ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 445

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 64
29 ta' Ottubru 2021


Werrej

Paġna

 

 

IL-PARLAMENT EWROPEW
SESSJONI 2020–2021
Seduti tal-14 sat-18 ta’ Diċembru 2020
TESTI ADOTTATI

1


 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

RIŻOLUZZJONIJIET

 

Il-Parlament Ewropew

 

L-Erbgħa 16 ta’ Diċembru 2020

2021/C 445/01

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Diċembru 2020 dwar strateġija ġdida għall-SMEs Ewropej (2020/2131(INI))

2

 

Il-Ħamis 17 ta’ Diċembru 2020

2021/C 445/02

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Diċembru 2020 dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027, il-Ftehim Interistituzzjonali, l-Istrument tal-UE għall-Irkupru u r-Regolament dwar l-Istat tad-Dritt (2020/2923(RSP)

15

2021/C 445/03

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Diċembru 2020 dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament ta' Dublin III (2019/2206(INI))

18

2021/C 445/04

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Diċembru 2020 dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar ir-Ritorn (2019/2208(INI))

28

2021/C 445/05

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Diċembru 2020 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom il-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata MON 87751 × MON 87701 × MON 87708 × MON 89788, li jikkonsistu minnha jew li huma prodotti minnha, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (D069145/02 – 2020/2891(RSP))

36

2021/C 445/06

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Diċembru 2020 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 87427 × MON 89034 × MIR162 × MON 87411 u l-qamħirrum ġenetikament modifikat li jikkombina tnejn jew tlieta mill-eventi uniċi MON 87427, MON 89034, MIR162 u MON 87411, li jikkonsistu minnhom jew li huma prodotti minnhom, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (D069146/02 – 2020/2892(RSP))

43

2021/C 445/07

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Diċembru 2020 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat MIR604 (SYN-IR6Ø4-5) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (D069147/02 – 2020/2893(RSP))

49

2021/C 445/08

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Diċembru 2020 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li ġġedded l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 88017 (MON-88Ø17-3), li jikkonsistu minnu jew li huma prodotti minnu, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (D069148/02 – 2020/2894(RSP))

56

2021/C 445/09

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Diċembru 2020 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li ġġedded l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 89034 (MON-89Ø34-3), li jikkonsistu minnu jew li huma prodotti minnu skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (D069149/02 – 2020/2895(RSP))

63

2021/C 445/10

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Diċembru 2020 dwar l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej Minority SafePack – miljun firma għad-diversità fl-Ewropa (2020/2846(RSP))

70

2021/C 445/11

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Diċembru 2020 dwar Ewropa soċjali b'saħħitha għal Tranżizzjonijiet Ġusti (2020/2084(INI))

75

2021/C 445/12

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Diċembru 2020 dwar governanza korporattiva sostenibbli (2020/2137(INI))

94

2021/C 445/13

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Diċembru 2020 dwar ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (VET) għall-kompetittività sostenibbli, il-ġustizzja soċjali u r-reżiljenza (2020/2767(RSP))

102

2021/C 445/14

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Diċembru 2020 dwar ix-xogħol furzat u s-sitwazzjoni tal-Ujguri fir-Reġjun Awtonomu Ujgur tax-Xinjiang (2020/2913(RSP))

114

2021/C 445/15

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Diċembru 2020 dwar L-Iran, b'mod partikolari l-każ ta' Nasrin Sotoudeh, ir-rebbieħa tal-Premju Sakharov 2012 (2020/2914(RSP))

121

2021/C 445/16

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Diċembru 2020 dwar l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-ilma (2020/2613(RSP))

126

2021/C 445/17

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Diċembru 2020 dwar l-Istrateġija tal-UE dwar l-Unjoni tas-Sigurtà (2020/2791(RSP))

140

2021/C 445/18

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Diċembru 2020 dwar il-ħtieġa ta' konfigurazzjoni speċifika tal-Kunsill dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri (2020/2896(RSP))

150

2021/C 445/19

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Diċembru 2020 dwar l-istrateġija tal-UE dwar l-adattament għat-tibdil fil-klima (2020/2532(RSP))

156

2021/C 445/20

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Diċembru 2020 dwar ir-riżultat tad-deliberazzjonijiet tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet matul is-sena 2019 (2020/2044(INI))

168

 

Il-Gimgħa 18 ta’ Diċembru 2020

2021/C 445/21

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta’ Diċembru 2020 dwar id-deterjorament tas-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fl-Eġittu, b'mod partikolari l-każ tal-attivisti tal-Inizjattiva Eġizzjana għad-Drittijiet Personali (EIPR) (2020/2912(RSP))

176

 

OPINJONIJIET

 

Il-Parlament Ewropew

 

It-Tlieta 15 ta’ Diċembru 2020

2021/C 445/22

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li ma ssir l-ebda oġġezzjoni għall-abbozz tar-regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-grupp ta' sustanzi 4-(1,1,3,3-Tetrametilbutil)fenol, etossilati (li jkopri sustanzi definiti sew u sustanzi ta' kompożizzjoni mhux magħrufa jew varjabbli, prodotti kumplessi ta' reazzjoni jew materjali bijoloġiċi, polimeri u omologi) (D070073/02 – 2020/2898(RPS))

182

2021/C 445/23

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li ma ssir ebda oġġezzjoni għall-abbozz tar-regolament tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità 39 u l-Istandards Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju 4, 7, 9 u 16 (D069602/01 – 2020/2851(RPS))

184


 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Parlament Ewropew

 

L-Erbgħa 16 ta’ Diċembru 2020

2021/C 445/24

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Diċembru 2020 dwar il-konklużjoni ta' Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprja ġodda, inkluż pjan direzzjonali għall-introduzzjoni ta' riżorsi proprja ġodda (2018/2070(ACI))

186

 

Il-Ħamis 17 ta’ Diċembru 2020

2021/C 445/25

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Diċembru 2020 dwar emendi tar-Regoli ta' Proċedura sabiex jiġi żgurat il-funzjonament tal-Parlament f'ċirkostanzi straordinarji (2020/2098(REG))

206


 

III   Atti preparatorji

 

Il-Parlament Ewropew

 

It-Tnejn 14 ta’ Diċembru 2020

2021/C 445/26

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Diċembru 2020 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari għall-adozzjoni tar-regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni tal-kontropartijiet ċentrali u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1095/2010, (UE) Nru 648/2012, (UE) Nru 600/2014, (UE) Nru 806/2014 u (UE) 2015/2365 u d-Direttivi 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2007/36/KE, 2014/59/UE u (UE) 2017/1132 (09644/1/2020 – C9-0376/2020 – 2016/0365(COD))

213

 

It-Tlieta 15 ta’ Diċembru 2020

2021/C 445/27

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Diċembru 2020 dwar il-ħatra proposta ta' Marek Opioła bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri (C9-0350/2020 – 2020/0806(NLE))

214

2021/C 445/28

P9_TA(2020)0340
Miżuri ta' ġestjoni, ta' konservazzjoni u ta' kontroll applikabbli fiż-żona tal-Konvenzjoni Inter-Amerikana għat-Tonn Tropikali ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Diċembru 2020 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi miżuri ta' ġestjoni, ta' konservazzjoni u ta' kontroll applikabbli fiż-żona tal-Konvenzjoni Inter-Amerikana għat-Tonn Tropikali u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 520/2007 (COM(2020)0308 – C9-0203/2020 – 2020/0139(COD))
P9_TC1-COD(2020)0139
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adotta fl-ewwel qari fil-15 ta’ Diċembru 2020 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2021/ … tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi miżuri ta’ ġestjoni, ta’ konservazzjoni u ta’ kontroll applikabbli fiż-żona tal-Konvenzjoni Inter-Amerikana għat-Tonn Tropikali u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 520/2007

215

2021/C 445/29

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Diċembru 2020 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġappun dwar is-sikurezza fl-avjazzjoni ċivili (09292/2020 – C9-0205/2020 – 2019/0275(NLE))

216

2021/C 445/30

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Diċembru 2020 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania dwar l-estensjoni tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta' Sħubija fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania, li se jiskadi fil-15 ta' Novembru 2020 (11260/20 – C9-0372/2020 – 2020/0274(NLE))

217

2021/C 445/31

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Diċembru 2020 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Gżejjer Cook rigward estensjoni tal-Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Gżejjer Cook (11262/20 – C9-0368/2020 – 2020/0275(NLE))

218

2021/C 445/32

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Diċembru 2020 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari għall-adozzjoni tad-direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (riformulazzjoni) (06230/3/2020 – C9-0354/2020 – 2017/0332(COD))

219

2021/C 445/33

P9_TA(2020)0345
Sena Ewropea tal-Ferroviji (2021) ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Diċembru 2020 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Sena Ewropea tal-Ferroviji (2021) (COM(2020)0078 – C9-0076/2020 – 2020/0035(COD))
P9_TC1-COD(2020)0035
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-15 ta' Diċembru 2020 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni (UE) 2020/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-Sena Ewropea tal-Ferroviji (2021)

221

2021/C 445/34

P9_TA(2020)0346
Awtorizzazzjoni lill-Kummissjoni biex tivvota favur iż-żieda fil-kapital tal-Fond Ewropew tal-Investiment ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Diċembru 2020 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tawtorizza lill-Kummissjoni tivvota favur iż-żieda fil-kapital tal-Fond Ewropew tal-Investiment (COM(2020)0774 – C9-0378/2020 – 2020/0343(COD))
P9_TC1-COD(2020)0343
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-15 ta’ Diċembru 2020 bil-ħsieb li tiġi adottata d-Deċiżjoni (UE) 2021/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tawtorizza lill-Kummissjoni biex tivvota favur iż-żieda fil-kapital awtorizzat tal-Fond Ewropew tal-Investiment

222

2021/C 445/35

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Diċembru 2020 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 10/2020 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020 – Żieda fl-approprjazzjonijiet ta' pagament f'konformità mal-previżjonijiet aġġornati tan-nefqa u aġġustamenti oħra tan-nefqa u d-dħul (13643/2020 – C9-0395/2020 – 2020/0298(BUD))

223

2021/C 445/36

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li ma ssir ebda oġġezzjoni għar-Regolament delegat tal-Kummissjoni tad-29 ta' Ottubru 2020 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2019/2124 fir-rigward tal-kontrolli uffiċjali fil-post ta' kontroll fuq il-fruntiera minn fejn l-oġġetti jitilqu mill-Unjoni u ċerti dispożizzjonijiet dwar it-tranżitu u t-trażbord (C(2020)07418 – 2020/2855(DEA))

225

2021/C 445/37

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew biex ma titqajjem l-ebda oġġezzjoni għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni tas-7 ta' Diċembru 2020 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-marka ta' identifikazzjoni li għandha tintuża għal ċerti prodotti li joriġinaw mill-annimali fir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta' Fuq (C(2020)08765 – 2020/2907(DEA))

227

2021/C 445/38

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li ma ssir ebda oġġezzjoni għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni tal-20 ta' Novembru 2020 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 fir-rigward tal-limiti ta' żmien għall-preżentazzjoni ta' dikjarazzjonijiet fil-qosor tad-dħul u dikjarazzjonijiet ta' qabel it-tluq f'każ ta' trasport bil-baħar mir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq, iċ-Channel Islands u Isle of Man u lejhom (C(2020)08072 – 2020/2890(DEA))

229

2021/C 445/39

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li ma ssir l-ebda oġġezzjoni għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni tas-6 ta' Novembru 2020 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2019/815 fir-rigward tal-aġġornament tal-2020 tat-tassonomija stipulata fl-istandards tekniċi regolatorji għall-format elettroniku uniku għar-rappurtar (C(2020)7523 – 2020/2865(DEA))

231

 

L-Erbgħa 16 ta’ Diċembru 2020

2021/C 445/40

P9_TA(2020)0354
Dispożizzjonijiet tranżizzjonali għall-appoġġ mill-FAEŻR u mill-FAEG fis-snin 2021 u 2022***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Diċembru 2020 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi ċerti dispożizzjonijiet tranżizzjonali għall-appoġġ mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u mill-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG) fis-sena 2021 u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 229/2013 u (UE) Nru 1308/2013 fir-rigward tar-riżorsi u d-distribuzzjoni tagħhom fir-rigward tas-sena 2021 u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013, (UE) Nru 1306/2013 u (UE) Nru 1307/2013 fir-rigward tar-riżorsi u l-applikazzjoni tagħhom fis-sena 2021 (COM(2019)0581 – C9-0162/2019 – 2019/0254(COD))
P9_TC1-COD(2019)0254
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-16 ta' Diċembru 2020 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2020/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi ċerti dispożizzjonijiet tranżizzjonali għall-appoġġ mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u mill-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG) fis-snin 2021 u 2022 ▌u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013, (UE) Nru 1306/2013 u (UE) Nru 1307/2013 fir-rigward tar-riżorsi u l-applikazzjoni fis-snin 2021 u 2022 u r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 fir-rigward tar-riżorsi u d-distribuzzjoni ta' tali appoġġ fir-rigward tas-snin 2021 u 2022

233

2021/C 445/41

P9_TA(2020)0355
Riżorsi addizzjonali fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19: REACT-EU ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Diċembru 2020 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 fir-rigward ta' riżorsi addizzjonali eċċezzjonali u arranġamenti implimentattivi taħt il-mira tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi biex jipprovdi assistenza għat-trawwim ta' miżuri li jsewwu d-dannu kkawżat mill-kriżi fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 u t-tħejjija ta' rkupru ekoloġiku, diġitali u reżiljenti tal-ekonomija (REACT-EU) (COM(2020)0451 – C9-0149/2020 – 2020/0101(COD))
P9_TC1-COD(2020)0101
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-16 ta' Diċembru 2020 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2020/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 fir-rigward ta' riżorsi addizzjonali u arranġamenti ta’ implimentazzjoni ▌biex jipprovdi assistenza għat-trawwim ta' miżuri li jsewwu d-dannu kkawżat mill-kriżi fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 u l-konsegwenzi soċjali tagħha u għat-tħejjija ta' rkupru ekoloġiku, diġitali u reżiljenti tal-ekonomija (REACT-EU)

237

2021/C 445/42

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Diċembru 2020 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar reġim ġenerali ta' kundizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni (09980/1/2020 – C9-0407/2020 – 2018/0136(COD))

238

2021/C 445/43

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Diċembru 2020 dwar l-abbozz ta' regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2021-2027 (09970/2020 – C9-0409/2020 – 2018/0166(APP))

240

 

Il-Ħamis 17 ta’ Diċembru 2020

2021/C 445/44

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Diċembru 2020 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013, fir-rigward tal-kooperazzjoni mal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew u l-effettività tal-investigazzjonijiet tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (10008/1/2020 – C9-0393/2020 – 2018/0170(COD))

256

2021/C 445/45

Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fis-17 ta’ Diċembru 2020 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 182/2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (COM(2017)0085 – C8-0034/2017 – 2017/0035(COD))

257

2021/C 445/46

P9_TA(2020)0374
Azzjoni tal-Unjoni għall-Kapitali Ewropej tal-Kultura għas-snin mill-2020 sal-2033 ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Diċembru 2020 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Nru 445/2014/UE li tistabbilixxi azzjoni tal-Unjoni għall-Kapitali Ewropej tal-Kultura għas-snin mill-2020 sal-2033 (COM(2020)0384 – C9-0275/2020 – 2020/0179(COD))
P9_TC1-COD(2020)0179
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-17 ta' Diċembru 2020 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Deċiżjoni (UE) 2020/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Nru 445/2014/UE li tistabbilixxi azzjoni tal-Unjoni għall-Kapitali Ewropej tal-Kultura għas-snin mill-2020 sal-2033

267

2021/C 445/47

P9_TA(2020)0381
Ċerti aspetti ta' sikurezza ferrovjarja u ta' konnettività ferrovjarja fir-rigward taċ-Channel Fixed Link ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Diċembru 2020 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti aspetti ta’ sikurezza u konnettività tal-infrastruttura ferrovjarja fir-rigward tal-infrastruttura transfruntiera li tgħaqqad l-Unjoni mar-Renju Unit permezz taċ-Channel Fixed Link (COM(2020)0782 – C9-0379/2020 – 2020/0347(COD))
P9_TC1-COD(2020)0347
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-17 ta’ Diċembru 2020 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2020/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti aspetti ta’ sikurezza u konnettività tal-infrastruttura ferrovjarja fir-rigward tal-infrastruttura transfruntiera li tgħaqqad l-Unjoni mar-Renju Unit permezz taċ-Channel Fixed Link

268

2021/C 445/48

P9_TA(2020)0389
Awtorizzazzjonijiet tas-sajd għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni fl-ilmijiet tar-Renju Unit u għall-operazzjonijiet tal-bastimenti tas-sajd tar-Renju Unit fl-ilmijiet tal-Unjoni ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-18 ta’ Diċembru 2020 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2017/2403 f’dak li għandu x’jaqsam mal-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni fl-ilmijiet tar-Renju Unit u għall-operazzjonijiet tal-bastimenti tas-sajd tar-Renju Unit fl-ilmijiet tal-Unjoni (COM(2020)0830 – C9-0396/2020 – 2020/0366(COD))
P9_TC1-COD(2020)0366
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-18 ta' Diċembru 2020 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2020/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2017/2403 fir-rigward ta' awtorizzazzjonijiet tas-sajd għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni fl-ilmijiet tar-Renju Unit u operazzjonijiet tal-bastimenti tas-sajd tar-Renju Unit fl-ilmijiet tal-Unjoni

269

 

Il-Gimgħa 18 ta’ Diċembru 2020

2021/C 445/49

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta’ Diċembru 2020 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar it-tieni abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021 (13892/2020 – C9-0408/2020 – 2020/0371(BUD))

270

2021/C 445/50

P9_TA(2020)0386
Regoli komuni li jiżguraw konnettività bażika tat-trasport tal-merkanzija bit-triq u tat-trasport tal-passiġġieri bit-triq fi tmiem il-perjodu ta' tranżizzjoni fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-18 ta’ Diċembru 2020 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni li jiżguraw konnettività bażika tat-trasport tal-merkanzija bit-triq u tat-trasport tal-passiġġieri bit-triq wara tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni msemmi fil-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (COM(2020)0826 – C9-0399/2020 – 2020/0362(COD))
P9_TC1-COD(2020)0362
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-18 ta' Diċembru 2020 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2020/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni li jiżguraw konnettività bażika tat-trasport tal-merkanzija bit-triq u tat-trasport tal-passiġġieri bit-triq wara tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni previst fil-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika

294

2021/C 445/51

P9_TA(2020)0387
Konnettività fit-trasport bl-ajru fi tmiem il-perjodu ta' tranżizzjoni fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-18 ta’ Diċembru 2020 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni li jiżguraw konnettività bażika fit-trasport bl-ajru wara tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni msemmi fil-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (COM(2020)0827 – C9-0398/2020 – 2020/0363(COD))
P9_TC1-COD(2020)0363
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-18 ta' Diċembru 2020 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2020/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni li jiżguraw konnettività bażika fit-trasport bl-ajru wara tmiem il-perijodu ta’ tranżizzjoni previst fil-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika

295

2021/C 445/52

P9_TA(2020)0388
Sikurezza tal-avjazzjoni fi tmiem il-perjodu ta' tranżizzjoni fir-rigward tail-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-18 ta’ Diċembru 2020 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti aspetti tas-sikurezza tal-avjazzjoni fir-rigward ta’ tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni msemmi fil-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika(COM(2020)0828 – C9-0397/2020 – 2020/0364(COD))
P9_TC1-COD(2020)0364
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-18 ta' Diċembru 2020 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2020/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsilldwar ċerti aspetti tas-sikurezza tal-avjazzjoni fir-rigward ta’ tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni previst fil-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika

296


Tifsira tas-simboli użati

*

Proċedura ta' konsultazzjoni

***

Proċedura ta' approvazzjoni

***I

Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari

***II

Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari

***III

Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tielet qari

(It-tip ta' proċedura jiddependi mill-bażi legali proposta mill-abbozz ta' att)

Emendi tal-Parlament:

Il-partijiet tat-testi l-ġodda huma indikati permezz tat-tipa korsiva u grassa . Il-partijiet tat-test imħassra huma indikati permezz tas-simbolu ▌ jew huma ingassati. Is-sostituzzjoni hija indikata billi t-test il-ġdid jiġi indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa u billi jitħassar jew jiġi ingassat it-test sostitwit.

MT

 


29.10.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 445/1


IL-PARLAMENT EWROPEW

SESSJONI 2020–2021

Seduti tal-14 sat-18 ta’ Diċembru 2020

TESTI ADOTTATI

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

RIŻOLUZZJONIJIET

Il-Parlament Ewropew

L-Erbgħa 16 ta’ Diċembru 2020

29.10.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 445/2


P9_TA(2020)0359

Strateġija ġdida għall-SMEs Ewropej

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Diċembru 2020 dwar strateġija ġdida għall-SMEs Ewropej (2020/2131(INI))

(2021/C 445/01)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 3(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, li jirreferi għas-suq intern, l-iżvilupp sostenibbli u l-ekonomija soċjali tas-suq,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta' Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta' intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju (SMEs) (1),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2011/7/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 dwar il-ġlieda kontra l-ħlas tard fi tranżazzjonijiet kummerċjali (2) (id-Direttiva dwar il-Ħlas Tard),

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1287/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi Programm għall-Kompetittività tal-Intrapriżi u l-intrapriżi ż-żgħar u ta' daqs medju (COSME) (2014-2020) u jħassar id-Deċiżjoni Nru 1639/2006/KE (3),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' Ottubru 2012 dwar l-Intrapriżi Żgħar u ta' Daqs Medju (SMEs): kompetittività u opportunitajiet kummerċjali (4),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Settembru 2015 dwar in-negozji tal-familja fl-Ewropa (5),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' April 2020 dwar azzjoni koordinata tal-UE biex tikkumbatti l-pandemija tal-COVID-19 u l-konsegwenzi tagħha (6),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Mejju 2020 dwar il-qafas finanzjarju pluriennali l-ġdid, ir-riżorsi proprji u l-pjan ta' rkupru (7),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' Lulju 2020 dwar il-konklużjonijiet tal-laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew tas-17-21 ta' Lulju 2020 (8),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta' Frar 2011 intitolata “Reviżjoni tal-‘Att dwar in-Negozji ż-Żgħar’ għall-Ewropa” (COM(2011)0078), u r-riżoluzzjoni tal-Parlament tat-12 ta' Mejju 2011 dwar dik il-komunikazzjoni (9),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta' Diċembru 2011 intitolata “Pjan ta' azzjoni għat-titjib tal-aċċess għall-finanzi għall-SMEs” (COM(2011)0870),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta' Marzu 2013 intitolata “Regolamentazzjoni Intelliġenti – Inwieġbu għall-ħtiġijiet tal-intrapriżi żgħar u medji” (COM(2013)0122),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta' Novembru 2016 intitolata ''Il-mexxejja li jmiss tal-Ewropa: l-Inizjattiva favur in-Negozji l-ġodda u n-Negozji li qed jespandu'' (COM(2016)0733),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Diċembru 2019 dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew (COM(2019)0640),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Frar 2020 intitolata “Insawru l-futur diġitali tal-Ewropa” (COM(2020)0067),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta' Marzu 2020, intitolata “Strateġija għall-SMEs għal Ewropa sostenibbli u diġitali” (COM(2020)0103),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta' Marzu 2020 intitolata “Strateġija Industrijali Ġdida għall-Ewropa” (COM(2020)0102),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Marzu 2020 intitolata “Pjan ta' Azzjoni ġdid dwar l-Ekonomija Ċirkolari: Għal Ewropea aktar nadifa u kompetittiva” (COM(2020)0098),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta' Mejju 2020 intitolata “Il-mument tal-Ewropa: Tiswija u Tħejjija għall-Ġenerazzjoni li Jmiss” (COM(2020)0456),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta' Mejju 2020 intitolata “Programm ta' Ħidma Aġġustat tal-Kummissjoni 2020” (COM(2020)0440),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-1 ta' Lulju 2020 intitolata “Aġenda għall-Ħiliet għall-Ewropa għall-kompetittività sostenibbli, il-ġustizzja soċjali u r-reżiljenza” (COM(2020)0274),

wara li kkunsidra r-Rapport Annwali dwar l-SMEs Ewropej għall-2018/2019 ta' Novembru 2019,

wara li kkunsidra t-Tbassir Ekonomiku Ewropew tal-Kummissjoni tar-Rebbiegħa 2020,

wara li kkunsidra r-Rapport Speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri 02/2020 tat-22 ta' Jannar 2020 u intitolat “It-tħaddim tal-Istrument għall-SMEs: programm effettiv u innovattiv li qed jiffaċċja xi sfidi”,

wara li kkunsidra s-sejbiet tal-Indiċi tal-Ekonomija u s-Soċjetà Diġitali 2020, ippubblikati fil-11 ta' Ġunju 2020,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Bank Dinji, “Global Economic Prospects” (Prospettivi Ekonomiċi Globali) ta' Ġunju 2020,

wara r-rapport tal-OECD tal-10 ta' Diċembru 2019 intitolat “The Missing Entrepreneurs 2019”,

wara li kkunsidra l-Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali u tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni,

wara li kkunsidra l-ittra mingħand il-Kumitat għall-Affarijiet Legali,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A9-0237/2020),

A.

billi l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni intitolata “Strateġija għall-SMEs għal Ewropa sostenibbli u diġitali” ġiet ippubblikata fl-10 ta' Marzu 2020, filwaqt li fil-11 ta' Marzu 2020 d-WHO ħarġet twissija tal-pandemija tal-COVID-19 (10), b'impatt sinifikanti fuq l-ambjent ekonomiku, soċjali u politiku li fih joperaw l-SMEs u dan irrenda neċessarja reviżjoni tal-istrateġija minħabba l-bidliet f'ħafna kundizzjonijiet ekonomiċi, soċjali u politiċi; billi l-istrateġija tal-Kummissjoni ppreżentata f'Marzu 2020 għadha tipproponi soluzzjonijiet biex tindirizza l-isfidi strutturali ekonomiċi, soċjali u ambjentali li l-SMEs kienu qed jiffaċċjaw qabel il-kriżi tal-COVID-19, kif ukoll l-isfidi li ġejjin relatati mat-tranżizzjoni diġitali u dik ambjentali; billi l-Kummissjoni għandha tippreżenta verżjoni aġġornata tal-komunikazzjoni tagħha dwar strateġija ġdida għall-SMEs li tirrifletti l-punti mqajma f'din ir-riżoluzzjoni; billi l-kompetittività Ewropea għadha lura meta mqabbla ma' dik ta' ekonomiji żviluppati oħra, u dan jhedded il-potenzjal tal-Ewropa li tiġġenera l-ġid u l-prosperità;

B.

billi l-24 miljun SME fl-UE ta' 27 Membru huma s-sinsla tal-ekonomija u, qabel il-pandemija ġġeneraw aktar minn nofs il-PDG tal-UE filwaqt li impjegaw madwar 100 miljun ħaddiem; billi 98,9 % tal-intrapriżi fl-ekonomija tan-negozju mhux finanzjarja tal-UE huma intrapriżi żgħar b'anqas minn 49 ħaddiem (11); billi l-intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju (MSMEs), kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f'dak tal-UE, huma kumplessi ħafna u eteroġeni minħabba d-daqs tagħhom u d-diversità kbira tas-setturi ta' attività li jkopru; billi l-SMEs huma vitali għall-iżvilupp u r-reżiljenza tal-ktajjen tal-valur industrijali Ewropej u jikkontribwixxu b'mod sinifikanti għall-ekonomiji lokali, reġjonali u nazzjonali;

C.

billi l-SMEs għandhom ikunu fiċ-ċentru tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u tal-istrateġija diġitali, u li jiġu appoġġjati b'mod xieraq minn strumenti finanzjarji mfassla apposta u ambjent leġiżlattiv favorevoli għall-SMEs, sabiex ikun jista' jkollhom rwol importanti fit-tkabbir tal-ekonomija Ewropea, kif ukoll fl-objettivi strateġiċi usa' tal-Unjoni, inklużi l-objettivi ambjentali sal-2050; billi fir-riżoluzzjoni tiegħu dwar azzjoni koordinata tal-UE biex tikkumbatti l-pandemija tal-COVID-19 u l-konsegwenzi tagħha, il-Parlament saħaq li l-Patt Ekoloġiku Ewropew u t-trasformazzjoni diġitali għandhom jiffaċilitaw l-istrateġiji ta' rkupru u rikostruzzjoni ta' wara l-COVID-19; billi l-SMEs jeħtiġilhom ikunu involuti u appoġġjati b'mod attiv fl-istrateġija diġitali tal-UE u fil-Patt Ekoloġiku Ewropew sabiex itejbu l-kompetittività tagħhom u jisfruttaw il-potenzjal tagħhom għad-diġitalizzazzjoni, l-introduzzjoni ta' soluzzjonijiet innovattivi u l-indirizzar ta' kwistjonijiet ta' tħassib ambjentali u tas-soċjetà urġenti; billi l-kontribut tal-SMEs se jkun kruċjali għas-suċċess ta' dawn l-istrateġiji;

D.

billi l-kriżi ekonomika u l-prospetti ekonomiċi xejn sbieħ ikkawżati mill-pandemija rriżultaw f'għadd kunsiderevoli u indeterminat ta' SMEs u negozji ġodda jaslu f'xifer l-insolvenza; billi fl-2018 40 % biss tal-kumpaniji tħallsu fil-ħin; billi l-kriżi ta' likwidità li minħabba fiha qed isofru ħafna SMEs mhux biss se jkollha riperkussjonijiet negattivi fuq l-operazzjonijiet ta' kuljum tagħhom, iżda wkoll fuq il-perspettivi futuri ta' tkabbir tagħhom, u dan iżommhom milli jippjanaw b'mod xieraq l-investimenti fit-tul;

E.

billi x-xiri ta' assi ta' emerġenza mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) b'reazzjoni għall-kriżi ekonomika kkawżata mill-pandemija prinċipalment jgħin lill-kumpaniji akbar, peress li jiddependu aktar mis-suq tad-dejn kummerċjali, iżda ma jtejjibx il-kundizzjonijiet finanzjarji għall-SMEs; billi l-UE u l-Istati Membri għandhom jaġixxu b'mod kuraġġuż u rapidu biex jimminimizzaw ir-riskji ekonomiċi, soċjali u strateġiċi assoċjati mal-għajbien ta' dawn il-kumpaniji; jirrikonoxxi li s-self mill-banek huwa tradizzjonalment is-sors ewlieni ta' finanzjament estern għall-SMEs fl-Unjoni, u dan jirrappreżenta aktar minn tliet kwarti tal-finanzjament tal-SMEs, li jagħmel lill-SMEs partikolarment vulnerabbli għal tnaqqis fis-self mill-banek; billi l-SMEs m'għandhomx l-għodod biex jiffaċċjaw kriżi fit-tul, u l-miżuri nazzjonali m'għandhomx jaffettwaw b'mod negattiv is-suq intern tal-UE;

F.

billi l-impatt tad-defiċit ta' kapital bħala konsegwenza tal-kriżi tal-COVID-19 se jvarja bejn is-setturi, it-tipi ta' kumpaniji u l-Istati Membri, u jwassal għal diverġenzi fis-suq intern; billi huwa importanti li jinżammu kundizzjonijiet ekwi sabiex jiġu minimizzati d-distorsjonijiet għall-kompetizzjoni fi ħdan is-suq intern, filwaqt li d-differenza fil-prestazzjoni tat-tkabbir bejn l-Istati Membri hija waħda mill-kawżi ta' żvilupp ekonomiku inugwali fi ħdan l-UE; billi l-SMEs ibatu saħansitra aktar minn kompetizzjoni globali kbira u spiss deregolata;

G.

billi l-Prospettiva Ekonomika tal-OECD ma teskludix, fil-każ ta' mewġa serja oħra tal-COVID-19, li t-telf ta' dħul sa tmiem l-2021 jaqbeż dak ta' kwalunkwe reċessjoni preċedenti f'dawn l-aħħar mitt sena (12); billi, wara t-tifqigħa tal-COVID-19, l-għajnuna mill-Istat ma għandhiex twassal għal distorsjonijiet tal-kompetizzjoni fis-suq intern bejn l-SMEs minn pajjiżi differenti; billi l-pandemija wriet li t-tranżizzjoni diġitali hija tal-akbar importanza u enfasizzat il-ħtieġa għad-diġitalizzazzjoni tal-ekonomija biex tiġi żgurata reżiljenza aħjar fil-futur, filwaqt li l-isfidi ambjentali jippersistu u jeħtieġ li jiġu indirizzati; billi l-UE qed tiffaċċja kompetizzjoni iebsa minn atturi globali; billi l-innovazzjoni tirrappreżenta mod effettiv biex l-SMEs jibnu tkabbir fit-tul u sostenibbli;

H.

billi l-adozzjoni ta' prattiki, innovazzjonijiet u teknoloġiji ambjentalment sostenibbli mistennija toħloq opportunitajiet ta' impjiegi u ta' negozju ġodda għall-SMEs filwaqt li ttejjeb il-kompetittività tagħhom u tnaqqas l-ispejjeż tagħhom, dment li jkunu stabbiliti l-kundizzjonijiet amministrattivi, regolatorji u tekniċi t-tajba; billi ħafna SMEs jixtiequ jtejbu l-prestazzjoni ambjentali tagħhom, l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi u tal-enerġija, l-użu ta' teknoloġiji diġitali u l-introduzzjoni ta' soluzzjonijiet innovattivi, li kollha kemm huma se jkunu kruċjali għall-appoġġ tat-tkabbir u l-kompetittività fit-tul u sostenibbli tagħhom, kif ukoll biex ikunu jistgħu jiżvolġu rwol ewlieni biex jinkisbu riżultati ta' ekoinnovazzjoni; billi għal dan il-għan, għandu jiġi pprovdut aċċess aħjar għall-finanzjament u l-appoġġ tekniku;

I.

billi, skont l-Indiċi tal-Ekonomija u s-Soċjetà Diġitali tal-2020 tal-Kummissjoni (13), ħafna SMEs għad m'għandhomx aċċess sħiħ għad-diġitalizzazzjoni u għadhom lura meta mqabbla ma' ditti kbar kemm f'termini ta' ħiliet diġitali kif ukoll ta' diġitalizzazzjoni tal-operazzjonijiet tagħhom, parzjalment minħabba kompetizzjoni inġusta minn kumpaniji multinazzjonali; billi l-istess regoli għandhom japplikaw kemm fis-swieq uniċi diġitali kif ukoll f'dawk mhux diġitali sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi filwaqt li jiġu evitati impatti negattivi fuq id-drittijiet tax-xogħol u dawk soċjali; billi l-użu tad-data jista' jwassal għal vantaġġ kompetittiv u jippermetti lill-SMEs jaħsdu l-benefiċċji tat-tranżizzjoni diġitali, filwaqt li l-enfasi fuq il-litteriżmu u l-ħiliet diġitali għandha timxi id f'id mat-tisħiħ tal-investiment tal-UE fl-infrastruttura diġitali kif ukoll mat-titjib tal-aċċess għad-data għall-SMEs u oqfsa kummerċjali u regolatorji ġusti f'kull tip ta' ambjent tas-suq, jiġifieri minn negozju għal negozju, minn negozju għal konsumatur u minn negozju għal gvern;

J.

billi waħda mill-isfidi ewlenin biex jiġi sfruttat il-potenzjal tad-diġitalizzazzjoni hija li jinstabu impjegati b'ħiliet speċjalizzati; billi l-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-gvernijiet lokali għandhom jaġixxu biex itejbu l-ambjent tan-negozju sabiex jiżguraw il-kompetittività tal-SMEs kif ukoll it-tkabbir ekonomiku sostenibbli u fit-tul tal-Unjoni; billi l-istrateġija tal-Unjoni għall-SMEs tirrappreżenta opportunità biex titrawwem il-kultura intraprenditorjali ta' gruppi sottorappreżentati u biex tgħinhom jisfruttaw l-opportunitajiet li jirriżultaw mit-tranżizzjoni diġitali u minn dik ekoloġika;

K.

billi t-tisħiħ ta' kultura intraprenditorjali jista' jippermetti lill-SMEs jikkontribwixxu bis-sħiħ għat-tranżizzjoni doppja u jibbenefikaw minnha u jżidu l-ħolqien tal-impjiegi u b'hekk l-impatt tal-SMEs fuq is-suq tax-xogħol; billi n-nisa jikkostitwixxu 52 % tat-total tal-popolazzjoni Ewropea, iżda 34,4 % biss tal-persuni li jaħdmu għal rashom fl-UE u 30 % tal-intraprendituri ġodda (14); billi l-kreattività u l-potenzjal intraprenditorjali tan-nisa għadhom ma ġewx sfruttati u għandhom jiġu żviluppati aktar;

L.

billi l-piżijiet regolatorji għandhom jitnaqqsu, bħall-ispejjeż finanzjarji u “problematiċi” ta' konformità kkawżati minn regolamentazzjoni żejda u proċeduri amministrattivi kumplessi żżejjed, inklużi l-isfidi relatati mal-litigazzjoni dwar il-privattivi, pereżempju fil-qasam tal-protezzjoni tal-proprjetà intellettwali iżda wkoll b'referenza għall-opportunitajiet ta' finanzjament; billi l-innovazzjoni mhijiex assoċjata mar-regolamentazzjoni, iżda tiddependi minn sforzi kollaborattivi li fihom in-negozji jinteraġixxu biex jiskambjaw l-għarfien u l-informazzjoni u biex jikkombinaw ideat u finanzjament mas-sħab bħala parti minn sistemi ta' innovazzjoni usa'; billi l-għotjiet ġeneralment għandhom probabbiltà akbar mill-krediti tat-taxxa li jaslu għand l-SMEs jew l-attivitajiet li fihom l-SMEs għandhom probabbiltà akbar li jkunu involuti;

M.

billi d-definizzjoni ta' SME mill-UE ssir referenza għaliha f'aktar minn 100 att legali tal-UE li jkopru firxa wiesgħa ta' politiki; billi l-Kummissjoni se tkompli teżamina d-definizzjoni attwali u tirrapporta dwar kwistjonijiet speċifiċi mqajma fil-konsultazzjoni pubblika l-aktar reċenti, bħal strutturi ta' sjieda kumplessi jew effetti possibbli ta' intrappolament tal-klijentela; billi l-Kummissjoni għad trid tikkonforma ruħha mas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tas-15 ta' Settembru 2016 li tirrikjedi kjarifika dwar il-kriterji ta' “indipendenza” u “awtonomija”;

N.

billi l-mikrointrapriżi jirrappreżentaw proporzjon sinifikanti tal-SMEs Ewropej u ħafna drabi jkollhom diffikultajiet biex jiksbu aċċess għall-finanzi, kif ukoll biex jiksbu għarfien dwar l-opportunitajiet li huma disponibbli fil-livell Ewropew u dak nazzjonali; billi din il-kategorija ta' negozji ntlaqtet ħażin ħafna mill-kriżi tal-COVID-19 u, mingħajr preġudizzju għad-definizzjoni attwali tal-SMEs, jistħoqqilha tirċievi aktar assistenza u tiġi promossa aħjar;

O.

billi l-kumpaniji b'kapitalizzazzjoni medja jikkontribwixxu b'mod sinifikanti għall-impjiegi u t-tkabbir, speċjalment f'uħud mill-Istati Membri; billi l-Kummissjoni, bħala parti mill-inizjattiva REFIT, għandha tivvaluta l-ħtieġa ta' definizzjoni separata ta' kapitalizzazzjoni medja sabiex tippermetti miżuri mmirati, filwaqt li tiżgura li dan ma jwessax id-definizzjoni eżistenti ta' SME u lanqas ma jikkomprometti bl-ebda mod l-appoġġ għall-SMEs;

Sfidi strutturali qabel il-kriżi tal-COVID-19

1.

Jilqa' l-istrateġija tal-Kummissjoni għall-SMEs u jaqbel mal-fehma tagħha li l-SMEs huma essenzjali għall-ekonomija Ewropea; jenfasizza l-ħtieġa li tiġi aġġornata l-istrateġija għall-SMEs fid-dawl tal-kriżi tal-COVID-19, filwaqt li tinżamm l-enfasi fuq l-avvanz tat-tranżizzjoni lejn soċjetà soċjalment, ekonomikament u ambjentalment reżiljenti u ekonomija kompetittiva, u jitlob, għalhekk, li l-istrateġija għall-SMEs tiġi allinjata mal-istrateġija industrijali, l-istrateġija Ewropea għad-data (15) u l-Patt Ekoloġiku Ewropew, sabiex l-SMEs kollha jiġu involuti u appoġġjati b'mod attiv fit-tranżizzjoni doppja, bil-għan li jinkisbu kompetittività aħjar, tkabbir fit-tul u reżiljenza aħjar;

2.

Jappella, barra minn hekk, għal miżuri biex jittejjeb l-ambjent għall-ħolqien tan-negozju u biex jissaħħaħ l-ispirtu intraprenditorjali, inkluż permezz tat-tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi fuq l-SMEs; jitlob, f'dan ir-rigward, l-adozzjoni ta' pjan ta' azzjoni għall-SMEs b'objettivi ċari, objettivi intermedji u skeda ta' żmien, akkumpanjat minn monitoraġġ, rapportar u evalwazzjonijiet regolari; jenfasizza, f'dan il-kuntest, il-ħtieġa li jissaħħaħ l-ispirtu intraprenditorjali fl-Unjoni u li jiġu pprovduti l-kundizzjonijiet li jippermettu lin-negozji l-ġodda u lill-SMEs eżistenti jirnexxu u jinnovaw, u b'hekk jikkontribwixxu għas-sostenibbiltà ekonomika, soċjali u ambjentali u l-kompetittività ekonomika tal-Unjoni;

3.

Jirrikonoxxi li l-piżijiet amministrattivi u regolatorji żejda qed ixekklu l-kapaċità tal-SMEs li jirnexxu peress li huma neqsin mir-riżorsi meħtieġa biex jissodisfaw rekwiżiti burokratiċi kumplessi;

4.

Jilqa' għalhekk l-impenn tal-Kummissjoni li tintroduċi prinċipju “one in, one out”, iżda jfakkar li dan iżomm biss l-istatus quo fil-leġiżlazzjoni, li mhijiex ambizzjoni suffiċjenti, u jenfasizza l-ħtieġa li l-Istati Membri jevitaw il-“gold-plating” bħala l-ewwel pass biex irażżnu l-mewġa kbira ta' regolamentazzjoni ġdida; ifakkar li l-amministrazzjoni pubblika, kemm fil-livell Ewropew kif ukoll f'dak nazzjonali, għandha rwol ewlieni biex tiżgura l-iffaċilitar tal-kummerċ u pereżempju fil-promozzjoni ta' investimenti li għandhom l-għan li jagħtu spinta lill-kompetittività ekonomika, filwaqt li jiġu ssalvagwardjati l-ogħla standards ta' trasparenza, saħħa, drittijiet u sikurezza tal-ħaddiema u ħarsien ambjentali;

5.

Jistieden għalhekk lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jirrikonoxxu l-ħtieġa għal regolamentazzjoni aħjar u simplifikazzjoni u biex jadottaw pjan direzzjonali b'miri u indikaturi konkreti u vinkolanti bħala prerekwiżit importanti għall-kapaċità tal-ekonomija tagħna li tirkupra u tinnova, u għas-salvagwardja tal-kompetittività tal-kumpaniji tal-UE; jinnota li diversi Stati Membri stabbilew miri kwantitattivi sa 30 % (16) għat-tnaqqis tal-piż amministrattiv u jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi miri kwantitattivi u kwalitattivi ambizzjużi u vinkolanti fil-livell tal-UE għat-tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi, malajr kemm jista' jkun wara li twettaq valutazzjoni tal-impatt u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn Ġunju 2021, u qabel il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni;

6.

Jinnota li dan il-pjan direzzjonali għandu jidentifika l-oqsma fejn il-piż amministrattiv u regolatorju għall-SMEs għandu jitnaqqas b'mod sostanzjali sabiex jitnaqqsu l-ispejjeż tal-konformità, inkluża l-burokrazija, u jappoġġja lill-Istati Membri biex jiksbu tnaqqis rapidu fl-għadd ta' regoli filwaqt li jiżguraw id-drittijiet tal-ħaddiema, l-istandards soċjali u tas-saħħa u l-protezzjoni ambjentali; jissottolinja li, sabiex tiġi mmonitorjata l-effikaċja fit-tnaqqis tal-burokrazija, huwa importanti wkoll li tali miżuri jiġu vvalutati ex post, filwaqt li titqies il-perspettiva tal-SMEs u ma jiġux imminati d-drittijiet tal-ħaddiema;

7.

Jappella għal allinjament regolatorju mtejjeb li jkun akkumpanjat minn diġitalizzazzjoni intelliġenti, aktar faċilità tal-użu għall-utent, proċeduri aktar simplifikati u proċeduri tad-data aktar sikuri u privati; jitlob, f'dan ir-rigward, aktar assistenza teknika u amministrattiva fil-livell nazzjonali u fil-livell tal-UE, skambju tal-aħjar prattiki u opportunitajiet ta' taħriġ għall-SMEs; jistieden lill-Kummissjoni tiġġestixxi punt ta' dħul diġitali uniku veru għal kull tfittxija ta' informazzjoni dwar l-opportunitajiet ta' finanzjament tal-UE għall-SMEs, u tiżgura li l-iskemi ta' appoġġ tal-UE, inklużi dawk li jindirizzaw il-konsegwenzi tal-COVID-19, ikun fihom komponent qawwi ddedikat lill-SMEs;

8.

Jilqa' l-kisbiet tal-applikazzjoni tal-prinċipji ta' Regolamentazzjoni Aħjar s'issa; jinnota li jeħtieġ li jsir aktar progress, b'mod partikolari fil-qasam tas-simplifikazzjoni u l-istandardizzazzjoni tal-forom u l-proċeduri, bl-implimentazzjoni konsistenti tal-prinċipji “ta' darba biss” u “diġitali b'mod awtomatiku”, kemm fil-livell tal-UE kif ukoll f'dak tal-Istati Membri, u t-tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi b'mod ġenerali;

9.

Jistieden lill-Kummissjoni tanalizza bir-reqqa l-impatti ekonomiċi u soċjali tal-kriżi tal-COVID-19 fuq l-SMEs u tqis it-tħassib tal-SMEs li jirriżulta mill-kriżi tal-COVID-19 meta twettaq il-valutazzjonijiet tal-impatt qabel ma tipproponi leġiżlazzjoni;

10.

Jappella, għalhekk, għal test vinkolanti li jkun kapaċi jivvaluta, fir-rigward tal-SMEs, l-ispejjeż u l-benefiċċji tal-proposti leġiżlattivi, inklużi l-impatt ekonomiku tagħhom u l-impatt tagħhom fuq l-impjegati tal-SMEs; jistenna li r-riżultati tat-test tal-SMEs jitqiesu bis-sħiħ fil-proposti leġiżlattivi kollha u li jintwera b'mod ċar kif se tinkiseb is-simplifikazzjoni u, fejn possibbli, jiġu fformulati rakkomandazzjonijiet addizzjonali biex jiġu evitati piżijiet amministrattivi jew regolatorji żejda għall-SMEs; ifakkar li l-enfasi prinċipali matul il-proċess leġiżlattiv tal-UE għandu jkun fuq il-kwalità tal-valutazzjonijiet tal-impatt aktar milli fuq il-ħeffa li biha jitlestew l-inizjattivi; jistieden lill-Istati Membri jiġbru flimkien u jippromwovu l-aħjar prattiki u jiżviluppaw linji gwida għall-implimentazzjoni sistematika ta' testijiet tal-SMEs anke fil-livell nazzjonali;

11.

Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura l-effikaċja u l-funzjonament tajjeb tal-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju (RSB) billi tiżgura li jkollu maġġoranza ta' esperti esterni u appoġġ miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka; itenni li l-indipendenza, it-trasparenza u l-oġġettività tal-RSB u l-ħidma tiegħu jridu jiġu żgurati u li l-membri tal-Bord ma għandhom jiġu soġġetti għall-ebda kontroll politiku, kunflitt ta' interess jew preġudizzju; jistieden lill-Kummissjoni tiggarantixxi rappreżentanza bbilanċjata ta' kumpaniji kbar u żgħar fil-korpi u l-kumitati rilevanti kollha assoċjati mat-tfassil tal-politika tal-UE, inkluż fuq l-RSB; iqis li r-rekwiżit attwali li jkun hemm biss rappreżentant wieħed tal-SMEs fuq l-RSB, li jirrappreżenta lill-SMEs kollha fis-setturi kollha, huwa insuffiċjenti, meta titqies il-varjetà kbira ta' SMEs fl-Ewropa;

12.

Jitlob implimentazzjoni mġedda tal-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar (SBA); jissottolinja l-ħtieġa tal-applikazzjoni konsistenti tal-prinċipju “aħseb l-ewwel fiż-żgħir” u t-tisħiħ tal-prinċipju li wieħed ikollu viżibbiltà “kbira fuq affarijiet kbar, u żgħira fuq affarijiet żgħar” sabiex tiġi żgurata enfasi xierqa fuq l-SMEs fil-leġiżlazzjoni tal-UE u dik nazzjonali u bħala l-bażi għal impenn interistituzzjonali ġdid biex jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi;

13.

Jieħu nota tal-pjan tal-Kummissjoni li taħtar rappreżentant iddedikat tal-SMEs tal-UE biex iġib aktar viżibbiltà għall-kwistjonijiet ta' tħassib tal-SMEs u barra minn hekk jistieden lill-Kummissjoni tqiegħed lir-rappreżentant tal-SMEs f'unità ċentrali taħt il-President tal-Kummissjoni sabiex tippermetti sorveljanza fuq kwistjonijiet tal-SMEs fid-Direttorati Ġenerali kollha; jistieden lill-Kummissjoni tibni fuq il-proċess eżistenti ta' analiżi tal-prestazzjoni tal-SMEs u tinvolvi ruħha f'dibattitu annwali dwar “L-Istat tal-Unjoni tal-SMEs” li għandu jsir f'seduta plenarja tal-Parlament Ewropew; jissottolinja l-opportunità li tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn in-network ta' Rappreżentanti tal-SMEs u l-organizzazzjonijiet nazzjonali u lokali li jirrappreżentaw lill-SMEs;

14.

Iqis li l-objettivi tal-UE fil-qasam tas-sostenibbiltà u dak tad-diġitalizzazzjoni għandhom ikunu dejjem akkumpanjati minn riżorsi finanzjarji u riżorsi ta' tip ieħor biex l-Istati Membri jkunu jistgħu jippromwovu t-tranżizzjoni tal-SMEs fiż-żewġ oqsma, peress li dan huwa ta' importanza partikolari fir-reġjuni anqas żviluppati; jenfasizza li tali objettivi ma jistgħux ikunu kontradittorji u, għall-kuntrarju, iridu jissaħħu b'mod reċiproku u jkunu akkumpanjati minn miżuri li jissalvagwardjaw l-impjiegi bi drittijiet u kundizzjonijiet tax-xogħol imtejba;

15.

Jiddispjaċih li l-SMEs esperjenzaw aktar diffikultajiet minn kumpaniji akbar fl-aċċess għall-finanzjament, minħabba, fost raġunijiet oħra, diversi miżuri monetarji u l-qafas regolatorju; jissuġġerixxi, f'dan ir-rigward, li jittieħdu azzjonijiet biex jissaħħaħ l-aċċess għall-kreditu għall-SMEs, inklużi l-mikrointrapriżi u n-negozji ġodda; ifakkar li l-SMEs normalment ma jkollhomx biżżejjed riżorsi finanzjarji u umani biex jipparteċipaw fuq l-istess livell ta' partijiet ikkonċernati oħra, b'mod partikolari l-korporazzjonijiet multinazzjonali, fil-proċess tal-aċċess għall-istrumenti finanzjarji;

16.

Jesprimi tħassib dwar id-diffikultajiet fl-aċċess tal-linji ta' finanzjament tal-BEI li jiffaċċjaw il-biċċa l-kbira tal-SMEs, b'mod partikolari dawk b'kapitalizzazzjoni limitata, u jitlob li l-kundizzjonijiet tal-aċċess iqisu l-ħtieġa ta' involviment akbar tal-SMEs; jiddispjaċih li ħafna SMEs, inklużi mikrointrapriżi u negozji ġodda, mhumiex kapaċi jiksbu aċċess għall-finanzjament tal-UE minħabba li mhumiex konxji dwar dak li huwa disponibbli, iżda wkoll minħabba d-dewmien u l-kumplessità eċċessiva tal-proċeduri rilevanti u l-kriterji ta' eliġibbiltà; jistieden lill-Kummissjoni tneħħi ostakli bħal dawn billi tissimplifika l-proċeduri, tiżgura aċċess online għall-informazzjoni, u tkompli tappoġġja inċentivi mfassla apposta għall-SMEs u l-mikrointrapriżi;

17.

Ifakkar lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni, f'dan ir-rigward, li hemm ħtieġa immedjata li terġa' tiġi stabbilita l-likwidità tal-SMEs biex jiġi żgurat il-funzjonament bażiku tagħhom u jwissi li s-sopravivenza tal-SMEs wara l-COVID-19, b'mod partikolari tal-mikrointrapriżi, minħabba d-dgħufijiet strutturali tagħhom meta mqabbla ma' negozji akbar, se tiddependi fuq it-teħid ta' deċiżjonijiet b'mod rapidu, il-finanzjament adegwat u d-disponibbiltà fil-pront tal-likwidità;

18.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jagħmlu l-aħjar użu mill-istrumenti tal-UE li ġejjin taħt il-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) li jmiss skont il-ħtiġijiet speċifiċi tal-komunitajiet lokali u b'kont meħud, kull meta jkun possibbli, tal-ispeċifiċitajiet settorjali u nazzjonali eżistenti; ifakkar li huma mistennija, fost affarijiet oħra, li jidderieġu l-investimenti lejn l-SMEs;

19.

Jesprimi d-dispjaċir tiegħu għall-fatt li l-Pjan ta' Rkupru ftit iffoka fuq l-SMEs, u jappella għal miżuri li jiżguraw aċċess faċli għall-SMEs;

20.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tadatta aħjar il-finanzjament tal-UE biex tattira aktar parteċipazzjoni minn SMEs mhux diġitali, innovattivi u ta' teknoloġija avvanzata, u jitlob, barra minn hekk, li t-tfassil ta' strumenti ġodda tal-UE jqis jekk il-finanzjament jistax jintuża b'mod raġonevoli mill-SMEs u jkunx adattat għall-ħtiġijiet tagħhom, u biex tiżgura li l-SMEs ikunu jistgħu jibbenefikaw daqs is-sħab l-oħra kollha involuti fil-katina tal-valur, għall-benefiċċju tal-kompetittività globali tal-Ewropa; ifakkar li, sabiex in-negozji ġodda jiġu megħjuna jirnexxu, huwa kruċjali li tiġi żgurata provvista ta' “kapital paċenzjuż” li jkollu l-għan li jikseb benefiċċji speċifiċi għal investimenti fit-tul u li l-fornituri tiegħu jkunu jistgħu jżommu l-investiment tagħhom anke fid-dawl ta' kundizzjonijiet avversi fuq terminu qasir;

21.

Jenfasizza l-ħtieġa li l-korpi tal-UE jindirizzaw lin-networks tal-SMEs b'mod proattiv fil-livelli lokali, reġjonali u nazzjonali, sabiex jipprovdu informazzjoni u gwida f'waqthom għall-użu ta' possibbiltajiet ta' finanzjament tal-UE disponibbli u ppjanati; ifakkar lill-Kummissjoni tuża l-mezzi kollha ta' komunikazzjoni disponibbli, kif ukoll kompetizzjonijiet maħsuba għall-istudenti u l-intraprendituri żgħażagħ;

22.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri jiggarantixxu aċċess mhux diskriminatorju għas-self mill-banek għall-SMEs, inklużi dawk li l-mudell ta' negozju tagħhom jiffoka fuq assi intanġibbli; ifakkar li l-aċċess għall-finanzi huwa faċilitatur ewlieni tat-tkabbir, it-trasformazzjoni sostenibbli u l-innovazzjoni u jappella għal aktar appoġġ għal mudelli ta' negozju innovattivi; jiddeplora l-lakuna fil-kundizzjonijiet tal-kreditu għall-SMEs li jinsabu f'pajjiżi differenti tal-UE u jistieden lill-Istati Membri jaħdmu flimkien mas-settur finanzjarju u ma' dak bankarju fir-rigward tal-obbligu tagħhom li jiżguraw aċċess sħiħ u ġust għal self bankarju għall-SMEs;

23.

Jisħaq li l-finanzjament permezz tas-swieq tal-kapital waħdu mhux se jkun biżżejjed biex jipprovdi soluzzjonijiet xierqa għall-SMEs u jemmen li s-settur tas-servizzi finanzjarji jrid ikun stabbli u joffri lill-SMEs, lill-mikrointrapriżi u lill-intraprendituri li jaħdmu għal rashom firxa wiesgħa ta' għażliet ta' finanzjament imfassla apposta b'mod kosteffikaċi; jisħaq, f'dan ir-rigward, fuq l-importanza tal-mudelli bankarji tradizzjonali, inklużi l-banek reġjonali żgħar u l-kooperattivi tat-tfaddil; jistieden lill-BEI jaħdem aktar mill-qrib mal-intermedjarji finanzjarji tiegħu fl-Istati Membri biex ixerred informazzjoni rilevanti lill-SMEs sabiex itejjeb l-aċċess tagħhom għall-finanzjament;

Sfidi ġodda li jirriżultaw mill-pandemija tal-COVID-19

24.

Ifakkar li l-likwidità trid tiġi pprovduta malajr lill-SMEs, filwaqt li għandhom jissaħħu wkoll il-miżuri għall-kapitalizzazzjoni mill-ġdid tal-SMEs; iħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jindirizzaw il-problema tal-ħlasijiet tard, li għadhom joħolqu sfidi sinifikanti ta' likwidità għall-SMEs, u jħeġġeġ lill-Istati Membri li għadhom ma implimentawx id-Direttiva dwar il-Ħlas Tard biex dan jagħmluh, b'mod partikolari fir-rigward tal-amministrazzjonijiet pubbliċi u r-relazzjonijiet minn negozju għal negozju;

25.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni ssaħħaħ il-monitoraġġ u l-infurzar tad-Direttiva dwar il-Ħlas Tard u tivvaluta l-ħtieġa li din tiġi riveduta, sabiex tiżgura li l-ħlasijiet fil-pront ikunu n-norma fis-suq intern kollu kemm għat-tranżazzjonijiet minn negozju għal negozju, b'mod partikolari minn negozji akbar għal negozji iżgħar, kif ukoll għat-tranżazzjonijiet minn negozju għal gvern; jistieden lill-awtoritajiet fil-livell Ewropew, nazzjonali, reġjonali u lokali jagħtu l-eżempju xieraq billi dejjem iħallsu lill-SMEs fil-ħin u, f'dan il-kuntest, iħeġġeġ l-użu attiv tal-proċeduri ta' ksur f'każijiet meta d-Direttiva ma tiġix implimentata kif suppost;

26.

Jirrikonoxxi l-ħtieġa ta' rilassament temporanju tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat u rikonoxximent li dawn wasslu għall-implimentazzjoni mhux uniformi ta' miżuri madwar l-Unjoni; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jieħdu azzjoni rapida biex jiżguraw kundizzjonijiet ekwi ta' kompetizzjoni fost l-Istati Membri;

27.

Jinnota li l-evalwazzjonijiet u r-reviżjonijiet futuri kollha tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat għandhom iqisu kif xieraq l-ispeċifiċitajiet u l-iżvantaġġi ġeografiċi li jaffettwaw lil dawk l-SMEs li jinsabu fl-aktar territorji periferiċi, inklużi l-gżejjer, ir-reġjuni ultraperiferiċi u ż-żoni muntanjużi, kif ukoll f'żoni oħra, inklużi ż-żoni mhux periferiċi, affettwati minn diżastri naturali mingħajr preċedent;

28.

Jinsab imħasseb ħafna minħabba li setturi bħat-turiżmu, l-ospitalità, il-kultura, l-industriji kreattivi, it-trasport u l-avvenimenti u l-fieri kummerċjali, fil-biċċa l-kbira magħmula minn SMEs, huma dawk affettwati l-aktar mill-kriżi tal-COVID-19; jissottolinja l-importanza ta' miżuri rapidi u kontinwi bil-għan li terġà tinkiseb u tinżamm il-fiduċja fost il-vjaġġaturi u l-operaturi; jissottolinja l-ħtieġa li dawn is-setturi jinħelsu mill-piżijiet amministrattivi u minn regolamentazzjoni li tkun fattur ewlieni tal-ispejjeż, il-ħtieġa li tiġi identifikata t-triq 'il quddiem għall-irkupru tas-setturi u l-ħtieġa li tiġi żgurata l-protezzjoni tad-drittijiet tal-ħaddiema fis-setturi affettwati; ifakkar fl-importanza li jittejjeb l-aċċess tal-SMEs għat-teknoloġiji diġitali u l-programmi ta' appoġġ fis-settur kulturali u kreattiv, peress li l-kriżi tal-COVID-19 uriet ir-rwol kruċjali tagħhom fl-ekonomija u l-ħajja soċjali tagħna;

29.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri jirrikonoxxu bħala prijoritajiet politiċi ewlenin il-protezzjoni tal-impjiegi u s-sopravivenza tal-SMEs u n-negozji ġodda billi jressqu miżuri konkreti biex jappoġġjaw lil SMEs u negozji ġodda ekonomikament vijabbli li jkunu f'riskju ta' insolvenza, b'mod partikolari fid-dawl tal-kanċellazzjoni tal-Istrument ta' Appoġġ għas-Solvenza ssuġġerita mill-Kunsill Ewropew; jinnota l-inizjattiva SURE (Appoġġ biex jittaffew ir-Riskji ta' Qgħad f'Emerġenza) li għandha l-għan li tkopri l-ispejjeż tal-iskemi nazzjonali ta' xogħol b'ħinijiet iqsar; jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja b'mod attiv lill-Istati Membri fit-traspożizzjoni tad-Direttiva dwar ir-ristrutturar u l-insolvenza (17) biex tiġi żgurata opportunità oħra reali għall-SMEs f'diffikultà;

30.

Jinnota li l-kriżi tal-COVID-19 ressqet lill-SMEs lejn teknoloġiji innovattivi, modi ġodda ta' kif jorganizzaw xogħolhom u mudelli ta' negozju diġitali bħall-kummerċ elettroniku, l-ekonomija kollaborattiva u t-telexogħol; jirrimarka li ħafna SMEs kellhom jissieltu biex jadattaw għaċ-ċirkostanzi l-ġodda u jistieden lill-Kummissjoni, f'dan ir-rigward, tiżgura li l-investiment fir-riċerka u l-innovazzjoni (R&I) ikun immirat lejn il-parteċipazzjoni tal-SMEs filwaqt li jinstab bilanċ bejn l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u l-ispinta favur l-innovazzjoni; jitlob, barra minn hekk, ir-rispett tad-drittijiet tal-ħaddiema tul dan il-proċess kollu;

31.

Ifakkar li l-innovazzjoni fl-SMEs hija fattur ewlieni għall-produttività u t-tkabbir sostenibbli, peress li tista' tgħin biex jissolvew sfidi globali u soċjetali u toffri kundizzjonijiet tax-xogħol aħjar; ifakkar li l-iżvilupp tat-teknoloġija u d-diġitalizzazzjoni qed iżidu l-opportunitajiet għall-SMEs biex jinnovaw u jirnexxu, qed jaċċelleraw it-tixrid tal-għarfien u l-ħolqien ta' mudelli ta' negozju ġodda u qed iżidu l-kapaċità tagħhom li jespandu aktar malajr;

32.

Jisħaq li l-investimenti fl-innovazzjoni għandhom jagħtu prijorità lil ekosistemi li jinkorporaw l-SMEs u li jsaħħu kemm il-kokreazzjoni, il-maturazzjoni u t-trasferiment ta' teknoloġija eċċellenti lill-industrija kif ukoll l-adozzjoni ta' teknoloġiji ġodda; jissottolinja, għalhekk, l-importanza ta' politiki pubbliċi mmirati biex jiġu appoġġjati l-ħtiġijiet orizzontali relatati mal-proċessi ta' trasformazzjoni diġitali fil-mikrointrapriżi u l-SMEs, bħas-simplifikazzjoni tal-obbligi ta' rapportar, u jistieden lill-Istati Membri jiżviluppaw inizjattivi pilota biex jaċċelleraw l-adozzjoni, min-naħa tal-SMEs, ta' soluzzjonijiet tal-kummerċ elettroniku, pereżempju permezz ta' attivitajiet ta' taħriġ u ta' konsulenza, assistenza teknika, l-aħjar prattiki jew l-integrazzjoni tat-triangolu tal-għarfien (l-edukazzjoni, ir-riċerka u l-innovazzjoni), u bl-involviment tal-awtoritajiet lokali u l-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha;

33.

