ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 473

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 64
24 ta' Novembru 2021


Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2021/C 473/01

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni — Is-sitt Emenda fil-Qafas Temporanju għall-miżuri ta’ għajnuna mill-Istat biex jingħata sostenn lill-ekonomija matul it-tifqigħa preżenti tal-COVID-19 u emenda fl-Anness tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Istati Membri dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-assigurazzjoni ta’ kreditu għall-esportazzjoni għal żmien qasir

1

2021/C 473/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10374 — BAIN CAPITAL / HITACHI METALS) ( 1 )

16

2021/C 473/03

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10280 — ABP/Slaney/Linden) ( 1 )

17


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2021/C 473/04

Rata tal-kambju tal-euro — It-23 ta’ Novembru 2021

18

2021/C 473/05

Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

19

2021/C 473/06

Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

20

2021/C 473/07

Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

21

2021/C 473/08

Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

22


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2021/C 473/09

Sejħa għall-proposti 2022 — EAC/A09/2021 — Il-Programm Erasmus+

23

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2021/C 473/10

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10523 — Nordic Capital / Rothschild / TA Associates / RLDatix) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

27

2021/C 473/11

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10475 — United Group / Wind Hellas) ( 1 )

29

2021/C 473/12

DEĊIŻJONI TA’ GĦELUQ TA’ PROĊEDURA TA’ INVESTIGAZZJONI FORMALI WARA IRTIRAR MINN STAT MEMBRU — Għajnuna mill-istat – Il-Polonja (L-Artikoli minn 107 sa 109 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea) — Avviż tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 108(2) TFUE – Irtirar ta’ notifika — Għajnuna mill-Istat SA.51987 (2019/C) (ex 2018/N) - Il-Polonja - In-network tat-tisħin distrettwali - Tarnobrzeg, SA.52084 (2019/C) (ex 2018/N) - In-network tat-tisħin distrettwali - Ropczyce, SA.52238 (2019/C) (ex 2018/N) - In-network tat-tisħin distrettwali - Lesko, SA.54236 (2019/C) (ex 2019/N) - In-network tat-tisħin distrettwali - Dębica, u SA.55273 (2019/C) (ex 2019/N) - In-network tat-tisħin distrettwali - Ustrzyki Dolne ( 1 )

30

2021/C 473/13

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10513 — ACCIAIERIA ARVEDI / FINARVEDI / ACCIAI SPECIALI TERNI / THYSSENKRUPP STAINLESS / THYSSENKRUPP STAINLESS TURKEY METAL SANAYI VE T) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

31

2021/C 473/14

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M. 10504 — EQT/H&F/Zooplus) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

33


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

24.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 473/1


KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

Is-sitt Emenda fil-Qafas Temporanju għall-miżuri ta’ għajnuna mill-Istat biex jingħata sostenn lill-ekonomija matul it-tifqigħa preżenti tal-COVID-19 u emenda fl-Anness tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Istati Membri dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-assigurazzjoni ta’ kreditu għall-esportazzjoni għal żmien qasir

(2021/C 473/01)

1.   INTRODUZZJONI

1.

Fid-19 ta’ Marzu 2020, il-Kummissjoni adottat il-Komunikazzjoni tagħha “Qafas Temporanju għall-miżuri ta’ għajnuna mill-Istat biex jingħata sostenn lill-ekonomija matul it-tifqigħa preżenti tal-COVID-19” (1) (“il-Qafas Temporanju”). Fit-3 ta’ April 2020, hija adottat l-ewwel emenda li tippermetti għajnuna biex jiġu aċċellerati r-riċerka, l-ittestjar u l-produzzjoni ta’ prodotti rilevanti għall-COVID-19, biex jiġu protetti l-impjiegi u biex tkompli tiġi sostnuta l-ekonomija matul il-kriżi attwali (2). Fit-8 ta’ Mejju 2020, hija adottat it-tieni emenda biex tkompli tiffaċilita l-aċċess għall-kapital u għal-likwidità għall-impriżi affettwati mill-kriżi (3). Fid-29 ta’Ġunju 2020, hija adottat it-tielet emenda biex tkompli ssostni lill-kumpaniji mikro, żgħar u ġodda u biex tinċentiva l-investimenti privati (4). Fit-13 ta’ Ottubru 2020, hija adottat ir-raba’ emenda biex testendi l-Qafas Temporanju u biex tippermetti għajnuna li tkopri parti mill-kostijiet fissi mhux koperti tal-impriżi milquta mill-kriżi (5). Fit-28 ta’ Jannar 2021, hija adottat il-ħames emenda biex tkompli testendi l-Qafas Temporanju, biex tadatta l-limiti massimi tal-għajnuna stabbiliti fih u biex tippermetti l-konverżjoni ta’ strumenti ripagabbli f’għotjiet diretti taħt ċerti kundizzjonijiet (6).

2.

Il-Qafas Temporanju għandu l-għan li jiżgura bilanċ xieraq bejn l-effetti pożittivi tal-miżuri ta’ għajnuna mogħtija lill-impriżi u kwalunkwe effett negattiv potenzjali fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ fis-suq intern. Applikazzjoni mmirata u proporzjonata tal-kontroll għall-għajnuna mill-Istat tiżgura li l-miżuri ta’ sostenn nazzjonali jgħinu b’mod effettiv lill-impriżi milquta waqt il-pandemija tal-COVID-19, filwaqt li jillimitaw id-distorsjonijiet bla bżonn fis-suq intern, iżommu l-integrità tas-suq intern u jiżguraw kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni. Dan jikkontribwixxi għall-kontinwità tal-attività ekonomika waqt il-pandemija tal-COVID-19 u jipprovdi lill-ekonomija bi pjattaforma b’saħħitha biex tirkupra mill-kriżi, u jħaffef it-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali meħtieġa, f’konformità mad-dritt tal-UE u l-objettivi tal-Unjoni.

3.

Huwa meħtieġ li l-miżuri stabbiliti fil-Qafas Temporanju jiġu estiżi sat-30 ta’ Ġunju 2022; biex jiġu adattati l-limiti tal-għajnuna tal-miżuri marbutin mal-kostijiet fissi mhux koperti sabiex jiġu indirizzati l-effetti ekonomiċi mtawla tal-kriżi li għaddejja bħalissa; biex ikun jista’ jseħħ l-appoġġ għall-investiment favur irkupru sostenibbli u appoġġ għas-solvenza; u biex jiġu ċċarati u emendati l-kundizzjonijiet għal ċerti miżuri ta’ għajnuna mill-Istat temporanji li l-Kummissjoni tqis li huma kompatibbli skont l-Artikolu 107(3)(b) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”) fid-dawl tat-taqlib ekonomiku serju kkawżat lill-ekonomiji tal-Istati Membri kollha mill-pandemija tal-COVID-19. Barra minn hekk, it-tneħħija tal-lista ta’ pajjiżi b’riskju kummerċjabbli li tinsab fl-Anness tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Istati Membri dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-assigurazzjoni ta’ kreditu għall-esportazzjoni għal żmien qasir (“STEC”, short-term export-credit insurance) (7) jenħtieġ li tiġi estiża.

4.

L-ewwel nett, il-Kummissjoni tfakkar li l-Qafas Temporanju kellu jiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2021. Il-Qafas Temporanju ppreveda wkoll li l-Kummissjoni tirrieżamina dan il-qafas qabel il-31 ta’ Diċembru 2021 abbażi ta’ kunsiderazzjonijiet importanti ekonomiċi jew marbutin mal-kompetizzjoni.

5.

F’dan il-kuntest il-Kummissjoni vvalutat il-ħtieġa kontinwa għall-għajnuna skont il-Qafas Temporanju, bil-ħsieb li tiddeċiedi jekk hemmx bżonn li tinżamm wara l-31 ta’ Diċembru 2021. B’mod partikolari, il-Kummissjoni tqis dawn il-fatturi: minn naħa waħda, l-iżvilupp tas-sitwazzjoni ekonomika fiċ-ċirkustanzi eċċezzjonali maħluqa mill-pandemija tal-COVID-19; min-naħa l-oħra, l-adegwatezza tal-Qafas Temporanju bħala strument li jiżgura li l-miżuri ta’ appoġġ nazzjonali jgħinu b’mod effettiv lill-impriżi affettwati waqt il-pandemija, filwaqt li jillimitaw id-distorsjonijiet bla bżonn fis-Suq Intern u jiżguraw kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni.

6.

Skont it-Tbassir Ekonomiku tal-ħarifa tal-2021 (8), il-PDG huwa mbassar li jikber b’5,0 % fl-2021 u b’4,3 % fl-2022, kemm fl-Unjoni kif ukoll fiż-żona tal-euro. Il-volum tal-produzzjoni huwa previst li jerġa’ lura għal-livell ta’ qabel il-kriżi (fl-2019 - ir-raba’ trimestru) sa tmiem l-2021. Madankollu l-inċertezza u r-riskji marbutin mal-prospettiva tat-tkabbir għadhom għoljin meta wieħed iqis iż-żieda mill-ġdid ta’ infezzjonijiet bil-COVID-19 f’ċerti Stati Membri, iż-żieda tat-tensjoni fuq il-ktajjen tal-provvista u ż-żieda fil-prezzijiet tal-enerġija.

7.

L-Istati Membri għamlu użu sostanzjali mill-possibbiltajiet taħt il-Qafas Temporanju bħala strument biex jindirizzaw it-tfixkil ekonomiku serju li jaffettwa l-ekonomiji tagħhom, kif ukoll biex jiffaċilitaw l-iżvilupp ta’ ċerti attivitajiet ekonomiċi meħtieġa biex tiġi indirizzata l-pandemija tal-COVID-19.

8.

Ġaladarba l-Qafas Temporanju kien utli bħala strument biex jiġu indirizzati l-konsegwenzi ekonomiċi tal-pandemija u fid-dawl tal-feedback li wasal mill-Istati Membri, il-Kummissjoni tqis li estensjoni limitata tal-miżuri eżistenti stabbiliti f’dak il-qafas sat-30 ta’ Ġunju 2022 hija xierqa biex jiġi żgurat li l-miżuri ta’ appoġġ nazzjonali jgħinu b’mod effettiv lill-impriżi affettwati waqt il-pandemija, filwaqt li tinżamm l-integrità tas-suq intern u jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwivalenti. Din l-estensjoni limitata se tiżgura wkoll li l-impriżi li għadhom affettwati mill-kriżi ma jiġux imċaħħdin f’daqqa waħda mill-appoġġ meħtieġ. Minflok, dan se jippermetti t-tneħħija gradwali kkoordinata tal-livell ta’ appoġġ skont l-irkupru ekonomiku osservat. Din it-tneħħija gradwali għandha titqies fid-dawl tal-eteroġeneità tal-irkupru, b’setturi u reġjuni speċifiċi fi Stati Membri differenti li għadhom lura meta mqabblin ma’ oħrajn. Abbażi tal-informazzjoni disponibbli bħalissa, il-Kummissjoni tqis li huwa probabbli li ma tkun meħtieġa l-ebda estensjoni addizzjonali tat-tip ta’ miżuri eżistenti koperti mit-taqsimiet minn 3.1 sa 3.12 wara t-30 ta’ Ġunju 2022. Dan huwa speċjalment il-każ fir-rigward ta’ miżuri ta’ likwidità eżistenti, fejn il-possibbiltajiet ġodda futuri għall-appoġġ għall-investiment għal irkupru sostenibbli u l-appoġġ għas-solvenza jenħtieġ li jkunu aktar adatti fil-fażi ta’ rkupru biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet tan-negozju u l-objettivi tal-politika, inkluż biex jiġu limitati distorsjonijiet bla bżonn fis-suq intern. Minkejja kollox, il-Kummissjoni se tkompli timmonitorja mill-qrib is-sitwazzjoni u tivvaluta jekk hemmx bżonn li xi miżuri jiġu estiżi u/jew adattati aktar abbażi ta’ kunsiderazzjonijiet importanti ekonomiċi jew marbutin mal-kompetizzjoni.

9.

Il-Kummissjoni tqis ukoll li huwa meħtieġ li jiġu aġġustati l-limiti massimi tal-għajnuna pprovduti fit-taqsima 3.1, f’konformità ma’ din l-estensjoni.

10.

It-tieni, filwaqt li tqis l-impatt kontinwu tal-pandemija tal-COVID-19 u l-iskadenza taż-żmien mill-adozzjoni tal-Qafas Temporanju, il-Kummissjoni tqis li huwa meħtieġ li jiżdiedu l-limiti massimi tal-għajnuna stabbiliti fit-taqsima 3.12 ta’ dan il-qafas, li jippermettu aġġoġġ immirat lil kumpaniji li esperjenzaw telf sinifikanti fid-dħul.

11.

