ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 467

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 64
19 ta' Novembru 2021

Werrej

Paġna

II   Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

2021/C 467/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10024 — Blackstone / Winoa) ( 1 )

1

IV   Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

il–Kunsill

2021/C 467/02

Avviż għall-attenzjoni tal-persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2014/932 kif implimentata mid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/2016, u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 1352/2014, kif implimentat mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 2021/2015 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Jemen

2

2021/C 467/03

Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2014/932/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill Nru 1352/2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Jemen

4

Il-Kummissjoni Ewropea

2021/C 467/04

Rata tal-kambju tal-euro — It-18 ta’ Novembru 2021

5

V   Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

2021/C 467/05

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10463 — SOCIÉTÉ GÉNÉRALE / HYUNDAI MOTOR COMPANY / JV) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

6

2021/C 467/06

Avviż ta’ qabel il-konċentrazzjoni (Il-Każ M.10558 — COGENIO / AVIO / TERMICA COLLEFERRO) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

8

2021/C 467/07

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10528 — ADVENT / EURAZEO / PROTEL) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

10

2021/C 467/08

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10350 — MONDELEZ / CHIPITA INDUSTRIAL AND COMMERCIAL COMPANY) ( 1 )

12

ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

2021/C 467/09

Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni tal-approvazzjoni ta’ emenda standard għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid, kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33

13

2021/C 467/10

19

2021/C 467/11

25

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

19.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 467/1

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.10024 — Blackstone / Winoa)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 467/01)

Fit 9 ta’ Frar 2021, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32021M10024. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.

(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

il–Kunsill

19.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 467/2

Avviż għall-attenzjoni tal-persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2014/932 kif implimentata mid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/2016, u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 1352/2014, kif implimentat mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 2021/2015 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Jemen

(2021/C 467/02)

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni li jidhru fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/932/PESK (1), kif implimentata bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/2016 (2) u fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1352/2014 (3) kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 2021/2015 (4) dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Jemen.

Fid-9 ta’ Novembru 2021, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni 2140 (2014) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, żied tliet persuni mal-lista ta’ persuni soġġetti għal miżuri restrittivi.

Il-persuni kkonċernati jistgħu fi kwalunkwe ħin jippreżentaw talba lill-Kumitat tan-NU stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni 2140 (2014) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, flimkien ma’ kwalunkwe dokumentazzjoni ġustifikattiva, sabiex id-deċiżjoni li jiġu inklużi dawk il-persuni fil-lista tan-NU tiġi kkunsidrata mill-ġdid. Din it-talba għandha tintbagħat fl-indirizz li ġej:

Focal Point for De-listing

Security Council Subsidiary Organs Branch

Room DC2 2034

United Nations

New York, N.Y. 10017

United States of America

Tel. +1 9173679448

Fax +1 9173670460

Indirizz elettroniku: delisting@un.org

Għal aktar informazzjoni ara: http://www.un.org/sc/committees/751/comguide.shtml.

B’segwitu għad-deċiżjoni tan-NU, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddetermina li l-persuni ddeżinjati min-NU għandhom jiġu inklużi fil-listi ta’ persuni u entitajiet li huma soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/932/PESK kif implementata bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/2016 u fir-Regolament (UE) Nru 1352/2014 kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2015. Ir-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista ta’ dawn il-persuni kkonċernati jinsabu fl-entrati korrispondenti tal-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill u fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill.

Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati dwar il-possibbiltà li jippreżentaw applikazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fuq is-siti web fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 1352/2014, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet bażiċi jew pagamenti speċifiċi (ara l-Artikolu 4 tar-Regolament).

Il-persuni kkonċernati jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill, flimkien ma’ dokumentazzjoni ġustifikattiva, sabiex id-deċiżjoni li jkunu inklużi fil-lista msemmija hawn fuq terġa’ tiġi kkunsidrata, fl-indirizz li ġej:

Council of the European Union

General Secretariat

DG RELEX 1C

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu

L-attenzjoni tal-persuni kkonċernati qed tinġibed ukoll għall-possibbiltà li jikkontestaw id-deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, skont il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 275, it-tieni paragrafu, u l-Artikolu 263, ir-raba’ u s-sitt paragrafi, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

(1)  ĠU L 365, 19.12.2014, p. 147.

(2)  ĠU L 410 I, 18.11.2021, p. 7.

(3)  ĠU L 365, 19.12.2014, p. 60.

(4)  ĠU L 410 I, 18.11.2021, p. 1.

19.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 467/4

Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2014/932/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill Nru 1352/2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Jemen

(2021/C 467/03)

Qed tinġibed l-attenzjoni tas-suġġetti tad-data għall-informazzjoni li ġejja skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

Il-bażi ġuridika għal din l-operazzjoni ta’ pproċessar hija d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2014/932/PESK (2) kif implimentata mid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/2016 (3), u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 1352/2014 (4), kif implimentat mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 2021/2015 (5) dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Jemen.

Il-kontrollur ta’ din l-operazzjoni ta’ pproċessar huwa d-Dipartiment RELEX.1.C fid-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Barranin, Tkabbir u Protezzjoni Ċivili - RELEX fis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill (SĠK), li jista’ jiġi kkuntattjat f’dan l-indirizz:

Council of the European Union

General Secretariat

RELEX.1.C

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu

L-Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Data tas-SĠK jista’ jiġi kkuntattjat f’dan l-indirizz:

Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data

data.protection@consilium.europa.eu

L-għan tal-operazzjoni ta’ pproċessar huwa l-istabbiliment u l-aġġornament tal-lista ta’ persuni soġġetti għal miżuri restrittivi f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2014/932 kif implimentata bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (PESK) 2021/2016, u r-Regolament (UE) 1352/2014, kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 2021/2015.

Is-suġġetti tad-data huma l-persuni fiżiċi li jissodisfaw il-kriterji għall-elenkar kif stipulati fid-Deċiżjoni (PESK) 2014/932 u r-Regolament (UE) 1352/2014.

Id-data personali miġbura tinkludi d-data meħtieġa għall-identifikazzjoni tajba tal-persuna kkonċernata, id-dikjarazzjoni tar-raġunijiet u kwalunkwe data oħra relatata.

Id-data personali miġbura tista’ titqassam skont kif ikun meħtieġ lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u lill-Kummissjoni.

Id-data personali ser tinżamm għal ħames snin minn meta s-suġġett tad-data jkun tneħħa mil-lista ta’ persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi jew il-validità tal-miżura tkun skadiet, jew għad-durata tal-proċedimenti tal-qorti f’każ li dawn ikunu nbdew.

Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rimedju ġudizzjarju, amministrattiv jew mhux ġudizzjarju, is-suġġetti tad-data jistgħu jressqu lment quddiem il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725 (edps@edps.europa.eu).

(1)  ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39.

(2)  ĠU L 365, 19.12.2014, p. 147.

(3)  ĠU L 410 I, 18.11.2021, p. 7.

(4)  ĠU L 365, 19.12.2014, p. 60.

(5)  ĠU L 410 I, 18.11.2021, p1

Il-Kummissjoni Ewropea

19.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 467/5

Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-18 ta’ Novembru 2021

(2021/C 467/04)

1 euro =

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1345

JPY

Yen Ġappuniż

129,58

DKK

Krona Daniża

7,4362

GBP

Lira Sterlina

0,84173

SEK

Krona Żvediża

10,0555

CHF

Frank Żvizzeru

1,0511

ISK

Krona Iżlandiża

148,80

NOK

Krona Norveġiża

9,9523

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,230

HUF

Forint Ungeriż

363,69

PLN

Zloty Pollakk

4,6565

RON

Leu Rumen

4,9497

TRY

Lira Turka

12,5522

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5580

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4295

HKD

Dollaru ta’ Hong Kong

8,8366

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6106

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5408

KRW

Won tal-Korea t’Isfel

1 342,26

ZAR

Rand ta’ l-Afrika t’Isfel

17,7211

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,2419

HRK

Kuna Kroata

7,5120

IDR

Rupiah Indoneżjan

16 138,10

MYR

Ringgit Malażjan

4,7439

PHP

Peso Filippin

57,099

RUB

Rouble Russu

82,8200

THB

Baht Tajlandiż

37,030

BRL

Real Brażiljan

6,2839

MXN

Peso Messikan

23,5605

INR

Rupi Indjan

84,2180

(1)  Sors: rata tal-kambju ta’ referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.

V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

19.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 467/6

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10463 — SOCIÉTÉ GÉNÉRALE / HYUNDAI MOTOR COMPANY / JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 467/05)

1.   

Fil-11 ta’ Novembru 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Compagnie Générale de Location d’Equipements S.A. (“CGL”, Franza), ikkontrollata minn Société Générale, S.A. (“Société Générale”, Franza),

Hyundai Capital Services Inc. (“HCS”, il-Korea t’Isfel), ikkontrollata minn Hyundai Motor Company (il-Korea t’Isfel), u

Sefia SAS (il-joint venture, “JV”, Franza), ikkontrollata minn Société Générale (Franza).