Jilqa' l-inklużjoni tal-SMEs fil-Programmi Spazjali Ewropej, inkluż fl-iżvilupp ta' bosta servizzi u applikazzjonijiet downstream; jirrikonoxxi r-rwol ewlieni tal-SMEs fil-ktajjen tal-provvista tad-difiża fl-Ewropa;

34.

Jilqa' l-wegħda tal-Kummissjoni li tiftaħ taħriġ rapidu permezz ta' crash courses diġitali biex l-impjegati tal-mikrointrapriżi u l-SMEs ikunu jistgħu jsiru profiċjenti f'oqsma bħall-IA, iċ-ċibersigurtà u t-teknoloġiji ta' reġistru distribwit; jenfasizza li l-crash courses diġitali għall-SMEs fil-qafas tal-programm Ewropa Diġitali għandhom ikunu preċeduti minn programmi ssussidjati li jippermettu lis-sidien u l-maniġers ta' SME jidentifikaw il-ħtiġijiet u l-opportunitajiet diġitali tagħhom; jirrimarka li forza tax-xogħol b'ħiliet speċjalizzati hija essenzjali biex l-SMEs jirnexxu u jkunu jistgħu jlaħħqu b'suċċess mhux biss mat-tranżizzjonijiet ambjentali u diġitali, iżda wkoll mal-isfidi tradizzjonali li dawn l-intrapriżi jiffaċċjaw;

35.

Jiddispjaċih li s'issa 17 % biss tal-SMEs irnexxielhom jintegraw it-teknoloġija diġitali fin-negozji tagħhom; jitlob tisħiħ tal-miżuri mmirati lejn l-indirizzar tal-ispariġġ fil-ħiliet u n-nuqqas ta' ħiliet u li għandhom l-għan li jaraw li l-SMEs jiġu mgħammra b'litteriżmu u ħiliet diġitali, kif ukoll dawk marbuta mat-titjib tal-ħiliet fir-rigward tal-akkwist pubbliku u l-edukazzjoni finanzjarja, flimkien mal-ħiliet ta' ġestjoni tal-ktajjen ta' kreditu u ta' provvista għal swieq tax-xogħol li qed jinbidlu b'mod rapidu, anke fid-dawl tal-aċċellerazzjoni kkawżata mill-kriżi tal-COVID-19;

36.

Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu promossi investimenti fi programmi ta' taħriġ vokazzjonali u apprendistat ulterjuri fl-SMEs; jitlob, f'dan ir-rigward, l-iżvilupp ta' approċċ imfassal apposta għall-ħiliet diġitali tal-mikrointrapriżi; jenfasizza r-rwol li l-aġenda għall-ħiliet tal-Kummissjoni jista' jkollha għal dan il-għan, u jirrimarka li sabiex jingħalaq id-distakk diġitali fl-oqsma diġitali u tal-innovazzjoni, jeħtieġ li jiżdied is-sehem ta' gradwati f'suġġetti STEM u li jiġi indirizzat id-distakk li n-nisa qed jiffaċċjaw f'dawn iż-żewġ oqsma; jilqa', f'dan ir-rigward, l-aġenda għall-ħiliet tal-Ewropa;

37.

Jieħu nota tal-white paper tal-Kummissjoni dwar l-intelliġenza artifiċjali (COM(2020)0065) u l-perspettiva tagħha li kull Stat Membru għandu jkollu mill-inqas ċentru ta' innovazzjoni diġitali wieħed b'livell għoli ta' speċjalizzazzjoni fl-IA;

38.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tappoġġja l-isforzi tal-SMEs, inter alia dawk biex jaġġornaw it-tagħmir skadut, itejbu t-trasferiment tal-għarfien u jidentifikaw l-aktar użi effettivi tat-teknoloġiji, bħall-IA industrijali, u jtejbu l-ħiliet tal-forza tax-xogħol bil-ħiliet meħtieġa immedjatament ħalli jingħata lok għall-kontroll remot tal-assi, il-monitoraġġ tal-produzzjoni u l-kollaborazzjoni tal-impjegati, kif ukoll għal mudelli ta' negozju ambjentalment sostenibbli, approċċi tal-ekonomija ċirkolari, u effiċjenza fl-użu tal-enerġija u tar-riżorsi, fejn l-għarfien diġitali spiss ikun kruċjali u jippermetti lill-SMEs jibqgħu kompetittivi; jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra wkoll il-ħolqien ta' programm ta' vawċers għall-SMEs biex jingħata appoġġ f'dan ir-rigward:

39.

Iħeġġeġ li tittieħed azzjoni biex jiġu indirizzati d-diskrepanzi fl-għarfien u fil-ħiliet tal-SMEs b'rabta ma' teknoloġiji, prattiki u mudelli ta' negozju ambjentalment sostenibbli, b'mod partikolari għas-setturi fejn l-objettivi ambjentali u ta' enerġija sostenibbli tal-UE jirrikjedu bidla fundamentali;

40.

Ifakkar fl-importanza ta' strumenti bħan-Network Enterprise Europe u ċ-Ċentri Ewropej ta' Innovazzjoni Diġitali, li jistgħu jrawmu l-internazzjonalizzazzjoni, id-diġitalizzazzjoni u l-insegwiment tal-innovazzjoni tal-SMEs fil-livell lokali, inkluż fil-qasam ambjentali, u jgħinu biex jiġi żgurat li jkunu adattati għall-iskop tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni twettaq evalwazzjoni bir-reqqa ta' nofs it-terminu u ex post ta' dawn l-istrumenti billi tikkonsulta mar-rappreżentanti tal-SMEs waqt il-proċess ta' evalwazzjoni kollu sabiex tiżgura li dawn in-networks jilħqu b'mod effettiv lill-SMEs;

41.

Jenfasizza r-rwol vitali tad-data mhux personali u t-trasferiment ta' teknoloġiji mill-qasam akkademiku għall-SMEs, u jissottolinja l-importanza li jiġu stabbiliti spazji Ewropej tad-data għal kondiviżjoni mhux diskriminatorja, affidabbli u sigura ta' data mhux personali biex jiżdiedu l-flussi tad-data bejn in-negozji u mal-gvernijiet, bl-użu ta' mudell ta' data miftuħa;

42.

Jitlob l-adozzjoni ta' politika parallela u aktar b'saħħitha biex jitjiebu l-infrastruttura tal-internet u l-kundizzjonijiet tal-konnettività għall-benefiċċju tal-SMEs f'żoni remoti, bħala kundizzjoni bażika biex titjieb id-diġitalizzazzjoni u titħaddan trasformazzjoni effettiva; jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra miri vinkolanti għall-konnettività;

Strateġija ta' rkupru

43.

Jinsisti li Orizzont Ewropa huwa prijorità u jeħtieġ finanzjament ġenerali robust; jitlob li parti sostanzjali minnu tkun disponibbli għall-SMEs, inkluż għall-komponenti tal-SMEs tal-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni, u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li, kull meta jkun possibbli, l-istrumenti tar-R&I, bħall-Aċċelleratur tal-EIC, joffru opportunitajiet rapidi lill-SMEs u lin-negozji ġodda li jkunu qed jiżviluppaw teknoloġiji innovattivi;

44.

Jitlob li l-istrumenti u l-politiki mifruxa tal-UE dwar ir-riċerka u l-innovazzjoni jinżammu kemm jista' jkun newtrali mil-lat settorjali u jipprovdu aktar appoġġ mhux biss lil dawk l-SMEs u l-mikrointrapriżi li diġà huma attivi fl-isforzi ta' innovazzjoni, iżda wkoll, skont il-ħtiġijiet tagħhom, lil dawk li għadhom lura, b'mod partikolari fis-settur tal-manifattura tradizzjonali; jitlob aktar finanzjament R&I fil-livell Ewropew dedikat għal SMEs mhux diġitali u SMEs li jixtiequ jtejbu l-prestazzjoni ambjentali u l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi tagħhom;

45.

Jenfasizza li l-kollaborazzjoni u l-kooperazzjoni huma dimensjonijiet kruċjali biex titjieb il-prestazzjonijiet tal-SMEs; jinnota, għal dan il-għan, li r-raggruppamenti u s-sħubijiet mal-atturi kollha fit-triangolu tal-għarfien (l-edukazzjoni, ir-riċerka u l-innovazzjoni), għandhom jiġu mħeġġa u promossi aħjar billi jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi, jiġu ssimplifikati l-proċeduri u jiġu stabbiliti faċilitajiet ta' servizzi kondiviżi għall-parteċipazzjoni tar-raggruppamenti tal-SMEs; jistieden, barra minn hekk, lill-Kummissjoni tiżgura li s-sħubijiet u l-missjonijiet ta' Orizzont Ewropa jkunu trasparenti u inklużivi tul l-implimentazzjoni kollha tagħhom, b'mod partikolari fir-rigward tal-parteċipazzjoni tal-SMEs u l-istabbiliment tal-aġenda strateġika tar-riċerka u l-programmi ta' ħidma annwali tagħhom; jenfasizza wkoll il-ħtieġa li jiġu żgurati arranġamenti ġusti dwar il-kondiviżjoni tas-sejbiet u r-riżultati finali, f'konformità mal-prinċipju li jkunu “kemm jista' jkun miftuħa, magħluqa kemm meħtieġ”;

46.

Jissottolinja wkoll il-potenzjal tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija u l-Komunitajiet ta' Konoxxenza u Innovazzjoni tiegħu, peress li jirrappreżentaw mod effettiv biex tissaħħaħ il-kollaborazzjoni bejn l-SMEs, iċ-ċentri tar-riċerka u l-universitajiet bil-għan li tiġi promossa l-intraprenditorija lokali u jiġu indirizzati l-isfidi tas-soċjetà l-aktar urġenti ta' żminijietna;

47.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jinvestu, inter alia, fl-ekonomija tad-data, l-intelliġenza artifiċjali, il-produzzjoni intelliġenti, l-Internet tal-Oġġetti (IoT) u l-quantum computing u jiżguraw komponent b'saħħtu dedikat għall-SMEs f'dawn l-oqsma; jiddeplora l-fatt li l-biċċa l-kbira tal-SMEs m'għandhomx aċċess għad-data li joħolqu; jilqa' f'dan ir-rigward l-Istrateġija Ewropea għad-Data, immirata lejn il-ħolqien ta' suq ġenwin għad-data, fejn l-SMEs ikollhom aċċess faċli għad-data u l-użu tagħha fit-tipi kollha ta' kuntesti tas-suq, jiġifieri minn negozju għal konsumatur, minn negozju għal negozju u minn negozju għal gvern;

48.

Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li l-SMEs ikollhom l-appoġġ għall-opportunitajiet ta' innovazzjoni li jeħtieġu u jimmassimizzaw is-sinerġiji mal-programmi tal-UE fl-istrateġiji nazzjonali ta' innovazzjoni tagħhom; jenfasizza f'dan ir-rigward ir-rwol tal-SMEs innovattivi li jispeċjalizzaw f'teknoloġiji pijunieri;

49.

Jenfasizza l-ħtieġa li tiżdied is-sensibilizzazzjoni fost is-sidien u l-maniġers tal-SMEs, l-assoċjazzjonijiet tal-SMEs u l-organizzazzjonijiet ta' appoġġ dwar il-possibbiltajiet ta' finanzjament għal teknoloġiji bi prestazzjoni aħjar, dwar is-servizzi ta' kuntrattar (eż. konsulenza, ikkowċjar u taħriġ) relatati mal-ekodisinn u l-użu u l-ġestjoni effiċjenti tar-riżorsi, u dwar l-intraprenditorija ekoloġika u t-teknoloġiji, il-prodotti u s-servizzi ekoloġiċi;

50.

Jenfasizza li l-investimenti f'teknoloġiji kemm ġodda kif ukoll ekoloġiċi jistgħu jittrasformaw il-Patt Ekoloġiku Ewropew fi strateġija ġdida ta' tkabbir li permezz tagħha l-SMEs jistgħu jibbenefikaw u jtejbu l-potenzjal ta' innovazzjoni tagħhom;

51.

Jirrikonoxxi li, filwaqt li ħafna SMEs lesti jinvestu fi proċessi, prodotti u servizzi effiċjenti fl-użu tal-enerġija, ċirkolari u ekoloġiċi, jeżistu ostakli sinifikanti, b'mod partikolari ostakli finanzjarji, li jżommuhom milli jagħmlu dan; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex, filwaqt li jnaqqsu l-piż regolatorju, ineħħu dawn l-ostakli billi jistabbilixxu qafas regolatorju ta' abilitazzjoni u skemi ta' appoġġ tekniku u finanzjarju, inkluż permezz ta' investiment privat, biex l-SMEs ikunu jistgħu jadottaw b'suċċess u b'rapidità prattiki, prodotti, proċessi u servizzi ekoloġiċi; huwa tal-fehma li l-għajnuna teknika u finanzjarja mmirata msaħħa se tkun essenzjali fil-promozzjoni ta' opportunitajiet ekoloġiċi fost dawk l-SMEs, inklużi l-mikrointrapriżi; jenfasizza li tali assistenza għandha tippermetti lill-SMEs u lill-mikrointrapriżi jieħdu vantaġġ sħiħ mill-opportunitajiet li jirriżultaw mill-Patt Ekoloġiku, b'kunsiderazzjoni tal-istruttura, il-mudell ta’ negozju u, b'mod aktar ġenerali, il-ħtiġijiet tagħhom, peress li m'hemm l-ebda approċċ “wieħed tajjeb għal kulħadd”; jenfasizza, f'dan ir-rigward, il-ħtieġa li jiġu involuti b'mod attiv rappreżentanti mill-organizzazzjonijiet tal-SMEs;

52.

Jilqa' l-inizjattivi li joffru l-akbar opportunitajiet ta' impjieg u kompetittività għall-SMEs, bħall-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni għall-ekonomija ċirkolari, il-ħolqien ta' impjiegi lokali u l-għoti ta' opportunitajiet ta' negozju u ta' innovazzjoni maġġuri għall-SMEs; jieħu nota tal-opportunitajiet ipprovduti permezz tal-inizjattivi tal-hekk imsejħa “mewġa ta' rinnovazzjoni” inklużi l-proġetti ta' riġenerazzjoni urbana; jirrimarka li d-dritt għat-tiswija, filwaqt li huwa ta' benefiċċju għall-konsumaturi, jista' jħeġġeġ lill-SMEs jidħlu fis-segment tas-suq tat-tiswija u li l-politiki li jimmiraw li jżidu l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija tal-bini mhux biss jgħinu lill-SMEs fis-settur tal-kostruzzjoni, iżda jgħinu lill-SMEs kollha fil-promozzjoni tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija, u b'hekk jikkontribwixxu għat-tnaqqis tal-ispejjeż operattivi tagħhom; jitlob l-iżvilupp ta' suq aktar kompetittiv għall-kumpaniji ta' servizz ta' enerġija (ESCOs);

53.

Jenfasizza li l-akkwist pubbliku huwa għodda strateġika biex tingħata spinta lil mudelli sostenibbli ta' konsum u produzzjoni; jemmen li din l-għodda, bl-appoġġ u l-assistenza t-tajba, tista' tipprovdi wkoll opportunitajiet kbar għall-SMEs innovattivi lokali; jinnota r-rwol simili tal-akkwist pubbliku ekoloġiku u ċirkolari u jfakkar f'dan ir-rigward li l-implimentazzjoni tiegħu fil-livell nazzjonali għandha tkun akkumpanjata minn taħriġ u appoġġ għall-korpi pubbliċi u l-SMEs;

54.

Jinnota li qafas ibbilanċjat tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (PI) ilu magħruf bħala pass importanti fit-titjib tal-funzjonament tas-suq intern; jistieden lill-Kummissjoni, għalhekk, tipprijoritizza l-pjan ta' azzjoni mħabbar dwar il-proprjetà intellettwali sabiex tiżgura protezzjoni fil-livell tal-UE tal-oġġetti bi dritt tal-awtur u l-invenzjonijiet bi privattiva u ssaħħaħ il-kapaċità tal-kumpaniji Ewropej, u b'mod partikolari l-SMEs, li jinnovaw abbażi ta' reġimi tal-PI b'saħħithom u bbilanċjati, li jkunu ta' benefiċċju għall-kompetittività globali tal-SMEs innovattivi u jimminimizzaw ukoll l-ispejjeż u l-kumplessitajiet tal-proċeduri amministrattivi, filwaqt li jindirizzaw ukoll l-isfidi relatati mal-litigazzjoni dwar il-privattivi u jipprovdu mudelli ta' sors miftuħ u ta' data miftuħa għal innovazzjoni futura;

55.

Ifakkar fir-rwol tat-taħriġ vokazzjonali u t-tagħlim tul il-ħajja, li huma essenzjali biex jiġi indirizzat l-ispariġġ bejn id-domanda u l-provvista ta' ħaddiema b'ħiliet speċjalizzati, jinkoraġġixxi l-integrazzjoni tal-ħiliet intraprenditorjali fl-istadji bikrija tal-edukazzjoni u l-promozzjoni tat-taħriġ mill-ġdid u t-titjib tal-ħiliet tal-ħaddiema qiegħda biex jingħata lok għall-inklużjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol u jiġi żgurat li l-SMEs ikunu jistgħu jserrħu fuq persunal imħarreġ kif xieraq;

56.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jaċċelleraw u jespandu l-inizjattivi biex jidentifikaw il-ħtiġijiet tal-ħiliet u jindirizzaw il-lakuni fis-suq tax-xogħol permezz tal-edukazzjoni, l-istrateġiji ta' taħriġ professjonali u l-programmi ta' żvilupp tal-ħiliet immirati lejn l-SMEs, u jiddispjaċih li għad hemm diskrepanza fl-intraprenditorija u fl-aċċess għall-finanzjament għall-mikrointrapriżi u l-SMEs immexxija min-nisa; jistieden lill-Istati Membri jivvalutaw l-ostakli li għadhom iwaqqfu lin-nisa milli jsiru fundaturi u maniġers ta' kumpanija; jissottolinja li l-użu ta' data diżaggregata skont il-ġeneru jgħin biex din il-valutazzjoni ssir aktar bir-reqqa u jtejjeb il-kwalità ġenerali tal-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet; jitlob inizjattivi edukattivi u ta' titjib tal-ħiliet għan-nisa biex jgħinuhom itejbu l-ħiliet intraprenditorjali tagħhom u l-fiduċja fihom infushom; jemmen, barra minn hekk, li l-għodod tal-gvern elettroniku u l-ħiliet diġitali għandhom jiġu promossi fi ħdan is-settur pubbliku sabiex l-amministrazzjoni pubblika ssir aktar favur in-negozji u ċ-ċittadini u jistieden lill-Istati Membri jiżguraw l-iskambju tal-aħjar prattiki nazzjonali u reġjonali fil-qasam, anke b'referenza għal kooperazzjoni bejn l-amministrazzjoni pubblika u s-settur privat, sabiex tingħata spinta lill-kompetittività ekonomika;

57.

Ifakkar li l-istrateġija għall-SMEs jeħtieġ li tkopri daqsijiet u tipi differenti ta' SMEs, sew jekk joperaw f'setturi tradizzjonali, kif ukoll soċjali jew ta' teknoloġija avvanzata; iqis li l-SMEs involuti fl-artiġjanat tradizzjonali, it-turiżmu, is-setturi kulturali u kreattivi u l-ekonomija soċjali huma segmenti partikolarment vulnerabbli tan-network tal-SMEs; jirrikonoxxi l-valur storiku, kulturali, ekonomiku u soċjali tagħhom u jistieden lill-Istati Membri jiżguraw il-kompetittività tas-setturi, inkluż billi jippromwovu tranżizzjoni ġenerazzjonali u intraprenditorija indipendenti, billi jippromwovu l-aċċess għall-informazzjoni dwar l-opportunitajiet ta' innovazzjoni u billi jappoġġjaw il-protezzjoni u t-tisħiħ ta' dawn is-setturi;

58.

Jistieden lill-Kummissjoni, fil-kuntest tal-programmi tal-UE ta' appoġġ għall-SMEs, b'mod partikolari l-programm tas-suq uniku, tagħti wkoll attenzjoni partikolari lill-intrapriżi tal-ekonomija soċjali, peress li għandhom għeruq lokali, jipprovdu firxa wiesgħa ta' prodotti u servizzi fis-suq uniku tal-UE kollu u jiġġeneraw impjiegi ta' kwalità għolja u jippromwovu l-innovazzjoni soċjali;

59.

Jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta u timpenja ruħha favur pjan direzzjonali għat-tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi, li jinkludi skeda ta' żmien għall-azzjonijiet u punti ta' kontroll ta' nofs it-terminu, u biex l-implimentazzjoni tal-Istrateġija għall-SMEs tiġi ppreżentata f'dibattitu fil-plenarja annwali dwar “L-Istat tal-Unjoni tal-SMEs”; jinnota li wara l-allert dwar il-pandemija min-naħa tad-WHO u l-implimentazzjoni ta' miżuri mmirati biex irażżnu t-tixrid tal-COVID-19, ħafna kumpaniji Ewropej kellhom iwaqqfu jew inaqqsu l-produzzjoni minħabba restrizzjonijiet kummerċjali, tfixkil fil-katina tal-provvista u skarsezza ta' materja prima u komponenti minn pajjiżi terzi, u dan juri għal darb'oħra l-ħtieġa li l-industrija Ewropea tikseb awtonomija strateġika u tnaqqas id-dipendenza tagħha fuq pajjiżi mhux tal-UE u tiżgura li partijiet ewlenin tal-ktajjen tal-valur strateġiċi, inkluż fl-industrija tal-manifattura, ikunu lokalizzati aħjar fi ħdan il-fruntieri tagħha; jistieden lill-Kummissjoni, barra minn hekk, tiżgura li l-kumpaniji li jipprovdu provvisti mediċi ma jerġgħux jiffaċċjaw l-istess diffikultajiet li qamu fis-suq intern u jinsilet it-tagħlim mill-problemi li seħħew matul l-istadji bikrin tal-kriżi tal-COVID-19;

60.

Jappella għat-tisħiħ tar-regoli tal-kompetizzjoni biex tittejjeb il-kompetittività tal-SMEs u biex dawn jiġu protetti minn prattiki inġusti li jistgħu jirriżultaw f'dumping soċjali u deregolamentazzjoni tax-xogħol; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura l-infurzar effettiv tad-dritt tal-kompetizzjoni tal-Unjoni, mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tal-ħaddiema; ifakkar, f'dan ir-rigward, fl-importanza tal-promozzjoni tad-djalogu soċjali fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-politiki tal-SMEs, u tal-garanzija ta' kundizzjonijiet ekwi għall-SMEs biex jiġi żgurat li jibbenefikaw mis-suq intern fuq bażi ġusta u jkunu jistgħu jisfruttaw l-opportunitajiet biex jespandu;

61.

Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-SMEs jirnexxu fil-kuntest tal-ekosistemi, billi jiġi garantit approċċ inklużiv u jinġiebu flimkien l-atturi kollha li joperaw f'katina tal-valur, sabiex jiġu promossi t-tmexxija Ewropea f'setturi strateġiċi u l-kompetittività fix-xena globali;

62.

Jikkunsidra li l-istrateġija tal-UE għall-SMEs għandha dejjem tqis b'mod sħiħ l-ispeċifiċitajiet nazzjonali tagħhom, biex b'hekk tiżgura l-kunsiderazzjoni dovuta tal-awtonomija nazzjonali wiesgħa tal-Istati Membri f'qafas tal-Unjoni ġenerali;

63.

Jiddispjaċih għall-fatt li bħalissa ma hemmx aktar minn 600 000 SME li jesportaw barra mill-UE; ifakkar li dawk l-SMEs li qed jippruvaw jiksbu aċċess għas-suq globali jistgħu jtejbu l-kompetittività tagħhom biss jekk ikunu appoġġjati kemm fil-livell lokali kif ukoll f'dak internazzjonali minn qafas regolatorju u ta' abilitazzjoni strutturat u prevedibbli, networks strutturati, riżorsi solidi ta' informazzjoni u aċċess għal opportunitajiet ta' investiment u forza tax-xogħol b'ħiliet speċjalizzati; jisħaq fuq l-importanza li tiżdied is-sensibilizzazzjoni tal-SMEs dwar is-suq uniku u s-swieq internazzjonali u r-regoli u l-għodod tagħhom, anki permezz tas-simplifikazzjoni tal-qafas ta' referenza u t-titjib tal-komunikazzjoni dwar l-opportunitajiet imfassla apposta; ifakkar, f'dan ir-rigward, fir-rwol tan-networks u l-organizzazzjonijiet umbrella tal-SMEs u tal-kmamar tal-kummerċ fl-Istati Membri u internazzjonalment, kif ukoll tad-delegazzjonijiet tal-UE;

64.

Jistieden lill-Kummissjoni, għalhekk, tintroduċi għodod bħal punt ta' dħul diġitali uniku biex jiġu identifikati faċilment l-opportunitajiet għall-SMEs li jirriżultaw mill-ftehimiet kummerċjali internazzjonali; jilqa' f'dan ir-rigward it-tnedija tal-portal il-ġdid tal-Kummissjoni bl-isem “Access2Markets” dwar il-formalitajiet u l-proċeduri doganali u jħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżgura aċċess multilingwi għal din l-għodda;

65.

Ifakkar fil-ħtieġa li l-SMEs jiġu involuti b'mod attiv fil-ftehimiet kummerċjali internazzjonali u li ssir pressjoni favur ir-reċiproċità biex jiġi żgurat l-aċċess tagħhom għall-akkwist pubbliku f'pajjiżi terzi; jitlob għalhekk li fil-ftehimiet kummerċjali jiġi inkluż kapitolu awtonomu dwar l-SMEs li jissenjala dispożizzjonijiet favur il-mikrointrapriżi u l-SMEs minn kapitoli oħra u jipprovdi mezz rapidu biex is-sidien tal-mikrointrapriżi u l-SMEs jidentifikaw l-aspetti rilevanti u ta' benefiċċju tal-ftehim;

66.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni ssegwi kundizzjonijiet ekwi u ambjent regolatorju li fih l-SMEs jistgħu jirnexxu u jikkompetu globalment u tikkunsidra l-introduzzjoni ta' strumenti għad-difiża tal-kummerċ (TDIs) sabiex titnaqqas il-kompetizzjoni inġusta li tirriżulta minn prattiki kummerċjali illegali jew inġusti ta' pajjiżi terzi, inklużi miżuri ta' difiża kummerċjali li jimblukkaw b'mod inġust lin-negozji tal-UE milli jgawdu aċċess liberu għas-swieq tagħhom;

67.

Iqis li l-amministrazzjonijiet pubbliċi nazzjonali u Ewropej għandhom imexxu bl-eżempju u jiffaċilitaw u jżidu l-parteċipazzjoni tal-SMEs u l-mikrointrapriżi fl-akkwist pubbliku, billi jissimplifikaw l-aċċess għall-informazzjoni rigward sejħiet għal offerti u proċeduri, filwaqt li jevitaw rekwiżiti sproporzjonati u prattiki diskriminatorji bħal kriterji tal-offerti li jistabbilixxu talbiet jew kwalifiki lil hinn mill-elementi fundamentali tas-servizz jew il-prodotti mixtrija, u b'hekk jikkontribwixxu għat-tqassir u d-diversifikazzjoni tal-ktajjen tal-provvista;

68.

Jitlob li tiġi pprovduta aktar gwida lill-awtoritajiet pubbliċi u lill-SMEs dwar il-flessibbiltajiet eżistenti u l-adattament tar-regoli dwar l-akkwist pubbliku għal dan il-għan;

69.

Jinnota li d-diviżjoni ta' kuntratti akbar f'lottijiet iżgħar tista' tikkontribwixxi għat-tqassir u d-diversifikazzjoni tal-ktajjen tal-provvista, billi toffri inċentivi aħjar għall-SMEs lokali inkluż billi tiffaċilita l-parteċipazzjoni tal-SMEs fl-akkwist pubbliku fl-ambitu tal-innovazzjoni u fl-akkwist pubbliku prekummerċjali, li ġeneralment ikunu aċċessibbli biss għal gruppi akbar;

70.

Jitlob li jingħata valur lill-“kuntratti żero kilometri” billi jiġu previsti kriterji premium għan-negozji lokali, permezz ta' konformità, f'dan ir-rigward, mal-leġiżlazzjoni Ewropea dwar l-agrikoltura u ktajjen tal-provvista qasira; jitlob il-possibbiltà li dawk li jfasslu l-politika pubblika jiffavorixxu sa ċertu punt lill-SMEs lokali;

71.

Jissottolinja l-importanza li ssir ħidma fi sħubija mal-amministraturi nazzjonali biex jinħoloq suq Ewropew tal-akkwist pubbliku bbażat fuq offerti ta' daqs moderat li jippermettu lill-SMEs jipparteċipaw fil-proċess tal-akkwist, inkluż permezz tad-diviżjoni ta' kuntratti akbar f'lottijiet iżgħar, u meta tkun tista' sseħħ kompetizzjoni reali u ġusta bejn l-atturi tas-suq, u jenfasizza l-ħtieġa li d-Dokument Ewropew Uniku għall-Akkwist isir aktar aċċessibbli għall-SMEs;

o

o o

72.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1)  ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36.

(2)  ĠU L 48, 23.2.2011, p. 1.

(3)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 33.

(4)  ĠU C 68 E, 7.3.2014, p. 40.

(5)  ĠU C 316, 22.9.2017, p. 57.

(6)  Testi adottati, P9_TA(2020)0054.

(7)  Testi adottati, P9_TA(2020)0124.

(8)  Testi adottati, P9_TA(2020)0206.

(9)  ĠU C 377 E, 7.12.2012, p. 102.

(10)  Il-kummenti ta' ftuħ tad-Direttur Ġenerali tad-WHO fil-laqgħa għall-istampa dwar il-COVID-19, fil-11 ta' Marzu 2020.

(11)  https://ec.europa.eu/growth/smes_en

(12)  OECD Economic Outlook (Prospettiva Ekonomika tal-OECD), Volum 2020, Ħarġa I

(13)  https://digital-strategy.ec.europa.eu/en/policies/desi

(14)  Rapport imħejji għall-Kummissjoni Ewropea u l-Bank Ewropew tal-Investiment minn Innovation Finance Advisory, Funding women entrepreneurs – How to empower growth(Il-Finanzjament tal-Intraprendituri Nisa – Kif issaħħaħ it-tkabbir), Ġunju 2020.

(15)  Il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Frar 2020 dwar Strateġija Ewropea għad-data (COM(2020)0066),

(16)  Ir-rapport għall-Ministeru Ġermaniż għall-Affarijiet Ekonomiċi u l-Enerġija ppreżentat miċ-Ċentru għall-Istudji Politiċi Ewropej, Feasability Study: Introducing “one-in-one-out” in the European Commission, (Studju tal-fattibilità: l-introduzzjoni ta' “one in, one out” fil-Kummissjoni Ewropea, 5 ta' Diċembru 2019.

(17)  Id-Direttiva (UE) 2019/1023 tal-20 ta' Ġunju 2019 dwar oqfsa ta' ristrutturar preventiv, dwar il-ħelsien mid-dejn u l-iskwalifiki, u dwar miżuri sabiex tiżdied l-effiċjenza tal-proċeduri li jikkonċernaw ir-ristrutturar, l-insolvenza u l-ħelsien mid-dejn, u li temenda d-Direttiva (UE) 2017/1132 (ĠU L 172, 26.6.2019, p. 18).


Il-Ħamis 17 ta’ Diċembru 2020

29.10.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 445/15


P9_TA(2020)0360

Il-QFP, il-Kundizzjonalità marbuta mar-rispett tal-Istat tad-dritt u r-Riżorsi Proprji

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Diċembru 2020 dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027, il-Ftehim Interistituzzjonali, l-Istrument tal-UE għall-Irkupru u r-Regolament dwar l-Istat tad-Dritt (2020/2923(RSP)

(2021/C 445/02)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikoli 2, 14, 15, 16 u 17 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) kif ukoll l-Artikoli 295, 310, 311, 312, 322 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

wara li kkunsidra l-ftehim politiku milħuq fil-5 ta' Novembru 2020 dwar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar reġim ġenerali ta' kondizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni (“Regolament dwar l-Istat tad-Dritt”),

wara li kkunsidra l-ftehimiet politiċi, inklużi d-dikjarazzjonijiet konġunti u unilaterali, li ntlaħqu fl-10 ta' Novembru 2020 dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027 (“il-QFP”), il-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali għall-introduzzjoni ta' riżorsi proprji ġodda (“il-FII”) u l-Istrument tal-UE għall-Irkupru,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew adottati fil-21 ta' Lulju 2020,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Lulju 2020,

wara li kkunsidra l-ittra tas-26 ta' Awwissu 2020 tal-Parlament Ewropew dwar l-Istat tad-Dritt mill-mexxejja tal-Gruppi lis-Sinjura Angela Merkel, Kanċillier tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja u President tal-Kunsill tal-UE, u lis-Sinjura Ursula von der Leyen, President tal-Kummissjoni Ewropea,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Novembru 2020 mill-Konferenza tal-Presidenti dwar il-baġit fit-tul tal-UE u l-Istat tad-Dritt,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew adottati fil-11 ta' Diċembru 2020,

wara li kkunsidra l-Artikolu 132(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi l-Unjoni Ewropea hija Unjoni ta' valuri kif minqux fl-Artikolu 2 TUE;

B.

billi t-tifqigħa tal-COVID-19 swiet il-ħajja ta' eluf ta' persuni fl-Ewropa u fid-dinja u wasslet għal kriżi mingħajr preċedent b'konsegwenzi diżastrużi għall-persuni, il-ħaddiema u n-negozji, u għalhekk teħtieġ rispons mingħajr preċedent, speċjalment wara t-tieni mewġa tal-COVID-19 u sakemm il-pandemija effettivament tasal fi tmiemha;

C.

billi d-dibattitu politiku fi ħdan il-Kunsill Ewropew wassal għad-dewmien tal-proċess kollu u bil-konsegwenza li tawwal in-negozjati, l-adozzjoni u l-implimentazzjoni tal-QFP, tal-FII, tal-Istrument tal-UE għall-Irkupru u tar-Regolament dwar l-Istat tad-Dritt;

D.

billi Regolament effettiv dwar l-Istat tad-Dritt u l-introduzzjoni ta' riżorsi proprji ġodda kienu prekundizzjoni tal-Parlament Ewropew biex jaqbel mal-pakkett tal-QFP;

E.

billi l-koleġiżlaturi tal-Unjoni kienu kapaċi jilħqu ftehimiet mingħajr preċedent matul l-2020;

1.

Jilqa' l-ftehimiet politiċi, inklużi d-dikjarazzjonijiet konġunti u unilaterali, milħuqa mill-koleġiżlaturi fil-5 ta' Novembru 2020, dwar ir-Regolament dwar l-Istat tad-Dritt u fl-10 ta' Novembru 2020, dwar il-QFP, l-FII u l-Istrument tal-UE għall-Irkupru; jenfasizza li dawk il-ftehimiet politiċi storiċi jinkludu, fost l-oħrajn, id-dispożizzjonijiet li ġejjin:

Pakkett ta' EUR 1,8 triljun mingħajr preċedent li jikkonsisti fil-QFP 2021-2027 (EUR 1 074 biljun li progressivament jitla' għal EUR 1 085 biljun), flimkien mal-Istrument ta' Rkupru (EUR 750 biljun);

Żieda ta' EUR 16-il biljun għall-QFP 2021-2027 li għandha titqassam fuq il-programmi ewlenin tal-UE identifikati mill-PE (EU4Health, Orizzont Ewropa, Erasmus+, Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri, Frontex, InvestEU, Drittijiet u Valuri, Ewropa Kreattiva, Għajnuna Umanitarja u NDICI) u biex issaħħaħ ir-rispons baġitarju għall-avvenimenti mhux previsti;

Pjan direzzjonali legalment vinkolanti li jintroduċi Riżorsi Proprji ġodda matul il-QFP li jmiss, li tal-inqas għandu jkun biżżejjed biex ikopri l-ispejjeż futuri ta' ħlas lura (prinċipal u mgħax) tal-Istrument tal-UE għall-Irkupru;

Sehem minimu legalment vinkolanti għall-infiq relatat mal-klima ta' mill-inqas 30 % tal-QFP u tal-Next Generation EU u għall-infiq relatat mal-bijodiversità ta' 7,5 % fl-2024 u ta' 10 % mill-2026 'il quddiem tal-QFP;

Elementi għall-monitoraġġ tal-infiq fl-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-integrazzjoni tal-ġeneri;

It-tisħiħ tar-rwol tal-Parlament Ewropew bħala awtorità baġitarja, fil-ġestjoni tal-Istrument tal-UE għall-Irkupru u d-dħul assenjat estern, kif ukoll fl-istabbiliment ta' strumenti ta' emerġenza futuri li għandhom ikunu bbażati fuq l-Artikolu 122 tat-TFUE;

Kundizzjonalità effettiva fil-qasam tal-Istat tad-Dritt;

2.

Ifakkar fl-importanza storika tal-pakkett u l-potenzjal tiegħu fir-rigward tal-iżgurar ta' rkupru rapidu mill-pandemija tal-COVID-19 u mill-effetti soċjoekonomiċi tagħha u biex jintlaqgħu l-isfidi tal-Unjoni għas-seba' snin li ġejjin, inklużi l-Patt Ekoloġiku, it-tranżizzjoni diġitali u l-protezzjoni tal-valuri tagħha u ta' flus il-kontribwenti tal-UE;

3.

Jilqa' l-eżitu tal-Kunsill Ewropew li approva l-ftehimiet politiċi msemmija hawn fuq fil-laqgħa tiegħu tal-10 u l-11 ta' Diċembru 2020; jilqa' l-fatt li l-Kapijiet ta' Stat u ta' Gvern laħqu ftehim li jippermetti li l-QFP, l-FII, l-Istrument tal-UE għall-Irkupru u r-Regolament dwar l-Istat tad-Dritt jidħlu fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2021; jilqa' l-fatt li t-testi legali baqgħu l-istess;

4.

Jiddispjaċih bil-kbir, madankollu, li, minħabba r-regola tal-unanimità fil-Kunsill, l-adozzjoni tal-pakkett sħiħ, inklużi l-programmi l-ġodda tal-UE għall-perjodu 2021-2027, ikkawżat dewmien bla bżonn għall-proċess kollu; ifakkar li l-kontenut tal-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew dwar ir-Regolament dwar reġim ġenerali ta' kundizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni huwa superfluwu; ifakkar li l-applikabbiltà, l-iskop u l-ambitu tar-Regolament dwar l-Istat tad-Dritt huma definiti b'mod ċar fit-test legali tal-imsemmi Regolament;

5.

Ifakkar li skont l-Artikolu 15(1) tat-TUE, il-Kunsill Ewropew m'għandux jeżerċita funzjonijiet leġiżlattivi; iqis, għalhekk, li l-ebda dikjarazzjoni politika tal-Kunsill Ewropew ma tista' titqies li tirrappreżenta interpretazzjoni tal-leġiżlazzjoni peress li hija l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QĠUE) li għandha d-dritt ta' interpretazzjoni;

6.

Ifakkar li l-Kummissjoni u l-President tagħha huma eletti mill-Parlament Ewropew; ifakkar li f'konformità mal-Artikolu 17(1) tat-TUE, il-Kummissjoni għandha tiżgura l-applikazzjoni tat-Trattati, u tal-miżuri adottati fl-ambitu tagħhom mill-istituzzjonijiet. jafferma, għalhekk, li l-Kummissjoni għandha, fi kwalunkwe mument u fi kwalunkwe ċirkostanza, timxi mal-liġi, dura lex sed lex;

7.

Ifakkar li skont l-Artikolu 17(3) tat-TUE, il-Kummissjoni għandha tkun għalkollox indipendenti;

8.

Ifakkar li skont l-Artikolu 17(8) TUE, il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli lejn il-Parlament Ewropew; ifakkar li l-Parlament għandu diversi mezzi legali għad-dispożizzjoni tiegħu biex jiżgura li l-Kummissjoni tirrispetta l-obbligu tagħha skont it-trattat, inkluża l-proċedura ta' kwittanza, sabiex tivvaluta l-ġestjoni xierqa tal-fondi tal-Unjoni; jisħaq, barra minn hekk, li l-Parlament għandu diversi mezzi legali u politiċi għad-dispożizzjoni tiegħu biex jiżgura li l-liġi tiġi infurzata minn kulħadd u l-ewwel u qabel kollox mill-istituzzjonijiet tal-UE; jisħaq fuq il-fatt li l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ma jistgħux isiru vinkolanti fuq il-Kummissjoni fl-applikazzjoni tal-atti legali;

9.

Jisħaq fuq il-fatt li l-koleġiżlaturi qablu li r-Regolament dwar reġim ġenerali ta' kondizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2021 u se jkollu jiġi applikat għall-impenji u l-pagamenti kollha; ifakkar li l-applikabbiltà ta' dan ir-Regolament ma tista' tkun soġġetta għall-adozzjoni tal-ebda linja gwida, peress li t-test maqbul huwa ċar biżżejjed, u mhu previst l-ebda strument ta' implimentazzjoni; jistenna li l-Kummissjoni, bħala l-gwardjana tat-Trattati, tiżgura li r-Regolament ikun applikabbli bis-sħiħ mid-data miftiehma mill-koleġiżlaturi u jfakkar li l-annullament tar-Regolament jew ta' parti minnu huwa possibbli biss mill-QĠUE; jafferma li jekk Stat Membru jfittex l-annullament tar-Regolament jew ta' partijiet minnu, il-Parlament se jiddefendi l-validità tiegħu quddiem il-Qorti u jistenna li l-Kummissjoni tintervjeni b'appoġġ għall-pożizzjoni tal-Parlament; jenfasizza, f'dan il-każ, li l-Parlament se jitlob li l-Qorti tipproċedi bi proċedura mħaffa; ifakkar fl-Artikolu 265 tat-TFUE u jiddikjara li jinsab lest jagħmel użu minnu;

10.

Huwa tal-fehma li l-ħtieġa ta' involviment parlamentari sħiħ fl-operazzjoni ta' Next Generation EU, trid issir realtà; jisħaq li t-trilogu li għadu għaddej għandu jipprovdi eżitu sodisfaċenti dwar dan il-punt;

11.

Huwa tal-fehma li l-għelbien tal-ostakli maħluqa mir-rekwiżit tal-unanimità fil-Kunsill rigward l-adozzjoni tal-QFP u d-deċiżjoni dwar ir-riżorsi proprji, fost każijiet oħra, għandhom jiġu indirizzati fil-Konferenza dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa li jmiss;

12.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kunsill Ewropew u lill-Kummissjoni.

29.10.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 445/18


P9_TA(2020)0361

Implimentazzjoni tar-Regolament Dublin III

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Diċembru 2020 dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament ta' Dublin III (2019/2206(INI))

(2021/C 445/03)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 78(2)(e) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

wara li kkunsidra l-Artikolu 80 tat-TFUE dwar il-prinċipju tas-solidarjetà u t-tqassim ġust tar-responsabbiltà, inkluż l-implikazzjonijiet finanzjarji tagħha, bejn l-Istati Membri,

wara li kkunsidra l-Artikoli 1, 2, 3, 4, 18, 19 u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikoli 2, 3, 5, 8 u 13 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali (KEDB),

wara li kkunsidra l-Artikolu 14 tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, adottata mill-Assemblea Ġenerali tan-NU fl-1948,

wara li kkunsidra l-Patt Globali tan-Nazzjonijiet Uniti dwar ir-Refuġjati,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-1951 u l-Protokoll tal-1967 li jittrattaw l-Istatus tar-Rifuġjati (il-Konvenzjoni ta' Ġinevra),

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 604/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali ddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna mingħajr Stat (tfassil mill-ġdid), magħruf bħala r-Regolament ta' Dublin III (1).

wara li kkunsidra d-Deċiżjonijiet tal-Kunsill (UE) 2015/1523 tal-14 ta' Settembru 2015 (2) u (UE) 2015/1601 tat-22 ta' Settembru 2015 (3) li jistabbilixxu miżuri proviżorji fil-qasam tal-protezzjoni internazzjonali għall-benefiċċju tal-Italja u l-Greċja,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2016)0270) dwar riforma tar-Regolament ta' Dublin III,

wara li kkunsidra l-mandat ta' negozjar adottat mill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern fit-19 ta' Ottubru 2017, li ġie approvat fil-Plenarja fis-16 ta' Novembru 2017, u li ġie kkonfermat mill-Konferenza tal-Presidenti fis-17 ta' Ottubru 2019,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' April 2016 dwar is-sitwazzjoni fil-Mediterran u l-ħtieġa ta' approċċ olistiku tal-UE għall-migrazzjoni (4),

wara li kkunsidra s-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea relatati mar-Regolament (UE) Nru 604/2013, b'mod partikolari C-695/15 PPU Mirza (ECLI: UE: C:2016:188), C-63/15 Ghezelbash (Awla Manja) (*) (ECLI:EU:C:2016:409), C-155/15 Karim (ECLI:EU:C:2016:410), C-578/16 PPU C.K. et al (*) (ECLI:EU:C:2017:127), C-528/15 Al Chodor (ECLI:EU:C:2017:213), C-36/17 Ahmed (Digriet) (ECLI:EU:C:2017:273), C-490/16 A.S. (Awla Manja) (ECLI:EU:C:2017:585), C-646/16 Jafari (Awla Manja) (*) (ECLI:EU:C:207:586), C-670/16 Mengesteab (Awla Manja) (ECLI:EU:C:2017:587), C-60/16 Khir Amayri, ECLI:EU:C:2017:675, C-201/16 Shiri, (ECLI:EU:C:2017:805), C-360/16 Hasan (ECLI:EU:C:2018:35), C-647/16 Hassan (ECLI:EU:C:2018:368), C-213/17 X (ECLI:EU:C:2018:538), C-56/17 Fathi (ECLI:EU:C:2018:803), C-47/17 X (Awla Manja) (ECLI:EU:C:2018:900), C-661/17 M.A. et al (Awla Manja) (*) (ECLI:EU:C:2019:53), C-163/17 Jawo (Awla Manja) (*) (ECLI:EU:C:2019:218), C-582/17 H. (Awla Manja) (*) ECLI:EU:C:2019:280, u C-715/17, C-718/17 u C-719/17 Il-Kummissjoni vs Il-Polonja, l-Ungerija u r-Repubblika Ċeka,

wara li kkunsidra s-sentenzi tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem relatati mar-Regolament (UE) Nru 604/2013, u b'mod partikolari Sharifi vs l-Awstrija tal-5 ta' Diċembru 2013 (sentenza tal-Awla), Mohammadi vs l-Awstrija tat-3 ta' Lulju 2014 (sentenza tal-Awla), Sharifi et vs l-Italja u l-Greċja tal-21 ta' Ottubru 2014 (sentenza tal-Awla) u Tarakhel vs l-Iżvizzera tal-4 ta' Novembru 2014 (sentenza tal-Awla Manja), u QEDB – M.S.S. vs il-Belġju u l-Greċja (AM), Applikazzjoni Nru 30696/09, Sentenza tal-21 ta' Novembru 2011 b'rabta mar-Regolament (KE) Nru 343/2003 tat-18 ta' Frar 2003 (Dublin II),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta' Mejju 2015 bit-titolu “Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni” (COM(2015)0240),

wara li kkunsidra l-hekk imsejħa Dikjarazzjoni ta' Malta ta' Settembru 2019,

wara li kkunsidra l-istudju tal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati bit-titolu “Left in Limbo” (Mitlufin fil-Limbu), dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament ta' Dublin III,

wara li kkunsidra l-evalwazzjoni tar-Regolament ta' Dublin III tal-2015 u l-evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tar-Regolament ta' Dublin III tal-2016, imwettqa f'isem il-Kummissjoni minn ICF International,

wara li kkunsidra r-Rapport Speċjali Nru 24/2019 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri, ta' Novembru 2019, intitolat “L-asil, ir-rilokazzjoni u r-ritorn ta' migranti: Wasal iż-żmien li tingħata spinta biex jiġu indirizzati d-disparitajiet bejn l-objettivi u r-riżultati”,

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni intitolata “COVID-19: Gwida dwar l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-UE fil-qasam tal-proċeduri tal-asil u tar-ritorn u dwar ir-risistemazzjoni” (2020/C 126/02),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil tat-2 ta' Ġunju 2020 dwar miżuri ta' emerġenza rigward il-COVID-19 fis-sistemi tal-asil u tal-akkoljenza,

wara li kkunsidra r-rapport bit-titolu “Annual Report on the Situation of Asylum in the European Union” (Rapport Annwali dwar is-Sitwazzjoni tal-Asil fl-Unjoni Ewropea) tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil (EASO) ta' Ġunju 2020,

wara li kkunsidra l-valutazzjoni tal-implimentazzjoni mis-Servizz ta' Riċerka tal-Parlament Ewropew (EPRS) tar-Regolament ta' Dublin, ta' Jannar 2019, imfassal mid-Dott. Amandine Scherrer tal-Unità tal-Evalwazzjoni ex post tad-Direttorat għall-Valutazzjoni tal-Impatt u l-Valur Miżjud Ewropew tal-Parlament (l-ewwel parti) u mit-tim tar-riċerka tal-Kunsill Ewropew dwar ir-Rifuġjati u l-Eżiljati (ECRE), fuq talba tal-Unità tal-Evalwazzjoni ex post (it-tieni parti),

wara li kkunsidra studji oħra kkummissjonati mill-Parlament Ewropew, b'mod partikolari l-valutazzjoni tal-EPRS tal-implimentazzjoni tar-Regolament ta' Dublin u l-proċeduri tal-asil fl-Ewropa, ta' Gertrud Malmersjo u Milan Remáč, tal-2016, l-istudju tad-Dipartiment Tematiku għad-Drittijiet taċ-Ċittadini u l-Affarijiet Kostituzzjonali (Direttorat Ġenerali għall-Politiki Interni tal-Unjoni) dwar ir-riforma tar-Regolament ta' Dublin III, ta' Francesco Maiani, ta' Ġunju 2016, l-istudju tal-EPRS “The Cost of Non-Europe in Asylum Policy” (Xi jfisser kieku ma kienx hemm l-Ewropa għall-Politika tal-Asil), ta' Wouter van Ballegooij u Cecilia Navarra, ta' Ottubru 2018, u l-istudju tal-EPRS dwar ir-riforma tas-sistema ta' Dublin, ta' Anja Radjenovic, ta' Marzu 2019,

wara li kkunsidra s-smigħ tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (LIBE) li seħħ fid-19 ta' Frar 2020,

wara li kkunsidra t-tweġibiet mill-Parlamenti tal-Istati Membri dwar il-ħidma tagħhom fuq ir-Regolament ta' Dublin III, ipprovduti permezz tas-sistema awtomatizzata taċ-Ċentru Ewropew għar-Riċerka u d-Dokumentazzjoni Parlamentari,

wara li kkunsidra t-tweġiba mogħtija mill-Ġermanja għal lista ta' 5 mistoqsijiet mibgħuta mill-President u mir-Rapporteur tal-Kumitat LIBE lill-awtoritajiet nazzjonali kollha involuti fil-proċedura ta' Dublin,

wara li kkunsidra l-vjaġġi ta' ġbir ta' informazzjoni mir-Rapporteur f'Bochum (il-Ġermanja), Ter Apel (in-Netherlands), Bucharest (ir-Rumanija) u Lampedusa (l-Italja),

wara li kkunsidra l-Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, kif ukoll l-Artikolu 1(1)(e) u l-Anness 3 tad-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tat-12 ta' Diċembru 2002 dwar il-proċedura ta' awtorizzazzjoni għat-tħejjija ta' rapporti fuq inizjattiva proprja,

wara li kkunsidra l-ittra mill-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A9-0245/2020),

A.

billi 1 393 920 applikant għall-asil applikaw għal protezzjoni internazzjonali fil-pajjiżi tal-UE+ fl-2015 u 1 292 740 fl-2016, jiġifieri żieda ta' erba' darbiet meta mqabbla mal-2012 (373 375 applikazzjoni) u mal-2013 (464 515); billi l-għadd ta' applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali fil-pajjiżi tal-UE+ reġa' żdied bejn l-2018 (665 920) u l-2019 (738 425), ekwivalenti għal 0.13 % tal-popolazzjoni totali tal-UE fl-2019;

B.

billi t-tfal jirrappreżentaw kważi nofs it-talbiet għall-asil imressqa fl-UE, u madwar 17 700 minorenni mhux akkumpanjati ppreżentaw applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali fl-2019; billi 86 % minnhom kienu subien u 90 % kellhom bejn l-14 u t-18-il sena;

C.

billi Stat Membru li joħroġ viża lil ċittadin ta' pajjiż terz huwa responsabbli biex jeżamina l-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali skont l-Artikolu 12 tar-Regolament ta' Dublin III; billi, skont l-Artikolu 14 tar-Regolament ta' Dublin III, l-applikazzjoni ta' ċittadin ta' pajjiż terz jew ta' persuna mingħajr stat li jkunu daħlu fit-territorju ta' Stat Membru li jagħti eżenzjoni mir-rekwiżit ta' viża għandha tiġi eżaminata minn dan l-Istat Membru;

D.

billi saru 145 000 deċiżjoni dwar talbiet ta' Dublin fl-2019; billi r-rata ta' aċċettazzjoni għad-deċiżjonijiet dwar talbiet ta' Dublin kienet ta' 62 % fl-2019;

E.

billi bejn l-2008 u l-2017 terz tal-Istati Membri ospitaw 90 % tal-applikanti għall-asil;

F.

billi l-kriterji biex tiġi stabbilita r-responsabbiltà ta' Stat Membru għal applikazzjoni għall-asil jinkludu, f'ordni ġerarkika, l-unità tal-familja, il-ħruġ ta' permessi ta' residenza jew viżi, id-dħul jew is-soġġorn irregolari, u dħul b'eżenzjoni mir-rekwiżit ta' viża; billi, jekk ma tapplika l-ebda waħda minn dawn il-kriterji, l-Istat Membru li fih tkun saret applikazzjoni għall-asil għall-ewwel darba isir l-Istat Membru responsabbli skont l-Artikolu 3(2); billi, b'konsegwenza tal-użu sproporzjonat tal-Artikolu 13, li jalloka r-responsabbiltà għall-eżami ta' applikazzjoni għall-asil lill-Istat Membru tal-ewwel dħul irregolari, ir-responsabbiltajiet mhumiex qed jitqassmu b'mod ġust bejn l-Istati Membri; billi għadd ta' Stati Membri “tal-ewwel dħul” fil-Mediterran, jiġifieri l-Greċja, l-Italja, Malta, Ċipru u Spanja, irċevew proporzjon kbir mill-applikazzjonijiet tal-ewwel darba, b'mod partikolari matul il-kriżi tal-2015-2016;

G.

billi fl-2018, il-Ġermanja (82.8 miljun abitant, 18.6 % tal-popolazzjoni totali tal-UE) irreġistrat l-akbar numru ta' applikazzjonijiet (184 180, jew 28 % tal-applikazzjonijiet totali, ekwivalenti għal 0.22 % tal-popolazzjoni tagħha), segwita minn Franza (66.9 miljun abitant, 15 % tal-popolazzjoni totali tal-UE) b'120 425 applikazzjoni (19 % tal-applikazzjonijiet totali, ekwivalenti għal 0.18 % tal-popolazzjoni tagħha), il-Greċja (10.74 miljun abitant, 2.4 % tal-popolazzjoni totali tal-UE) b'66 695 applikazzjoni (11 % tal-applikazzjonijiet totali, 0.62 % tal-popolazzjoni tagħha), l-Italja (60.48 miljun abitant, 13.6 % tal-popolazzjoni totali tal-UE), b'59 950 applikazzjoni (10 % tal-applikazzjonijiet totali, 0.01 % tal-popolazzjoni tagħha), u Spanja (46.66 miljun abitant, 10.49 % tal-popolazzjoni totali tal-UE), bi 52 700 applikazzjoni (9 % tal-applikazzjonijiet totali, u 0.11 % tal-popolazzjoni tagħha);

H.

billi bejn l-2016 u l-2019, il-Ġermanja u Franza kienu bil-bosta l-iżjed li ħarġu talbiet ta' Dublin (68 % tat-total tal-UE), filwaqt li Spanja, l-Estonja, il-Litwanja, il-Latvja, is-Slovakkja, il-Bulgarija, il-Polonja u r-Repubblika Ċeka ħarġu ftit talbiet; billi Spanja ma ħarġet kważi l-ebda talba ta' Dublin, minkejja n-numru kbir u li qed jikber ta' applikazzjonijiet għall-asil; billi hemm differenzi sinifikanti bejn il-pajjiżi, b'54.6 % tat-trasferimenti mwettqa mill-Greċja, 42.2 % mill-Iżvezja, 11.2 % mill-Ġermanja, 6.7 % minn Franza, u 1.6 % mill-Italja bejn l-2016 u l-2019; billi hemm nuqqas sinifikanti ta' informazzjoni għal għadd ta' pajjiżi;

I.

billi r-Regolament ta' Dublin III huwa bbażat fuq is-suppożizzjoni ewlenija li l-applikanti għall-asil jingħataw drittijiet indaqs fl-Istati Membri kollha u li kull talba tiġi eżaminata b'mod ġust, ikun x'ikun il-post fejn titressaq it-talba fl-UE; billi r-realtà hija 'l bogħod ħafna minn dan;

J.

billi l-Istati Membri għamlu biss użu limitat ħafna tal-klawsola tal-persuni dipendenti (l-Artikolu 16) jew tal-klawsola umanitarja u diskrezzjonali (l-Artikolu 17) fir-Regolament; billi dawn il-klawsoli jipprovdu soluzzjonijiet raġonevoli għar-riunifikazzjoni tal-familja jew għar-rilokazzjonijiet, inkluż wara l-iżbark;

K.

billi, fil-biċċa l-kbira tal-proċeduri ta' Dublin, id-dispożizzjonijiet dwar il-ġerarkija tal-kriterji kif ukoll l-iskadenzi stabbiliti mhumiex implimentati kif suppost, u t-trasferimenti ma jitwettqux; billi f'sitwazzjonijiet li jinvolvu t-tfal u l-familji, dawn in-nuqqasijiet huma partikolarment ta' preġudizzju għall-aħjar interessi tat-tfal u għad-dritt tal-applikanti għall-asil għar-riunifikazzjoni tal-familja;

L.

billi d-data u l-istudji dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament ta' Dublin III joħorġu fid-dieher l-injorar regolari tad-dispożizzjonijiet dwar il-familji u l-applikazzjoni skorretta tal-prinċipju tal-aħjar interessi tat-tfal; billi, pereżempju, fl-2018, il-kriterju tal-unità tal-familja ġie invokat f'5 % biss tat-talbiet “biex tittieħed responsabbiltà” fi Franza (minn 12 000) u fi 3.7 % fil-Ġermanja (minn 17 500), u l-figuri kienu saħansitra aktar baxxi fil-Belġju, fl-Iżvezja u fl-Iżvizzera; jissottolinja li, b'kuntrast, il-Greċja ħarġet 79.3 % tat-talbiet tagħha “biex tittieħed responsabbiltà” abbażi tal-kriterju tal-unità tal-familja fl-2018; billi l-applikazzjonijiet għar-riunifikazzjoni tal-familja jiġu aċċettati b'inqas frekwenza (48 % tal-każijiet), meta mqabbla mar-rata medja ta' aċċettazzjoni għall-proċeduri kollha (67.6 %); billi l-implimentazzjoni effettiva tal-Artikoli 16 u 17 tar-Regolament tista' tiggarantixxi l-effikaċja tad-dritt tal-applikanti għall-asil għall-ħajja tal-familja u għall-unità tal-familja;

M.

billi kien hemm nuqqasijiet sinifikanti fl-implimentazzjoni tar-Regolament ta' Dublin III, inkluż waqt li kien hemm għadd kbir ta' wasliet fl-2015 u l-pandemija tal-COVID-19, u minħabba f'hekk iddgħajfu l-fiduċja bejn l-Istati Membri u d-dritt għall-protezzjoni internazzjonali, u dan wassal għall-ksur tad-drittijiet fundamentali; billi r-regoli ta' Dublin III urew li mhumiex adattati biex jiġu ffaċċjati influssi sostanzjali ta' migranti, u dan irriżulta f'sistema li tpoġġi responsabbiltà u piżijiet eċċessivi fuq ftit Stati Membri;

N.

billi l-mekkaniżmu temporanju tas-solidarjetà għat-tfittxija u s-salvataġġ fil-Mediterran miftiehem fid-Dikjarazzjoni ta' Malta, u li ġie ffirmat fit-23 ta' Settembru 2019 mill-Ġermanja, Franza, l-Italja u Malta, kien validu għal perjodu ta' mill-inqas sitt xhur; billi l-ebda Stat Membru ieħor ma ngħaqad f'dan il-ftehim ad hoc;

O.

billi d-dispożizzjoni dwar l-azzjoni preventiva (Artikolu 33) qatt ma ntużat;

P.

billi l-Artikolu 28 tar-Regolament ta' Dublin III jippermetti d-detenzjoni bħala miżura eċċezzjonali “sabiex jiġu żgurati proċeduri ta' trasferiment” jekk ikun hemm “riskju sinifikanti” li l-applikant jaħrab; billi din id-definizzjoni għadha mhix ċara u l-interpretazzjoni tagħha tvarja minn Stat Membru għall-ieħor;

Q.

billi hemm nuqqas ta' konformità dwar il-garanziji u s-salvagwardji proċedurali għall-applikanti għall-asil, b'mod speċjali t-tfal; billi t-tul tal-proċeduri u n-nuqqas ta' eżiti prevedibbli flimkien mal-kundizzjonijiet ta' akkoljenza ħżiena u l-prekarjetà soċjali għandhom impatt fuq il-benessri tal-applikanti għall-asil, li f'ħafna każijiet ikunu għaddew minn esperjenzi trawmatiċi meta kienu għadhom f'pajjiżhom u/jew fi triqithom lejn l-UE;

R.

billi l-implimentazzjoni tar-Regolament ta' Dublin III hija marbuta mill-qrib mal-implimentazzjoni ta' fajls oħra tal-politika Ewropea dwar il-migrazzjoni u l-asil; billi, b'mod partikolari, id-difetti fl-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar il-Proċeduri tal-Asil riformulata (2013/32/UE), id-Direttiva dwar l-Akkoljenza riformulata (2013/33/UE) u d-Direttiva dwar il-Kwalifika riformulata (2011/95/UE) kellhom impatt fuq l-implimentazzjoni tar-Regolament ta' Dublin III; billi l-Kummissjoni Ewropea għandha tagħmel iżjed sabiex tiżgura li l-Istati Membri jirrispettaw dawn id-Direttivi, inkluż permezz ta' proċeduri ta' ksur;

S.

billi wħud minn dawn id-difetti huma inerenti għat-tifsila tar-Regolament ta' Dublin u ma jistgħux jissolvew biss permezz ta' implimentazzjoni aħjar;

T.

billi l-lakuni fl-informazzjoni jipprevjenu li ssir evalwazzjoni komprensiva tal-implimentazzjoni tar-Regolament ta' Dublin III; billi l-informazzjoni statistika mhix ipprovduta b'mod sistematiku u konsistenti mill-Istati Membri, u mhux bl-istess livell ta' dettall jew frekwenza; billi l-lakuni fl-informazzjoni essenzjali jkopru r-raġunijiet għat-talbiet, id-durata tal-proċeduri, ir-riżorsi, l-applikazzjonijiet irtirati, it-trasferimenti li ma rnexxewx, il-proċessi tal-appelli, u d-detenzjoni;

U.

billi fis-6 ta' Novembru 2017 il-Parlament adotta Riżoluzzjoni leġiżlattiva dwar il-proposta ta' riformulazzjoni ta' Dublin IV b'maġġoranza ta' żewġ terzi;

L-integrazzjoni tal-prinċipju ta' solidarjetà fis-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil

1.

Iqis li r-Regolament ta' Dublin III li hemm fis-seħħ bħalissa jimponi responsabbiltà sproporzjonata fuq minoranza ta' Stati Membri, b'mod partikolari meta jseħħu għadd kbir ta' wasliet; iqis li, minħabba l-pożizzjoni ġeografika tagħhom, il-kriterju tal-pajjiż tal-ewwel dħul fir-Regolament ta' Dublin III ipoġġi piż bla preċedent u sproporzjonat fuq il-pajjiżi l-aktar esposti f'dawk li huma r-reġistrazzjoni u l-akkoljenza tal-applikanti għall-asil; jirrimarka li r-Regolament ta' Dublin III, kif imfassal u implimentat, naqas milli jiggarantixxi l-objettiv ewlieni tiegħu, jiġifieri li jiddetermina malajr l-Istat Membru responsabbli għal applikazzjoni għall-asil, u b'hekk li jiżgura d-distribuzzjoni ġusta tar-responsabbiltà bejn l-Istati Membri, u l-aċċess effettiv u rapidu għall-proċeduri tal-asil;

2.

