|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 464 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 64 |
|
Werrej |
Paġna |
|
|
|
I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet |
|
|
|
RAKKOMANDAZZJONIJIET |
|
|
|
il–Kunsill |
|
|
2021/C 464/01 |
||
|
2021/C 464/02 |
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2021/C 464/03 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10460 — DMK / NIESKY / UELZENA / MILCHTROCKNUNG SÜDHANNOVER) ( 1 ) |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2021/C 464/04 |
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2021/C 464/05 |
Sejħa għall-proposti 2022 — EAC/A10/2021 — Il-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà |
|
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2021/C 464/06 |
||
|
|
ATTI OĦRAJN |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2021/C 464/07 |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
|
I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet
RAKKOMANDAZZJONIJIET
il–Kunsill
|
17.11.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 464/1 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUNSILL
tal-16 ta’ Novembru 2021
dwar is-sekwenzjar tat-twettiq tal-impenji aktar vinkolanti meħuda fil-qafas tal-kooperazzjoni strutturata permanenti (PESCO) u li tispeċifika objettivi aktar preċiżi, u li tħassar ir-Rakkomandazzjoni tal-15 ta’ Ottubru 2018
(2021/C 464/01)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 46(6) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Protokoll Nru 10 dwar il-kooperazzjoni strutturata permanenti stabbilita bl-Artikolu 42 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2315 tal-11 ta’ Diċembru 2017 li tistabbilixxi kooperazzjoni strutturata permanenti (PESCO) u li tiddetermina l-lista ta’ Stati Membri parteċipanti (1),
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 4(2), il-punt (b) tad-Deċiżjoni (PESK) 2017/2315 jipprevedi li l-Kunsill irid jadotta deċiżjonijiet u rakkomandazzjonijiet dwar is-sekwenzjar tat-twettiq tal-impenji aktar vinkolanti stipulati fl-Anness għal dik id-Deċiżjoni matul iż-żewġ fażijiet inizjali konsekuttivi (is-snin 2018-2020 u 2021-2025) u li jispeċifikaw fil-bidu ta’ kull fażi l-objettivi aktar preċiżi għat-twettiq tal-impenji aktar vinkolanti. |
|
(2) |
Fil-15 ta’ Ottubru 2018, il-Kunsill adotta Rakkomandazzjoni (ir-“Rakkomandazzjoni tal-15 ta’ Ottubru 2018”) dwar is-sekwenzjar tat-twettiq tal-impenji aktar vinkolanti meħuda fil-qafas tal-PESCO u li tispeċifika objettivi (2) aktar preċiżi għall-fażijiet 2018-2020 u 2021-2025. Skont il-paragrafi 4 u 27 tar-Rakkomandazzjoni tal-15 ta’ Ottubru 2018, il-Kunsill jenħtieġ li jadotta t-tieni sett ta’ objettivi aktar preċiżi għall-fażi 2021-2025. Kif speċifikat fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-20 ta’ Novembru 2020 dwar ir-Rieżami Strateġiku tal-PESCO (PSR) 2020, jenħtieġ li l-Kunsill jirrevedi dik ir-Rakkomandazzjoni fil-bidu tal-fażi li jmiss fl-2021 bil-ħsieb li jiġu stabbiliti l-objettivi u r-riżultati konkreti għall-fażi 2021-2025 tal-PESCO li jmiss f’konformità mal-PSR. |
|
(3) |
Fid-dawl tal-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-20 ta’ Novembru 2020, is-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet tar-Rieżami Annwali Koordinat dwar id-Difiża (CARD) jenħtieġ li jintużaw biex jinfurmaw l-objettivi u r-riżultati konkreti għall-fażi PESCO li jmiss (2021-2025). |
|
(4) |
F’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1639 (3), Stat terz jista’ eċċezzjonalment jiġi mistieden jipparteċipa fi proġett PESCO, u jipprovdi valur miżjud sostanzjali għall-proġett u jikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-PESCO u l-Politika ta’ Sigurtà u ta’ Difiża Komuni (PSDK) u jissodisfa impenji aktar vinkolanti. |
|
(5) |
Jenħtieġ li l-Kunsill għalhekk jadotta rakkomandazzjoni oħra u jħassar ir-Rakkomandazzjoni tal-15 ta’ Ottubru 2018, |
ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:
I. Objettiv u kamp ta’ applikazzjoni
|
1. |
Fid-dawl tal-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-20 ta’ Novembru 2020 dwar il-PSR, l-għan ġenerali għat-tieni fażi inizjali sal-2025 ser ikun li jitwettqu l-impenji l-aktar vinkolanti, li l-Istati Membri parteċipanti ħadu ma’ xulxin, inkluż billi jaħdmu fuq pakkett koerenti ta’ forza tal-ispettru sħiħ, f’konformità man-notifika tal-PESCO (4), li tikkontribwixxi għat-twettiq tal-Livell ta’ Ambizzjoni tal-UE. Tali pakkett koerenti ta’ forzi li jkopri l-ispettru sħiħ ta’ operazzjonijiet jenħtieġ li jiġi elaborat aktar mill-Istati Membri fil-kuntest tal-Boxxla Strateġika. (5) |
|
2. |
L-għan ta’ din ir-Rakkomandazzjoni huwa li jiġi żgurat approċċ komuni u li l-Istati Membri parteċipanti jkunu jistgħu jwettqu l-impenji aktar vinkolanti stipulati fl-Anness għad-Deċiżjoni (PESK) 2017/2315. Huwa għandu jiffaċilita l-proċess ta’ valutazzjoni annwali stipulat fl-Artikolu 6 ta’ dik id-Deċiżjoni, abbażi ta’ sett komplut ta’ data rilevanti inkluż pjanijiet direzzjonali. Sabiex tassisti lill-Istati Membri parteċipanti fl-ippjanar biex iwettqu l-impenji aktar vinkolanti u tiffaċilita l-valutazzjoni tal-progress tal-PESCO fir-rapport tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (ir-“Rappreżentant Għoli”), din ir-Rakkomandazzjoni tinkludi objettivi intermedji, stadji importanti, b’indikaturi tal-progress relatati, inkluż għal impenji operazzjonali sabiex jiġi pprovdut sehem ġust għall-ġenerazzjoni rispettiva tal-forzi għall-missjonijiet u l-operazzjonijiet tal-PSDK, skont il-mezzi u l-kapaċitajiet tal-Istati Membri. Dik id-data jenħtieġ li tiġi pprovduta kull sena mill-Istati Membri parteċipanti fil-pjanijiet ta’ implimentazzjoni nazzjonali (NIPs) tagħhom, riveduti u aġġornati, kif xieraq, skont l-Artikolu 3(2) ta’ dik id-Deċiżjoni. Ir-regoli ta’ sigurtà stipulati fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE (6) jenħtieġ li jiġu applikati wkoll għall-NIPs u dokumenti rilevanti oħra abbażi tal-informazzjoni li tkun fihom. L-Istati Membri parteċipanti, appoġġati mis-segretarjat tal-PESCO, jenħtieġ li jiżguraw it-trasparenza u jiżviluppaw aktar il-koerenza u l-konsistenza fost l-Istati Membri parteċipanti kollha fir-rigward tal-informazzjoni meħtieġa u pprovduta fil-kuntest tal-PESCO u inizjattivi oħrajn relatati mad-difiża, inkluż il-CARD. Il-koerenza bejn inizjattivi diversi relatati mad-difiża jenħtieġ li tiġi żviluppata u msaħħa aktar, inkluż fir-rigward tar-rappurtar mill-Istati Membri, sabiex jeħfief il-piż amministrattiv u titjieb il-kwalità tal-NIPs. Jenħtieġ li dik il-ħidma tqis it-tagħlimiet identifikati fi tmiem l-ewwel fażi tal-PESCO (2018–2020), b’mod partikolari permezz tal-proċess ta’ rieżami strateġiku relatat. |
|
3. |
F’konformità mal-impenji stipulati fl-Anness għad-Deċiżjoni (PESK) 2017/2315, u mingħajr ma tibdilhom jew iddaħħal impenji ġodda, din ir-Rakkomandazzjoni tipprovdi gwida għas-sekwenzjar tat-twettiq ta’ dawk l-impenji għall-fażi 2021-2025, u tispeċifika objettivi aktar preċiżi għal kull impenn, filwaqt li tenfasizza li l-Istati Membri parteċipanti jenħtieġ li jimplimentaw dawk l-impenji mill-aktar fis possibbli, partikolarment dawk li kellhom jitwettqu sal-2020. |
|
4. |
Bl-objettivi aktar preċiżi msemmija fit-Taqsima II, li jinkludu wkoll l-indikaturi tal-progress, fejn applikabbli, għal impenji speċifiċi, l-Istati Membri parteċipanti ser ikunu jistgħu jippjanaw għat-twettiq tal-impenji aktar vinkolanti b’mod strutturat u trasparenti u jipprovdu informazzjoni dettaljata u li tista’ tiġi valutata dwar il-progress miksub fit-twettiq ta’ kull impenn fl-NIPs tagħhom. Jenħtieġ li jiġu żgurati skambji regolari bejn l-Istati Membri parteċipanti fil-korpi preparatorji rilevanti tal-Kunsill, kif imsemmi fil-PSR, b’mod partikolari dwar l-oqsma li fihom għandhom ikomplu jew jissaħħu l-isforzi. |
|
5. |
L-għan huwa li jiġu adattati l-objettivi aktar preċiżi eżistenti fuq il-bażi tal-esperjenza miksuba mill-ewwel fażi inizjali sabiex l-Istati Membri parteċipanti jiġu megħjuna jiksbu riżultati konkreti aħjar u sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni fir-rigward tat-twettiq tal-impenji aktar vinkolanti malajr kemm jista’ jkun, u sa tmiem l-2025. Jenħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari lill-oqsma fejn huwa meħtieġ titjib, inkluż fil-livell tal-proġett f’konformità mal-Konklużjonijiet dwar il-PSR u biex jiġi żgurat progress kontinwu lil hinn miż-żewġ fażijiet inizjali konsekuttivi (is-snin 2018-2020 u 2021-2025). Fi tmiem iż-żewġ fażijiet inizjali konsekuttivi fl-2025, il-Kunsill, fi proċess ta’ rieżami strateġiku, ser jivvaluta t-twettiq tal-impenji aktar vinkolanti tal-PESCO stipulati fid-Deċiżjoni (PESK) 2017/2315 minn kull Stat Membru parteċipanti u ser jaġġorna, u jsaħħaħ jekk meħtieġ, dawk l-impenji fid-dawl tal-kisbiet li saru permezz tal-PESCO, sabiex jiġu riflessi l-ambjent dejjem jevolvi tas-sigurtà tal-Unjoni, il-ħtiġijiet operazzjonali tagħha, kif ukoll il-prijoritajiet ta’ żvilupp tal-kapaċitajiet tal-Istati Membri u tal-Unjoni. F’dak il-kuntest, fil-bidu tal-2026, wara l-proċess ta’ rieżami strateġiku spjegat hawn fuq, jenħtieġ li l-Kunsill jadotta t-tielet sett ta’ objettivi aktar preċiżi, aġġornat, u mtejjeb jekk meħtieġ, b’kont meħud tal-Artikolu 4(2), il-punt (c) tad-Deċiżjoni (PESK) 2017/2315. |
II. Is-sekwenzjar tat-twettiq tal-impenji permezz tal-ispeċifikazzjoni ta’ objettivi aktar preċiżi
Impenji 1 sa 5
|
6. |
Impenn 1: L-Istati Membri parteċipanti jenħtieġ li jipprovdu fl-NIPs tagħhom data finanzjarja preċiża dwar l-evoluzzjoni tal-ispiża totali għad-difiża meta mqabbla mas-sena ta’ qabel f’termini reali (7), inkluż f’ċifri assoluti, li turi pjan għal żieda regolari fl-infiq. F’dan ir-rigward, l-Istati Membri parteċipanti jenħtieġ li jipprovdu wkoll fl-NIPs tagħhom il-projezzjonijiet ta’ nfiq miftiehma fil-livell nazzjonali tagħhom għas-snin li ġejjin. Dawk l-Istati Membri parteċipanti li huma wkoll membri tan-NATO u li qed jonfqu kemm indikat, jew aktar, mil-linji gwida rilevanti tan-NATO għall-ispiża għad-difiża, jenħtieġ li jipprovdu indikazzjoni dwar il-pjanijiet tagħhom li jżommu jew jibdlu dak il-livell tan-nefqa fuq id-difiża. Fil-kuntest tal-NIPs tagħhom, il-ħidma għal-linji gwida attwali u rilevanti tan-NATO għan-nefqa tad-difiża (8), jew biex dawn jinżammu jew jinqabżu, ser titqies li turi xejra pożittiva fit-twettiq ta’ dan l-impenn aktar vinkolanti. Abbażi tal-informazzjoni pprovduta fl-NIPs, ir-rapport annwali tar-Rappreżentant Għoli ser jipprovdi wkoll ħarsa ġenerali dettaljata tal-evoluzzjoni tan-nefqa fuq id-difiża mill-Istat Membru parteċipanti, f’konformità mal-Artikolu 6(3) tad-Deċiżjoni (PESK) 2017/2315. |
|
7. |
Impenn 2: Kull Stat Membru parteċipanti jenħtieġ li jipprovdi data finanzjarja preċiża fl-NIP tiegħu dwar kif biħsiebu jikkontribwixxi għall-parametru referenzjarju (9) kollettiv ta’ 20 % fir-rigward tal-investiment għad-difiża. Dik l-informazzjoni jenħtieġ li tipprovdi l-previżjoni taż-żieda meta mqabbla mas-sena preċedenti f’termini reali, bħala perċentwal tal-baġit totali għad-difiża. Iċ-ċifri pprovduti jenħtieġ li jinkludu investimenti għall-akkwist pubbliku fil-qasam tad-difiża u għar-riċerka u żvilupp (R&Ż). Dawk l-Istati Membri parteċipanti li diġà qed jonfqu fil-livell tal-parametru referenzjarju (kollettiv), jew aktar minnu, jenħtieġ li jipprovdu indikazzjoni tal-pjanijiet tagħhom biex iżommu jew jibdlu dak il-livell ta’ nfiq. |
|
8. |
Impenn 3: L-Istati Membri parteċipanti jenħtieġ li jipprovdu informazzjoni dettaljata fl-NIPs tagħhom dwar kif u b’liema mezzi biħsiebhom iżidu l-għadd, id-daqs u l-impatt ta’ proġetti, kollaborattivi u konġunti, tal-kapaċitajiet strateġiċi tad-difiża filwaqt li jsemmu wkoll iċ-ċifri baġitarji u l-proġetti speċifiċi li jibbenefikaw jew li kienu bbenefikaw minn assistenza finanzjarja tal-Unjoni. F’dan ir-rigward, kull Stat Membru parteċipanti jenħtieġ li jipprovdi data finanzjarja preċiża dwar kif biħsiebu jikkontribwixxi biex f’termini reali jilħaq il-parametru referenzjarju kollettiv tal-akkwist kollaborattiv Ewropew ta’ tagħmir – 35 % tan-nefqa totali fuq it-tagħmir – u l-parametru referenzjarju kollettiv tar-riċerka u t-teknoloġija (R&T) kollaborattiva Ewropea għad-difiża – 20 % tan-nefqa totali għad-difiża fir-R&T. Dawk l-Istati Membri parteċipanti li diġà qed jonfqu f’dawk il-livelli jenħtieġ li jipprovdu indikazzjoni tal-pjanijiet tagħhom biex iżommu jew jibdlu dawk il-livelli ta’ nfiq. |
|
9. |
