|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 446 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 64 |
|
Werrej |
Paġna |
|
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2021/C 446/01 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10454 — OMERS / GOLDMAN SACHS / AMEDES) ( 1 ) |
|
|
III Atti preparatorji |
|
|
|
IL-BANK ĊENTRALI EWROPEW |
|
|
2021/C 446/02 |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
il–Kunsill |
|
|
2021/C 446/03 |
||
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2021/C 446/04 |
||
|
2021/C 446/05 |
||
|
|
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI |
|
|
2021/C 446/06 |
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2021/C 446/07 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10456 — Sky/ViacomCBS/JV) ( 1 ) |
|
|
2021/C 446/08 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10474 — NESTE / RAVAGO / JV) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
2021/C 446/09 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10520 — CUMMINS / CHINA PETROCHEMICAL CORPORATION / JV) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
|
ATTI OĦRAJN |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2021/C 446/10 |
||
|
2021/C 446/11 |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
3.11.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 446/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.10454 — OMERS / GOLDMAN SACHS / AMEDES)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2021/C 446/01)
Fit 25 ta’ Ottubru 2021, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tas-sit web tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Dan is-sit web jipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fis-sit web EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32021M10454. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi tal-Unjoni Ewropea. |
III Atti preparatorji
IL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
|
3.11.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 446/2 |
OPINJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tas-7 ta’ Settembru 2021
dwar proposta għal direttiva li temenda d-Direttiva 2013/34/UE, id-Direttiva 2004/109/KE, id-Direttiva 2006/43/KE u r-Regolament (UE) Nru 537/2014 fir-rigward tar-rapportar korporattiv sostenibbli minn ċerti impriżi (CON/2021/27)
(2021/C 446/02)
Introduzzjoni u bażi legali
Fid-29 ta’ Ġunju 2021 il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) irċieva talba mingħand il-Parlament Ewropew għal opinjoni dwar proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2013/34/UE, id-Direttiva 2004/109/KE, id-Direttiva 2006/43/KE u r-Regolament (UE) Nru 537/2014, fir-rigward tar-rapportar korporattiv sostenibbli minn ċerti impriżi (1) (minn hawn ’il quddiem id-“direttiva proposta”).
Il-kompetenza tal-BĊE biex jagħti opinjoni hija bbażata fuq l-Artikoli 127(4) u 282(5) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea billi d-direttiva proposta fiha dispożizzjonijiet li jaqgħu fl-oqsma tal-kompetenza tal-BĊE, inkluż, b’mod partikolari, l-implimentazzjoni tal-politika monetarja skont l-ewwel inċiż tal-Artikolu 127(2), u l-Artikolu 282(1) tat-Trattat, is-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu skont l-Artikolu 127(6) tat-Trattat u l-kontribuzzjoni għat-tmexxija bla xkiel ta’ politiki segwiti mill-awtoritajiet kompetenti relatati mal-istabbiltà tas-sistema finanzjarja skont l-Artikolu 127(5) tat-Trattat. F’konformità mal-ewwel sentenza tal-Artikolu 17.5 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-Kunsill Governattiv adotta din l-opinjoni.
1. Osservazzjonijiet ġenerali
|
1.1 |
Il-BĊE jilqa’ l-objettiv tad-direttiva proposta li ttejjeb il-kwantità, il-kwalità u d-disponibbiltà ta’ informazzjoni relatata mas-sostenibbiltà, bħala parti mill-aġenda usa’ tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-finanzi sostenibbli (2), u f’konformità mal-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew (3). Il-BĊE jilqa’ wkoll l-iskeda ta’ żmien stabbilita fid-direttiva proposta, b’mod partikolari l-adozzjoni tal-ewwel sett ta’ standards ta’ rapportar dwar is-sostenibbiltà sa Ottubru 2022. |
|
1.2 |
Ir-reġim attwali ta’ divulgazzjoni korporattiva tal-Unjoni Ewropea (UE) dwar is-sostenibbiltà ma jiżgurax informazzjoni suffiċjenti, konsistenti u komparabbli għas-settur privat jew għall-awtoritajiet pubbliċi. Il-partijiet ikkonċernati ma jistgħux jivvalutaw l-impatt tal-kumpaniji fuq is-sostenibbiltà u b’mod partikolari fuq it-tibdil fil-klima. Divulgazzjonijiet aħjar dwar indikaturi li jħarsu ’l quddiem mhux biss jippermettu lill-partijiet ikkonċernati jimmonitorjaw il-progress tal-kumpaniji fl-allinjament tal-mudelli tan-negozju u l-operazzjonijiet tagħhom ma’ trajettorji li huma konsistenti ma’ ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju, u sussegwentement mingħajr emissjonijiet ta’ karbonju, kif previst fil-Patt Ekoloġiku Ewropew, iżda jgħinu wkoll biex jiġu vvalutati r-riskji għall-kumpaniji minn rivalutazzjonijiet potenzjali tal-assi f’każ ta’ trajettorji allinjati ħażin. F’dan il-kuntest, id-direttiva proposta tappoġġa u tikkomplementa l-informazzjoni li l-kumpaniji se jkollhom jiddivulgaw skont ir-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) (minn hawn ’il quddiem “ir-Regolament dwar it-Tassonomija”) u tressaq l-ekonomija tal-UE eqreb lejn l-għanijiet tal-Patt Ekoloġiku Ewropew. |
|
1.3 |
L-istandards dwar id-divulgazzjoni tas-sostenibbiltà li attwalment jipprevalu fis-swieq finanzjarji ma humiex biżżejjed biex jiżguraw li r-riskji finanzjarji relatati mas-sostenibbiltà jinftiehmu sew u jiġu pprezzati bis-sħiħ mill-parteċipanti kollha fis-suq. Il-kwalità u l-kwantità limitati ta’ informazzjoni dwar is-sostenibbiltà fil-livell korporattiv jillimitaw l-informazzjoni disponibbli għall-investituri u l-parteċipanti fis-swieq finanzjarji. Dan inaqqas it-trasparenza, iżid l-asimetriji fl-informazzjoni, jagħmel ħsara lill-komparabbiltà u b’mod ġenerali jfixkel l-iżvilupp ta’ finanzi sostenibbli u deċiżjonijiet informati dwar l-investiment. Barra minn hekk, kif indikat ukoll fil-premessi tad-direttiva proposta, diversi deċiżjonijiet ta’ investiment li ma jqisux b’mod adegwat ir-riskji relatati mas-sostenibbiltà jistgħu jwasslu għal effetti aggregati u amplifikati li għandhom il-potenzjal li joħolqu riskji sistemiċi li jheddu l-istabbiltà finanzjarja (5). Barra minn hekk, l-istat ħażin tad-divulgazzjoni korporattiva dwar is-sostenibbiltà jipprevjeni lir-regolaturi, lis-superviżuri, lill-awtoritajiet tal-istabbiltà finanzjarja u lill-banek ċentrali milli jivvalutaw b’mod xieraq l-iskopertura għas-sostenibbiltà u, b’mod partikolari, ir-riskji relatati mal-klima tal-kumpaniji u tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u finanzjarji li jagħmlu użu minn divulgazzjonijiet korporattivi biex jieħdu deċiżjonijiet ta’ finanzjament. Għalhekk, il-BĊE jikkunsidra d-direttiva proposta bħala pass neċessarju biex tiġi indirizzata d-diskrepanza fid-data li attwalment ixxekkel l-iżvilupp ta’ politika ta’ sostenibbiltà xierqa, valutazzjoni tar-riskju u oqfsa ta’ monitoraġġ tar-riskju għas-settur finanzjarju (6). |
|
1.4 |
Il-BĊE jikkunsidra d-direttiva proposta bħala pass importanti lejn it-tlestija tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali u b’mod partikolari l-iżvilupp ta’ swieq kapitali ekoloġiċi tal-UE integrati, imdaqqsa u maturi li jmorru lil hinn mill-fruntieri nazzjonali (7). Unjoni tas-Swieq Kapitali ekoloġika tkompli ssaħħaħ ir-rwol tal-UE fis-swieq kapitali ekoloġiċi madwar id-dinja (8) u b’hekk issaħħaħ ir-rwol tal-euro bħala munita globali. Bil-ħolqien ta’ standards u infrastrutturi komuni għas-swieq kapitali ekoloġiċi tal-UE, hija tista’ b’hekk taġixxi bħala katalista għall-integrazzjoni tas-suq kapitali tal-UE b’mod ġenerali (9). B’mod partikolari, id-divulgazzjoni standardizzata u robusta (tas-sostenibbiltà) hija prerekwiżit biex jiġi żgurat li l-investituri jkollhom data soda u komparabbli biex jinfurmaw id-deċiżjonijiet ta’ investiment tagħhom u għalhekk essenzjali għall-iffaċilitar tal-allokazzjoni tal-kapital għall-proġetti l-aktar mixtieqa madwar l-UE, f’konformità mal-objettivi tas-suq uniku. L-allokazzjoni msaħħa tal-kapital li tirriżulta tista’ tgħin biex ittejjeb il-kondiviżjoni tar-riskju transfruntiera privata u r-reżiljenza tal-ekonomija tal-UE (10). F’dan ir-rigward, il-BĊE jilqa’ wkoll il-fatt li d-direttiva proposta tipprevedi l-ħtieġa li l-informazzjoni dwar is-sostenibbiltà divulgata mill-impriżi tiġi inkluża fil-Punt ta’ Aċċess Uniku Ewropew li jmiss (11). Bl-integrazzjoni tad-divulgazzjonijiet dwar is-sostenibbiltà mad-data finanzjarja, jinħoloq “punt uniku ta’ servizz” għall-informazzjoni kritika kollha dwar impriża, inklużi l-kredenzjali ekoloġiċi tagħha, li jkun ta’ benefiċċju mhux biss għall-investituri, iżda għall-partijiet ikkonċernati privati u pubbliċi kollha interessati fir-rapportar finanzjarju u dwar is-sostenibbiltà. |
|
1.5 |
Il-BĊE jappoġġa r-rekwiżiti proposti għall-impriżi l-kbar tal-UE u għall-impriżi elenkati fis-swieq regolati tal-UE, inklużi l-istituzzjonijiet ta’ kreditu, biex jiddivulgaw firxa ta’ miri ta’ sostenibbiltà u l-progress lejn il-kisba tagħhom. Ir-riskju għar-reputazzjoni li jiffaċċjaw l-impriżi li jonqsu milli jikkonformaw mal-impenji tagħhom li jallinjaw mal-Ftehim ta’ Pariġi se jgħin biex jippromwovi d-dixxiplina tas-suq u jikkostitwixxi kontribut importanti għall-ġestjoni tar-riskju u l-istrateġiji ta’ allinjament tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu. |
|
1.6 |
Sabiex tittejjeb it-trasparenza u jitrawwem monitoraġġ superviżorju xieraq, b’mod partikolari tar-riskji relatati mal-klima u l-ambjent, il-BĊE jqis ukoll li, kif propost fl-istrateġija l-ġdida għall-finanzi sostenibbli tal-Kummissjoni (12), l-istituzzjonijiet finanzjarji għandhom jiddivulgaw il-pjanijiet tagħhom dwar it-tranżizzjoni lejn is-sostenibbiltà u d-dekarbonizzazzjoni, inklużi miri intermedji u fit-tul u informazzjoni dwar kif jippjanaw li jnaqqsu l-impronta ambjentali tagħhom. Din tista’ tkun għodda b’saħħitha li permezz tagħha s-sistema finanzjarja tiġi ggwidata lejn tragwardi importanti ċari biex tinkiseb konsistenza mal-għan li t-tisħin globali jiġi limitat għal 1.5 °C f’konformità mal-Ftehim ta’ Pariġi. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jingħataw l-għodod biex jimmonitorjaw u jirreaġixxu għar-riskji li jirriżultaw minn allinjament ħażin tal-portafolli tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-miri ta’ tranżizzjoni. |
2. Ir-rilevanza tad-direttiva proposta għall-għanijiet u l-kompiti tal-BĊE u tal-Eurosistema
|
2.1 |
Il-kwistjonijiet relatati mas-sostenibbiltà, u b’mod partikolari t-tibdil fil-klima, jista’ jkollhom impatt fuq il-mod li bih il-banek ċentrali jwettqu l-mandati tagħhom, kif stabbilit hawn taħt (13). Bħala parti mill-kompiti superviżorji prudenzjali tiegħu u l-kontribut tiegħu għall-istabbiltà finanzjarja, il-BĊE jappoġġa l-isforzi ta’ politika tal-UE mmirati lejn it-titjib tal-identifikazzjoni u l-ġestjoni tar-riskji finanzjarji relatati mas-sostenibbiltà, bil-għan li jittejbu s-sikurezza u s-solidità tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja. F’dan il-kuntest, divulgazzjoni suffiċjentement komprensiva u granulari dwar ir-riskji ambjentali se tiffaċilita wkoll l-ipprezzar tas-suq tar-riskji relatati f’konformità mal-prinċipju ta’ ekonomija tas-suq miftuħ (14). Barra minn hekk, dawn il-prattiki ta’ divulgazzjoni jtejbu wkoll il-kapaċità tal-Eurosistema li timmonitorja u tivvaluta l-impatt tat-tibdil fil-klima fuq it-trażmissjoni tal-politika monetarja. |
2.2 Rilevanza għall-politika monetarja
|
2.2.1 |
It-tibdil fil-klima u t-tranżizzjoni lejn ekonomija aktar sostenibbli jaffettwaw il-prospetti għall-istabbiltà tal-prezzijiet, l-objettiv primarju tas-SEBĊ, permezz tal-impatt tagħhom fuq indikaturi makroekonomiċi bħall-inflazzjoni, il-produzzjoni, l-impjiegi, ir-rati tal-imgħax, l-investiment u l-produttività; l-istabbiltà finanzjarja; u t-trażmissjoni tal-politika monetarja (15). Ir-riskji fiżiċi u r-riskji ta’ tranżizzjoni assoċjati mat-tibdil fil-klima jistgħu, fost affarijiet oħra, ikollhom impatt fuq il-valutazzjonijiet u l-affidabbiltà kreditizja tal-kumpaniji b’effetti indiretti għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-sistema finanzjarja (16). Għalkemm il-metodoloġiji għall-valutazzjoni tal-kobor tar-riskji relatati mal-klima għall-banek u l-istabbiltà finanzjarja għadhom qed jiġu żviluppati, l-istimi disponibbli jissuġġerixxu li l-impatt ta’ dawn ir-riskji x’aktarx li jkun sinifikanti (17). Dan, min-naħa tiegħu, jista’ jaffettwa t-trażmissjoni tal-politika monetarja, pereżempju permezz tat-tqassim tal-assi u l-ipprezzar mill-ġdid f’daqqa tar-riskji finanzjarji relatati mal-klima. Barra minn hekk, fir-rigward tas-settur bankarju, il-valur tal-kollateral jista’ jitnaqqas u t-telf ta’ kreditu jista’ jimmaterjalizza, li jista’ jnaqqas il-pożizzjoni tal-kapital u tal-likwidità tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u intermedjarji finanzjarji oħra, u b’hekk idgħajjef il-kapaċità tagħhom li jidderieġu l-fondi lejn l-ekonomija reali. In-Network tal-Banek Ċentrali u s-Superviżuri għall-Ekoloġizzazzjoni tas-Sistema Finanzjarja (NGFS), jirrakkomanda, għalhekk, li l-banek ċentrali jikkunsidraw l-effetti possibbli tat-tibdil fil-klima fuq l-ekonomija. L-NGFS jargumenta li dawn l-effetti jistgħu jkunu rilevanti għall-politika monetarja anke jekk jimmaterjalizzaw biss lil hinn mill-orizzont konvenzjonali fuq żmien medju tal-politika monetarja (18). |
|
2.2.2 |
Barra minn hekk, meta ssegwi l-għan tagħha ta’ stabbiltà fil-prezzijiet, l-Eurosistema trid tiżgura protezzjoni adegwata tar-riskju tal-karta tal-bilanċ tagħha permezz tal-qafas tagħha għall-kontroll tar-riskju. L-Eurosistema għalhekk teħtieġ li tidentifika, timmonitorja u timmitiga r-riskji li huma assoċjati mal-kontropartijiet tagħha, il-kollateral li taċċetta fl-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament tagħha u l-investimenti tagħha f’assi li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet definittivi, inkluż taħt il-portafoll tal-politika mhux monetarja tagħha. |
