtturi kollha, jew ir-rappreżentanti li jaġixxu f’isimhom, inklużi dawk li ma kkooperawx fl-investigazzjoni li wasslet għall-miżuri soġġetti għal din l-investigazzjoni mill-ġdid, huma b’dan mitluba jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni dwar il-kumpanija/i tagħhom fi żmien sebat ijiem mid-data ta’ pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika. Din l-informazzjoni trid tingħata permezz ta’ TRON.tdi fuq dan l-indirizz: https://tron.trade.ec.europa.eu/tron/tdi/form/R753_SAMPLING_FORM_FOR_EXPORTING_PRODUCER

Sabiex tikseb l-informazzjoni li tqis li hija meħtieġa għall-għażla tal-kampjun ta’ produtturi fil-pajjiż ikkonċernat, il-Kummissjoni se tikkuntattja wkoll lill-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat, u tista’ tikkuntattja lil kwalunkwe assoċjazzjoni magħrufa ta’ produtturi fil-pajjiż ikkonċernat.

Jekk ikun meħtieġ kampjun, il-produtturi jintgħażlu abbażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta’ produzzjoni, bejgħ jew esportazzjonijiet lejn l-Unjoni li jista’ raġonevolment jiġi investigat fil-qafas ta’ żmien disponibbli. Il-produtturi kollha magħrufa fil-pajjiż ikkonċernat, l-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat u l-assoċjazzjonijiet ta’ produtturi fil-pajjiż ikkonċernat se jiġu nnotifikati mill-Kummissjoni, permezz tal-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat jekk ikun xieraq, bil-kumpaniji magħżula biex ikunu fil-kampjun.

Il-Kummissjoni se żżid ukoll nota fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati li tirrifletti l-għażla tal-kampjun. Kwalunkwe kumment dwar l-għażla tal-kampjun irid jasal fi żmien tlett ijiem mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni dwar il-kampjun.

Il-produtturi fil-kampjun ikollhom jippreżentaw kwestjonarju komplut fi żmien 30 jum mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni tal-inklużjoni tagħhom fil-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Kopja ta’ dan il-kwestjonarju għall-produtturi fil-pajjiż ikkonċernat hija disponibbli għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati fil-fajl u fuq is-sit web tad-DĠ Kummerċ (6).

Il-partijiet li beħsiebhom jitolbu reviżjoni tal-valur normali u li ntgħażlu biex ikunu fil-kampjun se jkollhom jipprovdu, fl-istess skadenza, informazzjoni sħiħa dwar il-valuri normali riveduti, skont l-Artikolu 12(5) tar-Regolament bażiku.

Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni possibbli tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, il-kumpaniji li jkunu qablu mal-inklużjoni possibbli tagħhom fil-kampjun iżda li ma jintgħażlux biex ikunu fil-kampjun se jitqiesu li jkunu kkooperaw (“il-produtturi li kkooperaw iżda mhumiex inklużi fil-kampjun”).

5.2.    Investigazzjoni ta’ importaturi mhux relatati  (7) (8)

Importaturi mhux relatati tal-prodott li qed jiġi investigat mill-pajjiż ikkonċernat lejn l-Unjoni, inklużi dawk li ma kkooperawx fl-investigazzjoni li wasslet għall-miżuri fis-seħħ, huma mistiedna jipparteċipaw f’din l-investigazzjoni.

Fid-dawl tal-għadd potenzjalment kbir ta’ importaturi li mhumiex relatati involuti f’din l-investigazzjoni mill-ġdid, u sabiex l-investigazzjoni titlesta sal-iskadenzi statutorji, il-Kummissjoni tista’ tillimita l-għadd ta’ importaturi li mhumiex relatati u li jridu jiġu investigati għal għadd raġonevoli billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “kampjunar”). Il-kampjunar isir f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

Biex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk huwiex meħtieġ il-kampjunar, u jekk dan ikun il-każ, biex tagħżel kampjun, l-importaturi mhux relatati kollha, jew ir-rappreżentanti li jaġixxu f’isimhom, inklużi dawk li ma kkooperawx fl-investigazzjoni li wasslet għall-miżuri soġġetti għal din l-investigazzjoni mill-ġdid, huma b’dan mitluba jippreżentaw lilhom infushom lill-Kummissjoni. Dawn il-partijiet jeħtiġilhom jagħmlu dan fi żmien sebat ijiem mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika billi jipprovdu lill-Kummissjoni l-informazzjoni dwar il-kumpanija/i tagħhom, kif mitlub fl-Anness ta’ din in-Notifika.