Impenn 4: Sabiex jassistu l-monitoraġġ tal-progress attwali minn sena għal sena, kull Stat Membru parteċipanti jenħtieġ li jipprovdi b’mod ċar fl-NIP tiegħu, data finanzjarja preċiża dwar kif ser jikkontribwixxi, bl-għan li joqrob lejn it-2 % tan-nefqa totali għad-difiża (parametru referenzjarju kollettiv) bħala sehem tal-ispiża totali tad-difiża fir-R&T fil-qasam tad-difiża, inkluż tbassir tal-ispiża. |
|
10. |
Impenn 5: Kull sena, l-Istati Membri parteċipanti huma mħeġġa jużaw l-NIPs tagħhom biex jaqsmu l-esperjenza tagħhom f’termini ta’ ppjanar u ta’ kontribut għat-twettiq tal-impenji 1 sa 4 fid-dawl tal-objettivi aktar preċiżi stipulati hawn fuq. Fi tmiem l-2025 ser issir rieżami ta’ dawk l-impenji, abbażi tad-data tal-infiq ipprovduta fl-NIPs, bil-ħsieb li l-indikaturi u l-objettivi jiġu adattati għal dawk l-impenji kif meħtieġ, għall-approvazzjoni mill-Kunsill. |
Impenji 6 sa 11
|
11. |
Impenn 6: Sal-2025, l-Istati Membri parteċipanti ser ikunu mxew ’il quddiem fil-kunsiderazzjoni sistematika u fl-aħjar użu tal-għodod u l-inizjattivi ta’ żvilupp tal-kapaċitajiet tal-Unjoni, bħall-Pjan ta’ Żvilupp tal-Kapaċitajiet (CDP) u l-CARD biex jinfurmaw it-teħid ta’ deċiżjonijiet nazzjonali, l-istabbiliment ta’ prijoritajiet u l-ippjanar tad-difiża tagħhom u jagħmluhom aktar koerenti, biex b’hekk tiġi żgurata l-koerenza tar-riżultati mal-proċessi rispettivi tan-NATO, fejn ir-rekwiżiti jikkoinċidu, filwaqt li tiġi rikonoxxuta n-natura differenti taż-żewġ organizzazzjonijiet u r-responsabbiltajiet u s-sħubijiet rispettivi tagħhom. Dan ikun ifisser li l-Istati Membri jenfasizzaw ir-rwol sostanzjali tagħhom fl-iżvilupp tal-kapaċitajiet fi ħdan l-Unjoni inkluż billi jindikaw l-oqsma preferuti għall-iżvilupp ta’ attivitajiet kollaborattivi ta’ kapaċità tad-difiża fl-Unjoni b’referenza għas-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-CARD. Għal dak il-għan, l-Istati Membri parteċipanti jenħtieġ li jindikaw fl-NIPs tagħhom kif jimplimentaw il-Prijoritajiet tal-Unjoni għall-Iżvilupp tal-Kapaċitajiet li jirriżultaw mis-CDP, inkluż permezz tal-ħolqien tal-prijoritajiet nazzjonali, u jiddeskrivu l-pjanijiet u l-objettivi tagħhom dwar il-prijoritajiet rispettivi li għandhom jintlaħqu fis-snin li ġejjin. |
|
12. |
Impenn 7: Kull sena, kull Stat Membru parteċipanti jenħtieġ li jindika fl-NIPs tiegħu kif ikun għamel l-aħjar użu mill-għodod u l-proċessi disponibbli tal-Unjoni u kif biħsiebu jipproċedi f’dan l-isforz. Dan jinkludi l-appoġġ għall-proċess tal-CARD, fost l-oħrajn permezz tal-għoti tal-informazzjoni rilevanti kollha mitluba, it-twettiq ta’ djalogi bilaterali tal-CARD u l-qsim tal-eżitu tar-rieżamijiet tad-difiża nazzjonali, kull meta jkun possibbli. L-Istati Membri parteċipanti jenħtieġ li jinkludu fl-NIPs tagħhom informazzjoni dwar kif implimentaw u/jew kif jippjanaw li jużaw ir-rakkomandazzjonijiet azzjonabbli pprovduti fir-Rapporti tal-CARD miftiehma. |
|
13. |
Impenn 8: Fuq bażi annwali, l-Istati Membri parteċipanti ser jużaw bl-aħjar mod il-Fond Ewropew għad-Difiża b’appoġġ għall-proġetti kollaborattivi tagħhom għall-iżvilupp tal-kapaċitajiet. Fl-NIPs tagħhom, l-Istati Membri parteċipanti jenħtieġ li jindikaw għal liema Prijoritajiet tal-Iżvilupp tal-Kapaċitajiet tal-UE maqbula skont l-Oqsma ta’ Prijorità tas-CDP u l-CARD, l-assistenza finanzjarja tal-UE li tkun waslet jew li tista’ tintalab fil-futur u, sakemm possibbli, is-sehem tal-investiment nazzjonali fid-difiża li ddedikaw jew jippjanaw li jiddedikaw għal dawk il-proġetti kollaborattivi. Fl-NIPs tagħhom, l-Istati Membri parteċipanti jenħtieġ li jindikaw l-utilizzabbiltà u l-valur miżjud tal-finanzjament tal-UE għall-isforzi ta’ żvilupp tal-kapaċitajiet tad-difiża nazzjonali. Barra minn hekk, sa tmiem l-2025, l-Istati Membri parteċipanti jenħtieġ li jindikaw il-ħsieb tagħhom li jiżguraw segwitu għar-riżultati kemm tal-Azzjoni Preparatorja fuq ir-Riċerka dwar id-Difiża (2017-2019) kif ukoll tal-Programm Ewropew għall-Iżvilupp fl-Industrija tad-Difiża (EDIDP) (2019-2020) u l-Fond Ewropew għad-Difiża għal proġetti kollaborattivi b’valur miżjud identifikat tal-UE. |
|
14. |
Impenn 9: L-Istati Membri parteċipanti jenħtieġ li jelenkaw il-proġetti kollaborattivi rilevanti għall-iżvilupp tal-kapaċitajiet li għaddejjin f’konformità mas-CDP fil-PESCO, kif ukoll f’oqfsa oħra, u jindikaw il-bidu u t-tlestija ppjanati tal-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti. Il-bidu previst tal-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti tal-kapaċità jenħtieġ li jiġi indikat ukoll għall-proġetti ppjanati u maħsuba. Dak jenħtieġ li jsir għas-snin li ġejjin, b’mod partikolari b’attenzjoni speċjali fuq it-tneħħija ta’ lakuni ta’ kapaċitajiet identifikati permezz tas-CDP u b’kont meħud tal-CARD. |
|
15. |
Impenn 10: L-Istati Membri parteċipanti jenħtieġ li jimmarkaw fl-NIPs tagħhom dawk il-kapaċitajiet u l-faċilitajiet li huma ppjanaw li jagħmlu disponibbli u jipprovdu għal użu konġunt mill-Istati Membri parteċipanti l-oħra, b’eżempji speċifiċi bħal taħriġ u edukazzjoni, eżerċizzji, bażijiet militari u appoġġ loġistiku, u jindikaw dawk li huma disponibbli wkoll fil-każ ta’ operazzjonijiet. L-Istati Membri parteċipanti jistgħu wkoll juru b’mod ċar liema kapaċitajiet fl-NIPs tagħhom, inkluża infrastruttura offruta minn Stati Membri parteċipanti oħra, jistgħu jipprovdu bażi għal kooperazzjoni. L-NIPs jenħtieġ li jindikaw kif tali kooperazzjoni tista’ tottimizza r-riżorsi disponibbli u ttejjeb l-effettività ġenerali tagħhom, inkluż billi jipprovdu, meta disponibbli, informazzjoni dwar iffrankar potenzjali. L-Istati Membri parteċipanti jenħtieġ li jużaw il-Bażi ta’ Data Kollaborattiva (CODABA), b’mod partikolari biex jappoġġawhom fil-qsim ta’ informazzjoni dwar il-pjanijiet u l-interessi tad-difiża rilevanti tagħhom f’dan ir-rigward. L-Istati Membri parteċipanti jenħtieġ li jipprovdu kontributi regolari għaliha u jirrapportaw kif xieraq fl-NIPs tagħhom dwar dan. |
|
16. |
Impenn 11: L-Istati Membri parteċipanti jenħtieġ li jindikaw fl-NIPs tagħhom kif ser iżidu l-kooperazzjoni fid-difiża ċibernetika, inkluż permezz ta’ inizjattivi eżistenti jew attivitajiet kollaborattivi ġodda. Fl-NIPs tagħhom, jenħtieġ li jindikaw kif qed jippjanaw li jżommu jew ikomplu jżidu, sal-2025, il-livell ta’ parteċipazzjoni tagħhom f’eżerċizzji ċibernetiċi multinazzjonali u l-kooperazzjoni tagħhom, inkluż fil-qafas tal-EDA u l-Kulleġġ Ewropew ta’ Sigurtà u ta’ Difiża (KESD). Barra minn hekk, sal-2025, jenħtieġ li l-Istati Membri parteċipanti jindikaw kif beħsiebhom jistabbilixxu kooperazzjoni regolari ma’ Stati Membri parteċipanti oħra dwar iċ-ċiberdifiża u attivitajiet relatati, bħall-qsim ta’ informazzjoni, taħriġ u appoġġ operazzjonali, iżda wkoll l-iżvilupp tal-kapaċitajiet. Informazzjoni mill-NIPs dwar il-kooperazzjoni dwar iċ-ċiberdifiża tal-Istati Membri parteċipanti u l-kontribut tagħhom għaċ-ċiberdifiża u għal attivitajiet relatati, inkluż l-iżvilupp tal-kapaċitajiet, ser tiġi inkluża fir-Rapport Annwali tar-Rappreżentant Għoli dwar l-Istatus tal-Implimentazzjoni tal-PESCO bħala anness. |
Impenji 12 sa 14
|
17. |
Impenn 12: Sal-2025, l-Istati Membri parteċipanti jenħtieġ li:
|
|
18. |
Impenn 13. Fil-qasam tal-interoperabbiltà tal-forzi, l-Istati Membri parteċipanti jenħtieġ li:
|
|
19. |
Impenn 14:
|
Impenji 15 sa 17
|
20. |
Impenn 15: Sal-2025, l-Istati Membri parteċipanti jenħtieġ li jkunu żiedu l-għadd u l-volum tal-proġetti tagħhom għall-iżvilupp tal-kapaċitajiet, u jenħtieġ li wkoll ikunu għamlu progress fl-implimentazzjoni tagħhom, li jikkontribwixxi biex jingħalqu dawk il-lakuni fil-kapaċitajiet identifikati fis-CDP (inkluż l-HICGs) u deskritti fil-Prijoritajiet tal-Unjoni għall-Iżvilupp tal-Kapaċitajiet, inkluż fil-Każijiet ta’ Kuntest Strateġiku (SCC) relatati u billi jintużaw is-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-CARD, inkluż l-opportunitajiet kollaborattivi identifikati, b’mod partikolari l-Oqsma ta’ Prijorità. F’dan il-kuntest, hija meħtieġa aktar attenzjoni mill-Istati Membri parteċipanti għall-kollaborazzjoni fl-oqsma li ġejjin: il-ġlieda kontra t-theddid ibridu, it-tibdil fil-klima, is-sigurtà tal-enerġija, is-sigurtà marittima, l-aspetti relatati mal-ispazju, u teknoloġiji emerġenti u fixkiela, fosthom l-intelliġenza artifiċjali. L-Istati Membri parteċipanti jenħtieġ li jipprovdu l-pjanijiet tagħhom għas-snin li ġejjin billi jiddeskrivu l-għadd u l-volum stmat tal-proġetti kollaborattivi tagħhom f’termini finanzjarji, u jipprovdu informazzjoni dwar il-proġetti nazzjonali tagħhom li jgħinu jegħlbu n-nuqqasijiet fil-kapaċitajiet identifikati skont is-CDP. L-Istati Membri parteċipanti jenħtieġ ukoll li jikkondividu l-valutazzjonijiet tagħhom dwar l-importanza ta’ dawk il-proġetti għal awtonomija strateġika mtejba tal-Unjoni u Bażi Industrijali u Teknoloġika tad-Difiża Ewropea (EDTIB) aktar integrata, sostenibbli, innovattiva u kompetittiva, li tibqa’ miftuħa għall-kooperazzjoni. Għal dawk l-attivitajiet li għandhom dimensjoni industrijali jew teknoloġika, l-Istati Membri parteċipanti jenħtieġ li jiddikjaraw liema tip ta’ settur jew ta’ teknoloġija industrijali Ewropea huma qed jippjanaw li jsaħħu. |
|
21. |
Impenn 16: L-Istati Membri parteċipanti jenħtieġ li jirriflettu fl-NIPs tagħhom id-deċiżjonijiet adatti u l-passi meħuda fil-livell nazzjonali sabiex jikkunsidraw ukoll bħala prijorità approċċ kollaborattiv Ewropew għal proġetti futuri biex jingħalqu l-lakuni fil-kapaċitajiet identifikati fil-livell nazzjonali. L-użu attiv tal-CODABA, kif ukoll ta’ opportunitajiet kollaborattivi identifikati mill-CARD u b’mod partikolari l-Oqsma ta’ Prijorità, jista’ jiffaċilita t-twettiq ta’ dak l-impenn. L-Istati Membri parteċipanti jenħtieġ li jelenkaw fl-NIPs tagħhom il-proġetti kollaborattivi u l-attivitajiet multinazzjonali li jipprevedu li ser jindirizzaw in-nuqqasijiet identifikati fil-livell nazzjonali, u jikkondividu pjanijiet dwar kif biħsiebhom iżidu l-użu tal-approċċi kollaborattivi f’dan ir-rigward. |
|
22. |
Impenn 17: Peress li l-Istati Membri parteċipanti kollha qed jikkontribwixxu għal proġett PESCO wieħed jew aktar, l-NIPs jenħtieġ li jipprovdu informazzjoni dwar il-kontribut ġenerali tagħhom f’riżorsi u għarfien espert tul iż-żmien għal proġetti PESCO u dwar kif dawk il-proġetti jkollhom impatt strateġiku fuq ix-xenarju tal-kapaċitajiet tad-difiża tal-Unjoni u tal-Istati Membri parteċipanti. Dan jista’ jirrifletti wkoll ir-rwoli li l-Istati Membri parteċipanti biħsiebhom jaqdu fl-iżvilupp tal-kapaċitajiet f’kuntest Ewropew. |
Impenji 18 sa 20:
|
23. |
Impenn 18: Tul il-fażi 2021-2025 tal-PESCO, l-Istati Membri parteċipanti jenħtieġ li jiżguraw li jagħmlu l-aħjar użu tal-EDA bħala l-forum Ewropew għall-iżvilupp ta’ kapaċitajiet konġunti. Għal dak il-għan, fl-NIPs tagħhom, l-Istati Membri parteċipanti jenħtieġ li jindikaw f’liema proġetti jipparteċipaw, u jindikaw il-volum finanzjarju assoċjat mgħoddi permezz tal-EDA, billi jittieħdu ċ-ċifri tal-2020 bħala linja bażi, tinżamm perspettiva ta’ tliet snin bħala standard minimu għal kull aġġornament tal-NIP, u jiġu elenkati l-attivitajiet ippjanati għas-snin suċċessivi, inkluż l-oqsma ta’ kapaċitajiet u t-tip ta’ attivitajiet ippjanati f’konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali. L-Istati Membri parteċipanti huma mistiedna jindikaw fl-NIPs tagħhom kif u f’liema sitwazzjonijiet iqisu l-Organizzazzjoni Konġunta għall-Kooperazzjoni fil-Qasam tal-Armamenti (OCCAR) bħala l-organizzazzjoni kollaborattiva preferuta għall-ġestjoni tal-programm, u biex jipprovdu informazzjoni dwar id-deċiżjonijiet li ttieħdu għall-għażla ta’ organizzazzjoni oħra għall-ġestjoni ta’ programmi multinazzjonali jekk ikun xieraq, filwaqt li jkunu kkunsidraw lill-OCCAR bħala alternattiva. Dan ma jippreġudikax l-applikazzjoni tad-Direttiva 2009/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13). |
|
24. |
Impenn 19: Matul il-fażi 2021-2025 tal-PESCO, l-Istati Membri parteċipanti jenħtieġ li juru li l-proġetti kollaborattivi tagħhom fil-qasam tal-kapaċitajiet, inkluż il-proġetti PESCO, jikkontribwixxu biex jitrawmu l-kompetittività, l-effiċjenza u l-innovazzjoni tal-industrija tad-difiża fl-Unjoni kollha, billi jappoġġaw u jagħmlu possibbli l-kooperazzjoni transfruntiera, inkluż għall-SMEs, kif ukoll isaħħu u jtejbu s-sigurtà tal-provvista għall-prodotti u t-teknoloġiji tad-difiża. L-Istati Membri parteċipanti, f’konformità mad-Dikjarazzjoni tal-Membri tal-Kunsill Ewropew tas-26 ta’ Frar 2021, ikollhom ukoll il-mira li jagħtu spinta lir-riċerka, l-iżvilupp tat-teknoloġija u l-innovazzjoni u jnaqqsu d-dipendenzi strateġiċi Ewropej f’teknoloġiji kritiċi u ktajjen tal-valur, mingħajr preġudizzju għall-proċeduri nazzjonali għat-teħid ta’ deċiżjonijiet.