Jisħaq li l-introduzzjoni tal-hotspots ikkombinata mal-programm ta' rilokazzjoni temporanja propost mill-Kummissjoni fl-2015 kienet intenzjonata biex tiffaċilita l-ġestjoni tal-applikazzjonijiet għall-asil meta l-applikanti jidħlu fit-territorju tal-UE, u kienet approċċ pragmatiku li jpatti għad-difetti li jinsabu fir-Regolament ta' Dublin III li kienu bdew jidhru f'dak iż-żmien; ifakkar, barra minn hekk, fil-kontribut tal-aġenziji tal-UE bħall-EASO u l-Frontex biex jappoġġjaw lill-Istati Membri li qed jiffaċċjaw piżijiet eċċessivi fl-implimentazzjoni tal-acquis dwar l-asil, u jenfasizza l-ħtieġa li l-kooperazzjoni bejn dawn l-aġenziji tittejjeb;

3.

Jenfasizza li l-applikazzjoni mhux xierqa tal-ġerarkija tal-kriterji, b'mod partikolari l-użu eċċessiv tal-kriterju tal-ewwel pajjiż ta' dħul u l-eżekuzzjoni ineffettiva tat-trasferimenti, żiedet ir-responsabbiltà sproporzjonata mġarrba minn ċerti Stati Membri, speċjalment l-Istati Membri l-aktar esposti; huwa tal-fehma li l-UE għalhekk teħtieġ mekkaniżmu ta' solidarjetà sostenibbli li jistabbilixxi regoli ġusti għall-allokazzjoni tar-responsabbiltà bejn l-Istati Membri skont l-Artikolu 80 tat-TFUE, u b'rispett sħiħ tad-dritt fundamentali għas-sikurezza u l-protezzjoni tal-applikanti għall-asil;

4.

Iqis li huwa essenzjali li jiġu pprovduti aktar riżorsi u kapaċitajiet lill-Istati Membri l-aktar esposti, pereżempju permezz tal-EASO, sakemm is-sistema ta' Dublin ma tiġix riformata;

5.

Ifakkar li d-dritt għall-asil huwa dritt fundamentali; jenfasizza li l-proċedura tal-asil isservi biex jiġu eżaminati l-applikazzjonijiet u tingħata protezzjoni internazzjonali lill-applikanti li jikkwalifikaw, filwaqt li tipprevedi deċiżjoni rapida u ġusta għal dawk li ma jikkwalifikawx;

6.

Jinnota li, skont l-Artikolu 24(4) tar-Regolament ta' Dublin III, l-Istati Membri jistgħu jew jitolbu li jieħdu lura persuna jew li jwettqu proċedura ta' ritorn fil-każ ta' persuni li l-applikazzjoni tagħhom għal protezzjoni internazzjonali tkun ġiet miċħuda permezz ta' deċiżjoni finali fi Stat Membru; jenfasizza li, fil-kuntest tal-applikazzjoni tal-Artikolu 24(4), ir-ritorn ta' persuni li ma jikkwalifikawx għal protezzjoni internazzjonali, speċjalment abbażi tal-konformità volontarja, jista' jgħin il-funzjonament tal-politiki tal-UE dwar il-migrazzjoni;

7.

Jilqa' d-Deċiżjonijiet tal-Kunsill tal-2015 u l-2016 dwar ir-rilokazzjoni li kienu ġew adottati bħala miżura urġenti ta' solidarjetà; jesprimi d-diżappunt tiegħu għall-impenji mhux issodisfati tal-Istati Membri għas-solidarjetà u l-kondiviżjoni tar-responsabbiltà, filwaqt li jirrikonoxxi l-kontribut pożittiv ta' xi Stati Membri; ifakkar li l-Kummissjoni Ewropea ma mxietx mat-talba tal-Parlament Ewropew fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta' Mejju 2017 għal proposta li l-miżuri ta' rilokazzjoni jiġu estiżi għal sa meta tiġi adottata r-riforma tar-Regolament ta' Dublin III; jenfasizza li ftehimiet ad hoc dwar ir-rilokazzjoni ma jistgħux jissostitwixxu Sistema Ewropea Komuni tal-Asil (SEKA) armonizzata u sostenibbli;

8.

Jiddeplora l-fatt li l-Kunsill, għall-kuntrarju tal-Parlament, ma adottax pożizzjoni dwar il-proposta għal Dublin IV riformulata, u għalhekk imblokka l-isforzi għar-riforma tar-Regolament ta' Dublin III, minkejja n-nuqqasijiet tagħha li huma dokumentati sew; huwa tal-fehma li dan l-imblukkar jista' jiġi interpretat bħala ksur tal-prinċipju tal-kooperazzjoni reċiproka u sinċiera bejn l-istituzzjonijiet tal-UE fl-Artikolu 13(2) tat-TUE, kif ukoll minħabba l-fatt li l-Kunsill dejjem fittex qbil unanimu minkejja l-fatt li l-maġġoranza kwalifikata hija prevista mit-Trattati; jiddispjaċih b'mod partikolari li l-Unjoni għad għandha l-istess ġabra ta' regoli li ntwera li kienu ineffettivi fil-ġestjoni ta' għadd kbir ta' wasliet; jitlob riforma rapida tas-SEKA;

9.

Jinnota li l-mekkaniżmu għal twissija bikrija, l-istat ta' tħejjija u l-ġestjoni tal-kriżijiet fl-Artikolu 33 s'issa għadu ma ġiex applikat, lanqas biss waqt li kien hemm għadd kbir ta' wasliet fl-2015-2016; jinnota, barra minn hekk, li d-dispożizzjonijiet fid-Direttiva dwar il-Protezzjoni Temporanja li kellhom l-għan li jindirizzaw il-protezzjoni temporanja f'każ ta' influssi tal-massa ta' persuni spostati li ma jkunux jistgħu jirritornaw lejn il-pajjiż ta' oriġini tagħhom għad iridu jiġu invokati;

10.

Iqis li fl-UE għandu jiġi stabbilit mekkaniżmu bbażat fuq is-solidarjetà biex tiġi żgurata l-kontinwità tad-dritt fundamentali tal-asil fl-UE bil-għan li jiġi żgurat l-aċċess għall-asil u l-kondiviżjoni tar-responsabbiltà fost l-Istati Membri; jenfasizza li l-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali tal-applikanti għall-asil għandu dejjem jibqa' fil-qalba ta' dan il-mekkaniżmu; iqis li mekkaniżmu bħal dan għandu jippermetti l-parteċipazzjoni tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jipprovdu assistenza professjonali lill-persuni li jinsabu fil-bżonn ta' protezzjoni internazzjonali, b'mod partikolari fejn din tkun ta' natura legali;

11.

Jissottolinja li l-klawsola diskrezzjonali fl-Artikolu 17, li tippermetti lil Stat Membru jassumi r-responsabbiltà għal applikazzjoni għall-asil, anke jekk ma jkunx ġie identifikat bħala l-Istat Membru responsabbli fl-ambitu tar-Regolament ta' Dublin III, tintuża b'mod differenti, rarament, u minn ftit Stati Membri biss; jinnota li l-Ġermanja, in-Netherlands u Franza kienu responsabbli għall-maġġoranza tal-każijiet fl-2018; jistieden lill-Istati Membri kollha jagħmlu użu aħjar mill-klawsola diskrezzjonali fl-Artikolu 17 biex jittrattaw sitwazzjonijiet diffiċli u emerġenzi umanitarji fin-nuqqas ta' mekkaniżmu ta' solidarjetà permanenti; huwa tal-fehma li l-klawsoli diskrezzjonali tal-Artikolu 17 għandhom jintużaw bħala għodda ta' solidarjetà għall-kondiviżjoni tar-responsabbiltà, b'mod partikolari f'sitwazzjonijiet ta' għadd kbir ta' wasliet bl-art u bil-baħar, jew għat-trasferiment tal-applikanti għall-asil li bħalissa qed jgħixu fil-hotspots f'kundizzjonijiet inumani, degradanti, mhux sanitarji u mhux sikuri u mingħajr aċċess suffiċjenti għall-appoġġ tas-saħħa fiżika u mentali;

12.

Huwa tal-fehma li d-dispożizzjonijiet dwar l-unità tal-familja, li huma l-ewwel fil-ġerarkija tal-kriterji biex tiġi stabbilita r-responsabbiltà, għandhom jiġu implimentati b'mod effikaċi, u li d-dispożizzjonijiet dwar il-persuni dipendenti (Artikolu 16) u l-klawsoli diskrezzjonali (Artikolu 17) jistgħu jintużaw b'mod aktar mifrux biex jappoġġjaw l-unità tal-familja;

13.

Jenfasizza l-ħafna sfidi involuti fl-implimentazzjoni tar-Regolament ta' Dublin III; jinnota l-appoġġ operattiv u tekniku sinifikanti pprovdut mill-EASO lill-awtoritajiet tal-Istati Membri fl-implimentazzjoni tal-proċeduri ta' Dublin, b'mod partikolari fil-hotspots;

14.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiffaċilitaw ix-xogħol tal-persunal tal-EASO billi jippermettu li l-intervisti tal-applikanti għall-asil isiru b'lingwa differenti minn dik tal-pajjiż li fih isiru filwaqt li jiżguraw li l-applikanti jiġu pprovduti interpretazzjoni b'lingwa li huma jifhmu; jisħaq fuq il-ħtieġa li l-EASO josserva l-ogħla standards fil-ħidma operazzjonali tiegħu u li jpoġġi l-interessi tal-applikanti li jinsabu fil-bżonn ta' protezzjoni internazzjonali, inkluż l-aħjar interessi tat-tfal, fil-qalba tal-ħidma tiegħu; jitlob l-istabbiliment ta' Aġenzija Ewropea għall-Asil, b'riżorsi finanzjarji u umani adegwati, biex tagħti appoġġ lill-Istati Membri fil-proċeduri ta' Dublin; iħeġġeġ l-organizzazzjoni u l-forniment ta' persunal adegwati tal-unitajiet Ewropej ta' Dublin sabiex tiġi ssimplifikata u mħaffa t-tlestija tal-proċeduri relatati mas-sistema ta' Dublin, u b'mod partikolari biex tiġi żgurata l-applikazzjoni korretta tal-Kapitolu III tar-Regolament ta' Dublin III, li jorbot applikant għall-asil ma' Stat Membru partikolari;

Il-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali

15.

Jirrimarka li l-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali trid tkun fil-qalba tal-miżuri kollha li jittieħdu għall-implimentazzjoni tar-Regolament ta' Dublin III, inkluża l-protezzjoni tat-tfal, tal-vittmi tat-traffikar, tal-persuni LGBTI u ta' persuni oħra li jinsabu f'sitwazzjoni vulnerabbli; jindika l-prezz uman li n-nuqqasijiet tas-SEKA qed jikkawżaw lill-applikanti għall-asil, li s-saħħa mentali tagħhom diġà tinsab imdgħajfa minħabba t-trawmi li esperjenzaw fil-pajjiż ta' oriġini tagħhom u potenzjalment matul ir-rotot migratorji;

16.

Ifakkar li l-applikanti għall-asil għandhom id-dritt li jkunu informati bil-proċeduri b'mod sħiħ; jiddispjaċih li l-livell ta' informazzjoni pprovdut lill-applikanti għall-asil huwa konsiderevolment differenti minn Stat Membru għall-ieħor; iħeġġeġ lill-Istati Membri jiggarantixxu li l-minorenni jkollhom informazzjoni mfassla apposta u adattata għat-tfal u appoġġ speċifiku; jisħaq li l-forniment ta' assistenza legali u ta' interpretazzjoni huwa essenzjali sabiex jiġi żgurat id-dritt tal-applikanti għall-informazzjoni;

17.

Jindika li t-trasferimenti tal-applikanti għall-asil, u b'mod partikolari tal-persuni vulnerabbli, tal-minorenni u tal-familji jistgħu jirriżultaw fi ksur tad-drittijiet tal-bniedem tagħhom; itenni li n-non-refoulement u l-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem huma raġuni biżżejjed biex jiġi sospiż trasferiment anke meta l-pajjiż ta' destinazzjoni ma jippreżentax defiċjenzi sistemiċi; iħeġġeġ lill-Istati Membri jivvalutaw b'mod adegwat ir-riskji li għalihom l-applikanti jkunu esposti fl-Istat Membru ta' destinazzjoni; jisħaq b'mod partikolari li t-trasferimenti jridu jitwettqu b'tali mod li l-individwi fl-ebda ċirkostanza ma jkunu esposti għal riskju ta' refoulement;

18.

Ifakkar li, kif spjegat fl-Artikolu 28, id-detenzjoni tal-applikanti għall-asil fl-ambitu tal-proċedura ta' Dublin tista' tiġi imposta biss bħala miżura tal-aħħar istanza, biss jekk id-detenzjoni tkun konformi mal-prinċipju tal-proporzjonalità, u jekk l-ebda miżura alternattiva u inqas koerċittiva ma tkun tista' tiġi implimentata b'mod effettiv biex jiġi żgurat li l-proċedura tat-trasferiment tkun tista' titwettaq f'każijiet fejn ikun hemm riskju għoli li jaħarbu; jistieden lill-Istati Membri jagħmlu sforzi konkreti biex isibu alternattivi validi għad-detenzjoni;

19.

Iqis li detenzjoni bħal din għandha tkun kemm jista' jkun qasira u m'għandhiex tkun għal iżjed miż-żmien li raġonevolment huwa meħtieġ sabiex il-proċeduri amministrattivi meħtieġa jiġu ssodisfati bid-diliġenza dovuta sakemm jitwettaq it-trasferiment fl-ambitu ta' dan ir-Regolament; jisħaq li fin-nuqqas ta' kriterji armonizzati sabiex jiġi ddeterminat ir-riskju ta' ħarba, l-Istati Membri adottaw kriterji diverġenti u xi kultant kontroversjali; jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jiċċaraw “riskju sinifikanti ta' ħarba”;

20.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jiddikjaraw b'mod ċar li d-detenzjoni qatt mhi fl-aħjar interessi tat-tfal;

21.

Ifakkar li skont il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (5) huwa illegali li tiġi imposta miżura ta' detenzjoni fuq minorenni mingħajr l-ebda kunsiderazzjoni tal-aħjar interessi tagħhom, tas-sitwazzjoni individwali tagħhom bħala minorenni mhux akkumpanjati jekk applikabbli, jew mingħajr valutazzjoni tal-proporzjonalità jew mingħajr ma jkunu disponibbli alternattivi għad-detenzjoni;

22.

Jenfasizza li l-għan aħħari tal-protezzjoni tat-tfal, bħal kontra t-traffikar tat-tfal, għandu dejjem jipprevali, sabiex jiġi żgurat li t-tfal migranti jkollhom aċċess rapidu għall-edukazzjoni, għall-kura tas-saħħa u għal akkomodazzjoni xierqa; jissottolinja li t-tfal mhux akkumpanjati għandhom igawdu minn miżuri ta' protezzjoni xierqa bħall-kustodja effettiva;

23.

Jindika għadd kbir ta' defiċjenzi u defiċjenzi sistemiċi fil-konformità mal-ġerarkija tal-kriterji; jisħaq li l-unità tal-familja żgur li mhijiex l-aktar kriterju applikat, għalkemm fil-Kapitolu III tar-Regolament din tinsab fil-quċċata tal-ġerarkija; iqis li l-Istati Membri, abbażi tal-prinċipju ta' kooperazzjoni reċiproka, għandhom jgħinu lill-awtoritajiet kompetenti u liċ-ċittadini tal-pajjiżi terzi fit-titjib tal-istabbiliment tar-rabtiet tal-familja eżistenti ppruvati fil-proċedura għad-determinazzjoni tal-Istati Membri responsabbli; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura l-konformità sħiħa mal-ġerarkija tal-kriterji;

24.

Iqis li huwa essenzjali li jiġu ċċarati l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-kriterju tar-riunifikazzjoni tal-familja, u li tingħata prijorità, kif spjegat fl-Artikolu 7(3) tar-Regolament, lill-applikazzjoni tal-Artikoli 8, 10 u 16 bħala l-kriterji ewlenin biex jiġi ddeterminat l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-asil, sabiex jiġu żgurati l-effettività tad-dritt għall-unità tal-familja u l-implimentazzjoni aktar malajr tad-deċiżjonijiet dwar ir-riunifikazzjoni tal-familja; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jarmonizzaw l-istandard tal-prova meħtieġa għar-riunifikazzjoni tal-familja fid-direzzjoni ta' standards u rekwiżiti li jistgħu jintlaħqu aktar; jindika li l-interpretazzjonijiet ta' x'jikkostitwixxi “familja” jvarjaw minn Stat Membru għall-ieħor, u dan jikkontribwixxi għan-nuqqas ta' konformità mal-ġerarkija tal-kriterji u għad-disfunzjonament tas-sistema; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni timmonitorja bir-reqqa l-applikazzjoni tajba tad-definizzjonijiet relatati mal-familja min-naħa tal-Istati Membri, kif definit fl-Artikolu 3 tar-Regolament;

25.

Ifakkar li skont ir-Regolament, l-aħjar interessi tat-tfal għandu jkun il-kunsiderazzjoni primarja fil-proċeduri u d-deċiżjonijiet kollha ta' Dublin li jirrigwardaw lit-tfal; jiddispjaċih li l-Istati Membri japplikaw interpretazzjonijiet differenti tal-aħjar interessi tat-tfal;

26.

Jiddispjaċih li mekkaniżmi ta' identifikazzjoni inadegwati u kultant metodi żbaljati ta' evalwazzjoni tal-età spiss ikomplu jaggravaw is-sitwazzjoni tal-minorenni, u jwasslu biex l-eżitu tal-proċeduri ta' Dublin jiġi ttardjat jew negattivament affettwat; jinnota li ġew żviluppati prattiki tajba f'ċerti Stati Membri, bħall-użu ta' persunal speċjalizzat għall-minorenni mhux akkumpanjati jew approċċ multidixxiplinari sabiex tiġi ddeterminata l-età;

27.

Jinsab imħasseb serjament li f'ħafna Stati Membri minħabba sfidi prattiċi l-ħatra ta' rappreżentant biex jassisti lill-minorenni mhux akkumpanjati fil-proċeduri ta' Dublin spiss tiġi ttardjata jew ma tkunx garantita; jinnota wkoll li f'xi pajjiżi dawn ir-rappreżentanti mhumiex informati biżżejjed dwar il-proċeduri ta' Dublin, u li l-minorenni mhux akkumpanjati m'għandhomx aċċess għal appoġġ adattat għat-tfal;

Is-simplifikazzjoni tal-proċeduri, it-tnaqqis sinifikanti ta' kemm jieħu żmien l-ipproċessar u r-rispett tad-dritt għal rimedju effettiv

28.

Jenfasizza li l-għadd ta' proċeduri ta' trasferiment żdiedu b'mod sinifikanti fl-2016-2017 u jiġġeneraw spejjeż umani, materjali u finanzjarji konsiderevoli; jiddeplora, madankollu, il-fatt li t-trasferimenti twettqu biss fi 11 % tal-każijiet, fattur ieħor fit-tagħbija żejda frekwenti fuq is-sistemi tal-asil, li juri biċ-ċar in-nuqqas ta' effikaċja tar-Regolament; iqis li huma essenzjali l-isforzi li jsiru biex jiġu garantiti l-aċċess għall-informazzjoni u l-proċeduri rapidi għar-riunifikazzjoni tal-familja u għat-trasferiment tal-applikanti għall-asil;

29.

Jenfasizza l-ġabra importanti ta' ġurisprudenza tal-QEDB u tal-QĠUE f'dawn l-aħħar snin li ċċarat ir-raġunijiet ammissibbli biex jiġu prevenuti t-trasferimenti ta' Dublin, b'mod partikolari kwalunkwe sors ta' riskju għall-individwu; jinnota b'mod partikolari l-għadd dejjem akbar ta' deċiżjonijiet mill-qrati Ewropej u nazzjonali biex jiġu sospiżi t-trasferimenti lejn Stati Membri fejn applikant għall-asil ikun se jiġi mċaħħad b'mod inġust minn protezzjoni internazzjonali (każijiet ta' refoulement indirett) jew ikun se jiġi mċaħħad mid-drittijiet tiegħu fil-proċedura ta' Dublin; jiddeplora l-fatt li l-applikanti għall-asil huma l-vittmi ta' trattament inuman jew degradanti f'ċerti Stati Membri;

30.

Jinnota li n-nuqqasijiet fl-organizzazzjoni strutturali u l-funzjonament tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għall-asil, flimkien mal-iskarsezza tar-riżorsi, ikkontribwew għal dewmien fil-proċeduri ta' Dublin u xekklu l-applikazzjoni tar-Regolament; jinnota li filwaqt li l-biċċa l-kbira tal-pajjiżi għandhom awtorità speċjalizzata waħda għall-asil, xi Stati Membri għażlu li jaqsmu r-responsabbiltà bejn awtoritajiet differenti, u b'hekk inħolqu kumplessitajiet prattiċi għall-applikanti għall-asil f'ċerti każijiet u diverġenzi fl-implimentazzjoni tar-Regolament;

31.

Jisħaq li l-effettività tal-proċeduri ta' Dublin tiddependi wkoll mill-kwalità u mil-livelli ta' forniment ta' persunal ta' kull awtorità nazzjonali kompetenti għall-asil; jinnota lakuni importanti minn awtorità kompetenti għall-asil għall-oħra f'dak li hu numru ta' persunal għal kull applikant għall-asil; jisħaq li l-unitajiet ta' Dublin nazzjonali m'għandhomx biżżejjed persunal waqt li qed jiffaċċjaw żieda sinifikanti fl-ammont ta' xogħol tagħhom; jistieden lill-Istati Membri jżidu r-riżorsi biex ir-Regolament ta' Dublin III jsir operazzjonali, b'mod partikolari n-numru ta' uffiċjali tal-asil;

32.

Jenfasizza n-nuqqas ta' kooperazzjoni u ta' kondiviżjoni tal-informazzjoni bejn l-Istati Membri, li jdgħajjef b'mod attiv il-prinċipju tas-solidarjetà tal-UE u jikkontribwixxi b'mod dirett għall-piż eċċessiv fuq is-sistemi f'ċerti Stati Membri;

33.

Jisħaq li l-applikazzjoni eċċessiva u parzjalment mhux xierqa tal-kriterju ta' “dħul irregolari” tpoġġi piż sproporzjonat fuq il-pajjiżi tal-ewwel dħul, li spiss ma jkollhomx ir-riżorsi u l-kapaċità biex jospitaw u jirreġistraw lill-applikanti għall-asil; jinnota li t-talbiet biex “l-applikant jittieħed lura” kienu l-forma predominanti tal-proċedura ta' Dublin f'dawn l-aħħar snin, jiġifieri li l-biċċa l-kbira tal-persuni li ddaħħlu fi proċedura ta' Dublin kienu diġà applikaw għall-asil fi Stat Membru ieħor; jinnota li miżuri adegwati għall-prevenzjoni ta' movimenti sekondarji għandhom japplikaw għall-Istati Membri fiż-Żona Schengen, kif ukoll għal dawk li huma barra minnha;

34.

Ifakkar li l-limiti ta' żmien f'kull stadju tal-proċedura ta' Dublin huma maħsuba biex il-proċedura ma tiħux ħafna żmien u biex ikun permess l-aċċess rapidu għall-proċedura tal-asil; jinnota li għad hemm nuqqas ta' ċarezza u varjazzjonijiet minn Stat Membru għall-ieħor dwar il-kalkolu tal-limiti ta' żmien u d-determinazzjoni tal-mument meta jibda jgħodd iż-żmien għal kull proċedura; jipproponi l-kjarifika u l-armonizzazzjoni tal-kundizzjonijiet li jiskattaw il-proċeduri ta' trasferiment;

35.

Iqis li f'xi każijiet ir-regoli dwar it-trasferiment tar-responsabbiltà skont Dublin III jimminaw l-effiċjenza tal-proċeduri tal-asil u t-twettiq tat-trasferimenti billi jżidu l-periklu li dak li jkun jaħrab; jiddeplora r-raġunijiet li spiss mhumiex ġenwini mressqa mill-Istati Membri biex jirrifjutaw it-trasferimenti; iqis li dawn il-fatturi, fost l-oħrajn, ikkontribwew għaż-żieda fl-għadd ta' movimenti sekondarji billi inkoraġġew lill-applikanti għall-asil jibqgħu barra mis-sistema; jistieden lill-Kummissjoni tirrevedi r-regoli sabiex ittejjeb l-eżekuzzjoni tat-trasferimenti u tneħħi t-trasferiment tar-responsabbiltà fil-każijiet fejn applikant għall-asil jaħrab, trawwem il-fiduċja bejn l-Istati Membri, timmonitorja s-sitwazzjoni u, fejn meħtieġ, timponi pieni fuq l-Istati Membri li jirrifjutaw it-trasferimenti;

36.

Jinnota li l-applikazzjoni inkorretta tar-regoli dwar il-ġerarkija tal-kriterji, b'mod partikolari rigward ir-riunifikazzjoni tal-familja u s-sitwazzjoni tat-tfal mhux akkumpanjati, kif ukoll l-użu sproporzjonat tal-kriterju tal-ewwel pajjiż ta' dħul irregolari jdgħajfu wkoll il-proċeduri tal-asil; jinnota li dawn il-lakuni fl-implimentazzjoni jistgħu jinkoraġġixxu lil dawk li jfittxu l-asil jibqgħu barra mis-sistema; jisħaq li aktar armonizzazzjoni tas-sistemi tal-asil tal-Istati Membri hija essenzjali għal Regolament ta' Dublin III li jiffunzjona u għall-prevenzjoni tal-movimenti sekondarji; jistieden lill-Kummissjoni tipproponi sistema li tqis kif dovut ir-rabtiet sinjifikattivi ppruvati li dawk li jfittxu l-asil ikollhom ma' Stat Membru, bħar-residenza legali preċedenti jew id-diplomi edukattivi, u li tiżgura li t-trattament ta' dawk li jfittxu l-asil ikun ugwali f'termini relattivi fl-UE kollha;

37.

Iqis li l-għoti ta' assistenza legali lill-applikanti għall-asil għall-proċeduri ta' Dublin, b'mod partikolari fil-hotspots, huwa fundamentali biex jiġi żgurat li l-applikanti jiġu infurmati dwar id-drittijiet u l-obbligi tagħhom matul proċedura ta' Dublin; jenfasizza li dan itejjeb il-proċeduri li jkunu konformi mad-drittijiet, jissimplifika l-proċeduri ta' Dublin, u jtejjeb it-teħid tad-deċiżjonijiet; jinnota li rappreżentant legali jista' jiżgura li kull fajl tal-każ ikun komplut u preċiż, u jikkontribwixxi għat-tnaqqis tar-rata ta' appelli u għas-salvagwardja tad-dritt għan-non-refoulement; jinnota bi tħassib li għad hemm xi kwistjonijiet speċifiċi fil-livell nazzjonali, bħall-aċċess limitat għal rappreżentanti legali indipendenti fiċ-ċentri tal-asil remoti, ir-rati baxxi ta' rimunerazzjoni finanzjarja għall-assistenza legali, nuqqas ta' faċilitajiet adegwati għall-intervisti preparatorji u privati, u l-forniment inadegwat ta' għajnuna legali għall-applikanti fiċ-ċentri tad-detenzjoni; jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni Ewropea jżidu l-fondi disponibbli għall-forniment ta' assistenza legali matul il-proċedura ta' Dublin;

38.

Jisħaq li l-kwalità u l-ammont ta' informazzjoni pprovduta lill-applikanti matul il-proċedura ta' Dublin xejn mhija sodisfaċenti, tvarja b'mod sinifikanti minn pajjiż għall-ieħor, u f'xi każijiet, fil-pajjiżi stess; jinnota li fatturi differenti jaffettwaw il-konformità mad-dritt għall-informazzjoni, bħall-kwalità u ċ-ċarezza tal-informazzjoni, l-aċċess għal interpretu, id-disponibbiltà ta' dokumenti tradotti, l-aċċess għall-informazzjoni f'ħin xieraq; ifakkar li d-dritt għall-informazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament huwa essenzjali minħabba n-natura kumplessa tal-proċeduri ta' Dublin u sabiex tingħata garanzija ta' aċċess għal eżami ġust ta' applikazzjoni għall-asil fl-UE; jissottolinja li l-lakuni f'dan il-qasam jistgħu jkun attribwiti għan-nuqqas ta' riżorsi, iżda li jirriżultaw ukoll minn għażliet politiċi intenzjonati f'ċerti pajjiżi fejn ikunu nħatru ftit wisq rappreżentanti legali; iħeġġeġ lill-Istati Membri biex, bl-appoġġ tal-Kummissjoni u tal-EASO, itejbu l-informazzjoni li titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-applikanti għall-asil informazzjoni ċara u aċċessibbli dwar il-proċeduri kumplessi ta' Dublin, jiżguraw li hija ċara u aċċessibbli għal kulħadd, b'mod partikolari fir-rigward tar-riunifikazzjoni tal-familja, skont l-Artikoli 4 u 26 tar-Regolament, u jipprovdu aċċess għal rimedju effettiv u għal assistenza legali, skont l-Artikolu 27;

39.

Jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta l-implimentazzjoni ġenerali tas-SEKA, kif ukoll kwalunkwe lakuna u nuqqas fir-Regolament ta' Dublin III li jwasslu biex jitpoġġa piż sproporzjonat ta' responsabbiltà fuq il-pajjiżi li jinsabu fil-fruntieri esterni tal-UE;

Implimentazzjoni uniformi tal-arranġamenti ta' Dublin ibbażata fuq id-drittijiet fil-każijiet ta' asil fl-UE kollha

40.

Jenfasizza li l-prinċipju ta' applikazzjoni għall-asil unika fl-UE ma jistax jiġi rrispettat, u dan imur kontra l-għan innifsu tar-Regolament ta' Dublin III; jinnota li l-implimentazzjoni ta' dan il-prinċipju hija mxekkla minn diversi fatturi, li jfisser li hemm diversi raġunijiet għas-sottomissjoni ta' applikazzjonijiet sussegwenti għall-asil; iqis li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jikkondividu l-informazzjoni rilevanti tagħhom, b'mod partikolari dwar l-għoti u ċ-ċaħda ta' applikazzjonijiet għall-asil, f'bażi ta' data Ewropea bħall-Eurodac, biex iħaffu l-proċeduri u jipprevjenu li jsiru applikazzjonijiet multipli għall-asil, filwaqt li jirrispettaw il-protezzjoni tad-data personali; iqis li r-reġistrazzjoni tal-applikanti u tal-migranti kollha li jaqsmu l-fruntieri b'mod irregolari hija prijorità;

41.

Jinnota li l-livell ta' protezzjoni tal-applikanti għall-asil tvarja ħafna minn Stat Membru għall-ieħor għal ċerti nazzjonalitajiet, u li dan jista' jikkontribwixxi għall-moviment ulterjuri; iqis li l-kunsiderazzjoni tal-ħtiġijiet individwali tal-applikanti fil-proċeduri ta' Dublin tnaqqas il-movimenti sekondarji; jemmen li l-kunsiderazzjoni ta' “rabtiet sinifjikattivi ppruvati” ma' Stat Membru partikolari hija approċċ effettiv għat-tnaqqis tal-movimenti sekondarji, u jitlob li dan jiġi inkluż bħala kriterju għar-rilokazzjoni;

It-tisħiħ tal-governanza u l-konverġenza bejn l-Istati Membri

42.

Jisħaq li n-network tal-Kummissjoni tal-unitajiet ta' Dublin tal-Istati Membri ltaqa' biss darba jew darbtejn fis-sena u ma wettaqx rwol operazzjonali; iqis li l-użu mingħajr koordinazzjoni tan-Network tal-Unitajiet ta' Dublin tal-EASO jipprevjeni lir-Regolament ta' Dublin III milli jiffunzjona b'mod effettiv; jinnota madankollu li n-Network ta' Dublin tal-EASO kien aktar attiv u li l-EASO wettaq numru ta' missjonijiet utli biex jappoġġja lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tar-Regolament ta' Dublin III, bħall-produzzjoni ta' dokumenti ta' gwida u analiżi, jew l-istazzjonament ta' aġenti; iħeġġeġ kooperazzjoni aktar mill-qrib bejn l-awtoritajiet nazzjonali tal-asil sabiex jikkondividu l-informazzjoni, irawmu l-iżvilupp ta' prattiki uniformi u tal-aħjar prattiki, jissimplifikaw it-trasferimenti u jikkontribwixxu għall-prevenzjoni tal-każijiet ta' applikazzjonijiet multipli; jipproponi li l-EASO jiġi inkarigat mit-tfassil ta' arranġamenti ta' governanza msaħħa għall-applikazzjoni tar-Regolament ta' Dublin III, inkluż djalogu operattiv ta' kull xahar bejn l-awtoritajiet nazzjonali, kif ukoll pjattaforma għall-iskambju u l-kondiviżjoni tal-informazzjoni u tal-aħjar prattiki;

43.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jinkludu, fost is-sorsi użati għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tar-Regolament, informazzjoni affidabbli u aġġornata mogħtija mill-atturi mhux statali, b'mod partikolari organizzazzjonijiet internazzjonali u NGOs;

44.

Jinnota li bejn l-2008 u l-2017 għadd sinifikanti ta' applikazzjonijiet għall-asil tressqu minn ċittadini ta' pajjiżi terzi li vvjaġġaw mingħajr viża jew b'viża għal żjara qasira biex jidħlu fiż-Żona Schengen (6); jinnota, barra minn hekk, li wħud minn dawn l-applikazzjonijiet tressqu fi Stat Membru differenti minn dak li għalih tkun inħarġet il-viża; jenfasizza li għall-proċeduri sussegwenti ta' Dublin, ġie ppruvat li r-regoli fl-Artikoli 12 u 14 mhumiex ċari biżżejjed, u b'hekk ifixklu d-determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli; jistieden lill-Kummissjoni tiċċara kif l-Artikoli 12 u 14 tar-Regolament għandhom jiġu applikati meta jkun qed jiġi ddeterminat liema Stat Membru għandu jkun responsabbli għal applikazzjoni għall-asil; jipproponi li ssir l-evalwazzjoni, bħala waħda mill-ġerarkija tal-kriterji, tal-impatt possibbli li jkollhom l-applikazzjonijiet għad-dħul b'eżenzjoni mir-rekwiżit ta' viża fuq il-funzjonament xieraq tas-sistema ta' Dublin;

45.

Jinnota li bejn l-Istati Membri ġew konklużi ftehimiet bilaterali sabiex tittejjeb l-effiċjenza tal-proċeduri ta' Dublin jew jiġi żgurat it-trasferiment tal-applikanti għall-asil; jenfasizza madankollu li dawn ħarġu wkoll li kellhom effett negattiv, u f'ċerti każijiet dgħajfu l-ilħiq tal-objettivi tar-Regolament fil-livell Ewropew; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri kollha biex, minflok, jieħdu kont tal-fatturi li jikkontribwixxu għal effiċjenza akbar, biex jieħdu azzjoni konġunta u kkoordinata biex jottimizzaw l-implimentazzjoni effettiva tar-Regolament ta' Dublin III, u jaħdmu għall-armonizzazzjoni tal-implimentazzjoni tar-Regolament;

46.

Jinnota li l-Istati Membri jistgħu jfasslu pjanijiet ta' azzjoni preventiva, bl-appoġġ tal-Kummissjoni u b'koordinazzjoni magħha, fejn l-applikazzjoni tar-Regolament tista' tiġi pperikolata minħabba riskju sostanzjat ta' pressjoni partikolari fuq is-sistemi tal-asil tal-Istati Membri u/jew minħabba problemi fil-funzjonament tas-sistemi tal-asil tagħhom, f'konformità mal-Artikolu 33; jinnota li dawn il-miżuri preventivi jistgħu jqisu l-informazzjoni mill-Kummissjoni u mill-EASO, u jistgħu jwasslu għal solidarjetà ġenwina u prattika, f'konformità mal-Artikolu 80 tat-TFUE, mal-Istati Membri li jkunu qed jiffaċċjaw pressjonijiet partikolari fuq is-sistemi tal-asil tagħhom b'mod ġenerali, inkluż bħala riżultat ta' flussi migratorji mħallta, u mal-applikanti, u b'hekk jippermettu stat ta' tħejjija aħjar f'każ ta' kriżi potenzjali tal-asil;

47.

Iqis li l-implimentazzjoni tar-Regolament ta' Dublin III mhijiex qed turi li hi effettiva għax l-objettivi primarji tiegħu mhux qed jiġu ssodisfati, jiġifieri d-determinazzjoni rapida u ġusta tal-Istat Membru responsabbli għal applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali; ifakkar li ġew identifikati lakuni sinifikanti fl-implimentazzjoni għal għadd ta' dispożizzjonijiet ta' Dublin; jenfasizza li l-implimentazzjoni tar-Regolament hija bil-wisq ineffiċjenti fir-rigward tal-isforzi, ir-riżorsi umani u l-persunal iddedikat għaliha mill-Istati Membri;

48.

Jistieden lill-Kunsill jadotta votazzjoni b'maġġoranza kwalifikata meta jkun qed jirriforma r-Regolament ta' Dublin III, u meta jkun qed jaġixxi fir-rigward tal-Artikolu 78(2) tat-TFUE;

49.

Jiddeplora l-fatt li l-Kummissjoni għadha ma ppubblikatx ir-rapport ta' valutazzjoni tagħha skont l-Artikolu 46; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura implimentazzjoni aktar effikaċi tar-Regolament ta' Dublin III;

o

o o

50.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet tal-Pajjiżi Membri u lill-parlamenti nazzjonali.

(1)  ĠU L 180, 29.6.2013, p. 31.

(2)  ĠU L 239, 15.9.2015, p. 146.

(3)  ĠU L 248, 24.9.2015, p. 80.

(4)  ĠU C 58, 15.2.2018, p. 9.

(5)  EDAL, QEDB – Rahimi v. Greċja, Applikazzjoni Nru 8687/08, Sentenza tal-5 ta' Lulju 2011: https://www.asylumlawdatabase.eu/en/content/ecthr-rahimi-v-greece-application-no-868708-1

(6)  Il-Kummissjoni Ewropea, Network Ewropew dwar il-Migrazzjoni, “Impact of Visa Liberalisation on Countries of Destination” (L-Impatt tal-Liberalizzazzjoni tal-Viżi fuq il-Pajjiżi ta' Destinazzjoni), Marzu 2019: https://ec.europa.eu/home-affairs/system/files/2019-03/00_eu_visa_liberalisation_2019_synthesis_report_en_0_0.pdf


29.10.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 445/28


P9_TA(2020)0362

Implimentazzjoni tad-Direttiva dwar ir-Ritorn

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Diċembru 2020 dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar ir-Ritorn (2019/2208(INI))

(2021/C 445/04)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, adottata mill-Assemblea Ġenerali tan-NU fl-1948,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-1951 u l-Protokoll tal-1967 dwar l-Istatus tar-Rifuġjati (il-Konvenzjoni ta' Ġinevra), u b'mod partikolari d-dritt ta' non-refoulement,

wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari l-Artikoli 1, 3, 4, 6, 7, 18, 19, 20 u 47 tagħha,

wara li kkunsidra l-Patt Globali għal Migrazzjoni Sikura, Ordnata u Regolari, adottat mill-Assemblea Ġenerali tan-NU fid-19 ta' Diċembru 2018,

wara li kkunsidra l-Għoxrin Linja Gwida dwar ir-Ritorn Furzat, adottati mill-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa fl-4 ta' Mejju 2005,

wara li kkunsidra d-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (1) (id-“Direttiva dwar ir-Ritorn”),

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2018/1860 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Novembru 2018 dwar l-użu tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen għar-ritorn ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi b'soġġorn illegali (2) (ir-“ritorn tas-SIS”),

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2020/851 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2020 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 862/2007 dwar l-istatistika Komunitarja dwar il-migrazzjoni u l-protezzjoni internazzjonali (3),

wara li kkunsidra s-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea relatati mad-Direttiva 2008/115/KE, inklużi l-Kawżi C-357/09 Kadzoev (4), C-61/11 El Dridi (5), C-534/11 Arslan (6), C-146/14 Mahdi (7), C-554/13 Z. Zh. (8), C-47/15 Sélina Affum (9), C-82/16 K.A. et (10) u C-181/16 Gnandi (11),

wara li kkunsidra s-sentenzi tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem relatati mad-Direttiva 2008/115/KE, fosthom Amie et vs Il-Bulgarija (applikazzjoni Nru 58149/08), N.D. u N.T. vs Spanja (applikazzjoni Nri 8675/15 u 8697/15) u Haghilo vs Ċipru (applikazzjoni Nru 47920/12),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta' Marzu 2014 dwar il-Politika tar-Ritorn tal-UE (COM(2014)0199),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta' Mejju 2015 dwar Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni (COM(2015)0240),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tas-Summits ta' Ottubru 2016 u Ġunju 2018 tal-Kunsill Ewropew,

wara li kkunsidra l-istandards komuni mhux vinkolanti tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 għal Programmi ta' Ritorn Volontarju Assistit (u Riintegrazzjoni) implimentati mill-Istati Membri,

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta' Marzu 2017 dwar politika aktar effettiva ta' ritorn fl-Unjoni Ewropea – Pjan ta' Azzjoni mġedded (COM(2017)0200),

wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/432 tas-7 ta' Marzu 2017 dwar ir-ritorni aktar effettivi fl-implimentazzjoni tad-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12),

wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2338 tas-16 ta' Novembru 2017 li tistabbilixxi “Manwal dwar ir-Ritorn” komuni li għandu jintuża mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri meta jkunu qed iwettqu l-kompiti relatati mar-ritorn (13),

wara li kkunsidra r-Rapport ta' Sinteżi tal-2017 tan-Network Ewropew dwar il-Migrazzjoni bit-titlu “The effectiveness of return in EU Member States: challenges and good practices linked to EU rules and standards” (L-effettività tar-ritorn fl-Istati Membri tal-UE: sfidi u prattiki tajba marbuta mar-regoli u l-istandards tal-UE),

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Settembru 2018 dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (riformulazzjoni) (COM(2018)0634),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta' Diċembru 2018 dwar il-ġestjoni tal-migrazzjoni fl-aspetti kollha tagħha: progress skont l-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni (COM(2018)0798),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' April 2020 dwar il-COVID-19: Gwida dwar l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-UE fil-qasam tal-proċeduri tal-asil u tar-ritorn u dwar ir-risistemazzjoni (C(2020)2516),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' April 2016 dwar is-sitwazzjoni fil-Mediterran u l-ħtieġa ta' approċċ olistiku tal-UE għall-migrazzjoni (14),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta' April 2017 dwar l-indirizzar tal-movimenti tar-rifuġjati u tal-migranti: ir-rwol tal-Azzjoni Esterna tal-UE (15),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tat-13 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Fond għall-Asil u l-Migrazzjoni (16),

wara li kkunsidra r-Rapport Speċjali Nru 24/2019 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri ta' Novembru 2019 bit-titolu “L-asil, ir-rilokazzjoni u r-ritorn ta' migranti: Wasal iż-żmien li tingħata spinta biex jiġu indirizzati d-disparitajiet bejn l-objettivi u r-riżultati”,

wara li kkunsidra l-Valutazzjoni tal-Impatt Sostituttiva tas-Servizz ta' Riċerka tal-Parlament Ewropew (EPRS) ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għar-riformulazzjoni tad-Direttiva dwar ir-Ritorn,

wara li kkunsidra l-Valutazzjoni Ewropea tal-EPRS ta' Ġunju 2020 li tipprovdi evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar ir-Ritorn u tad-dimensjoni esterna tad-Direttiva dwar ir-Ritorn,

wara li kkunsidra r-rapport ta' evalwazzjoni tal-Frontex tal-15 ta' Ġunju 2020 dwar l-operazzjonijiet ta' ritorn fit-tieni semestru tal-2019,

wara li kkunsidra r-4 Rapport Annwali tal-15 ta' Mejju 2020 taċ-Ċentru Ewropew kontra l-Faċilitazzjoni ta' Dħul Klandestin ta' Migranti tal-Europol,

wara li kkunsidra r-rapporti dwar l-applikazzjoni tal-acquis ta' Schengen fil-qasam tar-ritorn li tfasslu f'konformità mar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1053/2013 tas-7 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi mekkaniżmu ta' evalwazzjoni u monitoraġġ biex jivverifika l-applikazzjoni tal-acquis ta' Schengen u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tas-16 ta' Settembru 1998 li stabbiliet Kumitat Permanenti għall-evalwazzjoni u l-implimentazzjoni ta' Schengen (17),

wara li kkunsidra l-Manwal tal-2019 tal-Kunsill tal-Ewropa tas-17 ta' Settembru 2019 bit-titlu “Practical Guidance on Alternatives to Immigration Detention: Fostering Effective Results” (Gwida Prattika dwar Alternattivi għad-Detenzjoni tal-Migranti: It-Trawwim ta' Riżultati Pożittivi),

wara li kkunsidra l-analiżi tas-7 ta' Diċembru 2017 tal-Kumitat ta' Tmexxija dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (CDDH) tal-Kunsill tal-Ewropa dwar aspetti legali u prattiċi ta' alternattivi effettivi għad-detenzjoni fil-kuntest tal-migrazzjoni,

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar it-tfassil aħjar tal-liġijiet (18),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-30 ta' Mejju 2018 dwar l-interpretazzjoni u l-implimentazzjoni tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (19),

wara li kkunsidra l-Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, kif ukoll l-Artikolu 1(1)(e) u l-Anness 3 tad-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tat-12 ta' Diċembru 2002 dwar il-proċedura ta' awtorizzazzjoni għat-tħejjija ta' rapporti fuq inizjattiva proprja,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A9-0238/2020),

A.

billi l-Kummissjoni evalwat l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar ir-Ritorn darba biss (fl-2014), minkejja l-obbligu legali impost mill-Artikolu 19 ta’ dik id-Direttiva li tirrapporta dwar l-applikazzjoni tagħha kull tliet snin, mill-2013 'il quddiem; billi fl-2015 il-Kummissjoni ppubblikat komunikazzjoni li kienet tinkludi pjan ta' azzjoni dwar ir-ritorn; billi fl-2017 ħarġet rakkomandazzjoni dwar ir-ritorni aktar effettivi fl-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar ir-Ritorn u ppubblikat Manwal dwar ir-Ritorn; billi f'Settembru 2018, mingħajr ma wettqet valutazzjoni tal-impatt, il-Kummissjoni ppreżentat proposta għal riformulazzjoni tad-Direttiva dwar ir-Ritorn biex tinkiseb politika aktar effettiva u koerenti dwar ir-ritorn; billi l-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (LIBE) tal-Parlament Ewropew awtorizza lis-EPRS biex jipprovdi valutazzjoni tal-impatt sostituttiva dwar il-proposta għal riformulazzjoni; billi din il-valutazzjoni tirrimarka dwar in-nuqqas ta' evidenza li l-proposta għal riformulazzjoni twassal għal ritorni aktar effettivi;

B.

billi l-objettiv doppju tad-Direttiva dwar ir-Ritorn huwa li jiġu stabbiliti regoli komuni dwar ir-ritorn effettiv f'konformità mad-drittijiet fundamentali u mal-prinċipju tal-proporzjonalità; billi fir-rakkomandazzjoni tagħha biex ir-ritorni jkunu aktar effettivi, il-Kummissjoni tiffoka fuq ir-rata ta' ritorni bħala indikatur tal-effettività tad-Direttiva dwar ir-Ritorn u tirrakkomanda miżuri li jista' jkollhom l-effett mhux mixtieq li jillimitaw ċerti salvagwardji ta’ dik id-Direttiva, bħad-dritt ta' appell u li jsir użu minn perjodi itwal ta' detenzjoni; billi r-ritorni sostenibbli u r-riintegrazzjoni b'suċċess huma indikaturi importanti fil-valutazzjoni tal-effettività tar-ritorni; billi attwalment il-monitoraġġ ta' wara r-ritorn mhuwiex komprensiv u preċiż biżżejjed; billi ħarġet evidenza li mhux ir-ritorni kollha huma sostenibbli, speċjalment fir-rigward ta' minorenni mhux akkumpanjati, minħabba nuqqas ta' pjan ta' riintegrazzjoni personali jew appoġġ mar-ritorn tagħhom;

C.

billi l-Kummissjoni nnotat li l-Istati Membri jiffaċċjaw diversi ostakoli għal ritorni effettivi, ta' natura proċedurali, teknika u operattiva, inter alia l-livell ta' kooperazzjoni fost il-partijiet ikkonċernati involuti kollha, inklużi ma' pajjiżi terzi; billi l-identifikazzjoni tal-persuni rimpatrijati u l-ħtieġa li tinkiseb id-dokumentazzjoni meħtieġa minn pajjiżi terzi ġiet identifikata mill-Kummissjoni bħala waħda mir-raġunijiet ewlenin għal nuqqas ta' ritorn;

D.

billi n-nuqqas ta' armonizzazzjoni kellu impatt qawwi fuq il-prattiki ta' ritorn fost l-Istati Membri; billi mill-valutazzjonijiet li saru mill-Kummissjoni fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni tar-Rakkomandazzjoni dwar ir-ritorni aktar effettivi, ħareġ li “l-marġini ta' diskrezzjoni f'idejn l-Istati Membri skont id-Direttiva dwar ir-Ritorn wassal għal traspożizzjoni inkonsistenti fil-leġiżlazzjonijiet nazzjonali, b'impatt negattiv fuq l-effettività tal-politika ta' ritorn tal-Unjoni” u li “implimentazzjoni aktar effettiva ta' dik id-Direttiva għandha tnaqqas il-possibbiltajiet ta' użu ħażin tal-proċeduri u tneħħi l-ineffiċjenzi, filwaqt li jiġi żgurat il-ħarsien tad-drittijiet fundamentali kif minquxa fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea”;

E.

billi l-Kummissjoni, fil-pjan ta' azzjoni tagħha dwar ir-ritorn ippubblikat fl-2015, esprimiet il-fehma li r-ritorni volontarji kienu, kull meta kien possibbli, l-għażla ppreferuta; billi, għal darb'oħra, kif iddikjarat mill-Kummissjoni fil-pjan ta' azzjoni tagħha, “huwa stmat li madwar 40 % tar-ritorni kien tluq volontarju, ['il fuq] minn 14 % biss fl-2009”; billi, skont l-istimi tal-Kummissjoni, 300 000 persuna kull sena ma jistgħux jiġu rimpatrijati minħabba ostakoli amministrattivi, problemi ta' saħħa jew ir-riskju ta' non-refoulement; billi s-sitwazzjoni tagħhom għandha tiġi indirizzata, inkluż billi jingħataw status ġuridiku abbażi ta' raġunijiet umanitarji;

F.

billi d-data relatata mal-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar ir-Ritorn hija disponibbli għall-pubbliku permezz tal-Eurostat iżda mhijiex diżaggregata u komparabbli fil-każijiet kollha; billi tista' tingħata aktar informazzjoni bl-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/1860 dwar l-użu tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen għar-ritorn ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi b'soġġorn illegali (ir-“ritorn tas-SIS”) u bir-Regolament (UE) 2020/851 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 862/2007 dwar l-istatistika Komunitarja dwar il-migrazzjoni u l-protezzjoni internazzjonali;

G.

billi bejn l-2014 u l-2018 l-għadd ta' qsim irregolari tal-fruntieri naqas minn 1,82 miljun għal 142 000; billi l-Istati Membri ħarġu madwar 3 miljun permess bħala l-ewwel permessi ta' residenza fl-2019; billi l-għadd ta' applikazzjonijiet għall-asil naqas minn 1,29 miljun fl-2015 għal 698 000 fl-2019; billi fl-2018, l-Istati Membri ħarġu 283 880 deċiżjoni ta' ritorn, li rriżultaw fir-ritorn ta' 147 815 persuna;

H.

billi l-Istati Membri ma jikkondividux b'mod sistematiku informazzjoni dwar id-deċiżjonijiet ta' ritorn jew il-projbizzjonijiet fuq id-dħul li jkunu ħarġu, u dan ifisser li r-rikonoxximent reċiproku tad-deċiżjonijiet ta' ritorn maħruġa mill-Istati Membri u l-infurzar tagħhom huma impossibbli fil-prattika; billi sabiex tiżdied l-effiċjenza tar-riammissjonijiet, u sabiex tiġi żgurata l-koerenza tar-ritorni fil-livell Ewropew, ftehimiet formali tal-UE għandhom jingħataw preferenza fuq ftehimiet bilaterali bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi;

Osservazzjonijiet ġenerali

1.

Jinnota n-nuqqas ta' valutazzjoni tal-implimentazzjoni mill-Kummissjoni u jistieden lill-Kummissjoni twettaq tali valutazzjoni, li kellha ssir fl-2017, f'konformità mal-Artikolu 19 tad-Direttiva dwar ir-Ritorn u f'konformità mal-prinċipju ta' tfassil aħjar tal-liġijiet;

2.

Itenni l-importanza ta' approċċ komuni bbażat fuq l-evidenza biex jiġu ggwidati t-tfassil ta' politika koerenti u d-diskors pubbliku infurmat sew u jistieden lill-Kummissjoni tħeġġeġ u tappoġġja lill-Istati Membri biex jiġbru u jippubblikaw data kwalitattiva u kwantitattiva dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar ir-Ritorn, b'mod partikolari dwar id-data fuq il-projbizzjonijiet fuq id-dħul u d-detenzjoni, peress li dawn il-kategoriji mhumiex attwalment miġbura mill-Eurostat, filwaqt li jsir użu b'mod partikolari mill-istrumenti l-ġodda disponibbli, bħar-ritorni tas-SIS u r-Regolament (UE) 2020/851 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 862/2007 dwar l-istatistika Komunitarja dwar il-migrazzjoni u l-protezzjoni internazzjonali; jistieden lill-Istati Membri jiġbru statistika abbażi tar-Regolament (UE) 2020/851 mill-aktar fis possibbli u jipparteċipaw fl-istudji pilota assoċjati; jieħu att bi tħassib tan-nuqqas ta' data disponibbli, inkluż ta' data diżaggregata skont il-ġeneru u l-età, li tikkonċerna l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar ir-Ritorn;

3.

Jinsab imħasseb li mill-2015, in-numru ta' deċiżjonijiet ta' ritorn infurzati qed jonqos, u jinnota li dan in-numru ma jikkorrispondix neċessarjament għal żieda jew tnaqqis fid-dħul illegali; jenfasizza li l-politika effettiva dwar ir-ritorn hija waħda mill-elementi ewlenin ta' politika tal-UE fil-qasam tal-asil u l-migrazzjoni li tiffunzjona tajjeb; jinnota li, skont id-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni, ir-rata ta' ritorn naqset minn 46 % fl-2016 għal 37 % fl-2017 u li din ir-rata tista' ma tippreżentax l-istampa preċiża, minħabba l-marġni inerenti ta' diskrezzjoni li l-Istati Membri jiddisponu minnha għall-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar ir-Ritorn, b'mod partikolari d-diffikultajiet fil-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi, il-fatt li xi Stati Membri joħorġu aktar minn deċiżjoni ta' ritorn waħda lil persuna waħda, li d-deċiżjonijiet ma jiġux irtirati jekk ir-ritorn ma jseħħx minħabba raġunijiet umanitarji, li xi persuni ma jkunux jistgħu jiġu rimpatrijati peress li r-ritorn tagħhom ikun jikser il-prinċipju ta' non-refoulement, jew li ċerti persuni jiġu rimpatrijati b'mod volontarju mingħajr ma jkunu ġew irreġistrati; jissottolinja li mhux kull deċiżjoni ta' ritorn hija segwita minn proċeduri ta' ritorn u ta' riammissjoni rapidi minħabba ostakoli prattiċi u ġuridiċi u jinnota bi tħassib li dan jista' jikkawża pressjoni serja, mhux biss fuq il-faċilitajiet lokali, iżda wkoll fuq il-persuni involuti;

4.

Jikkondividi l-objettiv tal-Kummissjoni li ttejjeb l-implimentazzjoni effettiva tad-Direttiva dwar ir-Ritorn u l-effettività tal-proċeduri ta' ritorn fl-Istati Membri; jistieden lill-Kummissjoni tniedi proċeduri ta' ksur fejn ġustifikat; jenfasizza li l-effettività tad-Direttiva dwar ir-Ritorn għandha titkejjel billi jsir riferiment għar-rata ta' ritorn kif ukoll għas-sostenibbiltà tar-ritorn u l-implimentazzjoni tas-salvagwardji tad-drittijiet fundamentali, ir-rispett għall-garanziji proċedurali u l-effettività tar-ritorn volontarju; jenfasizza li l-kejl tal-implimentazzjoni effettiva tad-Direttiva dwar ir-Ritorn għandu jittejjeb u jiġi ssimplifikat aktar fost l-Istati Membri sabiex jissaħħu t-trasparenza u l-komparabbiltà tad-data;

5.

Jinnota li l-Kummissjoni ddikjarat li n-nuqqas ta' identifikazzjoni minn pajjiżi terzi u riammissjoni ta' persuni rimpatrijati huwa wieħed mir-raġunijiet ewlenin għal nuqqas ta' ritorn; jisħaq fuq il-ħtieġa li jittejbu r-relazzjonijiet ma' pajjiżi terzi fi djalogu kostruttiv dwar il-migrazzjoni bbażat fuq l-ugwaljanza, biex tiġi żgurata kooperazzjoni li tkun ta' benefiċċju reċiproku għal ritorni effettivi u sostenibbli;

6.

Jieħu att tan-natura informali tal-kooperazzjoni mal-pajjiżi terzi; jistieden lill-Istati Membri jħeġġu u jgħinu lill-Kummissjoni tikkonkludi ftehimiet ta' riammissjoni tal-UE formali, li jkunu akkompanjati bi skrutinju parlamentari u s-sorveljanza ġudizzjarja tal-UE; jenfasizza li għandhom jiġu offruti inċentivi biex tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni; jinnota li l-ftehimiet ta' riammissjoni bilaterali użati skont l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva dwar ir-Ritorn ma joffrux salvagwardji proċedurali xierqa, inkluż li l-persuna kkonċernata tiġi notifikata dwar miżura individwali u informazzjoni dwar rimedji disponibbli u effettivi u dwar il-possibbiltà ta' appell; jinnota li l-Istati Membri qed jiffaċċjaw sfidi biex jiżguraw b'mod regolari l-okkupanza sħiħa tas-sits disponibbli għall-persuni rimpatrijati f'operazzjonijiet ta' ritorn permezz ta' titjiriet charter ikkoordinati mill-Frontex; jinnota bi tħassib li f'xi każijiet il-possibbiltà li jitwettqu operazzjonijiet ta' ritorn konġunti mill-Frontex hija eskluża minn ftehimiet bilaterali bejn l-Istati Membri organizzaturi jew parteċipanti u pajjiżi ta' destinazzjoni li mhumiex fl-UE;

7.

Jisħaq fuq il-ħtieġa li jkun hemm aktar kooperazzjoni dwar ir-ritorn bejn l-Istati Membri, inklużi l-kondiviżjoni ta' informazzjoni u l-applikazzjoni tad-Direttiva 2001/40/KE dwar ir-rikonoxximent reċiproku tad-deċiżjonijiet dwar l-espulsjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi, f'konformità mal-garanziji tad-drittijiet fundamentali; jissottolinja l-ħtieġa li jingħata appoġġ, inkluż appoġġ operattiv, mill-aġenziji rilevanti tal-Unjoni; jisħaq fuq il-ħtieġa li jkun hemm kooperazzjoni akbar bejn l-Istati Membri u l-Frontex;

8.

Jistieden lill-Istati Membri jallokaw kapaċità xierqa, inklużi riżorsi umani u taħriġ suffiċjenti, lill-awtoritajiet responsabbli biex jieħdu u jimplimentaw deċiżjonijiet ta' ritorn, meta jagħmlu hekk jinvestu fil-kwalità tal-proċess deċiżjonali u ta' implimentazzjoni tagħhom;

9.

Jisħaq fuq l-importanza ta' proċeduri ekwi, rapidi u effettivi għar-ritorn ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu qiegħdin illegalment fit-territorju tal-Unjoni, inklużi dawk li l-applikazzjonijiet tagħhom ikunu ġew irrifjutati, fir-rispett tad-drittijiet fundamentali tal-persuni kkonċernati;

Deċiżjonijiet ta' ritorn u tluq volontarju

10.

Jirrimarka dwar l-importanza fid-Direttiva dwar ir-Ritorn li tiġi żgurata konformità tal-migranti mad-deċiżjonijiet ta' ritorn u jfakkar fil-prinċipju ewlieni minqux f’dik id-Direttiva li għandha tingħata prijorità lir-ritorn volontarju fuq ir-ritorn furzat meta ma jkunx hemm raġunijiet serji li wieħed jemmen li dan se jimmina l-għan tal-proċedura tar-ritorn, peress li r-ritorni volontarji x'aktarx huma aktar sostenibbli, irħas u inqas ikkumplikati għall-Istati, u adattati aktar biex jirrispettaw id-drittijiet fundamentali tal-persuna kkonċernata; jitlob lill-Kummissjoni tkompli tikkunsidra r-ritorn volontarju bħala l-għażla ppreferuta minflok ir-ritorn furzat u tħeġġeġ lill-Istati Membri biex jiżviluppaw qafas effettiv għal aċċess faċli għall-programmi ta' ritorn volontarju;

11.

Jitlob lill-Kummissjoni tkompli tiffinanzja u żżid ir-riżorsi disponibbli għall-programmi ta' ritorn volontarju assistit sabiex tinkoraġġixxi l-użu ta' tali programmi bl-għan aħħari li tiżgura ritorn u riintegrazzjoni sostenibbli;

12.

Jenfasizza li skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva dwar ir-Ritorn, deċiżjoni ta' ritorn għandha, bħala regola ġenerali, tipprovdi perjodu adegwat għat-tluq volontarju ta' bejn 7 ijiem u 30 jum, li l-Istati Membri għandhom jestendu fejn ikun meħtieġ, hekk kif iqisu ċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-każ individwali; jiġbed l-attenzjoni għall-eċċezzjonijiet stipulati fl-Artikolu 7(4) tad-Direttiva dwar ir-Ritorn; jinnota li l-programmi nazzjonali tal-Istati Membri intiżi biex jiġi faċilitat it-tluq volontarju xi kultant għandhom portata u mezzi insuffiċjenti; ifakkar li l-Istati Membri li jipprovdu dan il-perjodu għal tluq volontarju biss wara li jirċievu applikazzjoni jeħtiġilhom jinformaw liċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi kkonċernati dwar il-possibbiltà li jippreżentaw tali applikazzjoni;

13.

Jilqa' d-dispożizzjonijiet ta' diversi Stati Membri li jippermettu li jitqiesu b'mod xieraq iċ-ċirkostanzi individwali u li jippermettu l-għoti ta' estensjonijiet ta' perjodu għal tluq volontarju; ifakkar li, f'każijiet fejn id-Direttiva dwar ir-Ritorn tirrikjedi lill-Istati Membri jipposponu t-tneħħija, bħal meta din tikser il-prinċipju ta' non-refoulement, l-Artikolu 14(2) tad-Direttiva dwar ir-Ritorn jirrikjedi lill-Istati Membri jipprovdu lill-persuni kkonċernati konferma bil-miktub li, temporanjament, id-deċiżjoni ta' ritorn mhijiex se tiġi infurzata;

14.

Jenfasizza li definizzjoni wiesgħa tar-riskju ta' ħarba tista' twassal lill-Istati Membri biex joqogħdu lura milli jagħtu perjodu għat-tluq volontarju; ifakkar li t-tneħħija tal-perjodu għat-tluq volontarju twassal ukoll għall-impożizzjoni ta' projbizzjoni fuq id-dħul, li jista' jkompli jimmina t-tluq volontarju; jisħaq fuq il-ħtieġa li tittejjeb l-implimentazzjoni tal-qafas legali attwali sabiex jiżdiedu r-ritorni volontarji b'suċċess;

15.

Jistieden lill-Istati Membri u lill-Frontex jikkondividu informazzjoni u l-aħjar prattiki dwar ritorni volontarji b'suċċess u b'mod uman, u jipprovdu għajnuna operattiva fost l-Istati Membri, meta tintalab biex isaħħu u jtejbu l-effettività operattiva tar-ritorni volontarji;

16.

Jenfasizza l-importanza li jiġu pprovduti ġestjoni u assistenza ta' każijiet individwali, imfassla apposta għaċ-ċirkostanzi u l-prospetti individwali tal-persuna rimpatrijata, b'attenzjoni partikolari lill-minorenni mhux akkumpanjati;

Salvagwardji proċedurali

17.

Jenfasizza li d-Direttiva dwar ir-Ritorn tirrikjedi li d-deċiżjonijiet ta' ritorn u ta' projbizzjoni fuq id-dħul u d-deċiżjonijiet dwar it-tneħħija għandhom ikunu individwalizzati, motivati b'mod ċar fil-liġi u fil-fatt, jinħarġu bil-miktub, u jkunu kompluti b'informazzjoni dwar ir-rimedji disponibbli u l-iskadenzi rilevanti; jenfasizza l-importanza li din l-informazzjoni tiġi pprovduta b'lingwa li l-persuna tifhem; jesprimi tħassib dwar in-nuqqas ta' dettall u ġustifikazzjoni suffiċjenti fid-deċiżjonijiet ta' ritorn;

18.