Sabiex tikseb l-informazzjoni li jidhrilha li tkun meħtieġa għall-għażla tal-kampjun ta’ importaturi mhux relatati, il-Kummissjoni tista’ tikkuntattja wkoll lil kwalunkwe assoċjazzjoni magħrufa ta’ importaturi.

Jekk ikun hemm bżonn ta’ kampjun, l-importaturi jistgħu jintgħażlu abbażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta’ bejgħ tal-prodott li qed jiġi investigat mill-pajjiż ikkonċernat fl-Unjoni li jista’ jiġi investigat b’mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli. Il-Kummissjoni se tgħarraf lill-importaturi mhux relatati magħrufa kollha u lill-assoċjazzjonijiet magħrufa ta’ importaturi kollha dwar il-kumpaniji li jkunu ntgħażlu bħala parti mill-kampjun.

Il-Kummissjoni se żżid ukoll nota fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati li tirrifletti l-għażla tal-kampjun. Kwalunkwe kumment dwar l-għażla tal-kampjun irid jasal fi żmien tlett ijiem mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni dwar il-kampjun. Dawn il-partijiet iridu jibagħtu l-kwestjonarju mimli fi żmien 30 jum mid-data tan-notifika tal-għażla tal-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Kopja tal-kwestjonarju għall-importaturi mhux relatati hija disponibbli fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati u fuq is-sit web tad-DĠ Kummerċ (9).

5.3.    Preżentazzjonijiet oħrajn bil-miktub

Soġġett għad-dispożizzjonijiet ta’ din in-Notifika, il-partijiet interessati kollha huma b’dan mistiedna jesprimu l-opinjonijiet tagħhom, jippreżentaw l-informazzjoni u jipprovdu evidenza ta’ sostenn. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, tali informazzjoni u l-evidenza ta’ sostenn iridu jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika.

5.4.    Possibbiltà ta’ seduta ta’ smigħ mis-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni

Il-partijiet kollha interessati jistgħu jitolbu li jinstemgħu mis-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni. Kwalunkwe talba għal seduta ta’ smigħ trid issir bil-miktub u trid tispeċifika r-raġunijiet għat-talba kif ukoll sommarju ta’ dak li l-parti interessata tixtieq tiddiskuti matul is-seduta ta’ smigħ. Is-seduta ta’ smigħ tkun limitata għall-kwistjonijiet stabbiliti minn qabel mill-partijiet interessati bil-miktub.

Fil-prinċipju, is-seduti ta’ smigħ ma jintużawx biex tiġi ppreżentata informazzjoni fattwali li tkun għadha mhijiex fil-fajl. Madankollu, fl-interess ta’ amministrazzjoni tajba u sabiex is-servizzi tal-Kummissjoni jkunu jistgħu jimxu ’l quddiem bl-investigazzjoni, il-partijiet interessati jistgħu jiġu mitluba jipprovdu informazzjoni fattwali ġdida wara seduta ta’ smigħ.

5.5.    Struzzjonijiet għat-tfassil ta’ preżentazzjonijiet bil-miktub u biex jintbagħtu l-kwestjonarji kompluti u l-korrispondenza

L-informazzjoni ppreżentata lill-Kummissjoni għall-fini ta’ investigazzjonijiet għad-difiża tal-kummerċ għandha tkun ħielsa mid-drittijiet tal-awtur. Il-partijiet interessati, qabel ma jippreżentaw informazzjoni u/jew data lill-Kummissjoni soġġetta għad-drittijiet tal-awtur ta’ parti terza, iridu jitolbu permess speċifiku lid-detentur tad-drittijiet tal-awtur li jippermetti b’mod espliċitu (a) li l-Kummissjoni tuża l-informazzjoni u d-data għall-fini ta’ dan il-proċediment tad-difiża tal-kummerċ u (b) li tipprovdi l-informazzjoni u/jew id-data lill-partijiet interessati f’din l-investigazzjoni f’għamla li tippermettilhom jeżerċitaw id-drittijiet tad-difiża tagħhom.