|
|
25. |
Impenn 20:
|
III. IT-TRIQ ’IL QUDDIEM
|
26. |
Wara l-adozzjoni ta’ din ir-Rakkomandazzjoni, l-Istati Membri parteċipanti ser jirrieżaminaw u jaġġornaw l-NIPs tagħhom kif adatt u jikkomunikawhom lis-segretarjat tal-PESCO sal-10 ta’ Marzu 2022, u wara jagħmlu dan kull sena sal-istess data f’konformità mal-Artikolu 3(2) tad-Deċiżjoni (PESK) 2017/2315, bil-ħsieb tal-proċess ta’ valutazzjoni stabbilit fl-Artikolu 6(3) ta’ dik id-Deċiżjoni. Kull sentejn, l-NIPs jenħtieġ li jkunu akkumpanjati minn dikjarazzjoni politika ta’ livell għoli li fiha l-Istati Membri parteċipanti jkunu jistgħu jiddeskrivu l-kisbiet ewlenin u jindikaw il-prijoritajiet nazzjonali speċifiċi għall-istat, u jaqsmu l-esperjenza tagħhom f’termini ta’ ppjanar u kontributi għat-twettiq tal-impenji kollha aktar vinkolanti. Diskussjonijiet politiċi regolari ta’ livell għoli bejn l-Istati Membri parteċipanti u r-Rappreżentant Għoli jenħtieġ li jkomplu jiżguraw momentum politiku. |
|
27. |
Filwaqt li titqies in-notifika tal-PESCO, li tfakkar ukoll in-natura speċifika tal-politika ta’ sigurtà u ta’ difiża ta’ ċerti Stati Membri, u filwaqt li jitqies l-eżitu tal-Boxxla Strateġika, l-Istati Membri parteċipanti, fil-kuntest tal-proċess ta’ rieżami strateġiku li għandu jsir sa mhux aktar tard minn tmiem l-2025, ser jivvalutaw it-twettiq tal-impenji kollha tal-PESCO, jiddiskutu u jiddeċiedu dwar impenji ġodda, bil-ħsieb li jibdew stadju ġdid lejn l-integrazzjoni Ewropea tas-sigurtà u d-difiża. F’konformità mal-eżitu tal-proċess tar-rieżami strateġiku, fil-bidu tal-2026, il-Kunsill jenħtieġ li jadotta t-tielet sett ta’ objettivi aktar preċiżi, aġġornat u mtejjeb jekk meħtieġ, b’kont meħud tal-Artikolu 4(2), il-punt (c) tad-Deċiżjoni (PESK) 2017/2315. |
|
28. |
Ir-Rappreżentant Għoli jenħtieġ li jieħu kont ta’ din ir-Rakkomandazzjoni fir-rapport annwali dwar il-PESCO mill-2022 ’il quddiem, liema rapport ser jappoġġa l-valutazzjoni tat-twettiq tal-impenji aktar vinkolanti minn kull Stat Membru parteċipanti. |
|
29. |
Ir-Rakkomandazzjoni tal-15 ta’ Ottubru 2018 hija b’dan imħassra. |
Magħmul fi Brussell, il-16 ta’ Novembru 2021
Għall-Kunsill
Il-President
J. BORRELL FONTELLES
(1) ĠU L 331, 14.12.2017, p. 57.
(2) ĠU C 374, 16.10.2018, p.1.
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1639 tal-5 ta’ Novembru 2020 li tistabbilixxi kondizzjonijiet ġenerali li skonthom Stati terzi jkunu jistgħu b’mod eċċezzjonali jiġu mistiedna biex jipparteċipaw fi proġetti individwali tal-PESCO (ĠU L 371, 6.11.2020, p. 3).
(4) B’mod partikolari, Anness I - Prinċipji tal-PESCO
(5) Kif iddikjarat fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar is-Sigurtà u d-Difiża tas-17 ta’ Ġunju 2020, “filwaqt li tibni fuq l-analiżi tat-theddid u kontribut tematiku possibbli ieħor, il-Boxxla Strateġika ser tiddefinixxi orjentazzjonijiet ta’ politika u għanijiet u objettivi speċifiċi”.
(6) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE tat-23 ta’ Settembru 2013 dwar ir-regoli tas-sigurtà għall-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE (ĠU L 274, 15.10.2013, p. 1).
(7) F’konformità mal-lista ta’ definizzjonijiet tad-data tad-difiża tal-Aġenzija Ewropea għad-Difiża (EDA) (EDA201807105).
(8) Il-PDG ta’ 2 %, skont il-linja gwida attwali u rilevanti tan-NATO dwar in-nefqa għad-difiża, japplika biss għal dawk l-Istati Membri parteċipanti li huma wkoll membri tan-NATO, u ma jikkostitwix objettiv miftiehem tal-PESCO.
(9) F’Novembru 2007, il-Bord ta’ Tmexxija Ministerjali tal-EDA approva erba’ parametri referenzjarji kollettivi għall-investiment: 20 % tan-nefqa totali tad-difiża għall-akkwist ta’ tagħmir (inkluż R&Ż/R&T); 35 % tan-nefqa totali fuq it-tagħmir għall-akkwist kollaborattiv Ewropew ta’ tagħmir; 2 % tan-nefqa totali għad-difiża firRiċerka u t-Teknoloġija (R&T) fir-rigward tad-difiża; 20 % tan-nefqa totali għad-difiża fir-R&T għal R&T kollaborattiva Ewropea fir-rigward tad-difiża.
(10) B’mod partikolari Anness I - Prinċipji tal-PESCO.
(11) L-għan tal-HLGP, u b’mod partikolari tal-Katalogu tal-Forzi, huwa li jinkiseb fehim sħiħ tal-forzi potenzjalment disponibbli għall-missjonijiet u l-operazzjonijiet tal-PSDK u l-kapaċitajiet relatati tagħhom, mingħajr ebda preġudizzju għall-proċessi ta’ ġenerazzjoni tal-forzi li jservu lill-missjonijiet u l-operazzjonijiet tal-PSDK jew rabta ma’ dawn il-proċessi.
(12) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/509 tat-22 ta’ Marzu 2021 li tistabbilixxi Faċilità Ewropea għall-Paċi, u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2015/528 (ĠU L 102, 24.3.2021, p. 14).
(13) Id-Direttiva 2009/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni tal-proċeduri għall-għoti ta’ ċerti kuntratti ta’ xogħlijiet, provvisti u servizzi minn awtoritajiet jew entitajiet kontraenti fl-oqsma tad-difiża u s-sigurtà, u li temenda d-Direttiva 2004/17/KE u d-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 216, 20.8.2009, p. 76).
|
17.11.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 464/10 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUNSILL
tal-16 ta’ Novembru 2021
li tivvaluta l-progress li sar mill-Istati Membri parteċipanti biex jissodisfaw impenji meħuda fil-qafas tal-kooperazzjoni strutturata permanenti (PESCO)
(2021/C 464/02)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 46(6) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Protokoll Nru 10 dwar il-kooperazzjoni strutturata permanenti stabbilita mill-Artikolu 42 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, mehmuż mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2315 tal-11 ta’ Diċembru 2017 li tistabbilixxi kooperazzjoni strutturata permanenti (PESCO) u li tiddetermina l-lista ta’ Stati Membri parteċipanti (1),
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà ,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 4(2)(d) tad-Deċiżjoni (PESK) 2017/2315 jipprevedi li l-Kunsill għandu jadotta deċiżjonijiet u rakkomandazzjonijiet li jivvalutaw il-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri parteċipanti (pMS) biex jissodisfaw l-impenji maqbula, f’konformità mal-mekkaniżmu deskritt fl-Artikolu 6 ta’ dik id-Deċiżjoni. |
|
(2) |
L-Artikolu 6(3) tad-Deċiżjoni (PESK) 2017/2315 jipprevedi li, abbażi tar-rapport annwali dwar il-PESCO ppreżentat mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (ir-’Rappreżentant Għoli’), il-Kunsill għandu jirrieżamina darba fis-sena jekk il-pMS għadhomx jissodisfaw l-impenji aktar vinkolanti msemmija fl-Artikolu 3 ta’ dik id-Deċiżjoni. |
|
(3) |
L-Appendiċi 1 għall-Anness tal-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-20 ta’ Novembru 2020 dwar ir-Rieżami Strateġiku tal-PESCO għall-2020 jipprevedi li r-Rappreżentant Għoli għandu jippreżenta r-rapport annwali dwar l-implimentazzjoni tal-PESCO sa Lulju ta’ kull sena, bil-ħsieb li l-Kunsill jadotta r-rakkomandazzjoni tiegħu li tivvaluta l-progress li jkun sar mill-pMS biex jissodisfaw l-impenji meħuda fil-qafas tal-PESCO sa Novembru ta’ dik is-sena. Il-paragrafu 16 tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-6 ta’ Marzu 2018 dwar pjan direzzjonali għall-implimentazzjoni tal-PESCO (2) jipprevedi li l- Kumitat Militari tal-Unjoni Ewropea jrid jipprovdi parir militari u rakkomandazzjonijiet lill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà biex dan ikun jista’ jħejji r-rieżami tal-Kunsill dwar jekk l-pMS jkunux għadhom jissodisfaw l-impenji aktar vinkolanti. |
|
(4) |
Il-paragrafu 26 tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-15 ta’ Ottubru 2018 dwar is-sekwenzjar tat-twettiq tal-impenji aktar vinkolanti meħuda fil-qafas tal-kooperazzjoni strutturata permanenti (PESCO) u li tispeċifika objettivi aktar preċiżi (3) jipprevedi li r-Rappreżentant Għoli jieħu kont ta’ dik ir-Rakkomandazzjoni fir-rapport annwali dwar il-PESCO, li ser jappoġġa l-valutazzjoni tat-twettiq tal-impenji aktar vinkolanti minn kull pMS. |
|
(5) |
Fis-7 ta’ Lulju 2021, ir-Rappreżentant Għoli pprovda lill-Kunsill ir-Rapport Annwali tiegħu dwar l-istat ta’ implimentazzjoni tal-PESCO (ir-’Rapport Annwali’), inkluż dwar it-twettiq, minn kull pMS, tal-impenji tiegħu, f’konformità mal-pjan ta’ implimentazzjoni nazzjonali aġġornat u rieżaminat tiegħu (PIN). |
|
(6) |
Fuq dik il-bażi, il-Kunsill għandu għalhekk jadotta Rakkomandazzjoni li tivvaluta l-progress li sar mill-pMS biex iwettqu l-impenji meħuda fil-qafas tal-PESCO. |
ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:
I. Objettiv u kamp ta’ applikazzjoni
|
1. |
L-objettiv ta’ din ir-Rakkomandazzjoni huwa li tivvaluta l-kontribuzzjonijiet li saru mill-pMS biex iwettqu l-impenji aktar vinkolanti meħuda fil-qafas tal-PESCO, abbażi tar-Rapport Annwali u f’konformità mal-PIN ippreżentati mill-pMS fl-2021. |
II. Sejbiet u valutazzjoni
|
2. |
Ir-Rapport Annwali jipprovdi bażi soda għall-valutazzjoni tal-istat ta’ implimentazzjoni tal-PESCO, inkluż it-twettiq minn kull wieħed mill-pMS tal-impenji tiegħu, skont il-PIN tiegħu. |
|
3. |
Bl-indirizzar tal-ħtiġijiet ta’ sigurtà u difiża, kurrenti u futuri, tal-Ewropa, partikularment bl-isforzi kurrenti u futuri tagħhom biex iwettqu l-impenji aktar vinkolanti tagħhom, il-pMS jikkontribwixxu biex isaħħu l-kapaċità tal-Unjoni biex taġixxi bħala fornitur tas-sigurtà u l-awtonomija strateġika tagħha, u jsaħħu l-abbiltà tagħha li tikkoopera ma’ sħab u li tipproteġi ċ-ċittadini tagħha. |
|
4. |
Filwaqt li jirrikonoxxi l-ħtieġa li l-pMS jtejbu sostanzjalment it-twettiq tal-impenji kollha aktar vinkolanti sal-2025, il-Kunsill jissottolinja wkoll li l-pMS:
|
|
5. |
Fir-rigward tal-PIN individwali, kull pMS huwa mħeġġeġ jikkonsidra s-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet ippreżentati fir-Rapport Annwali fl-implimentazzjoni ulterjuri tal-PESCO, u jirrevedi kif xieraq il-kontribuzzjoni tiegħu għat-twettiq tal-impenji aktar vinkolanti matul it-tieni fażi inizjali tal-PESCO. |
III. Pjanijiet ta’ Implimentazzjoni Nazzjonali
|
6. |
B’mod ġenerali, il-pMS tejbu l-kwalità tal-informazzjoni pprovduta fl-aġġornamenti annwali tagħhom tal-PIN sa mill-aħħar tal-2020. Minkejja din ix-xejra pożittiva, huwa rrakkomandat li l-pMS jipprovdu indikazzjonijiet aktar sostanzjati u dikjarazzjonijiet sinifikanti għall-oqsma kollha ta’ impenn, b’enfasi partikolari fuq l-iżvilupp ta’ pjanijiet iddedikati li jħarsu ’l quddiem dwar kif biħsiebhom jikkontribwixxu għat-twettiq ta’ impenji aktar vinkolanti u objettivi aktar preċiżi, inkluż billi jibbenefikaw mis-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-CARD tal-2020. Dik il-perspettiva li tħares ’il quddiem ser tippermetti li l-pMS jikkoordinaw aħjar l-isforzi tagħhom u jfittxu opportunitajiet ta’ kooperazzjoni. |
|
7. |
Il-pMS huma mħeġġa wkoll biex ikomplu jinvolvu ruħhom mas-segretarjat tal-PESCO fi djalogi bilaterali li għandhom l-għan li jiksbu, iżommu, jew saħansitra jtejbu aktar trajettorja pożittiva fil-kisba tagħhom tal-impenji aktar vinkolanti. Is-segretarjat tal-PESCO ser jipproduċi dokument ta’ informazzjoni rivedut ta’ sostenn għall-PIN ibbażat fuq is-sett il-ġdid li jmiss ta’ objettivi aktar preċiżi għat-tieni fażi inizjali tal-PESCO, li jista’ jinkludi perijodu ta’ żmien biex il-pMS jilħqu l-punti ta’ riferiment maqbula. |
|
8. |
Il-pMS huma mħeġġa jużaw il-pjattaforma diġitali żviluppata mill-Aġenzija Ewropea għad-Difiża (EDA) għall-PESCO għas-sottomissjoni tal-PIN tagħhom, li ser tippermetti li jużaw id-data li diġà jkunu pprovdew, pereżempju fil-kuntest tal-PESCO, tal-CARD u ta’ inizjattivi ta’ difiża rilevanti oħra tal-Unjoni, u għaldaqstant ser ittaffi l-piż amministrattiv għall-pMS. |
|
9. |
Il-pMS huma mħeġġa jmorru lil hinn mil-livell attwali tal-indirizzar tal-impenji relatati mad-dimensjoni industrijali tas-settur tad-difiża, billi jipprovdu pjanijiet b’indikazzjonijiet ċari li l-proġetti tagħhom derivati mill-politiki industrijali u l-istrateġiji ta’ akkwist tagħhom jikkontribwixxu biex l-industrija tad-difiża Ewropea ssir aktar kompetittiva u jkollha impatt pożittiv fuq l-EDTIB. |
|
10. |
Il-pMS huma mħeġġa bil-qawwa biex iżidu, skont il-mezzi u l-kapaċitajiet tagħhom, il-kontribut tagħhom għall-aspetti operazzjonali tal-PESCO fejn jiġu identifikati lakuni, b’enfasi partikolari fuq id-disponibbiltà tal-forzi li jistgħu jiġu skjerati strateġikament għat-twettiq tal-livell ta’ ambizzjoni tal-Unjoni, fuq id-Dikjarazzjoni tal-Ħtiġijiet ) tal-missjonijiet u l-operazzjonijiet tal-PSDK, fuq il-Bażijiet ta’ Data ta’ Reazzjoni Rapida u fuq ir-roster tal-Grupp Tattiku tal-UE . |
|
11. |
Peress li t-twettiq b’suċċess tal-impenji aktar vinkolanti tal-PESCO jeħtieġ sforz kollettiv u individwali mill-pMS kollha, u bil-ħsieb li jiġi żgurat il-momentum politiku meħtieġ, jenħtieġ li l-pMS fl-2022, kif ukoll kull sentejn wara, jakkumpanjaw il-PIN tagħhom b’dikjarazzjoni politika ta’ livell għoli li tiddeskrivi l-kisbiet ewlenin u li tiddikjara prijoritajiet nazzjonali speċifiċi (b’mod partikolari li jappoġġaw l-implimentazzjoni tal-Prijoritajiet tal-Iżvilupp tal-Kapaċitajiet tal-UE u s-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-CARD) u kontribuzzjonijiet għat-twettiq tal-impenji aktar vinkolanti. |
IV. Proġetti PESCO
|
12. |
Is-46 proġett PESCO jikkontribwixxu għat-twettiq tal-20 impenn aktar vinkolanti. 32 minn dawk il-proġetti jistgħu jkunu marbuta mal-opportunitajiet kollaborattivi, inkluż l-oqsma ta’ prijorità, identifikati mill-CARD. Barra minn hekk, 24 minnhom jindirizzaw direttament l-HICGs li jtaffu n-nuqqasijiet kritiċi fil-missjonijiet u l-operazzjonijiet tal-PSDK, filwaqt li 18 minnhom jagħmlu dan b’mod indirett. |
|
13. |