Huwa tal-fehma li t-tfal mhux akkumpanjati m'għandhomx jiġu rimpatrijati sakemm ma jkunx jista' jintwera li dan huwa fl-aħjar interess tat-tfal, u li t-tfal għandhom jiġu informati dwar id-drittijiet tagħhom u r-rimedji disponibbli b'mod adattat għat-tfal u f'lingwa li jifhmu;

19.

Ifakkar li l-prinċipju ta' non-refoulement huwa vinkolanti fuq l-Istati Membri fiċ-ċirkostanzi kollha, inkluż għal proċeduri ta' ritorn li ma jidħlux fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva dwar ir-Ritorn;

20.

Jieħu att tad-differenzi sinifikanti bejn l-Istati Membri fid-dritt ta' appell, speċjalment fir-rigward tat-tip ta' korp ta' appell u l-limiti ta' żmien tal-appell; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġi ggarantit id-dritt għal rimedju effettiv, inkluż billi jingħataw informazzjoni u għajnuna legali xierqa u aċċessibbli kif ukoll fondi xierqa għall-għoti ta' għajnuna legali;

21.

Jinnota li l-użu tal-klawżola fakultattiva fl-Artikolu 2(2)(a) jista' jwassal għal tnaqqis fl-implimentazzjoni ta' salvagwardji fil-fruntieri meta mqabbla mal-proċedura regolari ta' ritorn; iħeġġeġ lill-Istati Membri, għalhekk, jiżguraw salvagwardji proċedurali u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u japplikaw id-Direttiva dwar ir-Ritorn għal sitwazzjonijiet tal-fruntieri;

22.

Jenfasizza li d-Direttiva dwar ir-Ritorn tippermetti s-sospensjoni temporanja tal-infurzar ta' tneħħija, sakemm tiġi rieżaminata deċiżjoni dwar ir-ritorn; jissottolinja l-ħtieġa li jiġu żgurati tali sospensjonijiet f'każijiet fejn hemm riskju ta' refoulement; jinnota li fil-biċċa l-kbira tal-pajjiżi, l-appell kontra r-ritorn mhuwiex awtomatikament sospensiv, u dan jista' jnaqqas il-protezzjoni; jenfasizza li rimedju sospensiv awtomatiku jiżgura li l-persuni ma jiġux rimpatrijati qabel ma tittieħed deċiżjoni finali dwar il-proċedura ta' ritorn; jenfasizza li l-aħjar interessi tat-tfal iridu jkunu l-kunsiderazzjoni primarja għad-deċiżjonijiet kollha li jikkonċernaw it-tfal, inklużi deċiżjonijiet pendenti relatati mar-ritorn;

23.

Ifakkar li l-Artikolu 6(4) tad-Direttiva dwar ir-Ritorn jipprovdi lill-Istati Membri bil-possibbiltà li jagħtu permess ta' residenza awtonomu għal raġunijiet ta' kompassjoni, dawk umanitarji jew għal raġunijiet oħrajn lil ċittadin minn pajjiż terz li jkun qiegħed illegalment fit-territorju tagħhom; jisħaq fuq l-importanza li jiġu eżawriti b'suċċess il-possibbiltajiet ipprovduti fid-Direttiva dwar ir-Ritorn biex jiġu infurzati d-deċiżjonijiet ta' ritorn, b'enfasi fuq ir-ritorn volontarju; jinnota, madankollu, l-użu limitat tal-Artikolu 6(4) tad-Direttiva dwar ir-Ritorn u jħeġġeġ lill-Istati Membri biex jespandu l-użu ta' din il-klawżola; huwa mħasseb dwar in-nuqqas min-naħa tal-Istati Membri li joħorġu permess temporanju ta' residenza fejn jirriżulta li r-ritorn mhuwiex possibbli, li qed iwassal biex ta' spiss il-migranti ma jkunux jistgħu jgawdu d-drittijiet fundamentali tagħhom; jissottolinja l-fatt li l-għoti ta' permessi ta' residenza lil individwi li ma jkunux jistgħu jirritornaw fil-pajjiż ta' oriġini tagħhom jista' jgħin biex jiġu evitati soġġorni illegali mtawla u titnaqqas il-vulnerabbiltà għall-isfruttament tal-ħaddiema u jista' jiffaċilita l-inklużjoni soċjali tal-individwi fis-soċjetà u l-kontribut tagħhom lilha; jinnota li dan jgħin ukoll biex in-nies joħorġu mil-limbu amminsitrattiv li fih jistgħu jinsabu imblokkati; jenfasizza, fl-istess ħin, li l-koordinazzjoni fi ħdan l-Unjoni hija meħtieġa sabiex jiġu evitati movimenti irregolari ulterjuri ta' persuni soġġetti għal deċiżjoni ta' ritorn;

Projbizzjonijiet fuq id-dħul

24.

Jinnota bi tħassib l-impożizzjoni awtomatika mifruxa tal-projbizzjonijiet fuq id-dħul, li f'xi Stati Membri huma infurzati flimkien mat-tluq volontarju; jisħaq li dan l-approċċ joħloq ir-riskju li jitnaqqsu l-inċentivi għal ritorn volontarju; jistieden lill-Istati Membri jikkonformaw mal-obbligu tad-Direttiva dwar ir-Ritorn li jqisu l-irtirar jew is-sospensjoni tal-projbizzjoni f'każijiet fejn ċittadin ta' pajjiż terz ikun jista' juri li telaq mit-territorju ta' Stat Membru;

25.

Jinnota li s-sitwazzjoni ta' persuna tista' tvarja matul il-perjodu impost mill-projbizzjoni fuq id-dħul u li persuna tista' ssib ruħha f'riskju ta' persekuzzjoni fil-pajjiż fejn hija tkun ġiet rimpatrijata; jistieden lill-Istati Membri jneħħu l-projbizzjoni fuq id-dħul abbażi ta' kunsiderazzjonijiet umanitarji f'tali każijiet; itenni li projbizzjoni fuq id-dħul ma għandhiex tiġi applikata awtomatikament, iżda minflok għandha tkun ibbażata fuq valutazzjoni individwali; jitlob lill-Istati Membri jistabbilixxu proċeduri effettivi biex tintalab it-tneħħija ta' projbizzjoni fuq id-dħul, li permezz tagħhom tiġi ggarantita valutazzjoni individwali, fejn l-aħjar interessi tat-tfal jikkostitwixxu l-kunsiderazzjoni primarja u jiġu rispettati d-dritt għall-ħajja tal-familja, id-dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja u l-prinċipju tal-proporzjonalità;

26.

Jinnota li għalkemm it-theddida ta' impożizzjoni ta' projbizzjoni fuq id-dħul tista' sservi bħala inċentiv biex wieħed jitlaq minn pajjiż fil-perjodu ta' żmien tat-tluq volontarju, il-projbizzjonijiet fuq id-dħul, ladarba jiġu imposti, jistgħu jnaqqsu l-inċentiv biex wieħed jikkonforma ma' deċiżjoni ta' ritorn u jistgħu jżidu r-riskju ta' ħarba; jistieden lill-Istati Membri jqisu ż-żmien opportun għall-impożizzjoni tal-projbizzjoni fuq id-dħul sabiex deċiżjoni ta' ritorn tiġi implimentata b'suċċess; jenfasizza li d-Direttiva dwar ir-Ritorn għandha regoli li jippermettu li jitneħħew il-projbizzjonijiet fuq id-dħul u jistieden lill-Istati Membri jagħmlu użu minnhom fejn ikun meħtieġ;

27.

Jenfasizza li l-projbizzjonijiet fuq id-dħul jista' jkollhom konsegwenzi sproporzjonati b'mod partikolari għall-familji u t-tfal; jilqa' l-possibbiltà introdotta minn xi Stati Membri li t-tfal jiġu eżentati mill-impożizzjoni ta' projbizzjoni fuq id-dħul, iżda jisħaq li l-interessi tat-tfal għandhom ikunu wkoll kunsiderazzjoni primarja meta tittieħed deċiżjoni dwar (it-tneħħija ta') projbizzjoni fuq id-dħul tal-ġenituri tagħhom; jistieden lill-Istati Membri jiżguraw ir-riunifikazzjoni tal-familja u r-rispett għad-dritt għall-ħajja tal-familja, anki billi japplikaw din il-kunsiderazzjoni bħala bażi biex ma jimponux projbizzjonijiet fuq id-dħul;

Detenzjoni u r-riskju ta' ħarba

28.

Ifakkar li l-Artikolu 3(7) tad-Direttiva dwar ir-Ritorn jiddikjara li r-“riskju ta' ħarba” tfisser l-eżistenza ta' raġunijiet f'każ individwali li huma bbażati fuq kriterji oġġettivi definiti bil-liġi biex wieħed jemmen li ċittadin ta' pajjiż terz li hu soġġett għal proċeduri ta' ritorn jista' jaħrab; jinnota differenzi fit-traspożizzjoni tad-definizzjoni tar-“riskju ta' ħarba” fil-leġiżlazzjonijiet nazzjonali; jenfasizza li biex jiġi rrispettat l-Artikolu 3(7) tad-Direttiva dwar ir-Ritorn, jeħtieġ li tingħata kunsiderazzjoni xierqa liċ-ċirkostanzi individwali tal-persuna involuta meta jiġi identifikat riskju ta' ħarba biex tiġi ġġustifikata d-detenzjoni;

29.

Huwa mħasseb li l-leġiżlazzjoni ta' diversi Stati Membri tinkludi listi estensivi u kultant diverġenti ta' “kriterji oġġettivi” għad-definizzjoni tar-riskju ta' ħarba, fosthom kriterji ġenerali bħan-nuqqas ta' flus; huwa mħasseb li d-definizzjonijiet differenti tal-kriterji oġġettivi għall-valutazzjoni tar-riskju ta' ħarba fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istati Membri jistgħu jirriżultaw f'użu inkonsistenti tad-detenzjoni madwar l-Unjoni; jiddispjaċih li dawn il-kriterji ta' spiss jiġu applikati b'mod xi ftit jew wisq awtomatiku, filwaqt li ċ-ċirkostanzi individwali huma ta' kunsiderazzjoni marġinali; jenfasizza li dan wassal biex id-detenzjoni tiġi imposta b'mod sistematiku f'bosta Stati Membri; jissottolinja l-ħtieġa ta' armonizzazzjoni fid-definizzjoni u fl-implimentazzjoni tal-kriterji oġġettivi biex jiġi stabbilit ir-riskju ta' ħarba;

30.

Jenfasizza li, f'konformità mal-liġi internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem, id-detenzjoni trid tibqa' miżura tal-aħħar istanza, tkun preskritta mil-liġi u tkun meħtieġa, raġonevoli u proporzjonali għall-objettivi li għandhom jintlaħqu u trid iddum l-inqas żmien possibbli, u li d-deċiżjoni biex tiġi imposta detenzjoni għandha dejjem tkun ibbażata fuq valutazzjoni taċ-ċirkostanzi individwali, li fiha għandhom jitqiesu l-interessi tal-individwu kkonċernat;

31.

Itenni li perjodu itwal ta' detenzjoni ma jżidx awtomatikament il-possibbiltà ta' ritorn u ġeneralment jiswa aktar flus mill-alternattivi għad-detenzjoni, u jżid li l-Istati ma għandhomx jirrikorru b'mod awtomatiku għall-perjodu massimu awtorizzat mid-Direttiva dwar ir-Ritorn, u, barra minn hekk għandhom jiżguraw li l-kundizzjonijiet kollha għal detenzjoni legali jkunu ssodisfati matul il-perjodu tad-detenzjoni;

32.

Josserva li d-Direttiva dwar ir-Ritorn tistabbilixxi f'liema ċirkostanzi l-persuni rimpatrijati jistgħu jinżammu legalment; josserva li d-detenzjoni hija possibbli biss jekk ma jkunux jistgħu jiġu applikati b'mod effettiv f'każ speċifiku miżuri oħra suffiċjenti iżda inqas koerċittivi; jesprimi d-dispjaċir tiegħu li fil-prattika l-Istati Membri żviluppaw u applikaw verament ftit alternattivi vijabbli; jistieden lill-Istati Membri joffru b'urġenza alternattivi vijabbli bbażati fuq il-komunità għad-detenzjoni, li għandhom impatt inqas negattiv fuq il-migranti, speċjalment it-tfal u l-persuni vulnerabbli; jistieden lill-Istati Membri jirrappurtaw dwar il-miżuri li jieħdu bħala alternattiva għad-detenzjoni;

33.

Ifakkar li l-Istati Membri għandhom jirrispettaw il-mandati ta' korpi nazzjonali u internazzjonali rilevanti u kompetenti, bħall-istituzzjonijiet nazzjonali għad-drittijiet tal-bniedem, l-istituzzjonijiet tal-ombudsman u l-mekkaniżmi nazzjonali ta' prevenzjoni, li jwettqu sorveljanza indipendenti tal-kundizzjonijiet tad-detenzjoni;

34.

Jinnota li għadd sinifikanti ta' tfal għadhom f'detenzjoni fl-Unjoni Ewropea bħala parti mill-proċeduri ta' ritorn; jaqbel mal-Kumitat tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal li ċċara li t-tfal qatt ma għandhom jinżammu f'detenzjoni għal finijiet ta' immigrazzjoni, u li d-detenzjoni qatt ma tista' tiġi ġġustifikata bħala fl-aħjar interessi tat-tfal f'konformità wkoll mad-Dikjarazzjoni ta' New York għar-Refuġjati u l-Migranti tad-19 ta' Settembru 2016; jistieden lill-Istati Membri jipprovdu alternattivi adegwati, umani u mhux ta' kustodja għad-detenzjoni;

35.

Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-Istati Membri u l-Frontex għandhom stabbiliti korpi ta' monitoraġġ li huma appoġġjati minn mandat xieraq, kapaċità u kompetenza, livell għoli ta' indipendenza u għarfien espert, u proċeduri trasparenti; jenfasizza li l-monitoraġġ tar-ritorn għandu jinkludi l-fażijiet kollha tal-operazzjonijiet tar-ritorn, b'riżorsi xierqa; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jagħmlu użu mill-korpi ta' monitoraġġ indipendenti eżistenti, bħal organizzazzjonijiet nazzjonali u internazzjonali u istituzzjonijiet nazzjonali għad-drittijiet tal-bniedem, billi jikooperaw magħhom jew jużawhom bħala sistemi ta' monitoraġġ tar-ritorn furzat; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżgura l-istabbiliment ta' mekkaniżmu ta' monitoraġġ ta' wara r-ritorn biex issir taf x'sar minnhom il-persuni rimpatrijati, fejn ikun legalment u prattikament possibbli, b'attenzjoni partikolari għal gruppi vulnerabbli inklużi l-minorenni mhux akkumpanjati u l-familji; jistieden lill-Istati Membri jwettqu trasferiment xieraq tas-servizzi għall-protezzjoni tat-tfal bejn l-awtoritajiet nazzjonali biex jiġi żgurat li t-tfal rimpatrijati jkunu indukrati u jkollhom aċċess għas-servizzi nazzjonali għall-protezzjoni tat-tfal; jenfasizza l-ħtieġa li jsir segwitu għall-pjanijiet ta' riintegrazzjoni tal-persuni rimpatrijati biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni tiffaċilita l-iskambju tal-aħjar prattiki bejn l-Istati Membri fir-rigward tal-monitoraġġ ta' wara r-ritorn u talloka biżżejjed finanzjament għal dan il-għan;

36.

Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw l-implimentazzjoni xierqa tad-Direttiva dwar ir-Ritorn fl-aspetti kollha tagħha; jistieden lill-Kummissjoni tkompli timmonitorja din l-implimentazzjoni u tieħu azzjoni fil-każ ta' nuqqas ta' konformità;

o

o o

37.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1)  ĠU L 348, 24.12.2008, p. 98.

(2)  ĠU L 312, 7.12.2018, p. 1.

(3)  ĠU L 198, 22.6.2020, p. 1.

(4)  ECLI:EU:C:2009:741.

(5)  ECLI:EU:C:2011:268.

(6)  ECLI:EU:C:2013:343.

(7)  ECLI:EU:C:2014:1320.

(8)  ECLI:EU:C:2015:377.

(9)  ECLI:EU:C:2016:408.

(10)  ECLI:EU:C:2018:308.

(11)  ECLI:EU:C:2018:465.

(12)  ĠU L 66, 11.3.2017, p. 15.

(13)  ĠU L 339, 19.12.2017, p. 83.

(14)  ĠU C 58, 15.2.2018, p. 9.

(15)  ĠU C 298, 23.8.2018, p. 39.

(16)  Testi adottati, P8_TA(2019)0175.

(17)  ĠU L 295, 6.11.2013, p. 27.

(18)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

(19)  ĠU C 76, 9.3.2020, p. 86.


29.10.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 445/36


P9_TA(2020)0365

Sojja ġenetikament modifikata MON 87751 × MON 87701 × MON 87708 × MON 89788

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Diċembru 2020 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom il-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata MON 87751 × MON 87701 × MON 87708 × MON 89788, li jikkonsistu minnha jew li huma prodotti minnha, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (D069145/02 – 2020/2891(RSP))

(2021/C 445/05)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom il-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata MON 87751 × MON 87701 × MON 87708 × MON 89788, li jikkonsistu minnha jew li huma prodotti minnha, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (D069145/02,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 7(3) u 19(3) tiegħu,

wara li kkunsidra l-votazzjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali msemmija fl-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, tas-26 ta' Ottubru 2020, li matulha ma ngħatat ebda opinjoni,

wara li kkunsidra l-Artikoli 11 u 13 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (2),

wara li kkunsidra l-opinjoni adottata mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) fil-25 ta' Settembru 2019, u ppubblikata fil-11 ta' Novembru 2019 (3),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu li joġġezzjonaw għall-awtorizzazzjoni ta' organiżmi ġenetikament modifikati (“OĠM”) (4),

wara li kkunsidra l-Artikolu 112(2) u (3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel,

A.

billi, fis-17 ta' Diċembru 2015, Monsanto Europe N.V. ressqet, f'isem il-Kumpanija Monsanto, l-Istati Uniti, applikazzjoni lill-awtorità kompetenti nazzjonali tan-Netherlands għat-tqegħid fis-suq ta' ikel, ingredjenti tal-ikel u għalf li jkun fihom, li jikkonsistu minn, jew li jkunu prodotti minn, fażola tas-sojja ġenetikament modifikata (“ĠM”) MON 87751 × MON 87701 × MON 87708 × MON 89788, skont l-Artikoli 5 u 17 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 (“l-applikazzjoni”); billi l-applikazzjoni kienet tkopri wkoll it-tqegħid fis-suq tal-prodotti li fihom jew li jikkonsistu minn fażola tas-sojja ĠM MON 87751 × MON 87701 × 87708 × MON 89788 (“il-fażola tas-sojja ĠM derivata minn trasformazzjoni multipla”) għal użi oħra għajr għall-ikel u l-għalf, bl-eċċezzjoni tal-kultivazzjoni;

B.

billi l-fażola tas-sojja ĠM derivata minn trasformazzjoni multipla hija derivata mill-qsim ta' erba' eventi tal-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata (“ĠM”) (MON 87751, MON 87701, MON 87708 × MON 89788), tagħti tolleranza lill-erbiċidi li fihom il-glifosat, il-glufosinat u d-dikamba u tipproduċi tliet proteini insettiċidi (Cry1A.105, Cry2Ab2 u Cry1Ac) (magħrufa wkoll bħala proteini “tossini Bt”) li huma tossiċi għal ċerti larvi ta' pesti lepidopteri (farfett u kamla) (5);

C.

billi valutazzjonijiet preċedenti tal-erba' avvenimenti uniċi tal-fażola tas-sojja ĠM derivata minn trasformazzjoni multipla, li diġà ġew awtorizzati, intużaw bħala bażi għall-valutazzjoni tal-fażola tas-sojja ĠM derivata minn trasformazzjoni multipla b'erba' eventi (6);

D.

billi, fil-25 ta' Settembru 2019, l-EFSA adottat opinjoni favorevoli, li ġiet ippubblikata fil-11 ta' Novembru 2019 (7);

Il-kummenti tal-Istati Membri u punti addizzjonali

E.

billi l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri bagħtu diversi kummenti kritċi lill-EFSA matul il-perjodu ta' konsultazzjoni ta' tliet xhur (8); billi dawk il-kummenti kritiċi jinkludu tħassib li ma saret l-ebda analiżi dwar ir-residwi tal-glifosat jew il-metaboliti tal-glifosat fuq fażola tas-sojja ĠM derivata minn trasformazzjoni multipla, li ma sar l-ebda ttestjar tal-effetti sinerġistiċi jew antagonistiċi possibbli tat-tossini Bt Cry bir-residwi tal-erbiċidi, li l-mistoqsijiet dwar is-sikurezza tal-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata u l-ikel u l-għalf derivati jibqgħu mhux imwieġba, li l-effetti potenzjali fit-tul fuq ir-riproduzzjoni jew l-iżvilupp tal-ikel jew l-għalf ma ġewx ivvalutati u li, minħabba informazzjoni nieqsa, is-sikurezza tal-fażola tas-sojja ĠM derivata minn trasformazzjoni multipla ma tistax tiġi vvalutata kompletament;

F.

billi analiżi xjentifika indipendenti sabet li, fost l-oħrajn, ma tista' ssir l-ebda konklużjoni finali rigward is-sikurezza tal-fażola tas-sojja ĠM derivata minn trasformazzjoni multipla, li l-valutazzjoni tossikoloġika u l-valutazzjoni tar-riskju ambjentali huma inaċċettabbli u li l-valutazzjoni tar-riskju ma tissodisfax ir-rekwiżiti għall-valutazzjoni tar-riskji għas-sistema immunitarja (9);

Erbiċidi komplementari

G.

billi ntwera li l-kultivazzjoni ta' għelejjel ĠM tolleranti għall-erbiċidi tirriżulta f'użu akbar ta' erbiċidi, fil-biċċa l-kbira dovuta għall-emerġenza ta' ħaxix ħażin tolleranti għall-erbiċidi (10); billi, bħala konsegwenza, huwa mistenni li l-għelejjel tal-fażola tas-sojja ĠM derivata minn trasformazzjoni multipla se jkunu esposti kemm għal dożi ogħla kif ukoll dożi ripetuti ta' erbiċidi komplementari (glufosinat, dikamba u glifosat) li potenzjalment se jwasslu għal kwantità ogħla ta' residwi fil-ħsad;

H.

billi l-glufosinat huwa kklassifikat bħala sustanza tossika għar-riproduzzjoni 1B u għalhekk jissodisfa l-“kriterji ta' limitu” stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11); billi l-approvazzjoni għall-użu tal-glufosinat fl-Unjoni skadiet fil-31 ta' Lulju 2018 (12);

I.

billi studju ta' evalwazzjoni bejn il-pari sab li l-glifosat jakkumula fil-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata, b'impatt negattiv korrispondenti fuq il-kompożizzjoni nutrittiva meta mqabbla ma' fażola tas-sojja mhux ġenetikament modifikata (13); billi proġett pilota mwettaq fl-Arġentina sab livelli sorprendenti għoljin ta' residwi tal-glifosat fuq fażola tas-sojja ġenetikament modifikata (14);

J.

billi għad hemm dubji dwar il-karċinoġeniċità tal-glifosat; billi, f'Novembru 2015, l-EFSA kkonkludiet li l-glifosat x'aktarx mhuwiex karċinoġenu, filwaqt li, f'Marzu 2017, l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi kkonkludiet li l-ebda klassifikazzjoni ma kienet ġustifikata; billi, għall-kuntrarju, fl-2015, l-Aġenzija Internazzjonali għar-Riċerka dwar il-Kanċer, l-aġenzija speċjalizzata dwar il-kanċer tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, ikklassifikat il-glifosat bħala karċinoġenu possibbli għall-bnedmin; billi għadd ta' studji xjentifiċi riċenti bejn il-pari jikkonfermaw il-potenzjal karċinoġeniku tal-glifosat (15);

K.

billi studju xjentifiku ppubblikat f'Awwissu 2020 sab li l-użu tad-dikamba jista' jżid ir-riskju ta' żvilupp ta' kanċer fil-fwied u fil-kanal tal-bila intraepatiku (16);

L.

billi fil-pjanti ġenetikament modifikati, tista' tkun il-ġenetika mmodifikata nnifisha li tiddetermina l-mod li erbiċidi komplementari jiddekomponu skont il-pjanta, kif ukoll il-kompożizzjoni u għalhekk it-tossiċità tal-prodotti ta' dekompożizzjoni (“metaboliti”) (17);

M.

billi, filwaqt li huwa ddikjarat fl-opinjoni tal-EFSA li “l-evalwazzjoni tar-residwi tal-erbiċida rilevanti għal din l-applikazzjoni ġiet investigata mill-Unità tal-Pestiċidi tal-EFSA”, dan mhuwiex biżżejjed peress li ma tqisux it-tossiċità kkombinata tal-erbiċidi komplementari u l-prodotti ta' dekompożizzjoni u l-interazzjoni potenzjali tagħhom mal-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata stess;

N.

billi bosta awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri identifikaw in-nuqqas ta' analiżi tar-residwi tal-erbiċidi fuq l-għelejjel ġenetikament modifikati bħala tħassib fil-kummenti tagħhom dwar il-valutazzjoni tar-riskju tal-EFSA;

Nuqqas ta' livelli massimi ta' residwi (“MRLs”) u kontrolli relatati

O.

billi, skont ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (18), li għandu l-għan li jiżgura livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur fir-rigward tal-livelli massimi tal-MRLs, ir-residwi fuq l-għelejjel importati ta' sustanzi attivi li mhumiex awtorizzati għall-użu fl-Unjoni, bħall-glufosinat, għandhom jiġu kkontrollati u mmonitorjati b'attenzjoni (19);

P.

billi skont l-aħħar programm ta' kontroll pluriennali kkoordinat tal-Unjoni (għas-snin 2020, 2021 u 2022), l-Istati Membri mhumiex obbligati jkejlu r-residwi tal-glufosinat fuq kwalunkwe prodott, inkluża l-fażola tas-sojja (20);

Proteini Bt

Q.

billi għadd ta' studji juru li ġew osservati effetti kollaterali li jistgħu jaffettwaw is-sistema immunitarja wara esponiment għal proteini Bt u li xi proteini Bt jista' jkollhom karatteristiċi aġġuvanti (21), li jfisser li dawn jistgħu jżidu l-allerġeniċità ta' proteini oħra li jidħlu f'kuntatt magħhom;

R.

billi opinjoni tal-minoranza adottata minn membru tal-Bord tal-EFSA dwar l-OĠM fil-proċess tal-valutazzjoni ta' tip ieħor ta' qamħirrum ĠM derivat minn trasformazzjoni multipla u s-sottokombinazzjonijiet tiegħu sabet li, filwaqt li effetti mhux intenzjonati fuq is-sistema immunitarja qatt ma ġew identifikati fl-ebda applikazzjoni li fiha huma espressi proteini Bt, dawn “ma setgħux jiġu osservati mill-istudji tossikoloġiċi […] irrakkomandati attwalment u mwettqa għall-valutazzjoni tas-sikurezza ta' pjanti ġenetikament modifikati fl-EFSA minħabba li ma jinkludux it-testijiet xierqa għal dan l-iskop” (22);

S.

billi ma jistax jiġi konkluż li l-konsum ta' fażola tas-sojja ĠM derivata minn trasformazzjoni multipla huwa sikur għas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali;

Proċess deċiżjonali mhux demokratiku

T.

billi l-votazzjoni fis-26 ta' Ottubru 2020 tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina tal-Ikel u s-Saħħa tal-Annimali msemmi fl-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 ma tat l-ebda opinjoni, li jfisser li l-awtorizzazzjoni ma kinitx appoġġjata minn maġġoranza kwalifikata tal-Istati Membri;

U.

billi l-Kummissjoni tirrikonoxxi li l-fatt li d-deċiżjonijiet dwar l-awtorizzazzjoni tal-OĠM għadhom jiġu adottati mill-Kummissjoni mingħajr maġġoranza kwalifikata tal-Istati Membri favur, li huwa verament l-eċċezzjoni għall-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti b'mod ġenerali iżda sar in-norma għat-teħid ta' deċiżjonijiet dwar l-awtorizzazzjonijiet ta' ikel u għalf ĠM, huwa problematiku;

V.

billi, fit-tmien leġiżlatura tiegħu, il-Parlament adotta total ta' 36 riżoluzzjoni li joġġezzjonaw għat-tqegħid fis-suq tal-OĠM għall-ikel u għall-għalf (33 riżoluzzjoni) u għall-kultivazzjoni tal-OĠM fl-Unjoni (tliet riżoluzzjonijiet); billi, sal-lum, il-Parlament adotta ħdax-il oġġezzjoni fid-disa' leġiżlatura tiegħu; billi ma kienx hemm maġġoranza kwalifikata ta' Stati Membri favur l-awtorizzazzjoni ta' kwalunkwe wieħed minn dawk l-OĠM; billi minkejja r-rikonoxximent tagħha stess tan-nuqqasijiet demokratiċi, tan-nuqqas ta' appoġġ mill-Istati Membri u tal-oġġezzjonijiet tal-Parlament, il-Kummissjoni qiegħda tkompli tawtorizza OĠM;

W.

billi, skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li ma tawtorizzax OĠM meta ma jkunx hemm maġġoranza kwalifikata ta' Stati Membri favur fil-Kumitat ta' Appell (23); billi f'dan ir-rigward m'hemm bżonn tal-ebda bidla fil-liġi;

Il-ħarsien tal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni

X.

billi r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 jipprevedi li ikel jew għalf ĠM ma jridx ikollu effetti negattivi fuq is-saħħa umana, is-saħħa tal-annimali jew l-ambjent, u jirrikjedi li l-Kummissjoni tqis kwalunkwe dispożizzjoni rilevanti tad-dritt tal-Unjoni u fatturi leġittimi oħra li jkunu rilevanti għall-kwistjoni li tkun qiegħda titqies fl-abbozzar tad-deċiżjoni tagħha; billi dawn il-fatturi leġittimi għandhom jinkludu l-obbligi tal-Unjoni skont l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (“SDGs”) tan-Nazzjonijiet Uniti (NU), il-Ftehim ta' Pariġi dwar il-Klima u l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Diversità Bijoloġika (“KDB tan-NU”);

Y.

billi fir-rapport riċenti tar-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar id-dritt għall-Ikel instab li, b'mod partikolari fil-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp, il-pestiċidi perikolużi għandhom impatti katastrofiċi fuq is-saħħa (24); billi l-Mira tal-SDG 3.9 għandha l-għan, li sal-2030, tnaqqas b'mod sostanzjali l-għadd ta' mwiet u mard minn sustanzi kimiċi perikolużi u tniġġis u kontaminazzjoni tal-arja, tal-ilma u tal-ħamrija (25);

Z.

billi l-EFSA sabet li l-esponiment tal-operatur għall-glufosinat, ikklassifikat bħala tossiku għar-riproduzzjoni, meta jintuża għall-kontroll tal-ħaxix ħażin fil-qamħirrum ĠM huwa stmat li jaqbeż il-livell aċċettabbli ta' esponiment tal-operatur anke meta jintuża tagħmir ta' protezzjoni personali (26); billi r-riskju ta' żieda fl-esponiment tal-operaturi huwa ta' tħassib partikolari fir-rigward ta' għelejjel ĠM li huma tolleranti għall-erbiċidi, meta jitqies il-volumi ogħla ta' erbiċidi użati;

AA.

billi d-deforestazzjoni hija kawża ewlenija tat-tnaqqis tal-bijodiversità; billi l-emissjonijiet mill-użu tal-art u mit-tibdil fl-użu tal-art, l-aktar minħabba d-deforestazzjoni, huma t-tieni l-akbar kawża tat-tibdil fil-klima wara l-ħruq tal-fjuwils fossili (27); billi l-Ftehim ta' Pariġi dwar il-Klima u l-Pjan Strateġiku għall-Bijodiversità 2011-2020 adottat fi ħdan il-KDB tan-NU u l-Miri tal-Bijodiversità ta' Aichi jippromwovu l-ġestjoni sostenibbli tal-foresti, l-isforzi ta' protezzjoni u ta' restawr (28); billi l-SDG 15 jinkludi l-mira li titwaqqaf id-deforestazzjoni sal-2020 (29); billi l-foresti għandhom rwol multifunzjonali li jappoġġjaw l-ilħuq tal-biċċa l-kbira tal-SDGs (30);

AB.

billi l-produzzjoni tas-sojja hija xprunatur ewlieni tad-deforestazzjoni tal-foresti fl-Amażonja, f'Cerrado u fi Gran Chaco fl-Amerka t'Isfel; billi 97 % u 100 % tas-sojja kkultivata fil-Brażil u fl-Arġentina rispettivament, hija sojja ĠM (31);

AC.

billi l-maġġoranza l-kbira tal-fażola tas-sojja ĠM awtorizzata għall-kultivazzjoni fil-Brażil u fl-Arġentina hija awtorizzata wkoll għall-importazzjoni fl-Unjoni (32); billi l-fażola tas-sojja ĠM diġà hija awtorizzata għall-kultivazzjoni fil-Brażil (33);

AD.

billi analiżi mill-Kummissjoni sabet li s-sojja storikament kienet il-kontributur ewlieni tal-Unjoni għad-deforestazzjoni globali u l-emissjonijiet relatati, li tirrappreżenta kważi nofs id-deforestazzjoni inkorporata fl-importazzjonijiet kollha tal-Unjoni (34);

AE.

billi studju xjentifiku riċenti rieżaminat bejn il-pari sab li l-Unjoni hija r-reġjun bl-akbar marka tal-karbonju fid-dinja assoċjata mal-importazzjonijiet tas-sojja mill-Brażil, 13,8 % akbar minn dik taċ-Ċina, l-akbar importatur tas-sojja, minħabba sehem akbar ta' emissjonijiet mid-deforestazzjoni inkorporata (35); billi studju riċenti ieħor sab li madwar waħda minn kull ħames sojja esportati lejn l-Unjoni mir-reġjuni tal-Amażonja u ta' Cerrado fil-Brażil, l-aktar għall-għalf tal-annimali, jistgħu jkunu “kkontaminati bid-deforestazzjoni illegali” (36);

AF.

billi n-nirien fil-foresti fl-Amażonja huma xprunati minn livelli għoljin ta' deforestazzjoni; billi f'Komunikazzjoni tal-2019, il-Kummissjoni esprimiet l-ambizzjoni tagħha li tipproteġi u treġġa' lura l-foresti tad-dinja (37); billi l-ħarsien globali tal-bijodiversità, inklużi l-foresti, huwa objettiv ewlieni tal-Istrateġija tal-UE dwar il-bijodiversità li ġiet ippubblikata reċentement mill-Kummissjoni (38);

1.

Iqis li dan l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni jisboq is-setgħat ta' implimentazzjoni previsti fir-Regolament (KE) Nru 1829/2003;

2.

Iqis li dan l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni mhuwiex konsistenti mad-dritt tal-Unjoni, billi mhux kompatibbli mal-għan tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 li, skont il-prinċipji ġenerali stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (39), huwa li jipprovdi l-bażi biex, fir-rigward tal-ikel u l-għalf ĠM, jiżgura livell għoli ta' protezzjoni għall-ħajja u s-saħħa umana, is-saħħa u l-benesseri tal-annimali, u l-interessi tal-ambjent u tal-konsumaturi, filwaqt li jiżgura l-funzjonament effikaċi tas-suq intern;

3.

Jitlob lill-Kummissjoni tirtira l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tagħha;

4.

Jilqa' l-fatt li l-Kummissjoni, f'ittra tal-11 ta' Settembru 2020 lill-Membri, finalment irrikonoxxiet il-ħtieġa li titqies is-sostenibbiltà f'dak li għandu x'jaqsam mad-deċiżjonijiet ta' awtorizzazzjoni dwar l-OĠM (40); jesprimi d-diżappunt qawwi tiegħu, madankollu, li fit-28 ta' Settembru 2020, il-Kummissjoni awtorizzat fażola tas-sojja ĠM oħra biex tiġi importata (41) minkejja oġġezzjonijiet mill-Parlament u mill-maġġoranza tal-Istati Membri;

5.

Jistieden lill-Kummissjoni timxi 'l quddiem bl-akbar urġenza rigward l-iżvilupp ta' kriterji ta' sostenibbiltà, bl-involviment sħiħ tal-Parlament; jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi informazzjoni dwar kif se jitwettaq dan il-proċess u f'liema perjodu ta' żmien;

6.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex, għal darb'oħra, tqis l-obbligi tal-Unjoni skont ftehimiet internazzjonali, bħall-Ftehim ta' Pariġi dwar il-Klima, il-KDB tan-NU u l-SDGs tan-NU;

7.

Itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni biex tieqaf tawtorizza OĠM, kemm jekk għall-kultivazzjoni kif ukoll jekk għall-użu fl-ikel u fl-għalf, meta ma tingħata l-ebda opinjoni mill-Istati Membri fil-Kumitat ta' Appell, skont l-Artikolu 6(3) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011;

8.

Itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni biex ma tawtorizzax għelejjel ĠM tolleranti għall-erbiċidi sa ma r-riskji għas-saħħa assoċjati mar-residwi jkunu ġew investigati b'mod komprensiv fuq bażi ta' każ b'każ, li jirrikjedi valutazzjoni sħiħa tar-residwi mill-bexx ta' dawn l-għelejjel ĠM b'erbiċidi komplementari, valutazzjoni tal-prodotti ta' dekompożizzjoni tal-erbiċidi u kwalunkwe effett kombinatorju;

9.

Itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni biex ma tawtorizzax l-importazzjoni, għall-użu bħala ikel jew għalf, ta' kwalunkwe pjanta ĠM li saret tolleranti għal sustanza erbiċida attiva mhux awtorizzata għall-użu fl-Unjoni;

10.

Itenni t-talba tiegħu lill-EFSA biex tkompli tiżviluppa u tuża b'mod sistematiku metodi li jippermettu l-identifikazzjoni tal-effetti mhux maħsuba tal-eventi ĠM ta' trasformazzjoni multipli, bħal fir-rigward tal-karatteristiċi aġġuvanti tat-tossini Bt;

11.

Itenni l-biża' kbira tiegħu li d-dipendenza għolja tal-Unjoni mill-importazzjonijiet ta' għalf tal-annimali fil-forma ta' fażola tas-sojja tikkawża d-deforestazzjoni f'pajjiżi terzi (42);

12.

Jilqa' t-tħabbira ta' proposta leġiżlattiva mill-Kummissjoni dwar “Miżuri biex jiġi evitat jew minimizzat it-tqegħid ta' prodotti fis-suq tal-UE assoċjati mad-deforestazzjoni jew id-degradazzjoni tal-foresti” mistennija sa Ġunju 2021; sadanittant, minħabba l-urġenza li tiġi indirizzata d-deforestazzjoni tal-foresti fl-Amażonja, f'Cerrado u fi Gran Chaco u l-fatt li d-domanda tal-Unjoni għall-fażola tas-sojja ĠM tikkontribwixxi għad-deforestazzjoni f'dak ir-reġjun, itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni biex tissospendi minnufih l-importazzjoni ta' fażola tas-sojja ĠM ikkultivata fil-Brażil u fl-Arġentina bl-użu tal-Artikolu 53 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 jekk meħtieġ, sakemm jiġu stabbiliti mekkaniżmi legalment vinkolanti effettivi biex jipprevjenu t-tqegħid ta' prodotti fis-suq tal-Unjoni assoċjati mad-deforestazzjoni u ksur relatat tad-drittijiet tal-bniedem;

13.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1.

(2)  ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.

(3)  Opinjoni Xjentifika tal-Bord tal-EFSA dwar l-Organiżmi Ġenetikament Modifikati dwar il-valutazzjoni tal-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata MON 87751 × MON 87701 × MON 87708 × MON 89788 għall-użi ta' ikel u għalf, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 (l-applikazzjoni EFSA-GMO-NL-2016-128), EFSA Journal 2019; 17(11):5847, https://doi.org/10.2903/j.efsa.2019.5774

(4)  Fit-tmien leġiżlatura tiegħu, il-Parlament adotta 36 riżoluzzjoni li joġġezzjonaw għall-awtorizzazzjoni tal-OĠM. Barra minn hekk, fid-disa' leġiżlatura tiegħu, il-Parlament adotta r-riżoluzzjonijiet li ġejjin:

Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Ottubru 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn qamħirrum ġenetikament modifikat MZHG0JG (SYN-ØØØJG-2), skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2019)0028).

Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Ottubru 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn fażola tas-sojja ġenetikament modifikata A2704-12 (ACS-GMØØ5-3) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2019)0029).

Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Ottubru 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 89034 × 1507 × MON 88017 × 59122 × DAS-40278-9 u qamħirrum ġenetikament modifikat li jikkombina żewġ, tlieta jew erbgħa mill-eventi uniċi MON 89034, 1507, MON 88017, 59122 and DAS-40278-9 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2019)0030).

Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Novembru 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn qoton ġenetikament modifikat LLCotton25 (ACS-GHØØ1-3) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2019)0054).

Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Novembru 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom fażola tas-sojja ġenetikament modifikata MON 89788 (MON-89788-1), li jikkonsistu minn tali fażola tas-sojja jew li huma prodotti minnha skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2019)0055).

Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Novembru 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom qamħirrum ġenetikament modifikat MON 89034 × 1507 × NK603 × DAS-40278-9 u s-subkombinazzjonijiet MON 89034 × NK603 × DAS-40278-9, 1507 × NK603 × DAS-40278-9 u NK603 × DAS-40278-9, li jikkonsistu minn tali qamħirrum jew li huma prodotti minnu, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2019)0056).

Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Novembru 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom qamħirrum ġenetikament modifikat Bt11 × MIR162 × MIR604 × 1507 × 5307 × GA21, li jikkonsistu minn tali qamħirrum jew li huma prodotti minnu u qamħirrum ġenetikament modifikat li jikkombina tnejn, tlieta, erbgħa jew ħamsa mill-eventi uniċi Bt11, MIR162, MIR604, 1507, 5307 u GA21 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Trsti adottati, P9_TA(2019)0057).

Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Mejju 2020 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom il-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata MON 87708 × MON 89788 × A5547-127, li jikkonsistu minnha jew li huma prodotti minnha, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2020)0069).

Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Novembru 2020 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew li jkunu prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 87427 × MON 89034 × MIR162 × NK603, u qamħirrum ġenetikament modifikat li jikkombina tnejn jew tlieta mill-eventi uniċi MON 87427, MON 89034, MIR162 u NK603, u li tħassar id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1111 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2020)0291).

Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Novembru 2020 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn fażola tas-sojja ġenetikament modifikata SYHT0H2 (SYN-ØØØH2-5), skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2020)0292).

Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Novembru 2020 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 87427 × MON 87460 × MON 89034 x MIR162 x NK603, ikunu jikkonsistu minnu jew li jkunu magħmulin minnu, u l-qamħirrum ġenetikament modifikat li jgħaqqad tnejn, tlieta jew erbgħa mill-avvenimenti MON 87427, MON 87460, MON 89034, MIR162 u NK603, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2020)0293).

(5)  Opinjoni tal-EFSA, p. 11, https://efsa.onlinelibrary.wiley.com/doi/full/10.2903/j.efsa.2019.5847

(6)  Opinjoni tal-EFSA, p. 3, https://efsa.onlinelibrary.wiley.com/doi/full/10.2903/j.efsa.2019.5847

(7)  Idem.

(8)  Kummenti tal-Istati Membri:

http://registerofquestions.efsa.europa.eu/roqFrontend/questionLoader?question=EFSA-Q-2016-00009

(9)  Kumment ta' Testbiotech dwar il-valutazzjoni tal-EFSA tal-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata MON87751 x MON87701 x MON87708 x MON89788 għall-użi ta' ikel u għalf, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 (applikazzjoni EFSA-GMO-NL-2016- 128) minn Bayer/Monsanto, Diċembru 2019, https://www.testbiotech.org/sites/default/files/Testbiotech_Comment_MON87751%20x%20MON87701%20x%20MON87708%20x%20MON89788_fin.pdf

(10)  Ara, pereżempju, Bonny, S., “Genetically Modified Herbicide-Tolerant Crops, Weeds, and Herbicides: Overview and Impact” (Għelejjel, Ħaxix Ħażin u Erbiċidi Tolleranti għall-Erbiċidi Ġenetikament Modifikati: Ħarsa Ġenerali u Impatt), Environmental Management, Jannar 2016; 57(1), pp. 31-48,

https://www.ncbi.nlm.nih.gov/pubmed/26296738, Benbrook, C.M., “Impacts of genetically engineered crops on pesticide use in the U.S. – the first sixteen years” (Impatti ta' għelejjel modifikati bl-inġinerija ġenetika fuq l-użu tal-pestiċidi fl-Istati Uniti – l-ewwel sittax-il sena), Environmental Sciences Europe 24, 24 (2012), https://enveurope.springeropen.com/articles/10.1186/2190-4715-24-24, u Schütte, G., Eckerstorfer, M., Rastelli, V. et al., “Herbicide resistance and biodiversity: agronomic and environmental aspects of genetically modified herbicide-resistant plants” (Reżistenza għall-erbiċidi u l-bijodiversità: aspetti agronomiċi u ambjentali ta' pjanti reżistenti għall-erbiċidi ġenetikament modifikati), Environmental Sciences Europe 29, 5 (2017),

https://enveurope.springeropen.com/articles/10.1186/s12302-016-0100-y

(11)  Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1).

(12)  https://ec.europa.eu/food/plant/pesticides/eu-pesticides-database/active-substances/index.cfm?event=as.details&langFromHeader=MT&token=EA01AE0135D32A90DEDE58D6479CBC26A7E3DA90

(13)  https://www.ncbi.nlm.nih.gov/pubmed/24491722

(14)  https://www.testbiotech.org/sites/default/files/TBT_Background_Glyphosate_Argentina_0.pdf

(15)  Ara, pereżempju, https://www.sciencedirect.com/science/article/pii/S1383574218300887

https://academic.oup.com/ije/advance-article/doi/10.1093/ije/dyz017/5382278

https://journals.plos.org/plosone/article?id=10.1371/journal.pone.0219610 u

https://www.ncbi.nlm.nih.gov/pmc/articles/PMC6612199/

(16)  https://academic.oup.com/ije/advance-article-abstract/doi/10.1093/ije/dyaa066/5827818?redirectedFrom=fulltext

(17)  Dan huwa fil-fatt il-każ għall-glifosat, kif iddikjarat fir-Rieżami tal-EFSA tal-livelli massimi ta' residwi eżistenti għall-glifosat skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005, EFSA Journal 2018; 16(5):5263, p. 12, https://www.efsa.europa.eu/fr/efsajournal/pub/5263

(18)  Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta' residwu ta' pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1).

(19)  Ara l-premessa 8 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005.

(20)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/533 tat-28 ta' Marzu 2019 dwar programm multiannwali tal-Unjoni kkoordinat u ta' kontroll għall-2020, l-2021 u l-2022 biex tiġi żgurata l-konformità mal-livelli massimi ta' residwi ta' pestiċidi fi u fuq ikel li joriġina mill-pjanti u mill-annimali u biex jiġi vvalutat l-esponiment tal-konsumatur għalihom (ĠU L 88, 29.3.2019, p. 28).

(21)  Għal rieżami, ara Rubio-Infante, N., & Moreno-Fierros, L., “An overview of the safety and biological effects of Bacillus thuringiensis Cry toxins in mammals” (Ħarsa ġenerali lejn is-sikurezza u l-effetti bijoloġiċi tat-tossini Cry ta' Bacillus thuringiensis fil-mammiferi), Journal of Applied Toxicology, Mejju 2016, 36(5): pp. 630-648, http://onlinelibrary.wiley.com/doi/10.1002/jat.3252/full

(22)  Application EFSA-GMO-DE-2010-86 (Bt11 x MIR162 x 1507 x GA21 maize and three sub combinations independently of their origin)" (Applikazzjoni EFSA-GMO-DE-2010-86 (Qamħirrum Bt11 x MIR162 x 1507 x GA21 u tliet sottokombinazzjonijiet irrispettivament mill-oriġini tagħhom)) Opinjoni tal-Minoranza, Wal, J.M., Membru tal-Bord tal-EFSA dwar l-OĠM, EFSA Journal 2018; 16(7):5309, p. 34, https://efsa.onlinelibrary.wiley.com/doi/epdf/10.2903/j.efsa.2018.5309

(23)  Il-Kummissjoni “tista'”, u mhux “għandha”, tmexxi bl-awtorizzazzjoni jekk ma jkunx hemm maġġoranza kwalifikata ta' Stati Membri favur fil-Kumitat tal-Appell skont l-Artikolu 6(3) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

(24)  https://www.ohchr.org/EN/Issues/Environment/SRToxicsandhumanrights/Pages/Pesticidesrighttofood.aspx

(25)  https://www.un.org/sustainabledevelopment/health/

(26)  Konklużjoni tal-EFSA dwar ir-rieżami bejn il-pari tal-valutazzjoni tar-riskju tal-pestiċidi tas-sustanza attiva tal-glufosinate, Rapport Xjentifiku tal-EFSA (2005) 27, 1-81, p. 3 https://efsa.onlinelibrary.wiley.com/doi/pdf/10.2903/j.efsa.2005.27r

(27)  Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta' Lulju 2019, “It-Tisħiħ tal-Azzjoni tal-UE għall-Protezzjoni u għar-Restawr tal-Foresti tad-Dinja”, COM(2019)0352, p. 1.

(28)  Idem, p. 2.

(29)  Ara l-mira 15.2: https://www.un.org/sustainabledevelopment/biodiversity/

(30)  Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta' Lulju 2019, “It-Tisħiħ tal-Azzjoni tal-UE għall-Protezzjoni u għar-Restawr tal-Foresti tad-Dinja”, COM(2019)0352, p. 2.

(31)  Servizz Internazzjonali għall-Akkwist ta' applikazzjonijiet agro-bijoteknoloġiċi, “Global status of commercialized biotech/GM crops in 2017: Biotech Crop Adoption Surges as Economic Benefits Accumulate in 22 Years” (Status globali ta' għelejjel ĠM bijoteknoloġiċi kummerċjalizzati fl-2017: L-Adozzjoni tal-Għelejjel Bijoteknoloġiċi Tiżdied hekk kif il-Benefiċċji Ekonomiċi Jakkumulaw fi 22 sena), ISAAA Nota Nru 53 (2017), pp. 16 u 21, http://www.isaaa.org/resources/publications/briefs/53/download/isaaa-brief-53-2017.pdf

(32)  Permezz ta' kontroverifika ta' żewġ bażijiet tad-data f'Ottubru 2020 (ir-reġistru Komunitarju tal-ikel u l-għalf ĠM (https://webgate.ec.europa.eu/dyna/gm_register/index_en.cfm) u l-bażi tad-data tal-approvazzjoni tal-ISAAA ĠM (http://www.isaaa.org/gmapprovaldatabase/)) jista' jiġi kkalkulat kemm huma awtorizzati għelejjel tal-fażola tas-sojja ĠM għall-kultivazzjoni fil-Brażil u l-Arġentina għall-importazzjoni fl-Unjoni. Għall-Brażil: Minn 17-il prodott ta' għelejjel tal-fażola tas-sojja ĠM awtorizzati għall-kultivazzjoni, 12 huma attwalment awtorizzati għall-importazzjoni fl-Unjoni filwaqt li l-awtorizzazzjoni għall-importazzjoni hija pendenti għal tlieta mill-fażola tas-sojja ĠM. Għall-Arġentina: minn total ta' 15-il prodott ta' għelejjel tal-fażola tas-sojja ĠM awtorizzati għall-kultivazzjoni, 10 huma attwalment awtorizzati għall-importazzjoni fl-Unjoni filwaqt li l-awtorizzazzjoni għall-importazzjoni hija pendenti għal tlieta mill-fażola tas-sojja ĠM.

(33)  https://www.isaaa.org/gmapprovaldatabase/event/default.asp?EventID=438&Event=MON87751%20x%20MON87701%20x%20MON87708%20x%20MON89788

(34)  Rapport Tekniku – 2013 – 063 tal-Kummissjoni, “The impact of EU consumption on deforestation: Comprehensive analysis of the impact of EU consumption on deforestation”, (L-impatt tal-konsum tal-UE fuq id-deforestazzjoni: Analiżi Komprensiva tal-impatt tal-konsum tal-UE fuq id-deforestazzjoni) studju ffinanzjat mill-Kummissjoni Ewropea, DĠ ENV, u mwettaq minn VITO, IIASA, HIVA u IUCN NL, http://ec.europa.eu/environment/forests/pdf/1.%20Report%20analysis%20of%20impact.pdf, pp. 23-24: Bejn l-1990 u l-2008, l-Unjoni importat għelejjel u prodotti mill-bhejjem li jinkorporaw 90 000 km2 ta' deforestazzjoni. Il-prodotti tal-għelejjel kienu jammontaw għal 74 000 km2 (82 %) minn dawn, u l-għelejjel taż-żejt għandhom l-akbar sehem (52 000 km2). Il-fażola tas-sojja u l-espellent tas-sojja ammontaw għal 82 % ta' dan (42 600 km2), ekwivalenti għal 47 % tal-importazzjoni totali tal-Unjoni ta' deforestazzjoni inkorporata.

(35)  Escobar, N., Tizado, E. J., zu Ermgassen, E. K., Löfgren, P., Börner, J., Godar, J., “Spatially-explicit footprints of agricultural commodities: Mapping carbon emissions embodied in Brazil's soy exports” (Impronta ġeografikament espliċita ta' prodotti agrikoli: L-immappjar tal-emissjonijiet tal-karbonju inkorporati fl-esportazzjonijiet tas-sojja tal-Brażil), Global Environmental Change, Volum 62, Mejju 2020, 102067

https://www.sciencedirect.com/science/article/pii/S0959378019308623

(36)  Rajão, R., Soares-Filho, B., Nunes, F., Börner, J., Machado, L., Assis, D., Oliveira, A., Pinto, L., Ribeiro, V., Rausch, L., Gibbs, H., Figueira, D., “The rotten apples of Brazil's agribusiness”, (It-tnawwir tan-negozju agrikolu tal-Brażil) Science, 17 ta' Lulju 2020, Volum 369, Ħarġa 6501, pp. 246-248, https://science.sciencemag.org/content/369/6501/246.

(37)  Komunikazzjoni tal-UE dwar It-Tisħiħ tal-Azzjoni tal-UE għall-Protezzjoni u għar-Restawr tal-Foresti tad-Dinja https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:52019DC0352&from=MT

(38)  Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: “EU Biodiversity Strategy for 2030: Bringing nature back into our lives” (Strateġija tal-UE għall-Bijodiversità għal-2030: Inreġġgħu n-natura lura f'ħajjitna), Mejju 2020, https://eur-lex.europa.eu/resource.html?uri=cellar:a3c806a6-9ab3-11ea-9d2d-01aa75ed71a1.0001.02/DOC_1&format=PDF

(39)  Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).

(40)  https://tillymetz.lu/wp-content/uploads/2020/09/Co-signed-letter-MEP-Metz.pdf

(41)  MON 87708 × MON 89788 × A5547-127. https://webgate.ec.europa.eu/dyna/gm_register/gm_register_auth.cfm?pr_id=100

(42)  Idem.


29.10.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 445/43


P9_TA(2020)0366

Qamħirrum ġenetikament modifikat MON 87427 × MON 89034 × MIR162 × MON 87411 u qamħirrum ġenetikament modifikat li jikkombina tnejn jew tlieta mill-eventi uniċi MON 87427, MON 89034, MIR162 u MON 87411

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Diċembru 2020 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 87427 × MON 89034 × MIR162 × MON 87411 u l-qamħirrum ġenetikament modifikat li jikkombina tnejn jew tlieta mill-eventi uniċi MON 87427, MON 89034, MIR162 u MON 87411, li jikkonsistu minnhom jew li huma prodotti minnhom, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (D069146/02 – 2020/2892(RSP))

(2021/C 445/06)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 87427 × MON 89034 × MIR162 × MON 87411 u l-qamħirrum ġenetikament modifikat li jikkombina tnejn jew tlieta mill-eventi uniċi MON 87427, MON 89034, MIR162 u MON 87411, li jikkonsistu minnhom jew li huma prodotti minnhom, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (D069146/02,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 7(3) u 19(3) tiegħu,

wara li kkunsidra l-votazzjoni fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali msemmija fl-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, tas-26 ta' Ottubru 2020, li matulha ma ngħatat ebda opinjoni,

wara li kkunsidra l-Artikoli 11 u 13 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (2),

wara li kkunsidra l-opinjoni adottata mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) fis-26 ta' Settembru 2019, u ppubblikata fis-7 ta' Novembru 2019 (3),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu li joġġezzjonaw għall-awtorizzazzjoni ta' organiżmi ġenetikament modifikati (“OĠM”) (4),

wara li kkunsidra l-Artikolu 112(2) u (3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel,

A.

billi, fl-24 ta' Mejju 2017, Monsanto Europe N.V. ressqet, f'isem il-kumpanija Monsanto, l-Istati Uniti, applikazzjoni lill-awtorità kompetenti nazzjonali tan-Netherlands għat-tqegħid fis-suq ta' ikel, ingredjenti tal-ikel u għalf li jkun fihom, li jikkonsistu minn, jew li jkunu prodotti minn, qamħirrum ġenetikament modifikat MON 87427 × MON 89034 × MIR162 × MON 87411 (“il-qamħirrum ĠM derivat minn trasformazzjoni multipla”), skont l-Artikoli 5 u 17 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 (“l-applikazzjoni”); billi l-applikazzjoni kopriet ukoll it-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom qamħirrum ĠM derivat minn trasformazzjoni multipla, jew li jikkonsistu minn tali qamħirrum, għal użi oħra għajr l-ikel u l-għalf, bl-eċċezzjoni tal-kultivazzjoni;

B.

billi, barra minn hekk, l-applikazzjoni kopriet it-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn jew jiġu prodotti minn għaxar sottokombinazzjonijiet ta' dawk l-eventi ta' trasformazzjoni uniċi li jikkostitwixxu l-qamħirrum ĠM derivat minn trasformazzjoni multipla;

C.

billi l-erba' sottokombinazzjonijiet tal-qamħirrum ĠM derivat minn trasformazzjoni multipla diġà ġew awtorizzati; billi l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni jkopri sitt sottokombinazzjonijiet;

D.

billi l-qamħirrum ĠM bi trasformazzjoni multipla huwa derivat mill-qsim ta' erba' eventi tal-qamħirrum ġenetikament modifikat (“ĠM”) (MON 87427, MON 89034, MIR162 u MON 87411), jagħti tolleranza lill-erbiċidi li fihom il-glifosat u jipproduċi erba' proteini insettiċidi (Cry1A.105, Cry2Ab2, Vip3Aa20 u Cry3Bb1) li huma magħrufa wkoll bħala proteini “Bt” u li huma tossiċi għal ċerti larvi ta' pesti lepidopteri (friefet u kamla) u insetti koleopterani (5);

E.

billi valutazzjonijiet preċedenti tal-erba' eventi uniċi u erbgħa mis-sottokumbinazzjonijiet ta' qamħirrum ĠM derivat minn trasformazzjoni multipla, li diġà ġew awtorizzati, intużaw bħala bażi għall-valutazzjoni tal-qamħirrum ĠM derivat minn trasformazzjoni multipla b'erba' eventi u s-sitt sottokombinazzjonijiet li jifdal;

F.

billi, fis-26 ta' Settembru 2019, l-EFSA adottat opinjoni favorevoli, li ġiet ippubblikata fis-7 ta' Novembru 2019, fir-rigward ta' dik l-applikazzjoni;

G.

billi r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 jiddikjara li ikel jew għalf ĠM ma jridx ikollu effetti negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem, is-saħħa tal-annimali jew l-ambjent, u jirrikjedi li l-Kummissjoni tqis kwalunkwe dispożizzjoni rilevanti tad-dritt tal-Unjoni u fatturi leġittimi oħra li jkunu rilevanti għall-kwistjoni li tkun qiegħda tiġi kkunsidrata fl-abbozzar tad-deċiżjoni tagħha;

Tħassib tal-Istati Membri u nuqqas ta' data esperimentali dwar sottokombinazzjonijiet

H.

billi l-Istati Membri ressqu bosta kummenti kritiċi lill-EFSA matul il-perjodu ta' konsultazzjoni ta' tliet xhur (6); billi dawk il-kummenti kritiċi jinkludu tħassib li ma saret l-ebda analiżi dwar ir-residwi tal-glifosat jew il-metaboliti tal-glifosat fuq qamħirrum ĠM derivat minn trasformazzjoni multipla, li ma sar l-ebda ttestjar tal-effetti sinerġistiċi jew antagonistiċi possibbli tal-proteini Bt u tar-residwi tal-erbiċidi, li l-mistoqsijiet dwar is-sikurezza tal-qamħirrum ĠM derivat minn trasformazzjoni multipla u l-ikel u l-għalf derivati jibqgħu mhux imwieġba, li l-effetti potenzjali fit-tul fuq ir-riproduzzjoni jew l-iżvilupp tal-ikel jew l-għalf ma ġewx ivvalutati u li, minħabba informazzjoni nieqsa, is-sikurezza tal-qamħirrum ĠM bi trasformazzjoni multipla ma tistax tiġi vvalutata kompletament;

I.

billi analiżi xjentifika indipendenti sabet li, fost l-oħrajn, ma tista' ssir l-ebda konklużjoni finali rigward is-sikurezza tal-qamħirrum ĠM derivat minn trasformazzjoni multipla, li l-valutazzjoni tossikoloġika u l-valutazzjoni tar-riskju ambjentali huma inaċċettabbli u li l-valutazzjoni tar-riskju ma tissodisfax ir-rekwiżiti għall-valutazzjoni tar-riskji għas-sistema immunitarja (7);

J.

billi ebda data sperimentali ma kienet ipprovduta mill-applikant għas-sitt sottokombinazzjonijiet attwalment mhux awtorizzati tal-qamħirrum ĠM derivat minn trasformazzjoni multipla (8);

Nuqqas ta' valutazzjoni tar-residwi tal-erbiċidi u tal-prodotti ta' dekompożizzjoni

K.

billi għadd ta' studji wrew li l-kultivazzjoni ta' għelejjel ĠM tolleranti għall-erbiċidi twassal għal użu akbar ta' erbiċidi “komplementari”, fil-biċċa l-kbira minħabba t-tfaċċar ta' ħaxix ħażin tolleranti għall-erbiċidi (9); billi, b'konsegwenza, għandu jkun mistenni li l-qamħirrum ĠM derivat minn trasformazzjoni multipla jkun espost għal dożi kemm ogħla kif ukoll ripetuti ta' glifosat, u li għalhekk il-ħsad jista' jkun fih kwantità ogħla ta' residwi; billi l-qamħirrum ĠM derivat minn trasformazzjoni multipla jesprimi żewġ proteini tolleranti għall-glifosat, li jagħmluh aktar tolleranti għal dożi ogħla u bexx ripetut;

L.

billi għad hemm dubji dwar il-karċinoġeniċità tal-glifosat; billi, f'Novembru 2015, l-EFSA kkonkludiet li l-glifosat x'aktarx mhuwiex karċinoġenu, filwaqt li, f'Marzu 2017, l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi kkonkludiet li ebda klassifikazzjoni ma kienet ġustifikata; billi, għall-kuntrarju, fl-2015, l-Aġenzija Internazzjonali għar-Riċerka dwar il-Kanċer, l-aġenzija speċjalizzata dwar il-kanċer tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, ikklassifikat il-glifosat bħala karċinoġenu possibbli għall-bnedmin;

M.

billi fl-opinjoni xjentifika tiegħu tas-26 ta' Settembru 2019, il-Bord tal-EFSA dwar l-Organiżmi Ġenetikament Modifikati (il-Bord tal-EFSA dwar l-OĠM) jiddikjara li “il-valutazzjoni tar-residwi tal-erbiċidi f'għelejjel tolleranti għall-erbiċidi tal-qamħirrum li huma rilevanti għal din l-applikazzjoni ġiet investigata mill-Unità tal-Pestiċidi tal-EFSA” (10); billi, madankollu, skont opinjoni mogħtija mill-Unità tal-Pestiċidi tal-EFSA, id-data dwar ir-residwi tal-glifosat għall-qamħirrum ĠM b'modifiki tal-EPSPS (11) mhijiex biżżejjed biex jiġu dderivati l-livelli massimi ta' residwi u l-valuri tal-valutazzjoni tar-riskju (12);

N.

billi, għal darb'oħra, skont l-Unità tal-Pestiċidi tal-EFSA, id-data tossikoloġika li tippermetti li ssir valutazzjoni tar-riskju għall-konsumaturi għal diversi prodotti ta' dekompożizzjoni tal-glifosat rilevanti għall-għelejjel ĠM tolleranti għall-glifosat hija nieqsa (13);

O.

billi l-valutazzjoni tar-residwi tal-erbiċidi u tal-prodotti ta' dekompożizzjoni tal-erbiċidi, misjuba fi pjanti ĠM, flimkien mal-interazzjoni potenzjali tagħhom mal-proteini Bt, hija kkunsidrata li ma taqax taħt il-kompetenza tal-Bord tal-EFSA dwar l-OĠM u għalhekk ma ssirx bħala parti mill-proċess ta' awtorizzazzjoni għall-OĠM; billi dan huwa problematiku peress li l-mod kif l-erbiċidi komplementari jiġu diżintegrati mill-pjanta ĠM ikkonċernata, u l-kompożizzjoni u għalhekk it-tossiċità tal-prodotti ta' diżintegrazzjoni (“metaboliti”), jistgħu jiġu stimolati mill-modifika ġenetika nnifisha (14);

Proteini Bt

P.

billi għadd ta' studji juru li ġew osservati effetti kollaterali li jistgħu jaffettwaw is-sistema immunitarja wara esponiment għal proteini Bt u li xi proteini Bt jista' jkollhom karatteristiċi aġġuvanti (15), li jfisser li dawn jistgħu jżidu l-allerġeniċità ta' proteini oħra li jidħlu f'kuntatt magħhom;

Q.

billi opinjoni tal-minoranza adottata minn membru tal-Bord tal-EFSA dwar l-OĠM fil-proċess tal-valutazzjoni ta' tip ieħor ta' qamħirrum ĠM derivat minn trasformazzjoni multipla u s-sottokombinazzjonijiet tiegħu kkonstatat li, filwaqt li effetti mhux intenzjonati fuq is-sistema immunitarja qatt ma ġew identifikati fl-ebda applikazzjoni li fiha huma espressi proteini Bt, dawn “ma setgħux jiġu osservati mill-istudji tossikoloġiċi […] rakkomandati attwalment u mwettqa għall-valutazzjoni tas-sikurezza ta' pjanti ĠM fl-EFSA minħabba li ma jinkludux it-testijiet xierqa għal dan l-iskop” (16);

R.

billi ma jistax jiġi konkluż li l-konsum ta' qamħirrum ĠM derivat minn trasformazzjoni multipla jew tas-sottokombinazzjonijiet tiegħu huwa sikur għas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali;

Proċess deċiżjonali mhux demokratiku

S.

billi l-votazzjoni fis-26 ta' Ottubru 2020 tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina tal-Ikel u s-Saħħa tal-Annimali msemmi fl-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 ma tat ebda opinjoni, li jfisser li l-awtorizzazzjoni ma kinitx appoġġjata minn maġġoranza kwalifikata tal-Istati Membri;

T.

billi l-Kummissjoni tirrikonoxxi li l-fatt li d-deċiżjonijiet dwar l-awtorizzazzjoni tal-OĠM għadhom jiġu adottati mill-Kummissjoni mingħajr maġġoranza kwalifikata tal-Istati Membri favur, li huwa verament l-eċċezzjoni għall-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti b'mod ġenerali iżda sar in-norma għat-teħid ta' deċiżjonijiet dwar l-awtorizzazzjonijiet ta' ikel u għalf ĠM, huwa problematiku;

U.

billi, fit-tmien leġiżlatura tiegħu, il-Parlament adotta total ta' 36 riżoluzzjoni li joġġezzjonaw għat-tqegħid fis-suq tal-OĠM għall-ikel u għall-għalf (33 riżoluzzjoni) u għall-kultivazzjoni tal-OĠM fl-Unjoni (tliet riżoluzzjonijiet); billi, sal-lum, il-Parlament adotta ħdax-il oġġezzjoni fid-disa' leġiżlatura tiegħu; billi ma kienx hemm maġġoranza kwalifikata ta' Stati Membri favur l-awtorizzazzjoni ta' kwalunkwe wieħed minn dawk l-OĠM; billi minkejja r-rikonoxximent tagħha stess tan-nuqqasijiet demokratiċi, tan-nuqqas ta' appoġġ mill-Istati Membri u tal-oġġezzjonijiet tal-Parlament, il-Kummissjoni qiegħda tkompli tawtorizza l-OĠM;

V.

billi, skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li ma tawtorizzax OĠM meta ma jkunx hemm maġġoranza kwalifikata ta' Stati Membri favur fil-Kumitat ta' Appell (17); billi f'dan ir-rigward m'hemm bżonn tal-ebda bidla fil-liġi;

1.