|
2.2.3 |
F’dan ir-rigward, prattiċi aħjar ta’ divulgazzjoni korporattiva relatat mas-sostenibbiltà għandhom itejbu b’mod sinifikanti l-kapaċità tal-Eurosistema li timmonitorja u tivvaluta l-impatt tat-tibdil fil-klima fuq it-trażmissjoni tal-politika monetarja, tindirizza r-riskji finanzjarji relatati mal-klima li diġà għandha fuq il-karta tal-bilanċ tagħha, u tiżgura protezzjoni adegwata tar-riskju tal-karta tal-bilanċ tal-Eurosistema. |
|
2.2.4 |
Barra minn hekk, kif imħabbar fil-pjan ta’ azzjoni tagħha biex tinkludi konsiderazzjonijiet dwar it-tibdil fil-klima fl-istrateġija tal-politika monetarja tagħha (19), l-Eurosistema se tintroduċi rekwiżiti ta’ divulgazzjoni għall-assi tas-settur privat bħala kriterju ġdid ta’ eliġibbiltà jew bħala bażi għal trattament differenzjat għal xiri ta’ kollaterali u assi. Dawn ir-rekwiżiti se jqisu l-politiki u l-inizjattivi tal-UE, inkluża d-direttiva proposta, u b’hekk se jippromwovu prattiki konsistenti ta’ divulgazzjoni fis-suq. |
2.3 Rilevanza għall-istabbiltà finanzjarja
|
2.3.1 |
L-għan tad-direttiva proposta li tiżgura informazzjoni affidabbli, konsistenti u komparabbli dwar l-esponiment ta’ impriżi f’setturi differenti għal riskji relatati mat-tibdil fil-klima huwa prerekwiżit għall-valutazzjoni preċiża tar-riskji finanzjarji li jirriżultaw mit-tibdil fil-klima (20). Divulgazzjonijiet aħjar relatati mas-sostenibbiltà bbażati fuq standards unifikati ta’ rapportar u sottomessi f’forma li tinqara minn magna jsaħħu sostanzjalment il-kapaċità tal-BĊE li jimmonitorja u jindirizza l-impatt tat-tibdil fil-klima fuq l-istabbiltà finanzjarja. |
2.4 Rilevanza għas-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu
|
2.4.1 |
Istituzzjonijiet sinifikanti sorveljati direttament mill-BĊE huma mistennija li jiddivulgaw riskji relatati mal-klima li huma sinifikanti (21). B’mod partikolari, huma mistennija jiddivulgaw l-emissjonijiet tal-gassijiet serra għall-grupp kollu, inklużi l-emissjonijiet downstream, kif ukoll l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni (KPIs) u l-indikaturi ewlenin tar-riskju (KRIs) li jużaw għall-fini tal-istabbiliment tal-istrateġija u l-ġestjoni tar-riskju (22). Barra minn hekk, il-BĊE huwa impenjat li jiżviluppa indikaturi ġodda li jgħinu fil-valutazzjoni tal-marka tal-karbonju tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu (23). |
|
2.4.2 |
Barra minn hekk, f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 449a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (24) (minn hawn’il quddiem ir-“Regolament dwar ir-Rekwiżiti ta’ Kapital” jew “CRR”), f’Marzu 2021 l-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA) ippubblikat abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni (ITS) (25), li jipproponu divulgazzjonijiet kwantitattivi komparabbli dwar it-tranżizzjoni relatata mat-tibdil fil-klima u r-riskji fiżiċi għal ċerti istituzzjonijiet ta’ kreditu, inkluża informazzjoni dwar skoperturi għal assi relatati mal-karbonju u assi soġġetti għal avvenimenti kroniċi u akuti tat-tibdil fil-klima. |
|
2.4.3 |
Għalhekk, data affidabbli u komparabbli relatata mal-klima u l-ambjent minn kumpaniji hija kruċjali sabiex l-istituzzjonijiet finanzjarji, inklużi l-istituzzjonijiet ta’ kreditu, jikkalkulaw u sussegwentement jiddivulgaw metriċi klimatiċi u ambjentali, inkluża informazzjoni rilevanti skont il-qafas prudenzjali. Il-proposta biex jiġi estiż il-kamp ta’ applikazzjoni attwali tad-Direttiva 2014/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (26) (minn hawn ’il quddiem “id-Direttiva dwar ir-Rappurtar Mhux Finanzjarju” jew “NFRD”) għall-impriżi l-kbar kollha se tappoġġa l-isforzi tal-istituzzjonijiet biex jiġbru d-data rilevanti. Ir-rekwiżiti aktar dettaljati tad-direttiva proposta u d-diġitalizzazzjoni proposta tad-data mitluba se jiffaċilitaw il-ġbir tagħha b’mod konsistenti. |
2.5 Rilevanza għall-ġbir ta’ informazzjoni statistika
|
2.5.1 |
L-Artikolu 5 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew jagħti lill-BĊE s-setgħa, bl-assistenza tal-banek ċentrali nazzjonali, li jiġbor informazzjoni statistika li hija meħtieġa biex jitwettqu l-kompiti tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ) u li jikkontribwixxi għall-armonizzazzjoni tar-regoli u l-prattiċi li jirregolaw il-ġbir, il-kumpilazzjoni u d-distribuzzjoni tal-istatistika fl-oqsma ta’ kompetenza tiegħu. Sabiex iwettaq il-kompiti u l-attivitajiet tiegħu, il-BĊE jiddependi kemm jista’ jkun fuq data eżistenti biex jillimita l-piż fuq l-aġenti li jirrapportaw. Kif diġà ġie indikat, id-disponibbiltà ta’ informazzjoni relatata mas-sostenibbiltà ta’ kwalità għolja f’livell granulari u aggregat hija neċessità għal deċiżjonijiet infurmati fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-politika monetarja, is-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u l-kontribut għat-twettiq bla xkiel tal-politiki segwiti mill-awtoritajiet kompetenti fir-rigward tal-istabbiltà tas-sistema finanzjarja. F’dan il-kuntest, l-iżvilupp ta’ standards ta’ rapportar dwar is-sostenibbiltà li jispeċifikaw l-informazzjoni li l-impriżi għandhom jiddivulgaw dwar il-fatturi ta’ sostenibbiltà jippermettu wkoll lill-BĊE jwettaq aħjar il-funzjonijiet tiegħu billi jiġbor indikaturi statistiċi relatati mal-finanzi sostenibbli (27). Dan imbagħad jippermetti lill-BĊE biex potenzjalment itejjeb il-ġbir tiegħu stess ta’ informazzjoni statistika biex jirrifletti u jiffoka fuq fatturi ta’ sostenibbiltà ambjentali. |
|
2.5.2 |
Għal dawn ir-raġunijiet, il-BĊE jilqa’ l-fatt li skont id-direttiva proposta, l-impriżi se iħejju r-rapportar tagħhom dwar is-sostenibbiltà f’format wieħed ta’ rapportar elettroniku (XHTML) (28). Ir-rikkezza tad-data li se tiġi prodotta mill-implimentazzjoni tad-direttiva proposta għandha tilħaq l-objettivi tal-istrateġija tal-UE għad-data u tal-Istrateġija għall-Finanzi Diġitali (29), b’mod partikolari biex jinħoloq suq uniku li fih id-data tista’ tgħaddi fl-UE u bejn is-setturi sabiex jintuża l-potenzjal ta’ data ta’ ġenerazzjoni ġdida fl-interess pubbliku u sabiex jiġi promoss finanzjament immexxi mid-data. L-ilħuq ta’ dawn l-objettivi jgħin lill-esperti tal-istatistika uffiċjali jtejbu s-saljenza, il-puntwalità u l-profondità tad-data u l-metadata tagħhom. |
|
2.5.3 |
Għal dan il-għan, il-BĊE jappoġġa bis-sħiħ l-użu mill-entitajiet li jirrapportaw ta’ standards maqbula internazzjonalment, bħall-Identifikatur ta’ Entità Ġuridika globali kif rakkomandat mill-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku fl-2020 (30), jew standards oħra miftiehma bħala identifikaturi uniċi biex jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ rapportar. Il-BĊE jikkunsidra li l-użu ta’ dawn l-identifikaturi, fejn possibbli fl-istandards tar-rapportar li għandhom jiġu żviluppati, għandu jtejjeb l-affidabbiltà tal-informazzjoni statistika, kif ukoll l-ambitu tagħha, billi jippermetti li d-data dwar is-sostenibbiltà korporattiva tkun marbuta ma’ sorsi oħra ta’ informazzjoni statistika miġbura mis-SEBĊ (eż. data tal-karta tal-bilanċ individwali u/jew data dwar is-self individwali mill-bank AnaCredit), biex b’hekk jiġi ffaċilitat ix-xogħol analitiku u jiġi appoġġat it-tfassil tal-politika. |
2.6 Portafolli ta’ politika mhux monetarja
|
2.6.1 |
Data affidabbli dwar kwistjonijiet ta’ sostenibbiltà se tkun ukoll kruċjali għal investimenti sostenibbli f’portafolli ta’ politika mhux monetarja. L-Eurosistema dan l-aħħar qablet dwar pożizzjoni komuni għal investimenti sostenibbli u responsabbli relatati mat-tibdil fil-klima f’portafolli ta’ politika mhux monetarja denominati f’euro, bil-għan li tibda divulgazzjonijiet relatati mal-klima għal dawn it-tipi ta’ portafolli fi żmien sentejn (31). |
3. L-applikazzjoni tad-direttiva proposta għall-banek ċentrali
|
3.1 |
Id-direttiva proposta tipprevedi li l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li ma japplikawx l-obbligu ta’ divulgazzjoni ta’ informazzjoni relatata mas-sostenibbiltà għal ċerti impriżi esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (32) (minn hawn ’il quddiem id-“Direttiva dwar ir-Rekwiżiti ta’ Kapital”), inklużi l-banek ċentrali (33). Peress li ċerti banek ċentrali jistgħu fil-fatt jikkwalifikaw bħala impriżi skont id-Direttiva dwar il-Kontabilità (34) u, għalhekk, jaqgħu fil-prinċipju fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-direttiva proposta, il-fatt li l-Istati Membri kkonċernati jingħataw l-opportunità li jeskludu banek ċentrali minn dan il-kamp ta’ applikazzjoni huwa milqugħ tajjeb. |
|
3.2 |
Filwaqt li l-BĊE ma jaqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-direttiva proposta, id-divulgazzjonijiet tiegħu stess jistgħu jibbenefikaw mill-istandards komuni ta’ rapportar skont id-direttiva proposta sal-punt li dawn jistgħu jitfasslu skont l-għanijiet speċifiċi tal-BĊE. Pereżempju, il-BĊE diġà beda l-ħidma fuq l-espansjoni tal-qafas ta’ rapportar ambjentali eżistenti tiegħu stess biex jinkludi kwistjonijiet ekonomiċi, ta’ governanza u soċjali fl-2021, filwaqt li jqis ir-rekwiżiti tal-NFRD (35). Il-BĊE għandu l-għan li jibda jippubblika d-divulgazzjonijiet dwar is-sostenibbiltà fl-2022 b’referenza għall-prestazzjoni tal-BĊE fl-2021 (36). |
|
3.3 |
Barra minn hekk, kif intqal hawn fuq, l-Eurosistema impenjat ruħha li tibda tagħmel divulgazzjonijiet relatati mat-tibdil fil-klima dwar il-portafolli tagħha ta’ politika mhux monetarja denominati f’euro fis-sentejn li ġejjin (37) u se tiddivulga informazzjoni relatata mat-tibdil fil-klima dwar assi mixtrija taħt il-programm ta’ xiri tas-settur korporattiv tal-politika monetarja mill-ewwel tliet xhur tal-2023. Barra minn hekk, l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni tal-BĊE li ġie ppreżentat dan l-aħħar biex jinkludi kunsiderazzjonijiet dwar it-tibdil fil-klima fl-istrateġija tal-politika monetarja tiegħu, bħala minimu, se tkun konformi mal-progress dwar il-politiki u l-inizjattivi tal-UE fil-qasam tad-divulgazzjoni u r-rapportar tas-sostenibbiltà ambjentali, inkluża d-direttiva proposta (38). Meta jitqies in-nuqqas attwali ta’ data ta’ kwalità għolja, id-divulgazzjonijiet dwar is-sostenibbiltà tal-Eurosistema jibbenefikaw b’mod sostanzjali mid-divulgazzjonijiet ta’ impriżi li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-direttiva proposta ladarba jkunu disponibbli. Għalhekk, bl-appoġġ tal-istandardizzazzjoni tar-rapportar relatat mat-tibdil fil-klima, l-istandards ta’ divulgazzjoni skont id-direttiva proposta jistgħu min-naħa tagħhom jiffaċilitaw id-divulgazzjonijiet futuri tal-Eurosistema stess relatati mal-klima. Il-BĊE se jikkunsidra jekk l-istandards komuni ta’ rapportar jew partijiet minnhom jistgħux jintużaw fil-futur bħala bażi għad-divulgazzjonijiet tiegħu stess relatati mal-klima, filwaqt li jkun konxju tal-ispeċifiċitajiet tal-kompiti u l-objettivi tal-BĊE. |
4. Kamp ta’ applikazzjoni tad-direttiva proposta
|
4.1 |
Skont id-direttiva proposta, id-divulgazzjoni ta’ informazzjoni relatata mas-sostenibbiltà ssir obbligatorja mill-1 ta’ Jannar 2023 għall-impriżi l-kbar kollha, u mill-1 ta’ Jannar 2026 għall-impriżi żgħar u ta’ daqs medju kollha li t-titoli trasferibbli tagħhom huma ammessi għan-negozjar f’suq regolat tal-UE (39). Il-BĊE jilqa’ l-kamp ta’ applikazzjoni estiż tad-direttiva proposta għall-impriżi l-kbar kollha kif definiti fid-Direttiva dwar il-Kontabilità meta mqabbel mal-kamp ta’ applikazzjoni aktar ristrett tal-NFRD li kien jeħtieġ divulgazzjonijiet obbligatorju biss minn entitajiet kbar ta’ interess pubbliku b’mill-inqas 500 impjegat (40). Il-BĊE jilqa’ wkoll l-estensjoni tad-direttiva proposta biex tinkludi intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) li huma elenkati fis-swieq regolati tal-UE. L-espansjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tad-divulgazzjonijiet korporattivi hija meħtieġa biex l-istituzzjonijiet finanzjarji, u b’mod partikolari l-istituzzjonijiet ta’ kreditu, jitqiegħdu f’pożizzjoni aħjar biex jissodisfaw ir-rekwiżiti tad-divulgazzjoni tas-sostenibbiltà tagħhom stess u jkunu jistgħu jimmaniġġjaw l-iskoperturi tagħhom stess għar-riskji relatati mas-sostenibbiltà, u b’mod speċjali għar-riskji relatati mal-klima. B’mod partikolari, l-SMEs għandhom rwol ċentrali fl-ekonomija Ewropea u ma humiex biss esposti għal riskji relatati mal-klima huma stess iżda għandhom ukoll rwol importanti fl-iżgurar tat-tranżizzjoni tal-UE lejn ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju. Il-kisba ta’ divulgazzjonijiet affidabbli, konsistenti u komparabbli relatati mas-sostenibbiltà mill-SMEs hija għalhekk importanti għall-partijiet ikkonċernati kollha, inkluż, kif diġà indikat, għall-istituzzjonijiet finanzjarji li jeħtieġu jiksbu informazzjoni rilevanti dwar il-kontropartijiet tagħhom sabiex itejbu l-ġestjoni tar-riskju tagħhom stess u jieħdu deċiżjonijiet ta’ finanzjament infurmati fir-rigward tal-SMEs. |
|
4.2 |
Fl-istess ħin, il-BĊE jirrikonoxxi li l-piż amministrattiv assoċjat ma’ rekwiżiti ta’ rapportar addizzjonali jista’ jkollu impatt sproporzjonat fuq kumpaniji iżgħar u jenfasizza l-importanza li jiġi evitat piż amministrattiv eċċessiv fuq l-SMEs. F’dan ir-rigward, il-BĊE jilqa’ li d-direttiva proposta tfittex li timmodera l-piż addizzjonali ta’ rapportar għal kumpaniji iżgħar, billi tipprevedi approċċ ta’ introduzzjoni gradwali u standards simplifikati ta’ rapportar għal SMEs elenkati li għandhom jiġu żviluppati mill-Grupp Konsultattiv Ewropew għar-Rappurtar Finanzjarju (EFRAG) (41). Dan l-approċċ proporzjonat għandu jiżgura wkoll li r-rekwiżiti ta’ rapportar addizzjonali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu fir-rigward tal-kontropartijiet tagħhom ma jaffettwawx b’mod negattiv l-aċċess tal-SMEs għall-finanzi. |
|
4.3 |