Filwaqt li numru sinifikanti tal-proġetti tal-PESCO huma mistennija li jagħtu riżultati konkreti sa tmiem l-2025, f’konformità mal-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-20 ta’ Novembru 2020 dwar ir-Rieżami Strateġiku 2020 tal-PESCO, ir-rapport ta’ progress tal-proġetti PESCO lill-Kunsill tat-2 ta’ Ġunju 2021 indika li xi wħud minnhom jaf jiltaqgħu ma’ xi diffikultà biex jiksbu l-eżiti mistennija sa dak iż-żmien. L-implimentazzjoni b’suċċess tal-proġetti PESCO kollha li għaddejjin u l-kisba f’waqtha ta’ riżultati tanġibbli u tal-kapaċitajiet meħtieġa ser jiddeterminaw il-viżibilità u l-kredibbiltà tal-PESCO. |
|
14. |
Il-Kunsill għaldaqstant jenfasizza li l-pMS għandhom jagħmlu sforzi biex jagħtu riżultati tanġibbli kif ippjanat, speċjalment għal dawk il-proġetti mill-ewwel u t-tieni mewġa li għadhom f’fażi ta’ ideazzjoni u dawk li qed jiffaċċjaw restrizzjonijiet profondi relatati ma’ aktar irfinar tal-objettivi, il-kamp ta’ applikazzjoni u r-riżultati tagħhom. Din hija indikazzjoni li dawk il-proġetti jeħtieġu skrutinju mill-qrib dwar kif għandhom jiġu segwiti aktar jew jekk x’uħud minnhom għandhomx jiġu raggruppati jew amalgamati t sabiex jiżdiedu l-impatt u l-effiċjenza tagħhom, jiġu ffrankati r-riżorsi, jiżdiedu s-sinerġiji u tiġi evitata d-duplikazzjoni mhux meħtieġa. Fejn il-membri tal-proġett jidentifikaw li l-proġetti ma jistgħux jipprovdu l-outputs mistennija, jenħtieġ li tali proġetti jew jingħataw ħajja ġdida jew inkella jingħalqu sabiex jiġu żgurati r-rilevanza, l-effettività, u l-kredibbiltà tal-proġetti kollha tal-PESCO. |
|
15. |
Il-Kunsill jirrakkomanda li l-koordinaturi tal-proġett jinformaw lis-segretarjat tal-PESCO u lill-pMS l-oħra aktar ta’ spiss dwar is-sitwazzjoni attwali tal-proġetti tal-PESCO tagħhom, sabiex tiżdied it-trasparenza u l-kapaċità tas-segretarjat tal-PESCO li jkollu rwol aktar b’saħħtu fl-għoti ta’ pariri lill-pMS. F’dan il-kuntest, jenħtieġ li r-riżorsi tas-segretarjat tal-PESCO jissaħħu aktar. |
|
16. |
Il-Kunsill jappella lill-pMS biex jikkunsidraw bħala prijorità approċċ kollaborattiv Ewropew sabiex jimlew in-nuqqasijiet fil-kapaċitajiet u jagħmlu l-aħjar użu mill-EDA bħala l-forum Ewropew għall-iżvilupp konġunt tal-kapaċitajiet f’konformità mal-impenn maqbul fil-PESCO, inkluż l-assistenza tal-EDA fil-maturazzjoni tal-proposti tal-proġetti PESCO u l-appoġġ possibbli għall-implimentazzjoni tal-proġetti PESCO. |
|
17. |
Il-pMS jistgħu jistiednu lis-segretarjat tal-PESCO biex jissuġġerixxi ideat għal proġetti PESCO ġodda potenzjali li s’issa għadhom ma ġewx adottati minnhom fil-qafas tal-PESCO , b’kont meħud tas-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-CARD kif ukoll il-Prijoritajiet tal-Iżvilupp tal-Kapaċitajiet tal-UE derivati mis-CDP, inkluż l-HICGs. |
|
18. |
Bil-ħsieb li jiġu identifikati u ġġenerati proposti futuri għal proġetti PESCO, il-Kunsill jistieden lill-pMS biex isaħħu l-użu tal-għodod għall-ippjanar u l-iżvilupp tal-kapaċitajiet tal-Unjoni kif ukoll is-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-CARD bħala mezz biex jiġu rfinati aktar il-proposti għal proġetti, b’mod partikolari fir-rigward ta’ oqsma ta’ prijorità u opportunitajiet ta’ kollaborazzjoni identifikati, inkluż fil-qasam operazzjonali. Il-Kunsill iħeġġeġ lill-pMS biex ikomplu jippreżentaw proposti għal proġetti tal-PESCO, u b’mod partikolari dawk b’enfasi aktar operazzjonali u b’impatt fuq perijodu qasir ibbażati fuq kapaċitajiet diġà eżistenti, kif ukoll dawk li jikkontribwixxu biex jimtlew il-lakuni u l-ħtiġijiet tal-kapaċità strateġika identifikati skont is-CDP u l-CARD. |
V. It-triq ’il quddiem
|
19. |
Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill li tispeċifika l-objettivi aktar preċiżi għal kull wieħed mill-impenji aktar vinkolanti għat-tieni fażi inizjali tal-PESCO (2021-2025) jenħtieġ li tiġi adottata malajr kemm jista’ jkun. |
|
20. |
Wara l-approvazzjoni ta’ dik ir-Rakkomandazzjoni, is-segretarjat tal-PESCO ser jipprovdi dokument ta’ informazzjoni rivedut ta’ sostenn għall-PIN ibbażat fuq is-sett il-ġdid ta’ objettivi aktar preċiżi għat-tieni fażi inizjali tal-PESCO, li jista’ jinkludi perijodu ta’ żmien biex il-pMS jilħqu l-punti ta’ riferiment maqbula. |
|
21. |
Il-pMS huma mistiedna jirrieżaminaw il-PIN tagħhom bil-ħsieb li jaġġornawhom kif xieraq u li jippreżentaw il-PIN aġġornati tagħhom lis-segretarjat tal-PESCO (inkluż permezz tal-użu tal-pjattaforma diġitali tal-EDA) sal-10 ta’ Marzu 2022. L-aġġornament tal-PIN li jmiss jenħtieġ li jkun akkumpanjat minn dikjarazzjoni politika ta’ livell għoli li fiha l-pMS għandhom jiddeskrivu l-kisbiet ewlenin tagħhom u jiddikjaraw il-prijoritajiet u l-kontribuzzjonijiet nazzjonali speċifiċi. |
|
22. |
Il-Kunsill fakkar li, f’konformità mar-Rieżami Strateġiku tal-PESCO 2020, is-segretarjat tal-PESCO, kif ukoll il-pMS, jenħtieġ li jkomplu jaħdmu fuq inċentivi biex jittejjeb it-twettiq tal-impenji, b’mod partikolari fejn il-progress ġie vvalutat mir-Rappreżentant Għoli u enfasizzat mill-Kunsill bħala mhux biżżejjed, jiġifieri fuq impenji operazzjonali u fuq dawk relatati mal-approċċ kollaborattiv Ewropew. Jenħtieġ li d-diskussjonijiet politiċi regolari ta’ livell għoli jkomplu bejn il-pMS u r-Rappreżentant Għoli biex jiġu żgurati momentum politiku u sjieda politika msaħħa. |
|
23. |
Il-pMS huma mħeġġa biex ikomplu jinvolvu ruħhom mas-segretarjat tal-PESCO fi djalogi bilaterali li għandhom l-għan li jiksbu, iżommu, jew saħansitra jtejbu aktar trajettorja pożittiva fil-kisba tagħhom tal-impenji aktar vinkolanti. Is-segretarjat tal-PESCO jenħtieġ li jipprovdi rakkomandazzjonijiet imfassla apposta għal kull pMS biex jiġu diskussi f’dawn id-djalogi. F’dan ir-rigward, jenħtieġ li r-riżorsi tas-segretarjat tal-PESCO jissaħħu aktar. |
|
24. |
Il-Kunsill ifakkar li, b’kont meħud tal-eżitu tal-Boxxla Strateġika, il-pMS, fil-kuntest tal-proċess tar-Rieżami Strateġiku tal-PESCO li għandu jitwettaq qabel it-tmiem tat-tieni fażi inizjali tal-PESCO fl-2025, u kif iddikjarat fin-notifika tal-PESCO li tfakkar ukoll in-natura speċifika tal-politika ta’ sigurtà u ta’ difiża ta’ ċerti Stati Membri, ser jivvalutaw it-twettiq tal-impenji kollha tal-PESCO, u jiddiskutu u jiddeċiedu dwar impenji ġodda, bil-ħsieb li jibdew stadju ġdid lejn l-integrazzjoni Ewropea fil-qasam tas-sigurtà u d-difiża. |
Magħmul fi Brussell, il-16 ta’ Novembru 2021
Għall-Kunsill
Il-President
J. BORRELL FONTELLES
(1) ĠU L 331, 14.12.2017, p. 57.
(3) ĠU C 374, 16.10.2018, p. 1.
(4) ĠU C 463, 16.11.2021, p. 1.
(5) Dawk il-forzi jistgħu jintużaw mill-Istati Membri parteċipanti fi ħdan il-qafas tal-UE, għal bżonnijiet nazzjonali, kif ukoll f’kuntesti differenti, bħan-NU u n-NATO.
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
17.11.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 464/15 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.10460 — DMK / NIESKY / UELZENA / MILCHTROCKNUNG SÜDHANNOVER)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2021/C 464/03)
Fit 4 ta’ Novembru 2021, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fil-Ġermaniż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tas-sit web tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Dan is-sit web jipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fis-sit web EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32021M10460. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi tal-Unjoni Ewropea. |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
17.11.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 464/16 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
Is-16 ta’ Novembru 2021
(2021/C 464/04)
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,1368 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
129,89 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4367 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,84533 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
10,0293 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,0528 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
150,40 |
|
NOK |
Krona Norveġiża |
9,8863 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
25,227 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
366,35 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,6545 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,9493 |
|
TRY |
Lira Turka |
11,6020 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,5490 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,4248 |
|
HKD |
Dollaru ta’ Hong Kong |
8,8544 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,6186 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,5393 |
|
KRW |
Won tal-Korea t’Isfel |
1 343,00 |
|
ZAR |
Rand ta’ l-Afrika t’Isfel |
17,3177 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,2627 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,5099 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
16 182,27 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,7359 |
|
PHP |
Peso Filippin |
57,225 |
|
RUB |
Rouble Russu |
83,1933 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
37,153 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
6,1838 |
|
MXN |
Peso Messikan |
23,4423 |
|
INR |
Rupi Indjan |
84,5404 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta’ referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
V Avviżi
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
17.11.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 464/17 |
Sejħa għall-proposti 2022 — EAC/A10/2021
Il-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà
(2021/C 464/05)
1. Introduzzjoni u objettivi
Din is-sejħa għall-proposti hija bbażata fuq ir-Regolament (UE) 2021/888 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2021 li jistabbilixxi l-Programm tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà, kif ukoll fuq il-Programm ta’ Ħidma Annwali tal-2022 tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà (C(2021)7860). Il-Programm tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà jkopri l-perjodu bejn l-2021 u l-2027. L-objettivi ġenerali u speċifiċi tal-Programm tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà jinsabu fl-Artikolu 3 tar-Regolament.
2. Azzjonijiet
Din is-sejħa għall-proposti tkopri dawn l-azzjonijiet tal-programm tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà:
|
— |
Proġetti ta’ Volontarjat |
|
— |
Timijiet ta’ Volontarjat f’Oqsma ta’ Prijorità Għolja |
|
— |
Proġetti ta’ Solidarjetà |
|
— |
Tikketta tal-Kwalità għall-attivitajiet ta’ volontarjat ta’ solidarjetà |
|
— |
Tikketta tal-Kwalità għall-volontarjat ta’ għajnuna umanitarja |
|
— |
Volontarjat fil-kuntest tal-Korp Volontarju Ewropew ta’ Għajnuna Umanitarja |
3. Eliġibbiltà
Kwalunkwe entità pubblika jew privata kemm jekk mingħajr skop ta’ qligħ kif ukoll jekk tagħmel profitt, lokali, reġjonali, nazzjonali jew internazzjonali tista’ tapplika għall-finanzjament fil-kuntest tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà. Barra minn hekk, gruppi ta’ żgħażagħ irreġistrati fil-Portal tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà, jistgħu japplikaw għall-finanzjament għal Proġetti ta’ Solidarjetà.
Il-pajjiżi li ġejjin (1) jistgħu jieħdu sehem b’mod sħiħ fl-azzjonijiet tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà:
|
— |
is-27 Stat Membru tal-Unjoni Ewropea u l-Pajjiżi u t-Territorji extra Ewropej, |
|
— |
il-pajjiżi terzi assoċjati mal-Programm:
|
Barra minn hekk, ċerti azzjonijiet huma miftuħa għal entitajiet legalment stabbiliti f’pajjiżi terzi mhux assoċjati mal-Programm.
Jekk jogħġbok għal aktar dettalji dwar il-modalitajiet tal-parteċipazzjoni, ara l-Gwida tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà tal-2022.
4. Baġit u durata tal-proġetti
Il-baġit totali allokat għal din is-sejħa għall-proposti huwa stmat għal EUR 138 800 000.
Il-baġit totali allokat għas-sejħa għall-proposti, kif ukoll it-tqassim tiegħu huma indikattivi u soġġetti għall-adozzjoni tal-Programmi ta’ Ħidma Annwali tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà tal-2022 u jistgħu jiġu mmodifikati soġġett għal emenda tal-Programmi ta’ Ħidma Annwali tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà. L-applikanti potenzjali huma mistiedna jikkonsultaw regolarment il-Programmi ta’ Ħidma Annwali għall-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà u l-emendi tagħhom, ippubblikati fuq: https://europa.eu/youth/solidarity/organisations/reference-documents-resources
L-għotjiet u d-durata tal-proġetti jvarjaw skont fatturi bħat-tip ta’ proġett u t-tipi ta’ applikanti eliġibbli.
5. Data ta’ skadenza għat-tressiq tal-applikazzjonijiet
L-applikazzjonijiet imsemmija hawn taħt jistgħu jitressqu san-12.00 (nofsinhar), ħin ta’ Brussell.
|
Proġetti ta’ Volontarjat |
it-23 ta’ Frar 2022 |
|
(sessjoni fakultattiva) l-4 ta’ Ottubru 2022 |
|
|
Proġetti ta’ Solidarjetà |
it-23 ta’ Frar 2022 |
|
(sessjoni fakultattiva) l-4 ta’ Mejju 2022 |
|
|
l-4 ta’ Ottubru 2022 |
L-applikazzjonijiet imsemmija hawn taħt jistgħu jitressqu sal- 17.00, ħin ta’ Brussell.
|
Timijiet ta’ Volontarjat f’Oqsma ta’ Prijorità Għolja |
is-6 ta’ April 2022 |
|
Volontarjat fil-kuntest tal-Korp ta’ Għajnuna Umanitarja |
it-3 ta’ Mejju 2022 |
L-applikazzjonijiet għat-Tikketta tal-Kwalità jistgħu jiġu ppreżentati fuq bażi kontinwa.
Jekk jogħġbok ara l-Gwida tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà tal-2022 għal aktar struzzjonijiet dettaljati dwar it-tressiq tal-applikazzjonijiet.
6. Informazzjoni fid-dettall
Il-kundizzjonijiet fid-dettall ta’ din is-sejħa għall-proposti, inkluż il-prijoritajiet, jistgħu jinstabu fil-Gwida tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà tal-2022 fuq dan l-indirizz tal-internet: https://europa.eu/youth/solidarity/organisations/calls-for-proposals
Il-Gwida tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà tal-2022 hija parti integrali minn din is-sejħa għall-proposti u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni u għall-finanzjament li jissemmew fiha japplikaw bis-sħiħ għal din is-sejħa.