Société Générale u Hyundai Motor Company jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab tal-JVs.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

CGL: bħala istituzzjoni ta’ kreditu li hija attiva fil-finanzjament ta’ oġġetti kapitali (karozzi, dgħajjes, djar mobbli), il-konsolidazzjoni tas-self tal-konsumaturi jew tal-proprjetà immobbli u l-finanzjament tal-istokks tal-fornituri tal-oġġetti sħab. CGL hija parti mill-grupp Société Générale, grupp Franċiż tas-servizzi finanzjarji attiv f’diversi Stati Membri taż-ŻEE,

HCS: il-fergħa tas-servizzi finanzjarji tal-Hyundai Motor Company,

il-JV: toffri soluzzjonijiet ta’ finanzjament awtomobilistiku, pereż. self u lokazzjonijiet, u servizzi relatati, bħad-distribuzzjoni ta’ assigurazzjonijiet.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10463 – SOCIÉTÉ GÉNÉRALE / HYUNDAI MOTOR COMPANY / JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.

19.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 467/8

Avviż ta’ qabel il-konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10558 — COGENIO / AVIO / TERMICA COLLEFERRO)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 467/06)

1.   

Fit-12 ta’ Novembru 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Cogenio (l-Italja), li tappartjeni għall-grupp M&G,

Avio (l-Italja),

Termica Colleferro (l-Italja).

Cogenio u Avio jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Termica Colleferro kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

The business activities of the undertakings concerned are:

Cogenio topera fil-qasam tal-inginerija tal-impjant u servizzi marbuta mal-produzzjoni, id-distribuzzjoni u l-użu ta’ sistemi tal-enerġija elettrika, it-tisħin, il-fwar u t-tkessiħ u sistemi ta’ effiċjenza tal-enerġija. Hija tiżviluppa proġetti ta’ effiċjenza enerġitika għa; gruppi kummerċjali u industrijali Taljani, permezz tal-koġenerazzjoni, it-triġenerazzjoni, il-fotovoltajku u proġetti ta’ ħażna tal-enerġija,

Avio hija attiva fl-industriji tal-ajruspazju. Hija tiżviluppa u tbigħ sistemi li jvaraw u missili tattiċi u hija attiva fir-riċerka u l-iżvilupp ta’ materjali ġodda u tagħmir għall-applikazzjonijiet tal-ispazju,

Termica Colleferro hija attiva fis-settur tal-enerġija, jiġifieri fil-produzzjoni tal-elettriċità u tal-enerġija termika. Hija proprjetarja u tħaddem impjant ta’ koġenerazzjoni fl-Italja.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10558 — COGENIO / AVIO / TERMICA COLLEFERRO

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË

(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.

19.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 467/10

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10528 — ADVENT / EURAZEO / PROTEL)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 467/07)

1.   

Fit-12 ta’ Novembru 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Advent International Corporation (“Advent”, l-Istati Uniti tal-Amerka);

Eurazeo SE (“Eurazeo”, Franza); kif ukoll

Protel hotelsoftware GmbH (“Protel”, il-Ġermanja).

Advent u Eurazeo jakkwsitaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Protel kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Advent: Advent hija investitur tal-ekwità privata ffokata fuq: (i) l-akkwist ta’ ishma ta’ ekwità (kemm li jikkontrollaw u kemm dawk li ma jikkontrollawx) f’kumpaniji fejn hija temmen li kapital injettat itejjeb l-prospetti futuri tal-kumpania għat-tkabbir; kif ukoll (ii) il-ġestjoni ta’ fondi tal-investiment. Bħala investitur ta’ ekwità privata, Advent għandha sehem f’diversi setturi, inklużi dawk industrijali, tal-ħwienet, tal-media, tal-komunikazzjonijiet, tat-teknoloġija tal-informazzjoni, l-internet, il-kura tas-saħħa u l-farmaċewtika;

Eurazeo: Eurazeo hija kumpanija tal-investiment ikkwotata fil-Borża b’portafoll ta’ diversi biljuni ta’ euro f’assi diversifikati. L-għan tagħha huwa li tiskopri, taċċellera u ssaħħaħ it-trasformazzjoni potenzjali ta’ kumpaniji ta’ kull daqs li fihom hija tinvesti. Hija għandha tliet attivitajiet prinċipali: l-ekwità privata, id-dejn privat u l-assi reali; kif ukoll

Protel: Protel tipprovdi software ta’ ġestjoni tal-proprjetà lil-lukandi, bi kwartieri ġenerali f’Dortmund, il-Ġermanja.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10528 – ADVENT / EURAZEO / PROTEL

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË

(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.

19.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 467/12

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10350 — MONDELEZ / CHIPITA INDUSTRIAL AND COMMERCIAL COMPANY)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 467/08)

1.   

Fit-18 ta’ Ottubru 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Mondelēz International, Inc. (“Mondelēz”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

Chipita Industrial and Commercial Company S.A. (“Chipita”, il-Greċja).

Mondelēz takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Chipita kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Mondelēz: kumpanija globali ta’ snacks bi prodott li joffri gallettini, ċikkulata, chewing gum u ħelu, ġobon u trab tax-xorb. Mondelēz timmanifattura u tikkummerċjalizza l-prodotti tagħha fuq livell internazzjonali,

Chipita: mnifattur multinazzjonali ta’ croissants ippakkjati tad-ditta u prodotti oħra, fil-biċċa l-kbira bbażati fuq ħobż moħmi, ikliet ħfief.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10350 — MONDELEZ / CHIPITA INDUSTRIAL AND COMMERCIAL COMPANY

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

19.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 467/13

Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni tal-approvazzjoni ta’ emenda standard għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid, kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33

(2021/C 467/09)

Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata f’konformità mal-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1)

KOMUNIKAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD LI TIMMODIFIKA D-DOKUMENT UNIKU

Uhlen Roth Lay

PDO-DE-02083-AM02

Data tal-komunikazzjoni: 16 ta’ Settembru 2021

DESKRIZZJONI TAL-EMENDA APPROVATA U RAĠUNIJIET GĦALIHA

Deskrizzjoni tal-inbid/prodott tad-dwieli

L-Anness VII, Parti II, punt 1(c), it-tieni inċiż, tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 ġie emendat bir-Regolament (UE) 2017/2393. Ir-regola li l-limitu massimu għall-qawwa alkoħolika totali jista’ jaqbeż il-15 % tal-volum għal inbejjed b’denominazzjoni ta’ oriġini protetta li ġew prodotti mingħajr arrikkiment, jew li ġew arrikkiti biss bi proċessi ta’ konċentrazzjoni parzjali elenkati fil-punt 1 tat-Taqsima B tal-Parti I tal-Anness VIII, ġie ssupplimentat b’dan li ġej: “sakemm l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott fil-fajl tekniku tad-denominazzjoni ta’ oriġini protetta kkonċernata tippermetti dik il-possibbiltà”. Għaldaqstant, kien neċessarju li tiġi emendata l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.

DOKUMENT UNIKU

1.   Isem/ismijiet għar-reġistrazzjoni

Uhlen Roth Lay

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

DOP – Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta

3.   Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli

1.

Inbid

5.

Inbid frizzanti ta’ kwalità

4.   Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed

1.   Inbid ta’ kwalità

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

L-inbejjed bojod Riesling jitqaddmu fl-art tal-Uhlen Roth-Lay. Hemm tliet tipi ta’ prodott tad-dwieli, kull wieħed bi proprjetajiet kemxejn differenti: inbid ta’ kwalità, inbid b’attributi speċjali (Prädikatswein) u Sekt b.A. (inbid spumanti ta’ kwalità minn reġjuni definiti).

L-inbejjed Uhlen Roth-Lay mhux imqaddma għandhom lewn isfar ċar, u kultant ħadrani, li jsir aktar intens hekk kif il-prodott jitqaddem, qabel ma jsir lewn dehbi sublimi u rikk ladarba l-inbid ikun immatura kompletament. L-aromi tal-inbejjed huma ddefiniti mill-interazzjoni ta’ noti ta’ frott u ta’ ħjiliet ta’ minerali tipiċi tal-lavanja, ħafna drabi kkaratterizzati minn elementi pikkanti metalliċi friski iżda limitati li jagħtu sensazzjoni mirquma lill-palat. Ħafna drabi l-aromi tal-inbejjed ftit li xejn ikunu minn fost l-aromi magħrufa tal-frott. Xi drabi jkunu ħjiliet ta’ tuffieħ tal-ħarifa misjur, filwaqt li xi drabi tista’ tinxtamm aroma delikata ta’ vjoli mħallta ma’ għud is-sus.

Għall-karatteristiċi analitiċi fejn ma tingħata l-ebda ċifra, tapplika l-leġiżlazzjoni rilevanti.