Il-preżentazzjonijiet kollha bil-miktub, inkluża l-informazzjoni mitluba f’din in-Notifika, il-kwestjonarji kompluti u l-korrispondenza pprovduta mill-partijiet interessati li għalihom jintalab trattament kunfidenzjali għandhom jiġu mmarkati bħala “Sensitive” (Sensittivi) (10). Il-partijiet li jippreżentaw informazzjoni matul din l-investigazzjoni huma mistiedna jagħtu raġunijiet għat-talba tagħhom għal trattament kunfidenzjali.

Il-partijiet li jipprovdu informazzjoni “Sensittiva” huma mitluba jfasslu sommarji mhux kunfidenzjali tagħha skont l-Artikolu 19(2) tar-Regolament bażiku, li jiġu mmarkati “For inspection by interested parties” (Għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati). Dawn is-sommarji jridu jkunu ddettaljati biżżejjed biex jippermettu li s-sustanza tal-informazzjoni ppreżentata b’mod kunfidenzjali tinftiehem b’mod raġonevoli. Jekk parti li tipprovdi informazzjoni kunfidenzjali tonqos milli tagħti raġunijiet ġusti għal talba ta’ trattament kunfidenzjali jew ma tfassalx sommarju mhux kunfidenzjali tagħha fil-format u bil-kwalità mitluba, il-Kummissjoni tista’ tinjora tali informazzjoni sakemm ma jkunx jista’ jintwera b’mod sodisfaċenti minn sorsi xierqa li l-informazzjoni hija korretta.

Il-partijiet interessati huma mistiedna jressqu l-preżentazzjonijiet u t-talbiet kollha permezz ta’ TRON.tdi (11) (https://tron.trade.ec.europa.eu/tron/TDI) inklużi d-dokumenti ta’ prokuri u ta’ ċertifikazzjoni skenjati. Meta jużaw TRON.tdi jew il-posta elettronika, il-partijiet interessati jesprimu l-qbil tagħhom mar-regoli applikabbli għas-sottomissjonijiet elettroniċi li jinsabu fid-dokument “KORRISPONDENZA MAL-KUMMISSJONI EWROPEA F’KAŻIJIET TA’ DIFIŻA TAL-KUMMERĊ” ippubblikat fuq is-sit web tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ: https://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2014/june/tradoc_152577.pdf. Il-partijiet interessati jeħtiġilhom jindikaw isimhom, l-indirizz, in-numru tat-telefown u indirizz validu tal-posta elettronika u jenħtieġ li jiżguraw li l-indirizz tal-posta elettronika pprovdut ikun indirizz kummerċjali uffiċjali tal-posta elettronika li jiffunzjona u li jiġi ċċekkjat kuljum. Ladarba jiġu pprovduti d-dettalji ta’ kuntatt, il-Kummissjoni tikkomunika mal-partijiet interessati permezz ta’ TRON.tdi jew tal-posta elettronika biss, dment li ma jitolbux li jirċievu d-dokumenti kollha mingħand il-Kummissjoni b’mezz ieħor ta’ komunikazzjoni jew dment li n-natura tad-dokument li jrid jintbagħat ma tkunx teħtieġ l-użu tal-posta rreġistrata. Għal regoli u għal informazzjoni oħra dwar il-korrispondenza mal-Kummissjoni, inklużi l-prinċipji li japplikaw għas-sottomissjonijiet bi TRON.tdi u bil-posta elettronika, jenħtieġ li l-partijiet interessati jikkonsultaw l-istruzzjonijiet ta’ komunikazzjoni mal-partijiet interessati msemmija hawn fuq.

L-indirizz tal-Kummissjoni għall-korrispondenza:

European Commission

Directorate-General for Trade

Directorate G

Office: CHAR 04/039

1049 Brussels

BELGIUM

TRON.tdi: https://tron.trade.ec.europa.eu/tron/TDI

Indirizz elettroniku: TRADE-R753-GFF@ec.europa.eu

6.   Skeda tal-investigazzjoni

L-investigazzjoni għandha normalment tiġi konkluża fi żmien sitt xhur, u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn disa’ xhur mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika, skont l-Artikolu 12(4) tar-Regolament bażiku.