Iqis li dan l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni jisboq is-setgħat ta' implimentazzjoni pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 1829/2003;

2.

Iqis li dan l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni mhuwiex konsistenti mad-dritt tal-Unjoni, billi mhuwiex kompatibbli mal-għan tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 li, skont il-prinċipji ġenerali stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (18), huwa li jipprovdi l-bażi biex, fir-rigward tal-ikel u l-għalf ĠM, jiżgura livell għoli ta' protezzjoni għall-ħajja u s-saħħa umana, is-saħħa u l-benesseri tal-annimali, u l-interessi tal-ambjent u tal-konsumaturi, filwaqt li jiżgura l-funzjonament effikaċi tas-suq intern;

3.

Jitlob lill-Kummissjoni tirtira l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tagħha;

4.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-Kummissjoni, f'ittra tal-11 ta' Settembru 2020 lill-Membri, finalment irrikonoxxiet il-ħtieġa li titqies is-sostenibbiltà f'dak li għandu x'jaqsam mad-deċiżjonijiet ta' awtorizzazzjoni dwar l-OĠM (19); jesprimi, madankollu, id-diżappunt qawwi tiegħu li fit-28 ta' Settembru 2020, il-Kummissjoni awtorizzat fażola tas-sojja ĠM oħra biex tiġi importata (20) minkejja oġġezzjoni mill-Parlament u l-vot kontra tal-maġġoranza tal-Istati Membri;

5.

Jistieden lill-Kummissjoni timxi 'l quddiem bl-akbar urġenza rigward l-iżvilupp ta' kriterji ta' sostenibbiltà, bl-involviment sħiħ tal-Parlament; jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi informazzjoni dwar kif se jitwettaq dan il-proċess u f'liema perjodu ta' żmien;

6.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex, għal darb'oħra, tqis l-obbligi tal-Unjoni skont ftehimiet internazzjonali, bħall-Ftehim ta' Pariġi dwar il-Klima, il-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Diversità Bijoloġika u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-NU;

7.

Itenni l-appell tiegħu lill-Kummissjoni biex tieqaf tawtorizza OĠM, kemm jekk għall-kultivazzjoni kif ukoll jekk għall-użu fl-ikel u fl-għalf, meta ma tingħata l-ebda opinjoni mill-Istati Membri fil-Kumitat ta' Appell, skont l-Artikolu 6(3) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011;

8.

Itenni l-appell tiegħu lill-Kummissjoni biex ma tawtorizzax għelejjel ĠM tolleranti għall-erbiċidi sakemm ir-riskji għas-saħħa assoċjati mar-residwi jkunu ġew investigati b'mod komprensiv fuq bażi ta' każ b'każ, li jirrikjedi valutazzjoni sħiħa tar-residwi mill-bexx ta' dawn l-għelejjel ĠM b'erbiċidi komplementari, valutazzjoni tal-prodotti ta' dekompożizzjoni tal-erbiċidi u kwalunkwe effett kombinatorju, inkluż bil-pjanta ĠM stess;

9.

Itenni l-appell tiegħu lill-Kummissjoni biex ma tawtorizza ebda sottokombinazzjoni ta' eventi ĠM ta' trasformazzjoni multipli sakemm dawn ma jkunux ġew evalwati bir-reqqa mill-EFSA abbażi ta' data kompleta mressqa mill-applikant;

10.

Iqis, b'mod aktar speċifiku, li l-approvazzjoni ta' varjetajiet li għalihom ma ġiet ipprovduta ebda data dwar is-sikurezza, li lanqas ġew ittestjati, jew li lanqas biss ġew maħluqa, tmur kontra l-prinċipji tal-liġi ġenerali dwar l-ikel, kif stabbilita fir-Regolament (KE) Nru 178/2002;

11.

Itenni l-appell tiegħu lill-EFSA biex tkompli tiżviluppa u tuża b'mod sistematiku metodi li jippermettu l-identifikazzjoni tal-effetti mhux maħsuba tal-eventi ĠM ta' trasformazzjoni multipli, bħal fir-rigward tal-karatteristiċi aġġuvanti tal-proteini Bt;

12.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1.

(2)  ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.

(3)  Opinjoni Xjentifika tal-Bord tal-EFSA dwar l-Organiżmi Ġenetikament Modifikati dwar il-valutazzjoni tal-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 87427 × MON 89034 × MIR162 × MON 87411 u s-sottokombinazzjonijiet, għall-użi ta' ikel u għalf, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 (l-applikazzjoni EFSA-GMO-NL-2017-144), EFSA Journal 2019; 17(11):5848, https://doi.org/10.2903/j.efsa.2019.5848

(4)  Fit-tmien leġiżlatura tiegħu, il-Parlament adotta 36 riżoluzzjoni li joġġezzjonaw għall-awtorizzazzjoni tal-OĠM. Barra minn hekk, fid-disa' leġiżlatura tiegħu, il-Parlament adotta r-riżoluzzjonijiet li ġejjin:

Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Ottubru 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn qamħirrum ġenetikament modifikat MZHG0JG (SYN-ØØØJG-2), skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2019)0028).

Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Ottubru 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn fażola tas-sojja ġenetikament modifikata A2704-12 (ACS-GMØØ5-3) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2019)0029).

Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Ottubru 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 89034 × 1507 × MON 88017 × 59122 × DAS-40278-9 u qamħirrum ġenetikament modifikat li jikkombina żewġ, tlieta jew erbgħa mill-eventi uniċi MON 89034, 1507, MON 88017, 59122 and DAS-40278-9 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2019)0030).

Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Novembru 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn qoton ġenetikament modifikat LLCotton25 (ACS-GHØØ1-3) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2019)0054).

Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Novembru 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom fażola tas-sojja ġenetikament modifikata MON 89788 (MON-89788-1), li jikkonsistu minn tali fażola tas-sojja jew li huma prodotti minnha skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2019)0055).

Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Novembru 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom qamħirrum ġenetikament modifikat MON 89034 × 1507 × NK603 × DAS-40278-9 u s-subkombinazzjonijiet MON 89034 × NK603 × DAS-40278-9, 1507 × NK603 × DAS-40278-9 u NK603 × DAS-40278-9, li jikkonsistu minn tali qamħirrum jew li huma prodotti minnu, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2019)0056).

Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Novembru 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom qamħirrum ġenetikament modifikat Bt11 × MIR162 × MIR604 × 1507 × 5307 × GA21, li jikkonsistu minn tali qamħirrum jew li huma prodotti minnu u qamħirrum ġenetikament modifikat li jikkombina tnejn, tlieta, erbgħa jew ħamsa mill-eventi uniċi Bt11, MIR162, MIR604, 1507, 5307 u GA21 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2019)0057).

Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Mejju 2020 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom il-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata MON 87708 × MON 89788 × A5547-127, li jikkonsistu minnha jew li huma prodotti minnha, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2020)0069).

Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Novembru 2020 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew li jkunu prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 87427 × MON 89034 × MIR162 × NK603, u qamħirrum ġenetikament modifikat li jikkombina tnejn jew tlieta mill-eventi uniċi MON 87427, MON 89034, MIR162 u NK603, u li tħassar id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1111 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2020)0291).

Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Novembru 2020 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn fażola tas-sojja ġenetikament modifikata SYHT0H2 (SYN-ØØØH2-5), skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2020)0292).

Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Novembru 2020 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 87427 × MON 87460 × MON 89034 x MIR162 x NK603, ikunu jikkonsistu minnu jew li jkunu magħmulin minnu, u l-qamħirrum ġenetikament modifikat li jgħaqqad tnejn, tlieta jew erbgħa mill-avvenimenti MON 87427, MON 87460, MON 89034, MIR162 u NK603, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2020)0293).

(5)  Opinjoni tal-EFSA, p. 11.

(6)  Kummenti tal-Istati Membri: http://registerofquestions.efsa.europa.eu/roqFrontend/questionLoader?question=EFSA-Q-2017-00442

(7)  Il-kumment ta' Testbiotech dwar il-valutazzjoni tal-EFSA rigward il-qamħirrun ġenetikament modifikat MON 87427 × MON 89034 × MIR162 × MON 87411 u s-sottokombinazzjonijiet, għall-użi ta' ikel u għalf, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 (l-applikazzjoni EFSA-GMO-NL-2017-144), minn Bayer/Monsanto, Diċembru 2019, https://www.testbiotech.org/en/content/testbiotech-comment-maize-mon-7427-x-mon89034-x-mir162-x-mon87411

(8)  Opinjoni tal-EFSA, p. 26.

(9)  Ara, pereżempju, Bonny, S., “Genetically Modified Herbicide-Tolerant Crops, Weeds, and Herbicides: Overview and Impact” (Uċuħ tar-Raba', Ħaxix Ħażin u Erbiċidi Tolleranti għall-Erbiċidi Modifikati Ġenetikament: Ħarsa Ġenerali u Impatt), Environmental Management, Jannar 2016, 57(1), pp. 31-48, https://www.ncbi.nlm.nih.gov/pubmed/26296738, Benbrook, C.M., “Impacts of genetically engineered crops on pesticide use in the U.S. – the first sixteen years” (Impatti ta' għelejjel modifikati bl-inġinerija ġenetika fuq l-użu tal-pestiċidi fl-Istati Uniti – l-ewwel sittax-il sena), Environmental Sciences Europe 24, 24 (2012), https://enveurope.springeropen.com/articles/10.1186/2190-4715-24-24 u Schütte, G., Eckerstorfer, M., Rastelli, V. et al., “Herbicide resistance and biodiversity: agronomic and environmental aspects of genetically modified herbicide-resistant plants”, (Reżistenza għall-erbiċidi u l-bijodiversità: l-aspetti agronomiċi u ambjentali tal-pjanti ġenetikament modifikati reżistenti għall-erbiċidi) Environmental Sciences Europe 29, 5 (2017), , https://link.springer.com/article/10.1186/s12302-016-0100-y

(10)  Opinjoni tal-EFSA, p. 8.

(11)  Il-qamħirrum ĠM derivat minn trasformazzjoni multipla fih modifika tal-EPSPS.

(12)  Rieżami tal-EFSA tal-livelli massimi ta' residwi eżistenti għall-glifosat skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 – verżjoni riveduta li għandha tqis id-data nieqsa, EFSA Journal 2019; 17(10):5862, p. 4, https://www.efsa.europa.eu/en/efsajournal/pub/5862

(13)  Konklużjoni tal-EFSA dwar ir-rieżami bejn il-pari tal-valutazzjoni tar-riskju tal-pestiċidi tas-sustanza attiva glifosat, EFSA Journal 2015; 13(11):4302, p. 3, https://www.efsa.europa.eu/en/efsajournal/pub/4302

(14)  Dan huwa fil-fatt il-każ għall-glifosat, kif iddikjarat fir-Rieżami tal-EFSA tal-livelli massimi ta' residwi eżistenti għall-glifosat skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005, EFSA Journal 2018; 16(5):5263, p. 12, https://www.efsa.europa.eu/fr/efsajournal/pub/5263

(15)  Għal rieżami, ara Rubio-Infante, N., & Moreno-Fierros, L., “An overview of the safety and biological effects of Bacillus thuringiensis Cry toxins in mammals” (Ħarsa ġenerali lejn is-sikurezza u l-effetti bijoloġiċi tat-tossini Cry ta' Bacillus thuringiensis fil-mammiferi), Journal of Applied Toxicology, Mejju 2016, 36(5): pp. 630-648, http://onlinelibrary.wiley.com/doi/10.1002/jat.3252/full

(16)  “Application EFSA-GMO-DE-2010-86 (Bt11 x MIR162 x 1507 x GA21 maize and three sub combinations independently of their origin)” (Applikazzjoni EFSA-GMO-DE-2010-86 (Qamħirrum Bt11 x MIR162 x 1507 x GA21 u tliet sottokombinazzjonijiet irrispettivament mill-oriġini tagħhom)) Opinjoni tal-Minoranza, Wal, J.M., Membru tal-Bord tal-EFSA dwar l-OĠM, EFSA Journal 2018; 16(7):5309, p. 34, https://efsa.onlinelibrary.wiley.com/doi/epdf/10.2903/j.efsa.2018.5309

(17)  Il-Kummissjoni “tista'”, u mhux “għandha”, tmexxi bl-awtorizzazzjoni jekk ma jkunx hemm maġġoranza kwalifikata ta' Stati Membri favur fil-Kumitat tal-Appell skont l-Artikolu 6(3) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

(18)  Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).

(19)  https://tillymetz.lu/wp-content/uploads/2020/09/Co-signed-letter-MEP-Metz.pdf

(20)  MON 87708 × MON 89788 × A5547-127, https://webgate.ec.europa.eu/dyna/gm_register/gm_register_auth.cfm?pr_id=100


29.10.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 445/49


P9_TA(2020)0367

Qamħirrum ġenetikament modifikat MIR604 (SYN-IR6Ø4-5)

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Diċembru 2020 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat MIR604 (SYN-IR6Ø4-5) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (D069147/02 – 2020/2893(RSP))

(2021/C 445/07)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat MIR604 (SYN-IR6Ø4-5) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (D069147/02,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 11(3) u 23(3) tiegħu,

wara li kkunsidra l-votazzjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali msemmija fl-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, tas-26 ta' Ottubru 2020, li matulha ma ngħatat l-ebda opinjoni,

wara li kkunsidra l-Artikoli 11 u 13 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (2),

wara li kkunsidra l-opinjoni adottata mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) fit-2 ta' Lulju 2009, u ppubblikata fil-21 ta' Lulju 2009 (3),

wara li kkunsidra l-opinjoni adottata mill-EFSA fil-25 ta' Settembru 2019, u ppubblikata fis-7 ta' Novembru 2019 (4),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu li joġġezzjonaw għall-awtorizzazzjoni ta' organiżmi ġenetikament modifikati (“OĠM”) (5),

wara li kkunsidra l-Artikolu 112(2) u (3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel,

A.

billi d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/866/KE (6) awtorizzat it-tqegħid fis-suq ta' ikel u għalf li jkun fihom, ikunu jikkonsistu minn, jew li jkunu prodotti minn qamħirrum ġenetikament modifikat (“ĠM”) MIR604; billi l-kamp ta' applikazzjoni ta' dik l-awtorizzazzjoni jkopri wkoll it-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom jew li jikkonsistu mill-qamħirrum ĠM MIR604 għal użi oħra apparti l-ikel u l-għalf, ħlief għall-kultivazzjoni;

B.

billi, fis-26 ta' Lulju 2018, id-detentur tal-awtorizzazzjoni, Syngenta Crop Protection NV/SA, f'isem Syngenta Crop Protection AG, ippreżenta applikazzjoni lill-Kummissjoni, skont l-Artikoli 11 u 23 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, għat-tiġdid ta' dik l-awtorizzazzjoni;

C.

billi, fit-2 ta' Lulju 2009, l-EFSA adottat opinjoni favorevoli, li ġiet ippubblikata fil-21 ta' Lulju 2009, fir-rigward tal-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni inizjali;

D.

billi, fil-25 ta' Settembru 2019, l-EFSA adottat opinjoni favorevoli, li ġiet ippubblikata fis-7 ta' Novembru 2019, fir-rigward tal-applikazzjoni għal tiġdid;

E.

billi l-użi possibbli tal-qamħirrum ĠM MIR604 jinkludu l-produzzjoni ta' għalf u prodotti tal-ikel, bħal lamtu, ġuleppi u żjut (7);

F.

billi l-qamħirrum ĠM MIR604 tfassal biex jipproduċi l-mCry3A, proteina insettiċida sintetika (magħrufa wkoll bħala “tossina Bt”) b'tossiċità msaħħa (meta mqabbla mal-batterji naturali li hi derivata minnhom), biex tiġġieled id-Diabrotica virgifera u pesti koleopterani oħra relatati tal-qamħirrum, bħad-Diabrotica longicornis; billi, barra minn hekk, il-qamħirrum ĠM MIR604 tfassal bil-ġene phosphomannose isomerase (PMI) minn Escherichia coli (E. coli), li jikkodifika l-enzima PMI bħala markatur selezzjonabbli;

G.

billi l-kombinazzjoni taż-żewġ espressjonijiet tal-ġeni ġiet derivata minn trasformazzjoni multipla, iżda ma saret l-ebda valutazzjoni tal-pjanti ġenituri uniċi, bi ksur tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 503/2013 (8);

H.

billi r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 jiddikjara li ikel jew għalf ĠM ma jridx ikollu effetti negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem, is-saħħa tal-annimali jew l-ambjent, u jirrikjedi li l-Kummissjoni tqis kwalunkwe dispożizzjoni rilevanti tad-dritt tal-Unjoni u fatturi leġittimi oħra li jkunu rilevanti għall-kwistjoni li tkun qiegħda titqies fl-abbozzar tad-deċiżjoni tagħha;

It-tħassib tal-Istati Membri dwar l-opinjonijiet tal-EFSA

I.

billi, matul il-perjodu ta' konsultazzjoni fir-rigward tal-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni inizjali, l-Istati Membri ressqu ħafna kummenti kritiċi dwar l-abbozz ta' opinjoni tal-EFSA (9); billi dawk il-kummenti kritiċi jinkludu tħassib li żieda fl-attività allerġenika minħabba l-proteina mCry3A fl-ikel u l-għalf mill-qamħirrum ĠM MIR604 ma tistax tiġi eskluża, li d-data minn provi fuq il-post ma tistax titqies bħala suffiċjenti għar-rilaxx fis-suq, li l-linji gwida tal-ittestjar tal-OECD ma ġewx segwiti fl-istudji tossikoloġiċi, kif irrakkomandat mill-EFSA, u li l-istudju dwar it-tmigħ ta' firien u tjur bil-pjanta sħiħa tal-qamħirrum ĠM MIR604 li kellu l-intenzjoni li juri s-sikurezza tossikoloġika ma użax punti finali tossikoloġiċi;

J.

billi, matul il-perjodu ta' konsultazzjoni fir-rigward tal-applikazzjoni għal tiġdid, l-Istati Membri reġgħu ressqu ħafna kummenti kritiċi dwar l-abbozz ta' opinjoni tal-EFSA (10); billi dawk il-kummenti kritiċi jinkludu tħassib li l-approċċ ta' monitoraġġ implimentat mill-applikant mhuwiex kompletament konformi mar-rekwiżiti tal-Anness VII tad-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11) u mar-rakkomandazzjonijiet tal-EFSA, li d-dikjarazzjoni li l-qamħirrum ĠM MIR604 huwa sikur daqs il-qamħirrum konvenzjonali ma ġietx sostanzjata, u li s-sorveljanza ġenerali proposta tal-effetti avversi antiċipati mhijiex elaborata biżżejjed, kif ukoll il-kumment li l-Unjoni rratifikat il-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika (KDB) tan-NU, li tagħmilha ċara li kemm il-pajjiżi esportaturi kif ukoll dawk importaturi għandhom responsabbiltajiet internazzjonali rigward id-diversità bijoloġika;

Studji tossiċi invalidi

K.

billi għall-istudji dwar it-tossiċità akuta u d-degradazzjoni fil-fluwidi diġestivi, intużaw proteini mCry3A u PMI prodotti f'razza ta' E. coli rikombinanti; billi kemm il-proteina mCry3A kif ukoll il-proteina PMI prodotti fil-batterji E. coli huma differenti mill-proteini prodotti mill-pjanti ĠM (12) u dan iqajjem dubji dwar il-validità ta' dawn l-istudji tat-tossiċità; billi diversi Stati Membri qajmu dan bħala tħassib (13);

L.

billi, b'mod ġenerali, ftit li xejn tista' tingħata importanza lit-testijiet tossikoloġiċi li jsiru bi proteini waħedhom, minħabba l-fatt li l-effetti tal-proteina flimkien mal-pjanta nnifisha ma jitqisux;

M.

billi, pereżempju, xi pjanti, inkluż il-qamħirrum, jipproduċu b'mod naturali inibituri tal-proteinase (PI) li ntwera li jnaqqsu r-rata tad-degradazzjoni tat-tossini Bt; billi dan jirriżulta f'tossiċità ħafna ogħla tat-tossina Bt, jekk tiġi inġestita flimkien mat-tessut tal-pjanti, meta mqabbla mat-tossina waħedha; billi studju tal-1990, li sar minn xjenzati tad-ditta Monsanto, wera li anki l-preżenza ta' livelli estremament baxxi ta' PI tejbet l-attività insettiċid tat-tossini Bt sa 20 darba (14); billi din l-interazzjoni qatt ma ġiet vvalutata, jew imsemmija, mill-EFSA fil-valutazzjonijiet tar-riskju tagħha ta' pjanti Bt ĠM;

N.

billi ntwera li l-fatturi li jżidu t-tossiċità tal-proteini Bt jistgħu jħallu wkoll impatt fuq is-selettività tagħhom (15): jekk tiżdied l-effikaċja tat-tossina Bt fuq l-organiżmi fil-mira, jista jkun li s-selettività tagħha tonqos ukoll, u firxa usa' ta' organiżmi mhux fil-mira tista' ssir suxxettibbli; billi, filwaqt li sal-lum għadha ma saret l-ebda riċerka sistematika, diversi studji jindikaw l-effetti tal-PI kombinati mat-tossini Bt fuq insetti mhux fil-mira (16);

O.

billi r-riskju ta' tossiċità ogħla għall-bnedmin u l-mammiferi, minħabba l-interazzjoni bejn it-tossini PI u Bt fil-pjanti ĠM, mhuwiex magħruf;

Il-mistoqsijiet tal-aġġuvantiċità Bt

P.

billi għadd ta' studji juru li ġew osservati effetti kollaterali li jistgħu jaffettwaw is-sistema immunitarja wara esponiment għal proteini Bt u li xi proteini Bt jista' jkollhom karatteristiċi aġġuvanti (17), li jfisser li dawn jistgħu jżidu l-allerġeniċità ta' proteini oħra li jidħlu f'kuntatt magħhom;

Q.

billi, filwaqt li l-EFSA tirrikonoxxi li Cry1Ac (18) intweriet li taġixxi bħala aġġuvant, hija tikkonkludi li, peress li l-qamħirrum mhuwiex ikel allerġeniku komuni, l-effett aġġuvanti tal-proteini Cry, osservat wara amministrazzjoni intragastrika jew intranasali b'dożaġġ għoli, ftit hemm lok li jqajjem tħassib rigward l-allerġeniċità (19); billi, madankollu, l-EFSA ma tqisx il-fatt li l-qamħirrum jipproduċi l-PI (20), u wieħed għandu jassumi degradazzjoni ferm aktar bil-mod tal-proteini Bt jekk jiġi inġestit mal-materjal tal-pjanti, meta mqabbel mal-forma iżolata tiegħu; billi din id-differenza tista' wkoll issaħħaħ l-aġġuvantiċità tiegħu u tagħmel invalidi l-istudji li jużaw proteini iżolati; billi ma sar l-ebda studju empiriku biex tiġi investigata l-immunoġeniċità reali tat-tossina Bt prodotta mill-pjanta ĠM; billi d-degradazzjoni fil-fluwidi diġestivi ġiet ittestjata permezz tal-proteina BT waħedha;

Għelejjel Bt: effetti fuq organiżmi mhux fil-mira u żieda fir-reżistenza

R.

billi, għall-kuntrarju tal-użu ta' insettiċidi, fejn l-esponiment ikun fil-ħin tal-bexx u għal żmien limitat wara, l-użu ta' għelejjel Bt iwassal għal esponiment kontinwu tal-organiżmi fil-mira u dawk li mhux fil-mira għat-tossini Bt; billi, ħlief għall-għabra tad-dakra, il-proteini mCry3A jinsabu fil-partijiet kollha tal-qamħirrum ĠM MIR604 (21);

S.

billi l-ġene mCry3A kif espress mill-qamħirrum ĠM MIR604 ġie modifikat sabiex tissaħħaħ it-tossiċità għall-insetti fil-mira (22), iżda fil-valutazzjoni tar-riskju l-ebda effett fuq l-organiżmi mhux fil-mira ma ġie evalwat; billi, Stat Membru jikkummenta li peress li “it-tossina indiġena Cry3A hija attiva kontra l-Chrysomelidae (23), bħala rekwiżit minimu, l-effetti negattivi fuq Chrysomelidae mhux fil-mira għandhom jiġu inklużi fil-valutazzjoni tar-riskju” u li “peress l-importazzjoni, it-trasport u l-ipproċessar tal-qamħirrum MIR604 jistgħu jirriżultaw fil-preżenza ta' okkorrenza jew rilaxx aċċidentali tal-qamħirrum MIR604 fl-ambjent, iridu jiġu kkunsidrati l-effetti negattivi potenzjali tal-qamħirrum ĠM fuq l-organiżmi mhux fil-mira” (24);

T.

billi s-suppożizzjoni li t-tossini Bt juru modalità ta' azzjoni speċifika għal mira unika ma tistax tibqa' titqies bħala korretta, u l-effetti fuq organiżmi mhux fil-mira ma jistgħux jiġu esklużi (25); billi għadd li kulma jmur dejjem jikber ta' organiżmi mhux fil-mira huwa rappurtat li qed jiġi affettwat b'ħafna modi; billi 39 pubblikazzjoni evalwata bejn il-pari li jirrappurtaw effetti negattivi sinifikanti tat-tossini Bt fuq ħafna speċijiet “barra mill-firxa” jissemmew f'ħarsa ġenerali riċenti (26);

U.

billi l-effetti kombinatorjali bħat-taħlit ma' PI jistgħu jikkontribwixxu b'mod sinifikanti għat-tossiċità tat-tossini Bt; billi l-kwistjoni tas-selettività hija rilevanti b'mod speċjali għat-tossini Bt sintetiċi, bħall-mCry3A, li jistgħu juru selettività aktar baxxa flimkien ma' tossiċità ogħla; billi l-EFSA għadha tqis li t-tossini Bt jaffettwaw biss firxa dejqa ta' organiżmi mhux fil-mira, mingħajr ma tqis kwalunkwe effett kombinatorjali; billi firxa usa' ta' organiżmi mhux fil-mira jaf tiġi esposta għat-tossini Bt permezz ta' tixrid, l-iskart u d-demel;

V.

billi l-valutazzjoni tar-riskju ma qisitx l-iżvilupp ta' reżistenza fil-pesti fil-mira għall-proteina mCry3A, li possibbilment jirriżulta fl-użu ta' pestiċidi anqas sikuri għall-ambjent jew għal żieda fid-dożi u l-għadd ta' applikazzjonijiet għall-għelejjel ĠM fil-pajjiż tal-kultivazzjoni; billi, l-Aġenzija għall-Ħarsien tal-Ambjent tal-Istati Uniti qed tipproponi li jiġu eliminati b'mod gradwali bosta ibridi attwali tal-qamħirrum Bt, kif ukoll xi varjetajiet tal-qoton Bt, fit-tliet sa ħames snin li ġejjin, minħabba ż-żieda fir-reżistenza tal-insetti għal dawn l-għelejjel (27);

W.

billi, filwaqt li ġie ddikjarat li l-użu tal-għelejjel Bt iwassal għal tnaqqis fl-użu tal-insettiċidi, studju riċenti ppubblikat fl-Istati Uniti (28), sab li “diversi analiżijiet dwar l-influwenza tal-għelejjel Bt fuq ix-xejriet tal-użu tal-pestiċidi ma jidhrux li qiesu t-trattamenti taż-żerriegħa, u għalhekk setgħu eżaġeraw it-tnaqqis fl-użu tal-insettiċida (speċjalment ‘iż-żona ttrattata’) assoċjat mal-għelejjel Bt”; billi l-istess studju sab li t-trattamenti taż-żrieragħ tan-neonikotinojdi ħafna drabi jintużaw flimkien mal-għelejjel tal-qamħirrum u tal-fażola tas-sojja Bt, li “din ix-xejra tal-użu jista' jkollha konsegwenzi mhux intenzjonati, jiġifieri reżistenza f'pesti fil-mira, tifqigħat ta' pesti mhux fil-mira, u tniġġis b'effetti detrimentali li jispiċċa fil-ħajja selvaġġa” u li “xi wħud minn dawn l-effetti diġà tfaċċaw”; billi l-Unjoni pprojbiet l-użu fuq barra ta' tliet neonikotinojdi, inkluż bħala kisjiet taż-żrieragħ, minħabba l-impatt tagħhom fuq in-naħal tal-għasel u dakkara oħra (29);

Proċess mhux demokratiku tat-teħid tad-deċiżjonijiet

X.

billi l-votazzjoni fis-26 ta' Ottubru 2020 tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina tal-Ikel u s-Saħħa tal-Annimali msemmi fl-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 ma tat l-ebda opinjoni, li jfisser li l-awtorizzazzjoni ma kinitx appoġġjata minn maġġoranza kwalifikata tal-Istati Membri;

Y.

billi l-Kummissjoni tirrikonoxxi li l-fatt li d-deċiżjonijiet dwar l-awtorizzazzjoni tal-OĠM għadhomqed jiġu adottati mill-Kummissjoni mingħajr maġġoranza kwalifikata tal-Istati Membri favur, li huwa verament l-eċċezzjoni għall-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti b'mod ġenerali iżda sar in-norma għat-teħid ta' deċiżjonijiet dwar l-awtorizzazzjonijiet ta' ikel u għalf ĠM, huwa problematiku;

Z.

billi, fit-tmien leġiżlatura tiegħu, il-Parlament adotta total ta' 36 riżoluzzjoni li joġġezzjonaw għat-tqegħid fis-suq tal-OĠM għall-ikel u għall-għalf (33 riżoluzzjoni) u għall-kultivazzjoni tal-OĠM fl-Unjoni (tliet riżoluzzjonijiet); billi, sal-lum, il-Parlament adotta ħdax-il oġġezzjoni fid-disa' leġiżlatura tiegħu; billi ma kienx hemm maġġoranza kwalifikata ta' Stati Membri favur l-awtorizzazzjoni ta' kwalunkwe wieħed minn dawk l-OĠM; billi minkejja r-rikonoxximent tagħha stess tan-nuqqasijiet demokratiċi, tan-nuqqas ta' appoġġ mill-Istati Membri u tal-oġġezzjonijiet tal-Parlament, il-Kummissjoni qiegħda tkompli tawtorizza l-OĠM;

AA.

billi, skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li ma tawtorizzax OĠM meta ma jkunx hemm maġġoranza kwalifikata ta' Stati Membri favur fil-Kumitat ta' Appell (30); billi f'dan ir-rigward mhux meħtieġ li tinbidel il-liġi;

1.

Iqis li dan l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni jisboq is-setgħat ta' implimentazzjoni previsti fir-Regolament (KE) Nru 1829/2003;

2.

Iqis li dan l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni mhuwiex konsistenti mad-dritt tal-Unjoni, billi mhux kompatibbli mal-għan tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 li, skont il-prinċipji ġenerali stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (31), huwa li jipprovdi l-bażi biex, fir-rigward tal-ikel u l-għalf ĠM, jiżgura livell għoli ta' protezzjoni għall-ħajja u s-saħħa tal-bniedem, is-saħħa u l-benesseri tal-annimali, u l-interessi tal-ambjent u tal-konsumaturi, filwaqt li jiżgura l-funzjonament effikaċi tas-suq intern;

3.

Jitlob lill-Kummissjoni tirtira l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tagħha;

4.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-Kummissjoni, f'ittra tal-11 ta' Settembru 2020 lill-Membri, finalment irrikonoxxiet il-ħtieġa li titqies is-sostenibbiltà f'dak li għandu x'jaqsam ma' deċiżjonijiet ta' awtorizzazzjoni dwar l-OĠM (32); jesprimi, madankollu, id-diżappunt qawwi tiegħu li fit-28 ta' Settembru 2020, il-Kummissjoni awtorizzat fażola tas-sojja ĠM oħra biex tiġi importata (33) minkejja oġġezzjoni mill-Parlament u l-fatt li l-maġġoranza tal-Istati Membri ivvotaw kontriha;

5.

Jistieden lill-Kummissjoni timxi 'l quddiem bl-akbar urġenza rigward l-iżvilupp ta' kriterji ta' sostenibbiltà, bl-involviment sħiħ tal-Parlament; jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi informazzjoni dwar kif se jitwettaq dan il-proċess, u t-tul ta' żmien tiegħu;

6.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex, għal darb'oħra, tqis l-obbligi tal-Unjoni skont ftehimiet internazzjonali, bħall-Ftehim ta' Pariġi dwar il-Klima, il-KDB tan-NU u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-NU, fil-proċess ta' awtorizzazzjoni;

7.

Itenni l-appell tiegħu lill-Kummissjoni biex tieqaf tawtorizza l-OĠM, kemm jekk għall-kultivazzjoni kif ukoll jekk għall-użu bħala ikel u għalf, meta ma tingħata l-ebda opinjoni mill-Istati Membri fil-Kumitat ta' Appell, skont l-Artikolu 6(3) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011;

8.

Jistieden lill-EFSA biex fl-aħħar taċċetta d-differenzi sostanzjali bejn il-proteini Bt indiġeni u dawk espressi permezz ta' transġeni sintetiċi fil-pjanti tal-għelejjel ĠM, u li twessa' l-valutazzjoni tar-riskju tagħha sabiex tqis b'mod sħiħ l-interazzjonijiet u l-effetti kombinatorjalii kollha bejn it-tossini Bt, il-pjanti ĠM u l-kostitwenti tagħhom, ir-residwi mill-bexx bl-erbiċidi komplementari, l-ambjent kif ukoll l-impatti fuq is-saħħa u s-sikurezza tal-ikel;

9.

Jistieden lill-EFSA ma tibqax taċċetta studji tat-tossiċità bbażati fuq proteini iżolati li x'aktarx ikunu differenti fl-istruttura u fl-effetti bijoloġiċi meta mqabbla ma' dawk prodotti mill-pjanta nnifisha, u tirrikjedi li t-testijiet kollha jitwettqu b'tessut mill-pjanta ĠM;

10.

Jistieden lill-EFSA tiżgura li d-data mill-provi fuq il-post jew mis-serer tkopri firxa wiesgħa biżżejjed ta' kundizzjonijiet agronomiċi u ambjentali biex tivvaluta l-impatt tal-fatturi kollha ta' stress li għandhom ikunu mistennija waqt il-kultivazzjoni fuq l-espressjoni tal-ġeni u l-kompożizzjoni tal-pjanti;

11.

Jistieden lill-EFSA tiżgura li d-data mill-provi fuq il-post jew mis-serer tkopri firxa wiesgħa biżżejjed ta' varjetajiet differenti biex tivvaluta l-impatt ta' sfondi ġenetiċi varji fuq l-espressjoni tal-ġeni u l-kompożizzjoni tal-pjanti;

12.

Jistieden lill-EFSA titlob data dwar l-impatt tal-konsum tal-ikel u l-għalf derivati minn pjanti ĠM fuq il-mikrobijoma intestinali;

13.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1.

(2)  ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.

(3)  Opinjoni Xjentifika tal-Bord tal-EFSA dwar Organiżmi Ġenetikament Modifikati dwar l-applikazzjoni (Referenza EFSA-GMO-UK-2005-11) għat-tqegħid fis-suq ta' event ta' qamħirrum ġenetikament modifikat MIR604 li jirreżisti l-insetti, għall-użi ta' ikel u għalf, l-importazzjoni u l-ipproċessar skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 minn Syngenta Seeds S.A.S f'isem Syngenta Crop Protection AG, EFSA Journal 2009; 7(7):1193, https://www.efsa.europa.eu/en/efsajournal/pub/1193

(4)  Opinjoni Xjentifika tal-Bord tal-EFSA dwar Organiżmi Ġenetikament Modifikati dwar il-valutazzjoni tal-qamħirrun ġenetikament modifikat MIR604 għat-tiġdid tal-awtorizzazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 (l-applikazzjoni EFSA-GMO-RX-013), EFSA Journal 2019; 17(11):5846, https://www.efsa.europa.eu/en/efsajournal/pub/5846

(5)  Fit-tmien leġiżlatura tiegħu, il-Parlament adotta 36 riżoluzzjoni li joġġezzjonaw għall-awtorizzazzjoni tal-OĠM. Barra minn hekk, fid-disa' leġiżlatura tiegħu, il-Parlament adotta r-riżoluzzjonijiet li ġejjin:

Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Ottubru 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn qamħirrum ġenetikament modifikat MZHG0JG (SYN-ØØØJG-2), skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2019)0028).

Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Ottubru 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn fażola tas-sojja ġenetikament modifikata A2704-12 (ACS-GMØØ5-3) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2019)0029).

Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Ottubru 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 89034 × 1507 × MON 88017 × 59122 × DAS-40278-9, u qamħirrum ġenetikament modifikat li jikkombina żewġ, tlieta jew erba' mill-eventi uniċi MON 89034, 1507, MON 88017, 59122 u DAS-40278-9 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2019)0030).

Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Novembru 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn qoton ġenetikament modifikat LLCotton25 (ACS-GHØØ1-3) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2019)0054).

Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Novembru 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom fażola tas-sojja ġenetikament modifikata MON 89788 (MON-89788-1), li jikkonsistu minn tali fażola tas-sojja jew li huma prodotti minnha skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2019)0055).

Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Novembru 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom qamħirrum ġenetikament modifikat MON 89034 × 1507 × NK603 × DAS-40278-9 u s-subkombinazzjonijiet MON 89034 × NK603 × DAS-40278-9, 1507 × NK603 × DAS-40278-9 u NK603 × DAS-40278-9, li jikkonsistu minn tali qamħirrum jew li huma prodotti minnu, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2019)0056).

Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Novembru 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom qamħirrum ġenetikament modifikat Bt11 × MIR162 × MIR604 × 1507 × 5307 × GA21, li jikkonsistu minn tali qamħirrum jew li huma prodotti minnu u qamħirrum ġenetikament modifikat li jikkombina tnejn, tlieta, erbgħa jew ħamsa mill-eventi uniċi Bt11, MIR162, MIR604, 1507, 5307 u GA21 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2019)0057).

Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Mejju 2020 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom il-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata MON 87708 × MON 89788 × A5547-127, li jikkonsistu minnha jew li huma prodotti minnha, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2020)0069).

Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Novembru 2020 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew li jkunu prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 87427 × MON 89034 × MIR162 × NK603, u qamħirrum ġenetikament modifikat li jikkombina tnejn jew tlieta mill-eventi uniċi MON 87427, MON 89034, MIR162 u NK603, u li tħassar id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1111, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2020)0291).

Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Novembru 2020 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn fażola tas-sojja ġenetikament modifikata SYHT0H2 (SYN-ØØØH2-5), skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2020)0292).

Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Novembru 2020 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 87427 × MON 87460 × MON 89034 x MIR162 x NK603, ikunu jikkonsistu minnu jew li jkunu magħmulin minnu, u l-qamħirrum ġenetikament modifikat li jgħaqqad tnejn, tlieta jew erbgħa mill-eventi uniċi MON 87427, MON 87460, MON 89034, MIR162 u NK603, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2020)0293).

(6)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/866/KE tat-30 ta' Novembru 2009 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, ikunu jikkonsistu minn, jew li jkunu prodotti minn qamħirrun modifikat ġenetikament MIR604 (SYN-IR6Ø4-5) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 314, 1.12.2009, p. 102).

(7)  Opinjoni tal-2009 tal-EFSA, p. 11.

(8)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 503/2013 tat-3 ta' April 2013 dwar applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni ta' ikel u għalf ġenetikament modifikat skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemendaw ir-Regolamenti (KE) Nru 641/2004 u (KE) Nru 1981/2006 (ĠU L 157, 8.6.2013, p. 1).

(9)  . Kummenti tal-Istati Membri: http://registerofquestions.efsa.europa.eu/roqFrontend/questionLoader?question=EFSA-Q-2005-046

(10)  Kummenti tal-Istati Membri: http://registerofquestions.efsa.europa.eu/roqFrontend/questionLoader?question=EFSA-Q-2018-00644

(11)  Id-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Marzu 2001 dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta' organiżmi ġenetikament modifikati u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE (ĠU L 106, 17.4.2001, p. 1).

(12)  Opinjoni tal-2009 tal-EFSA, p. 12.

(13)  Kummenti tal-Istati Membri, p. 8 u 14: http://registerofquestions.efsa.europa.eu/roqFrontend/questionLoader?question=EFSA-Q-2005-046

(14)  MacIntosh, S.C., Kishore, G.M., Perlak, F.J., Marrone, P.G., Stone, T.B., Sims, S.R., Fuchs, R.L., “Potentiation of Bacillus thuringiensis insecticidal activity by serine protease inhibitors” (Il-potenzjalità tal-attività insettiċida Bacillus thuringiensis minn inibituri tas-serine protease), Journal of Agricultural and Food Chemistry 1990, 38, pp. 1145-1152.

(15)  Ara, pereżempju Then, C., “Risk assessment of toxins derived from Bacillus thuringiensis – synergism, efficacy, and selectivity” (Valutazzjoni tar-riskju ta' tossini derivati minn Bacillus thuringiensis – sinerġiżmu, effikaċja, u selettività), Environmental Science and Pollution Research 2010, 17, pp. 791–797, https://doi.org/10.1007/s11356-009-0208-3

(16)  Ara pereżempju Han, P., Niu, C.Y., Lei, C.L., Cui, J.J., Desneux, N., “Quantification of toxins in a Cry1Ac + CpTI cotton cultivar and its potential effects on the honey bee Apis mellifera L.” (Kwantifikazzjoni tat-tossini f'kultivar tal-qoton Cry1Ac + CpTI u l-effetti potenzjoni tiegħu fuq in-naħal tal-għasel Apis mellifera L.), Ecotoxicology 2010, 19, pp. 1452-1459, https://doi.org/10.1007/s10646-010-0530-z; Babendreier, D., Kalberer, N.M., Romeis, J., Fluri, P., Mulligan, E., Bigler, F., “Influence of Bt-transgenic pollen, Bt-toxin and protease inhibitor (SBTI) ingestion on development of the hypopharyngeal glands in honeybees” (L-influwenza tal-inġestjoni ta' għabra tad-dakra transġenika Bt, tossini Bt u inibituri tal-protease (SBTI) fuq l-iżvilupp tal-glandoli ipofarinġali fin-naħal tal-għasel), Apidologie 2005, 36(4), pp. 585-594, https://doi.org/10.1051/apido:2005049; u Liu, X.D., Zhai, B.P., Zhang, X.X., Zong, J.M., “Impact of transgenic cotton plants on a non-target pest, Aphis gossypii Glover” (L-impatt tal-pjanti tal-qoton transġeniċi fuq pesti mhux fil-mira, Aphis gossypii Glover). Ecological Entomology, 30(3), pp. 307-315, https://doi.org/10.1111/j.0307-6946.2005.00690.x

(17)  Għal analiżi, ara Rubio-Infante, N., & Moreno-Fierros, L., “An overview of the safety and biological effects of Bacillus thuringiensis Cry toxins in mammals” (Ħarsa ġenerali lejn is-sikurezza u l-effetti bijoloġiċi tat-tossini Cry ta' Bacillus thuringiensis fil-mammiferi), Journal of Applied Toxicology, 2016, 36(5), pp. 630-648, http://onlinelibrary.wiley.com/doi/10.1002/jat.3252/full

(18)  Cry1Ac hija waħda minn ftit tossini Bt li ġew investigati fid-dettall mill-EFSA.

(19)  Opinjoni tal-2009 tal-EFSA, p. 16.

(20)  Ara l-premessa M.

(21)  Opinjoni tal-2009 tal-EFSA, p. 8.

(22)  Opinjoni tal-2009 tal-EFSA, p. 7.

(23)  Familja tal-ħanfus, komunement magħrufa bħala ħanfus tal-weraq.

(24)  Ara l-kummenti tal-Istati Membri, p. 24: http://registerofquestions.efsa.europa.eu/roqFrontend/questionLoader?question=EFSA-Q-2005-046

(25)  Ara, pereżempju, Hilbeck, A., Otto, M. “Specificity and combinatorial effects of Bacillus thuringiensis Cry toxins in the context of GMO risk assessment” (L-ispeċifiċità u l-effetti kombinati tat-tossini Cry Bacillus thuringiensis fil-kuntest tal-valutazzjoni tar-riskju tal-OĠM), Frontiers in Environmental Science 2015, 3:71, https://doi.org/10.3389/fenvs.2015.00071

(26)  Hilbeck, A., Defarge, N., Lebrecht, T., Bøhn, T., “Insecticidal Bt crops – EFSA's risk assessment approach for GM Bt plants fails by design” (L-għelejjel Bt tal-insettiċidi. L-approċċ tal-valutazzjoni tar-riskju tal-EFSA għal pjanti Bt ĠM ifalli mid-disinn), RAGES 2020, p. 4, https://www.testbiotech.org/sites/default/files/RAGES_report-Insecticidal%20Bt%20plants.pdf

(27)  https://www.dtnpf.com/agriculture/web/ag/crops/article/2020/09/29/epa-proposes-phasing-dozens-bt-corn

(28)  Douglas, M.R., Tooker, J.F., “Large-Scale Deployment of Seed Treatments Has Driven Rapid Increase in Use of Neonicotinoid Insecticides and Preemptive Pest Management in U.S. Field Crops” (L-Użu fuq Skala Kbira ta' Trattamenti taż-Żrieragħ Wassal għal Żieda Rapida fl-Użu ta' Insettiċidi Neonikotinojdi u Ġestjoni tal-Pesti Preventiva fl-Għelejjel fl-Istati Uniti), Environmental Science and Technology 2015, 49, 8, pp. 5088-5097, https://pubs.acs.org/doi/10.1021/es506141g

(29)  In-neonikotinojdi, https://ec.europa.eu/food/plant/pesticides/approval_active_substances/approval_renewal/neonicotinoids_en

(30)  Il-Kummissjoni “tista'”, u mhux “għandha”, tagħti l-awtorizzazzjoni jekk ma jkunx hemm maġġoranza kwalifikata ta' Stati Membri favur fil-Kumitat ta' Appell skont l-Artikolu 6(3) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

(31)  Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).

(32)  https://tillymetz.lu/wp-content/uploads/2020/09/Co-signed-letter-MEP-Metz.pdf

(33)  MON 87708 × MON 89788 × A5547-127, https://webgate.ec.europa.eu/dyna/gm_register/gm_register_auth.cfm?pr_id=100


29.10.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 445/56


P9_TA(2020)0368

Qamħirrum ġenetikament modifikat MON 88017 (MON-88Ø17-3)

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Diċembru 2020 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li ġġedded l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 88017 (MON-88Ø17-3), li jikkonsistu minnu jew li huma prodotti minnu, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (D069148/02 – 2020/2894(RSP))

(2021/C 445/08)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li ġġedded l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 88017 (MON-88Ø17-3), li jikkonsistu minnu jew li huma prodotti minnu, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (D069148/02,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 11(3) u 23(3) tiegħu,

wara li kkunsidra l-votazzjoni, li saret fis-26 ta' Ottubru 2020, tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali msemmija fl-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, li matulha ma ngħatat l-ebda opinjoni,

wara li kkunsidra l-Artikoli 11 u 13 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (2),

wara li kkunsidra l-opinjoni adottata mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) fil-21 ta' April 2009, u ppubblikata fis-6 ta' Mejju 2009 (3),

wara li kkunsidra l-opinjoni adottata mill-EFSA fid-29 ta' Jannar 2020, u ppubblikata fil-11 ta' Marzu 2020 (4),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu li joġġezzjonaw għall-awtorizzazzjoni ta' organiżmi ġenetikament modifikati (“OĠM”) (5),

wara li kkunsidra l-Artikolu 112(2) u (3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel,

A.

billi d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/814/KE (6) awtorizzat it-tqegħid fis-suq ta' ikel u għalf li jkun fihom, ikunu jikkonsistu minn, jew li jkunu prodotti minn qamħirrum ġenetikament modifikat (“ĠM”) MON 88017; billi l-kamp ta' applikazzjoni ta' dik l-awtorizzazzjoni jkopri wkoll it-tqegħid fis-suq ta' prodotti, għajr l-ikel u l-għalf, li fihom jew li jikkonsistu mill-qamħirrum ĠM MON 88017 għall-istess użi bħal kull qamħirrum ieħor għajr għall-kultivazzjoni;

B.

billi, fl-10 ta' Lulju 2018, Monsanto Europe N.V., f'isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni Kumpanija Monsanto, l-Istati Uniti, bagħtet applikazzjoni lill-Kummissjoni, skont l-Artikoli 11 u 23 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, għat-tiġdid ta' dik l-awtorizzazzjoni;

C.

billi, fil-21 ta' April 2009, l-EFSA adottat opinjoni favorevoli, li ġiet ippubblikata fis-6 ta' Mejju 2009, fir-rigward tal-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni inizjali;

D.

billi, fid-29 ta' Jannar 2020, l-EFSA adottat opinjoni favorevoli, li ġiet ippubblikata fil-11 ta' Marzu 2020, fir-rigward tal-applikazzjoni għal tiġdid;

E.

billi l-qamħirrum ĠM MON 88017 tfassal biex jipproduċi Cry3Bb1, proteina insettiċida sintetika (magħrufa wkoll bħala tossina Bt) b'tossiċità msaħħa meta mqabbla mal-batterji naturali derivati minnhom, kontra l-koleotteri u l-proteina CP4 EPSPS li tipprovdi tolleranza għall-glifosat (7);

F.

billi l-kombinazzjoni taż-żewġ espressjonijiet tal-ġeni hija derivata minn trasformazzjoni multipla, iżda ma saret l-ebda valutazzjoni tal-pjanti ġenituri uniċi, bi ksur tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 503/2013 (8);

G.

billi r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 jiddikjara li ikel jew għalf ĠM ma jridx ikollu effetti negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem, is-saħħa tal-annimali jew l-ambjent, u jirrikjedi li l-Kummissjoni tqis kwalunkwe dispożizzjoni rilevanti tad-dritt tal-Unjoni u fatturi leġittimi oħra li jkunu rilevanti għall-kwistjoni li tkun qiegħda titqies fl-abbozzar tad-deċiżjoni tagħha;

It-tħassib tal-Istati Membri dwar l-opinjonijiet tal-EFSA

H.

billi, matul il-perjodu ta' konsultazzjoni fir-rigward tal-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni inizjali, l-Istati Membri ressqu ħafna kummenti kritiċi dwar l-abbozz ta' opinjoni tal-EFSA (9); billi dawk il-kummenti kritiċi jinkludu osservazzjonijiet li ftit li xejn jistgħu jingħataw importanza għat-testijiet tossikoloġiċi akuti li saru bi proteini iżolati (jiġifieri mhux bil-pjanta sħiħa ĠM), li l-monitoraġġ ambjentali propost ta' wara t-tqegħid fis-suq huwa wisq impreċiż għal pjan ta' sorveljanza ta' effetti mhux intenzjonati fuq is-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali u l-ambjent, li l-ittestjar ta' proteini surrogati tal-batterji m'għandux jissostitwixxi l-ittestjar tal-proteini espressi mill-pjanti, li l-għadd ta' staġuni u postijiet tal-pjanta mhuwiex adegwat minħabba l-użu kummerċjali tal-OĠM, li informazzjoni addizzjonali hija meħtieġa biex tiġi konkluża l-valutazzjoni tar-riskju u li ma tistax tiġi eskluża żieda fl-attività allerġenika minħabba l-proteina mCry3Bb1 fl-ikel u fl-għalf mill-qamħirrum ĠM MON 88017; billi, barra minn hekk, Stat Membru wieħed kellu dubji dwar l-indipendenza tal-istudji mwettqa għall-iskop tal-valutazzjoni tar-riskju, minħabba li dawn twettqu mill-applikant Monsanto;

I.

billi, matul il-perjodu ta' konsultazzjoni fir-rigward tal-applikazzjoni għal tiġdid, l-Istati Membri reġgħu ressqu ħafna kummenti kritiċi dwar l-abbozz ta' opinjoni tal-EFSA (10); billi dawk il-kummenti kritiċi jinkludu l-osservazzjoni li l-pjan ta' monitoraġġ ibbażat fuq il-kunsens mogħti mid-Deċiżjoni 2009/814/KE u r-rapporti ta' monitoraġġ għandhom nuqqasijiet fundamentali u mhumiex konformi mad-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11) jew mal-gwida rilevanti tal-EFSA, li l-istudji mhumiex biżżejjed u li huma meħtieġa aktar esperimenti biex jiġu ddeterminati l-esponiment u l-effetti u r-riskji sussegwenti għall-organiżmi mhux fil-mira mill-esponiment għall-proteini Bt permezz tad-demel jew tad-dranaġġ, u li minħabba informazzjoni nieqsa, is-sikurezza ambjentali tal-qamħirrum ĠM MON 88017 ma tistax tiġi vvalutata b'mod sħiħ;

Erbiċidi komplementari u n-nuqqas ta' analiżi tar-residwi

J.

billi ntwera li l-kultivazzjoni ta' għelejjel ĠM tolleranti għall-erbiċidi tirriżulta f'użu akbar ta' erbiċidi, li fil-biċċa l-kbira dovuta għat-tfaċċar ta' ħaxix ħażin tolleranti għall-erbiċidi (12); billi, b'konsegwenza, għandu jkun mistenni li l-għelejjel tal-qamħirrum ĠM ikunu esposti għal dożi kemm ogħla kif ukoll ripetuti ta' glifosat u dan l-esponiment potenzjalment iwassal għal kwantità ogħla ta' residwi fil-ħsad;

K.

billi għad hemm dubji dwar il-karċinoġeniċità tal-glifosat; billi, f'Novembru 2015, l-EFSA kkonkludiet li l-glifosat x'aktarx mhuwiex karċinoġenu, filwaqt li, f'Marzu 2017, l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi kkonkludiet li ebda klassifikazzjoni ma kienet ġustifikata; billi, għall-kuntrarju, fl-2015, l-Aġenzija Internazzjonali għar-Riċerka dwar il-Kanċer, l-aġenzija speċjalizzata dwar il-kanċer tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, ikklassifikat il-glifosat bħala karċinoġenu possibbli għall-bnedmin; billi għadd ta' studji xjentifiċi reċenti bejn il-pari jikkonfermaw il-potenzjal karċinoġeniku tal-glifosat (13);

L.

billi, skont opinjoni mill-Unità tal-Pestiċidi tal-EFSA, id-data dwar ir-residwi tal-glifosat għall-qamħirrum ĠM b'modifiki tal-EPSPS (14) mhijiex biżżejjed biex jiġu dderivati l-livelli massimi ta' residwi u l-valuri tal-valutazzjoni tar-riskju (15);

M.

billi, għal darb'oħra, skont l-Unità tal-Pestiċidi tal-EFSA, id-data tossikoloġika li tippermetti li ssir valutazzjoni tar-riskju għall-konsumaturi għal diversi prodotti ta' dekompożizzjoni tal-glifosat rilevanti għall-għelejjel ĠM tolleranti għall-glifosat hija nieqsa (16);

N.

billi l-valutazzjoni tar-residwi tal-erbiċidi u tal-prodotti ta' dekompożizzjoni tal-erbiċidi, misjuba fi pjanti ĠM, flimkien mal-interazzjoni tagħhom mat-tossini Bt, hija kkunsidrata li ma taqax taħt il-kompetenza tal-Bord tal-EFSA dwar l-OĠM u għalhekk ma ssirx bħala parti mill-proċess ta' awtorizzazzjoni għall-OĠM; billi dan huwa problematiku peress li l-mod kif l-erbiċidi komplementari jiġu dekomposti mill-pjanta ĠM ikkonċernata, u l-kompożizzjoni u għalhekk it-tossiċità tal-prodotti ta' dekompożizzjoni (“metaboliti”), jistgħu jiġu stimolati mill-modifika ġenetika nnifisha (17);

Studji tossiċi invalidi

O.

billi għall-istudji dwar it-tossiċità akuta u d-degradazzjoni fil-fluwidi diġestivi, intużaw il-proteini Cry3Bb1 u CP4 EPSPS prodotti f'razza ta' E. coli rikombinanti;

P.

billi, b'mod ġenerali, ftit li xejn tista' tingħata importanza lit-testijiet tossikoloġiċi li jsiru bi proteini waħedhom, minħabba l-fatt li l-effetti tal-proteina flimkien mal-pjanta nnifisha ma jitqisux;

Q.

billi, pereżempju, xi pjanti, inkluż il-qamħirrum, jipproduċu b'mod naturali inibituri tal-proteinasi (PI) li ntwera li jnaqqsu r-rata tad-degradazzjoni tat-tossini Bt; billi dan jirriżulta f'tossiċità ħafna ogħla tat-tossina Bt, jekk tiġi inġestita mat-tessut tal-pjanti, meta mqabbla mat-tossina waħedha; billi studju tal-1990, li sar minn xjenzjati f'Monsanto, wera li anki l-preżenza ta' livelli estremament baxxi ta' PI tejbet l-attività tal-insettiċidi tat-tossini Bt sa 20 darba (18); billi din l-interazzjoni qatt ma ġiet vvalutata, jew imsemmija, mill-EFSA fil-valutazzjonijiet tar-riskju tagħha ta' pjanti Bt ĠM;

R.

billi ntwera li l-fatturi li jżidu t-tossiċità tat-tossini Bt jistgħu jħallu wkoll impatt fuq is-selettività tagħhom (19): jekk tiżdied l-effikaċja tat-tossina Bt fuq organiżmi fil-mira, is-selettività tagħha tista' titnaqqas ukoll u firxa usa' ta' organiżmi mhux fil-mira tista' ssir suxxettibbli; billi, filwaqt li sal-lum għadha ma saret l-ebda riċerka sistematika, diversi studji jindikaw l-effetti tal-PI kombinati mat-tossini Bt fuq insetti mhux fil-mira (20);

S.

billi r-riskju ta' tossiċità ogħla għall-bnedmin u l-mammiferi, minħabba l-interazzjoni bejn it-tossini PI u Bt fil-pjanti ĠM, mhuwiex magħruf;

Il-mistoqsijiet tal-aġġuvantiċità tal-Bt

T.

billi għadd ta' studji juru li ġew osservati effetti kollaterali li jistgħu jaffettwaw is-sistema immunitarja wara esponiment għal proteini Bt u li xi tossini Bt jista' jkollhom karatteristiċi aġġuvanti (21), li jfisser li dawn jistgħu jżidu l-allerġeniċità ta' proteini oħra li jidħlu f'kuntatt magħhom;

U.

billi, madankollu, il-valutazzjoni tar-riskju tal-EFSA ma tqisx il-fatt li l-qamħirrum jipproduċi PI (22) u għalhekk wieħed għandu jassumi degradazzjoni ferm aktar bil-mod tat-tossina Bt jekk jiġi inġestit mal-materjal veġetali, meta mqabbel mal-forma iżolata tiegħu; billi din id-differenza tista' ssaħħaħ ukoll l-aġġuvantiċità tiegħu u twassal biex l-istudji li jużaw proteini iżolati jitqiesu bħala invalidi; billi ma sar l-ebda studju empiriku biex tiġi investigata l-immunoġeniċità reali tat-tossina Bt prodotta mill-pjanta ĠM; billi, id-degradazzjoni fil-fluwidi diġestivi, li tista' tkun rilevanti għat-tossiċità u l-aġġuvantiċità, ġiet ittestjata permezz tat-tossina Bt waħedha;

Għelejjel Bt: effetti fuq organiżmi mhux fil-mira u żieda fir-reżistenza

V.

billi, għall-kuntrarju tal-użu ta' insettiċidi, f'liema każ l-esponiment ikun fil-ħin tal-bexx u għal żmien limitat wara, l-użu ta' għelejjel Bt iwassal għal esponiment kontinwu tal-organiżmi fil-mira u dawk li mhux fil-mira għat-tossini Bt;

W.

billi s-suppożizzjoni li t-tossini Bt juru modalità ta' azzjoni waħda speċifika għall-mira ma tistax tibqa' titqies bħala korretta u l-effetti fuq organiżmi mhux fil-mira ma jistgħux jiġu esklużi (23); billi ġie rrappurtat li għadd dejjem akbar ta' organiżmi mhux fil-mira jiġu affettwati b'ħafna modi; billi 39 pubblikazzjoni rieżaminati bejn il-pari li jirrappurtaw effetti negattivi sinifikanti tat-tossini Bt fuq ħafna speċijiet “barra mill-firxa” jissemmew f'ħarsa ġenerali reċenti (24);

X.

billi l-effetti kombinati bħal kombinazzjoni ma' PI jistgħu jikkontribwixxu b'mod sinifikanti għat-tossiċità tat-tossini Bt; billi l-kwistjoni tas-selettività hija rilevanti b'mod speċjali għat-tossini Bt sintetiċi, bħal Cry3Bb1, li jistgħu juru selettività aktar baxxa flimkien ma' tossiċità ogħla; billi l-EFSA għadha tqis li t-tossini Bt jaffettwaw biss firxa żgħira ta' organiżmi mhux fil-mira, mingħajr ma tqis kwalunkwe effett kombinat; billi firxa usa' ta' organiżmi mhux fil-mira tista' tiġi esposta għat-tossini Bt permezz ta' tixrid, skart u demel;

Y.

billi l-valutazzjoni tar-riskju ma qisitx l-iżvilupp ta' reżistenza fil-pesti fil-mira għat-tossini Bt, li possibbilment jirriżulta fl-użu ta' pestiċidi anqas sikuri għall-ambjent jew għal żieda fid-dożi u l-għadd ta' applikazzjonijiet għall-għelejjel ĠM fil-pajjiż tal-kultivazzjoni; billi, l-Environmental Protection Agency tal-Istati Uniti qed tipproponi li jiġu eliminati b'mod gradwali bosta ibridi attwali tal-qamħirrum Bt, kif ukoll xi varjetajiet tal-qoton Bt, fit-tlieta sa ħames snin li ġejjin, minħabba ż-żieda fir-reżistenza tal-insetti għal dawn l-għelejjel (25);

Z.

billi, filwaqt li ġie ddikjarat li l-użu tal-għelejjel Bt iwassal għal tnaqqis fl-użu tal-insettiċidi, studju reċenti ppubblikat fl-Istati Uniti (26), sab li “diversi analiżijiet dwar l-influwenza tal-għelejjel Bt fuq ix-xejriet tal-użu tal-pestiċidi ma jidhrux li qiesu t-trattamenti taż-żerriegħa u għalhekk setgħu eżaġeraw wisq it-tnaqqis fl-użu tal-insettiċida (speċjalment ‘iż-żona ttrattata’) assoċjat mal-għelejjel Bt”; billi l-istess studju sab li t-trattamenti taż-żerriegħa tan-neonikotinojdi ħafna drabi jintużaw flimkien mal-għelejjel tal-qamħirrum u tal-fażola tas-sojja Bt, li “din ix-xejra tal-użu jista' jkollha konsegwenzi mhux intenzjonati, jiġifieri reżistenza f'pesti fil-mira, tifqigħat ta' pesti mhux fil-mira, u tniġġis b'effetti detrimentali li jispiċċa fil-ħajja selvaġġa.” L-istudju sab ukoll li “xi wħud minn dawn l-effetti diġà tfaċċaw”; billi l-Unjoni pprojbiet l-użu fuq barra ta' tliet neonikotinojdi, inkluż bħala kisjiet taż-żrieragħ, minħabba l-impatt tagħhom fuq in-naħal tal-għasel u dakkara oħra (27);

AA.

billi l-Unjoni hija parti għall-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Diversità Bijoloġika (“KDB tan-NU”), li tobbliga kemm lill-pajjiżi importaturi kif ukoll lill-pajjiżi esportaturi jqisu l-bijodiversità;

Proċess deċiżjonali mhux demokratiku

AB.

billi l-votazzjoni fis-26 ta' Ottubru 2020 tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina tal-Ikel u s-Saħħa tal-Annimali msemmija fl-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 ma tat l-ebda opinjoni, li jfisser li l-awtorizzazzjoni ma kinitx appoġġjata minn maġġoranza kwalifikata tal-Istati Membri;

AC.

billi l-Kummissjoni tirrikonoxxi li l-fatt li d-deċiżjonijiet dwar l-awtorizzazzjoni tal-OĠM għadhom jiġu adottati mill-Kummissjoni mingħajr maġġoranza kwalifikata tal-Istati Membri favur, li huwa verament l-eċċezzjoni għall-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti b'mod ġenerali iżda sar in-norma għat-teħid ta' deċiżjonijiet dwar l-awtorizzazzjonijiet ta' ikel u għalf ĠM, huwa problematiku;

AD.

billi, fit-tmien leġiżlatura tiegħu, il-Parlament adotta total ta' 36 riżoluzzjoni li joġġezzjonaw għat-tqegħid fis-suq tal-OĠM għall-ikel u għall-għalf (33 riżoluzzjoni) u għall-kultivazzjoni tal-OĠM fl-Unjoni (tliet riżoluzzjonijiet); billi, sal-lum, il-Parlament adotta ħdax-il oġġezzjoni fid-disa' leġiżlatura tiegħu; billi ma kienx hemm maġġoranza kwalifikata ta' Stati Membri favur l-awtorizzazzjoni ta' kwalunkwe wieħed minn dawk l-OĠM; billi minkejja r-rikonoxximent tagħha stess tan-nuqqasijiet demokratiċi, tan-nuqqas ta' appoġġ min-naħa tal-Istati Membri u tal-oġġezzjonijiet tal-Parlament, il-Kummissjoni qiegħda tkompli tawtorizza OĠM;

AE.

billi, skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li ma tawtorizzax OĠM meta ma jkunx hemm maġġoranza kwalifikata ta' Stati Membri favur fil-Kumitat ta' Appell (28); billi f'dan ir-rigward m'hemm bżonn tal-ebda bidla fil-liġi;

1.