Filwaqt li jappoġġa b’mod ġenerali, għar-raġunijiet ta’ hawn fuq, approċċ proporzjonat għall-SMEs, il-BĊE huwa tal-fehma li l-iskeda ta’ żmien għall-applikazzjoni tal-istandards ta’ rapportar simplifikati tista’ titressaq ’il quddiem meta mqabbla ma’ dak li huwa previst bħalissa fid-direttiva proposta. Barra minn hekk, ikun importanti li l-istandards ta’ rapportar simplifikati proposti għall-SMEs jiżguraw livell suffiċjenti ta’ informazzjoni komparabbli u konsistenti li jippermetti valutazzjoni xierqa tar-riskji relatati mas-sostenibbiltà u l-allinjament tal-SMEs rispettivi mat-tranżizzjoni għal ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju. |
|
4.4 |
Il-BĊE jinnota li l-biċċa l-kbira tal-partijiet tad-direttiva proposta japplikaw ukoll għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu. B’mod partikolari, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu se jkunu meħtieġa jiddivulgaw informazzjoni relatata mas-sostenibbiltà skont id-direttiva proposta. Madankollu, ma huwiex ċar mill-abbozzar attwali jekk id-direttiva proposta għandhiex l-intenzjoni li tkopri l-istituzzjonijiet ta’ kreditu kollha, irrispettivament mid-daqs rispettiv tagħhom, jew biss l-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jikkwalifikaw bħala impriżi kbar jew bħala impriżi li t-titoli trasferibbli tagħhom huma ammessi għan-negozjar fis-swieq regolati tal-UE. Il-premessi tad-direttiva proposta (42) jiddikjaraw li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom ikunu soġġetti għal rekwiżiti ta’ rapportar dwar is-sostenibbiltà sakemm jissodisfaw ċerti kriterji ta’ daqs. Madankollu, din il-limitazzjoni tal-applikabbiltà għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu abbażi ta’ ċerti kriterji ta’ daqs ma tirriżultax b’mod ċar mill-artikoli tad-direttiva proposta (43). Minflok, id-dispożizzjonijiet rilevanti jistgħu jinqraw ukoll bħala li jipprevedu li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jkunu koperti mill-miżuri ta’ koordinazzjoni irrispettivament mid-daqs tagħhom. Skont l-intenzjoni leġiżlattiva tad-direttiva proposta espressa fil-premessi tagħha, il-BĊE jissuġġerixxi li dan il-punt jiġi ċċarat sabiex dawk l-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jissodisfaw ukoll il-kriterji tad-daqs biss ikunu soġġetti għar-rekwiżiti ta’ rapportar dwar is-sostenibbiltà (44). Barra minn hekk, għandu jiġi żgurat allinjament minimu mal-kamp ta’ applikazzjoni tad-divulgazzjoni tar-riskji ambjentali, soċjali u ta’ governanza skont is-CRR, speċjalment l-Artikolu 449a ta’ dak ir-Regolament, li skontu kemm il-kriterji tad-daqs kif ukoll tal-kumplessità jitqiesu fil-valutazzjoni ta’ jekk istituzzjoni ta’ kreditu tikkwalifikax bħala kbira. |
5. Standards komuni obbligatorji ta’ rapportar
|
5.1 |
Id-direttiva proposta se tintroduċi standards komuni obbligatorji ta’ rapportar, li għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni bħala atti delegati (45). Standards komuni ta’ rapportar ta’ kwalità suffiċjenti li jirfdu divulgazzjoni relatata mas-sostenibbiltà komparabbli, trasparenti u affidabbli huma essenzjali għall-iżvilupp ta’ metriċi ta’ sostenibbiltà aktar komparabbli u affidabbli, il-valutazzjoni korretta tar-riskji (finanzjarji u mhux finanzjarji) relatati mas-sostenibbiltà u, għalhekk, l-ipprezzar tal-assi u l-kalibrazzjoni tal-miżuri ta’ kontroll tar-riskju. Dan ikun ta’ benefiċċju għall-ġestjoni tar-riskju tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu, ir-rapportar intern u d-divulgazzjonijiet pubbliċi dwar ir-riskji ambjentali, soċjali u ta’ governanza (ESG), u, kif diġà indikat, għall-banek ċentrali u s-superviżuri fit-twettiq ta’ analiżijiet u fl-inkorporazzjoni ta’ kunsiderazzjonijiet relatati mal-klima fit-twettiq tal-mandati tagħhom (46). |
|
5.2 |
F’konformità mal-kontenut tad-direttiva proposta, l-istandards komuni ta’ rapportar li għandhom jiġu adottati għandhom jinkludu wkoll perspettiva ta’ materjalità doppja, li tiffoka fuq kwistjonijiet li jinfluwenzaw il-prestazzjoni, il-pożizzjoni u l-iżvilupp tal-kumpaniji (“materjalità finanzjarja”), iżda wkoll informazzjoni dwar l-impatt ambjentali u soċjali usa’ tal-kumpaniji (“materjalità ambjentali u soċjali”). L-istandards komuni ta’ rapportar għandhom jinkludu, bħala minimu, elementi ta’ data standardizzati u komparabbli li huma rilevanti għall-analiżi tar-riskji finanzjarji relatati mal-klima, kemm tranżizzjonali kif ukoll fiżiċi (47). Dawn jinkludu, pereżempju, il-pożizzjoni ġeografika u l-attivitajiet kummerċjali tal-assi/faċilitajiet u l-pressjonijiet ambjentali assoċjati, il-klassifikazzjoni settorjali tal-impriżi u l-konċentrazzjoni settorjali rispettiva tal-iskoperturi finanzjarji, l-emissjonijiet tal-gassijiet serra (kamp ta’ applikazzjoni 1–3) (48), u l-intensità tal-karbonju. L-istandards komuni ta’ rapportar għandu jkun fihom linji gwida ċari dwar il-metodoloġiji li jintużaw biex jiġi kkwantifikat l-impatt finanzjarju tar-riskji relatati mat-tibdil fil-klima għall-impriża li tiddivulga l-informazzjoni. Il-BĊE jilqa’ wkoll li d-direttiva proposta tipprevedi l-adozzjoni ta’ atti delegati li jispeċifikaw informazzjoni li l-impriżi jridu jirrapportaw li tkun speċifika għas-settur li fih joperaw (49). F’konformità mal-kontenut li diġà jinsab fid-direttiva proposta, l-istandards komuni ta’ rapportar għandhom jipprevedu wkoll divulgazzjonijiet komprensivi u komparabbli dwar il-politiki li l-impriżi jwettqu biex jindirizzaw u jimmaniġġjaw l-impatt potenzjali ta’ dawk ir-riskji (50). F’dak il-kuntest, l-istandards tar-rapportar għandhom jinkludu indikaturi kwantitattivi li jmorru lil hinn min-natura fil-biċċa l-kbira kwalitattiva tad-divulgazzjonijiet eżistenti u li jiffaċilitaw l-użu u l-komparabbiltà tad-divulgazzjonijiet relatati mas-sostenibbiltà. |
|
5.3 |
F’dan ir-rigward, il-BĊE jilqa’ wkoll l-inklużjoni fil-proposta ta’ miri li jħarsu ’l quddiem. L-NFRD bħalissa m’għandhiex metriċi ta’ sostenibbiltà li jħarsu ’l quddiem, li madankollu huma ingredjent kruċjali għall-identifikazzjoni bikrija tar-riskji u l-formulazzjoni proattiva ta’ reazzjonijiet ta’ mitigazzjoni. Dan huwa komponent meħtieġ għall-iffissar tal-miri u l-analiżi tax-xenarji. Il-BĊE għalhekk jappoġġa bis-sħiħ l-istipulazzjoni fid-direttiva proposta li l-informazzjoni li għandha tiġi rrapportata għandha tinkludi l-“pjanijiet... biex [l-impriża] tiżgura li l-mudell u l-istrateġija tan-negozju tagħha jkunu kompatibbli mat-tranżizzjoni lejn ekonomija sostenibbli u mal-limitazzjoni tat-tisħin globali għal 1,5 °C f’konformità mal-Ftehim ta’ Pariġi” (51). Tali informazzjoni li tħares ’il quddiem għandha tiġi espressa f’termini standardizzati u faċilment komparabbli, tkun appoġġata minn metodoloġiji armonizzati, u tiġi vverifikata esternament minn partijiet terzi, kif previst fid-direttiva proposta, sabiex jiġu żgurati l-kredibbiltà u l-affidabbiltà tagħha. |
|
5.4 |
Id-direttiva proposta tipprevedi l-konsultazzjoni tal-BĊE dwar l-istandards ta’ rapportar dwar is-sostenibbiltà, u tiddikjara li l-BĊE għandu jissottometti l-opinjoni tiegħu dwar dawn l-istandards, jekk jiddeċiedi li jagħmel dan, fi żmien xahrejn mid-data li fiha jiġi kkonsultat mill-Kummissjoni (52). Il-BĊE huwa lest li jagħti din l-opinjoni fi żmien il-perjodu propost ta’ xahrejn. Barra minn hekk, il-BĊE jilqa’ l-importanza kbira mogħtija lill-awtoritajiet pubbliċi u lill-istituzzjonijiet Ewropej fil-proċess leġiżlattiv għall-atti delegati (53) u se jfittex sforzi ta’ kollaborazzjoni bejniethom. |
6. Allinjament ma’ leġiżlazzjoni oħra tal-UE
|
6.1 |
Il-BĊE jappoġġa bis-sħiħ l-għan iddikjarat tad-direttiva proposta li tiżgura l-konsistenza tal-istandards tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà mar-rekwiżiti stabbiliti minn leġiżlazzjoni oħra tal-UE (54). L-istandards għandhom jiġu allinjati b’mod partikolari mar-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni stabbiliti fir-Regolament (UE) 2019/2088 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (55) u jenħtieġ li jqisu l-indikaturi u l-metodoloġiji sottostanti stabbiliti fid-diversi atti delegati adottati skont ir-Regolament dwar it-Tassonomija, ir-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni applikabbli għall-amministraturi tal-parametri referenzjarji skont ir-Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (56), l-istandards minimi għall-kostruzzjoni ta’ parametri referenzjarji tat-tranżizzjoni klimatika tal-UE u parametri referenzjarji allinjati mal-Ftehim ta’ Pariġi, u ta’ kwalunkwe ħidma mwettqa mill-EBA fl-implimentazzjoni tar-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni tal-Pilastru III tas-CRR (57). Il-BĊE jappoġġa inizjattivi mmirati biex jiżguraw il-konsistenza u jimminimizzaw il-kumplessità tal-obbligi ta’ rapportar li jirriżultaw minn testi leġiżlattivi differenti. Id-duplikazzjoni tal-obbligi u l-inkonsistenza fid-definizzjonijiet, il-kamp ta’ applikazzjoni u l-objettivi tar-rekwiżiti applikabbli jintroduċu kumplikazzjonijiet u ambigwità bla bżonn għall-impriżi (58), u b’mod ġenerali jnaqqsu t-trasparenza u l-attraenza internazzjonali tal-qafas regolatorju tal-UE. Fejn tali nuqqasijiet u inkonsistenzi ma jistgħux jiġu rikonċiljati permezz tas-sintesi tagħhom fl-istandard tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà tal-UE, kif inhu l-każ meta jirriżultaw mit-testi leġiżlattivi, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra rieżami ġenerali tal-qafas leġiżlattiv dwar il-finanzi sostenibbli, inkluża l-possibbiltà ta’ emendi legali mmirati biex jissimplifikaw ix-xenarju leġiżlattiv. |
|
6.2 |
Il-BĊE jenfasizza li d-direttiva proposta għandha timmira lejn allinjament sħiħ ma’ atti leġiżlattivi oħra tal-UE u għandha timminimizza, u idealment telimina, ir-riskju ta’ inkonsistenzi preżenti jew futuri li jistgħu jitfaċċaw b’mod dinamiku, hekk kif id-diversi strumenti leġiżlattivi jevolvu b’mod parallel maż-żmien. Peress li l-istrumenti leġiżlattivi msemmija hawn fuq huma kollha interrelatati u jiddependu fuq ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni pprovduta bejniethom għall-funzjonament korrett tagħhom, il-qafas jista’ ma jkunx reżiljenti għal bidliet mhux koordinati ta’ komponenti individwali. B’mod partikolari, id-direttiva proposta tipprevedi rieżami tal-istandards ta’ rapportar dwar is-sostenibbiltà kull tliet snin (59), filwaqt li testi leġiżlattivi oħra se jibqgħu statiċi. Dan jinvolvi r-riskju li jinħolqu diskrepanzi matul iż-żmien. Il-BĊE jappoġġa rieżamijiet olistiċi tal-qafas finanzjarju sostenibbli kollu kemm hu, aktar milli rieżamijiet paralleli u mhux koordinati ta’ kull strument leġiżlattiv individwalment. |
|
6.3 |
Minħabba ċ-ċentralità tar-Regolament dwar it-Tassonomija fl-aġenda tal-UE dwar il-finanzi sostenibbli, l-informazzjoni divulgata skont id-direttiva proposta dwar id-divulgazzjoni tas-sostenibbiltà korporattiva għandha tkun konsistenti mar-rekwiżiti ta’ informazzjoni skont ir-Regolament dwar it-Tassonomija u tippermetti lill-kumpaniji u lil kwalunkwe aġent ieħor fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-obbligi tat-Tassonomija tar-Regolament dwar it-Tassonomija jiksbu l-informazzjoni rilevanti kollha li jeħtieġu biex jikkonformaw mal-obbligi ta’ divulgazzjoni fil-livell tal-prodott u fil-livell korporattiv stabbiliti fir-Regolament dwar it-Tassonomija. |
7. Allinjament ma’ inizjattivi internazzjonali
|
7.1 |
Il-BĊE jilqa’ wkoll li d-direttiva proposta tistipula li l-istandards ta’ rapportar dwar is-sostenibbiltà tal-UE għandhom jibnu fuq u jikkontribwixxu għal inizjattivi internazzjonali ta’ rapportar dwar is-sostenibbiltà (60). In-nuqqas ta’ qafas globalment standardizzat għad-divulgazzjonijiet jirriżulta f’komparabbiltà u konsistenza insuffiċjenti bejn il-ġuriżdizzjonijiet, jista’ jiġġenera ostakli bla bżonn għall-flussi internazzjonali ta’ finanzjament sostenibbli, u jista’ jwassal għal kundizzjonijiet mhux ekwi fost il-ġuriżdizzjonijiet, li jistgħu jaffettwaw lill-kumpaniji tal-UE b’mod mhux favorevoli u jista’ jinvolvi spejjeż ogħla għall-kumpaniji u l-istituzzjonijiet finanzjarji tal-UE. Il-BĊE għalhekk jappoġġa sforzi kkoordinati globalment għall-konverġenza lejn standards komuni ta’ trasparenza u divulgazzjoni fuq livell globali, b’mod partikolari, il-proposta tal-Fondazzjoni tal-Istandards Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju (IFRS) biex jinħoloq Bord ġdid dwar l-Istandards tas-Sostenibbiltà u biex jiġu żviluppati standards għar-rapportar relatat mal-klima u suġġetti oħra dwar is-sostenibbiltà. Il-Fondazzjoni tal-IFRS għandha tibni tali standard flimkien mal-EFRAG, sabiex tiżgura l-allinjament u l-kompatibbiltà bejn l-IFRS u l-istandards tal-UE. Kwalunkwe standard internazzjonali m’għandux jonqos mill-aħjar prattiki globali u idealment għandu jkopri l-aspetti kollha tas-sostenibbiltà, b’mod konsistenti mal-kontenut tad-direttiva proposta. Dan għandu jirrikjedi li l-kumpaniji jiddivulgaw mhux biss kwistjonijiet li jinfluwenzaw il-valur tal-impriża, iżda wkoll informazzjoni dwar l-impatt ambjentali u soċjali usa’ tal-kumpanija (“materjalità doppja”). L-inizjattivi meħuda fuq livell reġjonali jew globali m’għandhomx jipprevjenu lill-UE milli tmur lil hinn meta tadatta l-istandards tagħha ta’ rapportar dwar is-sostenibbiltà skont id-direttiva proposta, f’konformità mal-ambizzjonijiet u l-qafas legali tal-UE stess, filwaqt li tiżgura l-allinjament u l-konsistenza mal-linja bażi internazzjonali. |
8. Dispożizzjonijiet dwar l-awditjar
|
8.1 |
Il-BĊE jilqa’ l-istabbiliment ta’ proċess ta’ verifika fir-rigward tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà tal-impriżi, kif introdott mill-awditu obbligatorju (61). L-estensjoni tal-awditu obbligatorju mhux biss għal informazzjoni retrospettiva iżda wkoll għal informazzjoni li tħares ’il quddiem hija essenzjali biex tingħata ċertezza lill-partijiet ikkonċernati kollha u tiġi żgurata l-kredibbiltà tad-divulgazzjonijiet u l-impenji. Iż-żieda fl-affidabbiltà tal-informazzjoni pprovduta se tappoġġa l-iżvilupp u l-approfondiment sussegwenti tas-swieq finanzjarji, mhux biss fir-rigward tal-finanzjament meħtieġ tat-tranżizzjonijiet iżda wkoll għall-iħħeġġjar tar-riskji relatati mas-sostenibbiltà.