(1) Entitajiet legalment stabbiliti u persuni legalment residenti f’dawn il-pajjiżi.
(2) Soġġett għall-iffirmar tal-Ftehimiet ta’ Assoċjazzjoni bilaterali
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
17.11.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 464/19 |
Notifika ta’ bidu ta’ proċediment antidumping li jikkonċerna l-importazzjonijiet ta’ ċerti roti tal-aluminju għall-użu fit-triq li joriġinaw mill-Marokk
(2021/C 464/06)
Il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) rċeviet ilment skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), li jallega li l-importazzjonijiet ta’ ċerti roti tal-aluminju għall-użu fit-triq li joriġinaw mill-Marokk, huma l-oġġett ta’ dumping u b’hekk qed ikun ta’ dannu (2) għall-industrija tal-Unjoni.
1. Ilment
L-ilment tressaq fl-4 ta’ Ottubru 2021 mill-Assoċjazzjoni tal-Manifatturi Ewropej tar-Roti (“l-ilmentatur”). L-ilment sar f’isem l-industrija tal-Unjoni ta’ ċerti roti tal-aluminju għall-użu fit-triq fis-sens tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku.
Verżjoni pubblika tal-ilment u tal-analiżi tal-livell ta’ appoġġ mill-produtturi tal-Unjoni għall-ilment jinsabu fil-fajl li jistgħu jikkonsultawh il-partijiet interessati. It-Taqsima 5.6 ta’ din in-Notifika tipprovdi informazzjoni dwar l-aċċess għall-fajl mill-partijiet interessati.
2. Prodott li qed jiġi investigat
Il-prodott soġġett għal din l-investigazzjoni huwa roti tal-aluminju għall-użu fit-triq tal-vetturi bil-mutur tal-intestaturi 8701 sa 8705, bl-aċċessorji tagħhom jew mingħajrhom u kemm jekk mgħammra bit-tajers kif ukoll jekk le (“il-prodott investigat”).
Il-partijiet interessati kollha li jixtiequ jippreżentaw informazzjoni dwar l-ambitu tal-prodott iridu jagħmlu dan fi żmien għaxart (10) ijiem mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika (3).
3. Allegazzjoni ta’ dumping
Il-prodott li allegatament qed ikun oġġett ta’ dumping huwa l-prodott investigat, li joriġina mill-Marokk (“il-pajjiż ikkonċernat”), u li bħalissa huwa kklassifikat taħt il-kodiċi NM ex 8708 70 10 u ex 8708 70 50. 8708701015, 8708701050, 8708705015 u 8708705050). Il-kodiċijiet NM u TARIC qed jingħataw għall-informazzjoni biss. L-ambitu ta’ din l-investigazzjoni huwa soġġett għad-definizzjoni tal-prodott li qed jiġi investigat kif tinsab fit-Taqsima 2.
Fin-nuqqas ta’ data affidabbli dwar il-prezzijiet domestiċi għall-pajjiż ikkonċernat, l-allegazzjoni ta’ dumping hija bbażata fuq it-tqabbil tal-valur normali maħdum (kostijiet tal-manifattura, bejgħ, kostijiet ġenerali u amministrattivi (SG&A) u l-profitt) mal-prezz tal-esportazzjoni (fil-livell ta’ kif joħroġ mill-fabbrika) tal-prodott li qed jiġi investigat meta jinbiegħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni.
Il-marġnijiet tad-dumping ikkalkulati fuq il-bażi ta’ dan it-tqabbil huma sinifikanti għall-pajjiż ikkonċernat.
4. Allegazzjoni ta’ dannu u kawżalità
L-ilmentatur jipprovdi evidenza li l-importazzjonijiet tal-prodott li qed jiġi investigat mill-pajjiż ikkonċernat żdiedu b’mod ġenerali f’termini assoluti u f’termini ta’ sehem fis-suq b’rata sinifikanti li tindika l-possibbiltà ta’ żieda sostanzjali fl-importazzjonijiet.
Barra minn hekk, huwa allegat li l-importazzjonijiet qed jidħlu fl-Unjoni bi prezzijiet li diġà kellhom, fost konsegwenzi oħra, impatt negattiv fuq il-livell tal-prezzijiet tal-bejgħ, il-kwantitajiet mibjugħa, is-sehem mis-suq u l-profitti tal-industrija tal-Unjoni.
Barra minn hekk, l-ilmentatur jipprovdi evidenza li hemm kapaċità suffiċjenti liberament disponibbli fil-Marokk li tindika l-possibbiltà ta’ importazzjonijiet sostanzjalment miżjuda.
Huwa allegat ukoll li l-fluss tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping x’aktarx li jkompli jiżdied sostanzjalment minħabba l-ordnijiet li diġà ntilfu lill-Marokk li se jkollhom impatt dejjem akbar fuq l-indikaturi ekonomiċi tal-industrija tal-Unjoni fl-2021 u s-snin ta’ wara.
5. Proċedura
Il-Kummissjoni, wara li stabbiliet u infurmat lill-Istati Membri, li l-ilment ġie ppreżentat mill-industrija tal-Unjoni jew f’isimha, u li hemm biżżejjed evidenza biex jiġi ġġustifikat il-bidu ta’ proċediment, b’dan qed tibda investigazzjoni skont l-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku.
L-investigazzjoni se tiddetermina jekk il-prodott li qiegħed jiġi investigat u li joriġina fil-pajjiż kkonċernat hux qiegħed ikun oġġett ta’ dumping u jekk dawn l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping ikkawżawx ħsara jew qed jheddu li jikkawżaw ħsara lill-industrija tal-Unjoni.
Jekk il-konklużjonijiet ikunu fl-affermattiv, l-investigazzjoni se teżamina jekk l-impożizzjoni ta’ miżuri tmurx kontra l-interess tal-Unjoni skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku.
Il-Kummissjoni tiġbed ukoll l-attenzjoni tal-partijiet għan-Notifika (4), dwar il-konsegwenzi tal-pandemija tal-COVID-19 fuq l-investigazzjonijiet anti-dumping u antisussidji li tista’ tkun applikabbli għal dan il-proċediment.
5.1. Perjodu tal-investigazzjoni u perjodu kkunsidrat
L-investigazzjoni tad-dumping u tad-dannu se tkopri l-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2020 sat-30 ta’ Settembru 2021 (“il-perjodu tal-investigazzjoni”). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tad-dannu se jkopri l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2018 sa tmiem il-perjodu tal-investigazzjoni (“il-perjodu kkunsidrat”).
5.2. Kummenti dwar l-ilment u l-bidu tal-investigazzjoni
Il-partijiet interessati kollha li jixtiequ jikkummentaw dwar l-ilment (inklużi kwistjonijiet li jirrigwardaw id-dannu u l-kawżalità) jew dwar kwalunkwe aspett li jirrigwarda l-bidu tal-investigazzjoni (inkluż il-livell ta’ sostenn għall-ilment) iridu jagħmlu dan fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika.
Kull talba għal seduta ta’ smigħ fir-rigward tal-bidu tal-investigazzjoni trid tiġi ppreżentata fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika.
5.3. Proċedura ta’ kif jiġi stabbilit id-dumping
Il-produtturi esportaturi (5) tal-prodott li qed jiġi investigat mill-pajjiż ikkonċernat huma mistiedna jieħdu sehem fl-investigazzjoni tal-Kummissjoni.
5.3.1. Investigazzjoni tal-produtturi esportaturi
5.3.1.1. Proċedura għall-għażla tal-produtturi esportaturi li jridu jiġu investigati fil-pajjiż ikkonċernat
(a) Kampjunar
Minħabba l-għadd kbir potenzjali ta’ produtturi esportaturi fil-pajjiż ikkonċernat li huma involuti f’dan il-proċediment u sabiex l-investigazzjoni titlesta fil-limiti ta’ żmien statutorji, il-Kummissjoni tista’ tillimita l-għadd ta’ produtturi esportaturi li jridu jiġu investigati għal għadd raġonevoli billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “kampjunar”). Il-kampjunar se jsir f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.
Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk huwiex meħtieġ il-kampjunar, u jekk dan ikun il-każ, biex tagħżel kampjun, il-produtturi esportaturi kollha, jew ir-rappreżentanti li jaġixxu f’isimhom, huma mitluba jipprovdu lill-Kummissjoni l-informazzjoni dwar il-kumpanija/i tagħhom fi żmien sebat (7) ijiem mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika. Din l-informazzjoni trid tingħata permezz ta’ TRON.tdi (“TRON”) fl-indirizz li ġej: https://tron.trade.ec.europa.eu/tron/tdi/form/AD686_SAMPLING_FORM_FOR_EXPORTING_PRODUCER. L-informazzjoni dwar l-aċċess għal TRON tinsab fit-Taqsimiet 5.6 u 5.8 ta’ hawn taħt.
Sabiex tikseb l-informazzjoni li jidhrilha li tkun meħtieġa għall-għażla tal-kampjun ta’ produtturi esportaturi, il-Kummissjoni kkuntattjat ukoll lill-awtoritajiet tal-pajjiżi kkonċernati u tista’ tikkuntattja lil kull assoċjazzjoni magħrufa tal-produtturi esportaturi.
Jekk ikun hemm bżonn ta’ kampjun, il-produtturi esportaturi jistgħu jintgħażlu abbażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta’ esportazzjonijiet lejn l-Unjoni li jista’ raġonevolment jiġi investigat fiż-żmien disponibbli. Il-produtturi esportaturi magħrufa kollha, l-awtoritajiet tal-pajjiżi kkonċernati u l-assoċjazzjonijiet tal-produtturi esportaturi se jiġu mgħarrfa mill-Kummissjoni, permezz tal-awtoritajiet tal-pajjiżi kkonċernati jekk ikun xieraq, dwar il-kumpaniji magħżula biex ikunu fil-kampjun.
Ladarba l-Kummissjoni tkun irċeviet l-informazzjoni meħtieġa biex tagħżel kampjun ta’ produtturi esportaturi, se tinforma lill-partijiet ikkonċernati bid-deċiżjoni tagħha dwar jekk ġewx inklużi fil-kampjun. Il-produtturi esportaturi fil-kampjun se jkollhom jippreżentaw kwestjonarju mimli fi żmien 30 jum mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni tal-inklużjoni tagħhom fil-kampjun, dment li ma jkunx speċifikat mod ieħor.
Il-Kummissjoni se żżid nota li tirrifletti l-għażla tal-kampjun fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati. Kwalunkwe kumment dwar l-għażla tal-kampjun irid jasal fi żmien tlett (3) ijiem mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni dwar il-kampjun.
Kopja ta’ dan il-kwestjonarju għall-produtturi esportaturi tinsab fil-fajl li jistgħu jikkonsultawh il-partijiet interessati u fuq is-sit web tad-DĠ Kummerċ. https://trade.ec.europa.eu/tdi/case_details.cfm?id=2563.
Il-kwestjonarju se jkun disponibbli wkoll għal kwalunkwe assoċjazzjoni magħrufa tal-produtturi esportaturi, u għall-awtoritajiet ta’ dak il-pajjiż.
Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni possibbli tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, il-produtturi esportaturi li jkunu qablu li jiġu inklużi fil-kampjun iżda li ma jintgħażlux biex ikunu parti mill-kampjun se jitqiesu li jkunu kkooperaw (“il-produtturi esportaturi mhux inklużi fil-kampjun li kkooperaw”). Mingħajr preġudizzju għat-Taqsima 5.3.1.1(b) hawn taħt, id-dazju anti-dumping li jista’ jiġi applikat għall-importazzjonijiet mill-produtturi esportaturi li kkooperaw iżda li mhumiex inklużi fil-kampjun mhuwiex se jaqbeż il-marġni tal-medja ponderata ta’ dumping stabbilit għall-produtturi esportaturi fil-kampjun (6).
(b) Marġni ta’ dumping individwali għall-produtturi esportaturi mhux inklużi fil-kampjun
Skont l-Artikolu 17(3) tar-Regolament bażiku, il-produtturi esportaturi mhux inklużi fil-kampjun li kkooperaw jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi l-marġnijiet ta’ dumping individwali tagħhom. Il-produtturi esportaturi li jixtiequ jagħmlu talba għal marġni ta’ dumping individwali jridu jimlew il-kwestjonarju u jirritornawh mimli kif xieraq fi żmien 30 jum mid-data tan-notifika tal-għażla tal-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Kopja tal-kwestjonarju għall-produtturi esportaturi hija disponibbli fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati u fuq is-sit web tad-DĠ Kummerċ (https://trade.ec.europa.eu/tdi/case_details.cfm?id=2531). Kopja ta’ dan il-kwestjonarju għall-produtturi esportaturi tinsab fil-fajl li jistgħu jikkonsultawh il-partijiet interessati u fuq is-sit web tad-DĠ Kummerċ https://trade.ec.europa.eu/tdi/case_details.cfm?id=2563. Il-Kummissjoni se teżamina jekk il-produtturi esportaturi li kkooperaw iżda li mhumiex parti mill-kampjun jistgħux jingħataw dazju individwali skont l-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku.
Madankollu, jenħtieġ li l-produtturi esportaturi mhux inklużi fil-kampjun li kkooperaw li jitolbu marġni ta’ dumping individwali jkunu konxji li l-Kummissjoni xorta waħda tista’ tiddeċiedi li ma tistabbilixxix il-marġni ta’ dumping individwali tagħhom jekk, pereżempju, l-għadd ta’ produtturi esportaturi mhux inklużi fil-kampjun li kkooperaw tant ikun kbir li jkun wisq diffiċli biex dan jiġi stabbilit u minħabba f’hekk l-investigazzjoni ma tkunx tista’ titlesta fil-ħin.
5.3.2. Investigazzjoni tal-importaturi mhux relatati (7) (8)
L-importaturi mhux relatati tal-prodott li qed jiġi investigat li jimportaw mill-pajjiżi kkonċernati lejn l-Unjoni huma mistiedna jieħdu sehem f’din l-investigazzjoni.
Fid-dawl tal-għadd potenzjalment kbir ta’ importaturi mhux relatati involuti f’dan il-proċediment, u sabiex l-investigazzjoni titlesta sal-iskadenzi statutorji, il-Kummissjoni tista’ tillimita l-għadd ta’ importaturi mhux relatati li jridu jiġu investigati għal għadd raġonevoli billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “kampjunar”). Il-kampjunar se jsir f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.
Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk huwiex meħtieġ kampjunar, u jekk dan ikun il-każ, biex tagħżel kampjun, l-importaturi kollha li mhumiex relatati, jew ir-rappreżentanti li jaġixxu f’isimhom, huma mitluba jipprovdu lill-Kummissjoni l-informazzjoni dwar il-kumpanija/i tagħhom mitluba fl-Anness ta’ din in-Notifika fi żmien sebat (7) ijiem mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika.
Sabiex tikseb l-informazzjoni li tqis meħtieġa għall-għażla tal-kampjun ta’ importaturi mhux relatati, il-Kummissjoni tista’ tikkuntattja wkoll lil kwalunkwe assoċjazzjoni magħrufa ta’ importaturi.
Jekk kampjun ikun meħtieġ, l-importaturi jistgħu jintgħażlu abbażi tal-ikbar volum rappreżentattiv ta’ bejgħ tal-prodott investigat fl-Unjoni li jista’ jiġi investigat b’mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli.
Ladarba l-Kummissjoni tkun irċeviet l-informazzjoni meħtieġa biex tagħżel kampjun, hija tinforma lill-partijiet ikkonċernati bid-deċiżjoni tagħha dwar il-kampjun tal-importaturi. Il-Kummissjoni se żżid ukoll nota li tirrifletti l-għażla tal-kampjun fil-fajl għall-konsultazzjoni mill-partijiet interessati. Kwalunkwe kumment dwar l-għażla tal-kampjun irid jasal fi żmien tlett (3) ijiem min-notifika tad-deċiżjoni dwar il-kampjun.
Sabiex tikseb l-informazzjoni li tqis li tkun meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tqiegħed kwestjonarji għad-dispożizzjoni tal-importaturi mhux relatati inklużi fil-kampjun. Dawn il-partijiet iridu jippreżentaw il-kwestjonarju komplut fi żmien 30 jum mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni dwar il-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.
Kopja ta’ dan il-kwestjonarju għall-importaturi hija disponibbli fil-fajl li jista’ jiġi eżaminat mill-partijiet interessati u fuq is-sit elettroniku tad-DĠ Kummerċ https://trade.ec.europa.eu/tdi/case_details.cfm?id=2563.