7.   Preżentazzjoni tal-informazzjoni

Bħala regola, il-partijiet interessati jistgħu jippreżentaw biss l-informazzjoni fil-perjodi ta’ żmien speċifikati fit-Taqsima 5 ta’ din in-Notifika.

Sabiex l-investigazzjoni titlesta fl-iskadenzi mandatorji, il-Kummissjoni mhix se taċċetta iktar preżentazzjonijiet mingħand il-partijiet interessati wara l-iskadenza għal kummenti dwar l-iżvelar finali jew, jekk ikun applikabbli, wara l-iskadenza għal kummenti dwar l-iżvelar finali addizzjonali.

8.   Possibbiltà għal kummenti dwar il-preżentazzjonijiet ta’ partijiet oħra

Sabiex jiġu ggarantiti d-drittijiet tad-difiża, jenħtieġ li l-partijiet interessati jkollhom il-possibbiltà li jikkummentaw dwar l-informazzjoni ppreżentata minn partijiet interessati oħra. Meta jagħmlu dan, il-partijiet interessati jistgħu biss jindirizzaw kwistjonijiet imqajma fil-preżentazzjonijiet ta’ partijiet interessati oħra u ma jistgħux iqajmu kwistjonijiet ġodda.

Jenħtieġ li l-kummenti dwar l-informazzjoni pprovduta minn partijiet interessati oħra b’reazzjoni għall-iżvelar tas-sejbiet definittivi, jiġu ppreżentati fi żmien ħamest ijiem mill-iskadenza għal kummenti dwar is-sejbiet definittivi, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Jekk ikun hemm żvelar finali addizzjonali, jenħtieġ li l-kummenti mressqa minn partijiet interessati oħra b’reazzjoni għal dan l-iżvelar ulterjuri jsiru fi żmien ġurnata mill-iskadenza għall-kummenti dwar dan l-iżvelar ulterjuri, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Il-qafas ta’ żmien deskritt huwa mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Kummissjoni li titlob għal informazzjoni addizzjonali mingħand il-partijiet interessati f’każijiet debitament ġustifikati.

9.   Estensjoni tal-limiti ta’ żmien speċifikati f’din in-Notifika

L-estensjonijiet tal-limiti ta’ żmien previsti f’din in-Notifika jistgħu jingħataw jekk jintalbu min-naħa tal-partijiet interessati li jkollhom raġuni valida.

L-estensjonijiet tal-iskadenzi għat-tweġibiet għall-kwestjonarji u għal limiti ta’ żmien kif inhu speċifikat f’din in-Notifika jew li jkunu previsti f’komunikazzjonijiet speċifiċi mal-partijiet interessati se jkunu limitati għal mhux aktar minn tlett ijiem addizzjonali. Din l-estensjoni tista’ tittawwal sa massimu ta’ sebat ijiem jekk il-parti rikjedenti tagħti prova dwar l-eżistenza ta’ ċirkostanzi eċċezzjonali.

10.   Nuqqas ta’ kooperazzjoni

F’każijiet fejn xi parti interessata tirrifjuta l-aċċess għall-informazzjoni meħtieġa jew ma tipprovdihiex fil-limiti ta’ żmien, jew tfixkel b’mod sinifikanti l-investigazzjoni, jistgħu jiġu stabbiliti konklużjonijiet, sew jekk pożittivi kif ukoll jekk negattivi, abbażi tal-fatti disponibbli, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.

Fejn jinstab li xi parti interessata tkun ipprovdiet informazzjoni falza jew qarrieqa, l-informazzjoni tista’ tiġi injorata u jistgħu jintużaw il-fatti disponibbli.

Jekk parti interessata ma tikkooperax jew tikkoopera parzjalment biss u għalhekk is-sejbiet ikunu bbażati fuq il-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, ir-riżultat jista’ jkun inqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku tkun ikkooperat.