It-tielet, diversi Stati Membri enfasizzaw il-ħtieġa li jitnaqqas ir-riskju ta’ insolvenzi korporattivi permezz ta’ possibbiltajiet addizzjonali għar-ristrutturar tad-dejn u l-konverżjoni ta’ strumenti ta’ għajnuna ripagabbli f’forom oħra ta’ għajnuna (pereż. għotjiet diretti) (9). Sabiex tindirizza dan it-tħassib u timmitiga r-riskju ta’ insolvenzi korporattivi, il-Kummissjoni tqis li hemm bżonn li sseħħ il-konverżjoni ta’ strumenti ta’ għajnuna ripagabbli f’forom oħra ta’ għajnuna taħt it-taqsima 3.1 u t-taqsima 3.12 tal-Qafas Temporanju sat-30 ta’ Ġunju 2023, dment li l-kundizzjonijiet tat-taqsimiet applikabbli jkunu ssodisfati (10). Barra minn hekk, il-Kummissjoni tqis ukoll li l-istrumenti ripagabbli skont it-taqsima 3.1, it-taqsima 3.3., u t-taqsima 3.12 jistgħu jeħtieġu ristrutturar f’konformità mal-prattiki prudenzjali ordinarji tal-intermedjarji finanzjarji involuti. Ristrutturar bħal dan se jitqies kompatibbli, jekk isir sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2023 u skont il-kundizzjonijiet speċifikati f’din il-Komunikazzjoni. B’mod partikolari, ristrutturar bħal dan irid jirrispetta l-kundizzjonijiet stabbiliti fit-taqsimiet applikabbli u ma jistax iwassal għal żieda fl-ammonti mogħtija inizjalment (11).

12.

Barra minn hekk, din il-Komunikazzjoni tiċċara li l-Istati Membri jistgħu jestendu t-tul tal-garanziji mogħtija taħt it-taqsima 3.1, it-taqsima 3.2, u t-taqsima 3.12 tal-Qafas Temporanju anke wara l-iskadenza ta’ dan il-qafas, dment li l-kundizzjonijiet f’dawn it-taqsimiet u fit-taqsima 3.4 jkunu rrispettati. It-termini u l-kondizzjonijiet ta’ tali estensjoni jenħtieġ li jiġu stipulati fil-kuntratti ta’ garanzija inizjali bejn l-Istat u l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jew finanzjarji. Jenħtieġ li dawn il-kundizzjonijiet ma jħallu l-ebda diskrezzjoni lill-awtoritajiet tal-Istat Membru meta jiġi estiż it-tul tal-garanzija. Il-benefiċjarji finali jridu jiġu infurmati fil-ħin tal-għoti inizjali tal-finanzjament bil-possibilità li jistgħu jitolbu estensjoni fil-maturità ta’ dan il-finanzjament, mingħajr preġudizzju għall-fatt li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jew finanzjarji jistgħu jaċċettaw jew jirrifjutaw dik it-talba skont il-politiki u l-proċeduri standard tagħhom (12).

13.

Ir-raba’, il-Kummissjoni tqis li l-irkupru tal-ekonomija tal-Unjoni se jkun iddeterminat l-aktar mill-ħeffa tal-programmi tat-tilqim u l-progressjoni ta’ varjanti possibbli tal-virus, iżda wkoll minn fatturi oħra mhux magħrufa bħall-istat tal-ekonomija internazzjonali u kif se jseħħ l-infiq u l-investiment tal-kumpaniji u tal-unitajiet domestiċi.

14.

Il-Kummissjoni tfakkar li r-riskju ta’ tnaqqis fl-investiment ta’ wara l-kriżi effettivament seħħ fl-Unjoni fis-snin ta’ wara l-kriżi tal-2008, minħabba żieda fid-dejn tas-settur privat. Meta l-kriżi attwali tispiċċa, id-diffikultajiet finanzjarji, l-avverżjoni għar-riskju u l-kapaċità ta’ riżerva f’xi setturi jistgħu wkoll iżommu lura l-investiment korporattiv u għaldaqstant it-tkabbir fit-tul.

15.

Huwa xieraq li jiġu pprovduti aktar għażliet għall-Istati Membri bbażati fuq l-Artikolu 107(3)(c) TFUE biex jappoġġaw direttament l-investimenti fl-assi kif ukoll jipprovdu strument biex titjieb il-pożizzjoni tal-ekwità tal-kumpaniji Ewropej, billi tiġi introdotta taqsima ġdida dwar l-appoġġ għall-investiment għal irkupru sostenibbli kif ukoll taqsima ġdida dwar l-appoġġ għas-solvenza. B’mod parallel, il-Kummissjoni tqis ukoll li huwa meħtieġ li jiġu applikati r-rekwiżiti ta’ notifika individwali għal skemi taħt linji gwida speċifiċi eżistenti b’importanza partikolari għall-irkupru b’mod aktar flessibbli għal ammont limitat ta’ żmien.

16.

Minn naħa waħda, l-appoġġ għall-investiment jenħtieġ li jiffaċilita l-iżvilupp tal-attivitajiet ekonomiċi meħtieġa biex jerġa’ jkun hemm tkabbir sostenibbli fit-tul, li jegħleb l-effetti ekonomiċi negattivi tal-kriżi inkluża d-diskrepanza fl-investiment li dejjem qed tikber. Għandu jappoġġa wkoll ekonomija aktar reżiljenti għall-futur, filwaqt li jillimita b’mod effettiv l-effetti negattivi potenzjali fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ.

17.

Dan it-tip ta’ appoġġ jista’ jgħin wkoll lill-Istati Membri biex jiżviluppaw b’mod partikolari dawk l-attivitajiet ekonomiċi meħtieġa biex jinkisbu l-objettivi tat-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali u jappoġġaw l-irkupru lejn futur aktar ekoloġiku u aktar diġitali filwaqt li jsaħħu r-reżiljenza u jippreservaw kundizzjonijiet ekwivalenti. Huwa rilevanti wkoll bħala parti mit-tneħħija gradwali tal-miżuri immedjati ta’ rispons għall-kriżijiet fuq żmien qasir, speċjalment f’termini ta’ appoġġ għal-likwidità, u tat-tranżizzjoni għal rkupru tal-ekonomija aktar fit-tul. Sabiex jinkiseb l-effett maħsub tal-infiq aċċellerat għall-investiment, l-applikazzjoni ta’ din il-miżura jenħtieġ li tkun limitata sal-31 ta’ Diċembru 2022.

18.

Il-pandemija u l-miżuri meħuda mill-Istati Membri biex jiġi miġġieled t-tixrid tal-virus COVID-19 wasslu għal tnaqqis immedjat fl-attività ekonomika fuq skala mingħajr preċedent, b’mod partikolari fir-rigward tal-investiment. Fid-dawl ta’ dawn iċ-ċirkostanzi eċċezzjonali maħluqa minn din il-kriżi, il-Kummissjoni tqis li d-dispożizzjonijiet tat-taqsima 3.13 ta’ din l-emenda jistgħu jiġu applikati għall-għajnuna mogħtija wara l-1 ta’ Frar 2020, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha u li b’mod partikolari jista’ jintwera effett ta’ inċentiv. Tali miżuri jeħtieġ li jsegwu l-istess objettiv bħal dak stabbilit fit-taqsima 3.13, jiġifieri jipprovdu stimolu biex tingħeleb id-diskrepanza fl-investiment akkumulata fl-ekonomija minħabba l-kriżi.

19.

Min-naħa l-oħra, l-appoġġ għas-solvenza huwa element importanti għall-iżvilupp ta’ attivitajiet ekonomiċi f’firxa wiesgħa ta’ setturi f’sitwazzjonijiet fejn l-impriżi qed ibatu minn proporzjonijiet ta’ dejn miżjuda minħabba l-kriżi. Minħabba ż-żieda makroekonomika ġenerali tad-dejn, l-Istati Membri jistgħu jfittxu li jipprovdu lill-impriżi b’aċċess aktar faċli għall-investimenti privati fil-forma ta’ ekwità filwaqt li jillimitaw l-effetti negattivi potenzjali fuq is-suq intern. Tali appoġġ jista’ jkun element importanti biex jissaħħaħ l-irkupru ekonomiku. Perjodu itwal ta’ applikazzjoni għal din it-tip ta’ miżura ta’ appoġġ għas-solvenza huwa xieraq minħabba l-kumplessità u ż-żmien meħtieġ biex jiġu stabbiliti skemi bħal dawn. F’dan l-isfond, il-perjodu ta’ applikazzjoni ta’ din it-tip ta’ miżura jenħtieġ li jiġi estiż sal-31 ta’ Diċembru 2023.

20.

Permezz tal-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku, (13) il-Kummissjoni tappoġġa l-Istati Membri fit-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ riformi mmirati li jegħlbu d-diskrepanza fl-investiment u jaċċelleraw it-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali. L-Istati Membri jistgħu jitolbu appoġġ permezz tal-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku biex ifasslu u jimplimentaw miżuri ta’ appoġġ għas-solvenza.

21.

Il-ħames, l-applikazzjoni tal-Qafas Temporanju wriet il-ħtieġa li jiġu introdotti kjarifiki addizzjonali u emendi għal punti oħrajn ta’ dan il-qafas, speċjalment fit-taqsima 1.3, fit-taqsima 3.11 u fit-taqsima 4, u jiżdiedu għodod ġodda taħt it-Taqsimiet 3.13 u 3.14.

22.

Għaldaqstant, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu li jimmodifikaw il-miżuri ta’ għajnuna eżistenti approvati mill-Kummissjoni skont il-Qafas Temporanju sabiex itawlu l-perjodu ta’ applikazzjoni tagħhom sat-30 ta’ Ġunju 2022, jippermettu r-ristrutturar jew il-konverżjoni ta’ ċerti strumenti sat-30 ta’ Ġunju 2023, jintroduċu miżuri ġodda li jappoġġaw l-investimenti għal irkupru sostenibbli sal-31 ta’ Diċembru 2022, jew jipprevedu miżuri ġodda li jagħtu appoġġ lis-solvenza sal-31 ta’ Diċembru 2023. L-Istati Membri jistgħu jipprevedu wkoll li jżidu l-baġit ta’ miżuri eżistenti approvati fid-dawl tat-taqsima 3.12 jew jintroduċu emendi oħra biex jallinjaw dawn il-miżuri mal-Qafas Temporanju, kif emendat minn din il-Komunikazzjoni. Dan jista’ jinkludi wkoll t-tfassil apposta ta’ miżuri ta’ għajnuna ġodda jew eżistenti għal setturi li huma partikolarment affettwati mill-kriżi fi Stati Membri speċifiċi fil-limiti tal-Qafas emendat.

23.

L-Istati Membri li għandhom fil-pjan li jestendu jew jimmodifikaw skemni eżistenti huma mistiedna jinnotifikaw il-lista tal-miżuri ta’ għajnuna kollha eżistenti li jipprevedu li jimmodifikaw u jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa elenkata fl-Anness ta’ din il-Komunikazzjoni. Dan jippermetti li l-Kummissjoni tadotta deċiżjoni waħda li tkopri l-lista ta’ miżuri notifikati.

24.

Fl-aħħar nett il-Kummissjoni tqis li jenħtieġ li tkompli tapplika d-dispożizzjonijiet tal-komunikazzjoni dwar l-assigurazzjoni ta’ kreditu għall-esportazzjoni għal żmien qasir (“STEC”) wara l-2021 biex tippermetti tranżizzjoni kkoordinata lejn il-prattika normali tas-suq jew l-adozzjoni ta’ skemi speċifiċi skont ir-regoli applikabbli fejn meħtieġ. Bħala konsegwenza, ittawwal it-tneħħija temporanja tal-pajjiżi kollha fuq il-lista ta’ pajjiżi b’riskju kummerċjabbli stabbilita fl-Anness tal-STEC sal-31 ta’ Marzu 2022.

25.

L-STEC tipprevedi li r-riskji kummerċjabbli ma għandhomx jiġu koperti mill-assigurazzjoni għall-esportazzjoni bi kreditu bl-appoġġ tal-Istati Membri. B’konsegwenza tal-pandemija tal-COVID-19, f’Marzu 2020 il-Kummissjoni sabet li hemm nuqqas ta’ kapaċità ta’ assigurazzjoni privata suffiċjenti fuq il-kreditu għall-esportazzjoni għal żmien qasir b’mod ġenerali u kkunsidrat ir-riskji kummerċjali u politiċi kollha assoċjati mal-esportazzjonijiet lejn il-pajjiżi elenkati fl-Anness tal-STEC bħala temporanjament mhux kummerċjabbli sal-31 ta’ Diċembru 2020 (14). Permezz tal-Komunikazzjonijiet tagħha tat-13 ta’ Ottubru 2020 u tat-28 ta’ Jannar 2021 il-Kummissjoni estendiet dik l-eċċezzjoni temporanja sat-30 ta’ Ġunju 2021 u sal-31 ta’ Diċembru 2021 rispettivament. L-STEC attwali se tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2021 u se tiġi sostitwita b’komunikazzjoni ġdida, li xorta se tqis il-kriterju tar-riskju mhux kummerċjabbli.

26.

Fil-kuntest tad-diffikultajiet kontinwi minħabba l-pandemija tal-COVID-19 u f’konformità mal-punti 35 u 36 tal-STEC, il-Kummissjoni wettqet konsultazzjoni pubblika biex tivvaluta d-disponibbiltà tal-assigurazzjoni ta’ kreditu għall-esportazzjoni għal żmien qasir sabiex tiddetermina jekk is-sitwazzjoni attwali tas-suq tistax tiġġustifika l-estensjoni tat-tneħħija tal-pajjiżi kollha mil-lista ta’ pajjiżi b’riskju kummerċjabbli fl-Anness tal-STEC lil hinn mill-31 ta’ Diċembru 2021.