Fejn il-BĊE jirrakkomanda li d-direttiva proposta tiġi emendata, qed tiġi prevista proposta ta’ abbozzar speċifika f’dokument ta’ ħidma tekniku separat flimkien ma’ test spjegattiv għal dan il-għan. Id-dokument ta’ ħidma tekniku huwa disponibbli bl-Ingliż fuq EUR-Lex. |
Magħmul fi Frankfurt am Main, is-7 ta’ Settembru 2021.
Il-President tal-BĊE
Christine LAGARDE
(1) COM(2021) 189 final.
(2) Ara “Overview of sustainable finance”, disponibbli fuq is-sit web tal-Kummissjoni fuq www.ec.europa.eu.
(3) Il-Kummissjoni ppubblikat il-komunikazzjoni tagħha dwar “il-Patt Ekoloġiku Ewropew” fil-11 ta’ Diċembru 2019; ara COM(2019) 640 final.
(4) Ir-Regolament (UE) Nru 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2020 dwar l-istabbiliment ta’ qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli, u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/2088 (ĠU L 198, 22.6.2020, p. 13).
(5) Ara l-premessa 12. Ara wkoll “Climate-related risks to financial stability”, Artiklu Speċjali fil-Financial Stability Review tal-BĊE, Mejju 2021, disponibbli fuq is-sit web tal-BĊE fuq www.ecb.europa.eu.
(6) Ara p. 24 et seq tat-tweġiba tal-Eurosistema għall-konsultazzjonijiet pubbliċi tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-Istrateġija Mġedda għall-Finanzi Sostenibbli u r-reviżjoni tad-Direttiva dwar ir-Rappurtar Mhux Finanzjarju, disponibbli fuq is-sit web tal-BĊE fuq www.ecb.europa.eu.
(7) Ara d-diskors ta’ Christine Lagarde, “Towards a green capital markets union for Europe”, disponibbli fuq is-sit web tal-BĊE fuq www.ecb.europa.eu.
(8) Pereżempju, madwar 60 % tal-bonds privileġġati mhux garantiti ekoloġiċi kollha maħruġa globalment fl-2020 oriġinaw fl-UE. L-investiment fil-governanza ambjentali, soċjali u korporattiva huwa kkonċentrat ukoll fl-Ewropa, b’aktar minn nofs il-fondi tal-bonds domiċiljati fiż-żona tal-euro. Barra minn hekk, fl-2020, madwar nofs il-bonds ekoloġiċi maħruġa madwar id-dinja kienu f’euro.
(9) Ara d-diskorsi ta’ Christine Lagarde, “Towards a green capital markets union for Europe” u “Financing a green and digital recovery”, disponibbli fuq is-sit web tal-BĊE fuq www.ecb.europa.eu.
(10) Is-suq tal-bonds ekoloġiċi diġà juri kważi d-doppju tal-livell ta’ parteċipazzjonijiet transfruntiera mill-bqija tas-swieq tal-bonds Ewropej. Dan jissuġġerixxi li l-iżvilupp ulterjuri tas-suq tal-bonds ekoloġiċi japprofondixxi l-integrazzjoni finanzjarja tal-UE. Ara l-Kapitolu 5 tal-Financial Stability Review ta’ Novembru 2020 tal-BĊE, Novembru 2020, disponibbli fuq is-sit web tal-BĊE fuq www.ecb.europa.eu.
(11) Ara l-premessa 48 tad-direttiva proposta.
(12) Ara l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni tas-6 ta’ Lulju 2021: Strateġija għall-Finanzjament tat-Tranżizzjoni lejn Ekonomija Sostenibbli, COM(2021) 390 final.
(13) Ara l-paragrafu 2.4 tal-Opinjoni CON/2021/12. L-opinjonijiet kollha tal-BĊE huma disponibbli fuq EUR-Lex.
(14) Ara p. 2 tat-tweġiba tal-Eurosistema ċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna nru 6.
(15) Ara l-istqarrija għall-istampa “ECB presents action plan to include climate change considerations in its monetary policy strategy”, 8 ta’ Lulju 2021, disponibbli fuq is-sit web tal-BĊE fuq www.ecb.europa.eu.
(16) Ara “Climate-related risks to financial stability”, Artiklu Speċjali fil-Financial Stability Review tal-BĊE, Mejju 2021, disponibbli fuq is-sit web tal-BĊE fuq www.ecb.europa.eu.
(17) Ara l-paragrafu 2.4 tal-Opinjoni CON/2021/12; il-paragrafu 2.2 tal-Opinjoni CON/2021/22; Isabel Schnabel, “Never waste a crisis: COVID-19, climate change and monetary policy”, roundtable virtwali dwar “Sustainable Crisis Responses in Europe”, Network ta’ Riċerka INSPIRE, 17 ta’ Lulju 2020, disponibbli fuq is-sit web tal-BĊE fuq www.ecb.europa.eu.
(18) Ara l-paragrafu 2.4 tal-Opinjoni CON/2021/12; “It-tibdil fil-Klima u l-Politika Monetarja: Punti Ewlenin Inizjali”, Ġunju 2020, disponibbli fuq is-sit web tan-Network tal-Banek Ċentrali u s-Superviżuri għall-Ekoloġizzazzjoni tas-Sistema Finanzjarja fuq www.ngfs.net, f’p. 3.
(19) Ara l-istqarrija għall-istampa “ECB presents action plan to include climate change considerations in its monetary policy strategy”, 8 ta’ Lulju 2021, disponibbli fuq is-sit web tal-BĊE fuq www.ecb.europa.eu.
(20) Ara t-Tim tal-Proġett tal-BĊE/BERS dwar l-immudellar tar-riskju klimatiku, “Climate-related risk and financial stability”, Lulju 2021, p. 9, disponibbli fuq is-sit web tal-BĊE fuq www.ecb.europa.eu.
(21) Ara s-Superviżjoni Bankarja tal-BĊE, “Guide on climate-related and environmental risks”, Mejju 2020, disponibbli fuq is-sit web tal-BĊE fuq www.ecb.europa.eu.
(22) Ara s-Superviżjoni Bankarja tal-BĊE, “Guide on climate-related and environmental risks”, Mejju 2020, disponibbli fuq is-sit web tal-BĊE fuq www.ecb.europa.eu.
(23) Ara l-istqarrija għall-istampa “ECB presents action plan to include climate change considerations in its monetary policy strategy”, 8 ta’ Lulju 2021, disponibbli fuq is-sit web tal-BĊE fuq www.ecb.europa.eu.
(24) Ir-Regolament (UE) 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).
(25) Ara “Implementing Technical Standards (ITS) on prudential disclosures on ESG risks in accordance with Article 449a CRR”, disponibbli fuq is-sit web tal-EBA fuq www.eba.europa.eu.
(26) Id-Direttiva 2014/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2014 li temenda d-Direttiva 2013/34/UE fir-rigward tad-divulgazzjoni ta’ informazzjoni mhux finanzjarja u dwar id-diversità minn ċerti impriżi u gruppi kbar (ĠU L 330, 15.11.2014, p. 1).
(27) Ara wkoll l-istqarrija għall-istampa “ECB presents action plan to include climate change considerations in its monetary policy strategy”, 8 ta’ Lulju 2021, disponibbli fuq is-sit web tal-BĊE fuq www.ecb.europa.eu, fejn huwa kkonfermat li l-BĊE se jiżviluppa indikaturi dwar strumenti finanzjarji ekoloġiċi, l-iskopertura tal-istituzzjonijiet finanzjarji għal riskji fiżiċi relatati mal-klima permezz tal-portafolli tagħhom u dwar l-impronta tal-karbonju tal-istituzzjonijiet finanzjarji.
(28) Ara l-premessa 48 u l-punt 4 tal-Artikolu 1 tad-direttiva proposta, li ddaħħal l-Artikolu 19d fid-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta’ ċerti tipi ta’ impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19). (iktar ’il quddiem id-“Direttiva dwar il-Kontabilità”).
(29) Ara l-premessa 48 tad-direttiva proposta.
(30) Ara r-Rakkomandazzjonijiet tal-Bord Ewropew tar-Riskju Sistemiku tal-24 ta’ Settembru 2020 dwar l-identifikazzjoni ta’ entitajiet ġuridiċi (BERS/2020/12).
(31) Ara l-istqarrija għall-istampa, “Eurosystem agrees on common stance for climate change-related sustainable investments in non-monetary policy portfolios”, 4 ta’ Frar 2021, disponibbli fuq is-sit web tal-BĊE fuq www.ecb.europa.eu.
(32) Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).
(33) Ara t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 1(1) tad-direttiva proposta li jirreferi għall-punti (2) sa (23) tal-Artikolu 2(5) tad-Direttiva dwar ir-Rekwiżiti ta’ Kapital.
(34) Ara l-Annessi I u II tad-Direttiva dwar il-Kontabilità.
(35) Ara “Feedback on the input provided by the European Parliament as part of its resolution on the ECB Annual Report 2019”, disponibbli fuq is-sit web tal-BĊE fuq www.ecb.europa.eu.
(36) Ara “Feedback on the input provided by the European Parliament as part of its resolution on the ECB Annual Report 2019”, disponibbli fuq is-sit web tal-BĊE fuq www.ecb.europa.eu.
(37) Ara l-istqarrija għall-istampa, “Eurosystem agrees on common stance for climate change-related sustainable investments in non-monetary policy portfolios”, 4 ta’ Frar 2021, disponibbli fuq is-sit web tal-BĊE fuq www.ecb.europa.eu.
(38) Ara l-istqarrija għall-istampa “ECB presents action plan to include climate change considerations in its monetary policy strategy”, 8 ta’ Lulju 2021, disponibbli fuq is-sit web tal-BĊE fuq www.ecb.europa.eu.
(39) Ara l-punt 3 tal-Artikolu 1 tad-direttiva proposta, li jissostitwixxi l-Artikolu 19a tad-Direttiva dwar il-Kontabilità.
(40) “Impriżi kbar” huma ddefiniti fl-Artikolu 3(4) tad-Direttiva dwar il-Kontabilità bħala impriżi “li fid-dati tal-karta tal-bilanċ tagħhom jaqbżu tal-inqas tnejn mit-tliet kriterji li ġejjin: (a) total tal-karta tal-bilanċ: EUR 20 000 000; (b) fatturat nett: EUR 40 000 000; (c) medja ta’ impjegati matul is-sena finanzjarja: 250”. Min-naħa l-oħra, l-NFRD tkopri biss impriżi kbar b’aktar minn 500 impjegat li huma entitajiet ta’ interess pubbliku kif definiti fl-Artikolu 2(1) tad-Direttiva dwar il-Kontabilità (attwalment l-Artikolu 19a(1) tad-Direttiva dwar il-Kontabilità).
(41) Ara l-punt 4 tal-Artikolu 1 tad-direttiva proposta li jdaħħal l-Artikolu 19c dwar l-istandards ta’ rapportar dwar is-sostenibbiltà għall-SMEs fid-Direttiva dwar il-Kontabilità.
(42) Ara l-premessa 23 tad-direttiva proposta.
(43) Ara l-punti 1 u 3 tal-Artikolu 1 tad-direttiva proposta, li temenda l-Artikolu 1 u tissostitwixxi l-Artikolu 19a tad-Direttiva dwar il-Kontabilità, rispettivament.
(44) Kif propost fl-Anness Tekniku mehmuż hawnhekk.
(45) Ara l-punt 4 tal-Artikolu 1 tad-direttiva proposta, li jdaħħal l-Artikolu 19b fid-Direttiva dwar il-Kontabilità.
(46) Ara p. 26 tat-tweġiba tal-Eurosistema ċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna nru 6.
(47) Ara wkoll is-Superviżjoni Bankarja tal-BĊE, “Guide on climate-related and environmental risks”, Mejju 2020, disponibbli fuq is-sit web tal-BĊE fuq www.ecb.europa.eu.
(48) Il-Protokoll dwar il-Gassijiet Serra jiddistingwi bejn l-emissjonijiet diretti ta’ gassijiet serra ta’ kumpaniji minn sorsi proprjetà jew ikkontrollati (kamp ta’ applikazzjoni 1), l-emissjonijiet indiretti minn elettriku, fwar, tisħin jew tkessiħ mixtrija (kamp ta’ applikazzjoni 2) u l-emissjonijiet indiretti l-oħra kollha, inkluż b’mod partikolari dawk li jseħħu tul il-katina tal-valur korporattiva, jew upstream jew downstream (kamp ta’ applikazzjoni 3); ara s-sit web tal-Protokoll dwar il-Gassijiet Serra fuq ghgprotocol.org.
(49) Ara l-punt 4 tal-Artikolu 1 tad-direttiva proposta, li jdaħħal l-Artikolu 19b(1)(b)(ii) fid-Direttiva dwar il-Kontabilità.
(50) Ara wkoll il-punt 3 tal-Artikolu 1 tad-direttiva proposta, fejn l-Artikolu 19a tad-Direttiva dwar il-Kontabilità huwa sostitwit u punt (d) ġdid huwa introdott fil-paragrafu 2 ta’ dak l-artikolu.
(51) Ara l-punt 3 tal-Artikolu 1 tad-direttiva proposta, li jissostitwixxi l-Artikolu 19a(2) tad-Direttiva dwar il-Kontabilità.
(52) Ara l-punt 11 tal-Artikolu 1 tad-direttiva proposta, li jemenda l-Artikolu 49 tad-Direttiva dwar il-Kontabilità.
(53) Ara l-punt 11 tal-Artikolu 1 tad-direttiva proposta, li jemenda l-Artikolu 49 tad-Direttiva dwar il-Kontabilità.
(54) Ara l-premessa 35 tad-direttiva proposta.