In-nuqqas ta’ tweġiba kompjuterizzata ma għandhiex tiġi kkunsidrata bħala nuqqas ta’ kooperazzjoni, dment li l-parti interessata turi li l-preżentazzjoni tat-tweġiba kif mitlub tkun tirriżulta f’piż żejjed mhux raġonevoli jew f’kost addizzjonali mhux raġonevoli. Jenħtieġ li l-parti interessata tikkuntattja immedjatament lill-Kummissjoni.

11.   Uffiċjal tas-Seduta

Il-partijiet interessati jistgħu jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta għal proċedimenti tal-kummerċ. L-Uffiċjal tas-Seduta jirrieżamina t-talbiet għall-aċċess għall-fajl, it-tilwim fir-rigward tal-kunfidenzjalità tad-dokumenti, it-talbiet għal estensjoni tal-limiti ta’ żmien u kwalunkwe talba oħra dwar id-drittijiet tad-difiża tal-partijiet interessati u tal-partijiet terzi li jistgħu jfeġġu matul il-proċediment.

L-Uffiċjal tas-Seduta jista’ jorganizza seduti ta’ smigħ u jagħmilha ta’ medjatur bejn il-parti interessata/partijiet interessati u s-servizzi tal-Kummissjoni sabiex jiżgura li d-drittijiet tad-difiża tal-partijiet interessati jkunu qed jiġu eżerċitati bis-sħiħ. Jenħtieġ li t-talba għal seduta ta’ smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta ssir bil-miktub u jenħtieġ li tispeċifika r-raġunijiet għat-talba. L-Uffiċjal tas-Seduta jeżamina r-raġunijiet għat-talbiet. Jenħtieġ li dawn is-seduti ta’ smigħ isiru biss jekk il-kwistjonijiet ma jkunux ġew solvuti mas-servizzi tal-Kummissjoni fi żmien debitu.

Kwalunkwe talba trid tiġi ppreżentata fi żmien raġonevoli u f’qasir żmien sabiex ma xxekkilx l-andament tajjeb tal-proċedimenti. Għal dak l-għan, jenħtieġ li l-partijiet interessati jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta minn kmieni kemm jista’ jkun wara li jseħħ l-avveniment li jiġġustifika tali intervent. L-Uffiċjal tas-Seduta jeżamina r-raġunijiet għat-talbiet għal intervent, in-natura tal-kwistjonijiet imqajma u l-impatt ta’ dawk il-kwistjonijiet fuq id-drittijiet tad-difiża, filwaqt li jqis kif dovut l-interessi ta’ amministrazzjoni tajba u t-tlestija tal-investigazzjoni fil-ħin.

Għal aktar informazzjoni u għad-dettalji ta’ kuntatt, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġni web tal-Uffiċjal tas-Seduta fuq is-sit web tad-DĠ Kummerċ: http://ec.europa.eu/trade/trade-policy-and-you/contacts/hearing-officer/

12.   Proċessar ta’ data personali

Kwalunkwe data personali li tinġabar f’din l-investigazzjoni se tiġi trattata skont ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12).

Notifika dwar il-protezzjoni tad-data li tinforma lill-individwi kollha dwar l-ipproċessar tad-data personali fil-qafas tal-attivitajiet tad-difiża tal-kummerċ tal-Kummissjoni huwa disponibbli fis-sit web tad-DĠ Kummerċ:http://ec.europa.eu/trade/policy/accessing-markets/trade-defence/


(1)  ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2020/492 li jimponi dazji anti-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti materjali tal-fibra tal-ħġieġ minsuġa u/jew meħjuta li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Eġittu, (ĠU L 108, 6.4.2020, p.1).

(3)  ĠU L 189, 15.6.2020, p.1.

(4)  Avviż Dwar il-konsegwenzi tat-tifqigħa ta’ COVID-19 fuq investigazzjonijiet antidumping u antisussidji (ĠU C 86, 16.3.2020, p. 6).

(5)  Produttur huwa kwalunkwe kumpanija fil-pajjiż ikkonċernat li tipproduċi u li tesporta l-prodott li qed jiġi investigat lejn is-suq tal-Unjoni, direttament jew permezz ta’ parti terza, inkluża kwalunkwe waħda mill-kumpaniji relatati tagħha involuti fil-produzzjoni, fil-bejgħ domestiku jew fl-esportazzjonijiet tal-prodott li qed jiġi investigat.