KARATTERISTIĊI ANALITIĊI

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

Aċidità totali minima

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

2.   Inbid b’attributi speċjali (Prädikatswein): l-inbid Auslese

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

L-inbejjed bojod Riesling jiġu mmaturati fl-art tal-Uhlen Roth-Lay. Hemm tliet tipi ta’ prodott tad-dwieli, kull wieħed bi proprjetajiet kemxejn differenti: inbid ta’ kwalità, inbid b’attributi speċjali (Prädikatswein) u Sekt b.A. (inbid spumanti ta’ kwalità minn reġjuni definiti).

L-inbejjed Uhlen Roth-Lay mhux imqaddma għandhom lewn isfar ċar, u kultant ħadrani, li jsir aktar intens hekk kif il-prodott jitqaddem, qabel ma jsir lewn dehbi sublimi u rikk ladarba l-inbid ikun immatura kompletament. L-aromi tal-inbejjed huma ddefiniti mill-interazzjoni ta’ noti ta’ frott u ta’ ħjiliet ta’ minerali tipiċi tal-lavanja, ħafna drabi kkaratterizzati minn elementi pikkanti metalliċi friski iżda limitati li jagħtu sensazzjoni mirquma lill-palat. Ħafna drabi l-aromi tal-inbejjed ftit li xejn ikunu minn fost l-aromi magħrufa tal-frott. Xi drabi jkunu ħjiliet ta’ tuffieħ tal-ħarifa misjur, filwaqt li xi drabi tista’ tinxtamm aroma delikata ta’ vjoli mħallta ma’ għud is-sus. Il-firxa ta’ aromi u togħmiet deskritta hawn fuq għandha ħlewwa sottostanti li hija delikata fil-każ tal-inbejjed Auslese.

Il-qawwa alkoħolika totali tista’ taqbeż il-15 % skont il-volum.

Għall-karatteristiċi analitiċi fejn ma tingħata l-ebda ċifra, tapplika l-leġiżlazzjoni rilevanti.

KARATTERISTIĊI ANALITIĊI

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

Aċidità totali minima

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

3.   Inbid b’attributi speċjali (Prädikatswein): Beerenauslese, Trockenbeerenauslese, u Eiswein

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

L-inbejjed bojod Riesling jiġu mmaturati fl-art tal-Uhlen Roth-Lay. Hemm tliet tipi ta’ prodott tad-dwieli, kull wieħed bi proprjetajiet kemxejn differenti: inbid ta’ kwalità, inbid b’attributi speċjali (Prädikatswein) u Sekt b.A. (inbid spumanti ta’ kwalità minn reġjuni definiti).

L-inbejjed Uhlen Roth-Lay mhux imqaddma għandhom lewn isfar ċar, u kultant ħadrani, li jsir aktar intens hekk kif il-prodott jitqaddem, qabel ma jsir lewn dehbi sublimi u rikk ladarba l-inbid ikun immatura kompletament. L-aromi tal-inbejjed huma ddefiniti mill-interazzjoni ta’ noti ta’ frott u ta’ ħjiliet ta’ minerali tipiċi tal-lavanja, ħafna drabi kkaratterizzati minn elementi pikkanti metalliċi friski iżda limitati li jagħtu sensazzjoni mirquma lill-palat. Ħafna drabi l-aromi tal-inbejjed ftit li xejn ikunu minn fost l-aromi magħrufa tal-frott. Xi drabi jkunu ħjiliet ta’ tuffieħ tal-ħarifa misjur, filwaqt li xi drabi tista’ tinxtamm aroma delikata ta’ vjoli mħallta ma’ għud is-sus. Il-firxa ta’ aromi u togħmiet deskritta hawn fuq għandha ħlewwa sottostanti li hija delikata fil-każ tal-inbejjed Auslese, u aktar kremuża fl-inbejjed Beerenauslese, u jista’ jkollha wkoll noti ta’ għasel. Dawn l-aspetti tat-togħmiet tal-inbejjed huma aktar evidenti fl-inbejjed Trockenbeerenauslese. Fil-każ tal-inbejjed Eiswein, il-firxa ta’ aromi u togħmiet deskritta hawn fuq tinkludi aċidità pikkanti.

Il-qawwa alkoħolika totali tista’ taqbeż il-15 % skont il-volum.

Għall-karatteristiċi analitiċi fejn ma tingħata l-ebda ċifra, tapplika l-leġiżlazzjoni rilevanti.

KARATTERISTIĊI ANALITIĊI

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

Aċidità totali minima

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

4.   Sekt b.A. (inbid spumanti ta’ kwalità minn reġjuni definiti)

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

L-inbejjed bojod Riesling jiġu mmaturati fl-art tal-Uhlen Roth-Lay. Hemm tliet tipi ta’ prodott tad-dwieli, kull wieħed bi proprjetajiet kemxejn differenti: inbid ta’ kwalità, inbid b’attributi speċjali (Prädikatswein) u Sekt b.A. (inbid spumanti ta’ kwalità minn reġjuni definiti).

L-inbejjed Uhlen Roth-Lay mhux imqaddma għandhom lewn isfar ċar, u kultant ħadrani, li jsir aktar intens hekk kif il-prodott jitqaddem, qabel ma jsir lewn dehbi sublimi u rikk ladarba l-inbid ikun immatura kompletament. L-aromi tal-inbejjed huma ddefiniti mill-interazzjoni ta’ noti ta’ frott u ta’ ħjiliet ta’ minerali tipiċi tal-lavanja, ħafna drabi kkaratterizzati minn elementi pikkanti metalliċi friski iżda limitati li jagħtu sensazzjoni mirquma lill-palat. Ħafna drabi l-aromi tal-inbejjed ftit li xejn ikunu minn fost l-aromi magħrufa tal-frott. Xi drabi jkunu ħjiliet ta’ tuffieħ tal-ħarifa misjur, filwaqt li xi drabi tista’ tinxtamm aroma delikata ta’ vjoli mħallta ma’ għud is-sus. Fil-każ tal-inbejjed Sekt b.A., il-firxa ta’ aromi u togħmiet deskritta hawn fuq għall-inbejjed Prädikatswein hija qawwija u intensifikata bid-diossidu tal-karbonju użat fil-produzzjoni tal-inbid spumanti.

Għall-karatteristiċi analitiċi fejn ma tingħata l-ebda ċifra, tapplika l-leġiżlazzjoni rilevanti.

KARATTERISTIĊI ANALITIĊI

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

13,5

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

11,5

Aċidità totali minima

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

5.   Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid

5.1.   Prattiki enoloġiċi speċifiċi

1.   Restrizzjonijiet rilevanti għall-produzzjoni tal-inbejjed

Dawn li ġejjin ma humiex permessi: is-sorbat tal-potassju, il-liżożima, id-dikarbonat tad-dimetil, l-elettrodijaliżi, id-dealkoħolizzazzjoni, l-iskambjaturi ta’ katjoni, il-konċentrazzjoni (il-krijokonċentrazzjoni, l-osmożi, il-kolonna ċentrifuga konikali), it-taħlil, il-biċċiet jew il-preparati tal-ballut.

2.   Inbid ta’ kwalità

Prattiki enoloġiċi speċifiċi

Tal-anqas 88 °Oechsle jew kontenut massimu ta’ aċidità (espress bħala aċidu tartariku) = 7,5 g/l

Sa 100° Oechsle u nbejjed imqawwija: kontenut massimu ta’ zokkor residwu = “nofsu misjur” skont il-liġi dwar l-inbejjed.

Aktar minn 100° Oechsle: kontenut massimu ta’ zokkor residwu = piż tal-most/3

3.   Inbid b’attributi speċjali (Prädikatswein), issupplimentat minn: Auslese, Beerenauslese, Trockenbeerenauslese, u Eiswein

Prattiki enoloġiċi speċifiċi

Auslese: mill-inqas 105° Oechsle; kontenut minimu ta’ zokkor residwu = 90 g/l

Beerenauslese: mill-inqas 130° Oechsle; kontenut minimu ta’ zokkor residwu = 150 g/l

Trockenbeerenauslese: mill-inqas 180° Oechsle; kontenut minimu ta’ zokkor residwu = 180 g/l

Eiswein: mill-inqas 130° Oechsle; kontenut minimu ta’ zokkor residwu = 150 g/l

4.   Sekt b.A. (inbid spumanti ta’ kwalità minn reġjuni definiti)

Prattiki enoloġiċi speċifiċi

Fermentazzjoni tradizzjonali fil-flixkun

5.2.   Rendimenti massimi għal kull ettaru

70 ettolitru għal kull ettaru

6.   Definizzjoni taż-żona demarkata

L-Uhlen Roth Lay hija parti mid-DOP Mosel (numru tar-reġistrazzjoni DOP-DE-A1270).