27.

Meta jitqies l-eżitu tal-konsultazzjoni pubblika, kif ukoll is-sinjali globali tal-impatt tat-tfixkil kontinwu tal-COVID-19 fuq l-ekonomija tal-Unjoni kollha kemm hi, il-Kummissjoni tqis li l-estensjoni ta’ din it-tneħħija ta’ tliet xhur hija soluzzjoni adegwata li tippermetti tranżizzjoni bla xkiel qabel mal-pajjiżi elenkati fl-Anness jergħu jitqiesu kummerċjabbli mill-1 ta’ April 2022. L-evidenza ppreżentata fil-konsultazzjoni mill-assiguraturi privati u minn għadd ta’ Stati Membri tindika li assiguraturi privati bdew jipprovdu kopertura biex jinqdew l-esportaturi attivi fl-aktar swieq rilevanti. Fl-istess ħin, feedback ulterjuri jindika sitwazzjoni fejn il-kapaċità tas-suq għadha insuffiċjenti biex tkopri r-riskji kollha ekonomikament ġustifikabbli għall-esportazzjonijiet lejn pajjiżi mil-lista ta’ pajjiżi b’riskju kummerċjabbli fl-Anness tal-STEC. F’dawn iċ-ċirkostanzi, il-Kummissjoni għalhekk se tkompli tqis ir-riskji kummerċjali u politiċi kollha assoċjati mal-esportazzjonijiet lejn il-pajjiżi elenkati fl-Anness tal-STEC bħala temporanjament mhux kummerċjabbli sal-31 ta’ Marzu 2022, bħala estensjoni, biex tiġi żgurata t-tranżizzjoni bla xkiel lejn prattika normali tas-suq jew l-adozzjoni ta’ skemi speċifiċi skont ir-regoli applikabbli fejn meħtieġ.

2.   EMENDI FIL-QAFAS TEMPORANJU

28.

L-emendi li ġejjin fil-Qafas Temporanju għal miżuri ta’ għajnuna mill-Istat biex jingħata sostenn lill-ekonomija matul it-tifqigħa preżenti tal-COVID-19 se jidħlu fis-seħħ mit-18 ta’ Novembru 2021.

29.

Jiddaħħal il-punt 14bis li ġej:

“Il-Kummissjoni tirrikonoxxi li l-pandemija tal-COVID-19 u l-miżuri li ttieħdu biex titrażżan din il-pandemija ħolqu ċirkostanzi eċċezzjonali għal ħafna impriżi. F’din is-sitwazzjoni unika, u skont il-każijiet individwali, il-Kummissjoni tikkjarifika li jista’ jkun iġġustifikat li l-kontribuzzjonijiet proprji skont it-tifsira tal-punti minn (62) sa (64) tal-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta’ impriżi mhux finanzjarji f’diffikultà (*1) (il-‘Linji Gwida dwar is-Salvataġġ u r-Ristrutturar’) jibqgħu taħt il-50 % tal-kostijiet tar-ristrutturar, dment li jibqgħu sinifikanti u jinkludu finanzjament ġdid addizzjonali bil-kundizzjonijiet tas-suq. In-natura eċċezzjonali u imprevedibbli tas-sitwazzjoni attwali tista’ tippermetti wkoll eċċezzjonijiet mill-prinċipju ‘tal-ewwel u tal-aħħar darba’, skont il-punt (72)(c) tal-Linji Gwida dwar is-Salvataġġ u Ristrutturar, jekk id-diffikultajiet li reġa’ hemm jirriżultaw mill-pandemija tal-COVID-19 u t-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku ġġenerati minnha, jiġifieri, jekk l-impriża kkonċernata tkun saret impriża f’diffikultà minħabba l-pandemija tal-COVID-19 u t-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku suċċessiv. Sabiex jiġi evitat kull dubju, jenħtieġ li jiġi nnutat li għadhom japplikaw l-bqija tad-dispożizzjonijiet tal-Linji Gwida dwar is-Salvataġġ u r-Ristrutturar, u b’mod partikolari l-ħtieġa għal pjan ta’ ristrutturar, ir-ritorn għall-vijabbiltà fit-tul, u l-kondiviżjoni tal-piżijiet.”

(*1)  Komunikazzjoni tal-Kummissjoni (ĠU C 249, 31.7.2014, p. 1)."

30.

In-nota 19 f’qiegħ il-paġna, mehmuża mal-ittra a. tal-punt 22, hija sostitwita b’dan li ġej:

31.

“L-għajnuna mogħtija abbażi ta’ skemi approvati taħt din it-taqsima li tkun tħallset lura qabel ma ngħatat għajnuna ġdida taħt din it-taqsima ma għandhiex tiġi meqjusa biex jiġi determinat jekk inqabiżx il-limitu massimu rilevanti.”

32.

L-ittra a. tal-punt 22 hija sostitwita b’dan li ġej:

“a.

L-għajnuna ġenerali ma tkunx teċċedi EUR 2,3 miljun għal kull impriża fi kwalunkwe ħin partikolari. (*2) L-għajnuna tista’ tiġi konċessa fil-forma ta’ għotjiet diretti, benefiċċji fuq it-taxxa u fuq il-pagamenti jew f’forom oħra bħalma huma avvanzi ripagabbli, garanziji, self u ekwità dment li l-valur nominali totali ta’ dawn il-miżuri jibqa’ taħt il-limitu globali ta’ EUR 2,3 miljun għal kull impriża; iċ-ċifri kollha użati jridu jkunu grossi, jiġifieri, qabel kull tnaqqis ta’ taxxa jew imposti oħra;

(*2)  L-għajnuna mogħtija abbażi ta’ skemi approvati taħt din it-taqsima li tkun tħallset lura qabel ma ngħatat għajnuna ġdida ma għandhiex tiġi meqjusa biex jiġi determinat jekk inqabiżx il-limitu massimu rilevanti.”"

33.

L-ittra d. tal-punt 22 hija sostitwita b’dan li ġej:

“d.

l-għajnuna tingħata mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2022; (*3)

(*3)  Jekk l-għajnuna tingħata fil-forma ta’ benefiċċju fuq it-taxxa, l-obbligazzjoni tat-taxxa li fir-rigward tagħha jkun ġie mogħti dan il-benefiċċju trid tkun seħħet mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2022.”"

34.

L-ittra a. tal-punt 23 hija sostitwita b’dan li ġej:

“a.

l-għajnuna globali, fi kwalunkwe ħin partikolari, ma tkunx teċċedi EUR 345 000 għal kull impriża attiva fis-settur tas-sajd u tal-akkwakultura (*4) jew EUR 290 000 għal kull impriża attiva fil-produzzjoni primarja ta’ prodotti agrikoli (*5); (*6) l-għajnuna tista’ tiġi konċessa fil-forma ta’ għotjiet diretti, benefiċċji fuq it-taxxa u fuq il-pagamenti jew f’forom oħra bħalma huma avvanzi ripagabbli, garanziji, self u ekwità dment li l-valur nominali totali ta’ dawn il-miżuri ma jeċċedix il-limitu globali ta’ EUR 345 000 jew ta’ EUR 290 000 għal kull impriża; iċ-ċifri kollha użati jridu jkunu grossi, jiġifieri, qabel kull tnaqqis ta’ taxxa jew imposti oħra;

(*4)  Kif definit fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 717/2014 tas-27 ta’ Ġunju 2014 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna de minimis fis-settur tas-sajd u tal-akkwakultura (ĠU L 190, 28.6.2014, p. 45)."

(*5)  Kif stabbilit fl-Artikolu 2(5) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 702/2014 tal-25 ta’ Ġunju 2014 li jiddikjara ċertu kategoriji ta’ għajnuna fis-setturi tal-agrikoltura u l-forestrija u f’żoni rurali kompatibbli mas-suq intern bl-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 193, 1.7.2014, p. 1)."

(*6)  L-għajnuna mogħtija abbażi ta’ skemi approvati taħt din it-taqsima li tkun tħallset lura qabel ma ngħatat għajnuna ġdida ma għandhiex tiġi meqjusa biex jiġi determinat jekk inqabiżx il-limitu massimu rilevanti.”"

35.

Il-punt 23bis huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Meta impriża tkun attiva f’diversi setturi li għalihom ikunu japplikaw ammonti massimi differenti skont il-punti 22(a) u 23(a), l-Istat Membru kkonċernat għandu jiżgura, b’mezzi xierqa, bħalma huma s-separazzjoni tal-kontijiet, li jiġi rispettat il-limitu relevanti għal kull waħda minn dawn l-attivitajiet u li ma jeċċedix l-ammont massimu globali ta’ EUR 2,3 miljun għal kull impriża.” Meta impriża tkun attiva fis-setturi koperti mill-punt 23(a), jenħtieġ li l-ammont massimu globali ta’ EUR 345 000 ma jinqabiżx għal kull impriża.”

36.

In-nota 27 f’qiegħ il-paġna, mehmuża mal-punt 23, hija sostitwita b’dan li ġej:

“(*)

L-għajnuna mogħtija abbażi ta’ skemi approvati taħt din it-taqsima li tkun tħallset lura qabel ma ngħatat għajnuna ġdida taħt din it-taqsima ma għandhiex tiġi meqjusa biex jiġi determinat jekk inqabiżx il-limitu massimu rilevanti.”

37.

Il-punt 23ter huwa sostitwit b’dan li ġej:

“23ter.

Il-miżuri mogħtija f’din il-Komunikazzjoni fil-forma ta’ avvanzi ripagabbli, garanziji, self jew strumenti oħra ripagabbli jistgħu jiġu kkonvertiti f’forom oħra ta’ għajnuna bħal għotjiet, dment li l-konverżjoni sseħħ sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2023 u tkun konformi mal-kundizzjonijiet f’din it-taqsima.”

38.

L-ittra c. tal-punt 25 hija sostitwita b’dan li ġej:

“c.

Il-garanzija tingħata sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2022;”

39.

L-introduzzjoni tal-ittra d. tal-punt 25 hija sostitwita b’dan li ġej:

“d.

Fil-każ ta’ self b’maturità wara t-30 ta’ Ġunju 2022, l-ammont globali tas-self għal kull benefiċjarju ma għandux jeċċedi:”

40.

L-ittra e. tal-punt 25 hija sostitwita b’dan li ġej:

“e.

Fil-każ ta’ self li jimmatura sat-30 ta’ Ġunju 2022, l-ammont tal-kapital tas-self jista’ jkun ogħla milli hu fil-punt 25(d) b’ġustifikazzjoni xierqa pprovduta mill-Istat Membru lill-Kummissjoni u dment li tibqa’ assigurata l-proporzjonalità tal-għajnuna u l-Istat Membru juri dan lill-Kummissjoni;”

41.

L-ittra c. tal-punt 27 hija sostitwita b’dan li ġej:

“c.

Il-kuntratti tas-self jiġu ffirmati mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2022 u jkunu limitati għal massimu ta’ sitt snin, dment li ma jiġux modulati skont il-punt 27(b);”

42.

L-introduzzjoni tal-ittra d. tal-punt 27 hija sostitwita b’dan li ġej:

“d.

Fil-każ ta’ self b’maturità wara t-30 ta’ Ġunju 2022, l-ammont globali tas-self għal kull benefiċjarju ma jkunx jeċċedi:”

43.

L-ittra e. tal-punt 27 hija sostitwita b’dan li ġej:

“e.

Fil-każ ta’ self li jimmatura sat-30 ta’ Ġunju 2022, l-ammont tal-kapital tas-self jista’ jkun ogħla milli hu fil-punt 27(d) b’ġustifikazzjoni xierqa pprovduta mill-Istat Membru lill-Kummissjoni u dment li tibqa’ assigurata l-proporzjonalità tal-għajnuna u l-Istat Membru juri dan lill-Kummissjoni;”

44.

Jiddaħħal il-punt 27ter li ġej:

“27ter.

Il-Kummissjoni tqis li f’każ li strumenti ripagabbli mogħtija f’din it-taqsima, it-taqsima 3.1, jew it-taqsima 3.12 ikunu jeħtieġu ristrutturar, dan ikun kompatibbli dment li: (i) jkun bbażat fuq analiżi ekonomika soda tas-sitwazzjoni speċifika tal-każ individwali bħala parti mill-prattiki prudenzjali ordinarji; (ii) jirrispetta l-kundizzjonijiet tat-taqsima applikabbli speċjalment f’termini ta’ marġni tar-riskju ta’ kreditu minimi u tat-tul massimu, kif ukoll ir-rekwiżiti tat-taqsima 3.4 (fejn applikabbli); (iii) ma jwassalx għal żieda fl-ammont tas-self mogħti inizjalment; u (iv) tali ristrutturar iseħħ sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2023.”

45.

Il-punt 33 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“33.

F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni tikkunsidra r-riskji kummerċjali u politiċi kollha assoċjati mal-esportazzjonijiet lejn il-pajjiżi elenkati fl-Anness tal-STEC bħala temporanjament mhux kummerċjabbli sal-31 ta’ Marzu 2022.”

46.