(6)  https://trade.ec.europa.eu/tdi/case_details.cfm?id=2560

(7)  Għall-kampjunar jistgħu jintgħażlu biss importaturi li mhumiex relatati ma’ produtturi fil-pajjiż ikkonċernat. L-importaturi li huma relatati mal-produtturi jridu jimlew l-Anness I tal-kwestjonarju għal dawn il-produtturi esportaturi. F’konformità mal-Artikolu 127 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, żewġ persuni għandhom jitqiesu li jkunu relatati jekk: (a) ikunu uffiċjali jew diretturi tan-negozju tal-persuna l-oħra; (b) ikunu msieħba rikonoxxuti legalment fin-negozju; (c) ikunu min iħaddem u l-impjegat; (d) parti terza tippossjedi jew tikkontrolla jew iżżomm direttament jew indirettament 5 % jew aktar tal-azzjoni bid-dritt tal-vot jew l-ishma pendenti tat-tnejn li huma; (e) waħda minnhom tikkontrolla direttament jew indirettament lill-persuna l-oħra; (f) it-tnejn li huma jkunu direttament jew indirettament ikkontrollati minn persuna terza; (g) flimkien jikkontrollaw persuna terza direttament jew indirettament; (h) ikunu membri tal-istess familja (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558). Il-persuni għandhom jitqiesu li jkunu membri tal-istess familja jekk ikollhom kwalunkwe waħda mir-relazzjonijiet segwenti ma’ xulxin biss: (i) konjuġi, (ii) ġenitur u wild, (iii) aħwa (kemm mill-istess ġenituri kif ukoll jekk aħwa minn ġenitur wieħed), (iv) nannu jew nanna u neputi jew neputija, (v) ziju jew zija u neputi jew neputija, (vi) ġenitur tar-rispett u wild tar-rispett, (vii) aħwa tar-rispett. F’konformità mal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, “persuna” tfisser persuna fiżika, persuna ġuridika u kwalunkwe assoċjazzjoni ta’ persuni li mhijiex persuna ġuridika iżda li hi rikonoxxuta taħt il-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali bħala li jkollha l-kapaċità biex tagħmel atti legali (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).

(8)  Id-data pprovduta minn importaturi mhux relatati tista’ tintuża wkoll b’rabta ma’ aspetti oħra ta’ din l-investigazzjoni, għajr biex jiġi stabbilit id-dumping.

(9)  https://trade.ec.europa.eu/tdi/case_details.cfm?id=2560

(10)  Dokument immarkat “Sensitive” huwa dokument li jitqies li jkun kunfidenzjali skont l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku u l-Artikolu 6 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-GATT 1994 (il-Ftehim dwar l-Anti-dumping). Huwa wkoll dokument protett skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).

(11)  Segwi l-istruzzjonijiet fuq dik il-paġna biex tingħata aċċess. F’każ ta’ problemi tekniċi, ikkuntattja lis-servizz ta’ assistenza tad-DĠ Kummerċ permezz tal-Email: trade-service-desk@ec.europa.eu jew bit-telefown +32 22979797.

(12)  Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L295, 21.11.2018, p. 39.)


ANNESS

“Sensitive” version

Version “For inspection by interested parties”

(immarka l-kaxxa rilevanti)

INVESTIGAZZJONI TA’ ASSORBIMENT TAL-MIŻURI ANTI-DUMPING RIGWARD L-IMPORTAZZJONIJIET TA’ ĊERTI MATERJALI TAL-FIBRA TAL-ĦĠIEĠ BIL-FILAMENT KONTINWU (GFF) MINSUĠA U/JEW MEĦJUTA LI JORIĠINAW MILL-EĠITTU

INFORMAZZJONI GĦALL-GĦAŻLA TAL-KAMPJUN TA’ IMPORTATURI MHUX RELATATI

Din il-formola hija mfassla biex tgħin lill-importaturi mhux relatati jwieġbu t-talba għal informazzjoni dwar it-teħid ta’ kampjuni li saret fit-Taqsima 5.2 tan-Notifika ta’ Bidu.