Il-vinji tal-Uhlen Roth Lay jinsabu fiż-żoni ta’ Kobern u Winningen fid-distrett rurali ta’ Mayen-Koblenz fl-Istat Federali ta’ Rhineland-Palatinate. Imsemmija għall-ogħla quċċata tal-foresta ’l fuq mill-vinji u għall-blat ħamrani, din il-parti tal-art tal-Uhlen minn dejjem kienet magħrufa bħala Uhlen Roth Lay. Iż-żona tibda bl-ewwel vinji fid-direzzjoni tax-xmara tal-wied ta’ Belltal – l-irqajja’ Nri 262/54 u 156/53 – u tispiċċa fid-direzzjoni tax-xmara b’dawn l-irqajja’ li ġejjin: Nri 6/1, 117/1 u 2394/3.

Il-prodotti bid-DOP Uhlen Roth Lay jistgħu jiġu prodotti fiż-żona rreġistrata tad-DOP Mosel (numru tar-reġistrazzjoni DOP-DE-A1270). Iż-żona ddefinita hi koperta mid-DOP Mosel.

L-art tal-Uhlen Roth Lay tkopri żona ta’ 15,97 ha.

7.   Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid / jinkisbu l-inbejjed

Weisser Riesling – Riesling, Riesling renano, Rheinriesling, u Klingelberger

8.   Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet

Il-vinji tal-Uhlen Roth Lay jinsabu fil-pajsaġġ imtarraġ ta’ Mosel tan-naħa t’isfel. L-istrutturi mtarrġa tal-Uhlen Roth Lay huma rranġati f’konfigurazzjoni tradizzjonali b’orjentazzjoni lejn in-Nofsinhar u jinsabu f’altitudni ta’ bejn madwar 75 m u 210 m ’il fuq mil-livell tal-baħar. It-temperatura medja ta’ 11,6 °C tul dawn l-aħħar ħames snin kienet relattivament għolja, kif mistenni f’altitudni baxxa bħal din. Il-livelli baxxi ta’ xita (madwar 620 mm) u l-għadd kbir ta’ sigħat ta’ dawl tax-xemx (1 922) joħolqu mikroklima li hija pjuttost differenti miż-żoni l-oħra tad-DOP Mosel u b’mod partikolari hija responsabbli għall-maturità partikolari tal-għeneb (qawwa alkoħolika potenzjali għolja b’aċidità baxxa u fenoli maturi). Jingħad li l-inbejjed huma espressivi ħafna u għandhom togħma mimlija ħafna. Il-kundizzjonijiet ġeografiċi partikolari tar-reġjun tal-Uhlen Roth Lay jgħinu biex l-għeneb jikseb il-maturità fiżjoloġika u jsawru t-togħma individwali tal-inbejjed li jiġu prodotti hemmhekk. Fl-iskeda taż-żmien ġeoloġika, l-Uhlen Roth Lay jaqa’ taħt is-sistema Devonjana u s-serje Devonjana Inferjuri. B’mod aktar speċifiku, iż-żona tikkonsisti f’sedimenti mis-sublivell ta’ Oberems/Laubach li fihom il-kwarzit Ems u l-parti l-antika tas-saffi ta’ Hohenrhein. Il-blat għandu kontenut għoli ħafna ta’ manjeżju, aluminju u, b’mod partikolari, ta’ ħadid. Xi ġebel jikkonsisti fi 8 % ossidi tal-ħadid, magħluqa fi sferi żgħar ta’ daqs ta’ 0,25 mm biss bejn il-frak tar-ramel. Il-frak tar-ramel individwali huwa magħqud bis-siliċe, li jagħti lil dan il-blat grad għoli ta’ ebusija. Il-ħamrija mimlija blat esposta għall-kundizzjonijiet tat-temp li tirriżulta hija regosol magħmul minn diversi lavanji, ħafna minnhom xaħxija u ramlija. Il-pH tal-ħamrija huwa aktar baxx miż-żoni ġirien tad-DOP (madwar 6,0 meta mqabblin ma’ 7,5 fiż-żoni ġirien). Il-fatt li l-ħamrija fiha relattivament ftit partikoli tat-tafal iżda għandha livell għoli ta’ ġebel (aktar minn 50 %) ifisser li din hi ventilata sas-saffi aktar baxxi tagħha. Dan flimkien mal-mikrofawna u l-mikroflora speċifiċi jimplikaw li l-inbejjed ta’ dan ir-reġjun għandhom proprjetajiet organolettiċi differenti ħafna minn dawk prodotti fiż-żoni ġirien tad-DOP. L-inbejjed Uhlen Roth Lay spiss ikollhom karattru rfinat sew. Minkejja li ħafna drabi jkunu magħluqin ħafna, l-inbejjed mhux imqaddma għandhom potenzjal ta’ tqaddim enormi. L-influwenza tal-bniedem hija bbażata fuq tradizzjoni ta’ produzzjoni tal-inbid li tmur lura għal eluf ta’ snin. L-arti tat-tħawwil tal-vinji fi strutturi mtarrġin appoġġati minn ħitan tal-ġebel niexef tmur lura għal żmien ir-Rumani. Fis-sena 380 AD, il-poeta Ruman, Ausonius, iddeskriva lil dan il-bini bħala “anfiteatri”. Is-sejba ta’ flus Rumani fl-istrutturi mtarrġin li probabbilment kienu maħsuba għall-offerti, hija prova oħra ta’ din il-prattika. L-inbid ilu jiġi prodott fiż-żona minn dak iż-żmien. Tul is-sekli, il-kwalità tal-produzzjoni kompliet tiġi mtejba permezz tal-iżvilupp ta’ varjetajiet ġodda tal-għeneb (il-varjetà Riesling mill-bidu tas-seklu 19) u modi ġodda ta’ kultivazzjoni (f’arbuxelli, mal-lasti jew mal-ħbula). F’dawn l-aħħar għexieren ta’ snin, iż-żieda fis-sensibilizzazzjoni ambjentali wasslet għal użu dejjem anqas ta’ fertilizzanti minerali solubbli ħafna. B’riżultat ta’ dan, il-popolazzjonijiet ta’ mikroflora u mikrofawna naturali reġgħu lura fil-ħamrija, u dan wassal biex isir aktar assorbiment ta’ nutrijenti, kif ukoll biex isiru aktar proċessi ta’ skambju ta’ katonji bħala riżultat tal-inkorporazzjoni ta’ molekuli kumplessi li jinteraġixxu b’mod simbjotiku mal-mikrobi li jinsabu fix-xniexel. Dawn il-mikrobi jistgħu jintużaw bħala trażmettituri bejn is-sustanzi organiċi u l-minerali speċifiċi li jinsabu fil-ħamrija, u b’hekk jagħmlu t-togħma tal-inbid saħansitra aktar unika.

Ir-relazzjoni deskritta hawn fuq tapplika bl-istess mod għall-inbid spumanti ta’ kwalità minn reġjuni definiti.

9.   Rekwiżiti oħra applikabbli (ippakkjar, tikkettar, rekwiżiti addizzjonali)

Qafas legali:

Leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit ieħor:

Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

L-informazzjoni li għandha tingħata dwar it-tikketti u l-ippakkjar hija ddefinita mil-liġijiet u r-regolamenti fis-seħħ fl-Unjoni Ewropea, fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u fl-Istat Federali ta’ Rhineland-Palatinate. Qabel ma t-termini tradizzjonali assoċjati ma’ din id-denominazzjoni ta’ oriġini jkunu jistgħu jintużaw fuq it-tikketta tiegħu, l-inbid irid ikun għadda minn spezzjoni uffiċjali. L-inbejjed li ssodisfaw ir-rekwiżiti speċifiċi ta’ dik l-ispezzjoni uffiċjali biss jingħataw numru uffiċjali tal-ispezzjoni magħmul minn bosta ċifri li jindikaw l-awtorità tal-ispezzjoni, in-numru tal-azjenda, l-għadd ta’ nbejjed imressqa għall-ispezzjoni u s-sena meta tressqu jew meta nħareġ in-numru tal-ispezzjoni. In-numru tal-ispezzjoni għandu jiġi indikat fuq it-tikketta. It-termini tradizzjonali “Qualitätswein”, “Prädikatswein” u “Sekt b.A.” huma assoċjati mad-denominazzjoni ta’ oriġini u jistgħu jissostitwixxu d-denominazzjoni “DOP”.

Link għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott

www.ble.de/eu-qualitaetskennzeichen-wein

(1)  ĠU L 9, 11.1.2019, p. 2.

19.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 467/19

Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni tal-approvazzjoni ta’ emenda standard għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid, kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33

(2021/C 467/10)

Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata f’konformità mal-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1).

KOMUNIKAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD LI TIMMODIFIKA D-DOKUMENT UNIKU

Uhlen Laubach

PDO-DE-02082-AM02

Data tal-komunikazzjoni: 16 ta’ Settembru 2021

DESKRIZZJONI TAL-EMENDA APPROVATA U RAĠUNIJIET GĦALIHA

Deskrizzjoni tal-inbid/prodott tad-dwieli

L-Anness VII, Parti II, punt 1(c), it-tieni inċiż, tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 ġie emendat bir-Regolament (UE) 2017/2393. Ir-regola li l-limitu massimu għall-qawwa alkoħolika totali jista’ jaqbeż il-15 % tal-volum għal inbejjed b’denominazzjoni ta’ oriġini protetta li ġew prodotti mingħajr arrikkiment, jew li ġew arrikkiti biss bi proċessi ta’ konċentrazzjoni parzjali elenkati fil-punt 1 tat-Taqsima B tal-Parti I tal-Anness VIII, ġie ssupplimentat b’dan li ġej: “sakemm l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott fil-fajl tekniku tad-denominazzjoni ta’ oriġini protetta kkonċernata tippermetti dik il-possibbiltà”. Għaldaqstant, kien neċessarju li tiġi emendata l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.

DOKUMENT UNIKU

1.   Isem/ismijiet għar-reġistrazzjoni

Uhlen Laubach

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

DOP – Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta

3.   Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli

1.

Inbid

5.

Inbid spumanti ta’ kwalità

4.   Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed

1.   Inbid ta’ kwalità

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

L-inbejjed bojod Riesling jiġu mmaturati fil-proprjetà tal-Uhlen Laubach. Hemm tliet tipi ta’ prodott tad-dwieli, kull wieħed bi proprjetajiet kemxejn differenti: inbid ta’ kwalità, inbid b’attributi speċjali (Prädikatswein) u Sekt b.A. (inbid spumanti ta’ kwalità minn reġjuni definiti).

L-inbejjed Uhlen Laubach mhux imqaddma, għandhom lewn isfar ċar, u kultant ħadrani, li jsir aktar intens hekk kif il-prodott jitqaddem, qabel ma jsir lewn dehbi sublimi u rikk ladarba l-inbid ikun immatura kompletament. L-aromi tal-inbejjed huma definiti mill-interazzjoni ta’ noti ta’ frott u ta’ ħjiliet ta’ minerali tipiċi tal-lavanja. B’kontenut ta’ ġir ta’ 25 sa 45 %, il-lavanja Laubach griża hija waħda mill-aktar blatiet kalkarji fir-reġjun ta’ Mosel. Minħabba f’hekk l-inbejjed li jimmaturaw hawnhekk għandhom aroma li ta’ spiss tfakkar fl-affumikar frisk u fil-ġellewż, u togħma ġeneralment ratba u aktar mimlija. Ħafna mill-inbejjed huma sħan u bellusija u għandhom togħma profonda, mimlija u li tispikka. L-inbejjed huma kremużi u ġeneralment lesti biex jiġu kkunsmati wara perjodu qasir ħafna ta’ maturazzjoni.

Għall-karatteristiċi analitiċi fejn ma tingħata l-ebda ċifra, tapplika l-leġiżlazzjoni rilevanti.

KARATTERISTIĊI ANALITIĊI

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

Aċidità totali minima

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

2.   Inbid b’attributi speċjali (Prädikatswein), issupplimentat minn: l-inbid Auslese

Il-firxa ta’ aromi u togħmiet deskritta hawn fuq għandha ħlewwa sottostanti li hija delikata fil-każ tal-inbejjed Auslese, u aktar kremuża fl-inbejjed Beerenauslese, u jista’ jkollha wkoll noti ta’ għasel. Dawn l-aspetti tat-togħmiet tal-inbejjed huma aktar evidenti fl-inbejjed Trockenbeerenauslese. Fil-każ tal-inbejjed Eiswein, il-firxa ta’ aromi u togħmiet deskritta hawn fuq tinkludi aċidità pikkanti.

Il-qawwa alkoħolika totali tista’ taqbeż il-15 % skont il-volum.

Għall-karatteristiċi analitiċi fejn ma tingħata l-ebda ċifra, tapplika l-leġiżlazzjoni rilevanti.

KARATTERISTIĊI ANALITIĊI

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

Aċidità totali minima

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

3.   Inbid b’attributi speċjali (Prädikatswein), issupplimentat minn: Beerenauslese, Trockenbeerenauslese, u Eiswein

L-inbejjed Uhlen Laubach mhux imqaddma, għandhom lewn isfar ċar, u kultant ħadrani, li jsir aktar intens hekk kif il-prodott jitqaddem, qabel ma jsir lewn dehbi sublimi u rikk ladarba l-inbid ikun immatura kompletament. L-aromi tal-inbejjed huma definiti mill-interazzjoni ta’ noti ta’ frott u ta’ ħjiliet ta’ minerali tipiċi tal-lavanja. B’kontenut ta’ ġir ta’ 25 sa 45 %, il-lavanja Laubach griża hija waħda mill-aktar blatiet kalkarji fir-reġjun ta’ Mosel. Minħabba f’hekk l-inbejjed li jimmaturaw hawnhekk għandhom aroma li ta’ spiss tfakkar fl-affumikar frisk u fil-ġellewż, u togħma ġeneralment ratba u aktar mimlija. Ħafna mill-inbejjed huma sħan u bellusija u għandhom togħma profonda, mimlija u li tispikka. L-inbejjed huma kremużi u ġeneralment lesti biex jiġu kkunsmati wara perjodu qasir ħafna ta’ maturazzjoni. Fil-każ tal-inbejjed Sekt b.A., il-firxa ta’ aromi u togħmiet deskritta hawn fuq għall-inbejjed Prädikatswein hija qawwija u intensifikata bid-diossidu tal-karbonju użat fil-produzzjoni tal-inbid spumanti.

Għall-karatteristiċi analitiċi fejn ma tingħata l-ebda ċifra, tapplika l-leġiżlazzjoni rilevanti.

KARATTERISTIĊI ANALITIĊI

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

13,5

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

11,5

Aċidità totali minima

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

5.   Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid

5.1.   Prattiki enoloġiċi speċifiċi

1.   Restrizzjonijiet rilevanti għall-produzzjoni tal-inbejjed

Dawn li ġejjin ma humiex permessi: sorbat tal-potassju, liżożima, dikarbonat tad-dimetil, elettrodijaliżi, dealkoħolizzazzjoni, skambjaturi ta’ katjoni, konċentrazzjoni (krijokonċentrazzjoni, osmożi, kolonna ċentrifuga konikali), taħlil, biċċiet tal-ballut jew preparati.

2.   Inbid ta’ kwalità

Prattiki enoloġiċi speċifiċi

Tal-anqas 88 °Oechsle jew kontenut massimu ta’ aċidità (espress bħala aċidu tartariku) = 7,5 g/l

Sa 100° Oechsle u nbejjed imqawwija: kontenut massimu ta’ zokkor residwu = “nofsu misjur” skont il-liġi dwar l-inbejjed.

Aktar minn 100° Oechsle: kontenut massimu ta’ zokkor residwu = piż tal-most/3

3.   Inbid b’attributi speċjali (Prädikatswein)

Prattiki enoloġiċi speċifiċi

Auslese: mill-inqas 105° Oechsle; kontenut minimu ta’ zokkor residwu = 90 g/l

Beerenauslese: mill-inqas 130° Oechsle; kontenut minimu ta’ zokkor residwu = 150 g/l

Trockenbeerenauslese: mill-inqas 180° Oechsle; kontenut minimu ta’ zokkor residwu = 180 g/l

Eiswein: mill-inqas 130° Oechsle; kontenut minimu ta’ zokkor residwu = 150 g/l

4.   Sekt b.A. (inbid spumanti ta’ kwalità minn reġjuni definiti)

Prattiki enoloġiċi speċifiċi

Fermentazzjoni tradizzjonali fil-flixkun

5.2.   Rendimenti massimi

70 ettolitru għal kull ettaru

6.   Definizzjoni taż-żona demarkata

L-Uhlen Laubach hija parti mid-DOP Mosel (numru tar-reġistrazzjoni DOP-DE-A1270).

Il-vinji tal-Uhlen Laubach jinsabu fiż-żona ta’ Winningen fid-distrett rurali ta’ Mayen-Koblenz fl-Istat Federali ta’ Rhineland-Palatinate. Din il-parti tar-reġjun ta’ Uhlen ilha magħrufa fid-dinja tal-inbid u fi bnadi oħra għal aktar minn għaxar snin bħala “Laubach”, isem imnissel mid-definizzjoni ġeoloġika preċiża tal-lavanja li hemm f’dik iż-żona. Iż-żona tibda fid-direzzjoni tax-xmara mal-irqajja’ 256/112, 2571/118, 2581/119, 2398/0, 2395/3, 2393/0 u tispiċċa fid-direzzjoni tax-xmara bir-roqgħa art 2222/1.

Il-prodotti bit-tikketta tad-DOP Uhlen Laubach jistgħu jiġu prodotti fiż-żona tad-DOP irreġistrata Mosel (bin-numru tar-reġistrazzjoni DOP-DE-A1270). Iż-żona ddefinita hi koperta mid-DOP Mosel. Il-proprjetà tal-Uhlen Laubach tkopri żona ta’ 13,83 ha.