L-ittra a. tal-punt 35 hija sostitwita b’dan li ġej:

“a.

L-għajnuna tiġi konċessa fil-forma ta’ għotjiet diretti, avvanzi ripagabbli jew benefiċċji fuq it-taxxa sat-30 ta’ Ġunju 2022;”

47.

L-ittra b. tal-punt 37 hija sostitwita b’dan li ġej:

“b.

L-għajnuna tiġi konċessa fil-forma ta’ għotjiet diretti, benefiċċji fuq it-taxxa jew avvanzi ripagabbli sat-30 ta’ Ġunju 2022;”

48.

L-ittra b. tal-punt 39 hija sostitwita b’dan li ġej:

“b.

L-għajnuna tiġi konċessa fil-forma ta’ għotjiet diretti, benefiċċji fuq it-taxxa jew avvanzi ripagabbli sat-30 ta’ Ġunju 2022;”

49.

Il-punt 41 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“41.

Il-Kummissjoni se tikkunsidra bħala kompatibbli mas-suq intern abbażi tal-Artikolu 107(3)(b) TFUE l-iskemi ta’ għajnuna li jikkonsistu f’differimenti temporanji tat-taxxi jew ta’ kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali li japplikaw għall-impriżi (inkluż individwi li jaħdmu għal rashom) li jkunu partikolarment affettwati mill-pandemija tal-COVID-19, pereżempju f’setturi jew reġjuni speċifiċi jew li jkunu ta’ ċertu daqs. Dan japplika wkoll għall-miżuri previsti fir-rigward ta’ obbligi fiskali u tas-sigurtà soċjali maħsuba biex itaffu r-restrizzjonijiet tal-likwidità li jħabbtu wiċċhom magħhom il-benefiċjarji, inkluż iżda mhux limitat għad-differiment ta’ pagamenti dovuti bin-nifs, aċċess eħfef għall-pjanijiet ta’ pagament ta’ dejn fiskali u għall-konċessjoni ta’ perjodi ħielsa mill-imgħax, is-sospensjoni tal-irkupru tad-dejn fiskali, u rifużjonijiet tat-taxxa mħaffa. L-għajnuna għandha tingħata qabel it-30 ta’ Ġunju 2022 u d-data ta’ skadenza għad-differiment ma għandhiex tkun aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2023.”

50.

L-ittra c. tal-punt 43 hija sostitwita b’dan li ġej:

“c.

L-għotjiet ta’ għajnuna individwali tal-iskema ta’ sussidju għall-pagi jingħataw mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2022, għall-impjegati li inkella kienu jingħataw is-sensja b’konsegwenza tas-sospensjoni jew tat-tnaqqis tal-attivitajiet kummerċjali minħabba l-pandemija tal-COVID-19 (jew għall-individwi li jaħdmu għal rashom li l-attività tan-negozju tagħhom intlaqtet b’mod negattiv mill-pandemija tal-COVID-19), u soġġett għall-kundizzjoni li l-persunal li jibbenefika minn dan is-sussidju jinżamm f’impjieg kontinwu għall-perjodu kollu li għalih tiġi konċessa l-għajnuna (jew soġġett għall-kundizzjoni li l-attività kummerċjali rilevanti tal-individwu li jaħdem għal rasu tinżamm għall-perjodu kollu li għalih tiġi konċessa l-għajnuna);”

51.

Il-punt 48 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“48.

Il-miżuri ta’ rikapitalizzazzjoni tal-COVID-19 ma għandhomx jiġu konċessi aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2022.”

52.

Jiddaħħal il-punt 77bis li ġej:

“77bis.

B’deroga minn dan ta’ hawn fuq, il-projbizzjoni fuq il-pagamenti tal-kupuni mhux obbligatorji ma tapplikax għal:

a.

strumenti kapitali ibridi maħruġa fl-istess ħin (*7) ta’, bl-istess livell ta’ subordinazzjoni ta’, u b’kupun ta’ mhux aktar minn 150 bps aktar mill-kupun fuq l-istrumenti kapitali ibridi tal-COVID-19. Barra minn hekk, l-istrumenti kapitali ibridi tal-COVID-19 jenħtieġ li jikkorrispondu għal aktar minn 20 % tal-ħruġ ibridu globali (*8);

b.

strumenti kapitali ibridi maħruġa wara kwalunkwe rikapitalizzazzjoni tal-COVID-19, dment li r-rikavati minn dawn l-istrumenti jintużaw esklużivament biex jinfdew l-istrumenti ta’ rikapitalizzazzjoni tal-COVID-19 u/jew l-istrumenti kapitali ibridi maħruġa f’konformità mal-punt 77bis preżenti; kif ukoll

c.

strumenti kapitali ibridi tal-COVID-19 kull meta jinbiegħu mill-Istat lil investituri privati (jiġifieri mhux awtoritajiet pubbliċi) bi prezz daqs jew akbar mill-valur pari tal-istrument ibridu flimkien ma’ kwalunkwe kupun dovut mhux imħallas inkluż l-imgħax kompost.

Fi kwalunkwe każ, il-pagamenti tal-kupuni mhux obbligatorji fuq strumenti kapitali ibridi tal-COVID-19 għandhom isiru qabel jew fl-istess ħin bħal kwalunkwe pagament tal-kupun rispettiv fuq strumenti kapitali ibridi li jibbenefikaw mit-tneħħija tal-projbizzjoni fuq il-pagamenti tal-kupuni mhux obbligatorji skont dan il-punt.

Mingħajr preġudizzju għall-opzjonijiet ta’ tifdija stabbiliti fl-ittra b., fil-każ ta’ tifdija parzjali jew sħiħa ta’ strumenti kapitali ibridi li jibbenefikaw mit-tneħħija tal-projbizzjoni fuq il-pagamenti tal-kupuni mhux obbligatorji skont dan il-punt, il-benefiċjarju għandu: (ii) jifdi mill-inqas l-istess ammont ta’ strumenti kapitali ibridi tal-COVID-19 (*9); jew (ii) joħroġ mill-inqas l-istess ammont ta’ strumenti kapitali ibridi ġodda; jew (iii) jekk la (i) u lanqas ma (ii) jiġu ssodisfati fi żmien sitt xhur, mit-tifdija parzjali jew sħiħa tal-istrumenti kapitali ibridi, tiżdied, b’mod retroattiv mid-data tat-tifdija tal-istrument kapitali ibridu, ir-remunerazzjoni fuq l-istrumenti kapitali ibridi pendenti tal-COVID-19. F’dan il-każ tal-aħħar, iż-żieda tar-remunerazzjoni tiġi kkalkulata bħala ż-żieda massima (*10) li tista’ tiġi applikata tul il-ħajja tal-istrumenti kapitali ibridi mifdija fuq l-ammont nominali ta’ dan l-istrument (*11), b’minimu ta’ 100 bps. Barra minn hekk, f’każ ta’ tifdija parzjali tal-istrumenti kapitali ibridi tal-COVID-19 jew fil-każ tal-ħruġ ta’ strumenti kapitali ibridi ġodda, l-ammont nominali li fuqu tiġi applikata din iż-żieda fir-remunerazzjoni jitnaqqas b’mod korrispondenti.

Din id-deroga se tapplika għall-istrumenti kapitali ibridi kollha msemmijin hawn fuq mit-18 ta’ Novembru 2021, inkluż fil-kuntest tal-miżuri ta’ rikapitalizzazzjoni tal-COVID-19 diġà mogħtija, kif awtorizzat mill-Kummissjoni, qabel din id-data.

(*7)  Għall-fini ta’ dan il-punt, strumenti kapitali ibridi maħruġa sa sitt xhur wara l-ħruġ tal-istrumenti kapitali ibridi tal-COVID-19 jitqiesu li nħarġu fl-istess ħin ta’ dawk l-istrumenti."

(*8)  Tali strumenti kapitali ibridi għandhom jitqiesu fil-valutazzjoni skont il-punt 54."

(*9)  Sal-ammont totali tal-istrumenti kapitali ibridi eżistenti tal-COVID-19."

(*10)  Id-differenza bejn ir-rati massimi u minimi tal-kupun miftiehma kuntrattwalment tul il-ħajja tal-istrumenti ibridi."

(*11)  Jekk il-benefiċjarju jifdi diversi segmenti ta’ strumenti kapitali ibridi b’rati tal-imgħax differenti, din il-kundizzjoni trid tiġi applikata għal kull segment b’mod indipendenti.”"

53.

L-ittra a. tal-punt 87 hija sostitwita b’dan li ġej:

“a.

L-għajnuna tiġi konċessa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2022 u tkopri spejjeż fissi mhux koperti mġarrba matul il-perjodu bejn l-1 ta’ Marzu 2020 u t-30 ta’ Ġunju 2022, inklużi dawk il-kostijiet imġarrba f’parti minn dan il-perjodu (il-‘perjodu eliġibbli’);”

54.

In-nota 75 f’qiegħ il-paġna, mehmuża mal-ittra b. tal-punt 87, hija sostitwita b’dan li ġej:

“(*)

Il-perjodu ta’ referenza huwa perjodu fl-2019 irrispettivament minn jekk il-perjodu eliġibbli huwiex fl-2020, fl-2021 jew fl-2022.”

55.

L-ittra d. tal-punt 87 hija sostitwita b’dan li ġej:

“d.

L-għajnuna globali ma għandhiex taqbeż it-EUR 12-il miljun għal kull impriża (*12). L-għajnuna tista’ tingħata fil-forma ta’ għotjiet diretti, benefiċċji fuq it-taxxa u fuq il-pagamenti jew f’forom oħra bħalma huma avvanzi ripagabbli, garanziji, self u ekwità dment li l-valur nominali totali ta’ dawn il-miżuri jibqa’ taħt il-limitu globali ta’ EUR 12-il miljun għal kull impriża; iċ-ċifri kollha użati jridu jkunu grossi, jiġifieri, qabel kull tnaqqis ta’ taxxa jew imposti oħra;

(*12)  L-għajnuna mogħtija abbażi ta’ skemi approvati taħt din it-taqsima li tkun tħallset lura qabel ma ngħatat għajnuna ġdida taħt din it-taqsima ma għandhiex tiġi meqjusa biex jiġi determinat jekk inqabiżx il-limitu massimu rilevanti.”"

56.

Jiddaħħal il-punt 87bis li ġej:

“87bis.

Il-miżuri mogħtija taħt din il-Komunikazzjoni fil-forma ta’ avvanzi ripagabbli, garanziji, self jew strumenti oħra ripagabbli tista’ tiġi kkonvertita f’forom oħra ta’ għajnuna bħal għotjiet, dment li l-konverżjoni sseħħ sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2023 u tkun konformi mal-kundizzjonijiet f’din it-taqsima.”

57.

Tiddaħħal it-taqsima li ġejja:

“3.13

Appoġġ għall-investiment lejn irkupru sostenibbli

88.

L-Istati Membri jistgħu jipprevedu l-appoġġ għall-investiment privat bħala xprun biex tingħeleb id-diskrepanza fl-investiment akkumulata fl-ekonomija minħabba l-kriżi. Dan l-ixprun jista’ jiffaċilita l-iżvilupp ta’ ċerti attivitajiet jew ta’ ċerti reġjuni ekonomiċi.

89.

Il-Kummissjoni se tqis miżuri bħal dawn bħala kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3)(c) TFUE dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

a.

L-għajnuna tingħata abbażi ta’ skema. L-ammont massimu ta’ għajnuna individwali li jista’ jingħata lil kull impriża għandu fil-prinċipju ma jaqbiżx il-1 % tal-baġit totali disponibbli għal skema bħal din, ħlief f’sitwazzjonijiet li jridu jiġu debitament iġġustifikati mill-Istat Membru.

b.

L-ispejjeż eliġibbli jistgħu jinkludu biss il-kostijiet tal-investimenti f’assi tanġibbli u intanġibbli. L-ispejjeż relatati max-xiri ta’ art jistgħu jiġu inklużi biss dment li jkunu parti minn investiment għall-produzzjoni ta’ oġġetti jew għall-provvista ta’ servizzi. L-investimenti finanzjarji mhumiex eliġibbli.

c.

L-Istati Membri jistgħu jillimitaw l-għajnuna għall-investimenti li jappoġġaw oqsma ekonomiċi speċifiċi ta’ importanza partikolari għall-irkupru ekonomiku. Madankollu, limiti bħal dawn jeħtieġ li jitfasslu b’mod wiesa’ u ma jkunux iwasslu għal limitazzjoni artifiċjali ta’ investimenti eliġibbli jew benefiċjarji potenzjali, li twassal biex ikunu fil-mira għadd żgħir ta’ impriżi biss.

d.

L-intensità tal-għajnuna ma tistax taqbeż il-15 % tal-kostijiet eliġibbli. Madankollu,

i.

għall-investimenti magħmula minn intrapriżi żgħar (*13), l-intensità tal-għajnuna tista’ tiżdied b’20 punt perċentwali;

ii.

għal investimenti magħmula minn SMEs (*14), l-intensità tal-għajnuna tista’ tiżdied b’10 punti perċentwali; jew

iii.

għal investimenti f’reġjuni megħjuna li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet tal-Artikolu 14 tar-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa, eskluż l-Artikolu 14(14) tar-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa, l-intensità tal-għajnuna tista’ tiżdied bl-intensità tal-għajnuna stabbilita fil-mappa tal-għajnuna reġjonali li tkun fis-seħħ fiż-żmien li tingħata l-għajnuna fiż-żona kkonċernata.

e.