Iqis li l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni jisboq is-setgħat ta' implimentazzjoni previsti fir-Regolament (KE) Nru 1829/2003;

2.

Iqis li l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni mhux konformi mad-dritt tal-Unjoni, fis-sens li mhux kompatibbli mal-għan tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 li, skont il-prinċipji ġenerali stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (29), huwa li jipprovdi l-bażi biex, fir-rigward tal-ikel u l-għalf ĠM, jiżgura livell għoli ta' protezzjoni għall-ħajja u s-saħħa tal-bniedem, is-saħħa u l-benesseri tal-annimali, u l-interessi tal-ambjent u tal-konsumaturi, filwaqt li jiżgura l-funzjonament effikaċi tas-suq intern;

3.

Jitlob lill-Kummissjoni tirtira l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni;

4.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-Kummissjoni, f'ittra ddatata l-11 ta' Settembru 2020 lill-Membri, finalment irrikonoxxiet il-ħtieġa li titqies is-sostenibbiltà f'dak li għandu x'jaqsam mad-deċiżjonijiet ta' awtorizzazzjoni dwar l-OĠM (30); jesprimi, madankollu, id-diżappunt qawwi tiegħu li fit-28 ta' Settembru 2020, il-Kummissjoni awtorizzat fażola tas-sojja ĠM oħra biex tiġi importata (31) minkejja oġġezzjoni mill-Parlament u l-vot kontra tal-maġġoranza tal-Istati Membri;

5.

Jistieden lill-Kummissjoni tagħmel progress bl-akbar urġenza rigward l-iżvilupp ta' kriterji ta' sostenibbiltà, bl-involviment sħiħ tal-Parlament; jistieden lill-Kummissjoni tagħti informazzjoni dwar il-mod u ż-żmien li bihom dan il-proċess se jitmexxa 'l quddiem

6.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tqis, għal darb'oħra, l-obbligi tal-Unjoni skont ftehimiet internazzjonali, bħall-Ftehim ta' Pariġi dwar il-Klima, il-KDB tan-NU u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-NU, fil-proċess ta' awtorizzazzjoni;

7.

Itenni l-appell tiegħu lill-Kummissjoni biex tieqaf tawtorizza OĠM, kemm jekk għall-kultivazzjoni kif ukoll jekk għall-użu fl-ikel u fl-għalf, meta ma tingħata l-ebda opinjoni mill-Istati Membri fil-Kumitat ta' Appell, skont l-Artikolu 6(3) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011;

8.

Itenni l-appell tiegħu lill-Kummissjoni biex ma tawtorizzax għelejjel ĠM tolleranti għall-erbiċidi sakemm ir-riskji għas-saħħa assoċjati mar-residwi jkunu ġew investigati b'mod komprensiv fuq bażi ta' każ b'każ, li jirrikjedi valutazzjoni sħiħa tar-residwi mill-bexx ta' dawn l-għelejjel ĠM b'erbiċidi komplementari, valutazzjoni tal-prodotti ta' dekompożizzjoni tal-erbiċidi u kwalunkwe effett kombinatorju, inkluż bil-pjanta ĠM stess;

9.

Jistieden lill-EFSA fl-aħħar taċċetta d-differenzi sostanzjali bejn it-tossini Bt nattivi u dawk espressi permezz ta' transġeni sintetiċi fil-pjanti tal-għelejjel ĠM, u li twessa' l-valutazzjoni tar-riskju tagħha sabiex tqis b'mod sħiħ l-interazzjonijiet u l-effetti kombinati kollha bejn it-tossini Bt, il-pjanti ĠM u l-kostitwenti tagħhom, ir-residwi mill-bexx bl-erbiċidi komplementari, l-ambjent kif ukoll l-impatti fuq is-saħħa u s-sikurezza tal-ikel;

10.

Jistieden lill-EFSA ma taċċettax aktar studji tat-tossiċità bbażati fuq proteini iżolati li x'aktarx ikunu differenti fl-istruttura u fl-effetti bijoloġiċi meta mqabbla ma' dawk prodotti mill-pjanta nnifisha, u tirrikjedi li t-testijiet kollha jitwettqu b'tessuti mill-pjanta ĠM;

11.

Jistieden lill-EFSA tiżgura li d-data mill-provi fuq il-post jew mis-serer tkopri firxa wiesgħa biżżejjed ta' kundizzjonijiet agronomiċi u ambjentali biex tevalwa l-impatt tal-fatturi kollha ta' stress li għandhom ikunu mistennija waqt il-kultivazzjoni fuq l-espressjoni tal-ġeni u l-kompożizzjoni tal-pjanti;

12.

Jistieden lill-EFSA tiżgura li d-data mill-provi fuq il-post jew mis-serer tkopri firxa wiesgħa biżżejjed ta' varjetajiet differenti biex tivvaluta l-impatt ta' sfondi ġenetiċi varji fuq l-espressjoni tal-ġeni u l-kompożizzjoni tal-pjanti;

13.

Jistieden lill-EFSA titlob data dwar l-impatt tal-konsum tal-ikel u l-għalf derivati minn pjanti ĠM fuq il-mikrobijoma intestinali;

14.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1.

(2)  ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.

(3)  https://www.efsa.europa.eu/en/efsajournal/pub/1075

(4)  Opinjoni Xjentifika tal-Bord tal-EFSA dwar Organiżmi Ġenetikament Modifikati dwar il-valutazzjoni tal-qamħirrun ġenetikament modifikat MON 88017 għat-tiġdid tal-awtorizzazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 (l-applikazzjoni EFSA-GMO-RX-014) EFSA Journal 2020; 18(3):6008, https://doi.org/10.2903/j.efsa.2020.6008.

(5)  Fit-tmien leġiżlatura tiegħu, il-Parlament Ewropew adotta 36 riżoluzzjoni li joġġezzjonaw għall-awtorizzazzjoni tal-OĠM. Barra minn hekk, fid-disa' leġiżlatura tiegħu, il-Parlament adotta r-riżoluzzjonijiet li ġejjin:

Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Ottubru 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn qamħirrum ġenetikament modifikat MZHG0JG (SYN-ØØØJG-2), skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2019)0028).

Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Ottubru 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn fażola tas-sojja ġenetikament modifikata A2704-12 (ACS-GMØØ5-3) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2019)0029).

Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Ottubru 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 89034 × 1507 × MON 88017 × 59122 × DAS-40278-9, u qamħirrum ġenetikament modifikat li jikkombina żewġ, tlieta jew erba' mill-eventi uniċi MON 89034, 1507, MON 88017, 59122 u DAS-40278-9 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2019)0030).

Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Novembru 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn qoton ġenetikament modifikat LLCotton25 (ACS-GHØØ1-3) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2019)0054).

Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Novembru 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom fażola tas-sojja ġenetikament modifikata MON 89788 (MON-89788-1), li jikkonsistu minn tali fażola tas-sojja jew li huma prodotti minnha skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2019)0055).

Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Novembru 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom qamħirrum ġenetikament modifikat MON 89034 × 1507 × NK603 × DAS-40278-9 u s-subkombinazzjonijiet MON 89034 × NK603 × DAS-40278-9, 1507 × NK603 × DAS-40278-9 u NK603 × DAS-40278-9, li jikkonsistu minn tali qamħirrum jew li huma prodotti minnu, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2019)0056).

Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Novembru 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom qamħirrum ġenetikament modifikat Bt11 × MIR162 × MIR604 × 1507 × 5307 × GA21, li jikkonsistu minn tali qamħirrum jew li huma prodotti minnu u qamħirrum ġenetikament modifikat li jikkombina tnejn, tlieta, erbgħa jew ħamsa mill-eventi uniċi Bt11, MIR162, MIR604, 1507, 5307 u GA21 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2019)0057).

Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Mejju 2020 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom il-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata MON 87708 × MON 89788 × A5547-127, li jikkonsistu minnha jew li huma prodotti minnha, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2020)0069).

Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Novembru 2020 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew li jkunu prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 87427 × MON 89034 × MIR162 × NK603, u qamħirrum ġenetikament modifikat li jikkombina tnejn jew tlieta mill-eventi uniċi MON 87427, MON 89034, MIR162 u NK603, u li tħassar id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1111, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2020)0291).

Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Novembru 2020 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn fażola tas-sojja ġenetikament modifikata SYHT0H2 (SYN-ØØØH2-5), skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2020)0292).

Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Novembru 2020 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 87427 × MON 87460 × MON 89034 x MIR162 x NK603, ikunu jikkonsistu minnu jew li jkunu magħmulin minnu, u l-qamħirrum ġenetikament modifikat li jgħaqqad tnejn, tlieta jew erbgħa mill-avvenimenti MON 87427, MON 87460, MON 89034, MIR162 u NK603, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2020)0293).

(6)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/814/KE tat-30 ta' Ottubru 2009 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, li jikkonsistu minn, jew prodotti mill-qamħirrum MON 88017 (MON-88Ø17-3) modifikat ġenetikament skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 289, 5.11.2009, p. 25);

(7)  Opinjoni tal-EFSA, p. 7 https://www.efsa.europa.eu/en/efsajournal/pub/1075

(8)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 503/2013 tat-3 ta' April 2013 dwar applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni ta' ikel u għalf ġenetikament modifikat skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemendaw ir-Regolamenti (KE) Nru 641/2004 u (KE) Nru 1981/2006 ĠU L 157, 8.6.2013, p. 1).

(9)  L-ewwel sett ta' kummenti tal-Istati Membri: http://registerofquestions.efsa.europa.eu/roqFrontend/questionLoader?question=EFSA-Q-2005-280

(10)  It-tieni sett ta' kummenti tal-Istati Membri: http://registerofquestions.efsa.europa.eu/roqFrontend/questionLoader?question=EFSA-Q-2018-00672

(11)  Id-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Marzu 2001 dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta' organiżmi modifikati ġenetikament u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE – Id-Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni ( ĠU L 106, 17.4.2001, p. 1).

(12)  Ara, pereżempju, Bonny, S., “Genetically Modified Herbicide-Tolerant Crops, Weeds, and Herbicides: Overview and Impact” (Uċuħ tar-Raba', Ħaxix Ħażin u Erbiċidi Tolleranti għall-Erbiċidi Modifikati Ġenetikament: Ħarsa Ġenerali u Impatt), Environmental Management, Jannar 2016, 57(1), pp. 31-48, https://www.ncbi.nlm.nih.gov/pubmed/26296738 u Benbrook, C.M., “Impacts of genetically engineered crops on pesticide use in the U.S. – the first sixteen years” (Impatti ta' għelejjel modifikati bl-inġinerija ġenetika fuq l-użu tal-pestiċidi fl-Istati Uniti – l-ewwel sittax-il sena), Environmental Sciences Europe 24, 24 (2012), https://enveurope.springeropen.com/articles/10.1186/2190-4715-24-24, u Schütte, G., Eckerstorfer, M., Rastelli, V. et al., “Herbicide resistance and biodiversity: agronomic and environmental aspects of genetically modified herbicide-resistant plants” (Reżistenza għall-erbiċidi u l-bijodiversità: aspetti agronomiċi u ambjentali ta' pjanti reżistenti għall-erbiċidi ġenetikament modifikati), Environmental Sciences Europe 29, 5 (2017), https://enveurope.springeropen.com/articles/10.1186/s12302-016-0100-y

(13)  Ara, pereżempju , https://www.sciencedirect.com/science/article/pii/S1383574218300887, https://academic.oup.com/ije/advance-article/doi/10.1093/ije/dyz017/5382278, https://journals.plos.org/plosone/article?id=10.1371/journal.pone.0219610, u https://www.ncbi.nlm.nih.gov/pmc/articles/PMC6612199/

(14)  Il-qamħirrum ĠM derivat minn trasformazzjoni multipla fih modifika tal-EPSPS.

(15)  Rieżami tal-EFSA tal-livelli massimi ta' residwi eżistenti għall-glifosat skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 – verżjoni riveduta li għandha tqis id-data nieqsa, EFSA Journal 2019; 17(10):5862, p. 4, https://www.efsa.europa.eu/en/efsajournal/pub/5862

(16)  Konklużjoni tal-EFSA dwar ir-rieżami bejn il-pari tal-valutazzjoni tar-riskju tal-pestiċidi tas-sustanza attiva tal-glifosat, EFSA Journal 2015 2015; 13(11):4302, p. 3, https://www.efsa.europa.eu/en/efsajournal/pub/4302

(17)  Dan huwa fil-fatt il-każ għall-glifosat, kif iddikjarat fir-Rieżami tal-EFSA tal-livelli massimi ta' residwi eżistenti għall-glifosat skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005, EFSA Journal 2018; 16(5):5263, p. 12, https://www.efsa.europa.eu/fr/efsajournal/pub/5263

(18)  MacIntosh, S.C., Kishore, G.M., Perlak, F.J., Marrone, P.G., Stone, T.B., Sims, S.R., Fuchs, R.L. “Potentiation of Bacillus thuringiensis insecticidal activity by serine protease inhibitors” (Il-potenzjalità tal-attività tal-insettiċidi Bacillus thuringiensis minn inibituri tal-proteasi tas-serina). J Agric Food Chem, 1990, 38: 1145-1152.

(19)  Ara, pereżempju, Then, C., “Risk assessment of toxins derived from Bacillus thuringiensis: synergism, efficacy, and selectivity” (Valutazzjoni tar-riskju ta' tossini derivati minn Bacillus thuringiensis: sinerġiżmu, effikaċja, u selettività). Environ Sci Pollut Res Int, 2010, 17, pp. 791–797.

(20)  Ara, pereżempju, Han P, Niu CY, Lei CL, Cui JJ, Desneux N. “Quantification of toxins in a Cry1Ac + CpTI cotton cultivar and its potential effects on the honey bee Apis mellifera L.” (Kwantifikazzjoni tat-tossini f'kultivar tal-qoton Cry1Ac + CpTI u l-effetti potenzjali tiegħu fuq in-naħal tal-għasel Apis mellifera L.), Ecotoxicology. 2010, 19, pp. 1452-1459. https://link.springer.com/article/10.1007/s10646-010-0530-z Babendreier, D., Kalberer, N.M., Romeis, J., Fluri, P., Mulligan, E. U Bigler, F., Apidologie, “Influence of Bt-transgenic pollen, Bt-toxin and protease inhibitor (SBTI) ingestion on development of the hypopharyngeal glands in honeybees” (L-influwenza tal-inġestjoni ta' għabra tad-dakra transġenika Bt, tossini Bt u inibituri tal-proteasi (SBTI) fuq l-iżvilupp tal-glandoli ipofarinġali fin-naħal tal-għasel), 2005, 36 4, pp. 585-594, https://doi.org/10.1051/apido:2005049, u Liu, X.D., Zhai, B.P., Zhang, X.X., Zong, J.M. “Impact of transgenic cotton plants on a non-target pest, Aphis gossypii Glover” (L-impatt tal-pjanti tal-qoton transġeniċi fuq pesti mhux fil-mira, Aphis gossypii Glover). Ecological Entomology, 30(3), pp. 307-315.

https://onlinelibrary.wiley.com/doi/abs/10.1111/j.0307-6946.2005.00690.x

(21)  Għal analiżi, ara Rubio-Infante, N., & Moreno-Fierros, L., “An overview of the safety and biological effects of Bacillus thuringiensis Cry toxins in mammals” (Ħarsa ġenerali lejn is-sikurezza u l-effetti bijoloġiċi tat-tossini Cry ta' Bacillus thuringiensis fil-mammiferi), Journal of Applied Toxicology, Mejju 2016, 36(5): pp. 630-648, http://onlinelibrary.wiley.com/doi/10.1002/jat.3252/full

(22)  Ara l-premessa Q.

(23)  Ara, pereżempju, Hilbeck, A. u Otto, M. “Specificity and combinatorial effects of Bacillus thuringiensis Cry toxins in the context of GMO risk assessment” (L-ispeċifiċità u l-effetti kombinati tat-tossini Cry Bacillus thuringiensis fil-kuntest tal-valutazzjoni tar-riskju tal-OĠM). Frontiers Environmental Science 2015, 3:71.

(24)  Hilbeck, A., Defarge, N., Lebrecht, T., Bøhn, T., “Insecticidal Bt crops. EFSA's risk assessment approach for GM Bt plants fails by design” (L-għelejjel Bt tal-insettiċidi. L-approċċ tal-valutazzjoni tar-riskju tal-EFSA għal pjanti Bt ĠM ifalli mid-disinn), RAGES 2020, p. 4, https://www.testbiotech.org/sites/default/files/RAGES_report-Insecticidal%20Bt%20plants.pdf

(25)  https://www.dtnpf.com/agriculture/web/ag/crops/article/2020/09/29/epa-proposes-phasing-dozens-bt-corn

(26)  Douglas, M.R., Tooker, J.F., “Large-Scale Deployment of Seed Treatments Has Driven Rapid Increase in Use of Neonicotinoid Insecticides and Preemptive Pest Management in U.S. Field Crops” (L-Użu fuq Skala Kbira ta' Trattamenti taż-Żrieragħ Wassal għal Żieda Rapida fl-Użu ta' Insettiċidi Neonikotinojdi u Ġestjoni tal-Pesti Preventiva fl-Għelejjel fl-Istati Uniti), Environmental Science and Technology 2015, 49, 8, pp. 5088-5097, https://pubs.acs.org/doi/10.1021/es506141g

(27)  Neonicotinoids,https://ec.europa.eu/food/plant/pesticides/approval_active_substances/approval_renewal/neonicotinoids_en

(28)  Il-Kummissjoni “tista'”, u mhux “għandha”, tmexxi bl-awtorizzazzjoni jekk ma jkunx hemm maġġoranza kwalifikata ta' Stati Membri favur fil-Kumitat tal-Appell skont l-Artikolu 6(3) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

(29)  Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).

(30)  https://tillymetz.lu/wp-content/uploads/2020/09/Co-signed-letter-MEP-Metz.pdf

(31)  MON 87708 × MON 89788 × A5547-127, https://webgate.ec.europa.eu/dyna/gm_register/gm_register_auth.cfm?pr_id=100


29.10.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 445/63


P9_TA(2020)0369

Qamħirrum ġenetikament modifikat MON 89034 (MON-89Ø34-3)

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Diċembru 2020 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li ġġedded l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 89034 (MON-89Ø34-3), li jikkonsistu minnu jew li huma prodotti minnu skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (D069149/02 – 2020/2895(RSP))

(2021/C 445/09)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 89034 (MON-89Ø34-3), li jikkonsistu minnu jew li huma prodotti minnu skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (D069149/02,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 11(3) u 23(3) tiegħu,

wara li kkunsidra l-votazzjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina tal-Ikel u s-Saħħa tal-Annimali msemmi fl-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, tas-26 ta' Ottubru 2020, li matulha ma ngħatat l-ebda opinjoni,

wara li kkunsidra l-Artikoli 11 u 13 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (2),

wara li kkunsidra l-opinjoni adottata mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) fit-3 ta' Diċembru 2008, u ppubblikata fit-18 ta' Diċembru 2008 (3),

wara li kkunsidra l-opinjoni adottata mill-EFSA fil-25 ta' Settembru 2019, u ppubblikata fis-7 ta' Novembru 2019 (4),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu li joġġezzjonaw għall-awtorizzazzjoni ta' organiżmi ġenetikament modifikati (“OĠM”) (5),

wara li kkunsidra l-Artikolu 112(2) u (3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel,

A.

billi d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/813/KE (6) awtorizzat it-tqegħid fis-suq ta' ikel u għalf li jkun fihom, ikunu jikkonsistu minn, jew li jkunu prodotti minn qamħirrum ġenetikament modifikat (“ĠM”) MON 89034; billi l-kamp ta' applikazzjoni ta' dik l-awtorizzazzjoni jkopri wkoll it-tqegħid fis-suq ta' prodotti, għajr l-ikel u l-għalf, li fihom jew li jikkonsistu mill-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 89034 għall-istess użi bħal kull qamħirrum ieħor għajr għall-kultivazzjoni;

B.

billi, fit-3 ta' Awwissu 2018, Monsanto Europe N.V., f'isem il-Kumpanija Monsanto, l-Istati Uniti, bagħtet applikazzjoni lill-Kummissjoni, skont l-Artikoli 11 u 23 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, għat-tiġdid ta' dik l-awtorizzazzjoni;

C.

billi, fit-3 ta' Diċembru 2008, l-EFSA adottat opinjoni favorevoli, li ġiet ippubblikata fit-18 ta' Diċembru 2008, fir-rigward tal-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni inizjali;

D.

billi, fil-25 ta' Settembru 2019, l-EFSA adottat opinjoni favorevoli, li ġiet ippubblikata fis-7 ta' Novembru 2019, fir-rigward tal-applikazzjoni għal tiġdid;

E.

billi l-qamħirrum ĠM MON 89034 tfassal biex jipproduċi Cry1A.105 u Cry2Ab2, proteini insettiċidali sintetiċi (magħrufa wkoll bħala tossini Bt) b'tossiċità msaħħa, meta mqabbla mal-batterji naturali li jirriżultaw minnhom, biex jipproteġu kontra pesti lepidopterani speċifiċi (7);

F.

billi r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 jiddikjara li ikel jew għalf ĠM ma jridx ikollu effetti negattivi fuq is-saħħa umana, is-saħħa tal-annimali jew l-ambjent, u jirrikjedi li l-Kummissjoni tqis kwalunkwe dispożizzjoni rilevanti tad-dritt tal-Unjoni u fatturi leġittimi oħra li jkunu rilevanti għall-kwistjoni li tkun qiegħda titqies fl-abbozzar tad-deċiżjoni tagħha;

Tħassib tal-Istati Membri dwar l-opinjonijiet tal-EFSA

G.

billi, matul il-perjodu ta' konsultazzjoni fir-rigward tal-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni inizjali, l-Istati Membri ressqu ħafna kummenti kritiċi dwar l-abbozz ta' opinjoni tal-EFSA (8); billi dawk il-kummenti kritiċi jinkludu tħassib li l-istudju dwar l-għalf bit-tiġieġ tas-simna mhuwiex xieraq biex tiġi vvalutata s-sikurezza tossikoloġika peress li ma jqisx il-punti aħħarin tossikoloġiċi, li l-proposta tal-applikant għal pjan ta' monitoraġġ ambjentali ma tilħaqx l-għanijiet iddefiniti fl-Anness VII tad-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9), li l-effetti kkombinati taż-żewġ tossini ma ġewx studjati, li ma tistax tiġi eskluża żieda fl-attività allerġenika minħabba l-proteini Cry1A.105 u Cry2Ab2 fl-ikel u l-għalf prodott mill-qamħirrum ĠM MON 89034 u li l-konklużjoni dwar l-ekwivalenza sostanzjali tal-qamħirrum ĠM MON 89034 u tal-qamħirrum konvenzjonali hija prematura;

H.

billi, matul il-perjodu ta' konsultazzjoni fir-rigward tal-applikazzjoni għal tiġdid, l-Istati Membri reġgħu ressqu ħafna kummenti kritiċi dwar l-abbozz ta' opinjoni tal-EFSA (10); billi dawk il-kummenti kritiċi jinkludu l-osservazzjoni li l-aħħar rapporti ta' monitoraġġ annwali ma jsemmux il-fatt li l-popolazzjonijiet selvaġġi tal-pjanti tat-teosinte li jistgħu jiddakkru mal-qamħirrum ġew irreġistrati dan l-aħħar fl-Ewropa (fi Franza), u li l-pjan ta' monitoraġġ ibbażat fuq il-kunsens mogħti mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/635/KE (11) u r-rapporti ta' monitoraġġ (2010 sa 2018) għandhom ħafna nuqqasijiet u la huma konformi mad-Direttiva 2001/18/KE u l-linji gwida korrispondenti u lanqas mal-gwida tal-EFSA dwar il-monitoraġġ ambjentali ta' wara t-tqegħid fis-suq; barra minn hekk, ħafna Stati Membri tennew it-tħassib tagħhom rigward il-valutazzjoni tar-riskju inizjali tal-EFSA (12);

Studji tat-tossiċità invalidi

I.

billi saru studji dwar is-sikurezza biex jiġu vvalutati t-tossiċità akuta u d-degradazzjoni fil-fluwidi diġestivi bil-proteini Cry1A.105 u Cry2Ab2 prodotti f'razza ta' E. coli; billi awtorità kompetenti ta' Stat Membru qajmet tħassib dwar in-nuqqas ta' ekwivalenza bejn il-proteini espressi f'E.coli u MON 89034 (13), li qajjem dubji dwar il-validità ta' dawk l-istudji tat-tossiċità;

J.

billi, b'mod ġenerali, ftit li xejn tista' tingħata importanza lit-testijiet tossikoloġiċi li jsiru bi proteini f'iżolament, minħabba l-fatt li l-effetti tal-proteina 'meta kkombinata mal-pjanta nnifisha ma jitqisux;

K.

billi, pereżempju, xi pjanti, inkluż il-qamħirrum, jipproduċu b'mod naturali inibituri tal-proteinase (PI) li ntwera li jnaqqsu r-rata tad-degradazzjoni tat-tossini Bt; billi dan jirriżulta f'tossiċità ħafna ogħla tat-tossina Bt, jekk tiġi inġestita mat-tessut tal-pjanti, meta mqabbla mat-tossina iżolata; billi studju tal-1990, li sar minn xjenzati f'Monsanto, wera li anki l-preżenza ta' livelli estremament baxxi ta' PI tejbet l-attività insettiċidali tat-tossini Bt sa 20 darba aktar (14); billi din l-interazzjoni qatt ma ġiet vvalutata, jew imsemmija, mill-EFSA fil-valutazzjonijiet tar-riskju tagħha ta' pjanti Bt ĠM;

L.

billi ntwera li l-fatturi li jżidu t-tossiċità tat-tossini Bt jistgħu jħallu wkoll impatt fuq is-selettività tagħhom (15): jekk tiżdied l-effikaċja tat-tossina Bt fuq organiżmi fil-mira, is-selettività tagħha tista' titnaqqas ukoll u firxa usa' ta' organiżmi mhux fil-mira tista' ssir suxxettibbli; billi, filwaqt li sal-lum għadha ma saret l-ebda riċerka sistematika, diversi studji jindikaw l-effetti tal-PI kombinati mat-tossini Bt fuq insetti mhux fil-mira (16);

M.

billi r-riskju ta' tossiċità ogħla għall-bnedmin u l-mammiferi, minħabba l-interazzjoni bejn it-tossini PI u Bt fil-pjanti ĠM, mhuwiex magħruf;

Mistoqsijiet tal-aġġuvantiċità Bt

N.

billi għadd ta' studji juru li ġew osservati effetti kollaterali li jistgħu jaffettwaw is-sistema immunitarja wara esponiment għal proteini Bt u li xi tossini Bt jista' jkollhom karatteristiċi aġġuvanti (17), li jfisser li dawn jistgħu jżidu l-allerġeniċità ta' proteini oħra li jidħlu f'kuntatt magħhom;

O.

billi, filwaqt li l-EFSA tirrikonoxxi li Cry1Ac (18) intweriet li taġixxi bħala aġġuvant, hija tikkonkludi li, peress li l-qamħirrum mhuwiex ikel allerġeniku komuni, l-effett aġġuvanti tal-proteini Cry, meta osservat wara amministrazzjoni intragastrika jew intranasali b'dożaġġ għoli, x'aktarx li ma jqajjem l-ebda tħassib rigward l-allerġeniċità (19); billi, madankollu, l-EFSA ma tqisx il-fatt li l-qamħirrum jipproduċi PI (20) u għalhekk wieħed għandu jassumi degradazzjoni ferm aktar bil-mod tat-tossini Bt jekk jiġi inġestit mal-materjal tal-pjanti, meta mqabbel mal-forma iżolata tiegħu; billi din id-differenza tista' ssaħħaħ ukoll l-aġġuvantiċità tiegħu u twassal biex l-istudji li jużaw proteini iżolati jkunu invalidi; billi ma sar l-ebda studju empiriku biex tiġi investigata l-immunoġeniċità reali tat-tossina Bt prodotta mill-pjanta ĠM; billi d-degradazzjoni tal-proteini fil-fluwidi diġestivi, li hija rilevanti wkoll għall-valutazzjoni tal-allerġeniċità potenzjali, ġiet ittestjata permezz ta' proteini prodotti fl-E.coli f'iżolament;

Għelejjel Bt: effetti fuq organiżmi mhux fil-mira u żieda fir-reżistenza

P.

billi, għall-kuntrarju tal-użu ta' insettiċidi, fejn l-esponiment ikun fil-ħin tal-bexx u għal żmien limitat wara, l-użu ta' għelejjel Bt ĠM iwassal għal esponiment kontinwu tal-organiżmi fil-mira u dawk li mhux fil-mira għat-tossini Bt;

Q.

billi s-suppożizzjoni li t-tossini Bt juru modalità ta' azzjoni waħda speċifika għall-mira ma tistax tibqa' titqies bħala korretta u l-effetti fuq organiżmi mhux fil-mira ma jistgħux jiġu esklużi (21); billi ġie rrappurtat li għadd dejjem akbar ta' organiżmi mhux fil-mira jiġu affettwati b'ħafna modi; billi 39 pubblikazzjoni rieżaminati bejn il-pari li jirrappurtaw effetti negattivi sinifikanti tat-tossini Bt fuq ħafna speċijiet “barra mill-firxa” jissemmew f'ħarsa ġenerali riċenti (22);

R.

billi l-effetti kkombinati bħal kombinazzjoni ma' PI jistgħu jikkontribwixxu b'mod sinifikanti għat-tossiċità tat-tossini Bt; billi l-kwistjoni tas-selettività hija rilevanti b'mod speċjali għat-tossini Bt sintetiċi, bħall-proteini Cry1A.105 u Cry2Ab2, li jistgħu juru selettività aktar baxxa meta kkombinati ma' tossiċità ogħla; billi l-EFSA għadha tqis li t-tossini Bt jaffettwaw biss firxa żgħira ta' organiżmi mhux fil-mira, mingħajr ma tqis kwalunkwe effett kkombinat; billi firxa usa' ta' organiżmi mhux fil-mira tista' tiġi esposta għat-tossini Bt permezz ta' tixrid, skart u demel;

S.

billi fil-valutazzjoni tar-riskju ma ġie evalwat l-ebda effett fuq organiżmi mhux fil-mira; billi awtorità kompetenti ta' Stat Membru tikkummenta li “l-istudji mhumiex biżżejjed biex jiġi konkluż li l-esponiment tal-ambjent u għalhekk l-effetti fuq organiżmi mhux fil-mira se jkunu negliġibbli” u “evidenza sperimentali mill-ftit studji disponibbli turi li t-tossini Bt se jkunu preżenti fir-rawt tal-bhejjem li jingħalfu għelejjel Bt. Konsegwentement, għal kwalunkwe applikazzjoni fis-suq tal-għelejjel Bt, għandhom jiġu ppreżentati esperimenti sabiex wieħed jikkonkludi dwar l-effetti u r-riskji sussegwenti għall-organiżmi mhux fil-mira” (23);

T.

billi l-valutazzjoni tar-riskju ma qisitx l-iżvilupp ta' reżistenza fil-pesti fil-mira għat-tossini Bt, li possibbilment jirriżulta fl-użu ta' pestiċidi anqas sikuri għall-ambjent jew għal żieda fid-dożi u l-għadd ta' applikazzjonijiet għall-għelejjel ĠM fil-pajjiż tal-kultivazzjoni; billi, l-Aġenzija għall-Ħarsien tal-Ambjent tal-Istati Uniti qed tipproponi li jitneħħew b'mod gradwali bosta ibridi attwali tal-qamħirrum Bt, kif ukoll xi varjetajiet tal-qoton Bt, fit-tliet snin sa ħames snin li ġejjin, minħabba ż-żieda fir-reżistenza tal-insetti għal tali għelejjel (24);

U.

billi, filwaqt li ġie ddikjarat li l-użu tal-għelejjel Bt iwassal għal tnaqqis fl-użu tal-insettiċidi, studju riċenti ppubblikat fl-Istati Uniti (25), sab li “diversi analiżijiet dwar l-influwenza tal-għelejjel Bt fuq ix-xejriet tal-użu tal-pestiċidi ma jidhrux li qiesu t-trattamenti taż-żerriegħa u għalhekk setgħu enfasizzaw wisq it-tnaqqis fl-użu tal-insettiċida (speċjalment rigward ‘iż-żona ttrattata’) assoċjat mal-għelejjel Bt”; billi l-istess studju sab li t-trattamenti taż-żerriegħa tan-neonikotinojdi ħafna drabi jintużaw flimkien mal-għelejjel tal-qamħirrum u tal-fażola tas-sojja Bt, li “din ix-xejra tal-użu jista' jkollha konsegwenzi mhux intenzjonati, jiġifieri reżistenza għall-pesti fil-mira, tifqigħat ta' pesti mhux fil-mira, u tniġġis b'effetti detrimentali li jispiċċa f'kaskata fil-ħajja selvaġġa” u li “xi wħud minn dawn l-effetti diġà tfaċċaw”; billi l-Unjoni pprojbiet l-użu fuq barra ta' tliet neonikotinojdi, inkluż bħala kisjiet taż-żrieragħ, minħabba l-impatt tagħhom fuq in-naħal tal-għasel u dakkara oħra (26);

V.

billi l-Unjoni hija parti għall-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Diversità Bijoloġika (“KDB tan-NU”), li tagħmilha ċara li kemm il-pajjiżi li jesportaw kif ukoll dawk li jimportaw għandhom responsabbiltajiet internazzjonali fir-rigward tad-diversità bijoloġika;

Reviżjoni tal-letteratura

W.

billi r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 503/2013 (27) jirrikjedi li l-applikant iwettaq reviżjoni tal-letteratura għall-proċedura ta' tiġdid; billi tfittxija fil-letteratura identifikat 285 pubblikazzjoni, madankollu l-applikant, wara li applika l-kriterji ta' eliġibbiltà/inklużjoni tiegħu stess, għażel biss ħames pubblikazzjonijiet li huwa qies bħala rilevanti għall-valutazzjoni tas-sikurezza tal-ikel u l-għalf jew għall-karatterizzazzjoni molekulari; billi awtorità kompetenti ta' Stat Membru wieħed ikkummentat li t-tfittxija għal-letteratura ma indirizzatx b'mod adegwat l-effetti negattivi potenzjali fuq is-saħħa tal-bniedem u tal-annimali, peress li t-termini ta' tfittxija li ġejjin ma kinux inklużi fit-tfittxija: “tossiċità”, “tossiċi”, “studji fuq l-annimali”, “effetti tossiċi”, “effetti negattivi” u “effetti fuq is-saħħa” (28); billi, b'mod ġenerali, ir-reviżjonijiet tal-letteratura mwettqa mill-applikanti għat-tiġdid tal-awtorizzazzjonijiet tal-OĠM mhumiex ta' kwalità għolja;

Proċess deċiżjonali mhux demokratiku

X.

billi l-votazzjoni fis-26 ta' Ottubru 2020 tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina tal-Ikel u s-Saħħa tal-Annimali msemmi fl-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 ma tat l-ebda opinjoni, li jfisser li l-awtorizzazzjoni ma kinitx appoġġjata minn maġġoranza kwalifikata tal-Istati Membri;

Y.

billi l-Kummissjoni tirrikonoxxi li l-fatt li d-deċiżjonijiet dwar l-awtorizzazzjoni tal-OĠM għadhom jiġu adottati mill-Kummissjoni mingħajr maġġoranza kwalifikata tal-Istati Membri favur, li huwa verament l-eċċezzjoni għall-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti b'mod ġenerali iżda sar in-norma għat-teħid ta' deċiżjonijiet dwar l-awtorizzazzjonijiet ta' ikel u għalf ĠM, huwa problematiku;

Z.

billi, fit-tmien leġiżlatura tiegħu, il-Parlament adotta total ta' 36 riżoluzzjoni li joġġezzjonaw għat-tqegħid fis-suq tal-OĠM għall-ikel u għall-għalf (33 riżoluzzjoni) u għall-kultivazzjoni tal-OĠM fl-Unjoni (tliet riżoluzzjonijiet); billi, sal-lum, il-Parlament adotta ħdax-il oġġezzjoni fid-disa' leġiżlatura tiegħu; billi ma kienx hemm maġġoranza kwalifikata ta' Stati Membri favur l-awtorizzazzjoni ta' kwalunkwe wieħed minn dawk l-OĠM; billi minkejja r-rikonoxximent tagħha stess tan-nuqqasijiet demokratiċi, tan-nuqqas ta' appoġġ mill-Istati Membri u tal-oġġezzjonijiet tal-Parlament, il-Kummissjoni qiegħda tkompli tawtorizza l-OĠM;

AA.

billi, skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li ma tawtorizzax OĠM meta ma jkunx hemm maġġoranza kwalifikata ta' Stati Membri favur fil-Kumitat ta' Appell (29); billi f'dan ir-rigward m'hemm bżonn tal-ebda bidla fil-liġi;

1.

Iqis li dan l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni jisboq is-setgħat ta' implimentazzjoni pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 1829/2003;

2.

Iqis li dan l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni mhuwiex konsistenti mad-dritt tal-Unjoni, billi mhux kompatibbli mal-għan tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 li, skont il-prinċipji ġenerali stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (30), huwa li jipprovdi l-bażi biex, fir-rigward tal-ikel u l-għalf ĠM, jiżgura livell għoli ta' protezzjoni għall-ħajja u s-saħħa tal-bniedem, is-saħħa u l-benesseri tal-annimali, u l-interessi tal-ambjent u tal-konsumaturi, filwaqt li jiżgura l-funzjonament effikaċi tas-suq intern;

3.

Jitlob lill-Kummissjoni tirtira l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tagħha;

4.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-Kummissjoni, f'ittra tal-11 ta' Settembru 2020 lill-Membri, finalment irrikonoxxiet il-ħtieġa li titqies is-sostenibbiltà f'dak li għandu x'jaqsam mad-deċiżjonijiet ta' awtorizzazzjoni dwar l-OĠM (31); jesprimi, madankollu, id-diżappunt kbir tiegħu li, fit-28 ta' Settembru 2020, il-Kummissjoni awtorizzat l-importazzjoni ta' fażola tas-sojja ĠM oħra (32) minkejja l-oġġezzjoni mill-Parlament u l-vot kontra mill-maġġoranza tal-Istati Membri;

5.

Jistieden lill-Kummissjoni timxi 'l quddiem bl-akbar urġenza rigward l-iżvilupp ta' kriterji ta' sostenibbiltà, bl-involviment sħiħ tal-Parlament; jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi informazzjoni dwar kif se jitwettaq dan il-proċess u dwar il-kalendarju rispettiv;

6.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex, għal darb'oħra, tqis l-obbligi tal-Unjoni skont ftehimiet internazzjonali, bħall-Ftehim ta' Pariġi dwar il-Klima, il-KDB tan-NU u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-NU, fil-proċess ta' awtorizzazzjoni;

7.

Itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni biex tieqaf tawtorizza OĠM, kemm jekk għall-kultivazzjoni kif ukoll jekk għall-użu fl-ikel u fl-għalf, meta ma tingħata l-ebda opinjoni mill-Istati Membri fil-Kumitat ta' Appell, f'konformità mal-Artikolu 6(3) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011;

8.

Jistieden lill-EFSA biex fl-aħħar taċċetta d-differenzi sostanzjali bejn it-tossini Bt nattivi u dawk espressi permezz ta' transġeni sintetiċi fil-pjanti tal-għelejjel ĠM, u biex twessa' l-valutazzjoni tar-riskju tagħha sabiex tqis b'mod sħiħ l-interazzjonijiet u l-effetti kkombinati kollha bejn it-tossini Bt, il-pjanti ĠM u l-kostitwenti tagħhom, ir-residwi mill-bexx bl-erbiċidi komplementari, l-ambjent kif ukoll l-impatti fuq is-saħħa u s-sikurezza tal-ikel;

9.

Jistieden lill-EFSA ma taċċettax aktar studji tat-tossiċità bbażati fuq proteini iżolati li x'aktarx ikunu differenti fl-istruttura u fl-effetti bijoloġiċi meta mqabbla ma' dawk prodotti mill-pjanta nnifisha, u tirrikjedi li t-testijiet kollha jitwettqu b'tessuti mill-pjanta ĠM;

10.

Jistieden lill-EFSA tiżgura li d-data mill-provi fuq il-post jew mis-serer tkopri firxa wiesgħa biżżejjed ta' kundizzjonijiet agronomiċi u ambjentali biex tevalwa l-impatt tal-fatturi kollha ta' stress li għandhom ikunu mistennija waqt il-kultivazzjoni fuq l-espressjoni tal-ġeni u l-kompożizzjoni tal-pjanti;

11.

Jistieden lill-EFSA tiżgura li d-data mill-provi fuq il-post jew mis-serer tkopri firxa wiesgħa biżżejjed ta' varjetajiet differenti biex tevalwa l-impatt ta' sfondi ġenetiċi varji fuq l-espressjoni ġenetika u l-kompożizzjoni tal-pjanti;

12.

Jistieden lill-EFSA titlob data dwar l-impatt tal-konsum tal-ikel u l-għalf derivati minn pjanti ĠM fuq il-mikrobijoma intestinali;

13.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1.

(2)  ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.

(3)  Opinjoni xjentifika tal-Bord tal-EFSA dwar Organiżmi Ġenetikament Modifikati dwar l-applikazzjoni (Referenza EFSA-GMO-NL-2007-37) għat-tqegħid fis-suq tal-qamħirrum ġenetikament modifikat MON89034 li jirreżisti l-insetti, għall-użi ta' ikel u għalf, l-importazzjoni u l-ipproċessar skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003, minn Monsanto, https://www.efsa.europa.eu/en/efsajournal/pub/909.

(4)  Opinjoni Xjentifika tal-Bord tal-EFSA dwar Organiżmi Ġenetikament Modifikati dwar il-valutazzjoni tal-qamħirrun ġenetikament modifikat MON 89034 għat-tiġdid tal-awtorizzazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 (l-applikazzjoni EFSA-GMO-RX-015), EFSA Journal 2019; 17(11):5845, https://efsa.onlinelibrary.wiley.com/doi/full/10.2903/j.efsa.2019.5845

(5)  Fit-tmien leġiżlatura tiegħu, il-Parlament Ewropew adotta 36 riżoluzzjoni li joġġezzjonaw għall-awtorizzazzjoni tal-OĠM. Barra minn hekk, fid-disa' leġiżlatura tiegħu, il-Parlament adotta r-riżoluzzjonijiet li ġejjin:

Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Ottubru 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn qamħirrum ġenetikament modifikat MZHG0JG (SYN-ØØØJG-2), skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2019)0028).

Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Ottubru 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn fażola tas-sojja ġenetikament modifikata A2704-12 (ACS-GMØØ5-3) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2019)0029).

Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Ottubru 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 89034 × 1507 × MON 88017 × 59122 × DAS-40278-9, u qamħirrum ġenetikament modifikat li jikkombina żewġ, tlieta jew erba' mill-eventi uniċi MON 89034, 1507, MON 88017, 59122 u DAS-40278-9 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2019)0030).

Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Novembru 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn qoton ġenetikament modifikat LLCotton25 (ACS-GHØØ1-3) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2019)0054).

Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Novembru 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom fażola tas-sojja ġenetikament modifikata MON 89788 (MON-89788-1), li jikkonsistu minn tali fażola tas-sojja jew li huma prodotti minnha skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2019)0055).

Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Novembru 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom qamħirrum ġenetikament modifikat MON 89034 × 1507 × NK603 × DAS-40278-9 u s-subkombinazzjonijiet MON 89034 × NK603 × DAS-40278-9, 1507 × NK603 × DAS-40278-9 u NK603 × DAS-40278-9, li jikkonsistu minn tali qamħirrum jew li huma prodotti minnu, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2019)0056).

Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Novembru 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom qamħirrum ġenetikament modifikat Bt11 × MIR162 × MIR604 × 1507 × 5307 × GA21, li jikkonsistu minn tali qamħirrum jew li huma prodotti minnu u qamħirrum ġenetikament modifikat li jikkombina tnejn, tlieta, erbgħa jew ħamsa mill-eventi uniċi Bt11, MIR162, MIR604, 1507, 5307 u GA21 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2019)0057).

Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Mejju 2020 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom il-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata MON 87708 × MON 89788 × A5547-127, li jikkonsistu minnha jew li huma prodotti minnha, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2020)0069).

Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Novembru 2020 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew li jkunu prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 87427 × MON 89034 × MIR162 × NK603, u qamħirrum ġenetikament modifikat li jikkombina tnejn jew tlieta mill-eventi uniċi MON 87427, MON 89034, MIR162 u NK603, u li tħassar id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1111, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2020)0291).

Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Novembru 2020 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn fażola tas-sojja ġenetikament modifikata SYHT0H2 (SYN-ØØØH2-5), skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2020)0292).

Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Novembru 2020 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 87427 × MON 87460 × MON 89034 x MIR162 x NK603, ikunu jikkonsistu minnu jew li jkunu magħmulin minnu, u l-qamħirrum ġenetikament modifikat li jgħaqqad tnejn, tlieta jew erbgħa mill-avvenimenti MON 87427, MON 87460, MON 89034, MIR162 u NK603, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P9_TA(2020)0293).

(6)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/813/KE tat-30 ta' Ottubru 2009 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, li jikkonsistu minn, jew prodotti mill-qamħirrum MON 89034 (MON-89Ø34-3) modifikat ġenetikament skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 289, 5.11.2009, p. 21);

(7)  L-ewwel opinjoni tal-EFSA, p. 21, https://efsa.onlinelibrary.wiley.com/doi/full/10.2903/j.efsa.2019.5845

(8)  Kummenti tal-Istati Membri: http://registerofquestions.efsa.europa.eu/roqFrontend/questionLoader?question=EFSA-Q-2007-042

(9)  Id-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Marzu 2001 dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta' organiżmi modifikati ġenetikament u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE – Id-Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni ( ĠU L 106, 17.4.2001, p. 1).

(10)  Kummenti tal-Istati Membri: http://registerofquestions.efsa.europa.eu/roqFrontend/questionLoader?question=EFSA-Q-2018-00673

(11)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/635/KE tal-31 ta' Awwissu 2005 dwar it-tqegħid fis-suq, skont id-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ta' prodotti taż-żrieragħ tal-lift (Brassica napus L., linja GT73) immodifikati ġenetikament sabiex jittolleraw l-erbiċida glifosat ( ĠU L 228, 3.9.2005, p. 11).

(12)  Ara l-Premessa G.

(13)  Ara l-kummenti tal-Istati Membri, p. 7. https://doi.org/10.2903/j.efsa.2009.1193 u l-kummenti tal-Istati Membri, pp. 27: http://registerofquestions.efsa.europa.eu/roqFrontend/questionLoader?question=EFSA-Q-2018-00673

(14)  MacIntosh, S.C., Kishore, G.M., Perlak, F.J., Marrone, P.G., Stone, T.B., Sims, S.R., Fuchs, R.L., “Potentiation of Bacillus thuringiensis insecticidal activity by serine protease inhibitors” (Il-potenzjament tal-attività insettiċidali mill-Bacillus thuringiensis permezz tal-inibituri tas-serine protease), Journal of Agricultural and Food Chemistry 1990, 38, pp. 1145-1152.

(15)  Ara, pereżempju, Then, C., “Risk assessment of toxins derived from Bacillus thuringiensis: synergism, efficacy, and selectivity” (Valutazzjoni tar-riskju ta' tossini derivati mill-Bacillus thuringiensis: sinerġiżmu, effikaċja, u selettività) Environmental Science Pollution Research 2010, 17, pp. 791-797.

(16)  Ara, pereżempju, Han, P., Niu, C.Y., Lei, C.L., Cui, J.J., Desneux, N., “Quantification of toxins in a Cry1Ac + CpTI cotton cultivar and its potential effects on the honey bee Apis mellifera L.” (Kwantifikazzjoni tat-tossini f'kultivar tal-qoton Cry1Ac + CpTI u l-effetti potenzjoni tiegħu fuq in-naħal tal-għasel Apis mellifera L.), Ecotoxicology 2 010,19, pp.1452-1459, https://link.springer.com/article/10.1007/s10646-010-0530-z; Babendreier, D., Kalberer, N.M., Romeis, J., Fluri, P., Mulligan, E. U Bigler, F., “Influence of Bt-transgenic pollen, Bt-toxin and protease inhibitor (SBTI) ingestion on development of the hypopharyngeal glands in honeybees” (L-influwenza tal-inġestjoni tal-għabra tad-dakra transġenika Bt, tat-tossini Bt u tal-inibituri tal-protease (SBTI) fuq l-iżvilupp tal-glandoli ipofarinġali fin-naħal tal-għasel), Apidologie 2005, 36(4), pp. 585-594, https://doi.org/10.1051/apido:2005049; u Liu, X.D., Zhai, B.P., Zhang, X.X., Zong, J.M., “Impact of transgenic cotton plants on a non-target pest, Aphis gossypii Glover” (L-impatt tal-pjanti tal-qoton transġeniċi fuq pesti mhux fil-mira, Aphis gossypii Glover). Ecological Entomology, 30(3), pp. 307-315, https://doi.org/10.1111/j.0307-6946.2005.00690.x

(17)  Għal rieżami, ara Rubio-Infante, N., Moreno-Fierros, L., “An overview of the safety and biological effects of Bacillus thuringiensis Cry toxins in mammals” (Ħarsa ġenerali lejn is-sikurezza u l-effetti bijoloġiċi tat-tossini Cry tal-Bacillus thuringiensis fil-mammiferi), Journal of Applied Toxicology, Mejju 2016, 36(5), pp. 630-648, http://onlinelibrary.wiley.com/doi/10.1002/jat.3252/full

(18)  Cry1Ac hija waħda minn diversi tossini Bt li ġew investigati fid-dettall mill-EFSA.

(19)  L-ewwel opinjoni tal-EFSA, p. 16, https://www.efsa.europa.eu/en/efsajournal/pub/909

(20)  Ara l-premessa K.

(21)  Ara, pereżempju, Hilbeck, A. u Otto, M. “Specificity and combinatorial effects of Bacillus thuringiensis Cry toxins in the context of GMO risk assessment” (L-ispeċifiċità u l-effetti kkombinati tat-tossini Cry tal-Bacillus thuringiensis fil-kuntest tal-valutazzjoni tar-riskju tal-OĠM), Frontiers in Environmental Science 2015, 3:71.

(22)  Hilbeck, A., Defarge, N., Lebrecht, T., Bøhn, T., “Insecticidal Bt crops. EFSA's risk assessment approach for GM Bt plants fails by design” (L-għelejjel Bt tal-insettiċidi. L-approċċ tal-valutazzjoni tar-riskju tal-EFSA għall-pjanti Bt ĠM ifalli mid-disinn), RAGES 2020, p. 4, https://www.testbiotech.org/sites/default/files/RAGES_report-Insecticidal%20Bt%20plants.pdf

(23)  Kummenti tal-Istati Membri, p. 16. http://registerofquestions.efsa.europa.eu/roqFrontend/questionLoader?question=EFSA-Q-2018-00673

(24)  https://www.dtnpf.com/agriculture/web/ag/crops/article/2020/09/29/epa-proposes-phasing-dozens-bt-corn

(25)  Douglas, M.R., Tooker, J.F., “Large-Scale Deployment of Seed Treatments Has Driven Rapid Increase in Use of Neonicotinoid Insecticides and Preemptive Pest Management in U.S. Field Crops” (L-Użu fuq Skala Kbira ta' Trattamenti taż-Żrieragħ Wassal għal Żieda Rapida fl-Użu ta' Insettiċidi Neonikotinojdi u għal Ġestjoni tal-Pesti Preventiva fl-Għelejjel fl-Istati Uniti), Environmental Science and Technology 2015, 49, 8, pp. 5088-5097, https://pubs.acs.org/doi/10.1021/es506141g

(26)  In-neonikotinojdi, https://ec.europa.eu/food/plant/pesticides/approval_active_substances/approval_renewal/neonicotinoids_en

(27)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 503/2013 tat-3 ta' April 2013 dwar applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni ta' ikel u għalf ġenetikament modifikat skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemendaw ir-Regolamenti (KE) Nru 641/2004 u (KE) Nru 1981/2006 ĠU L 157, 8.6.2013, p. 1).

(28)  Kummenti tal-Istati Membri, p. 1. http://registerofquestions.efsa.europa.eu/roqFrontend/questionLoader?question=EFSA-Q-2018-00673

(29)  Il-Kummissjoni “tista'”, u mhux “għandha”, tmexxi bl-awtorizzazzjoni jekk ma jkun hemm l-ebda maġġoranza kwalifikata ta' Stati Membri favur fil-Kumitat ta' Appell, skont l-Artikolu 6(3) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

(30)  Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).

(31)  https://tillymetz.lu/wp-content/uploads/2020/09/Co-signed-letter-MEP-Metz.pdf

(32)  MON 87708 × MON 89788 × A5547-127, https://webgate.ec.europa.eu/dyna/gm_register/gm_register_auth.cfm?pr_id=100


29.10.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 445/70


P9_TA(2020)0370

Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej – Minority Safepack

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Diċembru 2020 dwar l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej “Minority SafePack – miljun firma għad-diversità fl-Ewropa” (2020/2846(RSP))

(2021/C 445/10)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej “Minority SafePack – miljun firma għad-diversità fl-Ewropa” (ECIXXXX),

wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), u b'mod partikolari l-Artikoli 2, 3(3) u 11(4) tiegħu,

wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), u b'mod partikolari l-Artikoli 19, 24, 53(1), 63, 79(2), 107(3)(e), 108(4), 109, 118, 165(4), 167(5), 173(3), 177, 178 u 182(1) tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2019/788 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' April 2019 dwar l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej (1) (ir-Regolament dwar l-IĊE),

wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (“il-Karta”), u b'mod partikolari l-Artikoli 10, 21, 22 u 51 tagħha,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-21 u t-22 ta' Ġunju 1993 li stabbilew ir-rekwiżiti li pajjiż irid jissodisfa sabiex ikun eliġibbli li jissieħeb fl-Unjoni Ewropea (il-kriterji ta' Copenhagen),

wara li kkunsidra l-Artikolu 27 tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi u l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali li t-tnejn li huma ġew adottati mill-Assemblea Ġenerali tan-NU fis-16 ta' Diċembru 1966,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Qafas għall-Ħarsien tal-Minoranzi Nazzjonali u l-Karta Ewropea għal-Lingwi Reġjonali jew Minoritarji tal-Kunsill tal-Ewropa, kif ukoll l-opinjonijiet tal-korpi ta' monitoraġġ rilevanti,

wara li kkunsidra d-Dokument ta' Copenhagen tal-1990 tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE) u l-għadd kbir ta' rakkomandazzjonijiet u linji gwida tematiċi dwar id-drittijiet tal-minoranzi maħruġa mill-Kummissarju Għoli għall-Minoranzi Nazzjonali tal-OSKE u mill-Uffiċċju għall-Istituzzjonijiet Demokratiċi u d-Drittijiet tal-Bniedem tal-OSKE (ODIHR),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Novembru 2018 dwar standards minimi għall-minoranzi fl-UE (2),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta' Frar 2018 dwar il-protezzjoni u n-nondiskriminazzjoni fir-rigward tal-minoranzi fl-Istati Membri tal-UE (3),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Settembru 2018 dwar l-ugwaljanza tal-lingwi fl-era diġitali (4),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Settembru 2013 dwar il-lingwi Ewropej fil-periklu u d-diversità lingwistika fl-Unjoni Ewropea (5),

wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2019 dwar approċċ komprensiv lejn it-tagħlim u l-apprendiment tal-lingwi (6),

wara li kkunsidra d-deċiżjonijiet u l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QĠUE), b'mod partikolari l-kawża T-646/13 (Minority SafePack – miljun firma għad-diversità fl-Ewropa vs Il-Kummissjoni(7), u l-kawża T-391/17 (Ir-Rumanija vs Il-Kummissjoni(8);

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/652 tad-29 ta' Marzu 2017 dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini proposta li ġġib l-isem “Minority SafePack – miljun firma għad-diversità fl-Ewropa” (9),

wara li kkunsidra s-seduta pubblika tal-15 ta' Ottubru 2020 dwar l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej “Minority SafePack” organizzata mill-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-Kumitat għall-Petizzjonijiet,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej (IĊE) “Minority SafePack” fir-rigward tal-atti leġiżlattivi mistennija mill-Kummissjoni abbażi tal-IĊE, imressqa lill-Kummissjoni Ewropea wara s-sottomissjoni tal-firem u ppreżentata fil-Parlament Ewropew matul is-seduta pubblika,

wara li kkunsidra l-Artikolu 222(8) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi skont l-Artikolu 2 TUE, l-Unjoni hija bbażata fuq il-valuri tar-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet ta' persuni li jagħmlu parti minn minoranzi;

B.

billi l-Artikolu 3(3) TUE jiddikjara li l-għan tal-Unjoni huwa li tippromwovi koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, u solidarjetà fost l-Istati Membri, kif ukoll li tirrispetta d-diversità kulturali u lingwistika rikka tagħha u tiżgura li l-wirt kulturali tal-Ewropa huwa mħares u żviluppat;

C.

billi l-Artikolu 6 tat-TFUE jirrikonoxxi li l-UE għandha kompetenzi fl-oqsma tal-kultura u l-edukazzjoni biex twettaq azzjonijiet biex tappoġġja, tikkoordina jew tissupplimenta l-azzjonijiet tal-Istati Membri; billi l-Kummissjoni għandha timpenja ruħha b'mod attiv mal-Istati Membri f'dawn l-oqsma ta' politika, li huma ta' tħassib kbir ukoll għal persuni li jagħmlu parti minn minoranzi;

D.

billi skont l-Artikolu 10 TFUE, l-Unjoni jrid ikollha l-għan li tiġġieled id-diskriminazzjoni bbażata, fost l-oħrajn, fuq l-oriġini razzjali jew etnika fid-definizzjoni u fl-implimentazzjoni tal-politiki u l-attivitajiet tagħha;

E.

billi l-Artikolu 21(1) tal-Karta jiddikjara li kwalunkwe diskriminazzjoni bbażata fuq kwalunkwe raġuni bħas-sess, ir-razza, il-kulur, l-oriġini etnika jew soċjali, il-karatteristiċi ġenetiċi, il-lingwa, ir-reliġjon jew it-twemmin, l-opinjoni politika jew kwalunkwe opinjoni oħra, l-appartenenza għal minoranza nazzjonali, il-proprjetà, it-twelid, id-diżabbiltà, l-eta' jew l-orjentament sesswali, għandha tkun ipprojbita;

F.

billi l-Artikolu 22 tal-Karta jenfasizza li l-Unjoni għandha tirrispetta d-diversità kulturali, reliġjuża u lingwistika;

G.

billi r-rispett għad-diversità kulturali huwa minqux fl-Artikolu 167 TFUE;

H.

billi madwar 8 % taċ-ċittadini tal-UE jagħmlu parti minn minoranza nazzjonali u madwar 10 % jitkellmu lingwa reġjonali jew minoritarja; billi dawn jirrappreżentaw element essenzjali tal-ġid kulturali tal-Unjoni permezz tal-lingwi u l-kulturi uniċi tagħhom;

I.

billi l-kunċett ġenerali ta' minoranzi fl-Ewropa huwa kopert minn firxa wiesgħa ta' termini fil-lingwaġġ ġuridiku u akkademiku; billi dawn il-gruppi soċjali ta' spiss jissejħu b'mod interkambjabbli minoranzi nazzjonali, gruppi etniċi, minoranzi tradizzjonali jew awtoktoni, nazzjonalitajiet, abitanti ta' reġjuni kostituzzjonali, minoranzi lingwistiċi, gruppi li jitkellmu lingwi anqas użati, gruppi lingwistiċi eċċ.; billi sabiex jevita d-diffikultà li tiġi ttrasferita l-varjetà ta' termini użati madwar l-Ewropa, fil-Konvenzjoni Qafas tiegħu dwar il-Ħarsien tal-Minoranzi Nazzjonali, li għadha tirrappreżenta l-ogħla standard internazzjonali għall-ħarsien tal-minoranzi fl-Ewropa, il-Kunsill tal-Ewropa juża t-terminu “minoranza nazzjonali”; billi l-IĊE “Minority SafePack” tuża t-terminu “minoranzi nazzjonali u lingwistiċi” meta tirreferi għal tali gruppi ta' minoranza;

J.

billi l-biċċa l-kbira tal-minoranzi nazzjonali u lingwistiċi jiffaċċjaw tendenza dejjem akbar ta' assimilazzjoni u telf tal-lingwi, u dan iwassal għal faqar lingwistiku u kulturali fl-UE u t-telf tad-diversità tagħha, ħaġa li l-UE meħtieġa tipproteġi skont it-Trattati; billi l-edukazzjoni hija l-għodda ewlenija biex il-lingwi minoritarji jerġgħu jingħataw il-ħajja u jiġu ppreservati;

K.

billi l-Atlas tal-Lingwi tad-Dinja fil-Periklu tal-UNESCO jelenka 186 lingwa mill-Istati Membri tal-UE bħala vulnerabbli jew fil-periklu u tliet lingwi oħra bħala estinti;

L.

billi l-IĊE “Minority SafePack” ġiet ippreżentata lill-Kummissjoni fil-15 ta' Lulju 2013, u talbet azzjoni tal-UE li tappoġġja l-minoranzi nazzjonali u lingwistiċi fi 11-il qasam;

M.

billi fit-13 ta' Settembru 2013 il-Kummissjoni Ewropea ma sabitx li din kienet issostanzjata biżżejjed biex tirreġistra l-IĊE; billi l-organizzaturi tal-IĊE ressqu appell fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QĠUE) u fit-3 ta' Frar 2017 il-Qorti Ġenerali tal-QĠUE tat is-sentenza tagħha fejn annullat id-deċiżjoni tal-Kummissjoni;

N.

billi sabiex tieħu l-miżuri meħtieġa biex tikkonforma mas-sentenza tal-Qorti Ġenerali, il-Kummissjoni analizzat mill-ġdid l-ammissibbiltà legali tal-IĊE u permezz tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni (UE) 2017/652, irreġistrat l-inizjattiva f'disgħa mill-11-il qasam li kienu proposti inizjalment;

O.

billi bi qbil mal-Artikolu 15 tar-Regolament dwar l-IĊE, il-verifika tal-ammissibbiltà legali tal-Kummissjoni tiġi segwita minn eżami tas-sustanza tal-IĊE wara l-ġbir b'suċċess tal-firem; billi l-Kummissjoni tistabbilixxi l-konklużjonijiet legali u politiċi tagħha dwar l-IĊE abbażi tat-Trattati tal-UE;

P.

billi fis-sentenza tagħha tal-24 ta' Settembru 2019 fil-Kawża T-391/17, il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea kkonfermat id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirreġistra l-IĊE “Minority SafePack”;

Q.

billi bejn it-3 ta' April 2017 u t-3 ta' April 2018, inġabru 1 123 422 firma ċċertifikata fl-UE u ntlaħaq il-limitu minimu nazzjonali fi 11-il Stat Membru;

R.

billi l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej hija l-ewwel strument għad-demokrazija parteċipattiva transnazzjonali fid-dinja, u tippermetti liċ-ċittadini jinvolvu ruħhom b'mod dirett mal-istituzzjonijiet tal-UE;

S.

billi l-“Minority SafePack” hija l-ħames minn sitt IĊE biss li rnexxew s'issa;

T.

billi skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2019/788, wara l-organizzazzjoni ta' seduta pubblika, il-Parlament irid jivvaluta l-appoġġ politiku għal IĊE individwali; billi l-Parlament organizza s-seduta pubblika tiegħu fil-15 ta' Ottubru 2020, f'konformità mal-Artikolu 222 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu;

1.