7.   Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid / jinkisbu l-inbejjed

Weisser Riesling – Riesling, Riesling renano, Rheinriesling, u Klingelberger

8.   Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet

Il-vinji tal-Uhlen Laubach jinsabu fil-pajsaġġ imtarraġ ta’ Mosel tan-naħa t’isfel. L-istrutturi mtarrġa tal-Uhlen Laubach huma rranġati f’konfigurazzjoni tradizzjonali b’orjentazzjoni lejn il-Lbiċ u jinsabu f’altitudni ta’ bejn madwar 75 m u 210 m ’il fuq mil-livell tal-baħar. It-temperatura medja ta’ 11,6 °C tul dawn l-aħħar ħames snin kienet relattivament għolja, kif mistenni f’altitudni baxxa bħal din. Il-livelli baxxi ta’ xita (madwar 620 mm) u l-għadd kbir ta’ sigħat ta’ dawl tax-xemx (1 922) joħolqu mikroklima li hija pjuttost differenti miż-żoni l-oħra tad-DOP Mosel u b’mod partikolari hija responsabbli għall-maturità partikolari tal-għeneb (qawwa alkoħolika potenzjali għolja b’aċidità baxxa u fenoli maturi). Jingħad li l-inbejjed huma espressivi ħafna u għandhom togħma mimlija ħafna. Il-kundizzjonijiet ġeografiċi partikolari tar-reġjun tal-Uhlen Laubach jgħinu biex l-għeneb jikseb il-maturità fiżjoloġika u jsawru t-togħma individwali tal-inbejjed li jiġu prodotti hemmhekk. Fl-iskeda taż-żmien ġeoloġika, l-Uhlen Laubach jaqa’ taħt is-sistema Devonjana u s-serje Devonjana Inferjuri. B’mod aktar speċifiku, iż-żona tikkonsisti f’sedimenti mis-sublivell ta’ Oberems/Laubach u s-saff ta’ Laubach u s-sublivell ta’ Lahnstein u s-saff ta’ Hohenrhein.

Il-kontenut għoli ta’ ġir tal-lavanja misjub fiż-żona jindika li qiegħ il-baħar huwa dejjem aktar ċatt. B’fond minn 10 sa 20 metru, il-baħar tropikali oriġinarjament kellu biżżejjed ossiġnu biex ikunu jistgħu jikbru l-qroll u l-maskli li issa jinsabu fil-lavanja. Il-ħamrija mimlija blat esposta għall-kundizzjonijiet tat-temp li tirriżulta hija regosol magħmul minn diversi lavanji, ħafna minnhom xaħxija. Il-kontenut ta’ ġir fil-ħamrija huwa ferm ogħla miż-żoni ġirien tad-DOP, jiġifieri anke l-pH tal-ħamrija huwa ogħla (7,5 meta mqabbel ma’ 6,0 fiż-żoni ġirien). Il-partikoli individwali tal-ħamrija jinżammu flimkien fil-parti l-kbira bil-karbonati. Il-fatt li l-ħamrija fiha relattivament ftit partikoli tat-tafal iżda għandha livell għoli ta’ ġebel (aktar minn 50 %) ifisser li din hi ventilata sas-saffi aktar baxxi tagħha. Dan, flimkien ma’ kontenut għoli ta’ ġir u l-mikrofawna u l-mikroflora speċifiċi, b’mod partikolari, jfisser li l-inbejjed ta’ dan ir-reġjun għandhom karatteristiċi organolettiċi differenti ħafna minn dawk prodotti fiż-żoni ġirien tad-DOP. Ħafna drabi l-inbejjed Uhlen Laubach għandhom aroma kemxejn affumikata. It-togħma tagħhom normalment jingħad li hija mimlija, ratba, ħafifa u bellusija. Dawn huma ferm aktar kremużi mill-inbejjed taż-żoni ġirien tad-DOP. B’mod ġenerali dawn ikunu lesti għall-konsum wara perjodu qasir ħafna ta’ maturazzjoni. L-influwenza tal-bniedem hija bbażata fuq tradizzjoni ta’ produzzjoni tal-inbid li tmur lura għal eluf ta’ snin. L-arti tat-tħawwil tal-vinji fi strutturi mtarrġin appoġġati minn ħitan tal-ġebel niexef tmur lura għal żmien ir-Rumani. Fis-sena 380 AD, il-poeta Ruman, Ausonius, iddeskriva lil dan il-bini bħala “anfiteatri”. Is-sejba ta’ flus Rumani fl-istrutturi mtarrġin li probabbilment kienu maħsuba għall-offerti, hija prova oħra ta’ din il-prattika. L-inbid ilu jiġi prodott fiż-żona minn dak iż-żmien. Tul is-sekli, il-kwalità tal-produzzjoni kompliet tiġi mtejba permezz tal-iżvilupp ta’ varjetajiet ġodda tal-għeneb (il-varjetà Riesling mill-bidu tas-seklu 19) u modi ġodda ta’ kultivazzjoni (f’arbuxelli, mal-lasti jew mal-ħbula). F’dawn l-aħħar għexieren ta’ snin, iż-żieda fis-sensibilizzazzjoni ambjentali wasslet għal użu dejjem anqas ta’ fertilizzanti minerali solubbli ħafna. B’riżultat ta’ dan, il-popolazzjonijiet ta’ mikroflora u mikrofawna naturali reġgħu lura fil-ħamrija, u dan wassal biex isir aktar assorbiment ta’ nutrijenti, kif ukoll biex isiru aktar proċessi ta’ skambju ta’ katonji bħala riżultat tal-inkorporazzjoni ta’ molekuli kumplessi li jinteraġixxu b’mod simbjotiku mal-mikrobi li jinsabu fix-xniexel. Dawn il-mikrobi jistgħu jintużaw bħala trażmettituri bejn is-sustanzi organiċi u l-minerali speċifiċi li jinsabu fil-ħamrija, u b’hekk jagħmlu t-togħma tal-inbid saħansitra aktar unika.

Ir-relazzjoni deskritta hawn fuq tapplika bl-istess mod għall-inbid spumanti ta’ kwalità minn reġjuni definiti.

9.   Rekwiżiti oħra applikabbli (ippakkjar, tikkettar, rekwiżiti addizzjonali)

Qafas legali:

Leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit ieħor:

Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

L-informazzjoni li għandha tingħata dwar it-tikketti u l-ippakkjar hija ddefinita mil-liġijiet u r-regolamenti fis-seħħ fl-Unjoni Ewropea, fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u fl-Istat Federali ta’ Rhineland-Palatinate. Qabel ma t-termini tradizzjonali assoċjati ma’ din id-denominazzjoni ta’ oriġini jkunu jistgħu jintużaw fuq it-tikketta tiegħu, l-inbid irid ikun għadda minn spezzjoni uffiċjali. L-inbejjed li ssodisfaw ir-rekwiżiti speċifiċi ta’ dik l-ispezzjoni uffiċjali biss jingħataw numru uffiċjali tal-ispezzjoni magħmul minn bosta ċifri li jindikaw l-awtorità tal-ispezzjoni, in-numru tal-azjenda, l-għadd ta’ nbejjed imressqa għall-ispezzjoni u s-sena meta tressqu jew meta nħareġ in-numru tal-ispezzjoni. In-numru tal-ispezzjoni għandu jiġi indikat fuq it-tikketta. It-termini tradizzjonali “Qualitätswein”, “Prädikatswein” u “Sekt b.A.” huma assoċjati mad-denominazzjoni ta’ oriġini u jistgħu jissostitwixxu d-denominazzjoni “DOP”.

Link għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott

www.ble.de/eu-qualitaetskennzeichen-wein

(1)  ĠU L 9, 11.1.2019, p. 2.

19.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 467/25

Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni tal-approvazzjoni ta’ emenda standard għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid, kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33

(2021/C 467/11)

Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata f’konformità mal-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/334 (1)

KOMUNIKAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD LI TIMMODIFIKA D-DOKUMENT UNIKU

Uhlen Blaufüsser Lay/Uhlen Blaufüßer Lay

PDO-DE-02081-AM02

Data tal-komunikazzjoni: 16 ta’ Settembru 2021

DESKRIZZJONI TAL-EMENDA APPROVATA U R-RAĠUNIJIET GĦALIHA

Deskrizzjoni tal-inbid/prodott tad-dwieli

L-Anness VII, Parti II, punt 1(c), it-tieni inċiż, tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 ġie emendat bir-Regolament (UE) 2017/2393. Ir-regola li l-limitu massimu għall-qawwa alkoħolika totali jista’ jaqbeż il-15 % tal-volum għal inbejjed b’denominazzjoni ta’ oriġini protetta li ġew prodotti mingħajr arrikkiment, jew li ġew arrikkiti biss bi proċessi ta’ konċentrazzjoni parzjali elenkati fil-punt 1 tat-Taqsima B tal-Parti I tal-Anness VIII, ġie ssupplimentat b’dan li ġej: “sakemm l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott fil-fajl tekniku tad-denominazzjoni ta’ oriġini protetta kkonċernata tippermetti dik il-possibbiltà”. Għaldaqstant, kien neċessarju li tiġi emendata l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.