(55) Ir-Regolament (UE) 2019/2088 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2019 dwar divulgazzjonijiet relatati mas-sostenibbiltà fis-settur tas-servizzi finanzjarji (ĠU L 317, 9.12.2019, p. 1).
(56) Ir-Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar l-indiċi użati bħala parametri referenzjarji fi strumenti finanzjarji u kuntratti finanzjarji jew dwar il-kejl tal-prestazzjoni ta’ fondi ta’ investiment u li jemenda d-Direttivi 2008/48/KE u 2014/17/UE u r-Regolament (UE) Nru 596/2014 (ĠU L 171, 29.6.2016, p. 1).
(57) Ara l-premessa 35 tad-direttiva proposta.
(58) Ara p. 29 tat-tweġiba tal-Eurosistema ċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna nru 6.
(59) Ara l-punt 4 tal-Artikolu 1 tad-direttiva proposta, li jdaħħal l-Artikolu 19b(1) fid-Direttiva dwar il-Kontabilità.
(60) Ara l-premessa 37 tad-direttiva proposta.
(61) Ara l-Artikolu 3 tad-direttiva proposta, li jemenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar il-verifiki statutorji tal-kontijiet annwali u tal-kontijiet konsolidati, li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 84/253/KEE (ĠU L 157, 9.6.2006, p. 87).
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
il–Kunsill
|
3.11.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 446/11 |
Avviż għall-attenzjoni tal-persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1999 u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/1998 dwar miżuri restrittivi kontra l-ksur u l-abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem
(2021/C 446/03)
L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni ta’ Viktor Vasilievich (Vasilyevich) ZOLOTOV (Nru 4), ZHU Hailun (Nru 5), RI Yong Gil (magħruf ukoll bħala RI Yong Gi, RI Yo’ng-kil, YI Yo’ng-kil) (Nru 10), Abderrahim AL-KANI (magħruf ukoll bħala Abdul-Rahim AL-KANI, Abd-al-Rahim AL-KANI) (Nru 12), Aiub Vakhaevich KATAEV (magħruf ukoll bħala Ayubkhan Vakhaevich KATAEV) (Nru 13), Abuzaid (Abuzayed) Dzhandarovich VISMURADOV (Nru 14), persuni li jidhru fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1999 u fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/1998 dwar miżuri restrittivi kontra l-ksur u l-abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem.
Il-Kunsill biħsiebu jżomm fis-seħħ il-miżuri restrittivi kontra l-persuni msemmijin hawn fuq b’dikjarazzjonijiet tar-raġunijiet ġodda. Dawk il-persuni huma b’dan infurmati li jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill biex jiksbu d-dikjarazzjonijiet tar-raġunijiet maħsuba għad-deżinjazzjoni tagħhom, qabel l-10 ta’ Novembru 2021, fl-indirizz li ġej:
|
Kunsill tal-Unjoni Ewropea |
|
General Secretariat |
|
RELEX.1.C |
|
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
|
1048 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
|
indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu. |
Il-Kummissjoni Ewropea
|
3.11.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 446/12 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
Id-29 ta’ Ottubru 2021
(2021/C 446/04)
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,1645 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
132,62 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4389 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,84490 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
9,9368 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,0611 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
149,80 |
|
NOK |
Krona Norveġiża |
9,7495 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
25,697 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
360,00 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,6215 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,9493 |
|
TRY |
Lira Turka |
11,1393 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,5455 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,4383 |
|
HKD |
Dollaru ta’ Hong Kong |
9,0563 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,6255 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,5676 |
|
KRW |
Won tal-Korea t’Isfel |
1 362,92 |
|
ZAR |
Rand ta’ l-Afrika t’Isfel |
17,7447 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,4488 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,5270 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
16 556,28 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,8222 |
|
PHP |
Peso Filippin |
58,654 |
|
RUB |
Rouble Russu |
82,3284 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
38,720 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
6,5698 |
|
MXN |
Peso Messikan |
23,8048 |
|
INR |
Rupi Indjan |
87,1830 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta’ referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
|
3.11.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 446/13 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
It-2 ta’ Novembru 2021
(2021/C 446/05)
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,1603 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
132,03 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4399 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,84955 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
9,8973 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,0594 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
150,80 |
|
NOK |
Krona Norveġiża |
9,7920 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
25,572 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
359,35 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,6078 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,9500 |
|
TRY |
Lira Turka |
11,0656 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,5544 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,4389 |
|
HKD |
Dollaru ta’ Hong Kong |
9,0297 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,6260 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,5637 |
|
KRW |
Won tal-Korea t’Isfel |
1 363,97 |
|
ZAR |
Rand ta’ l-Afrika t’Isfel |
17,9158 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,4239 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,5307 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
16 570,39 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,8135 |
|
PHP |
Peso Filippin |
58,560 |
|
RUB |
Rouble Russu |
83,2159 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
38,568 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
6,5907 |
|
MXN |
Peso Messikan |
24,0730 |
|
INR |
Rupi Indjan |
86,6040 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta’ referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI
|
3.11.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 446/14 |
TAXXA FUQ IL-VALUR MIŻJUD (VAT)
DEHEB TAL-INVESTIMENT EŻENTAT
Lista ta’ muniti tad-deheb li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 344(1), punt (2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 (skema speċjali għad-deheb tal-investiment)
Valida għas-sena 2022
(2021/C 446/06)
NOTA TA’ SPJEGAZZJONI
|
(a) |
Din il-lista tirrifletti l-kontribuzzjonijiet mibgħuta mill-Istati Membri lill-Kummissjoni sal-iskadenza stipulata fl-Artikolu 345 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1). |
|
(b) |
Il-muniti inklużi f’din il-lista huma kkunsidrati li jissodisfaw il-kriterji tal-Artikolu 344 u għalhekk se jitqiesu bħala deheb tal-investiment f’dawk l-Istati Membri. Għaldaqstant, il-provvista tagħhom hija eżenti mill-VAT għas-sena kalendarja kollha tal-2022. |
|
(c) |
L-eżenzjoni se tapplika għall-ħarġiet kollha tal-muniti elenkati f’din il-lista, ħlief għal kwistjonijiet ta’ muniti li għandhom purità fina anqas minn 900 minn kull elf. |
|
(d) |
Madankollu, jekk munita ma tidhirx f’din il-lista, il-provvista tagħha xorta tkun eżentata fejn il-munita tissodisfa l-kriterji għall-eżenzjoni stipulati fid-Direttiva dwar il-VAT. |
|
(e) |
Il-lista hija f’ordni alfabetiku, bl-ismijiet tal-pajjiżi u d-denominazzjonijiet tal-muniti. Fi ħdan l-istess kategorija ta’ muniti, il-lista timxi fuq il-valur dejjem jiżdied tal-valuta. |
|
(f) |
Fil-lista, id-denominazzjonijiet tal-muniti jirriflettu l-valuta indikata fuq il-muniti. Madankollu, fejn il-valuta fuq il-muniti mhix fi skrittura Rumana, fejn possibbli, id-denominazzjoni tagħha fil-lista hija mniżżla f’parentesi.
|
V Avviżi
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
3.11.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 446/33 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10456 — Sky/ViacomCBS/JV)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2021/C 446/07)
1.
Fil-25 ta’ Ottubru 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Sky Limited (“Sky”, ir-Renju Unit), ikkontrollata minn Comcast Corporation (l-Istati Uniti tal-Amerka); |
|
— |
ViacomCBS Inc. (“ViacomCBS”, l-Istati Uniti tal-Amerka), ikkontrollata minn National Amusements Inc. (l-Istati Uniti tal-Amerka); kif ukoll |
|
— |
l-impriża bi sħab (joint venture, “JV”, l-Istati Uniti tal-Amerka). |
Sky u ViacomCBS jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab tal-JV li għadha kemm twaqqfet. Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi f’impriża bi sħab.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Sky: kumpanija azzjonista li s-sussidjarji tagħha jwettqu negozju tul il-katina tal-valur AV, l-aktar fir-Renju Unit, l-Irlanda, il-Ġermanja, l-Awstrija u l-Italja. Sky hija finalment proprjetà ta’ Comcast Corporation (“Comcast”), kumpanija globali tal-media, it-teknoloġija u d-divertiment. Comcast hija preżenti fl-Ewropa kważi kompletament permezz ta’ Sky u NBCUniversal (“NBCU”), kumpanija tal-media u tad-divertiment attiva fis-settur AV kif ukoll fis-settur tad-divertiment fid-dar permezz tad-distribuzzjoni direttament lill-konsumaturi ta’ DVDs, Blu-rays u diski tal-mużika, |
|
— |
ViacomCBS: kumpanija globali tal-media u d-divertiment li toħloq kontenut u esperjenzi primjum għall-udjenzi madwar id-dinja. Il-portafoll ta’ ViacomCBs bħalissa huwa maqsum fi tliet segmenti: Divertiment tat-TV, Networks tal-Cable, u Divertiment tal-Films. ViacomCBS hija kkontrollata minn National Amusements Inc., u |
|
— |
il-JV: impriża bi sħab li għadha kif twaqqfet bil-għan li (i) tistabbilixxi u tħaddem servizz ta’ streaming b’talba ta’ abbonament li tqassam direttament lill-konsumaturi bħala servizz over-the-top (jiġifieri, imwassal permezz tal-internet) u permezz ta’ pjattaformi ta’ terzi persuni u apparat konness li jinkludi kontenut AV kif ukoll (ii) bejgħ bl-ingrossa ta’ xi wħud mill-istazzjonijiet televiżivi bi ħlas lineari ta’ ViacomCBs u NBCU permezz ta’ distributuri ta’ programmi vidjo multikanali ta’ terzi persuni fi 22 pajjiż Ewropew, inklużi l-pajjiżi li ġejjin fiż-ŻEE: il-Bulgarija, il-Kroazja, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Finlandja, l-Ungerija, in-Netherlands, in-Norveġja, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakkja, is-Slovenja, Spanja u l-Iżvezja. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10456 — Sky/ViacomCBS/JV
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz tal-posta:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles / Brussel |
|
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
|
3.11.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 446/35 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10474 — NESTE / RAVAGO / JV)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2021/C 446/08)
1.
Fl-20 ta’ Ottubru 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Neste Oyj (“Neste”) (il-Finlandja), |
|
— |
Ravago S.A. (“Ravago”) (il-Lussemburgu). |
Dan l-avviż jikkonċerna l-akkwist ta’ kontroll bi sħab minn Neste u Ravago f’impriża bi sħab (joint venture, JV) b’funzjoni sħiħa stabbilita reċentement fis-sens tal-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi f’impriża bi sħab.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Neste: attiva fir-raffinar u l-kummerċjalizzazzjoni taż-żejt, b’enfasi fuq karburanti tat-traffiku ta’ kwalità għolja u b’emissjonijiet baxxi, |
|
— |
Ravago: attiva fid-distribuzzjoni ta’ plastiks, lastiku u kimiċi u fil-produzzjoni ta’ polimeri riċiklati / komposti, |
|
— |
il-JV: attiva fil-produzzjoni u l-bejgħ ta’ skart tal-plastik likwifikat. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10474 — NESTE / RAVAGO / JV
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz tal-posta:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
|
3.11.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 446/36 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10520 — CUMMINS / CHINA PETROCHEMICAL CORPORATION / JV)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2021/C 446/09)
1.
Fit-22 ta’ Ottubru 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Cummins Power Generation (S) Pte. Ltd (Singapore), ikkontrollata minn Cummins Inc. (“Cummins”, l-Istati Uniti tal-Amerka), |
|
— |
Enze Haihe (Tianjin) Private Equity LLP, ikkontrollata minn China Petrochemical Corporation (ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina), |
|
— |
Cummins Enze (Guangdong) Hydrogen Technology Co., Ltd (“CEHT”, ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina). |
Cummins u China Petrochemical Corporation jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ CEHT.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi f’impriża bi sħab (joint venture, JV).
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Cummins hija disinjatur u manifattur Amerikana ta’ magni diesel u ta’ fuels alternattivi u sistemi ta’ provvista tal-enerġija, attiva globalment |
|
— |
China Petrochemical Corporation hija grupp Ċiniż taż-żejt mhux maħdum u petrokimiċi li jesplora, jirfina, jipproċessa u jbigħ gass naturali, petrol, pitrolju, diesel, prodotti petrokimiċi u servizzi relatati, |
|
— |
CEHT se tkun ibbażata fiċ-Ċina u se tkun involuta fl-iżvilupp tal-inġinerija tal-applikazzjoni, il-manifattura, l-ittestjar, il-bejgħ, l-installazzjoni u s-servizz ta’ sistemi ta’ elettrolizzaturi tal-ġenerazzjoni tal-idroġenu, b’mod partikolari l-membrana tal-iskambju tal-protoni elettrolizzaturi. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10520 — CUMMINS / CHINA PETROCHEMICAL CORPORATION / JV
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz tal-posta:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles / Brussel |
|
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ATTI OĦRAJN
Il-Kummissjoni Ewropea
|
3.11.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 446/38 |
Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ isem skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel
(2021/C 446/10)
Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) fi żmien tliet xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.
DOKUMENT UNIKU
“Nijolės Šakočienės šakotis”
Nru tal-UE: PGI-LT-02401 – 20 ta’ Novembru 2017
DOP ( ) IĠP (X)
1. Isem/ismijiet
“Nijolės Šakočienės šakotis”
2. Stat Membru jew Pajjiż Terz
Il-Litwanja
3. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel
3.1. Tip ta’ prodott
Klassi 2.3. Ħobż, għaġina, kejkijiet, ħelu, gallettini u prodotti oħra tal-furnara
3.2. Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)
In-“Nijolės Šakočienės šakotis” huwa prodott tal-forn festiv fil-forma ta’ kon tawwali, bil-qalba vojta, u maqtugħ bi “friegħi” qishom xewk ta’ diversi daqsijiet, li huwa magħmul f’forn speċjali bit-tferrigħ ta’ saffi ta’ impanatura fuq magħżel li jdur bil-mod fuq nar jaħraq permezz ta’ kuċċarina speċjali tal-injam. Il-proċess kollu jsir id-dar bl-użu ta’ metodu tradizzjonali.
Karatteristiċi fiżikokimiċi:
Kontenut ta’ umdità: 6,4–7,5 %
Kontenut ta’ xaħam: 35,5–38,5 %
Kontenut ta’ zokkor totali: 25,5–27,5 %
Proprjetajiet organolettiċi:
Id-dehra: In-“Nijolės Šakočienės šakotis” għandu forma ta’ kon, bil-wiċċ ta’ barra tiegħu miksi b’mod mhux uniformi bi “friegħi” ta’ diversi forom u daqsijiet, li jagħtu lil kull prodott dehra unika. Minn ġewwa huwa vojt tul it-tul kollu tiegħu. Il-wiċċ ta’ ġewwa (vojt) għandu l-marka ta’ raden u ta’ karta tal-ħami. Id-daqs tal-prodotti jvarja, minn għoli ta’ 30 cm sa għoli ta’ 60 cm. Id-dijametru tal-intern vojt jista’ jkun ta’ kwalunkwe daqs sa 20 cm fil-qiegħ u ta’ 10–20 cm fil-parti ta’ fuq. Id-dijametru estern jiddependi fuq l-għoli tal-prodott, l-ammont ta’ impanatura mferra’ fuqu u t-tul tal-“friegħi” li jiffurmaw. Il-bażi tista’ tkun ta’ kwalunkwe daqs sa 40 cm, u l-parti ta’ fuq tista’ tkun sa 20 cm.
Piż: skont l-għoli tal-kejk u l-ammont ta’ impanatura mferra’, minn 1,0 kg sa 6,5 kg. Meta jiġi mservi f’okkażjonijiet speċjali, is-šakotis jitqiegħed sħiħ fuq il-mejda; inkella, jinqata’ fi ċrieki b’għoli ta’ 5–30 cm u li jiżnu bejn 0,7–3,5 kg, jew jinqata’ f’biċċiet iżgħar.