Itenni l-appoġġ qawwi tiegħu għall-istrument tal-IĊE u jitlob li jiġi sfruttat bis-sħiħ il-potenzjal tiegħu; jenfasizza li l-IĊE hija opportunità eċċezzjonali għaċ-ċittadini biex jidentifikaw u jartikolaw l-aspirazzjonijiet tagħhom u jitolbu azzjoni mill-UE; jisħaq li l-fatt li ċ-ċittadini jitħallew jieħdu sehem b'mod attiv fil-proċessi politiċi li jaffettwawhom huwa essenzjali biex il-proġett ta' integrazzjoni Ewropea jkun eqreb taċ-ċittadini;

2.

Jirrimarka li r-Regolament il-ġdid dwar l-IĊE daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2020, u li huwa ta' importanza kruċjali li l-istituzzjonijiet tal-UE u dawk nazzjonali jagħmlu dak kollu li jistgħu biex jagħmlu t-tnedija mill-ġdid ta' dan l-istrument ta' parteċipazzjoni tal-UE suċċess; jenfasizza li l-Kummissjoni għandha tqis kif xieraq it-talbiet espressi minn aktar minn 1,1 miljun ċittadin tal-UE permezz tal-IĊE “Minority SafePack”;

3.

Ifakkar li l-protezzjoni ta' persuni li jagħmlu parti minn minoranzi hija valur fundamentali espliċitu tal-UE, flimkien mad-demokrazija, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, kif stipulat fl-Artikolu 2 tat-TUE;

4.

Ifakkar li l-Artikolu 3(3) tat-TUE jipprevedi li l-Unjoni trid tirrispetta d-diversità kulturali u lingwistika rikka tagħha, u tiżgura li jitħares u jiġi żviluppat il-wirt kulturali Ewropew; jisħaq li l-lingwi u l-kulturi minoritarji huma parti integrali u inaljenabbli tal-kultura u l-wirt tal-Unjoni; jissottolinja li l-Unjoni għandha tħeġġeġ azzjonijiet mill-Istati Membri biex jiżguraw il-protezzjoni tad-drittijiet ta' persuni li jagħmlu parti minn minoranzi;

5.

Itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni (10) biex tfassal, f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, qafas komuni ta' standards minimi tal-UE għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-persuni li jagħmlu parti minn minoranzi, li jkunu integrati b'mod qawwi f'qafas legali li jiggarantixxi d-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali madwar l-UE;

6.

Jistieden lill-Istati Membri jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa u jiddefendu d-drittijiet tal-persuni li jagħmlu parti minn minoranzi u jiżguraw li dawn id-drittijiet jiġu rrispettati bis-sħiħ;

7.

Jemmen li d-drittijiet lingwistiċi jridu jiġu rrispettati fil-komunitajiet fejn hemm aktar minn lingwa uffiċjali waħda, mingħajr ma jiġu limitati d-drittijiet ta' grupp wieħed meta mqabbel ma' ieħor, f'konformità mal-ordni kostituzzjonali ta' kull Stat Membru u d-dritt nazzjonali tiegħu; jemmen li l-promozzjoni tal-lingwi reġjonali u l-protezzjoni tal-komunitajiet lingwistiċi għandhom jirrispettaw id-drittijiet fundamentali tal-persuni kollha;

8.

Iqis li l-UE għandha tkompli tqajjem sensibilizzazzjoni dwar il-multilingwiżmu fl-Ewropa kollha permezz ta' programmi tal-UE, u tippromwovi b'mod attiv il-vantaġġi tal-multilingwiżmu;

9.

Ifakkar li ma hemm l-ebda definizzjoni komuni ta' min jista' jitqies bħala persuna li tagħmel parti minn minoranza nazzjonali jew lingwistika fl-UE; jissottolinja l-ħtieġa li jiġu protetti l-minoranzi kollha, tkun xi tkun id-definizzjoni tagħhom, u jisħaq li kwalunkwe definizzjoni għandha tiġi applikata b'mod flessibbli filwaqt li jiġu rrispettati l-prinċipji tas-sussidjarjetà, il-proporzjonalità u n-nondiskriminazzjoni;

10.

Jitlob kooperazzjoni ta' rinfurzar reċiproku bejn l-UE u l-Kunsill tal-Ewropa fil-qasam tal-protezzjoni tad-drittijiet tal-minoranzi nazzjonali u lingwistiċi; jirrimarka li tali kooperazzjoni tippermetti lill-UE l-possibbiltà li tibni fuq il-kisbiet u l-esperjenza tal-Kunsill tal-Ewropa filwaqt li tagħti lok biex il-Kunsill tal-Ewropa jkun jista' jżid l-effettività tal-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tiegħu maħruġa fir-rigward tal-Konvenzjoni Qafas għall-Ħarsien tal-Minoranzi Nazzjonali u l-Karta Ewropea għal-Lingwi Reġjonali jew Minoritarji; iħeġġeġ lill-Istati Membri jimplimentaw u jirratifikaw il-Konvenzjoni Qafas għall-Ħarsien tal-Minoranzi Nazzjonali u l-Karta Ewropea għal-Lingwi Reġjonali jew Minoritarji;

Dwar id-disa' proposti tal-IĊE

11.

Jirrikonoxxi li l-protezzjoni tal-minoranzi nazzjonali u lingwistiċi hija r-responsabbiltà primarja tal-awtoritajiet tal-Istati Membri; jirrimarka, madankollu, li l-Unjoni għandha rwol b'saħħtu x'taqdi fl-appoġġ tal-awtoritajiet tal-Istati Membri f'dan l-isforz; jirrimarka li għadd ta' Stati Membri jirrappreżentaw eżempji ta' suċċess ta' koeżistenza rispettuża u armonjuża ta' komunitajiet differenti, inkluż fl-oqsma tal-politiki għar-rivitalizzazzjoni lingwistika u kulturali; jistieden lill-Istati Membri jiskambjaw l-aħjar prattiki dwar il-protezzjoni u l-appoġġ għad-drittijiet ta' persuni li jagħmlu parti minn minoranzi, u jistieden lill-UE tiffaċilita tali skambji;

12.

Huwa tal-opinjoni li miżuri ta' preservazzjoni tal-identità kulturali u lingwistika għall-benefiċċju ta' persuni li jagħmlu parti minn minoranzi nazzjonali u lingwistiċi jridu jimmiraw lejn azzjoni pożittiva, inkluż fl-oqsma tas-servizzi pubbliċi, tal-kultura u tal-edukazzjoni;

13.

Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar iż-żieda allarmanti fir-reati ta' mibegħda u fid-diskors ta' mibegħda, motivati mir-razziżmu, il-ksenofobija jew l-intolleranza, fil-konfront ta' persuni li jagħmlu parti minn minoranzi nazzjonali u lingwistiċi fl-Ewropa; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jniedu kampanji ta' diskors kontra l-mibegħda kif ukoll jiżguraw il-ġlieda kontra r-razziżmu u l-ksenofobija fil-konfront ta' persuni li jagħmlu parti minn minoranzi nazzjonali u lingwistiċi;

14.

Jirrikonoxxi l-kontribut tal-minoranzi nazzjonali u lingwistiċi għall-wirt kulturali tal-UE u jenfasizza r-rwol tal-midja;

15.

Jirrimarka li d-diversità lingwistika hija komponent ta' valur tal-ġid kulturali Ewropew, li għandu jiġi protett sabiex jiġi żgurat li l-lingwi reġjonali jew minoritarji jkunu jistgħu jiġu mgħoddija minn ġenerazzjoni għall-oħra; jesprimi t-tħassib qawwi tiegħu dwar lingwi reġjonali jew minoritarji li huma esposti għar-riskju ta' estinzjoni; jissottolinja l-ħtieġa li tittieħed aktar azzjoni f'dan il-qasam; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, għalhekk, jippromwovu t-tagħlim tal-lingwi madwar l-UE, inkluż it-tagħlim ta' lingwi minoritarji; jinnota li l-IĊE titlob li jitwaqqaf ċentru Ewropew għad-diversità lingwistika bil-għan li tiġi protetta d-diversità rikka tal-lingwi Ewropej;

16.

Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jqisu l-ħtiġijiet tal-minoranzi nazzjonali u lingwistiċi meta jfasslu l-programmi ta' finanzjament tagħhom; iqis li l-ħarsien tal-multilingwiżmu u tad-diversità kulturali huwa mutur għall-iżvilupp reġjonali u l-innovazzjoni u għalhekk iqis li l-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej u l-Fondi ta' Koeżjoni għandhom iqisu dan; jemmen li l-finanzjament mill-Orizzont Ewropa għall-istudju tad-diversità kulturali u lingwistika u l-effett tagħha fuq l-iżvilupp ekonomiku fir-reġjuni tal-UE jippermetti li l-politiki pubbliċi jkunu mmirati aħjar għall-minoranzi nazzjonali u lingwistiċi;

17.

Jirrikonoxxi r-rwol tal-lingwa fil-kultura; jinsab imħasseb li l-operaturi kulturali attivi f'lingwi reġjonali jew minoritarji jistgħu jiffaċċjaw sfida addizzjonali biex jilħqu udjenzi wiesgħa u jaċċessaw ir-riżorsi finanzjarji u amministrattivi; jistieden lill-Istati Membri jqisu s-sitwazzjonijiet reġjonali u jiżviluppaw miżuri biex jgħinu lill-operaturi kulturali jesprimu l-libertà tal-kultura, irrispettivament mill-ispeċifiċitajiet lingwistiċi jew ta' tip ieħor tagħhom;

18.

Jemmen li kull ċittadin tal-UE għandu jkun jista' jgawdi l-kultura u d-divertiment fil-lingwa tiegħu jew tagħha stess; jirrimarka li l-minoranzi lingwistiċi ħafna drabi jkunu żgħar wisq jew ma jkollhomx l-appoġġ istituzzjonali biex jibnu sistema komprensiva ta' servizzi tal-midja tagħhom stess; jistieden lill-Kummissjoni, f'dan ir-rigward, tagħmel valutazzjoni u tieħu l-aktar miżuri xierqa biex tappoġġja l-iżvilupp ta' tali servizzi tal-midja; jinnota li, wara s-sottomissjoni tal-IĊE “Minority SafePack” lill-Kummissjoni fl-2013, il-koleġiżlaturi diġà adottaw proposti essenzjali relatati mad-drittijiet tal-awtur u s-servizzi tal-midja awdjoviżiva; jirrikonoxxi l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni adottata reċentement dwar l-ewwel reviżjoni ta' terminu qasir tar-Regolament dwar l-Imblukkar Ġeografiku (COM(2020)0766), fejn il-Kummissjoni tipproponi eżerċizzju ta' rendikont dettaljat għall-2022, meta jkunu bdew jidhru l-effetti sħaħ tar-regolament; jilqa' l-pjan tal-Kummissjoni li timpenja ruħha fi djalogu mal-partijiet ikkonċernati dwar il-kontenut awdjoviżiv bħala parti mill-pjan ta' azzjoni tagħha dwar il-midja u l-awdjoviżiv; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġi żgurat li t-tħassib dwar il-lingwi minoritarji jitqies fir-regolamenti futuri;

19.

Jinnota li għadd kbir ta' persuni mingħajr Stat fl-Unjoni Ewropea jagħmlu parti minn minoranzi nazzjonali u lingwistiċi; iqis li, b'kunsiderazzjoni xierqa tas-sovranità u l-kompetenzi tal-Istati Membri, miżuri pożittivi jistgħu jittieħdu u qed jittieħdu f'dan ir-rigward; jirrimarka li l-għoti jew l-irtirar taċ-ċittadinanza huwa kompetenza nazzjonali;

20.

Jesprimi l-appoġġ tiegħu għall- Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej “Minority SafePack – miljun firma għad-diversità fl-Ewropa”; jistieden lill-Kummissjoni taġixxi fuqha u tipproponi atti legali abbażi tat-Trattati tal-UE u r-Regolament dwar l-IĊE, u f'konformità mal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità; jirrimarka li l-inizjattiva rreġistrata mill-Kummissjoni titlob proposti leġiżlattivi f'disa' oqsma distinti u jfakkar fit-talba fl-inizjattiva li kull proposta individwali tiġi vverifikata u evalwata fuq il-mertu tagħha stess;

o

o o

21.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni, lill-Kunsill, lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

(1)  ĠU L 130, 17.5.2019, p. 55.

(2)  ĠU C 363, 28.10.2020, p. 13.

(3)  ĠU C 463, 21.12.2018, p. 21.

(4)  ĠU C 433, 23.12.2019, p. 42.

(5)  ĠU C 93, 9.3.2016, p. 52.

(6)  ĠU C 189, 5.6.2019, p. 15.

(7)  ECLI:EU:T:2017:59.

(8)  ECLI:EU:T:2019:672.

(9)  ĠU L 92, 6.4.2017, p. 100.

(10)  Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Novembru 2018 dwar standards minimi għall-minoranzi fl-UE (ĠU C 363, 28.10.2020, p. 13).


29.10.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 445/75


P9_TA(2020)0371

Ewropa soċjali b'saħħitha għal Tranżizzjonijiet Ġusti

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Diċembru 2020 dwar Ewropa soċjali b'saħħitha għal Tranżizzjonijiet Ġusti (2020/2084(INI))

(2021/C 445/11)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikoli 3 u 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE),

wara li kkunsidra l-Artikoli 9, 151, 152, 153, 156, 157, 162 u 168 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

wara li kkunsidra l-Protokolli 1, 8 u 28 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u, b'mod partikolari t-Titolu IV (Solidarjetà) tagħha,

wara li kkunsidra l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali (EPSR), ipproklamat mill-Kunsill Ewropew, mill-Parlament Ewropew u mill-Kummissjoni Ewropea f'Novembru 2017,

wara li kkunsidra l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli,

wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Pariġi milħuq fil-COP 21 li saret fl-2015, u b'mod speċifiku l-preambolu tiegħu fejn il-Partijiet huma mħeġġa biex, meta jimplimentaw il-politiki u l-miżuri tagħhom, jippromwovu tranżizzjoni ġusta tal-forza tax-xogħol u l-ħolqien ta' xogħol deċenti u impjiegi ta' kwalità skont il-prijoritajiet u l-istrateġiji għall-iżvilupp iddefiniti fil-livell nazzjonali,

wara li kkunsidra l-konvenzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-ILO, b'mod partikolari l-Konvenzjoni dwar l-Ispezzjoni tax-Xogħol tal-1947 (Nru 81), id-Dikjarazzjoni taċ-Ċentenarju tal-ILO (2019), u l-Linji Gwida tal-ILO ta' Frar 2016 għal tranżizzjoni ġusta lejn ekonomiji u soċjetajiet ambjentalment sostenibbli għal kulħadd,

wara li kkunsidra l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs) tan-NU, b'mod partikolari l-Għanijiet 1, 3, 4, 5, 8, 10 u 13,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità (UNCRPD) u d-dħul fis-seħħ tagħha fl-UE fil-21 ta' Jannar 2011, b'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/48/KE tas-26 ta' Novembru 2009 dwar il-konklużjoni, mill-Komunità Ewropea, tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa,

wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta' Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (1) (id-Direttiva dwar l-Ugwaljanza fl-Impjiegi),

wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE tad-29 ta' Ġunju 2000 li timplimenta l-prinċipju tat-trattament ugwali bejn il-persuni irrispettivament mill-oriġini tar-razza jew l-etniċità (2),

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni għal direttiva tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' trattament ugwali bejn il-persuni irrispettivament mir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabilità, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali (COM(2008)0426) u l-pożizzjoni tal-Parlament dwarha tat-2 ta' April 2009 (3),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta' Jannar 2020 bit-titolu “Ewropa Soċjali b'saħħitha għal tranżizzjonijiet ġusti” (COM(2020)0014),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Diċembru 2019 dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew (COM(2019)0640),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta' Mejju 2020 bit-titolu “Il-mument tal-Ewropa: Tiswija u Tħejjija għall-Ġenerazzjoni li Jmiss” (COM(2020)0456),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta' Mejju 2020 bit-titolu “Il-baġit tal-UE jmexxi l-pjan ta' rkupru għall-Ewropa” (COM(2020)0442),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta' Mejju 2020 bit-titolu “Programm ta' Ħidma Aġġustat tal-Kummissjoni 2020” (COM(2020)0440),

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tat-28 ta' Mejju 2020 għal regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi Strument ta' Rkupru tal-Unjoni Ewropea insostenn tal-irkupru wara l-pandemija tal-COVID-19 (COM(2020)0441),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' Ġunju 2020 dwar il-protezzjoni Ewropea tal-ħaddiema transfruntiera u staġjonali fil-kuntest tal-kriżi tal-COVID-19 (4),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tas-17 ta' Ġunju 2020 dwar l-impatt tat-tibdil demografiku (COM(2020)0241),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni tat-18 ta' Jannar 2017 bit-titolu “Ir-reazzjoni tal-UE għall-isfida demografika” (2017/C017/08),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Frar 2020 bit-titolu “Insawru l-futur diġitali tal-Ewropa”(COM(2020)0067),

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tal-1 ta' Lulju 2020 għal rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (VET) għall-kompetittività sostenibbli, il-ġustizzja soċjali u r-reżiljenza (COM(2020)0275),

wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni tal-1 ta' Lulju 2020 li jakkumpanja l-proposta għal rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar “A Bridge to Jobs – reinforcing the Youth Guarantee” (Pont għall-Impjiegi – Tissaħħaħ il-Garanzija għaż-Żgħażagħ) (SWD(2020)0124),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni leġiżlattiva tiegħu tal-10 ta' Lulju 2020 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-linji gwida għal-linji politiċi dwar l-impjiegi tal-Istati Membri (5),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni leġiżlattiva tiegħu tat-8 ta' Lulju 2020 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 fir-rigward tar-riżorsi għall-allokazzjoni speċifika għall-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ (6),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Ottubru 2019 dwar l-impjiegi u l-politiki soċjali taż-żona tal-euro (7),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni leġiżlattiva tiegħu tal-4 ta' April 2019 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-linji gwida għal-linji politiċi dwar l-impjiegi tal-Istati Membri (8),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali dwar is-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika: aspetti soċjali u marbuta mal-impjiegi fl-Istrateġija Annwali għat-Tkabbir Sostenibbli 2020,

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta' Diċembru 2019 dwar L-Istrateġija Annwali għall-Iżvilupp Sostenibbli 2020 (COM(2019)0650),

wara li kkunsidra l-proposta għal rapport konġunt dwar l-impjiegi mill-Kummissjoni u mill-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2019 li takkumpanja l-komunikazzjoni dwar l-Istrateġija Annwali għat-Tkabbir Sostenibbli 2020,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/1181 tat-8 ta' Lulju 2019 dwar linji gwida għal-linji politiċi dwar l-impjiegi tal-Istati Membri (9),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Marzu 2019 dwar is-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika: aspetti soċjali u tal-impjieg fl-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2019 (10),

wara li kkunsidra l-“Linji Gwida Politiċi għall-Kummissjoni Ewropea li jmiss 2019 – 2024: Unjoni li Tirsisti għal Aktar”, ippreżentati mill-President tal-Kummissjoni Ursula von der Leyen,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-23 ta' Jannar 2019 dwar “Djalogu soċjali għall-innovazzjoni fl-ekonomija diġitali” (11),

wara li kkunsidra t-Tbassir Ekonomiku Ewropew tal-Kummissjoni għar-Rebbiegħa 2020 tas-6 ta' Mejju 2020,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-18 ta' Settembru 2020 dwar “Pagi minimi deċenti fl-Ewropa kollha”,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-15 ta' Lulju 2020 dwar “Il-Pjan ta' rkupru għall-Ewropa u l-Qafas Finanzjarju Pluriennali mill-2021 sal-2027”,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-11 ta' Diċembru 2019 dwar “Standards minimi komuni tal-UE fl-assigurazzjoni tal-qgħad fl-Istati Membri tal-UE – Pass konkret lejn l-implimentazzjoni effettiva tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali” (12),

wara li kkunsidra l-istudju mill-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (Eurofound) bit-titolu “COVID-19: Policy responses across Europe” (Il-COVID-19: Ir-reazzjonijiet politiċi fl-Ewropa),

wara li kkunsidra r-Rapport Tekniku taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka bit-titolu “The COVID confinement measures and EU labour market” (Il-miżuri ta' konfinament minħabba l-COVID u s-suq tax-xogħol tal-UE) li ġie ppubblikat fl-2020 u, b'mod partikolari, l-analiżi tiegħu tal-aktar evidenza reċenti disponibbli tal-mudelli tat-telexogħol fl-UE;

wara li kkunsidra l-Karta Soċjali Ewropea riveduta u l-Proċess ta' Turin, li tnieda fl-2014 bil-għan li jsaħħaħ is-sistema tat-trattati tal-Karta Soċjali Ewropea fi ħdan il-Kunsill tal-Ewropa kif ukoll ir-relazzjoni tiegħu mad-dritt tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni u l-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A9-0233/2020),

A.

billi l-iżvilupp sostenibbli huwa objettiv fundamentali tal-Unjoni Ewropea; billi l-ekonomija soċjali tas-suq hija bbażata fuq żewġ pilastri komplementari, jiġifieri l-infurzar tal-kompetizzjoni u miżuri robusti ta' politika soċjali li għandhom iwasslu għall-kisba ta' livell massimu ta' impjiegi u progress soċjali; billi t-tliet pilastri tal-iżvilupp sostenibbli huma l-pilastru ekonomiku, il-pilastru soċjali u l-pilastru ambjentali; billi l-iżvilupp sostenibbli huwa bbażat, fost affarijiet oħra, fuq livell massimu ta' impjiegi u progress soċjali; billi dan huwa objettiv fundamentali tal-Unjoni Ewropea stabbilit fl-Artikolu 3(3) TUE; billi, s'issa, ingħatat prijorità lis-sostenibilità ekonomika u ambjentali;

B.

billi hemm sfidi emerġenti li l-Ewropa qed tiffaċċja, bħal żieda fl-inugwaljanzi bejn il-ġenerazzjonijiet, tnaqqis fl-opportunitajiet u r-riżorsi soċjali, tas-saħħa, ekonomiċi u ambjentali, disparitajiet territorjali, u aċċess inugwali għal servizzi soċjali u tas-saħħa fundamentali, opportunitajiet ta' negozju u impjiegi u infrastruttura soċjali; billi t-tnaqqis fl-inugwaljanzi huwa responsabilità kondiviża tal-UE u l-Istati Membri; billi minn wara l-kriżi ekonomika tal-2008 l-inugwaljanzi (fl-introjtu u fl-opportunitajiet) żdiedu fil-maġġoranza tal-Istati Membri, u dan huwa ta' sfida kemm għas-sostenibilità kif ukoll għall-inklużività tat-tkabbir u l-koeżjoni soċjali u, f'dan il-kuntest, il-progress lejn il-miri tal-UE għall-2020 kien diffiċli;

C.

billi hemm ħtieġa qawwija u preżunta ta' tranżizzjonijiet ġusti, fl-Ewropa u fid-dinja, ta' sfruttament sostenibbli tar-riżorsi, tnaqqis tal-emissjonijiet ta' CO2 u protezzjoni qawwija tal-ambjent, sabiex jiġu salvagwardjati l-għajxien, is-sigurtà, is-saħħa u l-prosperità tal-ġenerazzjonijiet futuri; billi t-tranżizzjonijiet lejn dimensjoni soċjali u ekonomija stabbli, sostenibbli, ekoloġiċi u li jirrispettaw l-ambjent se jirrikjedu kooperazzjoni bejn l-atturi pubbliċi u dawk privati, u jridu jkunu akkumpanjati minn proċess ta' riindustrijalizzazzjoni, modernizzazzjoni tal-bażi industrijali u tisħiħ tas-suq intern; billi t-tranżizzjonijiet ekoloġiċi, diġitali u demografiċi jaffettwaw lir-reġjuni, lis-setturi, lill-ħaddiema u lill-gruppi tal-popolazzjoni Ewropej b'modi differenti u dawn it-tranżizzjonijiet se jirrikjedu taħriġ mill-ġdid u riallokazzjoni tax-xogħol sinifikanti sabiex tiġi evitata l-qerda tal-impjiegi fis-setturi affettwati;

D.

billi r-reġjuni Ewropej fejn hemm l-akbar ħtieġa ta' tranżizzjoni sostenibbli huma ġeneralment ukoll dawk b'livelli għoljin ta' faqar u esklużjoni; billi huma meħtieġa investiment u miżuri deċiżivi għal irkupru mgħaġġel li għandu jkun iffokat fuq il-mitigazzjoni tal-effetti ekonomiċi u soċjali tal-pandemija, ir-rilanċ tal-attività ekonomika, it-trawwim tal-iżvilupp sostenibbli, it-tranżizzjoni ekoloġika u t-trasformazzjoni diġitali u l-implimentazzjoni tal-prinċipji tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali sabiex jinkisbu stati soċjali aktar effettivi u aktar b'saħħithom; billi Ewropa kompetittiva internazzjonalment trid tkun ibbażata fuq Ewropa soċjali b'saħħitha sabiex tinħoloq triq lejn tkabbir sostenibbli, impjiegi ta' kwalità u sistemi robusti ta' protezzjoni soċjali għal kulħadd;

E.

billi riċerka tal-Eurofound tiżvela l-kumplessità tad-dimensjoni soċjali tal-Unjoni Ewropea u tissuġġerixxi li t-Tabella ta' Valutazzjoni Soċjali li takkumpanja l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali tiġi kkomplementata b'indikaturi addizzjonali li jkopru l-kwalità tal-impjiegi, il-ġustizzja soċjali u l-opportunitajiet indaqs, sistemi robusti ta' protezzjoni soċjali u mobilità ġusta;

F.

billi l-istrateġija Ewropa 2020 tnediet fl-2010 għall-promozzjoni ta' tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv; billi l-implimentazzjoni tal-istrateġija ta' Lisbona kellha tagħti aktar prijorità lis-sostenibilità u lill-inklużività aktar milli lit-tkabbir;

G.

billi, kif iddikjarat fl-Artikolu 151 tat-TFUE, l-Unjoni u l-Istati Membri, filwaqt li jżommu f'moħħhom id-drittijiet soċjali fundamentali bħalma huma dawk stabbiliti fil-Karta Soċjali Ewropea ffirmata f'Turin fit-18 ta' Ottubru 1961 u fil-Karta Komunitarja tad-Drittijiet Soċjali Fundamentali tal-Ħaddiema tal-1989, għandhom bħala objettivi l-promozzjoni tal-impjieg, it-titjib tal-kundizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol sabiex jingħata lok għall-armonizzazzjoni tagħhom filwaqt li jitkompla t-titjib, kif ukoll il-protezzjoni soċjali xierqa, id-djalogu bejn il-maniġment u l-ħaddiema, l-iżvilupp tar-riżorsi umani bil-għan ta' livell għoli ta' impjieg dejjiemi u l-ġlieda kontra l-esklużjoni; billi l-inizjattivi li joriġinaw mill-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali huma responsabilità kondiviża bejn l-UE u l-Istati Membri, li għandhom tradizzjonijiet u sistemi soċjali differenti; billi, għalhekk, tali inizjattivi għandhom jipproteġu s-sistemi nazzjonali ta' negozjar kollettiv, sabiex jiġu offruti livelli ogħla ta' protezzjoni; billi d-drittijiet fundamentali, il-proporzjonalità, iċ-ċertezza tad-dritt, l-ugwaljanza f'għajnejn il-liġi u s-sussidjarjetà huma prinċipji ġenerali tad-dritt tal-UE u bħala tali jridu jiġu rrispettati;

H.

billi n-nisa huma sottorappreżentati f'pożizzjonijiet ta' tmexxija ekonomika u politika li fl-ambitu tagħhom qed jiġu deċiżi r-reazzjonijiet ta' politika għall-COVID-19; billi n-nisa għandhom jiġu inklużi fit-teħid tad-deċiżjonijiet biex jinġiebu aktar perspettivi, għarfien u esperjenza, u dan iwassal għal eżiti ta' politika aħjar;

I.

billi s-sistemi ta' protezzjoni soċjali jikkontribwixxu għall-garanzija ta' ħajja deċenti; billi dawk is-sistemi jinkludu sigurtà soċjali, kura tas-saħħa, edukazzjoni, akkomodazzjoni, impjieg, ġustizzja u servizzi soċjali għall-gruppi żvantaġġati, u għandhom rwol ewlieni fil-kisba ta' żvilupp soċjali sostenibbli, fil-promozzjoni tal-ugwaljanza u l-ġustizzja soċjali u fl-iżgurar tad-dritt għal protezzjoni soċjali kif minqux fid-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem (1948); billi l-politiki tal-protezzjoni soċjali huma elementi vitali fl-istrateġiji għall-iżvilupp nazzjonali biex jitnaqqsu l-faqar u l-vulnerabilità tul iċ-ċiklu tal-ħajja u biex jiġi appoġġat tkabbir inklużiv u sostenibbli;

J.

billi d-djalogu soċjali u n-negozjar kollettiv huma strumenti ewlenin għal min iħaddem u għat-trade unions sabiex jiġu stabbiliti pagi u kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti, u s-sistemi ta' negozjar kollettiv b'saħħithom iżidu r-reżiljenza tal-Istati Membri fi żminijiet ta' kriżi ekonomika; billi t-tendenza hija li s-soċjetajiet b'sistemi ta' negozjar kollettiv b'saħħithom ikunu dawk aktar għonja u aktar ugwali; billi d-dritt għal negozjar kollettiv huwa kwistjoni li tikkonċerna l-ħaddiema Ewropej kollha u li jista' jkollha wkoll implikazzjonijiet kruċjali għad-demokrazija u għall-istat tad-dritt, inkluż ir-rispett għad-drittijiet soċjali fundamentali; billi n-negozjar kollettiv huwa dritt fundamentali Ewropew u l-istituzzjonijiet Ewropej huma marbuta jirrispettawh bl-Artikolu 28 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali; billi, f'dan il-kuntest, il-politiki li jirrispettaw, jippromwovu u jsaħħu n-negozjar kollettiv u l-pożizzjoni tal-ħaddiema fis-sistemi għall-iffissar tal-pagi għandhom rwol kritiku fil-kisba ta' kundizzjonijiet tax-xogħol ta' kwalità għolja;

K.

billi n-negozjar kollettiv huwa strument ewlieni biex jiġu promossi d-drittijiet fuq il-post tax-xogħol; billi, skont id-data tal-OECD, matul dawn l-aħħar deċennji, kemm id-densità tat-trade unions kif ukoll il-kopertura tan-negozjar kollettiv naqsu b'mod sinifikanti; billi l-kopertura tan-negozjar kollettiv ilha tonqos fi 22 mis-27 Stat Membru tal-UE mill-2000; billi l-kwalità tax-xogħol u tal-ambjent tax-xogħol hija aħjar bħala medja f'pajjiżi bi sħab soċjali organizzati tajjeb u kopertura akbar ta' ftehimiet kollettivi; billi n-negozjar kollettiv, dment li jkollu kopertura wiesgħa u jkun ikkoordinat tajjeb, irawwem prestazzjoni tajba tas-suq tax-xogħol;

L.

billi, skont il-Eurofound, in-negozjar kollettiv jinsab taħt pressjoni u r-reċessjoni tal-2008 irriżultat fid-deċentralizzazzjoni tiegħu; billi, filwaqt li huwa stmat li wieħed minn kull sitt ħaddiema fl-UE huwa kopert minn ftehim kollettiv dwar il-pagi, hemm diffikultà biex tinkiseb evidenza affidabbli fil-forma ta' data b'kopertura aktar profonda fir-rigward tan-negozjar kollettiv u tal-ftehimiet kollettivi madwar l-UE; billi, skont id-data pprovduta mill-Istitut Ewropew tat-Trade Unions (ETUI), il-livell medju ta' sħubija fi trade union madwar l-UE huwa ta' madwar 23 %, b'varjetà kbira ta' rati ta' sħubija f'union fost l-Istati Membri, li jvarjaw minn 74 % għal 8 %; billi s-sħubija fl-organizzazzjonijiet ta' min iħaddem u s-sehem tas-swieq li jirrappreżentaw ivarjaw b'mod sinifikanti wkoll;

M.

billi l-investiment soċjali jfisser investiment fin-nies sabiex jittejbu l-kundizzjonijiet tal-għajxien tagħhom; billi l-oqsma ewlenin ta' politika għall-investiment soċjali jinkludu sigurtà soċjali, kura tas-saħħa, kura fit-tul, edukazzjoni, akkomodazzjoni, impjieg, ġustizzja u servizzi soċjali għall-gruppi żvantaġġati; billi politiki soċjali mfassla tajjeb jikkontribwixxu b'mod qawwi kemm għall-iżvilupp u t-tkabbir sostenibbli kif ukoll għall-protezzjoni tal-persuni mill-faqar u jaġixxu ta' stabilizzaturi ekonomiċi;

N.

billi r-rata tal-faqar hija mbassra li tiżdied bħala wieħed mill-effetti tal-pandemija tal-COVID-19; billi n-nisa, iż-żgħażagħ, il-persuni akbar fl-età, il-persuni b'diżabilità u l-familji kbar huma f'periklu akbar minħabba dan l-iżvilupp; billi l-għadd ta' unitajiet domestiċi b'persuna waħda u persuni akbar fl-età li jgħixu waħedhom qed jiżdied; billi l-unitajiet domestiċi b'persuna waħda huma f'riskju akbar ta' faqar u esklużjoni soċjali, u, partikolarment, in-nisa akbar fl-età huma f'riskju ogħla ta' faqar mill-irġiel akbar fl-età jekk ikunu jgħixu waħedhom; billi l-unitajiet domestiċi b'ġenitur wieħed huma f'riskju għoli ta' faqar u privazzjoni, u jsibu diffikultà fl-ibbaġitjar minħabba li jkollhom introjtu wieħed u rati ta' impjieg aktar baxxi; billi għadd dejjem akbar ta' adulti żgħażagħ issa qed jiddependu mir-residenza tal-ġenituri tagħhom biex ikunu protetti mill-faqar, iżda 29 % tal-unitajiet domestiċi bi tliet ġenerazzjonijiet jinsabu f'riskju ta' faqar u 13 % qed ibatu minn privazzjoni serja;

O.

billi d-diskriminazzjoni abbażi tal-ġeneru fid-dar u fis-suq tax-xogħol tista' tirriżulta f'distribuzzjoni inugwali tar-riżorsi, u dan jagħmel lin-nisa aktar vulnerabbli għall-faqar u l-esklużjoni soċjali mill-irġiel; billi jekk jaqgħu fil-faqar, in-nisa għandhom inqas ċans li joħorġu minnu;

P.

billi s-segregazzjoni orizzontali kif ukoll dik vertikali fis-suq tax-xogħol tal-UE għadhom sinifikanti, u n-nisa huma sovrarappreżentati fis-setturi li jħallu inqas qligħ; billi kienu b'mod partikolari n-nisa b'kuntratti prekarji li ġew affettwati mill-pandemija tal-COVID-19, peress li kienu l-ewwel li tilfu l-impjieg tagħhom, u dan wassal għal konsegwenzi finanzjarji għall-familji tagħhom u għall-indipendenza ekonomika tagħhom, u wassalhom ukoll biex jirċievu protezzjoni insuffiċjenti tas-sigurtà soċjali fi żminijiet ta' kriżi;

Q.

billi fl-2018, kien hemm kważi 109 miljun persuna f'riskju ta' faqar jew esklużjoni soċjali fl-EU-27, u dan huwa ekwivalenti għal 21,7 % tal-popolazzjoni totali, li 23 miljun minnhom kienu tfal (13); billi l-UE ma laħqitx il-mira tagħha għall-2020 li tnaqqas l-għadd ta' persuni f'riskju ta' faqar jew esklużjoni soċjali mill-anqas b'20 miljun; billi x'aktarx li l-għadd ta' persuni f'riskju ta' faqar jew esklużjoni soċjali fl-Unjoni jiżdied b'riżultat tal-kriżi tal-COVID-19; billi l-problema ta' persuni mingħajr dar żdiedet b'70 % b'mod konsistenti fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri matul dawn l-aħħar għaxar snin, mill-inqas b'700 000 persuna mingħajr kenn fi kwalunkwe lejl fl-UE; billi l-COVID-19 uriet li l-problema tal-persuni mingħajr dar tirrappreżenta kemm kriżi soċjali kif ukoll tas-saħħa pubblika (14); billi madwar għoxrin fil-mija tal-persuni fl-UE għandhom piż ta' dejn sever u bosta persuni ma jirċevux il-benefiċċji soċjali li huma intitolati għalihom skont is-sistemi nazzjonali tagħhom;

R.

billi ħaddiem minn kull ħamsa fl-UE għandu impjieg ta' kwalità baxxa; billi huwa mistenni li fl-għaxar snin li ġejjin, il-polarizzazzjoni tal-impjiegi u l-forom ta' impjieg mhux standard se jkomplu jiżdiedu u se jkun hemm aktar impjiegi fiż-żewġ estremitajiet tal-ispettru tal-ħiliet (15); billi l-bidla teknoloġika u l-użu tal-intelliġenza artifiċjali jafu jibdlu s-suq tax-xogħol b'mod sinifikanti; billi dan iwassal għal disparitajiet ulterjuri fir-remunerazzjoni; billi d-domanda għall-ħaddiema kienet l-aktar dgħajfa b'mod konsistenti f'nofs id-distribuzzjoni impjieg – paga, filwaqt li dan kien l-aktar evidenti matul il-perjodi ta' reċessjoni u kontrazzjoni tal-impjiegi bejn l-2008 u l-2013, parzjalment minħabba l-bidla fl-impjiegi mis-setturi tal-manifattura u l-kostruzzjoni għas-servizzi; billi din ix-xejra x'aktarx tiġi msaħħa ulterjorment bil-pandemija; billi l-impjiegi b'livell baxx ta' ħiliet dejjem se jkunu essenzjali għas-soċjetajiet u jridu joffru paga u kundizzjonijiet deċenti; billi d-diġitalizzazzjoni tista' toħloq opportunitajiet għat-titjib tal-ħiliet, iżda mhux neċessarjament ittejjeb il-kundizzjonijiet tax-xogħol jew toħloq impjiegi ġodda ta' kwalità għal kulħadd;

S.

billi kważi ma hemm l-ebda tranżizzjoni minn kuntratti ta' impjiegi b'terminu fiss għal dawk permanenti; billi 60 % tal-ħaddiema jinsabu maqbuda involontarjament f'impjieg b'terminu fiss; billi r-rati ta' tranżizzjoni huma partikolarment baxxi f'pajjiżi b'livelli għoljin ta' impjieg b'terminu fiss; billi anke l-amministrazzjonijiet pubbliċi spiss iddependew fuq ħaddiema temporanji biex jissostitwixxu impjegati taċ-ċivil, b'kundizzjonijiet tax-xogħol aktar prekarji;

T.

billi riċerka mwettqa minn Eurofound dwar “forom ġodda ta' impjieg” turi li l-forom ta' impjieg emerġenti u li qed isiru dejjem aktar importanti, li jiddevjaw mir-relazzjonijiet tradizzjonali ta' bejn min iħaddem u l-impjegat u/jew li huma kkaratterizzati minn organizzazzjoni ta' xogħol u mudelli ta' xogħol mhux tradizzjonali, x'aktarx li jkunu anqas koperti minn protezzjoni soċjali, djalogu soċjali u negozjar kollettiv; billi, peress li nstab ukoll li tali forom ta' impjieg jintużaw b'mod aktar intensiv matul żminijiet ekonomiċi diffiċli, għandhom jiġu kkunsidrati interventi kontra l-kriżi tas-suq tax-xogħol li mistennija tirriżulta mill-pandemija tal-COVID-19;

U.

billi r-rata tal-qgħad hija aktar minn 7 % u r-rata tal-qgħad fost iż-żgħażagħ żdiedet għal 17 % u mistennija tkompli tiżdied minħabba l-COVID-19 (16), speċjalment fost in-nisa u l-ħaddiema li jokkupaw pożizzjonijiet b'ħiliet baxxi; billi r-rata tal-qgħad taż-żona tal-euro mistennija tiżdied minn 8,3 % fl-2020 għal madwar 9,3 % fl-2021, b'differenzi sostanzjali fost l-Istati Membri (17); billi r-rata tal-qgħad ta' gruppi speċifiċi, bħal persuni b'diżabilità, minoranzi etniċi bħall-poplu Rom, iż-żgħażagħ u l-anzjani, tista' tkun ogħla b'mod sinifikanti; billi skont l-istħarriġ tal-Eurofound dwar l-għajxien, ix-xogħol u l-COVID-19, il-kriżi tal-COVID-19 kellha impatt drammatiku fuq is-suq tax-xogħol, u 8 % tal-impjegati u 13 % tal-ħaddiema indipendenti sfaw qiegħda minn mindu bdiet il-pandemija; billi l-impatt tal-kriżi nħass ukoll minn dawk li baqgħu fis-suq tax-xogħol bi tnaqqis konsiderevoli fis-sigħat tax-xogħol, li ġie rifless fit-telf ta' introjtu u fit-tħassib dwar il-parteċipazzjoni futura fis-suq tax-xogħol u l-insigurtà finanzjarja;

V.

billi skont l-Eurostat, fl-2018 kien hemm 8,3 miljun ħaddiem part-time sottoimpjegat fl-UE-28, 7,6 miljun persuna kienu disponibbli biex jaħdmu iżda ma kinux qed ifittxu impjieg, u 2,2 miljun oħra kienu qed ifittxu impjieg mingħajr ma setgħu jibdew jaħdmu fi żmien qasir; billi fl-2018 b'kollox kien hemm 18,1 miljun persuna li esperjenzaw sitwazzjoni qisha ta' qgħad fl-UE-28;

W.

billi l-ġlieda kontra l-qgħad kemm fost iż-żgħażagħ kif ukoll fost l-anzjani għadha waħda mill-akbar sfidi fil-livell reġjonali tal-UE;

X.

billi l-kriżi tal-COVID-19 kixfet abbużi fir-rigward tad-drittijiet tal-ħaddiema transfruntieri, fruntalieri u staġjonali u l-prekarjetà tas-sitwazzjoni tagħhom, b'livelli baxxi ta' koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali u tal-protezzjoni soċjali; billi għalhekk hemm bżonn ta' regolamentazzjoni aktar b'saħħitha, monitoraġġ aktar effiċjenti u infurzar effettiv ta' kundizzjonijiet tax-xogħol deċenti, kif ukoll kundizzjonijiet ta' akkomodazzjoni u saħħa u sikurezza fuq il-post tax-xogħol; billi jeħtieġ isir titjib tad-Direttiva dwar Xogħol Temporanju permezz ta' Aġenzija fir-rigward ta' dan l-aspett;

Y.

billi fl-2019 id-disparità fil-parteċipazzjoni fl-impjiegi bejn l-irġiel u n-nisa kienet ta' 11,7 %; billi din id-differenza għandha spiża ekonomika kbira għall-UE, li tikkorrispondi għal EUR 320 biljun fis-sena, jew 2,37 % tal-PDG tal-UE; billi l-kriżi tal-COVID-19 taffettwa b'mod sproporzjonat is-sitwazzjoni soċjali u tax-xogħol tan-nisa, b'26,5 % tan-nisa f'impjiegi prekarji, li jirrappreżentaw 60 % tal-ħaddiema part-time; billi n-nisa huma affettwati aktar mill-irġiel mid-diffikultajiet li jirriżultaw mill-pandemija tal-COVID-19, minħabba s-setturi tal-impjiegi li fihom huma prevalenti u l-piż tal-kura tat-tfal u tal-anzjani, li għadu jinġarr b'mod partikolari minnhom;

Z.

billi l-persuni b'diżabilità u l-anzjani huma partikolarment suxxettibbli għall-kriżi tal-COVID-19; billi x'aktarx li dawn ibatu b'mod sproporzjonat filwaqt li jkollhom ħtiġijiet ta' appoġġ partikolari li jridu jitqiesu mill-bidu nett fir-reazzjoni għall-pandemija, u r-riċerka turi li dawn il-gruppi għandhom riskju għoli li jiżviluppaw problemi ta' saħħa mentali;

AA.

billi r-reġjuni tal-Ewropa qed jiffaċċjaw xejriet demografiċi fit-tul, li jvarjaw minn stennija tal-għomor itwal għal rati ta' twelid aktar baxxi, soċjetajiet li qed jixjieħu, forza tax-xogħol li qed tiċkien, unitajiet domestiċi iżgħar u urbanizzazzjoni dejjem akbar; billi s-sehem dejjem jonqos tal-Ewropa tal-popolazzjoni globali, li mistenni jammonta għal inqas minn 4 % sal-2070, se jġib miegħu sfidi; billi ż-żoni rurali u periferiċi huma affettwati b'mod qawwi mit-tibdil demografiku;

AB.

billi l-pandemija affettwat b'mod partikolari lill-anzjani, u f'xi każijiet aggravat is-sitwazzjoni ta' dawk li huma iżolati; billi l-anzjani għandhom l-ogħla riskju ta' nuqqas ta' aċċess għall-internet u t-teknoloġiji moderni, u b'konsegwenza ta' dan għandhom riskju ogħla ta' esklużjoni, inkluża l-esklużjoni diġitali;

AC.

billi l-kriżi rriżultat f'faqar urban li qed jiżdied, u li qed jaffettwa iktar unitajiet domestiċi bi dħul medju u qed joħloq gruppi f'riskju ġodda, u qed twassal għal żieda fl-inugwaljanzi territorjali, aggravar tal-iżvantaġġi soċjali f'żoni urbani foqra kif ukoll aċċess inugwali għas-servizzi pubbliċi, u dan qed jiġġenera żieda fid-domanda għas-servizzi soċjali u għall-infrastruttura soċjali fil-livell lokali, fi żmien meta l-baġits lokali jinsabu taħt pressjoni kbira;

AD.

billi r-riċerka bbażata fuq l-Istħarriġ Ewropew dwar il-Kundizzjonijiet tax-Xogħol tal-2015 turi li d-doppju tal-għadd ta' teleħaddiema regolari rrapportaw li jaħdmu aktar mit-48 siegħa stipulati fil-leġiżlazzjoni tal-UE u jistrieħu għal anqas minn 11-il siegħa bejn il-jiem tax-xogħol meta mqabbla ma' dawk li jaħdmu fil-bini tal-impjegaturi tagħhom; billi kważi 30 % ta' tali teleħaddiema jirrapportaw li jaħdmu fil-ħin liberu tagħhom kuljum jew diversi drabi fil-ġimgħa, meta mqabbla ma' anqas minn 5 % tal-ħaddiema bbażati f'uffiċċju; billi huwa aktar probabbli li t-teleħaddiema regolari jirrapportaw li jbatu minn stress relatat max-xogħol, li huma affettwati minn problemi tal-irqad u li jsibuha diffiċli jirrikonċiljaw ir-responsabilitajiet tax-xogħol u dawk tal-familja;

AE.

billi b'riżultat tal-COVID-19 u l-miżuri biex din tiġi indirizzata, jiġifieri l-konfinament u t-telexogħol, in-nisa f'relazzjonijiet abbużivi sfaw esposti b'mod permanenti għall-vjolenza, u dan żied l-għadd ta' każijiet ta' vjolenza kontra n-nisa; billi konsegwenza waħda tal-konfinament kienet li l-vjolenza abbażi tal-ġeneru u fi ħdan il-familja splodiet, b'madwar 30 % f'għadd ta' pajjiżi Ewropej; billi, b'kollox, aktar minn 243 miljun mara bejn l-etajiet ta' 15 u 49 sena esperjenzaw vjolenza sesswali u/jew fiżika madwar id-dinja f'dawn l-aħħar 12-il xahar;

AF.

billi l-pressjoni fuq in-nisa kompliet tiżdied; billi l-forom ġodda ta' xogħol imposti, li jistgħu jiġu estiżi u li huma askapitu tas-separazzjoni bejn ix-xogħol u l-ħajja privata matul il-perjodu ta' konfinament, wasslu għal splużjoni ta' forom ġodda ta' fastidju psikoloġiku u sesswali, kemm online kif ukoll offline; billi l-maġġoranza l-kbira tal-kumpaniji u l-gvernijiet ma stabbilixxew l-ebda miżura biex jiġġieldu dawn il-fenomeni;

1.   

Jenfasizza li l-UE bdiet tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari u effiċjenti fir-riżorsi, newtrali għall-klima u b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju li trid tiżgura l-ogħla livelli ta' ġustizzja soċjali, filwaqt li żżid il-benessri, il-progress soċjali, is-sigurtà, il-prosperità, l-ugwaljanza u l-inklużjoni u ma tħalli lil ħadd jibqa' lura; jemmen li l-iżvilupp sostenibbli għandu għeruq profondi fil-proġett Ewropew u l-valuri Ewropej, u li s-sostenibilità soċjali hija prerekwiżit fundamentali għal tranżizzjonijiet ekoloġiċi, diġitali u demografiċi ġusti u inklużivi; jinsisti li, sabiex jitnaqqsu l-inugwaljanzi, dawn il-proċessi għandhom jitfasslu fl-ambitu ta' tranżizzjoni li tista' toffri opportunitajiet soċjali u prosperità kondiviża; jenfasizza li l-ġustizzja soċjali, ix-xogħol deċenti b'pagi li jiggarantixxu l-għajxien, l-opportunitajiet indaqs, il-mobilità ġusta u sistemi robusti ta' protezzjoni soċjali huma elementi essenzjali fit-tranżizzjoni ġusta lejn Ewropa sostenibbli u soċjali;

2.   

Jemmen li dan il-perjodu ta' rkupru jrid ikun iż-żmien għal riformi impenjati b'mod sħiħ favur l-implimentazzjoni tal-Aġenda 2030 tan-NU u s-17-il Għan ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs) tagħha, ibbażati fuq is-solidarjetà, l-integrazzjoni, il-ġustizzja soċjali, it-tqassim ġust tal-ġid, l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, sistemi pubbliċi ta' protezzjoni soċjali ta' kwalità għolja, impjiegi ta' kwalità u tkabbir sostenibbli – mudell li jiżgura l-ugwaljanza u l-protezzjoni soċjali, filwaqt li jqis il-ħtiġijiet tal-gruppi vulnerabbli, itejjeb il-parteċipazzjoni u ċ-ċittadinanza u jtejjeb l-istandards tal-għajxien għal kulħadd; iqis li dan huwa l-aħjar mod biex l-UE toħroġ minn din il-kriżi b'mod li tkun aktar sostenibbli, aktar reżiljenti u aktar ġusta għall-ġenerazzjoni li jmiss;

3.   

Jenfasizza li l-progress lejn Ewropa soċjali sostenibbli, ġusta u inklużiva jirrikjedi impenn kondiviż u b'saħħtu, kemm għall-progress fir-rigward tal-Aġenda 2030 tan-NU kif ukoll għall-implimentazzjoni u l-materjalizzazzjoni tal-prinċipji u d-drittijiet inklużi fil-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali; jenfasizza li trid titfassal aġenda politika ambizzjuża b'miri u indikaturi tas-sostenibilità soċjali identifikabbli, fattibbli, sostenibbli, ċari u obbligatorji; jirrimarka li s-Summit Soċjali tal-UE li jmiss, ippjanat għal Mejju 2021 f'Porto, ikun l-opportunità perfetta għall-adozzjoni ta' din l-aġenda fl-ogħla livell politiku mill-mexxejja tas-27 Stat Membru u tal-Kunsill Ewropew, il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea; jitlob li jiġu involuti s-sħab soċjali matul il-proċess kollu;

Qafas ta' governanza għal progress soċjali

4.

Iqis li l-aġenda ta' Porto għandha tieħu approċċ doppju, jiġifieri għandha tiffoka fuq il-parti tas-sostenibilità soċjali tal-Aġenda 2030 tal-UE għall-Iżvilupp Sostenibbli, filwaqt li fl-istess ħin twitti t-triq għall-materjalizzazzjoni tal-prinċipji tal-EPSR permezz tal-adozzjoni ta' Pjan ta' Azzjoni u bħala segwitu għall-istrateġija ta' Lisbona, filwaqt li tistabbilixxi miri u strumenti ambizzjużi li jiddefinixxu l-perkors lejn is-sostenibilità u l-progress soċjali; jemmen li din l-aġenda jista' jkun fiha l-qafas strateġiku għal Ewropa soċjali sostenibbli, ġusta u inklużiva għall-2030;

5.

Jisħaq li l-għanijiet ta' aġenda ġdida għal Ewropa soċjali b'saħħitha jridu jiffukaw fuq li jipproteġu lil kulħadd u speċjalment lil dawk l-aktar vulnerabbli u jagħmlu l-irkupru inklużiv u soċjalment ġust, u li dawn l-għanijiet iridu jiġu msaħħa permezz ta' infurzar obbligatorju, filwaqt li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet u l-ħtiġijiet nazzjonali u jiġu riflessi l-obbligi ekonomiċi u ambjentali li l-osservanza tagħhom hija marbuta mal-aċċess għall-fondi Ewropej; iqis li, f'dan is-sens, ir-riformi, il-programmi u l-azzjonijiet ta' politika tal-UE u tal-Istati Membri għandhom jitfasslu b'mod li jikkontribwixxi għall-ilħuq ta' dawn l-objettivi obbligatorji u li l-protezzjoni legali għandha timplika li l-azzjonijiet, il-politiki, il-programmi jew ir-riformi li jista' jkollhom impatt negattiv potenzjali fuq il-progress lejn l-ilħuq ta' dawn l-objettivi, jew ixekkluh, għandhom jiġu evitati;

6.

Huwa konvint li qafas ta' governanza għal Ewropa soċjali u sostenibbli għandu jifforma parti mir-riformi li ġejjin: l-integrazzjoni tal-EPSR u protokoll ta' progress soċjali fit-Trattati, biex id-drittijiet soċjali jiġu protetti fuq l-istess livell bħal-libertajiet ekonomiċi fis-suq uniku, u l-adozzjoni ta' Patt ta' Żvilupp Sostenibbli u Progress Soċjali li jagħmel il-miri soċjali u sostenibbli obbligatorji, sabiex jinkisbu l-SDGs tan-NU; iqis li, barra minn hekk, il-proċess tas-Semestru għandu jsegwi l-metodu Komunitarju u jiġi miftiehem bejn il-Kunsill u l-Parlament Ewropew, filwaqt li aktar oqsma ta' politika soċjali għandhom jaqgħu taħt il-proċess ta' deċiżjoni b'maġġoranza kwalifikata, b'mod partikolari n-nondiskriminazzjoni, il-protezzjoni soċjali tal-ħaddiema (lil hinn minn sitwazzjonijiet transfruntieri), il-protezzjoni tal-ħaddiema li l-kuntratt tal-impjieg tagħhom ġie tterminat, ir-rappreżentanza u d-difiża kollettiva tal-interessi tal-ħaddiema u ta' min iħaddem, u l-kundizzjonijiet ta' impjieg għaċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi li jirrisjedu legalment fl-UE;

Mezzi finanzjarji għal Ewropa soċjali u sostenibbli b'saħħitha

7.

Jistieden lill-Istati Membri jagħmlu użu sħiħ mill-flessibilità fl-applikazzjoni tar-regoli tal-UE dwar il-finanzi pubbliċi u l-politiki fiskali, sabiex jagħtu lok għal infiq eċċezzjonali biex jiġu evitati u jittaffew il-konsegwenzi soċjali tal-kriżi tal-pandemija tal-COVID-19, isaħħu s-sistemi ta' protezzjoni soċjali, u jiffinanzjaw impjiegi ta' kwalità, servizzi pubbliċi, il-ġlieda kontra l-faqar u t-tranżizzjoni ekoloġika u dik diġitali; jilqa' n-Next Generation EU, il-pjan ta' rkupru tal-UE; jenfasizza li tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali ġusti jistgħu jinkisbu biss b'appoġġ xieraq għall-edukazzjoni u l-kura soċjali u l-infrastruttura tal-kura tas-saħħa, sabiex jiġu żgurati l-ġustizzja soċjali, il-koeżjoni soċjali u l-prosperità għal kulħadd; huwa mħasseb li, fil-kriżi attwali, is-sistemi ta' protezzjoni soċjali qed jesperjenzaw pressjoni mingħajr preċedent u li n-nefqa pubblika relatata se tiżdied b'mod esponenzjali; jissottolinja li n-nefqa għall-miżuri tal-kriżi ma għandhiex issir għad-detriment ta' dawk l-anqas għonja, iżda għandha tinġarr b'mod ġust; jisħaq, għalhekk, li sabiex jitħeġġeġ l-irkupru, l-isforz ta' investiment tal-UE permezz tal-Pjan ta' Rkupru jrid ikollu dimensjoni soċjali b'saħħitha li ssaħħaħ is-sistemi ta' protezzjoni soċjali u li tinvesti fis-sigurtà soċjali, l-aċċess għall-kura tas-saħħa u l-edukazzjoni, l-akkomodazzjoni affordabbli, l-impjiegi, il-ġustizzja u s-servizzi soċjali għall-gruppi vulnerabbli, sabiex jiġi miġġieled l-impatt soċjali tal-kriżi; iqis li l-investiment fl-edukazzjoni, is-sistemi tat-taxxa u tal-benefiċċji progressivi mfassla tajjeb, l-investiment soċjali u l-għoti ta' servizzi pubbliċi u soċjali ta' kwalità huma lievi essenzjali biex jiġi evitat it-trasferiment tal-iżvantaġġi minn ġenerazzjoni waħda għal dik ta' warajha; jisħaq fuq l-importanza tal-implimentazzjoni tal-EPSR fil-kuntest tal-Pjan ta' Rkupru Ewropew u tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, fl-istess livell bħal dak tal-Patt Ekoloġiku u t-tranżizzjoni diġitali; jitlob, għalhekk, li r-riformi li ġejjin marbuta mal-pakkett għall-irkupru jinkludu konverġenza soċjali 'l fuq bħala wieħed mill-objettivi ewlenin tal-programmi nazzjonali ta' riforma, inkluż permezz ta' appoġġ finanzjarju; jemmen, f'dan is-sens, li l-miri l-ġodda ta' Porto 2030 għandhom jiġu appoġġati fil-Pjan ta' Rkupru, flimkien mal-miri ekonomiċi u ambjentali;

8.

Jenfasizza li l-investiment soċjali fil-pakkett ta' rkupru, bħala ambizzjoni, għandu jikkorrispondi għall-miri tal-Aġenda ta' Porto, sabiex jipprovdi wkoll l-appoġġ finanzjarju meħtieġ; jemmen li Pjanijiet ta' Progress Soċjali (SPPs) għandhom jiddeskrivu kif il-miri tal-Aġenda ta' Porto u l-prinċipji tal-EPSR se jiġu implimentati, id-daqs tal-investimenti soċjali, l-oqsma inkwistjoni, u r-riżultati tal-progress fil-mira;

9.

Ifakkar li l-iskemi ta' xogħol b'ħinijiet iqsar huma għodda effettiva biex jiġu ssalvagwardjati l-impjiegi matul kriżi ekonomika; jilqa' l-istabbiliment tal-Istrument għal appoġġ temporanju biex jittaffew ir-Riskji ta' Qgħad f'Emerġenza (SURE) bħala miżura ta' emerġenza biex jiġu appoġġati l-iskemi ta' xogħol b'ħinijiet iqsar tal-Istati Membri fil-kuntest tal-kriżi tal-COVID-19; jenfasizza li dan huwa strument ewlieni li jappoġġa skemi nazzjonali ta' xogħol b'ħinijiet iqsar, u b'hekk jagħmilha possibbli li jiġu salvagwardjati l-impjiegi u l-ħiliet u li jiġi ppreservat proporzjon kbir ta' pagi u dħul; jistieden lill-Kummissjoni tevalwa bir-reqqa l-prestazzjoni ta' dan l-istrument temporanju u teżamina l-possibilità li jiġi introdott strument speċjali permanenti f'dan ir-rigward, li jiġi attivat – fuq talba tal-Istati Membri – f'każ ta' kriżi mhux mistennija li twassal għal żieda kostanti fin-nefqa għal skemi ta' xogħol b'ħinijiet iqsar u miżuri simili; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li l-assistenza finanzjarja tingħata biss lil impriżi li mhumiex reġistrati fil-pajjiżi elenkati fil-lista komuni tal-UE ta' ġurisdizzjonijiet ta' pajjiżi terzi għal finijiet ta' taxxa jew fl-Anness 1 tal-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-lista riveduta tal-UE ta' ġurisdizzjonijiet li ma jikkooperawx għal finijiet ta' taxxa; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li l-benefiċjarji jikkonformaw mal-valuri fundamentali minquxa fit-Trattati, u li l-kumpaniji li jirċievu appoġġ finanzjarju pubbliku jipproteġu lill-ħaddiema, jiggarantixxu kundizzjonijiet tax-xogħol deċenti, jirrispettaw it-trade unions u l-ftehimiet kollettivi applikabbli, iħallsu s-sehem tagħhom tat-taxxi, u joqogħdu lura milli jwettqu riakkwist ta' ishma jew iħallsu bonusijiet lill-maniġment jew dividendi lill-azzjonisti; jenfasizza l-importanza li l-programmi ta' xogħol b'ħinijiet iqsar jiġu kkombinati mal-edukazzjoni u t-taħriġ professjonali għall-ħaddiema affettwati;

10.

Jilqa' t-tħabbira tal-President tal-Kummissjoni Ewropea li pproponiet Skema tal-UE ta' Riassigurazzjoni tal-Benefiċċju tal-Qgħad, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni tippreżenta l-proposta tagħha; jitlob biex dan l-istrument jipproteġi t-tipi kollha ta' ħaddiema, inaqqas il-pressjoni minn xokkijiet esterni fuq il-finanzi pubbliċi u jissalvagwardja s-sistemi nazzjonali tal-benefiċċju tal-qgħad matul kriżijiet li jwasslu għal żieda f'daqqa fin-nefqa; jitlob li din il-proposta tkopri pajjiżi tal-UEM bil-possibilità li jissieħbu pajjiżi barra mill-UEM;

11.