L-għajnuna globali mogħtija f’din it-taqsima ma tistax taqbeż l-EUR 10 miljun għal kull impriża f’termini nominali, irrispettivament mill-istrument ta’ għajnuna speċifiku. Madankollu, fir-reġjuni megħjuna, l-għajnuna globali mogħtija f’din it-taqsima għal kull impriża ma tistax taqbeż l-ammont massimu ta’ għajnuna kkalkulat skont l-Artikolu 14 tar-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 14(14) tar-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa u abbażi tal-mapep ta’ għajnuna reġjonali applikabbli, miżjuda b’EUR 10 miljun f’termini nominali, irrispettivament mill-istrument ta’ għajnuna speċifiku.

f.

L-għajnuna tista’ tingħata f’forom differenti, inklużi f’għotjiet mhux ripagabbli, għotjiet jew differimenti tat-taxxa, rati tal-imgħax issussidjati fuq self, jew garanziji. Fil-każ ta’ strumenti ripagabbli, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu l-possibbiltà għall-konverżjoni f’għotjiet b’kundizzjonijiet definiti minn qabel u abbażi ta’ kriterji definiti minn qabel li jridu jiġu stabbiliti fl-iskema u speċifikati fid-deċiżjonijiet individwali tal-għoti. Strumenti ripagabbli bħal self kif ukoll garanziji jridu jkunu limitati għat-tul massimu ta’ tmien snin.

90.

Fil-valutazzjoni tal-effetti pożittivi tal-għajnuna apparagun tal-effetti negattivi tagħha fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ, il-Kummissjoni se tagħti attenzjoni partikolari lill-Artikolu 3 tar-Regolament tat-Tassonomija tal-UE (UE) 2020/852, inkluż il-prinċipju ‘La tagħmilx ħsara sinifikanti’ jew metodoloġiji komparabbli oħrajn. Il-Kummissjoni tqis li l-investimenti li jagħmlu ħsara sinifikanti lill-objettivi ambjentali (*15) mhux probabli li jkollhom biżżejjed effetti pożittivi li jegħlbu l-effetti negattivi tagħhom fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ (*16).

91.

L-għajnuna taħt din it-taqsima tista’ tiżdied ma’ għajnuna għall-investiment reġjonali notifikabbli u akkumulata ma’ tipi oħra ta’ għajnuna skont il-kundizzjonijiet speċifikati fil-punt 20 ta’ dan il-Qafas Temporanju. L-ammont totali tal-għajnuna fl-ebda ċirkostanza ma jista’ jaqbeż il-100 % tal-kostijiet eliġibbli. B’riżultat ta’ dan, l-akkumulazzjoni ma’ strumenti oħra ta’ għajnuna li jippermettu l-kopertura ta’ diskrepanza fil-finanzjament hija eskluża.

92.

L-għajnuna f’din it-taqsima ma tistax tingħata lil impriżi li diġà kienu f’diffikultà (fis-sens tar-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa (*17)) fil-31 ta’ Diċembru 2019. Dan ma japplikax għall-impriżi mikro jew żgħar (fis-sens tal-Anness I tar-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa) li kienu diġà f’diffikultà fil-31 ta’ Diċembru 2019, dment li ma jkunux soġġetti għal proċedura ta’ insolvenza kollettiva skont il-liġi nazzjonali, u li ma jkunu rċevew l-ebda għajnuna għas-salvataġġ (*18) jew għajnuna għar-ristrutturar (*19).

93.

L-għajnuna taħt din it-taqsima tista’ tingħata sal-31 ta’ Diċembru 2022. L-għajnuna għall-investimenti ta’ qabel l-1 ta’ Frar 2020 hija eskluża.

94.

L-għajnuna mogħtija taħt din it-taqsima għandha tiġi kkunsidrata li għandha effett ta’ inċentiv jekk il-benefiċjarju jkun ippreżenta applikazzjoni bil-miktub għal għajnuna lill-Istat Membru kkonċernat qabel ma tinbeda l-ħidma fuq l-investiment.

95.

B’deroga mill-punt 94, il-miżuri fil-forma ta’ benefiċċji fuq it-taxxa jitqiesu li għandhom effett ta’ inċentiv jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

a.

il-miżura tistabbilixxi d-dritt għall-għajnuna skont kriterji oġġettivi u mingħajr eżerċizzju ulterjuri ta’ diskrezzjoni min-naħa tal-Istat Membru; kif ukoll

b.

il-miżura ġiet adottata u daħlet fis-seħħ qabel ma nbdiet il-ħidma fuq l-investiment.

96.

Meta l-iskemi ta’ appoġġ għall-investiment jipprovdu esklussivament għajnuna fil-forma ta’ garanziji jew self jew strumenti simili ripagabbli, b’deroga mill-punt 89(e) l-għajnuna globali ma tistax taqbeż il-EUR 15-il miljun għal kull impriża f’termini nominali u b’deroga mill-punt 89(d) l-intensitajiet tal-għajnuna ma jistgħux jaqbżu t-30 % tal-ispejjeż eliġibbli. Fejn japplikaw il-kundizzjonijiet ta’ 89(d) (i), (ii), jew (iii), dan il-limitu jista’ jiżdied f’konformità ma’ dawn id-dispożizzjonijiet. L-iskemi f’dan il-punt għandhom jikkonformaw mal-punti 25(a), 25(b), 25bis l-ewwel u t-tieni sentenza, jew 27(a), 27(b), u 27bis l-ewwel u t-tieni sentenza rispettivament. L-akkumulu ma’ għajnuna oħra taħt din it-taqsima hija eskluża. Barra minn hekk, il-punti 29, 30 u 31 iridu jiġu rrispettati. Fil-każ tal-garanziji, dawn ma jistgħux jaqbżu:

i.

id-90 % tal-kapital tas-self meta t-telf jiġġarrab b’mod proporzjonali u taħt l-istess kundizzjonijiet mill-istituzzjoni ta’ kreditu u mill-Istat; jew

ii.

il-35 % tal-kapital tas-self, meta t-telf jiġi l-ewwel attribwit lill-Istat u jkun biss wara dan li jiġi attribwit lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (jiġifieri, garanzija kontra l-ewwel telf); kif ukoll

iii.

fiż-żewġ każijiet ta’ hawn fuq, jekk id-daqs tas-self jonqos maż-żmien, pereżempju għax is-self jibda jitħallas lura, l-ammont garantit irid jitnaqqas proporzjonalment;

97.

L-Istati Membri jistgħu jikkunsidraw ukoll li joħolqu jew jemendaw skemi eżistenti skont ir-regoli applikabbli għall-proġetti ambjentali jew ta’ riċerka, jiġifieri l-Linji Gwida dwar l-Għajnuna Ambjentali u għall-Enerġija (*20) jew il-Qafas ta’ Għajnuna għar-Riċerka, l-Iżvilupp u l-Innovazzjoni (*21) biex jappoġġaw l-irkupru sostenibbli tal-ekonomija. Il-Kummissjoni tqis li, fid-dawl tal-objettivi biex jiġi ffaċilitat l-irkupru b’ħeffa tal-ekonomija Ewropea, l-Istati Membri jistgħu temporanjament jipprevedu li joħolqu jew jemendaw skemi eżistent li jippermettu wkoll li tiġi koperta għajnuna individwali akbar skont dawn il-linji gwida, mingħajr il-ħtieġa ta’ notifika individwali dwar il-miżuri. Il-Kummissjoni tikkunsidra tali skemi ta’ għajnuna jew emendi ta’ skemi eżistenti bħala kompatibbli fejn il-limiti applikabbli għan-notifiki individwali jinqabżu b’sa 50 %, dment li d-dispożizzjonijiet l-oħra kollha tal-linji gwida applikabbli jiġu osservati, li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza l-miżura tittieħed qabel l-1 ta’ Jannar 2023, u li l-għajnuna individwali kkonċernata tingħata qabel l-1 ta’ Jannar 2024.

(*13)  Skont it-tifsira tal-Anness I tar-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa."

(*14)  Skont it-tifsira tal-Anness I tar-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa."

(*15)  Skont it-tifsira tal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2020/852 (ĠU L 198, 22.6.2020, p. 13)."

(*16)  Għall-miżuri li huma identiċi għall-miżuri fil-Pjanijiet għall-Irkupru u r-Reżiljenza kif approvati mill-Kunsill, il-konformità mal-prinċipju ‘La tagħmilx ħsara sinifikanti’ hija meqjusa bħala ssodisfata, ġaladarba diġà ġiet ivverifikata"

(*17)  Kif definit fl-Artikolu 2(18) tar-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa."

(*18)  Inkella, jekk ikunu rċevew għajnuna għas-salvataġġ, ikunu ħallsu lura s-self jew temmew il-garanzija fil-mument li tingħata l-għajnuna skont din il-Komunikazzjoni."

(*19)  Inkella, jekk ikunu rċevew għajnuna għar-ristrutturar, ma jkunx għadhom soġġetti għal pjan ta’ ristrutturar fil-mument li tingħata l-għajnuna skont din il-Komunikazzjoni."

(*20)  Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-protezzjoni ambjentali u l-enerġija 2014-2020 (ĠU C 200, 28.6.2014, p. 1)."

(*21)  Qafas għall-għajnuna mill-Istat għar-riċerka u l-iżvilupp u l-innovazzjoni (ĠU C 198, 27.6.2014, p. 1).”"

58.

Tiddaħħal it-taqsima li ġejja:

“3.14

Appoġġ għas-solvenza

98.

L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li jappoġġaw l-irkupru ekonomiku billi jsaħħu s-solvenza tal-impriżi. Dan jista’ jkun speċjalment il-każ fejn il-livelli tad-dejn tal-kumpaniji jkunu għolew minħabba l-kriżi ekonomika, li tista’ xxekkel aktar investiment u t-tkabbir fit-tul. Tali miżuri jenħtieġ li jitfasslu b’tali mod li jinċentivaw l-investimenti privati f’impriżi b’potenzjal ta’ tkabbir.

99.

Il-Kummissjoni se tqis miżuri bħal dawn bħala kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3)(c) TFUE dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

a.

L-appoġġ għas-solvenza jingħata bħala inċentiv għall-investimenti privati f’ekwità, dejn subordinat, jew kważi ekwità, inklużi parteċipazzjonijiet taċiti jew self parteċipattiv.

b.

L-għajnuna tingħata fuq il-bażi ta’ skema, fil-forma ta’ garanziji pubbliċi jew miżuri simili għal fondi ta’ investiment iddedikati, bħala inċentiv għall-investiment fil-benefiċjarji finali. Tali investiment għandu jsir permezz ta’ intermedjarji finanzjarji fil-forma ta’ dawn il-fondi ta’ investiment li bħala prinċipju jintgħażlu skont proċedura miftuħa, trasparenti u mhux diskriminatorja. Ir-remunerazzjoni tal-maniġers ta’ dawn il-fondi għandha bħala prinċipju tkun ibbażata fuq il-prestazzjoni tal-portafoll kollu tal-fond.

c.

Il-benefiċjarji finali eliġibbli huma limitati għall-SMEs u kumpaniji żgħar b’kapitalizzazzjoni medja (*22).

d.

Sakemm l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jaġixxu bħala intermedjarji finanzjarji fir-rigward ta’ miżuri meħuda f’din it-taqsima, pereżempju billi jittitolizzaw tali investimenti sabiex jagħmluhom disponibbli għal investituri oħra, huma jridu jikkondividu parti adegwata tar-riskju. Iż-żamma ta’ mill-inqas 10 % tal-volum ta’ tali strumenti fuq il-karta tal-bilanċ tal-istituzzjoni x’aktarx titqies bħala kondiviżjoni adegwata tar-riskju.

e.

L-iskemi eliġibbli jimmobilitaw investimenti ġodda addizzjonali minn investituri privati. Id-deċiżjonijiet ta’ investimenti jeħtieġ li jittieħdu b’mod li jkunu orjentati lejn il-profitt abbażi ta’ pjanijiet ta’ negozju jew ta’ investiment li juru li l-benefiċjarji finali eliġibbli huma impriżi vijabbli fuq terminu twil.

f.

L-investituri istituzzjonali kollha, irrispettivament min-natura jew mill-post ġeografiku tagħhom, jistgħu jinvestu fuq termini ugwali fil-fondi ta’ investiment li għandhom jiġu stabbiliti.

g.

L-għajnuna tiżgura li sehem xieraq tar-riskju jinġarr mill-investituri biex jiġu żgurati investimenti xprunati mill-profitt. Fil-każ tal-ewwel telf kopert mill-Istat, tali kondiviżjoni tar-riskju tista’ tinkiseb billi jiġi limitat il-valur ta’ tali garanzija jew miżura simili għal mhux aktar minn 30 % tal-portafoll sottostanti, filwaqt li jiġu inklużi biss l-ammonti prinċipali mingħajr imgħax jew kwalunkwe obbligazzjoni anċillari.

h.