Kulur: bejn isfar fil-kannella u kannella skont it-temperatura u t-tul tal-ħami. Il-wiċċ ta’ barra jleqq, u forsi jkun iżjed ċar minn ġewwa, il-“friegħi” jvarjaw fil-kulur. Meta jinqata’, il-prodott juri struttura interna qisha sponża u b’saffi mhux omoġenji diskreti ta’ sfumaturi differenti mmarkati fi ċrieki irregolari.
L-aroma: prodott tipiku tal-forn, b’aroma notevoli ta’ butir u bajd u bi ħjiel ta’ duħħan.
It-togħma: prodott tipiku tal-forn, b’togħma ħelwa u ta’ butir moderata u b’togħma ta’ bajd.
Il-finitura: ladarba jinbela’, għandu togħma li tibqa’ kemxejn xaħmija.
Is-sawra: moderatament dens, pjuttost jitfarrak, iżda ma jitqarqaċx u ma jinkisirx meta jinqata’, la hu fraġli u lanqas ma jqarmeċ. Faċli u pjaċevoli biex tomogħdu. Wara li tomogħdu, jibqgħu partikoli fini.
3.3. Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)
|
— |
butir bi 82–87 % xaħam; |
|
— |
krema jew krema qarsa bi 30–40 % xaħam; |
|
— |
bajd tat-tiġieġ; |
|
— |
zokkor; |
|
— |
dqiq tal-qamħ tradizzjonali mitħun b’mitħna tal-ġebel tradizzjonali. |
3.4. Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita
Il-passi kollha tal-produzzjoni jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita:
|
— |
il-preparazzjoni tal-ingredjenti; |
|
— |
il-produzzjoni tal-impanatura; |
|
— |
il-preparazzjoni tal-utensili; |
|
— |
l-iffurmar u l-ħami tal-kejk; |
|
— |
it-tibrid tal-kejk. |
3.5. Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.
–
3.6. Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar
–
4. Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika
Il-konfini amministrattivi tar-raħal ta’ Skaistgiriai (id-distrett ta’ Kėdainiai).
5. Rabta maż-żona ġeografika
In-“Nijolės Šakočienės šakotis” huwa assoċjat maż-żona ġeografika b’riżultat tar-reputazzjoni tal-prodott, li hija stess hija ddeterminata mill-esperjenza tal-furnara artiġjanali lokali li jaħmu dan il-prodott.
Fatturi umani li jagħtu lill-prodott il-karatteristiċi partikolari tiegħu
Il-karatteristiċi uniċi tan-“Nijolės Šakočienės šakotis” ġew ipperfezzjonati tul l-istorja twila tal-produzzjoni tiegħu. Għalkemm ma hemm l-ebda rekord jew gwida bil-miktub dwar kif għandu jsir dan il-prodott, li huwa assoċjat mill-qrib maż-żona ddefinita fil-punt 4, id-dettalji ta’ kif dan għandu jsir u l-ħila prattika meħtieġa biex isir dan ġew mgħoddija minn ġenerazzjoni għal oħra.
L-uniċità tal-kejk prodott f’din iż-żona ġeografika u l-kwalitajiet speċjali tiegħu huma r-riżultat tal-għarfien u tal-esperjenza kumulattivi ta’ ġenerazzjonijiet ta’ furnara. Dan kollu jagħmel prodott tal-forn ta’ kwalità u togħma eċċellenti. Il-fatturi ewlenin li juru kif l-element uman jaffettwa t-togħma u d-dehra tal-prodott huma kif ġej:
|
1. |
Il-preparazzjoni tal-impanatura, peress li dan huwa wieħed mill-fatturi ewlenin li jiggarantixxu kwalità konsistenti. Jintuża metodu uniku ta’ preparazzjoni tal-impanatura li ilu protett bir-reqqa għal aktar minn seklu fil-proċess tal-produzzjoni tan-“Nijolės Šakočienės šakotis”; |
|
2. |
Il-mod uniku kif isir in-“Nijolės Šakočienės šakotis” – l-ismit tad-dqiq u mbagħad l-impanatura titħalla toqgħod, bit-tul ta’ dawn jiġi ġġudikat mill-produttur tal-kejk abbażi tal-għarfien u l-esperjenza tiegħu jew tagħha. L-għan tal-ismit tal-impanatura huwa biex parzjalment jinfaqgħu l-bċejjeċ żgħar tal-lamtu fid-dqiq biex jiġi ffaċilitat it-tkissir tal-lamtu f’destrini fid-dqiq waqt li l-impanatura toqgħod. Dawn il-bidliet fid-dqiq jirriżultaw fil-formazzjoni aktar rapida ta’ qoxra tleqq b’kulur intensiv waqt il-ħami, iżidu l-porożità tal-istruttura interna, jippromwovu l-formazzjoni ta’ komposti aktar aromatiċi u retrogradazzjoni bil-mod tal-lamtu matul il-ħżin, jiġifieri l-kejkijiet jinxfu aktar bil-mod u jibqgħu friski għal aktar żmien mingħajr il-ħtieġa ta’ addittivi kimiċi; |
|
3. |
It-tħin bl-użu ta’ ġebel tradizzjonali (millstones), b’magħżel li jdur bil-mod u regolat bir-reqqa, li għandu impatt fuq is-sawra tal-prodott, jagħmlu pjaċevoli u faċli biex tomogħdu. Il-partikoli fini jibqgħu wara li jintmagħad; |
|
4. |
Il-ħami tal-prodott b’magħżel f’forn speċjali tradizzjonali fuq nar jaħraq, ladarba ż-żiffa miċ-ċumnija tkun ġiet regolata kif xieraq. Dan huwa xogħol li jeħtieġ esperjenza u ħila kbira, peress li l-kundizzjonijiet ambjentali u l-pressjoni atmosferika għandhom impatt kbir fuq iż-żiffa. L-istufa tissaħħan b’injam tal-betula niexef, li trid titneħħielu l-qoxra, peress li l-qoxra fiha r-reżina, u jekk il-prodott jiġi affumikat dan jaffettwa l-karatteristiċi organolettiċi, fiżiċi u kimiċi tiegħu. L-impanatura titferra’ bl-idejn fuq magħżel jaħraq u li jdur b’mod kostanti bl-użu ta’ kuċċarina speċjali tal-injam bl-islots. Hekk kif l-impanatura fuq il-magħżel jaħraq tiġi f’kuntatt mas-sħana, din tibbies immedjatament u ssir tqarmeċ. L-impanatura titferra’ f’saffi rqaq. Hekk kif tiżdied l-impanatura fuq in-naħat kollha, jiffurmaw ħafna “friegħi” differenti madwar il-prodott, u peress li l-impanatura tissajjar f’saffi, joħroġ motif sabiħ ta’ kuluri. Huwa kruċjali li n-nar jiġi regolat f’kull ħin, sabiex tkun fit-temperatura t-tajba fl-istadji differenti tat-tisjir. Punt importanti ieħor huwa li tinħass il-veloċità tal-magħżel li jdur u li tiġi aġġustata l-veloċità tat-tidwir tiegħu biex jiġi żgurat li, hekk kif l-impanatura ddur, il-“friegħi” dekorattivi tal-kejk jikbru. Snin ta’ esperjenza min-naħa tal-manifatturi u l-ħiliet u l-kapaċità tal-furnar jgħinu biex tiġi ssalvagwardjata mhux biss it-togħma speċifika tal-prodott iżda wkoll il-forma eċċezzjonalment attraenti tiegħu f’termini tat-tqegħid ta’ “friegħi”, id-dehra ġenerali u l-kulur. Dan jagħmel kull “Nijolės Šakočienės šakotis” uniku fid-dehra tiegħu. Manifatturi oħrajn jaħmu l-prodotti tagħhom fi fran moderni tal-elettriku, jużaw ingredjenti sostituti, sustanzi li jsaħħu t-togħma u l-aroma u sustanzi li jagħtu l-kulur. Il-produzzjoni tradizzjonali tan-“Nijolės Šakočienės šakotis” ma tużax ingredjenti sostituti, sustanzi li jsaħħu t-togħma jew l-aroma u sustanzi li jagħtu l-kulur. |
Il-proċess kollu tal-produzzjoni jitwettaq bl-użu ta’ ingredjenti mhux ipproċessati tradizzjonali u naturali biss, u dawn jiddeterminaw il-karatteristiċi organolettiċi tal-prodott u l-karatteristiċi fiżiċi u kimiċi.
Ir-reputazzjoni tal-prodott iddeterminata miż-żona ġeografika
Fil-Litwanja, il-ħami tal-kejkijiet forma ta’ siġar beda fl-aħħar tas-seklu 19, għall-ewwel fil-monasteri. Għalkemm il-monasteri żammew ir-riċetti sigriet kbir, din l-idea kulinarja nfirxet fil-bidu tas-seklu 20, għall-ewwel fid-djar il-kbar fil-kampanja u fid-djar tal-kleru, u aktar tard bdew jaħmuhom ukoll in-nisa tad-dar esperjenzati. Il-preparazzjoni ta’ din l-ispeċjalità festiva kienet riżervata għal okkażjonijiet speċjali ħafna.
Il-bużnanna tal-furnara tan-“Nijolės Šakočienės šakotis” ingħatat ir-riċetta mill-persuna li kienet tieħu ħsieb id-dar tal-kleru tal-parroċċa. Tul is-snin, il-prodott ġie rfinat sa perfezzjoni unika, u kiseb ċerti karatteristiċi tul it-triq, u sal-lum għad hemm tradizzjonijiet domestiċi profondi madwar in-“Nijolės Šakočienės šakotis” u ma ġewx affettwati mit-tixrid rapidu tal-produzzjoni industrijali tal-kejkijiet siġar mill-aħħar tas-seklu 20 ’l hawn.
Iż-żona ġeografika definita għandha esperjenza professjonali u artiġjanali fis-sengħa tan-“Nijolės Šakočienės šakotis”, li sal-lum għadha tgħaddi minn ġenerazzjoni għal oħra. Sal-1997, in-“Nijolės Šakočienės šakotis” kien isir u jinbiegħ b’ordni biss. Sa tmiem is-seklu 20, il-kundizzjonijiet għall-produzzjoni bl-imnut kienu fis-seħħ, u l-kummerċjalizzazzjoni tan-“Nijolės Šakočienės šakotis” bdiet fl-1997. Dan huwa attestat mit-tikketti bikrija u mill-iskrizzjonijiet speċjali fuq l-imballaġġ li għadhom jeżistu.
In-“Nijolės Šakočienės šakotis” huwa prodott festiv maħbub ħafna mill-konsumaturi lil hinn sew mill-konfini taż-żona ddefinita fil-punt 4.
In-“Nijolės Šakočienės šakotis” ilu mitt sena jsir fiż-żona ġeografika ddefinita mid-dixxendenti tal-furnara oriġinali tal-prodott bl-użu tal-istess metodu tradizzjonali. Dan jiżgura li l-karatteristiċi speċifiċi ta’ dan il-prodott uniku jibqgħu l-istess, u li tinżamm il-fiduċja tal-konsumatur. Din il-fiduċja ġiet ippremjata fl-2008, meta VŠĮ Kulinarijos paveldo fondas [il-Fond tal-Istat għall-Wirt Kulinari] ta lin-“Nijolės Šakočienės šakotis” ċertifikat tal-wirt kulinari li jafferma l-fatt li jsir b’ingredjenti tradizzjonali bl-użu ta’ riċetta awtentika u abbażi ta’ tekniki tradizzjonali. Iċ-ċertifikat ta’ prodott ta’ wirt nazzjonali mogħti mill-2009 mill-Ministeru Litwan tal-Agrikoltura juri li n-“Nijolės Šakočienės šakotis” huwa prodott tradizzjonali qadim li huwa awtentiku f’termini tal-karatteristiċi, tal-kompożizzjoni u tal-metodu ta’ produzzjoni tiegħu. Dan il-prodott jiġi mmanifatturat u ppreżentat għaċ-ċertifikazzjoni mill-manifatturi tal-prodott tal-wirt tal-Istat “Nijolės Šakočienės šakotis”, li huma ħaddiema tas-sengħa nisa u rġiel kapaċissimi fil-livell nazzjonali.
Il-konsumaturi jaħilfu b’mod partikolari bil-prodotti “Nijolės Šakočienės šakotis” li jsiru fir-raħal ta’ Skaistgiriai, li għandhom l-ogħla aspettattivi ta’ kwalità u li jattribwixxu karatteristiċi speċifiċi għal dan il-prodott. L-istħarriġiet tal-konsumaturi mwettqa bejn l-2010 u l-2016 urew li aktar minn 90 % tal-konsumaturi kienu jafu bil-kejkijiet “Nijolės Šakočienės šakotis” prodotti fil-villaġġ ta’ Skaistgiriai, ifittxuhom fil-ħwienet, japprezzaw l-awtentiċità u l-kwalità għolja tagħhom, u jieħdu gost joħduhom bħala rigali jew souvenirs meta jivvjaġġaw barra mill-pajjiż (stħarriġiet tal-konsumaturi mwettqa fl-2010, fl-2012, fl-2014 u fl-2016 mill-Fond tal-Istat għall-Wirt Kulinari).
Peress li n-“Nijolės Šakočienės šakotis” isir bl-użu ta’ metodi antiki, ġie rikonoxxut bħala prodott li jippromwovi l-wirt kulturali tal-Litwanja. Ir-reputazzjoni u r-rikonoxximent ta’ dan il-prodott huma r-riżultat ta’ diversi tipi ta’ attivitajiet edukattivi.
Kemm il-viżitaturi kif ukoll dawk midħla tal-ikel tradizzjonali jivvjaġġaw lejn ir-raħal ta’ Skaistgiriai biex iduqu n-“Nijolės Šakočienės šakotis”, biex jaraw kif issir din l-ispeċjalità mimlija friegħi u x’utensili u x’ingredjenti tradizzjonali jintużaw, biex isiru jafu dwar il-proċess ta’ produzzjoni tas-šakotis u ż-żamma tat-tradizzjonijiet tal-ħami tiegħu, it-tagħmir qadim u t-tradizzjonijiet u jippruvaw jagħmlu dan il-prodott kumpless huma stess. Dawn jiġu mhux biss mil-Litwanja iżda wkoll mir-Renju Unit, mill-Irlanda, min-Norveġja, mill-Iżvezja, mill-Istati Uniti, mill-Ġermanja, mill-Italja, minn Iżrael, mill-Kroazja, mill-Polonja, min-Netherlands, mill-Ġappun, miċ-Ċina, mit-Turkija, mir-Rumanija, mir-Russja u minn postijiet oħrajn. Il-vjaġġaturi barranin jieħdu n-“Nijolės Šakočienės šakotis” lura magħhom bħala souvenir. Huwa souvenir tajjeb, minħabba li ma huwiex biss prodott tal-forn bnin u sabiħ, iżda wkoll jibqa’ tajjeb għal żmien twil.
In-“Nijolės Šakočienės šakotis” intwera f’wirjiet u f’fieri barra mill-pajjiż: fir-Renju Unit, fl-Irlanda, fil-Ġermanja u fir-Russja. Diversi programmi u dimostrazzjonijiet edukattivi huma popolari u jattiraw għadd kbir ta’ viżitaturi kif ukoll l-attenzjoni tal-midja f’diversi avvenimenti fil-Polonja (is-swieq tal-Milied ta’ Varsavja tal-2009-2016, il-fieri kummerċjali ta’ Jogaila f’Lublin tal-2010-2016, il-festivals “Vilnius in Gdansk” fi Gdansk tal-2009-2016, il-festivals ta’ Szczecin tal-2010 u tal-2011, il-festivals ta’ nofs is-sajf ta’ Białystok tal-2012-2014, il-festival tal-ikel ta’ Wrocław tal-2011 u oħrajn).
Fil-Litwanja, il-produtturi tan-“Nijolės Šakočienės šakotis” regolarment jidhru u jirbħu premjijiet fil-wirja internazzjonali Agrobalt, f’fieri kummerċjali oħrajn, fil-jiem tas-snajja’, f’festi nazzjonali, f’festivals folkloristiċi u f’diversi fieri oħrajn.