5.4. Proċedura għall-istabbiliment ta’ dannu jew theddida ta’ dannu u għall-investigazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni
Kalkolu tad-dannu huwa bbażat fuq evidenza pożittiva u jinvolvi l-eżami oġġettiv tal-volum tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping, tal-effett tagħhom fuq il-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni u tal-impatt konsegwenti ta’ dawn l-importazzjonijiet fuq l-industrija tal-Unjoni. Sabiex jiġi stabbilit jekk l-industrija tal-Unjoni ġarrbitx xi dannu jew hix mhedda li jsirilha dannu, il-produtturi tal-Unjoni tal-prodott li qed jiġi investigat huma mistiedna jieħdu sehem fl-investigazzjoni tal-Kummissjoni.
Fil-dawl tal-għadd kbir ta’ produtturi tal-Unjoni kkonċernati, u sabiex tlesti l-investigazzjoni sal-iskadenzi statutorji, il-Kummissjoni ddeċidiet li tillimita l-produtturi tal-Unjoni li se jiġu investigati għal għadd raġonevoli billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “kampjunar”). Il-kampjunar isir f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.
Il-Kummissjoni għażlet kampjun proviżorju ta’ produtturi tal-Unjoni. Id-dettalji jinsabu fil-fajl li jistgħu jikkonsultawh il-partijiet interessati. Il-partijiet interessati huma mistiedna jikkummentaw dwar il-kampjun proviżorju. Barra minn hekk, produtturi oħra tal-Unjoni, jew rappreżentanti li jaġixxu għan-nom tagħhom, li jqisu li hemm raġunijiet għaliex jenħtieġ li jiġu inklużi fil-kampjun iridu jikkuntattjaw lill-Kummissjoni fi żmien sebat (7) ijiem mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika. Il-kummenti kollha dwar il-kampjun proviżorju jridu jaslu fi żmien sebat (7) ijiem mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika, dment li ma jkunx speċifikat mod ieħor.
Il-Kummissjoni se tinnotifika lill-produtturi u lill-assoċjazzjonijiet ta’ produtturi tal-Unjoni magħrufa kollha dwar il-kumpaniji li finalment ikunu ntgħażlu biex ikunu parti mill-kampjun.
Il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun se jkollhom jippreżentaw kwestjonarju komplut fi żmien 30 jum mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni tal-inklużjoni tagħhom fil-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.
Kopja ta’ dan il-kwestjonarju għall-produtturi tal-Unjoni hija disponibbli fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati u fis-sit web tad-DĠ Kummerċ https://trade.ec.europa.eu/tdi/case_details.cfm?id=2563.
5.5. Proċedura għall-valutazzjoni tal-interess tal-Unjoni
Jekk tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ dumping u ta’ dannu kkawżat, se tittieħed deċiżjoni, skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, dwar jekk l-adozzjoni ta’ miżuri anti-dumping tkunx fl-interess tal-Unjoni. Il-produtturi tal-Unjoni, l-importaturi u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, l-utenti u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, it-trade unions u l-organizzazzjonijiet tal-konsumatur rappreżentattivi huma mistiedna jipprovdu lill-Kummissjoni informazzjoni dwar jekk l-impożizzjoni tal-miżuri tkunx fl-interess tal-Unjoni. Sabiex jieħdu sehem fl-investigazzjoni, l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-konsumatur iridu juru li hemm rabta oġġettiva bejn l-attivitajiet tagħhom u l-prodott li qed jiġi investigat.
L-informazzjoni dwar il-valutazzjoni tal-interess tal-Unjoni trid tiġi pprovduta fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Din l-informazzjoni tista’ tiġi pprovduta jew f’format ta’ test liberu jew inkella billi jimtela kwestjonarju mħejji mill-Kummissjoni. Kopja tal-kwestjonarji, inkluż il-kwestjonarju għall-utenti tal-prodott li qed jiġi investigat, hija disponibbli fil-fajl li jistgħu jikkonsultawh il-partijiet interessati u fuq is-sit web tad-DĠ Kummerċ https://trade.ec.europa.eu/tdi/case_details.cfm?id=2563. L-informazzjoni mogħtija skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku se titqies biss jekk, meta tiġi ppreżentata, tkun sostnuta b’evidenza fattwali.
5.6. Partijiet interessati
Sabiex jieħdu sehem fl-investigazzjoni, il-partijiet interessati bħall-produtturi esportaturi, il-produtturi tal-Unjoni, l-importaturi u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, l-utenti u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, it-trade unions u l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-konsumatur, iridu juru li hemm rabta oġġettiva bejn l-attivitajiet tagħhom u l-prodott li qed jiġi investigat.
Il-produtturi esportaturi, il-produtturi tal-Unjoni, l-importaturi u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi li ppreżentaw informazzjoni skont il-proċeduri deskritti fit-Taqsimiet 5.3, 5.4 u 5.5 ta’ hawn fuq, jiġu kkunsidrati bħala partijiet interessati jekk ikun hemm rabta oġġettiva bejn l-attivitajiet tagħhom u l-prodott li qed jiġi investigat.
Partijiet oħra jkunu jistgħu jipparteċipaw biss fl-investigazzjoni bħala parti interessata mill-mument meta jippreżentaw lilhom infushom, u dment li jkun hemm rabta oġġettiva bejn l-attivitajiet tagħhom u l-prodott taħt investigazzjoni. Il-fatt li wieħed jitqies bħala parti interessata huwa mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.
L-aċċess għall-fajl disponibbli għall-konsultazzjoni mill-partijiet interessati jsir permezz ta’ TRON.tdi f’dan l-indirizz: https://tron.trade.ec.europa.eu/tron/TDI. Segwi l-istruzzjonijiet fuq din il-paġna sabiex ikollok aċċess (9).
5.7. Possibbiltà ta’ smigħ mis-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni
Il-partijiet interessati kollha jistgħu jitolbu seduta ta’ smigħ mas-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni.
Kull talba għal seduta ta’ smigħ trid issir bil-miktub u trid tispeċifika r-raġunijiet għat-talba kif ukoll sommarju ta’ dak li l-parti interessata tixtieq tiddiskuti waqt is-seduta ta’ smigħ. Is-seduta ta’ smigħ tkun limitata għall-kwistjonijiet stabbiliti minn qabel mill-partijiet interessati bil-miktub.
L-iskeda ta’ żmien għas-seduti ta’ smigħ hija kif ġej:
|
— |
Għal seduti ta’ smigħ li jsiru qabel ma tiskadi l-impożizzjoni tal-miżuri proviżorji, jenħtieġ li t-talba ssir fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika. Is-smigħ normalment isir fi żmien 60 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika. |
|
— |
Wara l-istadju tal-konstatazzjonijiet proviżorji, jenħtieġ li ssir talba fi żmien ħamest (5) ijiem mid-data tad-divulgazzjoni tal-konstatazzjonijiet proviżorji jew tad-dokument ta’ informazzjoni. Is-smigħ normalment isir fi żmien 15-il jum mid-data tan-notifika tad-divulgazzjoni jew mid-data tad-dokument ta’ informazzjoni. |
|
— |
Fl-istadju tal-konstatazzjonijiet definittivi, jenħtieġ li ssir talba fi żmien tlett (3) ijiem mid-data tad-divulgazzjoni finali. Is-smigħ normalment isir fil-perjodu mogħti għall-kummenti dwar id-divulgazzjoni finali. Jekk ikun hemm divulgazzjoni finali addizzjonali, jenħtieġ li ssir talba minnufih malli tasal din id-divulgazzjoni finali addizzjonali. Is-seduta ta’ smigħ normalment issir fi żmien l-iskadenza biex isiru l-kummenti dwar din id-divulgazzjoni. |
L-iskeda ta’ żmien deskritta hija mingħajr preġudizzju għad-dritt tas-servizzi tal-Kummissjoni li jaċċettaw seduti ta’ smigħ lil hinn mill-iskeda ta’ żmien f’każijiet debitament ġustifikati u għad-dritt tal-Kummissjoni li tiċħad seduti ta’ smigħ f’każijiet debitament ġustifikati. Meta s-servizzi tal-Kummissjoni jirrifjutaw talba għal seduta ta’ smigħ, il-parti kkonċernata tiġi infurmata bir-raġunijiet għal tali rifjut.
Fil-prinċipju, is-seduti ta’ smigħ mhux se jintużaw biex tiġi ppreżentata informazzjoni fattwali li tkun għadha mhux fil-fajl. Madankollu, fl-interess ta’ amministrazzjoni tajba u sabiex is-servizzi tal-Kummissjoni jkunu jistgħu jimxu ’l quddiem bl-investigazzjoni, il-partijiet interessati jistgħu jintalbu jipprovdu informazzjoni fattwali ġdida wara seduta ta’ smigħ.
5.8. Struzzjonijiet biex isiru preżentazzjonijiet bil-miktub u biex jintbagħtu l-kwestjonarji kompluti u l-korrispondenza
L-informazzjoni ppreżentata lill-Kummissjoni għall-fini ta’ investigazzjonijiet għad-difiża tal-kummerċ għandha tkun ħielsa mid-drittijiet tal-awtur. Qabel ma l-partijiet interessati jippreżentaw lill-Kummissjoni informazzjoni u/jew data li jkunu soġġetti għad-drittijiet tal-awtur ta’ parti terza, iridu jitolbu permess speċifiku lid-detentur tad-drittijiet tal-awtur li jippermetti b’mod espliċitu li l-Kummissjoni (a) tuża l-informazzjoni u d-data għall-finijiet ta’ dan il-proċediment tad-difiża tal-kummerċ u (b) tipprovdi l-informazzjoni u/jew id-data lill-partijiet interessati f’din l-investigazzjoni f’għamla li tippermettilhom iħaddmu d-drittijiet tad-difiża tagħhom.
Il-preżentazzjonijiet kollha bil-miktub, fosthom l-informazzjoni mitluba f’din in-Notifika, il-kwestjonarji mimlija u l-korrispondenza pprovduta mill-partijiet interessati li għalihom jintalab trattament kunfidenzjali għandhom jiġu mmarkati bħala “Sensitive” (10). Il-partijiet li jippreżentaw informazzjoni matul din l-investigazzjoni huma mistiedna jagħtu raġunijiet għat-talba tagħhom għal trattament kunfidenzjali.
Il-partijiet li jipprovdu informazzjoni mmarkata “Sensitive” huma mitlubin jipprovdu sommarji mhux kunfidenzjali tagħha skont l-Artikolu 19(2) tar-Regolament bażiku, filwaqt li jimmarkawha “For inspection by interested parties” (Għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati). Jenħtieġ li dawn is-sommarji jkunu ddettaljati biżżejjed biex jippermettu li s-sustanza tal-informazzjoni ppreżentata b’mod kunfidenzjali tkun raġonevolment tinftiehem.
Jekk parti li tipprovdi l-informazzjoni kunfidenzjali tonqos milli tagħti raġunijiet ġusti għal talba ta’ trattament kunfidenzjali jew ma tipprovdix sommarju mhux kunfidenzjali tagħha fil-format u bil-kwalità mitluba, il-Kummissjoni tista’ tinjora tali informazzjoni sakemm ma jkunx jista’ jintwera b’mod sodisfaċenti minn sorsi xierqa li l-informazzjoni hija korretta.
Il-partijiet interessati huma mistiedna jressqu l-preżentazzjonijiet u t-talbiet kollha permezz ta’ TRON.tdi (https://tron.trade.ec.europa.eu/tron/TDI) inklużi d-dokumenti ta’ prokuri u ta’ ċertifikazzjoni skennjati. Meta jużaw TRON.tdi jew il-posta elettronika, il-partijiet interessati jesprimu l-qbil tagħhom mar-regoli applikabbli għall-preżentazzjonijiet elettroniċi li jinsabu fid-dokument “CORRESPONDENCE WITH THE EUROPEAN COMMISSION IN TRADE DEFENCE CASES (Korrispondenza mal-Kummissjoni Ewropea f’każijiet ta’ difiża tal-kummerċ)” ippubblikat fis-sit web tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ: http://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2011/june/tradoc_148003.pdf. Il-partijiet interessati jridu jindikaw isimhom, l-indirizz, in-numru tat-telefown u indirizz validu tal-posta elettronika u jenħtieġ li jiżguraw li l-indirizz tal-posta elettronika li jipprovdu jkun indirizz tal-posta elettronika uffiċjali tax-xogħol li jiffunzjona u li jiġi ċċekkjat kuljum. Ladarba tirċievi d-dettalji ta’ kuntatt, il-Kummissjoni tikkomunika mal-partijiet interessati permezz ta’ TRON.tdi jew tal-posta elettronika biss, sakemm ma jitolbux li jirċievu d-dokumenti kollha mingħand il-Kummissjoni b’mezz ieħor ta’ komunikazzjoni jew sakemm in-natura tad-dokument li jrid jintbagħat ma tkunx teħtieġ l-użu tal-posta rreġistrata. Għal regoli u għal informazzjoni oħra dwar il-korrispondenza mal-Kummissjoni, inklużi l-prinċipji li japplikaw għall-preżentazzjonijiet bi TRON.tdi u bil-posta elettronika, jenħtieġ li l-partijiet interessati jikkonsultaw l-istruzzjonijiet ta’ komunikazzjoni mal-partijiet interessati msemmija hawn fuq.
L-indirizz tal-Kummissjoni għall-korrispondenza:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Trade |
|
Directorate G |
|
Uffiċċju: CHAR 04/039 |
|
1049 Brussels |
|
BELGIUM |
Email: TRADE-AD686-ARW-DUMPING@ec.europa.eu
TRADE-AD686-ARW-INJURY@ec.europa.eu
6. Skeda tal-investigazzjoni
Skont l-Artikolu 6(9) tar-Regolament bażiku, l-investigazzjoni tiġi konkluża fi żmien 13-il xahar, u mhux aktar minn 14-il xahar, mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika. F’konformità mal-Artikolu 7(1) tar-Regolament bażiku, normalment il-miżuri proviżorji jistgħu jiġu imposti sa mhux aktar tard minn seba’ (7) xhur mill-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika, iżda fi kwalunkwe każ sa mhux iktar tard minn tmien (8) xhur mill-pubblikazzjoni tagħha.
F’konformità mal-Artikolu 19a tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni se tipprovdi informazzjoni dwar l-impożizzjoni ppjanata ta’ dazji proviżorji erba’ (4) ġimgħat qabel l-impożizzjoni ta’ miżuri proviżorji. Il-partijiet interessati jingħataw tlett (3) ijiem tax-xogħol biex jikkummentaw bil-miktub dwar kemm huma preċiżi l-kalkoli.
F’każijiet fejn il-Kummissjoni jkollha l-ħsieb li ma timponix dazji proviżorji iżda li tkompli bl-investigazzjoni, il-partijiet interessati jiġu infurmati, permezz ta’ dokument ta’ informazzjoni, li mhux se jiġu imposti dazji erba’ (4) ġimgħat qabel id-data tal-għeluq skont l-Artikolu 7(1) tar-Regolament bażiku.
Il-partijiet interessati jingħataw 15-il jum biex jikkummentaw bil-miktub dwar il-konstatazzjonijiet proviżorji jew dwar id-dokument ta’ informazzjoni, u għaxart (10) ijiem biex jikkummentaw bil-miktub dwar il-konstatazzjonijiet definittivi, dment li ma jkunx speċifikat mod ieħor. Fejn ikun applikabbli, id-divulgazzjoni finali addizzjonali tispeċifika l-iskadenza li fiha l-partijiet interessati jridu jagħtu l-kummenti tagħhom bil-miktub.