Jenħtieġ li kemm il-verżjoni “Sensitive” kif ukoll il-verżjoni “For inspection by interested parties” jintbagħtu lura lill-Kummissjoni kif stipulat fin-Notifika ta’ Bidu.

Jenħtieġ li l-informazzjoni mitluba tintbagħat lura lill-Kummissjoni fl-indirizz speċifikat fin-Notifika ta’ Bidu fi żmien sebat ijiem mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

1.   IDENTITÀ U DETTALJI TA’ KUNTATT

Agħti d-dettalji li ġejjin dwar il-kumpanija tiegħek:

Isem il-kumpanija

 

Indirizz

 

Persuna ta’ kuntatt

 

Indirizz elettroniku

 

Numru tat-telefown

 

Numru tal-faks

 

2.   FATTURAT U VOLUM TAL-BEJGĦ

Indika l-fatturat fil-munita tal-kontabbiltà tal-kumpanija matul il-perjodu ta’ investigazzjoni oriġinali (“PI”) (mill-1 ta’ Jannar 2018 sal-31 ta’ Diċembru 2018) kif ukoll matul il-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ assorbiment (“PIA”) (mill-1 ta’ Ottubru 2020 sat-30 ta’ Settembru 2021) għall-bejgħ (il-bejgħ f’esportazzjonijiet lejn l-Unjoni għal kull wieħed mis-27 Stat Membru separatament u f’daqqa, il-bejgħ domestiku u l-bejgħ f’esportazzjonijiet lejn pajjiżi oħra barra l-Istati Membri tal-Unjoni separatament u f’daqqa) ta’ ċerti materjali tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament kontinwu kif definit fin-notifika ta’ bidu u l-piż korrispondenti. Iddikjara l-unità tal-piż u l-munita li ntużaw.

 

Perjodu ta’ Investigazzjoni Oriġinali (mill-1 ta’ Jannar 2018 sal-31 ta’ Diċembru 2018)

Perjodu ta’ Investigazzjoni ta’ Assorbiment

 

Tunnellati

Valur f’euro (EUR)

Tunnellati

Valur f’euro (EUR)

Fatturat totali tal-kumpanija tiegħek f’euro (EUR)

 

 

 

 

Importazzjonijiet lejn l-Unjoni tal-prodott li qed jiġi investigat

 

 

 

 

Bejgħ mill-ġdid fis-suq tal-Unjoni wara l-importazzjoni mill-Eġittu tal-prodott li qed jiġi investigat

 

 

 

 

3.   ATTIVITAJIET TAL-KUMPANIJA TIEGĦEK U TAL-KUMPANIJI RELATATI (1)

Agħti d-dettalji tal-attivitajiet preċiżi tal-kumpanija u tal-kumpaniji relatati kollha (elenkahom u ddikjara r-relazzjoni tagħhom mal-kumpanija tiegħek) involuti fil-produzzjoni u/jew fil-bejgħ (f’esportazzjonijiet u/jew fis-suq domestiku) tal-prodott li qed jiġi investigat. Dawn l-attivitajiet jistgħu jinkludu x-xiri tal-prodott li qed jiġi investigat jew il-produzzjoni tiegħu skont l-arranġamenti ta’ sottokuntrattar, jew l-ipproċessar jew in-negozjar tal-prodott li qed jiġi investigat, iżda mhumiex limitati għal dawn biss.

Isem u lokalità tal-kumpanija

Attivitajiet

Relazzjoni

 

 

 

 

 

 

 

 

 

4.   INFORMAZZJONI OĦRA

Agħti kull informazzjoni rilevanti oħra li l-kumpanija tqis li tista’ tkun utli biex tgħin lill-Kummissjoni fl-għażla tal-kampjun.

5.   ĊERTIFIKAZZJONI

Meta tipprovdi l-informazzjoni ta’ hawn fuq, il-kumpanija tkun qed taqbel mal-inklużjoni possibbli tagħha fil-kampjun. Jekk il-kumpanija tintgħażel biex tkun parti mill-kampjun, dan ifisser li trid timla kwestjonarju u taċċetta li ssirilha żjara fil-post sabiex jiġu vverifikati t-tweġibiet tagħha. Jekk il-kumpanija tindika li ma taqbilx mal-possibbiltà li tiġi inkluża fil-kampjun, din titqies li ma kkooperatx fl-investigazzjoni. Il-konstatazzjonijiet tal-Kummissjoni għall-importaturi li ma jikkooperawx jissejsu fuq il-fatti disponibbli u r-riżultat jista’ jkun inqas favorevoli għal dik il-kumpanija milli kieku tkun ikkooperat.