It-tul tal-garanzija ma jkunx jaqbeż it-tmien snin b’kollox, irrispettivament mill-istrument sottostanti. Fil-każ ta’ garanziji fuq dejn, ma tridx tinqabeż il-maturità tal-istrument tad-dejn sottostanti. Għal investimenti f’ekwità, il-garanzija ma tistax tkopri investimenti magħmula mill-intermedjarju finanzjarju wara d-data speċifikata fil-punt 101.

i.

Il-mobilizzazzjoni tal-garanzija hija marbuta kuntrattwalment ma’ kundizzjonijiet speċifiċi (“eventi ta’ garanzija”) li jistgħu jaslu sad-dikjarazzjoni obbligatorja ta’ falliment tal-impriża benefiċjarja, jew kwalunkwe proċedura simili. Dawn il-kundizzjonijiet ikollhom jiġu miftiehma bejn il-partijiet meta inizjalment tingħata l-garanzija. Fil-każ ta’ garanziji pprovduti għal investimenti ta’ ekwità, it-telf eliġibbli jista’ jkun kopert biss mill-garanzija fil-mument meta l-fond jiġi xolt u l-investimenti kollha tal-portafoll ikunu ġew divestiti skont it-termini tas-suq.

j.

Ir-riskju meħud mill-Istat jkun jidher f’redditu adegwat u orjentat lejn is-suq. Tali redditu jista’ jieħu l-forma ta’ remunerazzjoni diretta fil-forma ta’ primjum ta’ garanzija jew drittijiet ta’ parteċipazzjoni fi profitti li għandhom jiġu akkumulati minn dawn il-fondi, anki skont in-natura tal-istrument (kemm jekk ikun self subordinat jew ekwità). Dan irid jiġi kkalibrat filwaqt li jitqies il-grad tal-investiment tal-benefiċjarji finali, it-tipi ta’ strumenti koperti, u t-tul ta’ żmien tal-protezzjoni mogħtija.

k.

Jiġu implimentati salvagwardji effettivi biex jiġi żgurat li l-vantaġġ jiġi mgħoddi lill-benefiċjarji finali kemm jista’ jkun possibbli.

l.

L-ammont totali tal-finanzjament ipprovdut ma jaqbiżx l-EUR 10 miljun għal kull impriża.

m.

B’ġustifikazzjoni xierqa pprovduta mill-Istat Membru lill-Kummissjoni u kundizzjonijiet addizzjonali biex jiġu limitati d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni, il-Kummissjoni tista’ taċċetta metodi alternattivi ta’ għażla u remunerazzjoni, ammonti ogħla ta’ finanzjament u/jew intrapriżi ta’ daqs medju.

100.

L-istituzzjonijiet finanzjarji huma esklużi bħala benefiċjarji finali.

101.

L-għajnuna f’din it-taqsima tista’ tingħata sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2023.

102.

L-għajnuna f’din it-taqsima tista’ tiġi akkumulata ma’ għajnuna oħra, dment li jkun hemm konformità mal-limiti rispettivi u kundizzjonijiet oħra għal għajnuna oħra bħal din. Madankollu, l-għajnuna taħt din it-taqsima ma tistax tingħata lil impriżi li jirċievu appoġġ skont it-taqsima 3.11 ta’ din il-Komunikazzjoni.

(*22)  Kif definit fil-punt 52 (xxvii) tal-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-promozzjoni ta’ investimenti ta’ finanzjament ta’ riskju, ĠU C 19, 22.1.2014, p. 4.”"

59.

Il-punti 88-96 huma nnumerati mill-ġdid bħala l-punti 103-111.

60.

Il-punt 90 huwa nnumerat mill-ġdid bħala l-punt 105 u huwa sostitwit b’dan li ġej:

“105.

Sat-30 ta’ Ġunju 2022, l-Istati Membri jridu jipprovdu lill-Kummissjoni b’lista ta’ miżuri li jkunu ttieħdu abbażi ta’ skemi approvati bis-saħħa ta’ din il-Komunikazzjoni.”

61.

Il-punt 93 huwa nnumerat mill-ġdid bħala l-punt 108 u huwa sostitwit b’dan li ġej:

“108.

Il-Kummissjoni tapplika din il-Komunikazzjoni mid-19 ta’ Marzu 2020, filwaqt li tqis l-impatt ekonomiku tal-pandemija tal-COVID-19, li kien jirrikjedi azzjoni immedjata. Din il-Komunikazzjoni hija ġustifikata miċ-ċirkustanzi eċċezzjonali preżenti u mhux se tibqa’ tiġi applikata wara d-dati speċifikati hawnhekk. Il-Kummissjoni se tirrieżamina t-Taqsimiet kollha ta’ din il-Komunikazzjoni qabel it-30 ta’ Ġunju 2022 abbażi ta’ kunsiderazzjonijiet importanti ekonomiċi jew marbutin mal-kompetizzjoni. Fejn ikun ta’ għajnuna, il-Kummissjoni tista’ wkoll tipprovdi kjarifiki ulterjuri dwar il-metodu tagħha fir-rigward ta’ kwistjonijiet partikolari.”

3.   L-ESTENSJONI TAT-TNEHHIJA TAL-LISTA TA’ PAJJIZI B’RISKJU KUMMERCJABBLI MILL-STEC

62.

Il-Kummissjoni tqis li r-riskji kummerċjali u politiċi kollha assoċjati mal-esportazzjonijiet lejn il-pajjiżi elenkati hawn taħt huma temporanjament mhux kummerċjabbli sal-31 ta’ Marzu 2022.

Il-Belġju

Ċipru

Is-Slovakkja

Il-Bulgarija

Il-Latvja

Il-Finlandja

Ir-Repubblika Ċeka

Il-Litwanja

L-Iżvezja

Id-Danimarka

Il-Lussemburgu

L-Awstralja

Il-Ġermanja

L-Ungerija

Il-Kanada

L-Estonja

Malta

L-Iżlanda

L-Irlanda

In-Netherlands

Il-Ġappun

Il-Greċja

L-Awstrija

New Zealand

Spanja

Il-Polonja

In-Norveġja

Franza

Il-Portugall

L-Iżvizzera

Il-Kroazja

Ir-Rumanija

Ir-Renju Unit

L-Italja

Is-Slovenja

L-Istati Uniti tal-Amerka


(1)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Marzu 2020, C(2020)1863 (ĠU C 91 I, 20.3.2020, p.1).

(2)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ April 2020, C(2020)2215 (ĠU C 112 I, 4.4.2020, p. 1).

(3)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Mejju 2020, C(2020)3156 (ĠU C 164, 13.5.2020, p. 3).

(4)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Ġunju 2020, C(2020)4509 (ĠU C 218, 2.7.2020, p. 3).

(5)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Ottubru 2020, C(2020)7127 (ĠU C 340 I 13.10.2020, p. 1).

(6)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Jannar 2021, C(2021)564 (ĠU C 34, 1.2.2021, p. 6).

(7)  ĠU C 392, 19.12.2012, p. 1.

(8)  Il-Kummissjoni Ewropea, l-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji: It-Tbassir tal-Ħarifa 2021 (Interim) (Novembru 2021).

(9)  Ara wkoll, il-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku: Prevention and management of a large number of corporate insolvencies (April 2021) (Il-prevenzjoni u l-ġestjoni ta’ għadd kbir ta’ insolvenzi korporattivi).

(10)  Il-Kummissjoni tiċċara li l-punt 9 tal-Komunikazzjoni tat-13 ta’ Ottubru 2020, C(2020) 7127 (ĠU C 340 I, 13.10.2020, p. 1), japplika wkoll għall-għajnuna mogħtija taħt it-taqsima 3.12 tal-Qafas Temporanju.

(11)  Dan huwa mingħajr preġudizzju għall-possibbiltajiet eżistenti li tingħata għajnuna ġdida taħt il-Qafas Temporanju, li tista’ tintuża biex jitħallsu lura strumenti eżistenti, dment li l-kundizzjonijiet rilevanti stabbiliti f’dan il-qafas jiġu ssodisfati. Għajnuna li tkun ġiet rimborżata qabel jew fl-istess żmien tal-għoti ta’ għajnuna ġdida ma għandhiex titqies biex jiġi determinat jekk inqabiżx il-limitu massimu rilevanti.

(12)  L-estensjoni jenħtieġ li ma tirriżultax f’żieda fir-rata tal-imgħax jew fir-rati tariffarji applikabbli għall-istrument sottostanti (inkluż minħabba tnaqqis fil-klassifikazzjoni tal-benefiċjarju finali anki jekk dan it-tnaqqis iseħħ qabel ma tiġi deċiża t-talba għal estensjoni).

(13)  Ir-Regolament (UE) 2021/240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2021 li jistabbilixxi Strument ta’ Appoġġ Tekniku, ĠU L 57, 18.2.2021, p. 1.

(14)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni li temenda l-Anness tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Istati Membri dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-assigurazzjoni ta’ kreditu għall-esportazzjoni għal żmien qasir, ĠU C 101 I, 28.3.2020, p. 1.


ANNESS

Informazzjoni li għandha tiġi pprovduta fil-lista ta’ miżuri ta’ għajnuna eżistenti awtorizzati skont il-Qafas Temporanju għall-miżuri ta’ għajnuna mill-Istat biex jingħata sostenn lill-ekonomija matul it-tifqigħa preżenti tal-COVID-19, li għalihom tiġi notifikata, lill-Kummissjoni, l-estensjoni tal-perjodu ta’ applikazzjoni, iż-żieda fil-baġit u/jew emendi oħra biex dawk il-miżuri jiġu allinjati mal-Qafas Temporanju, kif emendat minn din il-Komunikazzjoni.

L-Istati Membri huma mistiedna jiġbru flimkien l-emendi tagħhom billi jużaw din il-lista fin-notifika kollettiva, fejn applikabbli

Lista ta’ miżuri eżistenti u l-modifika prevista

Numru tal-għajnuna mill-Istat tal-miżura awtorizzata (1)

Titolu

Emenda notifikata

(potenzjalment għandha terġa’ tinqasam fl-emendi 1, 2, 3 eċċ.)

Punt rilevanti fil-Qafas Temporanju għall-modifiki ppjanati

Ikkonferma li ma hemm l-ebda bidla oħra fil-miżura eżistenti

Bażi ġuridika nazzjonali għall-emenda

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 


(1)  Jekk il-miżura ġiet emendata, indika n-numru tal-għajnuna mill-Istat tad-deċiżjoni inizjali ta’ awtorizzazzjoni.


24.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 473/16


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.10374 — BAIN CAPITAL / HITACHI METALS)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 473/02)

Fit 6 ta’ Ottubru 2021, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tas-sit web tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Dan is-sit web jipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fis-sit web EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32021M10374. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


24.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 473/17


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.10280 — ABP/Slaney/Linden)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 473/03)

Fit 2 ta’ Lulju 2021, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32021M10280. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

24.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 473/18


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-23 ta’ Novembru 2021

(2021/C 473/04)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1259

JPY

Yen Ġappuniż

129,36

DKK

Krona Daniża

7,4364

GBP

Lira Sterlina

0,84185

SEK

Krona Żvediża

10,1330

CHF

Frank Żvizzeru

1,0492

ISK

Krona Iżlandiża

147,60

NOK

Krona Norveġiża

10,0710

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,445

HUF

Forint Ungeriż

370,91

PLN

Zloty Pollakk

4,7119

RON

Leu Rumen

4,9495

TRY

Lira Turka

14,1306

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5581

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4324

HKD

Dollaru ta’ Hong Kong

8,7744

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6241

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5381

KRW

Won tal-Korea t’Isfel

1 340,60

ZAR

Rand ta’ l-Afrika t’Isfel

17,8490

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,1943

HRK

Kuna Kroata

7,5240

IDR

Rupiah Indoneżjan

16 069,18

MYR

Ringgit Malażjan

4,7277

PHP

Peso Filippin

57,119

RUB

Rouble Russu

84,5002

THB

Baht Tajlandiż

37,275

BRL

Real Brażiljan

6,3298

MXN

Peso Messikan

23,7773

INR

Rupi Indjan

83,8395


(1)  Sors: rata tal-kambju ta’ referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


24.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 473/19


Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

(2021/C 473/05)

Image 1

Naħa nazzjonali tal-munita kommemorattiva l-ġdida taż-żewġ euro, maħsuba biex titqiegħed fiċ-ċirkolazzjoni u maħruġa mil-Litwanja

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-Żona tal-Euro. Biex tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). F’konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-Żona tal-Euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jipprevedi l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti taż-żewġ euro biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra taż-żewġ euro, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun tassew simboliku f’termini nazzjonali jew Ewropej.

Il-pajjiż tal-ħruġ: Il-Litwanja

Is-suġġett tal-kommemorazzjoni: Dzūkija (mis-serje “Reġjuni Etnografiċi Litwani”)

Id-deskrizzjoni tad-disinn: Id-disinn għandu stemma araldika b’suldat bl-armatura li jżomm halberd f’idu l-leminija u bid-driegħu tax-xellug tiegħu qed iserraħ fuq tarka Baltika tal-fidda. L-istemma araldika mqiegħda fuq travu hi miżmuma minn żewġ linċi. Taħt hemm imdendla żigarella bi skrizzjoni Latina EX GENTE BELICOSIMA POPULUS LABORIOSUS (NIES LI JAĦDMU ĦAFNA MINN TRIBU AĦRAX).