DOKUMENT UNIKU

1.   Isem/ismijiet għar-reġistrazzjoni

Uhlen Blaufüsser Lay

Uhlen Blaufüßer Lay

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

DOP – Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta

3.   Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli

1.

Inbid

5.

Inbid frizzanti ta’ kwalità

4.   Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed

1.   Inbid ta’ kwalità

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

L-inbejjed bojod Riesling jiġu mmaturati fl-art tal-Uhlen Blaufüsser Lay. Hemm tliet tipi ta’ prodott tad-dwieli, kull wieħed bi proprjetajiet kemxejn differenti: inbid ta’ kwalità, inbid b’attributi speċjali (Prädikatswein) u Sekt b.A. (inbid spumanti ta’ kwalità minn reġjuni definiti).

L-inbejjed Uhlen Blaufüsser Lay mhux imqaddma, għandhom lewn isfar ċar, u kultant ħadrani, li jsir aktar intens hekk kif il-prodott jitqaddem, qabel ma jsir lewn dehbi sublimi u rikk ladarba l-inbid ikun immatura kompletament. L-aromi tal-inbejjed huma definiti mill-interazzjoni ta’ noti ta’ frott u ta’ ħjiliet ta’ minerali tipiċi tal-lavanja. Is-sediment aktar tafli tal-istrati aktar profondi tal-oċean jagħtu lill-Uhlen Blaufüsser Lay (Uhlen Blaufüßer Lay) togħma li ta’ spiss tista’ tiġi deskritta bħala “xi ftit jew wisq aktar friska”. Ħafna drabi, l-istruttura u l-minerali mikrokristallini u pikkanti tant jinħassu sottili u ħfief fuq l-ilsien li jistgħu jfakkru fiż-żiffiet aromatiċi tal-baħar. F’xi snin, kien possibbli wkoll li wieħed itiegħem il-jodju mielaħ tal-baħar.

Għall-karatteristiċi analitiċi fejn ma tingħata l-ebda ċifra, tapplika l-leġiżlazzjoni rilevanti.

KARATTERISTIĊI ANALITIĊI

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

Aċidità totali minima

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

2.   Inbid b’attributi speċjali (Prädikatswein), issupplimentat minn: l-inbid Auslese

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

L-inbejjed bojod Riesling jiġu mmaturati fl-art tal-Uhlen Blaufüsser Lay. Hemm tliet tipi ta’ prodott tad-dwieli, kull wieħed bi proprjetajiet kemxejn differenti: inbid ta’ kwalità, inbid b’attributi speċjali (Prädikatswein) u Sekt b.A. (inbid spumanti ta’ kwalità minn reġjuni definiti).

L-inbejjed Uhlen Blaufüsser Lay mhux imqaddma, għandhom lewn isfar ċar, u kultant ħadrani, li jsir aktar intens hekk kif il-prodott jitqaddem, qabel ma jsir lewn dehbi sublimi u rikk ladarba l-inbid ikun immatura kompletament. L-aromi tal-inbejjed huma definiti mill-interazzjoni ta’ noti ta’ frott u ta’ ħjiliet ta’ minerali tipiċi tal-lavanja. Is-sediment aktar tafli tal-istrati aktar profondi tal-oċean jagħtu lill-Uhlen Blaufüsser Lay (Uhlen Blaufüßer Lay) togħma li ta’ spiss tista’ tiġi deskritta bħala “xi ftit jew wisq aktar friska”. Ħafna drabi, l-istruttura u l-minerali mikrokristallini u pikkanti tant jinħassu sottili u ħfief fuq l-ilsien li jistgħu jfakkru fiż-żiffiet aromatiċi tal-baħar. F’xi snin, kien possibbli wkoll li wieħed itiegħem il-jodju mielaħ tal-baħar. Il-firxa ta’ aromi u togħmiet deskritta hawn fuq għandha ħlewwa sottostanti li hija delikata fil-każ tal-inbejjed Auslese.

Il-qawwa alkoħolika totali tista’ taqbeż il-15 % skont il-volum.

Għall-karatteristiċi analitiċi fejn ma tingħata l-ebda ċifra, tapplika l-leġiżlazzjoni rilevanti.

KARATTERISTIĊI ANALITIĊI

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

Aċidità totali minima

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

3.   Inbid b’attributi speċjali (Prädikatswein), issupplimentat minn: Beerenauslese, Trockenbeerenauslese, u Eiswein

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

L-inbejjed bojod Riesling jiġu mmaturati fil-proprjetà tal-Uhlen Blaufüsser Lay. Hemm tliet tipi ta’ prodott tad-dwieli, kull wieħed bi proprjetajiet kemxejn differenti: inbid ta’ kwalità, inbid b’attributi speċjali (Prädikatswein) u Sekt b.A. (inbid spumanti ta’ kwalità minn reġjuni definiti).

L-inbejjed Uhlen Blaufüsser Lay mhux imqaddma, għandhom lewn isfar ċar, u kultant ħadrani, li jsir aktar intens hekk kif il-prodott jitqaddem, qabel ma jsir lewn dehbi sublimi u rikk ladarba l-inbid ikun immatura kompletament. L-aromi tal-inbejjed huma definiti mill-interazzjoni ta’ noti ta’ frott u ta’ ħjiliet ta’ minerali tipiċi tal-lavanja. Is-sediment aktar tafli tal-istrati aktar profondi tal-oċean jagħtu lill-Uhlen Blaufüsser Lay (Uhlen Blaufüßer Lay) togħma li ta’ spiss tista’ tiġi deskritta bħala “xi ftit jew wisq aktar friska”. Ħafna drabi, l-istruttura u l-minerali mikrokristallini u pikkanti tant jinħassu sottili u ħfief fuq l-ilsien li jistgħu jfakkru fiż-żiffiet aromatiċi tal-baħar. F’xi snin, kien possibbli wkoll li wieħed itiegħem il-jodju mielaħ tal-baħar. Il-firxa ta’ aromi u togħmiet deskritta hawn fuq għandha ħlewwa sottostanti li hija delikata fil-każ tal-inbejjed Auslese, u aktar kremuża fl-inbejjed Beerenauslese, u jista’ jkollha wkoll noti ta’ għasel. Dawn l-aspetti tat-togħmiet tal-inbejjed huma aktar evidenti fl-inbejjed Trockenbeerenauslese. Fil-każ tal-inbejjed Eiswein, il-firxa ta’ aromi u togħmiet deskritta hawn fuq tinkludi aċidità pikkanti.

Il-qawwa alkoħolika totali tista’ taqbeż il-15 % skont il-volum.

Għall-karatteristiċi analitiċi fejn ma tingħata l-ebda ċifra, tapplika l-leġiżlazzjoni rilevanti.

KARATTERISTIĊI ANALITIĊI

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

Aċidità totali minima

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

4.   Sekt b.A. (inbid spumanti ta’ kwalità minn reġjuni definiti)

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

L-inbejjed bojod Riesling jiġu mmaturati fl-art tal-Uhlen Blaufüsser Lay. Hemm tliet tipi ta’ prodott tad-dwieli, kull wieħed bi proprjetajiet kemxejn differenti: inbid ta’ kwalità, inbid b’attributi speċjali (Prädikatswein) u Sekt b.A. (inbid spumanti ta’ kwalità minn reġjuni definiti).

L-inbejjed Uhlen Blaufüsser Lay mhux imqaddma, għandhom lewn isfar ċar, u kultant ħadrani, li jsir aktar intens hekk kif il-prodott jitqaddem, qabel ma jsir lewn dehbi sublimi u rikk ladarba l-inbid ikun immatura kompletament.

L-aromi tal-inbejjed huma definiti mill-interazzjoni ta’ noti ta’ frott u ta’ ħjiliet ta’ minerali tipiċi tal-lavanja. Is-sediment aktar tafli tal-istrati aktar profondi tal-oċean jagħtu lill-Uhlen Blaufüsser Lay (Uhlen Blaufüßer Lay) togħma li ta’ spiss tista’ tiġi deskritta bħala “xi ftit jew wisq aktar friska”. Ħafna drabi, l-istruttura u l-minerali mikrokristallini u pikkanti tant jinħassu sottili u ħfief fuq l-ilsien li jistgħu jfakkru fiż-żiffiet aromatiċi tal-baħar. F’xi snin, kien possibbli wkoll li wieħed itiegħem il-jodju mielaħ tal-baħar. Fil-każ tal-inbejjed Sekt b.A., il-firxa ta’ aromi u togħmiet deskritta hawn fuq għall-inbejjed Prädikatswein hija qawwija u intensifikata bid-diossidu tal-karbonju użat fil-produzzjoni tal-inbid spumanti.