Firma tal-uffiċjal awtorizzat:

Isem u kariga tal-uffiċjal awtorizzat:

Data:


(1)  F’konformità mal-Artikolu 127 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, żewġ persuni għandhom jitqiesu li jkunu relatati jekk: (a) ikunu uffiċjali jew diretturi tan-negozju tal-persuna l-oħra; (b) ikunu msieħba rikonoxxuti legalment fin-negozju; (c) ikunu min iħaddem u l-impjegat; (d) parti terza tippossjedi jew tikkontrolla jew iżżomm direttament jew indirettament 5 % jew aktar tal-azzjoni bid-dritt tal-vot jew l-ishma pendenti tat-tnejn li huma; (e) waħda minnhom tikkontrolla direttament jew indirettament lill-persuna l-oħra; (f) it-tnejn li huma jkunu direttament jew indirettament ikkontrollati minn persuna terza; (g) flimkien jikkontrollaw persuna terza direttament jew indirettament; (h) ikunu membri tal-istess familja (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558). Il-persuni għandhom jitqiesu li jkunu membri tal-istess familja jekk ikollhom kwalunkwe waħda mir-relazzjonijiet segwenti ma’ xulxin biss: (i) konjuġi, (ii) ġenitur u wild, (iii) aħwa (kemm mill-istess ġenituri kif ukoll jekk aħwa minn ġenitur wieħed), (iv) nannu jew nanna u neputi jew neputija, (v) ziju jew zija u neputi jew neputija, (vi) ġenitur tar-rispett u wild tar-rispett, (vii) aħwa tar-rispett. F’konformità mal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, “persuna” tfisser persuna fiżika, persuna ġuridika u kwalunkwe assoċjazzjoni ta’ persuni li mhijiex persuna ġuridika iżda li hi rikonoxxuta taħt il-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali bħala li jkollha l-kapaċità biex tagħmel atti legali (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

1.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 483/37


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10549 — ARDIAN FRANCE / RG SAFETY)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 483/15)

1.   

Fit-23 ta’ Novembru 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Ardian Expansion Fund V S.L.P., ikkontrollata minn Ardian France S.A. (“Ardian France”, Franza),

SAS Financière RG Safety (“RG Safety”, Franza).

Ardian France takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Għaqdiet il-kontroll ta’ RG Safety kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet ta’ negozju tal-impriżi kkonċernati huma:

Ardian France hija kumpanija ta’ ekwità privata li tamministra u tagħti pariri lil fondi ta’ investiment b’ishma f’diversi kumpaniji attivi madwar id-dinja, b’mod partikolari fl-Italja u fi Franza fis-settur tal-infrastruttura tal-ajruport, id-disinn u l-manutenzjoni ta’ sistemi trasportaturi u manutenzjoni ajrunawtika.

RG Safety huwa grupp internazzjonali li jispeċjalizza fid-distribuzzjoni ta’ tagħmir ta’ protezzjoni personali, prodotti ta’ sigurtà u iġjene lill-professjonisti, immarkati mill-manifatturi u taħt il-marka tiegħu stess, li joperaw f’diversi setturi. RG Safety hija preżenti fi Franza, l-Italja, Spanja, il-Belġju, is-Slovakkja, il-Ġermanja, it-Tuneżija u l-Iżvizzera.

3.   

Wara analiżi preliminari, il-Kummissjoni ssib li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jitqies għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jippreżentawlha il-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni.

Dawn il-kummenti jeħtieġ li jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara id-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10549 — ARDIAN FRANCE / RG SAFETY

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

Commission européenne

Direction générale de la concurrence

Greffe des concentrations

1049 Bruxelles

BELGIQUE


(1)  ĠU L 24 du 29 ta’ Jannar 2004, p. 1 ((ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366 tal-14.12.2013, p. 5.