7. Preżentazzjoni tal-informazzjoni
Bħala regola, il-partijiet interessati jistgħu jippreżentaw biss l-informazzjoni fl-iskedi ta’ żmien speċifikati fit-Taqsimiet 5 u 6 ta’ din in-Notifika. Il-preżentazzjoni ta’ kull informazzjoni oħra mhux koperta minn dawn it-taqsimiet jenħtieġ li tirrispetta l-iskeda li ġejja:
|
— |
Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, kull informazzjoni għall-istadju tal-konstatazzjonijiet proviżorji jenħtieġ li tiġi ppreżentata fi żmien 70 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika. |
|
— |
Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, jenħtieġ li l-partijiet interessati ma jippreżentawx informazzjoni fattwali ġdida wara l-iskadenza għal kummenti dwar id-divulgazzjoni tal-kostatazzjonijiet proviżorji jew dwar id-dokument ta’ informazzjoni fl-istadju tal-konstatazzjonijiet proviżorji. Wara din l-iskadenza, il-partijiet interessati jistgħu jippreżentaw biss informazzjoni fattwali ġdida jekk ikunu jistgħu juru li tali informazzjoni fattwali ġdida tkun meħtieġa biex jirribattu l-allegazzjonijiet fattwali magħmula minn partijiet interessati oħra u dment li tali informazzjoni fattwali ġdida tista’ tiġi vverifikata fiż-żmien disponibbli biex l-investigazzjoni titlesta fil-ħin. |
|
— |
Sabiex l-investigazzjoni titlesta fl-iskadenzi mandatorji, il-Kummissjoni mhix se taċċetta iktar preżentazzjonijiet mingħand il-partijiet interessati wara l-iskadenza għall-kummenti dwar id-divulgazzjoni finali jew, jekk ikun applikabbli, wara l-iskadenza għall-kummenti dwar id-divulgazzjoni finali addizzjonali. |
8. Possibbiltà ta’ kummenti dwar il-preżentazzjonijiet ta’ partijiet oħra
Sabiex jiġu ggarantiti d-drittijiet tad-difiża, jenħtieġ li l-partijiet interessati jkollhom il-possibbiltà li jikkummentaw dwar l-informazzjoni ppreżentata minn partijiet interessati oħra. Meta jagħmlu dan, il-partijiet interessati jistgħu biss jindirizzaw kwistjonijiet imsemmijin fil-preżentazzjonijiet ta’ partijiet interessati oħra u ma jistgħux jintroduċu kwistjonijiet ġodda.
Tali kummenti jenħtieġ li jsiru skont l-iskeda ta’ żmien li ġejja:
|
— |
Jenħtieġ li kwalunkwe kumment dwar l-informazzjoni ppreżentata minn partijiet interessati oħra qabel l-iskadenza tal-impożizzjoni tal-miżuri proviżorji, isir fi żmien 75 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika, dment li ma jkunx speċifikat mod ieħor. |
|
— |
Jenħtieġ li l-kummenti dwar l-informazzjoni pprovduta minn partijiet interessati oħra b’reazzjoni għad-divulgazzjoni tal-konstatazzjonijiet proviżorji jew tad-dokument ta’ informazzjoni, jiġu ppreżentati fi żmien sebat (7) ijiem mill-iskadenza għall-kummenti dwar il-konstatazzjonijiet proviżorji jew dwar id-dokument ta’ informazzjoni, dment li ma jkunx speċifikat mod ieħor. |
|
— |
Jenħtieġ li l-kummenti dwar l-informazzjoni pprovduta minn partijiet interessati oħra b’reazzjoni għad-divulgazzjoni finali jiġu ppreżentati fi żmien tlett (3) ijiem mill-iskadenza għall-kummenti dwar id-divulgazzjoni finali, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Jekk ikun hemm divulgazzjoni finali addizzjonali, jenħtieġ li l-kummenti dwar l-informazzjoni pprovduta minn partijiet interessati oħra b’reazzjoni għal din id-divulgazzjoni jsiru fi żmien ġurnata (1) mill-iskadenza għall-kummenti dwar din id-divulgazzjoni, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. |
L-iskeda ta’ żmien indikata hija mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Kummissjoni li titlob informazzjoni addizzjonali mingħand il-partijiet interessati f’każijiet debitament ġustifikati.
9. Estensjoni għal-limiti ta’ żmien speċifikati f’din in-Notifika
Kull estensjoni għal-limiti ta’ żmien previsti f’din in-Notifika jenħtieġ li jintalbu biss f’ċirkostanzi ta’ eċċezzjoni, u jingħataw biss jekk ikunu debitament ġustifikati meta tingħata raġuni tajba.
Fi kwalunkwe każ, kull estensjoni għall-iskadenza tar-risposta għall-kwestjonarji tkun limitata għal tlett (3) ijiem u bħala regola ma taqbiżx is-sebat (7) ijiem.
Fir-rigward tal-limiti ta’ żmien għall-preżentazzjoni ta’ informazzjoni oħra speċifikata fin-Notifika ta’ Bidu, l-estensjonijiet ikunu limitati għal tlett (3) ijiem sakemm ma jintwerewx xi ċirkostanzi eċċezzjonali.
10. Nuqqas ta’ kooperazzjoni
F’każijiet fejn xi parti interessata tirrifjuta l-aċċess jew ma tipprovdix l-informazzjoni meħtieġa fil-limitu tal-iskadenzi, jew tfixkel l-investigazzjoni b’mod sinifikanti, il-konstatazzjonijiet proviżorji jew finali, pożittivi jew negattivi, jistgħu jsiru abbażi tal-fatti disponibbli, f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.
Jekk jinstab li xi parti interessata tkun ipprovdiet informazzjoni falza jew qarrieqa, l-informazzjoni tista’ tiġi injorata u jistgħu jintużaw il-fatti disponibbli.
Jekk parti interessata ma tikkooperax jew tikkoopera parzjalment biss u l-konstatazzjonijiet għalhekk ikunu bbażati fuq fatti disponibbli f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, ir-riżultat jista’ jkun inqas favorevoli għal din il-parti milli kieku tkun ikkooperat.
In-nuqqas ta’ tweġiba kompjuterizzata ma għandux jiġi kkunsidrat bħala nuqqas ta’ kooperazzjoni, dment li l-parti interessata turi li l-preżentazzjoni tat-tweġiba kif mitlub tkun tirriżulta f’piż żejjed mhux raġonevoli jew fi spiża addizzjonali mhux raġonevoli. F’dan il-każ, jenħtieġ li l-parti interessata tikkuntattja immedjatament lill-Kummissjoni.
11. Uffiċjal tas-Seduta
Il-partijiet interessati jistgħu jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta għal proċedimenti dwar il-kummerċ. L-Uffiċjal tas-Seduta jeżamina t-talbiet għal aċċess għall-fajl, it-tilwim fir-rigward tal-kunfidenzjalità tad-dokumenti, it-talbiet għal estensjoni tal-limiti ta’ żmien u kull talba oħra dwar id-drittijiet tad-difiża tal-partijiet interessati u tal-partijiet terzi li jistgħu jfeġġu matul il-proċediment.
L-Uffiċjal tas-Seduta jista’ jorganizza seduti ta’ smigħ u jagħmilha ta’ medjatur bejn il-parti(jiet) interessata/i u s-servizzi tal-Kummissjoni sabiex jiżgura li d-drittijiet tad-difiża tal-partijiet interessati jkunu qed jitħaddmu kompletament. Jenħtieġ li t-talba għal seduta ta’ smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta ssir bil-miktub u jenħtieġ li tispeċifika r-raġunijiet għat-talba. L-Uffiċjal tas-Seduta jeżamina r-raġunijiet għat-talbiet. Dawn is-seduti ta’ smigħ jenħtieġ li jsiru biss jekk il-kwistjonijiet ma jkunux ġew solvuti mas-servizzi tal-Kummissjoni fi żmien debitu.
Il-partijiet interessati huma mistiedna jsegwu l-iskedi ta’ żmien stabbiliti fit-Taqsima 5.7 ta’ din in-Notifika anki fir-rigward tal-interventi, inklużi s-seduti ta’ smigħ, mill-Uffiċjal tas-Seduta. Kull talba trid tiġi ppreżentata fi żmien raġonevoli u f’qasir żmien sabiex ma xxekkilx l-andament tajjeb tal-proċedimenti. Għal dan l-għan, jenħtieġ li l-partijiet interessati jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta minn kmieni kemm jista’ jkun wara li jseħħ il-każ li jiġġustifika tali intervent. L-Uffiċjal tas-Smigħ se jeżamina r-raġunijiet għat-talbiet għal intervent, in-natura tal-kwistjonijiet imqajma u l-impatt ta’ dawn il-kwistjonijiet fuq id-drittijiet tad-difiża, filwaqt li jqis b’mod xieraq l-interessi ta’ amministrazzjoni tajba u t-tlestija fil-ħin tal-investigazzjoni.
Għal iktar informazzjoni u għad-dettalji ta’ kuntatt, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġni web tal-Uffiċjal tas-Seduta fuq is-sit web tad-DĠ Kummerċ: http://ec.europa.eu/trade/trade-policy-and-you/contacts/hearing-officer/ (bl-Ingliż).
12. Ipproċessar ta’ data personali
Kwalunkwe data personali li tinġabar f’din l-investigazzjoni se tiġi trattata skont ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11).
Notifika dwar il-protezzjoni tad-data li tinforma lill-individwi kollha dwar l-ipproċessar tad-data personali fil-qafas tal-attivitajiet tad-difiża tal-kummerċ tal-Kummissjoni tinsab fis-sit web tad-DĠ Kummerċ: http://ec.europa.eu/trade/policy/accessing-markets/trade-defence/ (bl-Ingliż).
(1) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.
(2) It-terminu ġenerali “dannu” jirreferi għal dannu materjali kif ukoll għat-theddida ta’ dannu materjali jew għad-dewmien materjali biex tiġi stabbilita industrija, kif stipulat fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament bażiku.
(3) Ir-referenzi għall-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika jirreferu għall-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
(4) Avviż dwar il-konsegwenzi tat-tifqigħa tal-COVID-19 fuq investigazzjonijiet anti-dumping u antisussidji (ĠU C 86, 16.3.2020, p. 6).
(5) Produttur esportatur huwa kwalunkwe kumpanija fil-pajjiż ikkonċernat li tipproduċi u tesporta l-prodott investigat lejn is-suq tal-Unjoni, jew direttament inkella permezz ta’ parti terza, inkluża kwalunkwe kumpanija relatata magħha involuta fil-produzzjoni, fil-bejgħ domestiku jew fl-esportazzjoni tal-prodott investigat.
(6) Skont l-Artikolu 9(6) tar-Regolament bażiku, kwalunkwe marġni żero u de minimis, u l-marġnijiet stabbiliti f’konformità maċ-ċirkostanzi deskritti fl-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku mhumiex se jitqiesu.
(7) Din it-taqsima tkopri biss l-importaturi li mhumiex relatati mal-produtturi esportaturi. L-importaturi li huma relatati mal-produtturi esportaturi jridu jimlew l-Anness I tal-kwestjonarju għal dawn il-produtturi esportaturi. F’konformità mal-Artikolu 127 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, żewġ persuni għandhom jitqiesu li jkunu relatati jekk: (a) ikunu uffiċjali jew diretturi tan-negozju tal-persuna l-oħra; (b) ikunu sħab rikonoxxuti legalment fin-negozju; (c) ikunu l-impjegatur u l-impjegat; (d) parti terza tippossjedi jew tikkontrolla jew iżżomm direttament jew indirettament 5 % jew aktar tal-azzjoni bid-dritt tal-vot jew l-ishma pendenti tat-tnejn li huma; (e) waħda minnhom tikkontrolla direttament jew indirettament lill-persuna l-oħra; (f) it-tnejn li huma jkunu direttament jew indirettament ikkontrollati minn persuna terza; (g) flimkien jikkontrollaw persuna terza direttament jew indirettament; jew (h) ikunu membri tal-istess familja (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558). Il-persuni għandhom jitqiesu li jkunu membri tal-istess familja jekk ikollhom kwalunkwe waħda mir-relazzjonijiet segwenti ma’ xulxin biss: (i) konjuġi, (ii) ġenitur u wild, (iii) aħwa (sew jekk mill-istess ġenituri jew aħwa minn ġenitur wieħed), (iv) nannu jew nanna u neputi jew neputija, (v) ziju jew zija u neputi jew neputija, (vi) ġenitur tar-rispett u wild tar-rispett, (vii) aħwa tar-rispett. F’konformità mal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, “persuna” tfisser persuna fiżika, persuna ġuridika u kwalunkwe assoċjazzjoni ta’ persuni li mhijiex persuna ġuridika iżda li hija rikonoxxuta taħt il-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali bħala li jkollha l-kapaċità biex tagħmel atti legali (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).
(8) Id-data pprovduta minn importaturi mhux relatati tista’ tintuża wkoll b’rabta ma’ aspetti oħra ta’ din l-investigazzjoni għajr biex jiġi stabbilit id-dumping.
(9) F’każ ta’ problemi tekniċi kkuntattja lis-servizz ta’ assistenza tad-DĠ Kummerċ (Trade Service Desk) permezz ta’ email lil trade-service-desk@ec.europa.eu jew ċempel +32 22979797.
(10) Dokument “Sensitive” huwa dokument li jitqies li jkun kunfidenzjali skont l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku u l-Artikolu 6 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-GATT 1994 (il-Ftehim dwar l-Anti-Dumping). Huwa wkoll dokument protett skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).
(11) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE, ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39.
ANNESS
|
☐ |
Verżjoni “Sensittiva” |
|
☐ |
Verżjoni “għall-ispezzjoni minn partijiet interessati |
|
(immarka l-kaxxa rilevanti) |
PROĊEDIMENT ANTIDUMPING LI JIKKONĊERNA L-IMPORTAZZJONIJIET TA’ ĊERTI ROTI TAL-ALUMINJU GĦALL-UŻU FIT-TRIQ LI JORIĠINAW MILL-MAROKK
INFORMAZZJONI GĦALL-GĦAŻLA TAL-KAMPJUN TA’ IMPORTATURI MHUX RELATATI
Din il-formola hija mfassla biex tgħin lill-importaturi mhux relatati jwieġbu għat-talba għal informazzjoni rigward il-kampjunar li saret fil-punt 5.3.2 tan-Notifika ta’ Bidu.
Kemm il-verżjoni “Sensittiva” kif ukoll il-verżjoni “Għall-konsultazzjoni mill-partijiet interessati” jenħtieġ li jintbagħtu lura lill-Kummissjoni kif stipulat fin-Notifika ta’ bidu.
1. DETTALJI TA’ KUNTATT U IDENTITÀ
Agħti d-dettalji li ġejjin dwar il-kumpanija tiegħek:
|
Isem il-kumpanija |
|
|
Indirizz |
|
|
Persuna ta’ kuntatt |
|
|
Indirizz tal-posta elettronika |
|
|
Numru tat-telefon |
|
2. FATTURAT U VOLUM TAL-BEJGĦ
Indika l-fatturat totali tal-kumpanija f’euro (EUR), u l-valur f’euro (EUR) u l-volum f’biċċiet u tunnellati tal-importazzjonijiet lejn l-Unjoni u l-bejgħ mill-ġdid fis-suq tal-Unjoni wara l-importazzjoni mill-Marokk, matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, tal-prodott li qed jiġi investigat, kif definit fin-notifika ta’ bidu.
|
|
Volum f’biċċiet |
Volum f’tunnellati |
Valur f’euro (EUR) |
|
Fatturat totali tal-kumpanija tiegħek f’euro (EUR) |
|
|
|
|
Importazzjonijiet lejn l-Unjoni tal-prodott investigat li joriġina mill-Marokk |
|
|
|
|
L-importazzjonijiet tal-prodott investigat fl-Unjoni (minn kullimkien) |
|
|
|
|
Bejgħ mill-ġdid fis-suq tal-Unjoni wara l-importazzjoni mill-Marokk tal-prodott li qed jiġi investigat |
|
|
|
3. ATTIVITAJIET TAL-KUMPANIJA TIEGĦEK U TA’ KUMPANIJI RELATATI (1)
Agħti dettalji tal-attivitajiet preċiżi tal-kumpanija u tal-kumpaniji relatati kollha (elenkahom u ddikjara r-relazzjoni tagħhom mal-kumpanija tiegħek) involuti fil-produzzjoni u/jew fil-bejgħ (f’esportazzjonijiet u/jew fis-suq domestiku) tal-prodott li qed jiġi investigat. Attivitajiet bħal dawn jistgħu jinkludu x-xiri tal-prodott li qed jiġi investigat jew il-produzzjoni tiegħu skont arranġamenti ta’ sottokuntrattar, jew l-ipproċessar jew il-kummerċjalizzazzjoni tiegħu, iżda mhumiex limitati għal dawn biss.
|
Isem u lokalità tal-kumpanija |
Attivitajiet |
Relazzjoni |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
4. INFORMAZZJONI OĦRA
Agħti kull informazzjoni rilevanti oħra li l-kumpanija tqis li tkun utli biex tgħin lill-Kummissjoni fl-għażla tal-kampjun.
5. ĊERTIFIKAZZJONI
Meta tipprovdi l-informazzjoni ta’ hawn fuq, il-kumpanija tkun qed taqbel mal-inklużjoni possibbli tagħha fil-kampjun. Jekk il-kumpanija tintgħażel biex tkun parti mill-kampjun, dan ifisser li trid timla kwestjonarju u taċċetta li ssirilha żjara fil-post sabiex jiġu vverifikati t-tweġibiet tagħha. Jekk il-kumpanija tindika li ma taqbilx mal-possibbiltà li tiġi inkluża fil-kampjun, din titqies li ma kkooperatx fl-investigazzjoni. Is-sejbiet tal-Kummissjoni għall-importaturi li ma jikkooperawx jissejsu fuq il-fatti disponibbli u r-riżultat jista’ jkun inqas favorevoli għal dik il-kumpanija milli kieku tkun ikkooperat.