Għall-karatteristiċi analitiċi fejn ma tingħata l-ebda ċifra, tapplika l-leġiżlazzjoni rilevanti.

KARATTERISTIĊI ANALITIĊI

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

13,5

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

11,5

Aċidità totali minima

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

5.   Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid

5.1.   Prattiki enoloġiċi speċifiċi

1.   Restrizzjonijiet rilevanti għall-produzzjoni tal-inbejjed

Dawn li ġejjin ma humiex permessi: sorbat tal-potassju, liżożima, dikarbonat tad-dimetil, elettrodijaliżi, dealkoħolizzazzjoni, skambjaturi ta’ katjoni, konċentrazzjoni (krijokonċentrazzjoni, osmożi, kolonna ċentrifuga konikali), taħlil, biċċiet tal-ballut jew preparati.

2.   Inbid ta’ kwalità

Prattiki enoloġiċi speċifiċi

Tal-anqas 88 °Oechsle jew kontenut massimu ta’ aċidità (espress bħala aċidu tartariku) = 7,5 g/l

Sa 100° Oechsle u nbejjed imqawwija: kontenut massimu ta’ zokkor residwu = “nofsu misjur” skont il-liġi dwar l-inbejjed.

Aktar minn 100° Oechsle: kontenut massimu ta’ zokkor residwu = piż tal-most/3

3.   Inbid b’attributi speċjali (Prädikatswein)

Prattiki enoloġiċi speċifiċi

Auslese: mill-inqas 105° Oechsle; kontenut minimu ta’ zokkor residwu = 90 g/l

Beerenauslese: mill-inqas 130° Oechsle; kontenut minimu ta’ zokkor residwu = 150 g/l

Trockenbeerenauslese: mill-inqas 180° Oechsle; kontenut minimu ta’ zokkor residwu = 180 g/l

Eiswein: mill-inqas 130° Oechsle; kontenut minimu ta’ zokkor residwu = 150 g/l

4.   Sekt b.A. (inbid spumanti ta’ kwalità minn reġjuni definiti)

Prattiki enoloġiċi speċifiċi

Fermentazzjoni tradizzjonali fil-flixkun

5.2.   Rendimenti massimi

70 ettolitru għal kull ettaru

6.   Definizzjoni taż-żona demarkata

L-Uhlen Blaufüsser Lay hija parti mid-DOP Mosel (numru tar-reġistrazzjoni DOP-DE-A1270).

Il-vinji tal-Uhlen Blaufüsser Lay jinsabu fiż-żona ta’ Winningen fid-distrett rurali ta’ Mayen-Koblenz fl-Istat Federali ta’ Rhineland-Palatinate. L-isem “Blaufüßer Lay” huwa rreġistrat fir-reġistru tal-artijiet bħala diviżjoni fil-miftuħ. Għal aktar minn għaxar snin, ismu deher fuq it-tikkettar bħala indikazzjoni tal-formazzjoni tax-shale. It-terminu “Blumslay” (minn Blaufüßer Lay – Blauslay – Blooslay – Blumslay), kelma bid-djalett li sabet ruħha fil-Ġermaniż uffiċjali, jirreferi għal punt ta’ osservazzjoni ’il fuq mill-vinji. Iż-żona tibda bir-roqgħa art 2219/1 u tispiċċa fid-direzzjoni tax-xmara bl-irqajja’ 2179, 2181/1, 2186, 2190, 2189/2.

Il-prodotti bid-DOP Uhlen Blaufüsser Lay jistgħu jiġu prodotti fiż-żona rreġistrata tad-DOP Mosel (numru tar-reġistrazzjoni DOP-DE-A1270). Iż-żona ddefinita hi koperta mid-DOP Mosel.

L-art tal-Uhlen Blaufüßer Lay tkopri żona ta’ 1,96 ha.

7.   Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid / jinkisbu l-inbejjed

Weisser Riesling – Riesling, Riesling renano, Rheinriesling, u Klingelberger

8.   Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet

Il-vinji tal-Uhlen Blaufüsser Lay jinsabu fil-pajsaġġ imtarraġ ta’ Mosel tan-naħa t’isfel. L-istrutturi mtarrġa tal-Uhlen Blaufüsser Lay huma rranġati f’konfigurazzjoni tradizzjonali b’orjentazzjoni lejn il-Lbiċ u jinsabu f’altitudni ta’ bejn madwar 75 m u 210 m ’il fuq mil-livell tal-baħar. It-temperatura medja ta’ 11,6 °C tul dawn l-aħħar ħames snin kienet relattivament għolja, kif mistenni f’altitudni baxxa bħal din. Il-livelli baxxi ta’ xita (madwar 620 mm) u l-għadd kbir ta’ sigħat ta’ dawl tax-xemx (1 922) joħolqu mikroklima li hija pjuttost differenti miż-żoni l-oħra tad-DOP Mosel u b’mod partikolari hija responsabbli għall-maturità partikolari tal-għeneb (qawwa alkoħolika potenzjali għolja b’aċidità baxxa u fenoli maturi). Jingħad li l-inbejjed huma espressivi ħafna u għandhom togħma mimlija ħafna. Il-kundizzjonijiet ġeografiċi partikolari tar-reġjun tal-Uhlen Blaufüsser Lay jgħinu biex l-għeneb jikseb il-maturità fiżjoloġika u jsawru t-togħma individwali tal-inbejjed li jiġu prodotti hemmhekk.

Fl-iskeda taż-żmien ġeoloġika, l-Uhlen Blaufüßer Lay jaqa’ taħt is-sistema Devonjana u s-serje Devonjana Inferjuri. B’mod aktar speċifiku, iż-żona tikkonsisti f’sedimenti mis-sublivelli ta’ Oberems/Laubach u f’sedimenti aktar qodma mil-livelli ta’ Laubach. Il-fond dejjem jiżdied tal-baħar jidher mill-pakketti magħqudin ta’ xaħx u lavanja skuri. Il-ħamrija mimlija blat esposta għall-kundizzjonijiet tat-temp li tirriżulta minn dawn is-sedimenti hija Regosol magħmul minn diversi tipi differenti ta’ lavanja taflin ħafna u xaħxija. Il-kontenut ogħla ta’ tafal tal-ħamrija joħloq kapaċità ogħla fil-ħamrija u temperatura medja tal-ħamrija aktar baxxa fl-istrati aktar baxxi, meta mqabbel ma’ DOP ġirien. B’riżultat ta’ dan, hemm differenzi organolettiċi konsiderevoli meta mqabbla ma’ DOP ġirien. L-Uhlen Blaufüsser Lay għandu sehem iżgħar ta’ komponenti ta’ frott fir-riħa ġeneralment mhux qawwija tiegħu. L-impressjoni minerali u olfattiva li tirriżulta, tkompli fil-palat b’sensazzjoni li ħafna drabi hija deskritta bħala “tajba, friska, u ċara”.

L-influwenza tal-bniedem hija bbażata fuq tradizzjoni ta’ produzzjoni tal-inbid li tmur lura għal eluf ta’ snin. L-arti tat-tħawwil tal-vinji fi strutturi mtarrġin appoġġati minn ħitan tal-ġebel niexef tmur lura għal żmien ir-Rumani. Fis-sena 380 AD, il-poeta Ruman, Ausonius, iddeskriva lil dan il-bini bħala “anfiteatri”. Is-sejba ta’ flus Rumani fl-istrutturi mtarrġin li probabbilment kienu maħsuba għall-offerti, hija prova oħra ta’ din il-prattika. L-inbid ilu jiġi prodott fiż-żona minn dak iż-żmien. Tul is-sekli, il-kwalità tal-produzzjoni kompliet tiġi mtejba permezz tal-iżvilupp ta’ varjetajiet ġodda tal-għeneb (il-varjetà Riesling mill-bidu tas-seklu 19) u modi ġodda ta’ kultivazzjoni (f’arbuxelli, mal-lasti jew mal-ħbula). F’dawn l-aħħar għexieren ta’ snin, iż-żieda fis-sensibilizzazzjoni ambjentali wasslet għal użu dejjem anqas ta’ fertilizzanti minerali solubbli ħafna. B’riżultat ta’ dan, il-popolazzjonijiet ta’ mikroflora u mikrofawna naturali reġgħu lura fil-ħamrija, u dan wassal biex isir aktar assorbiment ta’ nutrijenti, kif ukoll biex isiru aktar proċessi ta’ skambju ta’ katonji bħala riżultat tal-inkorporazzjoni ta’ molekuli kumplessi li jinteraġixxu b’mod simbjotiku mal-mikrobi li jinsabu fix-xniexel. Dawn il-mikrobi jistgħu jintużaw bħala trażmettituri bejn is-sustanzi organiċi u l-minerali speċifiċi li jinsabu fil-ħamrija, u b’hekk jagħmlu t-togħma tal-inbid saħansitra aktar unika.