Id-disinn huwa mdawwar bl-iskrizzjonijiet LIETUVA (LITWANJA), DŽUKIJA, is-sena tal-ħruġ (2021) u l-marka taz-Zekka Litwana. Id-disinn inħadem minn Rolandas Rimkūnas.

Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

L-għadd ta’ muniti li huwa stmat li se jinħarġu:500 000

Id-data tal-ħruġ: It-tielet kwart tal-2021


(1)  Ara l-ĠU C 373, 28.12.2001, pp. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji-gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, pp. 52).


24.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 473/20


Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

(2021/C 473/06)

Image 2

Naħa nazzjonali tal-munita kommemorattiva l-ġdida ta’ żewġ euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni u maħruġa mill-Finlandja

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-Żona tal-Euro. Biex tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). F’konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-Żona tal-Euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jipprevedi l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti taż-żewġ euro biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra taż-żewġ euro, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun tassew simboliku f’termini nazzjonali jew Ewropej.

Il-pajjiż tal-ħruġ: Il-Finlandja

Is-suġġett tal-kommemorazzjoni: Il-mitt sena mill-awtonomija ta’ Åland

Id-deskrizzjoni tad-disinn: It-tema tal-munita hija l-pajsaġġ tal-arċipelagu magħmul minn forom intaljati. In-nofs t’isfel tad-disinn għandu ponta b’sinjali nawtiċi, il-pruwa ta’ dgħajsa u id li żżomm boxxla. Il-linja tan-nofs orizzontali tad-disinn għandha orizzont tal-baħar. In-nofs ta’ fuq tad-disinn għandu sema u sħab. Fin-naħa t’isfel, f’nofs ċirku, hemm l-iskrizzjoni “AWTONOMIJA TAL-GŻEJJER ÅLANDA GĦALL-100 SENA” bil-Finlandiż. Fin-naħa ta’ fuq, f’nofs ċirku, hemm l-iskrizzjoni “AWTONOMIJA TAL-GŻEJJER ÅLANDA GĦAL 100 SENA” bl-Iżvediż. Fiċ-ċentru hemm żewġ punti ewlenin forma ta’ djamant bejn it-testi, wieħed fuq ix-xellug u l-ieħor fuq il-lemin. Fuq id-djamanti, fuq in-naħa tal-lemin hemm l-iskrizzjoni “2021 FI” u fuq in-naħa tax-xellug il-marka taz-Zekka tal-Finlandja.

Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

L-għadd ta’ muniti li huwa stmat li se jinħarġu:800 000

Id-data tal-ħruġ: Il-Ħarifa 2021


(1)  Ara l-ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1, għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).


24.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 473/21


Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

(2021/C 473/07)

Image 3

Wiċċ nazzjonali tal-munita kommemorattiva l-ġdida taż-żewġ euro, maħsuba biex titqiegħed fiċ-ċirkolazzjoni u maħruġa mill-Portugall

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-Żona tal-Euro. Biex tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). F’konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009, (2) l-Istati Membri taż-Żona tal-Euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jipprevedi l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti taż-żewġ euro biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra taż-żewġ euro, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun tassew simboliku f’termini nazzjonali jew Ewropej.

Il-pajjiż tal-ħruġ: Il-Portugall

Is-suġġett tal-kommemorazzjoni: Il-logħob Olimpiku ta’ Tokjo

Id-deskrizzjoni tad-disinn: Id-disinn juri s-simboli tal-Kumitat Olimpiku Portugiż. Id-disinn kien kiseb l-approvazzjoni tal-Kunsill fl-2020 billi inizjalment kien maħsub li jinħareġ f’nofs l-2020. Madankollu, Casa da Moeda u l-Kumitat Olimpiku qablu li jipposponu l-ħruġ tagħha skont il-kalendarju l-ġdid tal-Logħob mit-23 ta’ Lulju 23 sat-8 ta’ Awwissu 2021, minħabba l-pandemija tal-COVID-19. Għal din ir-raġuni xi dettalji tad-disinn dwar l-ittri ġew aġġornati, b’mod speċifiku l-format imqassar b’żewġ ċifri għas-sena 2020 (bl-użu ta’ apostrofu: “Tóquio’20”) segwit bis-sena tal-ħruġ 2021, u fl-aħħar nett l-isem tad-disinjatur li jidher ħdejn il-marka taz-zekka.

Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

L-għadd ta’ muniti li huwa stmat li se jinħarġu:510 000

Id-data tal-ħruġ: F’nofs l-2021


(1)  Ara l-ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji-gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).


24.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 473/22


Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

(2021/C 473/08)

Image 4

Wiċċ nazzjonali tal-munita kommemorattiva l-ġdida taż-żewġ euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni u maħruġa minn Malta

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-Żona tal-Euro. Biex tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). F’konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-Żona tal-Euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jipprevedi l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti taż-żewġ euro biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra taż-żewġ euro, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun tassew simboliku f’termini nazzjonali jew Ewropej.

Il-pajjiż tal-ħruġ: Malta

Is-suġġett tal-kommemorazzjoni: It-tempji preistoriċi Maltin ta’ Ħal Tarxien (mis-serje Sit ta’ Wirt Dinji tal-UNESCO)

Id-deskrizzjoni tad-disinn: Id-disinn juri dettall tal-istruttura preistorika. Fin-naħa ta’ fuq hemm l-iskrizzjoni “TARXIEN TEMPLES 3600-2500 BC”. Fil-qiegħ hemm l-isem tal-pajjiż tal-ħruġ “MALTA” u taħtu tidher is-sena tal-ħruġ “2021”.

Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

L-għadd ta’ muniti li huwa stmat li se jinħarġu:181 000

Id-data tal-ħruġ: Ottubru 2021


(1)  Ara l-ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji-gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Kummissjoni Ewropea

24.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 473/23


Sejħa għall-proposti 2022 — EAC/A09/2021

Il-Programm Erasmus+

(2021/C 473/09)

1.   Introduzzjoni u Għanijiet

Din is-sejħa għall-proposti hija msejsa fuq ir-Regolament (UE) 2021/817 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2021 li jistabbilixxi “Erasmus+”: il-Programm tal-Unjoni għall-edukazzjoni u taħriġ, żgħażagħ u sport (1). Il-Programm Erasmus + ikopri l-perjodu mill-2021 sal-2027. L-għanijiet tal-programm tal-Programm Erasmus+ huma elenkati fl-Artikolu 3 tar-Regolament.

2.   Azzjonijiet

Din is-sejħa għall-proposti tkopri dawn l-azzjonijiet tal-Programm Erasmus+:

L-Azzjoni Ewlenija 1 (KA1) — Il-mobbiltà fit-tagħlim tal-individwi:

Il-mobbiltà tal-individwi fil-qasam tal-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ

Attivitajiet ta’ parteċipazzjoni taż-żgħażagħ

DiscoverEU – Azzjoni Inklużiva

Skambji virtwali fl-edukazzjoni għolja u ż-żgħażagħ

Azzjoni Ewlenija 2 (KA2) — Kooperazzjoni fost l-organizzazzjonijiet u l-istituzzjonijiet

Sħubijiet għall-Kooperazzjoni:

Sħubijiet ta’ Kooperazzjoni

Sħubijiet fuq Skala żgħira

Sħubijiiet għall-Eċċellenza:

Ċentri ta’ Eċċellenza Vokazzjonali

Akkademja tal-Għalliema tal-Erasmus+

Azzjonijiet Erasmus Mundus

Sħubijiet għall-Innovazzjoni:

Alleanzi għall-innovazzjoni

Proġetti li jħarsu ’l quddiem

Bini tal-kapaċitajiet fl-edukazzjoni għolja, l-edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali, iż-żgħażagħ u l-isport

Avvenimenti Sportivi Ewropej mingħajr Skop ta’ Qligħ

Azzjoni Ewlenija 3 (KA3) — Appoġġ għall-iżvilupp tal-politika u l-kooperazzjoni

Żgħażagħ Ewropej Flimkien

Azzjonijiet Jean Monnet:

Jean Monnet fil-qasam tal-edukazzjoni għolja:

Jean Monnet f’oqsma oħra tal-edukazzjoni u tat-taħriġ

3.   Eliġibbiltà

Kull korp pubbliku jew privat li hu attiv fl-oqsma tal-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport jista’ japplika għal finanzjament mill-Programm Erasmus+. Barra minn hekk, il-gruppi taż-żgħażagħ li huma attivi fil-ħidma taż-żgħażagħ, iżda mhux bilfors fil-kuntest ta’ organizzazzjoni taż-żgħażagħ, jistgħu japplikaw għal finanzjament fejn tidħol il-mobbiltà tat-tagħlim taż-żgħażagħ u tal-ħaddiema żgħażagħ, l-attivitajiet tal-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ u l-azzjoni inklużiva DiscoverEU.

Dawn il-Pajjiżi li ġejjin jistgħu jieħdu sehem sħiħ fl-azzjonijiet tal-Programm Erasmus+ (2):

is-27 Stat Membru tal-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi u t-territorji extra Ewropej,

il-pajjiżi terzi assoċjati mal-Programm:

il-pajjiżi tal-EFTA/ŻEE: l-Iżlanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja,

il-pajjiżi kandidati tal-UE: ir-Repubblika tat-Turkija, ir-Repubblika tal-Maċedonja ta’ Fuq u r-Repubblika tas-Serbja (3).

Barra minn hekk, ċerti azzjonijiet tal-Programm Erasmus+ huma miftuħa għal organizzazzjonijiet minn pajjiżi terzi mhux assoċjati mal-Programm.

Jekk jogħġbok ara l-Gwida tal-Programm 2022 tal-Erasmus+ għal aktar dettalji dwar il-modalitajiet tal-parteċipazzjoni.

4.   Baġit u durata tal-proġetti

L-istima tal-baġit totali allokat għal din is-sejħa għall-proposti hija EUR 3 179 miljun:

L-Edukazzjoni u t-Taħriġ:

EUR

2 813,11 miljun

Iż-Żgħażagħ:

EUR

288,13 miljun

L-Isport:

EUR

51,89 miljun

Jean Monnet:

EUR

25,8 miljun

Il-baġit totali allokat għas-sejħa għall-proposti, kif ukoll it-tqassim tiegħu huma indikattivi, u jistgħu jiġu mmodifikati soġġett għal emenda tal-Programm ta’ Ħidma Annwali tal-Erasmus+. L-applikanti potenzjali mistiedna jikkonsultaw regolarment il-Programm ta’ Ħidma Annwali Erasmus + u l-emendi tagħhom, ippubblikati fuq:

https://ec.europa.eu/programmes/erasmus-plus/resources/documents/annual-work-programmes_en

fir-rigward tal-baġit disponibbli għal kull azzjoni koperta mis-sejħa.

Il-livell tal-għotjiet kif ukoll id-durata tal-proġetti jvarjaw skont il-fatturi bħalma huma t-tip ta’ proġett u l-għadd ta’ sħab involuti.

Il-benefiċjarji jistgħu jiddikjaraw il-kostijiet tax-xogħol imwettaq minn voluntiera fl-ambitu ta’ azzjoni jew ta’ programm ta’ ħidma abbażi tal-kostijiet unitarji awtorizzati u definiti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (2019)2646. Jekk jogħġbok ara l-Gwida tal-Programm Erasmus+ għal aktar struzzjonijiet dettaljati dwar l-eliġibbiltà tal-kostijiet tal-voluntiera.

5.   Data ta’ skadenza għat-tressiq tal-applikazzjonijiet

L-iskadenzi tal-applikazzjonijiet imsemmija hawn taħt kollha jirreferu għall-ħin ta’ Brussell.