Preżentazzjonijiet tan-“Nijolės Šakočienės šakotis”, kemm lokali kif ukoll barra mill-pajjiż, u dimostrazzjonijiet ta’ kif isir dan il-prodott popolari jattiraw mhux biss lil dawk li jħobbu l-ħelu iżda wkoll lil oħrajn li jattendu festivals jew avvenimenti, li jkollhom l-opportunità li jittestjaw il-ħiliet tagħhom stess, xi drabi taħt l-għajn viġilanti tal-midja.
Bħala prodott tipiku tar-reġjun, in-“Nijolės Šakočienės šakotis” jinġieb għall-attenzjoni tat-turisti permezz ta’ reklami, infomerċjali u pubblikazzjonijiet ta’ tisjir.
In-“Nijolės Šakočienės šakotis” jiġi offrut lill-viżitaturi uffiċjali barranin bħala parti mill-wirt kulinari tal-Litwanja.
L-isem tajjeb, il-fama, ir-reputazzjoni u l-popolarità tan-“Nijolės Šakočienės šakotis” huma affermati mill-premjijiet li ġejjin: fl-2009, id-diploma ta’ “L-aqwa šakotis tradizzjonali 2009” mogħtija mill-Fond tal-Istat għall-Wirt Kulinari; fl-2009, token ta’ apprezzament mill-Aġenzija Litwana għar-Regolamentazzjoni tas-Suq tal-Prodotti Agrikoli u tal-Ikel għall-promozzjoni tal-wirt kulinari nazzjonali u għall-protezzjoni u għall-preservazzjoni tat-tradizzjonijiet fil-fiera ta’ Kaziukas (San Kazimierz) f’Dublin, l-Irlanda; fl-2010, in-“Nijolės Šakočienės šakotis” rebaħ midalja tad-deheb fil-fiera internazzjonali AgroBalt; fl-2010, furnara tan-“Nijolės Šakočienės šakotis” ġiet ivvutata bħala l-aqwa mara tas-sengħa fil-fiera ta’ Kaziukas tal-2010, u fl-2011 ġiet ivvotata l-aqwa mara tas-sengħa tradizzjonali tas-sena mill-Ministeru tal-Agrikoltura; fl-2012, il-Ministeru tal-Agrikoltura ta t-titolu ta’ “Master tas-snajja’ tradizzjonali” lil furnar; fl-2012, diploma għal “L-aqwa ħaddiema tas-sengħa fil-fiera ta’ Jogaila 2012” (il-Polonja) fil-kategorija “L-aħjar platt reġjonali u l-promozzjoni tat-tradizzjonijiet kulinari reġjonali”; fl-2012, id-diploma għal “It-trasferiment, iż-żamma u l-promozzjoni ta’ tradizzjonijiet lokali awtentiċi fil-wirt kulinari tal-Litwanja” f’kompetizzjoni organizzata mill-Fond tal-Istat għall-Wirt Kulinari; fl-2014, ittra ta’ ringrazzjament mill-Ministeru tal-Agrikoltura għall-promozzjoni tal-wirt nazzjonali fil-preparazzjoni tas-šakotis Litwan tradizzjonali; fl-2014, in-“Nijolės Šakočienės šakotis” rebaħ midalja fil-wirja “Made in Lithuania 2014”; u fl-2017, diploma miċ-ċentru etnokulturali ta’ Klaipėda “għall-manifattura ta’ šakotis awtentiku u l-promozzjoni tat-tradizzjonijiet”.
Referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-prodott
(it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament)
http://zum.lrv.lt/nijoles-sakocienes-sakotis-paraiska-su-produkto-specifikacija
|
3.11.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 446/43 |
Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda, li ma hijiex minuri, għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel
(2021/C 446/11)
Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) fi żmien tliet xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.
APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA GĦALL-ISPEĊIFIKAZZJONI TAL-PRODOTT TA’ DENOMINAZZJONIJIET TA’ ORIĠINI PROTETTI JEW TA’ INDIKAZZJONIJIET ĠEOGRAFIĊI PROTETTI LI MA HIJIEX MINURI
Applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012
“TROTE DEL TRENTINO”
Nru tal-UE: PGI-IT-0965-AM02 – 18 ta’ Settembru 2020
IĠP (X) DOP ( )
1. Grupp applikant u interess leġittimu
Consorzio di Tutela delle Trote del Trentino IGP
Indirizz: Via Galileo Galilei, 43 - 38015 Lavis (TN)
Email: consorziotroteigp@legalmail.it
Il-Consorzio di Tutela delle Trote del Trentino IGP [Assoċjazzjoni għall-Ħarsien tal-IĠP “Trote del Trentino”] huwa intitolat jippreżenta applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 13(1) tad-Digriet Nru 12511 tal-Ministeru għall-Politika Agrikola, tal-Ikel u tal-Forestrija tal-14 ta’ Ottubru 2013.
2. Stat Membru jew Pajjiż Terz
L-Italja
3. Intestatura fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott affettwata mill-emenda/i
|
☐ |
Isem il-prodott |
|
☐ |
Deskrizzjoni tal-prodott |
|
☐ |
Żona ġeografika |
|
☐ |
Prova tal-oriġini |
|
☒ |
Metodu ta’ produzzjoni |
|
☒ |
Rabta |
|
☐ |
Tikkettar |
|
☐ |
Rekwiżiti nazzjonali |
|
☒ |
Oħrajn [L-ippakkjar] |
4. Tip ta’ emenda/i
|
☒ |
Emenda għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ DOP jew IĠP irreġistrata li ma għandhiex tikkwalifika bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 |
|
☐ |
Emenda għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ DOP jew IĠP irreġistrata li għaliha ma jkunx ġie ppubblikat Dokument Uniku (jew ekwivalenti) li ma għandhiex tikkwalifika bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 |
5. Emenda/i:
Artikolu 5(2) – Trobbija tal-ħut
Ġie deċiż li jkun permess ukoll il-kisi biċ-ċeramika għall-vaski, peress li l-karatteristiċi tiegħu ftit ivarjaw minn dawk tas-siment u f’xi każijiet jistgħu jiffaċilitaw it-tindif tal-vaski. L-użu tal-kisi biċ-ċeramika ma jinvolvix bidliet negattivi għall-prattiki tat-trobbija tal-ħut jew għall-karatteristiċi organolettiċi tat-trota mrobbija. Għaldaqstant, is-sentenza li ġejja:
Il-vaski fejn jitrabba ħut żgħir u adult iridu jkunu mibnija kompletament bl-użu tas-siment, jew ta’ tajn u siment, jew b’ħitan tas-siment u art tat-tajn, jew bil-fibreglass, jew bl-azzar, u jridu jkunu mqiegħda f’serje jew b’mod parallel sabiex tiġi mmassimizzata l-ossiġenazzjoni mill-ġdid.
ġiet emendata kif ġej:
Il-vaski fejn jitrabba ħut żgħir u adult iridu jkunu mibnija kompletament bl-użu tas-siment, jew ta’ tajn u siment, jew b’ħitan tas-siment u art tat-tajn, jew bil-fibreglass, jew bl-azzar, jew biċ-ċeramika, u jridu jkunu mqiegħda f’serje jew b’mod parallel sabiex tiġi mmassimizzata l-ossiġenazzjoni mill-ġdid.
Wara l-bidliet sinifikanti li qed tgħaddi minnhom iż-żona tat-trobbija bħala riżultat tat-tisħin globali u l-bidliet konsegwenzjali fil-livelli tal-borra u tax-xita, it-temperaturi mogħtija fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għall-ilma li fih jitrabba l-ħut ma għadhomx rappreżentattivi tal-ambjent fiżiku reali li issa jridu joperaw fih il-farms tat-troti fi Trentino. Għalhekk huwa meħtieġ li ċ-ċifri għat-temperatura tal-ilma li jidħol fil-vaski fix-xhur tax-xitwa (it-temperatura medja minn Novembru sa Marzu) jiżdiedu minn 10 °C għal 12 °C. Dan jispjega d-dispożizzjoni fl-Artikolu 5(2)(a) li tgħid li t-temperatura medja fix-xhur bejn Novembru u Marzu ma għandhiex taqbeż it-12 °C.
Din l-emenda għalhekk tinvolvi aġġustament fl-Artikolu 6 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, bir-referenza għal temperatura tal-ilma ta’ 10 °C tinbidel għal 12 °C. L-emenda tapplika wkoll għall-punt 5 tad-Dokument Uniku ppubblikat fil-ĠU C 255 tal-4 ta’ Awwissu 2015.
Iċ-ċifri għan-numru ta’ bidliet kuljum tal-ilma u d-densitajiet tal-istokkijiet tal-vaski assoċjati ġew emendati. Minħabba l-kundizzjoni eċċellenti tal-ilma użat, l-għan kien li jiġu evitati nixfiet jew nuqqasijiet ta’ ilma potenzjali, inklużi dawk temporanji, li jwasslu biex il-faċilitajiet li jkollhom >10 bidliet kuljum u b’densità permessa ta’ 40 kg/m3, jonqsu malajr għal 30 kg/m3 meta n-numru ta’ bidliet jaqa’ taħt l-10 kuljum. Minħabba li l-karatteristiċi distintivi tal-IĠP mhux se jiġu mminati, ġie meqjus xieraq li tiżdied linja oħra mat-tabella, li tippermetti lill-operaturi b’>8 bidliet kuljum ikollhom densità ta’ mhux aktar minn 35 kg/m3. Dan se jagħmilha eħfef li jiġu ġestiti n-nuqqasijiet potenzjali tal-ilma fuq medda ta’ żmien qasira. Għalhekk, it-tabella li ġejja:
|
Numru ta’ bidliet tal-ilma kuljum |
Densità tal-istokkijiet massima (kg/m3) |
|
2 sa 6 |
25 |
|
6 sa 10 |
30 |
|
Iktar minn 10 |
40 |
ġiet emendata kif ġej:
|
Numru ta’ bidliet tal-ilma kuljum |
Densità tal-istokkijiet massima (kg/m3) |
|
2 sa 6 |
25 |
|
6 sa 8 |
30 |
|
8 sa 10 |
35 |
|
Iktar minn 10 |
40 |
Il-lista ta’ materja prima permessa – li kienet tinkludi ċ-ċereali, il-qmuħ u l-prodotti tagħhom flimkien mal-prodotti sekondarji, inklużi l-konċentrati tal-proteina; iż-żrieragħ taż-żejt u l-prodotti tagħhom flimkien mal-prodotti sekondarji, inklużi l-konċentrati tal-proteina u ż-żjut; iż-żrieragħ tal-legumi u l-prodotti tagħhom flimkien mal-prodotti sekondarji, inklużi l-konċentrati tal-proteina; id-dqiq tat-tuberi u l-prodotti tiegħu flimkien mal-prodotti sekondarji, inklużi l-konċentrati tal-proteina; il-prodotti tal-ħut u/jew tal-krustaċji flimkien mal-prodotti sekondarji, inklużi ż-żjut; id-dqiq tal-alga u l-prodotti derivati minnu; il-prodotti tad-demm ta’ annimali mhux ruminanti; u l-użu ta’ proteini pproċessati tal-annimali derivati minn annimali mhux ruminanti u għalf kompost li fih proteini bħal dawn – ġiet sostitwita b’dispożizzjoni li tipprojbixxi l-użu tal-materja prima li ġejja:
|
— |
Żejt grezz tal-qamħirrum; |
|
— |
Glutina tal-qamħirrum; |
|
— |
Għalf jew dqiq tal-karawett; |
|
— |
Żerriegħa tal-mustarda u prodotti tal-proteini derivati mill-ipproċessar tagħhom; |
|
— |
Żerriegħa tal-ġulġlien u prodotti tal-proteini derivati mill-ipproċessar tagħhom. |
Din l-emenda tagħmel ċara il-projbizzjoni fuq l-użu ta’ ċerta materja prima li tista’ taffettwa b’mod negattiv il-kulur jew it-togħma tal-prodott. L-emenda tapplika wkoll għall-punt 3.3 tad-Dokument Uniku. It-test li ġej fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u fid-Dokument Uniku:
Sabiex titjieb il-kwalità tipika tal-laħam tal-ħut tal-IĠP “Trote del Trentino”, hija aċċettabbli l-materja prima li ġejja:
|
1) |
iċ-ċereali, il-qamħ u l-prodotti tagħhom, flimkien mal-prodotti sekondarji, inklużi l-konċentrati tal-proteini; |
|
2) |
iż-żrieragħ taż-żejt u l-prodotti tagħhom, flimkien mal-prodotti sekondarji, inkużi l-konċentrati tal-proteini u ż-żjut; |
|
3) |
iż-żrieragħ tal-legumi u l-prodotti tagħhom, flimkien mal-prodotti sekondarji, inklużi l-konċentrati tal-proteini; |
|
4) |
id-dqiq tat-tuberi u l-prodotti tiegħu, flimkien mal-prodotti sekondarji, inklużi l-konċentrati tal-proteini; |
|
5) |
il-prodotti u l-prodotti sekondarji ġejjin mill-ħut u/jew mill-krustaċji, inklużi ż-żjut; |
|
6) |
id-dqiq tal-alga u l-prodotti derivati minnu; |
|
7) |
il-prodotti tad-demm tal-annimali mhux ruminanti. |
Se jkunu jistgħu jintużaw ukoll il-proteini pproċessati tal-annimali li ġejjin minn annimali mhux ruminanti u minn għalf kompost li fih dawn il-proteini.
ġie fformulat mill-ġdid kif ġej:
Barra minn hekk, l-użu tal-materja prima li ġejja huwa pprojbit:
|
— |
Iż-żejt grezz tal-qamħirrum; |
|
— |
Il-glutina tal-qamħirrum; |
|
— |
L-għalf jew id-dqiq tal-karawett; |
|
— |
Iż-żerriegħa tal-mustarda u l-prodotti tal-proteini derivati mill-ipproċessar tagħhom; |
|
— |
Iż-żerriegħa tal-ġulġlien u l-prodotti tal-proteini derivati mill-ipproċessar tagħhom. |
Il-perjodu fejn ma jingħatax l-għalf ġie speċifikat b’mod aktar ċar, biex ma baqax jirreferi għall-aħħar jum tat-tmigħ iżda minflok sar jirreferi għas-sospensjoni tal-porzjon tat-tismin. Ġie deċiż ukoll li jitħalla jingħata porzjon ta’ manteniment lill-annimali matul il-perjodu wara li jitwaqqaf il-porzjon tat-tismin, sakemm il-passaġġ tal-imsaren ikun vojt fil-mument tal-qatla.
L-għan tal-emenda huwa li tiċċara r-regoli dwar it-tagħlif tal-annimali sabiex jiġi żgurat li, filwaqt li jiġi rrispettat it-trattament xieraq tal-annimali, ma jkun hemm l-ebda materjal mhux diġerit fil-passaġġ tal-imsaren fil-mument tal-qatla. Għalhekk tqies neċessarju li jiġi speċifikat li l-perjodu fejn ma jingħatax l-għalf jirreferi għall-porzjon tat-tismin. Ġie osservat li, f’xi ċirkostanzi, raġunijiet strutturali wasslu biex il-porzjon tat-tismin ġie sospiż għal vaska sħiħa li għaliha kienet ippjanata l-qatla fuq numru mhux ħażin ta’ ġranet, li jfisser li wħud mill-annimali setgħu tħallew mingħajr għalf għal massimu ta’ 15/20 jum. Nuqqas ta’ għalf tant sinifikanti ma jistax ikun f’konformità sħiħa mar-regoli dwar it-trattament xieraq tal-annimali u, barra minn hekk, jista’ jwassal għal telf fis-sodezza tal-muskoli u b’hekk tal-karatteristiċi distintivi tal-IĠP, b’mod partikolari fis-sajf. Għaldaqstant, ġiet inkluża b’mod speċifiku referenza għas-sospensjoni tal-porzjon tat-tismin u ġie ddikjarat li, jekk ikun meħtieġ, l-annimali jistgħu jiġu mitmugħa porzjon ta’ manteniment, sakemm ikun hemm konformità mar-rekwiżiti li jikkonċernaw in-nuqqas ta’ materjal mhux diġerit fil-passaġġ tal-imsaren.