Firma tal-uffiċjal awtorizzat:
Isem u titlu tal-uffiċjal awtorizzat:
Data:
(1) F’konformità mal-Artikolu 127 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, żewġ persuni għandhom jitqiesu li jkunu relatati jekk: (a) ikunu uffiċjali jew diretturi tan-negozju tal-persuna l-oħra; (b) ikunu sħab rikonoxxuti legalment fin-negozju; (c) ikunu l-impjegatur u l-impjegat; (d) parti terza tippossjedi jew tikkontrolla jew iżżomm direttament jew indirettament 5 % jew aktar tal-azzjoni bid-dritt tal-vot jew l-ishma pendenti tat-tnejn li huma; (e) waħda minnhom tikkontrolla direttament jew indirettament lill-persuna l-oħra; (f) it-tnejn li huma jkunu direttament jew indirettament ikkontrollati minn persuna terza; (g) flimkien jikkontrollaw persuna terza direttament jew indirettament; jew (h) ikunu membri tal-istess familja (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558). Il-persuni għandhom jitqiesu li jkunu membri tal-istess familja jekk ikollhom kwalunkwe waħda mir-relazzjonijiet segwenti ma’ xulxin biss: (i) konjuġi, (ii) ġenitur u wild, (iii) aħwa (sew jekk mill-istess ġenituri jew aħwa minn ġenitur wieħed), (iv) nannu jew nanna u neputi jew neputija, (v) ziju jew zija u neputi jew neputija, (vi) ġenitur tar-rispett u wild tar-rispett, (vii) aħwa tar-rispett. F’konformità mal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, “persuna” tfisser persuna fiżika, persuna ġuridika u kwalunkwe assoċjazzjoni ta’ persuni li mhijiex persuna ġuridika iżda li hija rikonoxxuta taħt il-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali bħala li jkollha l-kapaċità biex tagħmel atti legali (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).
ATTI OĦRAJN
Il-Kummissjoni Ewropea
|
17.11.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 464/30 |
Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 17(6) tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikkettar, u l-protezzjoni ta’ Indikazzjonijiet Ġeografiċi, ta’ xorb spirituż u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1576/89
(2021/C 464/07)
Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) 2019/787 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1)
SPEĊIFIKAZZJONIJIET EWLENIN TAL-FAJL TEKNIKU
“HOMOKHÁTI ŐSZIBARACK PÁLINKA”
Nru tal-UE: PGI-HU-02471 – 25 ta’ Mejju 2018
1. Isem
“Homokháti őszibarack pálinka”
2. Kategorija tax-xorb spirituż
Spirtu tal-frott (Kategorija Nru 9 tar-Regolament (KE) Nru 110/2008)
3. Deskrizzjoni tax-xorb spirituż
3.1. Karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u/jew organolettiċi
|
Kontenut ta’ aċidu ċjanidriku |
massimu ta’ 5 g/hl ta’ 100 % vol. alkoħol |
|
Kontenut totali ta’ sustanzi volatili |
massimu ta’ 250 g/hl ta’ 100 % vol. alkoħol |
|
Kontenut ta’ ram |
massimu ta’ 7 mg/l ta’ prodott lest |
Kulur: Trasparenti, bla kulur.
Aroma: Aroma fina, diskreta li tfakkar f’riħet il-ħawħ misjur b’noti taċ-ċitru aromatiċi sottili, u xi kultant aroma ħafifa ta’ marżipan.
Togħma: noti friski taċ-ċitru, bi struttura distinta, medja, kemxejn robusta, akkumpanjata minn togħma ta’ ħawħ misjur u qrusa diskreta, u togħma aħħarija twila, lixxa iżda distinta.
3.2. Karatteristiċi speċifiċi (imqabbla max-xorb spirituż tal-istess kategorija)
Il-“Homokháti őszibarack pálinka” għandha aroma u togħma karatteristika bis-saħħa tal-ħawħ imkabbar fir-reġjun ta’ Homokhátság: L-aroma tagħha hija fragranti u sottili ta’ ċitru, li tfakkar fin-natura tal-ħawħ misjur; In-noti taċ-ċitru jinħassu wkoll fit-togħma, li hija kemxejn ħelwa, b’togħma aħħarija lixxa.
4. Żona ġeografika kkonċernata
Il-“Homokháti őszibarack pálinka” hija prodotta fi ħdan il-fruntieri amministrattivi tal-muniċipalitajiet li ġejjin: Mórahalom, Ásotthalom, Domaszék, Zákányszék, Ruzsa, Öttömös, Pusztamérges, Üllés, Bordány, Forráskút, Zsombó, Szatymaz, Kelebia u Balotaszállás.
Il-“Homokháti őszibarack pálinka” tista’ tiġi mmaxxjata, iffermentata, distillata u titħalla toqgħod f’distilleriji kummerċjali tal-pálinka li jinsabu f’din iż-żona ġeografika biss.
5. Il-metodu kif isir ix-xorb spirituż
L-istadji ewlenin fil-produzzjoni tal-pálinka huma dawn li ġejjin:
|
a) |
Għażla u aċċettazzjoni tal-frott |
|
b) |
Immaxxjar u fermentazzjoni |
|
c) |
Distillazzjoni |
|
d) |
Is-serħan |
|
e) |
Trattament u produzzjoni tal-pálinka |
a.) Għażla u aċċettazzjoni tal-frott
L-ingredjent bażiku tal-pálinka huwa frott misjur kompletament ta’ kwalità tajba jew eċċellenti mkabbar fiż-żona ġeografika. L-aċċettazzjoni kwantitattiva tal-frott hija bbażata fuq il-piż.
Waqt l-aċċettazzjoni, jitwettaq il-kontroll tal-kwalità abbażi ta’ valutazzjoni organolettika (sajran — minn misjur għal misjur wisq - nadif, ħieles minn materjal estranju — ħamrija, weraq, friegħi, ġebel, metall jew materjal ieħor — u minn moffa jew taħsir), permezz ta’ teħid ta’ kampjuni.
b.) Immaxxjar u fermentazzjoni
L-għadam tal-frott irid jitneħħa permezz ta’ apparat li jneħħi l-għadam.
Waqt il-fermentazzjoni, importanti li t-temperatura tiġi stabbilita bi preċiżjoni (16-23 °C), sabiex jinkiseb l-aħjar valur pH (2,8-3,2) u li jiġu kkontrollati l-kontenut taz-zokkor u tal-alkoħol.
Il-kontenut taz-zokkor irid jitnaqqas taħt il-5 °Brix sa tmiem il-fermentazzjoni.
Il-pálinka m’għandhiex tiġi dolċifikata matul il-proċess tal-produzzjoni, lanqas biex tiġi mirquma t-togħma finali.
c.) Distillazzjoni
Il-“Homokháti őszibarack pálinka” tista’ tiġi prodotta permezz ta’ distillazzjoni f’żewġ fażijiet, bl-użu ta’ sistema tradizzjonali tat-tip pot-still, li tiżgura l-kwalità t-tajba. Id-distillazzjoni tat-tip pot-still hija teknika doppja ta’ distillazzjoni frazzjonata fejn jintuża reċipjent b’kapaċità massima ta’ 1 000 litru.
d.) Is-serħan
Il-“Homokháti őszibarack pálinka” trid titħalla toqgħod sakemm issir ibbilanċjata sew.
Jekk it-temperatura ta’ barra tkun ogħla minn 25 oC, l-arja tal-kamra tal-ħżin trid titkessaħ bl-użu tal-arja kundizzjonata, jew umidifikata bl-użu ta’ sprej tal-ilma mill-inqas darba fil-ġimgħa.
e.) Trattament u produzzjoni tal-pálinka
Sabiex tinżamm konformità mar-regolamentazzjoni stretta ħafna tal-prodotti bbottiljati (± 0,3 % V/V), is-saħħa tal-alkoħol tal-pálinka mistrieħa trid tiġi aġġustata għal-livell adatt għall-konsum billi jiżdied ilma tax-xorb ta’ kwalità. Dan l-ilma jista’ jkun distillat, dimineralizzat, ippermutat jew imħaffef.
Il-pálinka mistrieħa tista’ tiġi mkessħa u ffiltrata. Jekk ikun meħtieġ, jista’ jitwettaq trattament ulterjuri bl-użu ta’ għajnuniet xierqa għall-ipproċessar, sabiex il-prodott jiġi rfinat u jitneħħa kwalunkwe metall tqil. Il-pálinka mbagħad tista’ tiġi bbottiljata.
Ladarba tkun inkisbet il-qawwa alkoħolika xierqa, il-pálinka tista’ titferra’ fi fliexken maħsula u tingħalaq permezz ta’ tappijiet bil-kamin tal-aluminju jew permezz ta’ tappijiet bil-kamin jew tappijiet tas-sufra ssiġillati li jissodisfaw il-kriterji tal-imballaġġ tal-ikel. Il-fliexken jistgħu jkunu tal-ħġieġ jew taċ-ċeramika.
6. Rabta maż-żona ġeografika jew l-oriġini
6.1. Id-dettalji taż-żona ġeografika jew l-oriġini rilevanti għar-rabta
Id-dettalji taż-żona ġeografika jew l-oriġini rilevanti għar-rabta huma bbażati fuq erba’ pilastri:
|
a) |
L-art u l-istruttura unika tal-ħamrija ta’ Homokhátság |
|
b) |
Il-mikroklima distinta ta’ Homokhátság |
|
c) |
Il-varjetajiet ta’ ħawħ imkabbra f’Homokhátság |
|
d) |
Il-fatturi umani |
a) L-art u l-istruttura unika tal-ħamrija ta’ Homokhátság
Iż-żona ġeografika kkonċernata tikkonsisti fl-artijiet mhux suwed tax-xifer ramli tal-Pjanura l-Kbira tan-Nofsinhar (Homokhátság), li jinsabu fi ħdan il-pjanuri bejn ix-xmajjar tad-Danubju u Tisza, u li jinfirxu lejn il-Lbiċ mill-belt ta’ Szeged fil-Kontea ta’ Csongrád.
Il-ħamrija ramlija tar-reġjun ta’ Homokhátság hija partikolarment adattata għall-ortikultura u t-tkabbir tal-frott, peress li ma żżommx ilma u tisħon malajr. Il-ħamrija ramlija tal-ħumus hija magħmula prinċipalment minn kristalli tal-kwarz. Il-ħamrija ramlija tipikament ikollha kontenut kollojde baxx (massimu ta’ 5 %), li jippermettilha tissaffa malajr. Il-ħamrija ramlija hija wkoll rikka fil-majka, li tipprovdi nutrijenti (potassju, boron, ħadid, żingu) lill-pjanti.
b) Il-mikroklima distinta ta’ Homokhátság
Il-klima tar-reġjun ta’ Homokhátság hija estremament kontinentali, bi sjuf partikolarment sħan, niexfa u xotti. It-temperaturi jvarjaw ħafna matul il-jum fil-perjodu ta’ meta l-frott ikun qed isir. Dan ir-reġjun għandu l-ogħla numru ta’ sigħat ta’ xemx (’il fuq minn 2 600 siegħa).
c) Il-varjetajiet ta’ ħawħ imkabbra f’Homokhátság
Il-“Homokháti őszibarack pálinka” trid titħejja bl-użu ta’ varjetajiet ta’ ħawħ li joriġinaw miż-żona ġeografika ddefinita fil-punt 4. Dawn il-varjetajiet kollha jistgħu jiġu traċċati lura għall-fergħa tal-ħawħ selvaġġ, fejn iż-żerriegħa tal-ħawħ selvaġġa tintuża bħala żerriegħa, li wara li tinżera’ ssir in-nebbieta li fuqha jitlaqqmu l-friegħi nobbli. Flimkien, dawn il-varjetajiet jiżguraw li t-togħmiet uniċi tal-ħawħ imkabbra fir-reġjun ta’ Homokhát ikunu riflessi fil-karatteristiċi organolettiċi tal-pálinka li ssir minn dan il-ħawħ - karatteristiċi bħall-freskezza taċ-ċitru, il-ħlewwa sottili u t-togħma finali lixxa.
d) Il-fatturi umani
Il-“Homokháti őszibarack pálinka” tradizzjonalment issir fiż-żona ġeografika permezz ta’ distillazzjoni tat-tip pot-still. L-għarfien tat-teknika tal-produzzjoni tradizzjonali jingħadda minn ġenerazzjoni għal oħra. Id-distillazzjoni tat-tip pot-still hija proċess tradizzjonali fejn it-togħma u l-aroma joħorġu bi stil karatteristiku espress fil-pálinka. Peress li d-distillazzjoni hija waħda mill-pedamenti tal-produzzjoni tal-pálinka magħmula mill-ħawħ, huwa l-għarfien uman li jagħti lill-prodott lest - “Homokháti őszibarack pálinka” - il-proprjetà unika tat-togħmiet tal-ħawħ imkabbra fiż-żona ġeografika. Huwa meħtieġ għarfien espert partikolari sabiex titħejja l-pálinka, speċjalment għax il-pálinka rari ssir mill-ħawħ.
6.2. Karatteristiċi speċifiċi tax-xorb spirituż attribwibbli għaż-żona ġeografika
Ir-rabta bejn il-“Homokháti őszibarack pálinka” u ż-żona ġeografika hija bbażata fuq il-kwalità tal-materja prima.
L-għadd kbir ta’ sigħat ta’ xemx jippermetti li l-ħawħ isir sew, u l-varjetà kbira fit-temperaturi matul il-jum twassal biex il-ħawħ ikun ħelu u mmerraq. Bis-saħħa tar-ramel, il-ħamrija bil-majka, il-ħawħ li huwa frisk ħafif u b’togħma ta’ ċitru, filwaqt li l-majka, li hija rikka fl-oligoelementi, twassal għal kontenut għoli ta’ materja niexfa fil-ħawħ. B’riżultat ta’ dawn il-fatturi, il-ħawħ li jikber f’Homokhátság għandu valuri ta’ kontenut għoljin, togħma u aroma rikki, u togħma finali lixxa.
It-teknika tad-distillazzjoni tat-tip pot-still tipikament iġġib l-aromi tal-ħawħ misjur fil-“Homokháti őszibarack pálinka”: Il-pálinka hija kkaratterizzata minn togħma qawwija, distinta, kemxejn qarsa, iżda b’aroma fragranti sottili u diskreta.
Grazzi għan-noti aromatiċi rikki tal-ħawħ li joriġina mill-Homokhátság u t-teknika ta’ distillazzjoni użata, il-“Homokháti őszibarack pálinka” għandha kontenut ta’ sustanzi volatili għoli u togħma moderatament robusta, karatteristika. In-noti aromatiċi rikki jagħtu lill-pálinka togħma finali twila iżda lixxa.
7. Dispożizzjonijiet nazzjonali/reġjonali jew tal-Unjoni Ewropea
|
— |
L-att XI tal-1997 dwar il-protezzjoni ta’ trademarks u indikazzjonijiet ġeografiċi |
|
— |
L-att LXXIII tal-2008 dwar il-pálinka, il-pálinka mill-karfa tal-għeneb u l-Kunsill Nazzjonali tal-Pálinka |
|
— |
Id-Digriet tal-Gvern Nru 158/2009 tat-30 ta’ Lulju 2009 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel u dwar il-verifika tal-prodotti |
|
— |
Id-Digriet tal-Gvern Nru 22/2012 tad-29 ta’ Frar 2012 dwar l-Uffiċċju Nazzjonali tas-Sikurezza tal-Katina Alimentari |
|
— |
Ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2008 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikkettar, u l-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi, ta’ xorb spirituż u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1576/89 |
|
— |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 716/2013 tal-25 ta’ Lulju 2013 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikkettar, u l-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ xorb spirituż |
8. Applikant
Isem: Kerekes Pálinka - sole trader Pál Kerekes
Indirizz: Szegfű János u. 5-7, 6787 Zákányszék, Hungary
Indirizz elettroniku: kerekespal@vipmail.hu, lkerekes01@gmail.com
Numru tat-telefon: +36 705756684, +36 304091041
9. Suppliment mal-isem tal-Indikazzjoni Ġeografika
-
10. Regoli speċifiċi għat-tikkettar
Minbarra l-elementi speċifikati fil-leġiżlazzjoni, id-denominazzjoni tinkludi wkoll dan li ġej:
|
— |
“földrajzi árujelző” [Indikazzjoni Ġeografika] (separata mill-isem) |