Azzjoni Ewlenija 1

Il-mobbiltà tal-individwi fil-qasam tal-edukazzjoni għolja

it-23 ta’ Frar f’12:00

Il-mobbiltà tal-individwi fl-oqsma tal-ETV, l-edukazzjoni skolastika u l-edukazzjoni għall-adulti

it-23 ta’ Frar f’12:00

Il-mobbiltà internazzjonali li tinvolvi pajjiżi terzi mhux assoċjati mal-programm

it-23 ta’ Frar f’12:00

L-akkreditazzjonijiet tal-Erasmus fl-ETV, l-edukazzjoni skolastika u l-edukazzjoni għall-adulti

id-19 ta’ Ottubru f’12:00

L-akkreditazzjoni tal-Erasmus fil-qasam taż-żgħażagħ

id-19 ta’ Ottubru f’12:00

Il-mobbiltà tal-individwi fil-qasam taż-żgħażagħ

it-23 ta’ Frar f’12:00

Il-mobbiltà tal-individwi fil-qasam taż-żgħażagħ

l-4 ta’ Ottubru f’12:00

DiscoverEU – Azzjoni Inklużiva

l-4 ta’ Ottubru f’12:00

Skambji virtwali fil-qasam tal-edukazzjoni għolja u ż-żgħażagħ

l-20 ta’ Settembru fil-17: 00


Azzjoni Ewlenija 2

Sħubiji ta’ kooperazzjoni fl-oqsma tal-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ, ħlief dawk ippreżentati mill-NGOs Ewropej

it-23 ta’ Marzu f’12:00

Sħubijiet ta’ kooperazzjoni fil-qasam tal-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ sottomessi mill-NGOs Ewropej

it-23 ta’ Marzu fil-17:00

Sħubijiet ta’ kooperazzjoni fil-qasam tal-isport

it-23 ta’ Marzu fil-17:00

Sħubijiet ta’ skala żgħira fl-oqsma tal-edukazzjoni tal-iskola, l-edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali, l-edukazzjoni għall-adulti u ż-żgħażagħ

it-23 ta’ Marzu f’12:00

Sħubijiet ta’ skala żgħira fl-oqsma tal-edukazzjoni tal-iskola, l-edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali, l-edukazzjoni għall-adulti u ż-żgħażagħ

l-4 ta’ Ottubru f’12:00

Sħubijiet ta’ skala żgħira fil-qasam tal-isport

it-23 ta’ Marzu fil-17:00

Ċentri ta’ Eċċellenza Vokazzjonali

is-7 ta’ Settembru fil-17: 00

Akkademja tal-Għalliema tal-Erasmus+

is-7 ta’ Settembru fil-17: 00

Azzjonijiet Erasmus Mundus

is-16 ta’ Frar fil-17:00

Alleanzi għall-Innovazzjoni

il-15 ta’ Settembru fil-17: 00

Proġetti li jħarsu ’l quddiem

il-15 ta’ Marzu fil-17:00

Il-bini tal-kapaċitajiet fil-qasam tal-Edukazzjoni Għolja

is-17 ta’ Frar fil-17:00

Il-bini tal-kapaċitajiet fil-qasam tal-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali

il-31 ta’ Marzu fil-17:00

Il-bini tal-kapaċitajiet fil-qasam taż-Żgħażagħ

is-7 ta’ April fil-17:00

Il-bini tal-kapaċitajiet fil-qasam tal-Isport

is-7 ta’ April fil-17:00

Avvenimenti Sportivi Ewropej mingħajr Skop ta’ Qligħ

it-23 ta’ Marzu fil-17:00


Azzjoni Ewlenija 3

Żgħażagħ Ewropej Flimkien

it-22 ta’ Marzu fil-17:00


Networks u Azzjonijiet Jean Monnet

l-1 ta’ Marzu fil-17:00

 

Jekk jogħġbok ara l-Gwida tal-Programm Erasmus+ għal aktar struzzjonijiet dettaljati dwar is-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet.

6.   Informazzjoni fid-dettall

Ara l-kundizzjonijiet ta’ din is-sejħa għall-proposti fid-dettall, inklużi l-prijoritajiet, fil-Gwida tal-Programm Erasmus+ tal-2022:

https://erasmus-plus.ec.europa.eu/mt/programme-guide/erasmus-gwida-tal-programm

Il-Gwida tal-Programm Erasmus+ tifforma parti integrali minn din is-sejħa għall-proposti u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni u l-finanzjament li jissemmew fiha japplikaw bis-sħiħ għal din is-sejħa.


(1)  OV L 189, 28 ta’ Mejju 2021., 1. lpp.

(2)  L-attivitajiet Jean Monnet huma miftuħa għal organizzazzjonijiet minn madwar id-dinja kollha.

(3)  Soġġett għall-iffirmar tal-Ftehimiet ta’ Assoċjazzjoni bilaterali.


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

24.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 473/27


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10523 — Nordic Capital / Rothschild / TA Associates / RLDatix)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 473/10)

1.   

Fis-16 ta’ Novembru 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Nordic Capital X Limited (“Nordic Capital”, Jersey),

Five Arrows Managers LLP (ir-Renju Unit) u Five Arrows Managers (USA) LLC (l-Istati Uniti tal-Amerka) (“Five Arrows”), it-tnejn ikkontrollati minn Rothschild & Co S.C.A. (“Rothschild”, Franza),

TA Associates Management, L.P. (″TA Associates″, l-Istati Uniti tal-Amerka),

Datix (Holdings) Limited (″RLDatix″, ir-Renju Unit).

Nordic Capital, Five Arrows u TA Associates jakkwistaw, fis-sens tal-Artikoli 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ RLDatix.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Nordic Capital: fond ta’ ekwità privata li jiffoka fuq investimenti primarjament fis-setturi tal-kura tas-saħħa, tat-teknoloġija u l-pagamenti, tas-servizzi finanzjarji, industrijali u tas-servizzi tan-negozju u tal-prodotti għall-konsumatur fir-reġjun Nordiku u pajjiżi magħżula tal-Ewropa tat-Tramuntana,

Rothschild: grupp konsultattiv finanzjarju li jipprovdi M&A, pariri dwar l-istrateġija u l-finanzjament, kif ukoll soluzzjonijiet ta’ investiment u ġestjoni tal-ġid lil istituzzjonijiet kbar, familji, individwi u gvernijiet, madwar id-dinja,

TA Associates: konsulent dwar l-investiment għall-fondi ta’ TA Associates, investitur fis-setturi tat-teknoloġija, is-servizzi finanzjarji, il-kura tas-saħħa, il-konsumatur u n-negozju fl-Amerka ta’ Fuq,

RLDatix: fornitur ta’ sett ta’ software tat-teknoloġija tas-sikurezza tal-pazjenti bbażat fuq il-cloud. Dan l-aħħar, RLDatix akkwistat Allocate, fornitur ta’ soluzzjonijiet tal-forza tax-xogħol li jiffoka fuq l-appoġġ għall-ħtiġijiet operazzjonali u amministrattivi tal-professjonisti tal-kura tas-saħħa fl-ambjenti kollha tal-kura tas-saħħa.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10523 — Nordic Capital / Rothschild / TA Associates / RLDatix

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


24.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 473/29


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10475 — United Group / Wind Hellas)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 473/11)

1.   

Fis-16 ta’ Novembru 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

United Group B.V. (“United Group”, in-Netherlands),

Wind Hellas (“Wind”, il-Greċja).

United Group takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Għaqdiet, il-kontroll ta’ Wind kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

United Group: il-forniment ta’ servizzi tat-telekomunikazzjoni u tal-media fix-Xlokk tal-Ewropa. Minn Novembru 2020, United Group huwa attiv fil-Greċja u Ċipru permezz tas-sussidjarja li hija proprjetà kollha kemm ta’ Nova Telecommunication S.M.S.A. (li qabel kienet Forthnet), operatur tat-telekomunikazzjonijiet li jipprovi telefonija fissa u servizzi ta’ broadband fissa fil-Greċja u servizzi ta’ televiżjoni bil-ħlas fil-Greċja u Ċipru. Finalment, il-Grupp Uniti huwa kkontrollat b’mod esklużiv minn BC Partners LLP, ditta tal-investiment globali tal-ekwità;

Wind: il-forniment ta’ servizzi mobbli, fissi u tal-Internet kif ukoll, marġinalment, servizzi ta’ televiżjoni bi ħlas lill-konsumatur, fil-Greċja.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jintbagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10475 — United Group / Wind Hellas

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


24.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 473/30


DEĊIŻJONI TA’ GĦELUQ TA’ PROĊEDURA TA’ INVESTIGAZZJONI FORMALI WARA IRTIRAR MINN STAT MEMBRU

Għajnuna mill-istat – Il-Polonja

(L-Artikoli minn 107 sa 109 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea)

Avviż tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 108(2) TFUE – Irtirar ta’ notifika

Għajnuna mill-Istat SA.51987 (2019/C) (ex 2018/N) - Il-Polonja - In-network tat-tisħin distrettwali - Tarnobrzeg, SA.52084 (2019/C) (ex 2018/N) - In-network tat-tisħin distrettwali - Ropczyce, SA.52238 (2019/C) (ex 2018/N) - In-network tat-tisħin distrettwali - Lesko, SA.54236 (2019/C) (ex 2019/N) - In-network tat-tisħin distrettwali - Dębica, u SA.55273 (2019/C) (ex 2019/N) - In-network tat-tisħin distrettwali - Ustrzyki Dolne

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 473/12)

Il-Kummissjoni ddeċidiet li tagħlaq il-proċedura formali ta’ investigazzjoni permezz tal-Artikolu 108(2) TFUE, mibdija fil-25 ta’ Ottubru 2019 (1) fir-rigward tal-miżura msemmija hawn fuq, fejn irreġistrat li l-Polonja rtirat in-notifiki tagħha fil-21 ta’ April 2020 u fil-11 ta’ Ġunju 2021.


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-każijiet SA.51987 (2019/C) (ex 2018/N) - Il-Polonja - In-network tat-tisħin distrettwali - Tarnobrzeg, SA.52084 (2019/C) (ex 2018/N) - In-network tat-tisħin distrettwali - Ropczyce, SA.52238 (2019/C) (ex 2018/N) - In-network tat-tisħin distrettwali - Lesko, SA.54236 (2019/C) (ex 2019/N) - In-network tat-tisħin distrettwali - Dębica, u SA.55273 (ex 2019/N) - In-network tat-tisħin distrettwali - Ustrzyki Dolne (ĠU C 411, 6.12.2019, p. 6).


24.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 473/31


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10513 — ACCIAIERIA ARVEDI / FINARVEDI / ACCIAI SPECIALI TERNI / THYSSENKRUPP STAINLESS / THYSSENKRUPP STAINLESS TURKEY METAL SANAYI VE T)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 473/13)

1.   

Fis-17 ta’ Novembru 2021, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Acciaieria Arvedi S.p.A. (l-Italja) (“Acciaieria Arvedi”), ikkontrollata minn Finarvedi S.p.A. (l-Italja);

Acciai Speciali Terni S.p.A. (l-Italja) (“AST”);

ThyssenKrupp Stainless GmbH (il-Ġermanja), ikkontrollata minn AST;

ThyssenKrupp Stainless Turkey Metal Sanayi ve Ticaret A.S. (it-Turkija), ikkontrollata minn AST.

Acciaieria Arvedi takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ AST, Thyssenkrupp Stainless GmbH u Thyssenkrupp Stainless Turkey Metal Sanayi ve Ticaret A.S. kollha kemm huma.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Acciaieria Arvedi: il-manifattura u l-bejgħ ta’ prodotti tal-azzar tal-karbonju, inklużi kojls tal-azzar bil-karbonju, tubi tal-azzar tal-karbonju wweldjati u tubi tal-azzar tal-karbonju miġbuda kiesħa, tubi tal-azzar inossidabbli wweldjati kif ukoll attivitajiet oħra fis-settur tal-azzar,

AST, Thyssenkrupp Stainless GmbH u Thyssenkrupp Stainless Turkey Metal Sanayi ve Ticaret A.S.: il-manifattura, id-distribuzzjoni u l-provvista ta’ ċerti prodotti tal-azzar inossidabbli, bħal folji jew kojls tal-azzar standard jew ta’ daqs doganali fil-gradi kollha tal-azzar inossidabbli, pajpijiet u tubi wweldjati u profili rettangolari għal diversi setturi bħall-industrija awtomobilistika, il-produzzjoni tal-enerġija, l-industriji tal-produzzjoni tal-azzar, il-preservazzjoni tal-ikel u s-suq tal-kostruzzjoni.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10513 ACCIAIERIA ARVEDI / FINARVEDI / ACCIAI SPECIALI TERNI / THYSSENKRUPP STAINLESS / THYSSENKRUPP STAINLESS TURKEY METAL SANAYI VE T

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


24.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 473/33


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M. 10504 — EQT/H&F/Zooplus)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 473/14)

1.   

Fil-15 ta’ Novembru 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

EQT Fund Management S.à.r.l (“EQT”, il-Lussemburgu), parti mill-grupp EQT (l-Isvezja),

Hellman & Friedman LLC (“H&F”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

Zooplus AG (“Zooplus”, il-Ġermanja).

H&F u EQT jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Zooplus kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

EQT: parti mill-fond ta’ investiment tal-grupp EQT, li l-kumpaniji tal-portafoll tiegħu huma attivi globalment f’varjetà ta’ industriji u setturi bħall-kura tas-saħħa, is-servizzi, il-prodotti tal-konsumatur, l-enerġija u l-ambjent, eċċ.,

H&F: investiment ta’ ekwità privata f’varjetà ta’ setturi madwar id-dinja, inklużi software u teknoloġija, servizzi finanzjarji, kura tas-saħħa, konsumatur u ħwienet u servizzi oħra tan-negozju,

Zooplus: bejjiegħ bl-imnut tal-kummerċ elettroniku tal-provvisti tal-annimali domestiċi, b’attivitajiet fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri tal-UE. Zooplus tħaddem numru ta’ ħwienet web lokalizzati u transnazzjonali li jbigħu provvisti għall-annimali domestiċi għal klieb, qtates, għasafar, żwiemel, annimali żgħar u akkwatiċi. Il-firxa ta’ prodotti tinkludi, b’mod partikolari, ikel għall-annimali domestiċi, kif ukoll aċċessorji għall-annimali domestiċi (bħal siġar tal-grif, basktijiet tat-trasport, ġugarelli, mifrex u ikliet ħfief).

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10504 — EQT/H&F/ZOOPLUS

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.