Is-sentenza li ġejja fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott:
Qabel ma l-ħut adult jintbagħat għall-ipproċessar, il-perjodi fejn ma jingħatax l-għalf li ġejjin, li jiddependu fuq it-temperatura tal-ilma u jingħaddu mill-jum ta’ wara l-aħħar jum tat-tmigħ, għandhom jiġu osservati:
ġiet emendata kif ġej:
Qabel ma l-ħut adult jintbagħat għall-ipproċessar, il-perjodi ta’ sospensjoni tal-porzjon tat-tismin li ġejjin, li jiddependu fuq it-temperatura tal-ilma u jingħaddu mill-jum ta’ wara l-aħħar jum tat-tmigħ, għandhom jiġu osservati:
u żdied il-paragrafu li ġej:
Sabiex jinżamm livell għoli ta’ trattament xieraq tal-annimali, l-annimali jistgħu jiġu mitmugħa porzjon ta’ manteniment matul il-perjodu wara li jitwaqqaf il-porzjon tat-tismin, sakemm il-passaġġ tal-imsaren ikun vojt waqt il-qatla.
Artikolu 5(4) – Ippakkjar
Il-paragrafu li ġej:
Il-prodott aħħari jrid jinbiegħ f’kontenituri tal-ġablow mgħottija b’rita tal-plastik u/jew f’kaxxi tal-ġablow mgħottija b’rita u/jew f’pakketti, ippakkjati f’vakwu u/jew f’atmosfera modifikata.
ġie emendat kif ġej:
Il-prodott aħħari jrid jinbiegħ f’kontenituri mgħottija b’rita u/jew f’kaxxi tal-ġablow mgħottija b’rita u/jew mimlija bis-silġ u/jew f’kaxxi tal-polistiren mgħottija b’rita u/jew mimlija bis-silġ u/jew f’pakketti tal-vakwu standard jew kontenituri oħra ppakkjati f’vakwu u/jew f’pakketti b’atmosfera mmodifikata (MAP).
u s-sentenza:
Meta t-“Trote del Trentino” jinbiegħu sħaħ u/jew imnaddfa għandhom jiżnu mill-inqas 200 g.
ġiet issupplimentata kif ġej:
Meta t-“Trote del Trentino” jinbiegħu sħaħ u/jew imnaddfa għandu jkollhom piż ta’ qabel il-qatla ta’ mill-inqas 200 g.
Sabiex jiġu ssodisfati t-talbiet tal-bejjiegħa bl-imnut il-kbar, ir-referenza għall-materjal li bih huma magħmula t-trejs tneħħiet sabiex il-prodott ikun jista’ jiġi ppakkjat fuq trejs magħmula minn kwalunkwe materjal adattat għall-użi previsti fil-leġiżlazzjoni fis-seħħ. Żdiedet ukoll kjarifika interpretattiva rigward l-użu tas-silġ, il-possibbiltà li jintużaw kaxxi tal-plastik li jistgħu jerġgħu jintużaw bil-ħsieb li jitnaqqas il-konsum tal-plastik, u l-ippakkjar bil-vakwu għajr f’pakketti tal-vakwu standard. Fl-aħħar nett, ġie ċċarat li l-piż minimu tal-ħut mibjugħ sħiħ u/jew imnaddaf jirreferi għall-piż ta’ qabel il-qatla.
Din l-emenda tapplika għall-punt 3.5 tad-Dokument Uniku.
DOKUMENT UNIKU
“Trote del Trentino”
Nru tal-UE: PGI-IT-0965-AM02 – 18 ta’ Settembru 2020
DOP ( ) IĠP (X)
1. Isem/Ismijiet
“Trote del Trentino”
2. Stat Membru jew pajjiż terz
L-Italja
3. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel
3.1. Tip ta’ prodott
Klassi 1.7. Ħut frisk, molluski, krustaċji u l-prodotti derivati minnhom.
3.2. Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)
L-Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Trote del Trentino” tingħata lill-ħut salmonidi mrobbi fiż-żona ta’ produzzjoni msemmija fil-punt 4 u li jappartjeni għall-ispeċi tat-trota qawsalla (Oncorhynchus mykiss — Walbaum). Meta jitqiegħed fis-suq it-“Trote del Trentino” irid ikollhom il-karatteristiċi li ġejjin: dahar ħadrani bi strixxa roża fuq iż-żewġ naħat; żaqq bajdanija; dbabar suwed fuq ġisem il-ħut, fuq il-ġwienaħ u fuq id-denb. L-Indiċi tal-Korpożità (Condition Factor) ma jridx ikun inqas minn 1,25 għall-ħut li jiżen sa 500 gramma jew sa 1,35 għall-ħut li jiżen aktar minn 500 gramma. It-total ta’ xaħam fil-laħam ma jridx ikun aktar minn 6 %. Dan il-laħam huwa abjad jew roża lewn is-salamun; huwa sod, tari, mingħajr xaħam u xott u b’togħma delikata ta’ ħut u b’aroma ta’ ilma frisk, mingħajr ma jħallilek togħma ta’ tajn. Kull togħma ta’ ħut mhux frisk tal-prodott trid tkun limitata, b’kontenut ta’ ġeosmina inqas minn 0,9 μg/Kg u s-sodezza tal-muskoli trid tkun ikkaratterizzata minn livelli għoljin taħt kompressjoni li huma daqs 4 N jew aktar.
3.3. Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)
Il-porzjonijiet tal-għalf għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti bit-tradizzjoni, billi josservaw l-użu leali u konsistenti. Għal din ir-raġuni, l-għalf tal-ħut użat ma għandux ikun fih OĠM.
Barra minn hekk, l-użu tal-materja prima li ġejja huwa pprojbit:
|
— |
Żejt grezz tal-qamħirrum; |
|
— |
Glutina tal-qamħirrum; |
|
— |
Għalf jew dqiq tal-karawett; |
|
— |
Żerriegħa tal-mustarda u prodotti tal-proteini derivati mill-ipproċessar tagħhom; |
|
— |
Żerriegħa tal-ġulġlien u prodotti tal-proteini derivati mill-ipproċessar tagħhom. |
Il-karatteristiċi tal-kompożizzjoni tal-porzjonijiet mogħtija għandhom jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-annimali matul il-fażijiet differenti taċ-ċiklu tat-trobbija, f’konformità mal-għanijiet tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.
Huma permessi l-addittivi kollha għall-użu fl-għalf tal-annimali ddefiniti bil-leġiżlazzjoni fis-seħħ. Il-laħam tal-ħut lewn is-salamun irid jinkiseb bl-użu predominanti tal-pigment astaksantina li huwa karotenojde u/jew karotenojdi ta’ oriġini naturali.
3.4. Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita
Il-fażijiet tat-trobbija, li jinkludu l-istadji meta l-ħut ikun għadu qed ifaqqas, meta l-ħut ikun żgħir u meta t-“Trote del Trentino” ikunu adulti u l-proċess tal-qatla, iridu jitwettqu fiż-żona speċifikata fil-punt 4.
3.5. Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.
Il-prodott aħħari jrid jinbiegħ fi trejs mgħottija b’rita u/jew f’kaxxi tal- polistiren mgħottija b’rita u/jew mimlija bis-silġ u/jew f’kaxxi tal-plastik mgħottija b’rita u/jew mimlija bis-silġ u/jew f’pakketti tal-vakwu standard jew kontenituri oħra ppakkjati f’vakwu u/jew f’pakketti b’atmosfera mmodifikata (MAP).
Dwar it-tipi ta’ prodott, it-“Trote del Trentino” jinbiegħu bħala prodott frisk: sħiħ, imnaddaf, iffilitjat u/jew imqatta’. Meta t-“Trote del Trentino” jinbiegħu sħaħ u/jew imnaddfa għandu jkollhom piż ta’ qabel il-qatla ta’ mill-inqas 200 g. Filwaqt li meta jinbiegħu ffilitjati u/jew imqattgħin għandhom jiżnu mill-inqas 90 g.
3.6. Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar
Il-kliem “Indicazione Geografica Protetta” [Indikazzjoni Ġeografika Protetta] jew fil-qosor “IGP” [IĠP] irid jidher fuq kull pakkett jew kaxxa b’tipa distinta, li ma titħassarx u li tingħaraf minn kull test ieħor.
Din l-espressjoni trid tiġi tradotta fil-lingwa tal-pajjiż li fih se jinbiegħ il-prodott. Ma tista’ tiżdied l-ebda deskrizzjoni li ma tkunx espressament prevista.
Kull pakkett jew kontenitur għandu juri biċ-ċar il-logo li ġej fuq it-tikketta jew fuq il-pakkett. Il-logo jista’ jsir ukoll bi sfumaturi differenti ta’ griż.
Is-simbolu Ewropew IĠP għandu jidher ukoll fuq it-tikketta jew fuq kull oġġett individwali ta’ ppakkjar. It-tikketta jew xi marka xierqa oħra trid tindika n-numru jew il-kodiċi ta’ referenza tal-produttur u/jew tal-lott ta’ produzzjoni.
4. Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika
Iż-żona ta’ produzzjoni tal-IĠP “Trote del Trentino” tinkludi t-territorju kollu tal-Provinċja Awtonoma ta’ Trento u l-muniċipalità ta’ Bagolino fil-Provinċja ta’ Brescia. Din iż-żona tinkludi x-xmajjar ewlenin ta’ Trentino u l-widien laterali tat-tributarji tagħhom.
5. Rabta maż-żona ġeografika
Iż-żona ta’ produzzjoni hija ffurmata mit-trikkib fuq xulxin ta’ perjodi sħaħ ta’ erożjonijiet glaċjali u ta’ għargħar. Mil-lat morfoloġiku, iż-żona hija fil-biċċa l-kbira muntanjuża u kkaratterizzata minn widien imħaffra fil-fond fis-substrat ġeoloġiku, li jikkostitwixxu l-baċiri idrografiċi kollha fiż-żona. Il-klima fiż-żona ta’ produzzjoni tat-“Trote del Trentino” hija tipika taż-żoni alpini, b’xita frekwenti, b’borra ta’ spiss matul ix-xhur tax-xitwa u b’temperaturi friski anke fis-sajf. Iż-żona jkollha borra u silġ matul is-sena kollha, li minnhom jittieħed l-ilma li jintuża għall-produzzjoni tat-troti. Il-karatteristiċi klimatiċi u idroġeoloġiċi taż-żona ddefinita, li ma jistgħux jiġu ttrasferiti jew ikkuppjati, jagħtu ċertu karatteristiċi lit-“Trote del Trentino” li jġegħilhom jispikkaw minn tipi oħra. Il-kompożizzjoni kimika tal-ilma ġieri ta’ Trentino f’termini ta’ mikroelementi (bħal manjeżju, sodju, potassju) għandha valuri iktar baxxi mill-medja Ewropea, biex b’hekk l-ilma jkun adattat ħafna għall-iżvilupp tat-troti. Ix-xmajjar li jnixxu fl-impjanti tal-farms tat-trota fi Trentino għandhom kwalità bijoloġika tajba ħafna b’valuri tal-Indiċi Bijotiku Estiż (Extended Biotic Index — EBI) ogħla minn 8, li jikkorrispondu għall-klassi ta’ kwalità I jew II.
L-applikazzjoni għar-rikonoxximent tat-“Trote del Trentino” IĠP hija ġġustifikata peress li l-prodott inkwistjoni huwa differenti minn prodotti oħrajn fl-istess kategorija minħabba l-indiċi ta’ korpożità baxx ħafna u l-kontenut inqas ta’ xaħam. Barra minn hekk, il-laħam tat-“Trote del Trentino” huwa sod, tari u mingħajr xaħam, b’togħma delikata ta’ ħut u riħa tfuħ tal-ilma ħelu, mingħajr ma jħallilek togħma ta’ tajn li spiss hija karatteristika tat-trota mrobbija fil-farms.
Il-kwalitajiet partikolari tat-“Trote del Trentino” ġejjin l-aktar mill-ilma li jintuża, li huwa abbundanti ħafna minħabba s-silġ u l-borra li huma dejjem preżenti fiż-żona, b’ossiġenazzjoni għolja, b’kompożizzjoni kimika, fiżika u bijoloġika tajba, u b’temperatura baxxa li minn Novembru sa Marzu ġeneralment tkun inqas minn 12 °C.
L-ilmijiet kesħin u bi ftit nutrijenti jwasslu għal tkabbir bil-mod, li għalkemm inaqqas ir-rendiment, isaħħaħ l-aspetti kwalitattivi tal-laħam tal-ħut billi jagħtih indiċi ta’ korpożità baxx u kontenut inqas ta’ xaħam. Minħabba l-provvista abbundanti tal-ilma u t-territorju muntanjuż, il-biċċa l-kbira tal-farms tat-trota ta’ Trentino jużaw id-differenzi fil-livelli bejn vaska u oħra biex l-ilma jkun ossiġenat mill-ġdid b’mod naturali. Il-kwalità tajba tal-ilma tfixkel il-proliferazzjoni ta’ algi u ta’ mikroorganiżmi mhux mixtieqa u tal-metaboliti tagħhom, li huma responsabbli mit-togħmiet ħżiena, bħal dik tat-tajn, ikkawżati mill-preżenza eċċessiva ta’ ġeosmina.
Il-kundizzjonijiet klimatiċi taż-żona flimkien mal-kontribut tal-bniedem f’termini ta’ kura u ġestjoni tal-farms tal-ħut jorbtu għalkollox it-“Trote del Trentino” maż-żona ġeografika ta’ produzzjoni.
It-trobbija tat-“Trote del Trentino” ilha s-snin stabbilita u l-oriġini tagħha ġejja minn tradizzjoni antika li ġiet stabbilita matul is-snin. Il-prattika tat-trobbija tal-ħut fil-vaski ilha teżisti mis-seklu XIX, bil-bini fl-1879 ta’ impjant artifiċjali għat-trobbija tal-ħut f’Torbole, li kellu l-intenzjoni li jxerred il-prattika tat-trobbija tal-ħut u jerġa’ jkabbar il-popolazzjoni tal-ilmijiet pubbliċi bit-trota li għadha qed tfaqqas. Fl-1891 fi Predazzo, fl-1902 f’Giustino, u fl-1926 f’Tione, ġew stabbiliti l-ewwel farms tal-ħut privati, b’ħafna oħrajn li tfaċċaw wara t-Tieni Gwerra Dinjija. Mas-snin, dawn il-farms tal-ħut żammew il-faċilitajiet riproduttivi separati tagħhom, u perjodikament introduċew varjetajiet ġodda minn farms oħra jew mis-selvaġġ, biex b’hekk jiġu trażmessi l-karatteristiċi speċifiċi tal-prodott imrobbi lill-ġenerazzjonijiet li jmiss.
Din it-tradizzjoni ġiet ikkonsolidata meta fl-1975 ġiet stabbilita l-Associazione dei Troticoltori Trentini, li kellha rwol importanti fit-tnedija mill-ġdid tat-trobbija tat-trota fiż-żona tal-produzzjoni, b’tali mod li l-isem “Trote del Trentino” beda jissemma fil-lingwaġġ komuni u kummerċjali, kif jidher sew mill-fatturi, mit-tikketti u mill-materjal pubbliċitarju.
Referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-prodott
(it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament)
It-test sħiħ tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott huwa disponibbli fuq is-sit web li ġej:
http://www.politicheagricole.it/flex/cm/pages/ServeBLOB.php/L/IT/IDPagina/3335”
jew inkella:
billi żżur direttament il-paġna ewlenija tal-Ministeru tal-Politika Agrikola, Alimentari u tal-Forestrija (www.politicheagricole.it) u tikklikkja fuq “Qualità” (fin-naħa ta’ fuq tal-lemin tal-iskrin), u mbagħad fuq “Prodotti DOP IGP STG” (fuq in-naħa tax-xellug tal-iskrin) u fl-aħħar tagħfas fuq “Disciplinari di Produzione all’esame dell’UE”.