Jilqa' l-introduzzjoni ta' Fond għal Tranżizzjoni Ġusta; jisħaq li aċċettazzjoni soċjali wiesgħa tal-miżuri tal-protezzjoni ambjentali u tal-azzjoni klimatika hija vitali għall-implimentazzjoni effettiva tagħhom; iħeġġeġ lill-Istati Membri jinvolvu b'mod effettiv lis-sħab soċjali, lill-gvern reġjonali u lokali u lis-soċjetà ċivili fit-tfassil tal-Pjanijiet Territorjali għal Tranżizzjoni Ġusta; ifakkar li t-tibdil fil-klima u l-bidliet strutturali sussegwenti diġà qed iħallu impatt qawwi fuq ħafna reġjuni Ewropej u l-abitanti tagħhom; jisħaq li l-ħolqien ta' impjiegi ekoloġiċi u deċenti huwa kruċjali sabiex jinkiseb suq tal-impjiegi inklużiv u bbilanċjat biex jakkumpanja t-tranżizzjoni xierqa u ġusta lejn ekonomija newtrali f'termini ta' emissjonijiet tal-karbonju, ċirkolari, effiċjenti ħafna fir-riżorsi u fl-enerġija u bbażata fuq sorsi ta' enerġija rinnovabbli, effiċjenti ħafna fl-użu tar-riżorsi u l-enerġija, u bbażata fuq sorsi rinnovabbli u biex jiġi żgurat li ħadd ma jitħalla jibqa' lura; jinsisti li jiżdied l-ammont imressaq f'Mejju 2020 għall-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta mill-Kummissjoni fil-proposta emendata tagħha; jitlob li l-Fond ikollu biżżejjed mezzi finanzjarji biex jappoġġa lir-reġjuni fi tranżizzjoni u jiżgura li jinħolqu impjiegi ġodda ta' kwalità u li l-koeżjoni soċjali tkun il-prinċipju gwida għall-għoti ta' appoġġ fl-ambitu tal-Fond; jisħaq li l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni rivedut huwa essenzjali biex jiġu appoġġati l-pjanijiet soċjali għall-ħaddiema milquta mir-ristrutturar, u jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jaqblu dwar żieda sostanzjali fil-baġit għal dan l-istrument bħala parti mill-appoġġ finanzjarju usa' tal-Fond Ewropew għal Tranżizzjoni Ġusta; jitlob li jsir użu sostenibbli u ambizzjuż tal-fondi disponibbli sabiex jiġu appoġġati dawk ir-reġjuni li huma l-aktar vulnerabbli u li għadhom lura, billi jintużaw miżuri tranżitorji fejn meħtieġ; ifakkar fl-importanza li l-proġetti eliġibbli jkunu konsistenti mal-objettiv ta' newtralità klimatika għall-2050, inklużi l-passi intermedji relatati sal-2030, kif ukoll mal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali;

12.

Jenfasizza l-bidliet li t-tranżizzjoni ġusta ġġib fis-suq tax-xogħol u d-distribuzzjoni tal-impjiegi ekoloġiċi ġodda; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżviluppaw strateġiji biex jiżguraw l-aċċess tan-nisa għall-impjiegi ekoloġiċi ġodda u biex inaqqsu d-disparità bejn il-ġeneri fl-impjiegi fis-settur tal-enerġiji rinnovabbli;

13.

Ifakkar li, qabel il-pandemija tal-COVID-19, aktar minn 100 miljun Ewropew kienu qed iħabbtu wiċċhom ma' faqar u privazzjoni materjali kuljum u li s-sitwazzjoni se tmur għall-agħar b'riżultat tal-kriżi; jirrikonoxxi r-rwol kruċjali tal-fondi u l-programmi Ewropej kollha fil-qasam soċjali u r-rwol saħansitra aktar essenzjali li l-FSE+ u l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) futuri se jkollhom fis-seba' snin li ġejjin; jenfasizza li l-isforzi ta' rkupru għandhom jagħtu spinta lill-impjiegi u lit-tkabbir u lir-reżiljenza u l-ġustizzja tas-soċjetajiet tagħna, u għandhom ikunu kkomplementati minn dimensjoni soċjali b'saħħitha, filwaqt li jindirizzaw l-inugwaljanzi soċjali u ekonomiċi u l-ħtiġijiet ta' dawk li ntlaqtu l-aktar mill-kriżi, b'mod partikolari l-gruppi vulnerabbli u dawk żvantaġġati, bħal dawk fil-faqar, il-persuni qiegħda, l-anzjani, iż-żgħażagħ, il-persuni b'diżabilità, il-ġenituri waħedhom, il-ħaddiema mobbli u l-migranti; jilqa' l-impenn tal-Kummissjoni li timmobilizza l-FEG b'reazzjoni għall-impatt tal-kriżi tal-COVID-19 fil-livell soċjali u ekonomiku, u jenfasizza li l-estensjoni tal-kamp ta' applikazzjoni tal-FEG għat-tranżizzjonijiet diġitali u ekoloġiċi se tirrikjedi finanzjament suffiċjenti għas-snin li ġejjin; jistieden lill-Istati Membri jagħmlu użu sħiħ minn dan il-fond sabiex jakkumpanjaw lill-ħaddiema spostati f'dawn it-tranżizzjonijiet;

14.

Jinsab imħasseb li fil-kuntest tal-irkupru mit-tifqigħa tal-COVID-19, il-ħtieġa li jiġi indirizzat il-faqar, inkluż il-faqar fost it-tfal, se ssir imminenti fis-snin li ġejjin; jissottolinja li l-Istati Membri għandhom jallokaw mill-inqas 5 % tar-riżorsi tal-Fond Soċjali Ewropew (FSE+) taħt ġestjoni kondiviża biex jappoġġaw attivitajiet fl-ambitu tal-Garanzija Ewropea għat-Tfal (ECG); jisħaq li huwa essenzjali li jinħoloq baġit separat ta' EUR 3 biljun għall-ewwel sena mill-implimentazzjoni tagħha, meta l-UE tkun qed ssofri l-konsegwenzi tal-pandemija tal-COVID-19, li se jkollha impatt dejjem akbar fuq it-tfal bħala l-aktar grupp vulnerabbli fost dawk l-aktar żvantaġġati, u li total ta' mill-anqas EUR 20 biljun jiġi investit fl-ECG fil-perjodu 2021 – 2027; iħeġġeġ sabiex dan jiġi kkomplementat minn Strateġija komprensiva Kontra l-Faqar li tinkludi miżuri li jiżguraw akkomodazzjoni deċenti u affordabbli u li jindirizzaw il-problema ta' persuni mingħajr dar; ifakkar li kwalunkwe strateġija biex jinqered il-faqar fost it-tfal trid tqis ir-realtà tal-ġenituri waħedhom u l-familji b'għadd kbir ta' tfal, minħabba li l-familji b'ġenitur wieħed u l-unitajiet domestiċi b'ħafna tfal huma fost il-gruppi vulnerabbli fis-soċjetà; jissottolinja wkoll li l-Istati Membri għandhom jallokaw mill-anqas 3 % tar-riżorsi tal-FSE+ taħt ġestjoni kondiviża biex jindirizzaw il-privazzjoni alimentari u materjali kif ukoll biex jappoġġaw l-inklużjoni soċjali ta' dawk l-aktar fil-bżonn;

15.

Jenfasizza li l-kriżi tal-COVID-19 diġà ħalliet bosta persuni mingħajr impjieg, speċjalment żgħażagħ li jsibu ruħhom aktar ta' spiss f'impjieg prekarju; jilqa' f'dan il-kuntest il-pjanijiet tal-Kummissjoni li ssaħħaħ il-Garanzija Ewropea għaż-Żgħażagħ, u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jagħmlu l-ġlieda kontra l-qgħad fost iż-żgħażagħ prijorità; jenfasizza li jeħtieġ li l-Istati Membri jkomplu jinvestu riżorsi suffiċjenti tal-FSE+ f'miżuri li jappoġġaw l-impjiegi taż-żgħażagħ u li għalhekk dawn iridu jallokaw mill-anqas 15 % tar-riżorsi tal-FSE+ tagħhom taħt ġestjoni kondiviża għal azzjonijiet immirati u riformi strutturali biex jappoġġaw impjiegi taż-żgħażagħ ta' kwalità; ifakkar fil-ħtieġa ta' Garanzija għaż-Żgħażagħ vinkolanti, aktar effettiva u inklużiva li tipprovdi traineeships, apprendistati u internships bi ħlas għall-gruppi kollha ta' persuni barra mill-edukazzjoni, impjieg jew taħriġ (NEETs), f'qafas ċar ta' kriterji tal-kwalità li jirregola l-Garanzija għaż-Żgħażagħ; jikkundanna l-prattika ta' internships mhux imħallsa, meta tali prattika ma tkunx relatata mal-kisba ta' kwalifiki professjonali, bħala forma ta' sfruttament tal-ħaddiema żgħażagħ u ksur tad-drittijiet tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni tressaq qafas legali għal projbizzjoni effettiva u infurzabbli fuq tali internships, traineeships u apprendistati mhux imħallsa;

L-Aġenda ta' Porto: miri u proposti

16.

Jemmen li l-Aġenda ta' Porto, bħala aġenda Soċjali Ewropea b'saħħitha għall-iżvilupp sostenibbli, għandha tinkludi indikaturi ekonomiċi, soċjali u ambjentali tal-benessri u għandha tkopri l-oqsma li ġejjin: xogħol deċenti, ġustizzja soċjali u opportunitajiet indaqs, sistemi robusti ta' protezzjoni soċjali u mobilità ġusta; iqis li, sabiex jinkisbu riżultati aktar tanġibbli, din l-aġenda l-ġdida għandha tikkombina miri kwantitattivi u kwalitattivi u għandha tkun imsejsa fuq approċċ ibbażat fuq id-drittijiet;

17.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jindirizzaw b'mod attiv id-distakk diġitali fl-aċċess għas-servizzi pubbliċi, li bosta minnhom ġew diġitalizzati matul il-COVID-19, billi jiżguraw appoġġ finanzjarju mill-UE għall-innovazzjoni soċjali fil-livell lokali biex is-servizzi pubbliċi jsiru aċċessibbli aktar faċilment, inklużi l-bini tal-kapaċitajiet u l-iskalar tal-inizjattivi innovattivi minn isfel għal fuq għall-inklużjoni elettronika u l-litteriżmu fid-data, sabiex jiġi żgurat li ċ-ċittadini kollha jkollhom aċċess għal servizzi ta' interess ġenerali ta' kwalità għolja, aċċessibbli u faċli għall-utent;

1.    Xogħol deċenti u swieq tax-xogħol sostenibbli u inklużivi

18.

Jinnota li pagi deċenti huma element essenzjali ta' kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti u għal ekonomija soċjali tas-suq li tirnexxi, u li l-pagi għandhom jippermettu lill-ħaddiema jissodisfaw il-ħtiġijiet tagħhom u dawk tal-familji tagħhom; jemmen li kull ħaddiem fl-UE għandu jirċievi paga li tiżgura mill-inqas standard tal-għajxien deċenti; jemmen li negozjar kollettiv imsaħħaħ huwa l-aħjar mod biex jiġu promossi pagi deċenti fl-UE; jistieden lill-Kummissjoni tidentifika l-ostakli għan-negozjar kollettiv fl-UE u jieħu nota tal-proposta għal direttiva dwar il-pagi minimi u n-negozjar kollettiv; jissottolinja li din id-direttiva għandha tikkontribwixxi għall-eliminazzjoni tal-faqar fost dawk li jaħdmu u tippromwovi n-negozjar kollettiv, f'konformità mat-tradizzjonijiet nazzjonali u bir-rispett dovut għall-awtonomija tas-sħab soċjali nazzjonali u l-mudelli ta' negozjar kollettiv li jiffunzjonaw tajjeb; itenni l-appell tiegħu lill-Kummissjoni biex twettaq studju dwar indiċi tal-pagi li jiggarantixxu l-għajxien, sabiex tistma l-għoli tal-ħajja u l-introjtu approssimattiv meħtieġ biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet bażiċi tal-unitajiet domestiċi għal kull Stat Membru u reġjun, peress li dan jista' jservi bħala għodda ta' referenza għas-sħab soċjali; jinsisti li l-pagi minimi statutorji jiġu stabbiliti f'livell ogħla mis-soll tad-deċenza, bl-involviment sħiħ tas-sħab soċjali, billi dan jikkontribwixxi għall-eliminazzjoni tal-faqar fost dawk li jaħdmu, filwaqt li jiggarantixxi introjtu għal kull ħaddiem 'il fuq mil-livell tal-faqar filwaqt li jitqiesu l-varjazzjonijiet fl-għoli tal-ħajja fl-Istati Membri; jitlob li jkun hemm approċċ ikkoordinat fil-livell tal-UE sabiex jinkiseb tkabbir reali tal-pagi, jiġi evitat l-ispiral 'l isfel ta' kompetizzjoni dannuża fir-rigward tal-kost lavorattiv u tiżdied il-konverġenza soċjali 'l fuq għal kulħadd;

19.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, flimkien mas-sħab soċjali, jimpenjaw ruħhom li jilħqu kopertura ta' negozjar kollettiv ta' 90 % sal-2030 f'dawk is-sistemi nazzjonali li jikkombinaw ir-regolament statutorju u tas-sħab soċjali dwar il-kundizzjonijiet tal-impjiegi u tax-xogħol; jisħaq li n-negozjar kollettiv jikkontribwixxi għall-ekonomija soċjali tas-suq, li hija waħda mill-miri fit-Trattat ta' Lisbona; itenni li t-trattati Ewropej, li jipproteġu b'mod espliċitu l-awtonomija tas-sħab soċjali, u s-sistemi awtoregolatorji fis-seħħ f'xi Stati Membri, iridu jiġu protetti sabiex is-sħab soċjali jirregolaw b'mod awtonomu, filwaqt li jiġu żgurati leġittimità b'saħħitha u progress fil-kopertura tan-negozjar kollettiv; jistieden lill-Istati Membri jneħħu kwalunkwe leġiżlazzjoni nazzjonali li xxekkel in-negozjar kollettiv, inkluż billi jiżguraw l-aċċess tat-trade unions għall-postijiet tax-xogħol għall-finijiet ta' organizzazzjoni; jissottolinja li r-riformi fl-Istati Membri m'għandhomx jaffettwaw b'mod negattiv in-negozjar kollettiv u li dan jeħtieġ li jiġi promoss fil-livell settorjali, inkluż bl-appoġġ għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet tas-sħab soċjali; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jinvolvu bis-sħiħ lis-sħab soċjali fit-tfassil tal-politika Ewropea, inkluż fil-proċess tas-Semestru Ewropew; jemmen li l-miri proposti jikkontribwixxu għall-qerda tal-faqar fost dawk li jaħdmu u biex jiġu żgurati pagi ġusti għall-ħaddiema Ewropej;

20.

Jistieden lill-Kummissjoni tirrevedi d-direttiva Ewropea dwar l-akkwist pubbliku sabiex jiġi stabbilit trattament preferenzjali għall-kumpaniji li jikkonformaw mal-ftehimiet tan-negozjar kollettiv; jistieden ukoll lill-Kummissjoni ssaħħaħ l-klawżola soċjali u teskludi mill-offerti lil kumpaniji li kienu involuti f'attivitajiet kriminali jew li jfixklu lit-trade unions (union-busting) jew li rrifjutaw li jipparteċipaw f'negozjar kollettiv, filwaqt li tiżgura li l-fondi pubbliċi jintużaw biex isir investiment fit-Tranżizzjonijiet Ġusti bil-għan li jippromwovu l-ftehimiet kollettivi u jżidu d-densitajiet tat-trade unions; iqis ukoll li l-appoġġ finanzjarju kollu tal-UE lill-impriżi għandu jkun soġġett għall-konformità tagħhom mal-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-impjiegi applikabbli u/jew mal-obbligazzjonijiet ta' min iħaddem li jirriżultaw mill-ftehimiet kollettivi rilevanti; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li l-istituzzjonijiet tas-servizzi pubbliċi, kemm jekk ġestiti privatament kif ukoll jekk ġestiti pubblikament, jipprovdu kundizzjonijiet tax-xogħol deċenti għall-persunal tagħhom, filwaqt li jirrispettaw b'mod partikolari l-libertà (tagħhom?) li jinnegozjaw u jikkonkludu ftehimiet kollettivi settorjali jew fil-livell tal-kumpaniji u d-dritt (tagħhom?) għal pagi adegwati;

21.

Jinnota bi tħassib kbir il-livell għoli ta' qgħad fost iż-żgħażagħ f'għadd ta' Stati Membri u l-fraġilità tal-kuntratti tax-xogħol tal-ħaddiema żgħażagħ, b'mod partikolari f'setturi milquta serjament mill-COVID-19; jitlob Strument ta' Garanzija għaż-Żgħażagħ imsaħħaħ bil-għan li jitnaqqas il-qgħad fit-tul u l-qgħad fost iż-żgħażagħ mill-inqas b'50 % sal-2030, li jinkludi wkoll kriterji għall-ħolqien ta' impjiegi ta' kwalità bi qbil mal-Għan ta' Żvilupp Sostenibbli 8 tal-Aġenda 2030 tan-NU; jemmen li wasal iż-żmien li l-Garanzija għaż-Żgħażagħ issir kemm vinkolanti għall-Istati Membri kollha kif ukoll inklużiva, inklużi miżuri ta' sensibilizzazzjoni attivi lejn NEETs fit-tul u żgħażagħ minn ambjenti soċjoekonomiċi żvantaġġati, bħal żgħażagħ b'diżabilità u żgħażagħ Romani;

22.

Jisħaq li aġenda Ewropea għal impjiegi ta' kwalità mhijiex biss kwistjoni ta' deċenza, iżda hija tajba wkoll għall-ekonomija peress li ttejjeb il-produttività u tagħti spinta lid-domanda interna; iqis li impjieg ta' kwalità jrid jinkludi paga li tiggarantixxi l-għajxien, sigurtà tal-impjieg u aċċess għall-protezzjoni soċjali, opportunitajiet ta' tagħlim tul il-ħajja, kundizzjonijiet tax-xogħol tajbin f'postijiet tax-xogħol sikuri u tajbin għas-saħħa, ħinijiet tax-xogħol raġonevoli b'bilanċ tajjeb bejn ix-xogħol u l-ħajja privata u rappreżentanza tat-trade unions u drittijiet ta' negozjar; jistieden lill-Kummissjoni tinkludi l-objettiv ġenerali li ttejjeb il-kwalità tax-xogħol fil-livell Ewropew fil-proċess tas-Semestru u t-Tabella ta' Valutazzjoni Soċjali, bil-għan li tiggwida u tivvaluta l-kontribut tal-politiki dwar l-impjiegi madwar l-Istati Membri għall-implimentazzjoni tal-SDGs u l-EPSR; jistieden lill-Istati Membri jagħtu lir-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiż fl-oqsma soċjali u dawk relatati mal-impjiegi, speċjalment dawk maħruġa wara l-kriżi tal-COVID-19, l-istess importanza bħal dik li jagħtu lir-rakkomandazzjonijiet (fl-oqsma) ekonomiċi u baġitarji;

23.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw ir-reviżjoni tal-Linji Gwida tal-UE dwar l-Impjiegi mhux aktar tard minn sena wara l-adozzjoni tagħhom fl-2020, sabiex iqisu l-kriżi tal-COVID-19 u l-konsegwenzi soċjali u għall-impjiegi tagħha, u jirrispondu aħjar għal kriżijiet futuri simili; jinsisti li, sabiex jissaħħaħ il-proċess deċiżjonali demokratiku, il-Parlament Ewropew għandu jiġi involut fid-definizzjoni tal-Linji Gwida Integrati għat-Tkabbir u l-Impjiegi, fuq bażi ugwali mal-Kunsill; jistieden lill-Eurofound tikkontribwixxi għall-kejl tal-kwalità tal-impjiegi f'ambjenti kuntrattwali u ta' impjiegi differenti u tipprovdi analiżijiet rilevanti għall-politika biex tgħin fit-titjib tal-kwalità tal-impjiegi u tagħmel ix-xogħol sostenibbli;

24.

Huwa mħasseb dwar iż-żieda fl-għadd ta' ħaddiema f'forom ta' impjieg prekarju u mhux standard, ħaddiema indipendenti b'mod fittizju u ħaddiema b'kuntratti ta' żero sigħat, inkluż fl-amministrazzjonijiet pubbliċi nazzjonali; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jaħdmu biex jintlaħaq l-objettiv li jiġu eliminati l-impjiegi temporanji involontarji u l-impjiegi part-time involontarji sal-2030 u biex 80 % tal-impjiegi maħluqa jkunu b'paga medja jew għolja u kkonċentrati f'setturi sostenibbli; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jeliminaw il-prattiki ta' kuntratti ta' żero sigħat u impjiegi indipendenti fittizji;

25.

Jistieden lill-Istati Membri jimpenjaw ruħhom biex jeliminaw l-imwiet relatati max-xogħol u jnaqqsu l-mard relatat max-xogħol sal-2030; iħeġġeġ lill-Kummissjoni toħroġ bi strateġija ġdida għas-Saħħa u s-Sikurezza Okkupazzjonali, li tittratta kemm is-saħħa fiżika kif ukoll dik mentali tal-ħaddiema, sabiex jintlaħaq dan il-għan; jemmen li din l-istrateġija għandha tinkludi r-reviżjoni tad-direttiva qafas dwar is-saħħa u s-sikurezza sabiex il-ħaddiema jiġu protetti waqt sitwazzjonijiet ta' emerġenza bħall-pandemiji, kif ukoll proposti leġiżlattivi ambizzjużi dwar disturbi muskoloskeletali u relatati mal-istress, f'kooperazzjoni mas-sħab soċjali; jistieden lill-Kummissjoni tkompli taġġorna d-Direttiva dwar il-Karċinoġeni u l-Mutaġeni (CMD) u tipproponi Valuri ta' Limitu Vinkolanti għall-Esponiment Okkupazzjonali (BOELs) għal minimu ta' 50 sustanza addizzjonali sal-2024, u tinkludi fid-Direttiva sustanzi b'effetti ta' ħsara fuq is-sistema riproduttiva u tintroduċi valuri ta' limitu aktar stretti fuq sustanzi dannużi bħall-karċinoġeni u l-mutaġeni; jisħaq li l-UE trid tkompli tibni fuq il-Qafas Ewropew għal Azzjoni dwar is-Saħħa Mentali; jinnota li waħda mill-miri hija wkoll il-prevenzjoni tal-kanċer, peress li huwa meqjus li 40 % tal-kanċers jistgħu jiġu evitati; jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta Pjan ambizzjuż għall-Ġlieda kontra l-Kanċer biex tgħin biex titnaqqas it-tbatija kkawżata minn din il-marda; jitlob li r-rwol tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol jissaħħaħ biex tippromwovi postijiet tax-xogħol sani u sikuri madwar l-Unjoni u tiżviluppa aktar inizjattivi li jtejbu l-prevenzjoni fuq il-post tax-xogħol fis-setturi ta' attività kollha;

26.

Jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta aġenda ta' kura strateġika tal-UE bħala pass ieħor 'il quddiem biex tingħata s-setgħa b'mod kwalitattiv lis-settur tal-kura tas-saħħa fl-UE, inklużi l-ħaddiema ta' servizzi personali u domestiċi; itenni li l-aġenda tal-kura jeħtieġ li tirrifletti wkoll is-sitwazzjoni tal-100 miljun persuna li tindokra b'mod informali fl-UE, li jipprovdu 80 % tal-kura fit-tul iżda li fil-parti l-kbira tagħhom jibqgħu ma jiġux rikonoxxuti; jistieden lill-Kummissjoni biex, f'koordinazzjoni mal-Istati Membri, tiżviluppa qafas regolatorju li jiggarantixxi servizzi ta' kura ta' kwalità, inkluża l-valutazzjoni ta' opportunitajiet ġodda fis-settur tal-kura tas-saħħa li jkunu ta' benefiċċju għall-konsumaturi u l-pazjenti, filwaqt li tirrispetta r-rwol tal-istituzzjonijiet pubbliċi u privati fl-għoti ta' servizzi liċ-ċittadini u tiżgura kundizzjonijiet tax-xogħol deċenti għall-persuni li jindukraw;

27.

Jirrikonoxxi li xogħol ġust u soċjalment sostenibbli u parteċipazzjoni reali tal-impjegati fit-tfassil tal-kundizzjonijiet tax-xogħol huma aktar importanti minn qatt qabel, fil-pjattaformi diġitali kif ukoll fis-setturi l-oħra kollha, u li l-ħaddiema jrid ikollhom influwenza demokratika fuq il-governanza tax-xogħol; jissottolinja li l-benefiċċji tad-diġitalizzazzjoni jridu jiġu kondiviżi b'mod wiesa' u ekwu u li l-ħaddiema fis-settur diġitali jridu jgawdu l-istess drittijiet u kundizzjonijiet tax-xogħol bħal dawk f'setturi oħra; jistieden lill-Kummissjoni tipproponi direttiva dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol deċenti u d-drittijiet fl-ekonomija diġitali, li tkopri lill-ħaddiema kollha, inklużi l-ħaddiema mhux standard b'kuntratti atipiċi, il-ħaddiema f'kumpaniji pjattaforma u dawk li jaħdmu għal rashom; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura, f'din id-direttiva, li n-negozji tal-pjattaforma jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni nazzjonali u Ewropea eżistenti, tikkjarifika l-istatus tal-impjieg tal-ħaddiema bbażati fuq il-pjattaformi permezz tas-suppożizzjoni konfutabbli ta' relazzjoni ta' impjieg u tissalvagwardja l-kundizzjonijiet tax-xogħol, il-protezzjoni soċjali u s-saħħa u s-sikurezza tagħhom, kif ukoll id-dritt tagħhom li jorganizzaw, li jkunu rrappreżentati minn trade unions u li jinnegozjaw ftehimiet kollettivi, inkluż għal dawk li jaħdmu għal rashom; iħeġġeġ lill-Kummissjoni twettaq reviżjoni mmirata tad-dritt tal-kompetizzjoni tal-UE biex tippermetti li jiġi stabbilit prezz kollettiv għal dawk li jaħdmu għal rashom b'mod prekarju, sabiex jiġi żgurat bilanċ aħjar fil-poter tan-negozjar u suq intern aktar ġust;

28.

Jisħaq li l-pandemija tal-COVID-19 issottolinjat l-importanza ta' soluzzjonijiet diġitali, b'mod partikolari t-telexogħol; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tippreżenta direttiva dwar standards u kundizzjonijiet minimi għal telexogħol ġust, tipproteġi s-saħħa u s-sikurezza tal-ħaddiema u tiżgura kundizzjonijiet tax-xogħol deċenti, inklużi n-natura volontarja tiegħu, ir-rispett tas-sigħat tax-xogħol, il-liv, il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata u drittijiet diġitali oħra fuq il-post tax-xogħol bħad-dritt għall-iskonnessjoni, il-protezzjoni tal-privatezza tal-ħaddiema, inkluż kontra monitoraġġ mill-bogħod jew kwalunkwe tip ieħor ta' traċċar, u l-projbizzjoni ta' impjanti ta' mikroċipep fuq il-ħaddiema u tal-użu tal-intelliġenza artifiċjali fil-proċessi ta' reklutaġġ, filwaqt li jitqies il-Ftehim Qafas tas-Sħab Soċjali Ewropej dwar id-Diġitalizzazzjoni;

29.

Jistieden lill-Kummissjoni tintroduċi direttiva qafas ġdida dwar l-informazzjoni, il-konsultazzjoni u l-parteċipazzjoni tal-ħaddiema għal forom ta' kumpaniji Ewropej, inklużi l-ktajjen tas-sottokuntrattar u l-frankiġji, u għall-kumpaniji li jużaw strumenti Ewropej ta' mobilità tal-kumpaniji, sabiex jiġu stabbiliti standards minimi, inkluż dwar l-antiċipazzjoni ta' bidla u ristrutturar, b'mod partikolari fil-livell tal-kumpaniji; jitlob ukoll li ssir reviżjoni tad-direttiva dwar il-Kunsill Ewropew tax-Xogħlijiet (EWC) biex jiġu żgurati, fost l-oħrajn, infurzar xieraq, aċċess għall-ġustizzja u sanzjonijiet effettivi għal ksur tar-regoli u biex jittejjeb il-funzjonament tal-korp speċjali ta' negozjar, inkluż proċess transnazzjonali ta' informazzjoni u konsultazzjoni, li għandu jitwettaq u jitlesta kif xieraq qabel ma tittieħed kwalunkwe deċiżjoni; jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi s-sjieda ta' ishma għall-impjegati, bħala għodda biex tittejjeb l-inklużjoni tal-ħaddiema billi tittejjeb id-demokrazija fuq il-post tax-xogħol, filwaqt li jitnaqqsu l-inugwaljanzi kif ukoll ir-riskju tat-telf ta' impjiegi waqt perjodi ta' reċessjoni;

30.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jistabbilixxu l-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti meħtieġa sabiex sal-2030 ikun hemm mill-inqas 80 % tal-korporazzjonijiet koperti minn ftehimiet ta' governanza korporattiva sostenibbli, filwaqt li jiġu stabbiliti strateġiji miftiehma mal-ħaddiema sabiex jiġi influwenzat b'mod pożittiv l-iżvilupp ambjentali, soċjali u ekonomiku permezz ta' prattiki ta' governanza u preżenza fis-suq, tittejjeb l-akkontabbiltà tad-diretturi fir-rigward tal-integrazzjoni tas-sostenibbiltà fil-proċessi deċiżjonali korporattivi, u jiġu promossi prattiki ta' governanza korporattiva li jikkontribwixxu għas-sostenibbiltà tal-kumpaniji, b'referenza, fost l-oħrajn, għar-rapportar korporattiv, ir-remunerazzjoni tal-membri tal-bord, id-differenza fil-proporzjon tal-paga massima, il-kompożizzjoni tal-bordijiet u l-involviment tal-partijiet ikkonċernati;

31.

Jitlob li titfassal direttiva dwar drittijiet tal-bniedem vinkolanti, diliġenza dovuta u mġiba responsabbli fin-negozju, li tinkludi d-drittijiet tal-ħaddiema bħad-dritt ta' assoċjazzjoni, id-dritt ta' negozjar kollettiv u d-dritt tas-saħħa u s-sikurezza, il-protezzjoni soċjali u kundizzjonijiet tax-xogħol tajbin, filwaqt li tistabbilixxi diliġenza dovuta obbligatorja li tkopri l-attivitajiet tal-kumpaniji u r-relazzjoni kummerċjali tagħhom, inklużi l-ktajjen tal-provvista u tas-sottokuntrattar; jisħaq li din id-direttiva għandha tiżgura l-involviment sħiħ tat-trade unions u tar-rappreżentanti tal-ħaddiema fil-proċess kollu tad-diliġenza dovuta u għandha tiggarantixxi d-dritt li jinkiseb negozjar kollettiv fil-livelli rilevanti rigward il-politiki dwar id-diliġenza dovuta; jissottolinja li kemm l-ispettorati nazzjonali tax-xogħol kif ukoll l-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) iridu jkunu jistgħu jwettqu spezzjonijiet konġunti tul il-katina kollha, ikunu miftuħa li jressqu lmenti, u jkunu jistgħu joffru appoġġ għall-konformità, fir-rigward tal-kumpaniji kollha tal-UE u tal-kumpaniji li jixtiequ jkollhom aċċess għas-suq intern; jistieden lill-Kummissjoni tinsisti fuq ir-ratifika tal-Konvenzjonijiet 81 (spezzjoni tax-xogħol) u 129 (spezzjoni tax-xogħol fis-settur agrikolu) tal-ILO mis-sħab kummerċjali kollha tal-UE;

32.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tqis l-ispeċifiċità tal-intrapriżi tal-ekonomija soċjali, li qed juru li huma importanti ħafna għas-soċjetà matul il-pandemija, u tevalwa l-iżvilupp ta' programmi u strumenti finanzjarji speċifiċi; jistieden lill-Kummissjoni taġġorna l-qafas tagħha għall-istabbiliment u l-iżvilupp ta' kooperattivi u intrapriżi tal-ekonomija soċjali, li min-natura tagħhom jagħmlu enfasi aktar qawwija fuq kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti u l-emanċipazzjoni tal-ħaddiema;

33.

Jissottolinja li infurzar effettiv huwa essenzjali għall-protezzjoni tal-ħaddiema u l-implimentazzjoni tad-drittijiet soċjali; jiddispjaċih li l-maġġoranza tal-Istati Membri għadhom lura milli jissodisfaw l-impenn tagħhom fil-Konvenzjoni tal-ILO dwar l-Ispezzjoni tax-Xogħol fir-rigward tal-għadd ta' spetturi tax-xogħol; jinsisti li l-Istati Membri jżidu l-kapaċità ta' infurzar tagħhom sabiex jilħqu proporzjon ta' mill-inqas spettur wieħed tax-xogħol għal kull 10 000 persuna impjegata, sa mhux aktar tard mill-2030;

2.    Ġustizzja soċjali u opportunitajiet indaqs

34.

Jisħaq li l-qerda tal-faqar fost it-tfal u l-iżgurar tal-benessri u l-opportunitajiet indaqs għat-tfal iridu jkunu fost l-ogħla prijoritajiet għall-Ewropa; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jħaffu l-adozzjoni u l-implimentazzjoni tal-Garanzija Ewropea għat-Tfal sabiex sal-2030 kull tifel u tifla fl-UE jkollhom aċċess sħiħ għal kura tas-saħħa ta' kwalità u bla ħlas, għall-edukazzjoni u għall-kura tat-tfal, ikunu qed jgħixu f'dar deċenti u jirċievu nutrizzjoni adegwata; jinnota li din il-politika trid tkun integrata ma' miżuri oħra speċifiċi għall-politika dwar il-faqar u l-familji sabiex twassal għal ċikli ta' politika żviluppati bis-sħiħ li jkunu kapaċi joffru lit-tfal u lill-familji tagħhom opportunitajiet ta' inklużjoni soċjali, inklużi strateġiji nazzjonali u lokali biex jiġi miġġieled il-faqar fost it-tfal, filwaqt li jitqiesu l-isfidi speċifiċi ffaċċjati minn gruppi differenti ta' tfal fil-bżonn fil-livell lokali;

35.

Jikkundanna l-użu tal-pandemija bħala skuża biex xi gvernijiet jerġgħu lura milli jirrispettaw xi wħud mid-drittijiet fundamentali tal-ħaddiema u tan-nisa; ifakkar fid-dritt inaljenabbli ta' aċċess għall-kura tas-saħħa, kif ukoll id-dritt li wieħed ikollu awtodeterminazzjoni fuq il-ġisem tiegħu stess; jenfasizza, għalhekk, li d-drittijiet tal-kura tas-saħħa riproduttiva, tal-kontraċezzjoni u tal-abort iridu jiġu ggarantiti, inkluż permezz ta' estensjoni tal-perjodu ta' żmien legali għal abort;

36.

Jilqa' l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar it-tisħiħ tal-protezzjoni tal-introjtu minimu biex jiġu miġġielda l-faqar u l-esklużjoni soċjali; jistieden lill-Kummissjoni tkompli tiżviluppa dawn il-konklużjonijiet, filwaqt li tipproponi qafas għal skemi ta' introjtu minimu, bil-għan li tissalvagwardja d-dritt għal ħajja deċenti u teqred il-faqar, u filwaqt li tindirizza l-kwistjonijiet tal-adegwatezza u l-kopertura, inkluża klawżola ta' nonrigressjoni; jissottolinja li kull persuna fl-Ewropa għandha tkun koperta minn skema ta' introjtu minimu u li l-pensjonijiet għandhom jiżguraw introjtu ogħla mis-soll tal-faqar;

37.

Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jimpenjaw ruħhom biex jeliminaw id-differenza bejn il-ġeneri fil-pagi, li bħalissa hija ta' 16 % – u d-differenza fil-pensjonijiet li tirriżulta minnha – b'mira ta' 0 % għall-2030, billi tingħata prijorità lill-prinċipju ta' paga ugwali għal xogħol ugwali għan-nisa u l-irġiel; jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta b'mod urġenti qafas legali dwar it-trasparenza fil-pagi, kif imwiegħed oriġinarjament għall-ewwel 100 jum tagħha, inklużi rappurtar dwar it-trasparenza fil-pagi u informazzjoni dwar il-livelli tal-pagi; itenni li d-differenza bejn il-ġeneri fil-pensjonijiet tirriżulta wkoll minn skemi ta' pensjonijiet inadegwati li ma jqisux kif xieraq il-perjodi tal-liv tal-maternità jew tal-ġenituri; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jieħdu miżuri fit-tul biex inaqqsu r-rati għolja tal-qgħad fost in-nisa u jiżguraw il-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol, biex jiżguraw parteċipazzjoni u opportunitajiet indaqs għall-irġiel u n-nisa fis-suq tax-xogħol, u biex jintroduċu inizjattivi biex jippromwovu l-aċċess tan-nisa għall-finanzi, l-intraprenditorija femminili u l-indipendenza finanzjarja tan-nisa;

38.

Jistieden lill-Kummissjoni tintroduċi miżuri konkreti li japplikaw kemm għas-settur pubbliku kif ukoll għal dak privat, filwaqt li tqis kif xieraq l-ispeċifiċitajiet tal-intrapriżi żgħar u medji, bħad-definizzjoni ċara ta' kriterji għall-valutazzjoni tal-valur tax-xogħol, is-sistemi ta' evalwazzjoni u klassifikazzjoni tal-impjiegi newtrali fir-rigward tal-ġeneru, l-awditi u r-rapporti tal-pagi fir-rigward tal-ġeneru biex jiggarantixxu paga ugwali, id-dritt tal-ħaddiema li jitolbu informazzjoni sħiħa dwar il-pagi u d-dritt għal rimedju, u miri ċari għall-prestazzjoni tal-kumpaniji fir-rigward tal-ugwaljanza; jitlob, barra minn hekk, li jittejjeb l-aċċess għall-ġustizzja u għall-introduzzjoni ta' drittijiet proċedurali aktar b'saħħithom biex tiġi miġġielda d-diskriminazzjoni fil-pagi; jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi r-rwol tas-sħab soċjali u tan-negozjar kollettiv fil-livelli kollha (nazzjonali, settorjali, lokali u tal-kumpaniji) fil-leġiżlazzjoni li jmiss dwar it-trasparenza fil-pagi; jistieden lill-Kummissjoni tinkludi miżuri ta' infurzar b'saħħithom għal dawk li ma jikkonformawx, bħal penali u sanzjonijiet għal min iħaddem li jikser id-dritt ta' ugwaljanza fil-pagi;

39.

Jistieden lill-Istati Membri jiżblukkaw id-Direttiva dwar in-Nisa fuq il-Bordijiet u jadottaw pożizzjoni ambizzjuża fil-Kunsill sabiex jindirizzaw l-iżbilanċ konsiderevoli bejn in-nisa u l-irġiel fil-proċess deċiżjonali fl-ogħla livell; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jimpenjaw ruħhom biex jeliminaw l-effett tas-saqaf tal-ħġieġ fuq il-bordijiet ta' kumpaniji elenkati billi jintroduċu l-objettiv li tintlaħaq rappreżentanza ta' mill-inqas 40 % ta' nisa f'pożizzjonijiet maniġerjali għolja;

40.

Jistieden lill-Kummissjoni tressaq Strateġija Ewropea dwar id-Diżabilità wara l-2020 li tkopri d-dispożizzjonijiet kollha tal-UNCRPD u li jkun fiha miri ambizzjużi, ċari u li jistgħu jitkejlu, azzjonijiet ippjanati bi skedi ta' żmien ċari u riżorsi dedikati, kif ukoll li jkunu appoġġati minn mekkaniżmu ta' monitoraġġ adegwat u b'riżorsi suffiċjenti b'punti ta' riferiment u indikaturi ċari li jenfasizzaw ukoll il-ħtieġa li tinkiseb aċċessibbiltà sħiħa tal-oġġetti u s-servizzi, inkluż(i?) l-ambjent mibni, l-edukazzjoni inklużiva u s-suq tax-xogħol u l-użu tal-intelliġenza artifiċjali, sabiex il-persuni b'diżabilità jkunu jistgħu jipparteċipaw bis-sħiħ fis-soċjetà, kif ukoll impenn favur il-finalizzazzjoni tal-proċess ta' deistituzzjonalizzazzjoni tal-faċilitajiet ta' indukrar fit-tul; jistieden lill-Istati Membri jużaw ir-riżorsi disponibbli mill-Fond ta' Koeżjoni, il-FEŻR kif ukoll il-FSE b'mod partikolari, sabiex tittejjeb l-aċċessibbiltà għall-ispazji pubbliċi għall-persuni bi bżonnijiet speċjali, inklużi l-persuni b'diżabilità, il-persuni bit-tfal, u l-anzjani, li għadhom jiffaċċjaw il-problema tal-esklużjoni soċjali;

41.

Iħeġġeġ l-inkorporazzjoni tal-perspettiva tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri fl-istrateġija li jmiss għall-2021 dwar id-diżabilità u l-ugwaljanza, filwaqt li tingħata l-attenzjoni dovuta lit-titjib tal-aċċess għas-suq tax-xogħol permezz ta' miżuri u azzjonijiet speċifiċi;

42.

Jappoġġa l-promozzjoni ta' edukazzjoni inklużiva u aċċessibbli, inkluż l-aċċess għall-internet broadband, u t-taħriġ vokazzjonali u diġitali, inkluż għall-gruppi vulnerabbli u l-persuni b'diżabilità, sabiex b'mod partikolari l-ħaddiema b'livell baxx ta' ħiliet u dawk akbar fl-età jkunu jistgħu jitħarrġu mill-ġdid u jitgħallmu ħiliet ġodda; jappoġġa l-ħolqien ta' possibbiltajiet ta' apprendistat mifruxa madwar l-UE; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jżidu l-isforzi lejn aktar inklużjoni tal-persuni b'diżabilità fis-suq tax-xogħol billi jneħħu l-ostakli billi jużaw l-opportunitajiet li x-xogħol diġitali joffri għall-inklużjoni tagħhom u joħolqu inċentivi għall-impjieg tagħhom; ifakkar li, skont l-Eurofound, ħaddiem wieħed biss minn kull tlieta b'mard kroniku u rari li jirriżulta f'limitazzjonijiet għandu l-post tax-xogħol tiegħu adattat kif xieraq; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jissuktaw bil-ħidma tagħhom ta' trawwim tal-impjieg, iż-żamma fix-xogħol u r-riintegrazzjoni fis-suq tax-xogħol tal-persuni b'diżabilità u b'mard kroniku fl-Ewropa;

43.

Jilqa' l-aġenda l-ġdida għall-ħiliet għall-EU; jenfasizza l-importanza ta' aċċess għat-taħriġ u t-taħriġ mill-ġdid tal-ħaddiema f'industriji u f'setturi li jeħtieġ li jwettqu bidliet fundamentali bil-għan li tinkiseb tranżizzjoni ekoloġika u diġitali; jenfasizza li l-kwalifiki u l-kompetenzi ċċertifikati jipprovdu valur miżjud lill-ħaddiema, itejbu l-pożizzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol, u jistgħu jiġu trasferiti fi tranżizzjonijiet tas-suq tax-xogħol; jappella biex il-politika pubblika dwar il-ħiliet tkun orjentata lejn iċ-ċertifikazzjoni u l-validazzjoni tal-kwalifiki u tal-kompetenzi; jenfasizza li s-sistemi ta' kumpens ibbażati fuq il-ħiliet għandhom jiġu stabbiliti f'kumpaniji li jaċċessaw il-fondi pubbliċi għat-titjib fil-ħiliet tal-ħaddiema u bi ftehim mar-rappreżentanti tal-ħaddiema, billi din is-sistema tiżgura li jkun hemm redditu fuq l-investiment pubbliku; jenfasizza li l-istrateġija Ewropea dwar il-ħiliet għall-kompetittività sostenibbli, l-ekwità soċjali u r-reżiljenza trid tiggarantixxi d-dritt għat-tagħlim tul il-ħajja għal kulħadd u fl-oqsma kollha;

3.    Sistemi ta' protezzjoni soċjali robusti

44.

Jinnota li l-investiment attwali fl-infrastruttura soċjali fl-UE ġie stmat li huwa ta' madwar EUR 170 biljun fis-sena u li l-Kummissjoni tistma li l-investiment meħtieġ huwa ta' EUR 192 biljun, filwaqt li s-saħħa u l-kura fit-tul jammontaw għal 62 % ta' dak l-investiment meħtieġ (l-akkomodazzjoni affordabbli EUR 57 biljun; is-saħħa, EUR 70 biljun; il-kura fit-tul, EUR 50 biljun; l-edukazzjoni u t-tagħlim tul il-ħajja, EUR 15-il biljun); jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiddedikaw għall-implimentazzjoni tal-prinċipji tal-EPSR proporzjon tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza li jkun ekwivalenti għall-investimenti fi prijoritajiet ambjentali u diġitali; jinsisti li l-ugwaljanza bejn il-ġeneri titqies fl-allokazzjoni tar-riżorsi tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza;

45.

Jistieden lill-Kummissjoni timmonitorja l-Istrateġija Ewropea dwar l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri 2020-2025, u jistieden lill-Istati Membri jadottaw strateġiji nazzjonali dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri bbażati fuq l-istrateġija Ewropea, bħala komponent importanti tal-miżuri soċjoekonomiċi meħuda wara l-kriżi tal-COVID-19;

46.

Jisħaq, barra minn hekk, fuq il-ħtieġa li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jiġbru data aħjar u aktar armonizzata dwar l-għadd ta' persuni mingħajr dar fl-Ewropa, billi dan jikkostitwixxi l-bażi ta' kwalunkwe politika pubblika effettiva;

47.

Jisħaq li l-UE u l-Istati Membri tagħha għandhom obbligu li jiżguraw aċċess universali għal akkomodazzjoni deċenti, sikura u affordabbli, bi qbil mal-Aġenda 2030 tan-NU, b'mod partikolari l-Għan 11, u f'konformità mad-drittijiet fundamentali bħal dawk definiti fl-Artikoli 16, 30 u 31 tal-Karta Soċjali Ewropea u fil-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali; jistieden f'dak ir-rigward lill-Istati Membri kollha jirratifikaw il-Karta Soċjali Ewropea riveduta; jenfasizza li l-investiment f'akkomodazzjoni soċjali, deċenti u affordabbli huwa kruċjali sabiex tiġi żgurata u tittejjeb il-kwalità tal-għajxien għal kulħadd; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jimmassimizzaw l-isforzi fir-rigward tal-investiment f'akkomodazzjoni affordabbli biex ikopru l-ħtiġijiet ta' akkomodazzjoni tal-gruppi b'introjtu baxx u medju (it-tliet kwintili tal-qiegħ), filwaqt li jiżguraw li mill-inqas 30 % tad-djar ġodda kollha jikkostitwixxu akkomodazzjoni affordabbli għal dawn iż-żewġ gruppi b'dan l-introjtu, u biex jeliminaw il-faqar enerġetiku sal-2030 billi jappoġġaw investiment fl-effiċjenza enerġetika minn unitajiet domestiċi b'introjtu baxx; jistieden lill-Istati Membri jagħtu prijorità lir-rinnovazzjoni fil-pjanijiet tagħhom għall-irkupru u r-reżiljenza; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tfassal pjan ta' azzjoni ambizzjuż biex teqred b'mod progressiv il-kundizzjoni ta' persuni mingħajr dar sal-2030, inkluż approċċ li jagħti prijorità assoluta lill-akkomodazzjoni mifrux madwar l-Ewropa kollha; jistieden lill-Kummissjoni tipproponi qafas tal-UE għal strateġiji nazzjonali dwar il-persuni mingħajr dar; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw standards minimi għal akkomodazzjoni ta' kwalità għall-ħaddiema transfruntieri u staġonali, li għandhom ikunu diżakkoppjati mir-remunerazzjoni tagħhom, kif ukoll jiżguraw faċilitajiet deċenti, privatezza tal-inkwilini u kuntratti ta' kiri bil-miktub infurzati minn spettorati tax-xogħol, u jistabbilixxu standards f'dan ir-rigward;

48.

Jinsisti li l-ħaddiema kollha jkunu inklużi fis-sistema tas-sigurtà soċjali u jkunu intitolati għal benefiċċji tal-qgħad, leave mħallas minħabba mard, leave tal-maternità, tal-paternità u tal-ġenituri, assigurazzjoni għall-inċidenti u protezzjoni kontra sensja inġusta;

49.

Huwa mħasseb dwar l-iżbilanċi fil-kwalità tal-kura tas-saħħa u fl-aċċess għaliha madwar l-UE li ħarġu biċ-ċar minħabba l-kriżi tal-COVID-19; ifakkar li l-persuni aktar foqra x'aktarx jgħixu medja ta' 6 snin inqas mill-persuni aktar sinjuri u li l-persuni b'diżabilità spiss jiffaċċjaw diffikultajiet biex jaċċessaw il-kura tas-saħħa; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu indirizzati d-determinanti soċjali, ekonomiċi u ambjentali tas-saħħa sabiex jiġu indirizzati dawn l-inugwaljanzi fis-saħħa; jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa indikaturi u metodoloġiji komuni biex tiġi mmonitorjata s-saħħa kif ukoll il-prestazzjoni u l-aċċessibbiltà tas-sistemi tal-kura tas-saħħa, bil-għan li jitnaqqsu l-inugwaljanzi, jiġu identifikati u prijoritizzati l-oqsma li jeħtieġu titjib u tinkiseb żieda fil-finanzjament; jistieden lill-Kummissjoni tanalizza kif is-sistemi nazzjonali differenti ta' protezzjoni soċjali qed ikopru l-ħtiġijiet ta' protezzjoni soċjali matul il-kriżi attwali, sabiex jiġu identifikati l-punti b'saħħithom u d-dgħufijiet rigward l-aċċess għas-servizzi u l-protezzjoni soċjali u l-għoti tagħhom, u biex jiġi żgurat mekkaniżmu għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tas-sistemi ta' protezzjoni soċjali fl-Ewropa, sabiex jiġi vverifikat il-livell ta' reżiljenza tagħhom meta jgħaddu minn xokkijiet ta' livelli differenti ta' severità u jistudjaw b'liema mod jistgħu jsiru aktar reżiljenti u robusti biex jifilħu għal kriżijiet futuri;

50.

Jenfasizza li l-aċċess universali għal pensjonijiet tal-irtirar u tax-xjuħija pubbliċi, adegwati u bbażati fuq is-solidarjetà jrid jingħata lil kulħadd; jirrikonoxxi l-isfidi li jħabbtu wiċċhom magħhom l-Istati Membri fit-tisħiħ tas-sostenibbiltà tas-sistemi tal-pensjonijiet, iżda jisħaq fuq l-importanza li titħares is-solidarjetà fis-sistemi tal-pensjonijiet billi tissaħħaħ in-naħa tad-dħul; jissottolinja l-importanza ta' sistemi tal-pensjonijiet pubbliċi u okkupazzjonali li jipprovdu dħul tal-irtirar adegwat 'il fuq mis-soll tal-faqar u jippermettu lill-pensjonanti jżommu l-livell ta' għajxien tagħhom; jemmen li l-aħjar mod biex jiġu żgurati pensjonijiet sostenibbli, sikuri u adegwati għan-nisa u l-irġiel huwa li tiżdied ir-rata ġenerali tal-impjieg u li jiġu pprovduti aktar impjiegi ta' kwalità għall-etajiet kollha, jittejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-impjieg, u jiġi allokat l-infiq pubbliku meħtieġ; jemmen li r-riformi tas-sistemi tal-pensjoni għandhom jiffukaw, fost affarijiet oħra, fuq l-età effettiva tal-irtirar u jirriflettu x-xejriet tas-suq tax-xogħol, ir-rati tat-twelid, is-sitwazzjoni tas-saħħa u tal-ġid, il-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-proporzjon ta' dipendenza fuq l-ekonomija; iqis li dawn ir-riformi jridu jqisu wkoll is-sitwazzjoni ta' miljuni ta' ħaddiema fl-Ewropa, b'mod partikolari n-nisa, iż-żgħażagħ u dawk li jaħdmu għal rashom, li qed jiġu affettwati ħażin minħabba impjieg inċert u prekarju, perjodi ta' qgħad involontarju u ħin tax-xogħol imnaqqas; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jqisu s-sitwazzjoni partikolari tal-ħaddiema anzjani fis-suq tax-xogħol, u jintensifikaw l-isforzi tagħhom favur it-tixjiħ attiv u f'saħħtu billi jiġġieldu d-diskriminazzjoni kontra l-anzjani fl-impjieg u jiżviluppaw programmi ta' inklużjoni fis-suq tax-xogħol għaċ-ċittadini li jkollhom aktar minn 55 sena, bit-tagħlim tul il-ħajja bħala prijorità ewlenija;

51.

Huwa mħasseb dwar il-mod kif il-pandemija tal-COVID-19 aggravat aktar il-vulnerabbiltà, l-iżolament u r-riskju ta' faqar u esklużjoni soċjali tal-anzjani; jisħaq li l-pandemija wriet il-ħtieġa ta' mudell tal-UE li jippromwovi u jissalvagwardja d-dinjità u d-drittijiet fundamentali tal-anzjani; jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta pjan biex tiżgura s-saħħa mentali, id-dinjità u l-benessri tal-persuni, inklużi l-anzjani, billi tappoġġa servizzi pubbliċi tal-kura tas-saħħa u tal-kura adegwati u ta' kwalità, tinvesti f'servizzi bbażati fil-komunità, fil-prevenzjoni u l-promozzjoni tas-saħħa, fil-protezzjoni soċjali, u f'akkomodazzjoni u infrastruttura deċenti u affordabbli, kif ukoll tappoġġa proġetti tal-ekonomija soċjali, inklużi l-koabitazzjoni u l-abitazzjoni kooperattiva, il-programmi tas-saħħa u l-benessri, il-kura ta' matul il-jum għall-adulti u l-kura fit-tul, u tipproteġi r-rwol u l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-persuni li jindukraw, filwaqt li trawwem ukoll is-solidarjetà interġenerazzjonali; jistieden lill-Istati Membri jipprovdu aċċess ugwali għal kura tas-saħħa affordabbli, preventiva u kurattiva ta' kwalità tajba kif minqux fil-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, inklużi servizzi u faċilitajiet mediċi u ta' kura li ma jiddiskriminawx abbażi tal-età;

52.

Jilqa' r-rapport reċenti tal-Kummissjoni dwar l-impatt tat-tibdil demografiku fuq gruppi differenti fis-soċjetà u fuq żoni u reġjuni affettwati b'mod sproporzjonat fl-Ewropa; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jimpenjaw aktar mir-riżorsi disponibbli fl-ambitu tal-FEŻR għat-titjib tal-infrastruttura tat-trasport u tat-telekomunikazzjoni f'żoni b'popolazzjoni li qed tixjieħ kbira, kif ukoll primarjament f'żoni rurali u f'żoni affettwati minn depopolazzjoni;

4.    Mobilità ġusta

53.

Jistieden lill-Kummissjoni tirrevedi d-Direttiva dwar l-Aġenzija tax-Xogħol Temporanju (TWA) sabiex tistabbilixxi qafas legali li jiżgura kundizzjonijiet tax-xogħol deċenti u trattament ugwali għall-ħaddiema staġonali intra-UE u l-ħaddiema mobbli b'kuntratti ta' terminu fiss ma' aġenziji tax-xogħol temporanji jew kwalunkwe tip ieħor ta' intermedjarju tas-suq tax-xogħol, inklużi l-aġenziji tar-reklutaġġ; jistieden lill-Istati Membri jsaħħu l-infurzar u jiġġieldu kontra l-prattiki ta' aġenziji tax-xogħol temporanju malizzjużi; jisħaq li dan il-qafas legali jista' jinkludi: projbizzjoni tal-intermedjarji tas-suq tax-xogħol li ma jikkonformawx mad-Direttiva TWA li joperaw fis-suq uniku, paga minima garantita bi ftehim kollettiv jew b'liġi, numru minimu garantit ta' sigħat fil-ġimgħa/fix-xahar li min iħaddem ma jistax inaqqas taħt ebda intestatura mill-paga minima jew pagi stabbiliti bi ftehim kollettiv, ebda tnaqqis mill-pagi fil-każ ta' kuntratti part-time, garanzija ta' trattament ugwali għal kwalunkwe persuna li, fl-Istat Membru kkonċernat, hija protetta bħala ħaddiem li jaħdem fl-istess kumpanija/settur, rekwiżit li l-aġenziji tax-xogħol temporanju kollha li joperaw fis-suq intern ikunu elenkati f'reġistru Ewropew u jkunu ċċertifikati biex joperaw fis-suq uniku, sanzjonijiet kontra kumpaniji li jużaw prattiki ta' reklutaġġ frawdolenti u li jittraffikaw il-persuni għall-isfruttament tal-ħaddiema, u aċċess għal informazzjoni dwar il-kuntratti tal-impjieg u d-drittijiet tal-ħaddiema b'lingwa li l-ħaddiem jista' jifhem; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jtemmu l-pagamenti diretti fl-ambitu tal-politika agrikola komuni għall-benefiċjarji li ma jikkonformawx mal-liġi nazzjonali u Ewropea tax-xogħol, mal-Konvenzjonijiet tal-ILO u l-ftehimiet ta' negozjar kollettiv applikabbli;

54.

Jenfasizza li l-libertà tal-moviment tal-ħaddiema fl-UE hija libertà fundamentali u parti integrali mis-suċċess tas-suq intern; jisħaq fuq il-fatt li l-moviment liberu tas-servizzi jrid jintlaħaq mingħajr ma jmur kontra d-drittijiet tal-ħaddiema u d-drittijiet soċjali; iqis li l-moviment liberu tas-servizzi jimxi id f'id mal-mobilità libera u ġusta tal-ħaddiema li jipprovdu dawn is-servizzi, u li s-suq intern jibbenefika meta r-regoli dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol jiġu rispettati u meta jitħarsu s-saħħa u s-sikurezza tal-ħaddiema mobbli; jinnota li hemm oqsma ta' ambigwità u lakuni legali b'xi ħaddiema jeżerċitaw din il-libertà f'kundizzjonijiet prekarji u ħafna drabi permezz ta' aġenziji ta' reklutaġġ u intermedjarji tas-suq tax-xogħol frawdolenti; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiggarantixxu kundizzjonijiet tax-xogħol deċenti u trattament indaqs għall-ħaddiema mobbli kollha fl-UE;

55.

Jappella għal approċċ tal-UE biex tintemm il-kompetizzjoni fil-kost lavorattiv u biex tiżdied il-konverġenza soċjali 'l fuq għal kulħadd; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti u deċenti għall-ħaddiema mobbli, transfruntieri u staġonali fl-UE u li jgawdu minn aċċess ugwali għall-impjiegi u l-opportunitajiet fi Stati Membri oħra u livelli ugwali ta' protezzjoni soċjali kif previst fl-Artikolu 45.2 tat-TFUE; jitlob li jitqiesu wkoll il-prattiki relatati mal-ħaddiema stazzjonati; iħeġġeġ lill-Istati Membri jiżguraw koordinazzjoni adegwata tas-sigurtà soċjali, inkluż permezz tar-reviżjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-kordinazzjoni ta' sistemi ta' sigurtà soċjali (18), u permezz tat-tisħiħ tat-trasferibbiltà tad-drittijiet; jappella għal aktar promozzjoni tad-diġitalizzazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali; jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jiżguraw il-protezzjoni tal-ħaddiema kollha affettwati f'każijiet ta' trasferiment ta' impriżi, u jivvalutaw il-ħtieġa ta' reviżjoni tad-Direttiva dwar it-Trasferiment tal-Impriżi;

56.

Jissottolinja li l-prattiki tal-istabbiliment ta' sussidjarji jew il-ħolqien ta' ktajjen ta' sottokuntrattar bil-għan li titnaqqas is-sigurtà soċjali, jiġu evitati l-obbligi u l-kontribuzzjonijiet ta' min iħaddem mingħajr ma tinħoloq kopertura effettiva tal-assigurazzjoni soċjali fil-prattika, huma ta' detriment kemm għall-protezzjoni tal-ħaddiema kif ukoll għas-sostenibbiltà tas-sistemi tal-protezzjoni soċjali u jridu jiġu indirizzati mill-Kummissjoni u l-Istati Membri; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, bil-għan tal-ekwità fis-suq intern, biex jieħdu miżuri leġiżlattivi biex itemmu s-sottokuntrattar abbużiv, kif ukoll biex jiżguraw obbligazzjoni in solidum ġenerali tul il-katina kollha tas-sottokuntrattar sabiex jiġu protetti d-drittijiet tal-ħaddiema u l-pretensjonijiet tagħhom fi kwistjonijiet bħall-arretrati tal-pagi, in-nuqqas ta' ħlas tal-kontribuzzjonijiet soċjali, il-falliment, l-għajbien u s-“sottokuntratturi fittizji” li ma jħallsux kif miftiehem;

57.

Jistieden lill-Kummissjoni tinforza bil-qawwa l-klawżola soċjali tad-direttiva eżistenti tal-UE dwar l-akkwist pubbliku u teżamina l-ħtieġa ta' reviżjoni ta' dik id-direttiva sabiex jissaħħu l-klawżoli soċjali fil-kuntratti pubbliċi, u b'hekk tirrikjedi lill-operaturi ekonomiċi u lis-sottokuntratturi jirrispettaw bis-sħiħ id-dritt ta' negozjar kollettiv tal-ħaddiema, u tistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-implimentazzjoni sħiħa tal-ftehimiet kollettivi settorjali applikabbli u l-kundizzjonijiet tax-xogħol deskritti fihom, waqt li fl-istess ħin jiġu rispettati t-tradizzjonijiet u l-mudelli nazzjonali tas-suq tax-xogħol; jappella biex din ir-reviżjoni teżenta s-servizzi soċjali u ta' protezzjoni soċjali kollha mill-obbligi tal-akkwist u tistabbilixxi mekkaniżmu ta' esklużjoni Ewropew biex teskludi lill-kuntratturi u lis-sottokuntratturi primarji li jinvolvu ruħhom ripetutament f'kompetizzjoni inġusta u frodi tat-taxxa; jistieden lill-Istati Membri jiżguraw konformità, monitoraġġ u infurzar;

58.

Huwa mħasseb dwar l-ammonti kbar ta' dħul mit-taxxa mitlufa minħabba evitar tat-taxxa fuq skala kbira; jistieden lill-Kunsill jaċċelera n-negozjati dwar il-leġiżlazzjoni fir-rigward tar-rapportar pubbliku għal kull pajjiż u bażi komuni konsolidata għat-taxxa korporattiva, u jirrevedi l-kriterji kemm għall-Grupp dwar il-Kodiċi tal-Kondotta għat-tassazzjoni tal-impriżi kif ukoll għal-lista tal-UE ta' ġurisdizzjonijiet li ma jikkooperawx;

59.

Jilqa' l-istabbiliment tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA); jitlob li l-ELA tibda topera bis-sħiħ mill-aktar fis possibbli; jistedinha twettaq skambju kontinwu ta' informazzjoni dwar l-aħjar prattiki mal-awtoritajiet tax-xogħol rispettivi tal-Istati Membri u tinforza spezzjonijiet tentattivi; jisħaq li sabiex l-ELA tkun effettiva fil-ġlieda kontra l-prattiki illegali u l-isfruttament u l-abbuż tal-ħaddiema, għandha tiġi ffaċilitata biex twettaq kontrolli u timponi penali fuq kumpaniji mhux konformi; jissottolinja li dan jeħtieġ ukoll mandat imwessa' tal-Awtorità, li jkopri atti leġiżlattivi tal-UE bħal, pereżempju, id-Direttivi 2008/104/KE (19), id-Direttiva 2014/36/UE (20) u 2009/52/KE (21) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, kif ukoll il-leġiżlazzjoni rilevanti dwar is-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol; jemmen li l-ELA u l-ispettorati nazzjonali għandhom ikunu meħtieġa jwettqu spezzjoni konġunta jew miftiehma meta każijiet ta' abbuż jinġiebu għall-attenzjoni tagħha minn sieħeb soċjali nazzjonali; iħeġġeġ lill-Kummissjoni, għalhekk, tinkludi dawn l-aspetti fl-evalwazzjoni tal-mandat tal-ELA prevista għall-2024 u tinvolvi lill-partijiet ikkonċernati b'għarfien profond ta' mudelli differenti tas-suq tax-xogħol fil-ħidma u fl-evalwazzjonijiet tal-ELA; iqis ukoll li l-maniġment tal-ELA għandu jsegwi l-istess struttura tripartitika bħall-aġenziji l-oħra u b'hekk jippermetti aktar rappreżentanza, inklużi id-drittijiet tal-vot, tas-sħab soċjali fil-Bord tat-Tmexxija;

60.

Jistieden lill-Kummissjoni tressaq, wara li twettaq valutazzjoni tal-impatt xierqa, proposta għal numru tas-sigurtà soċjali diġitali tal-UE, kif ħabbret fl-2018, sabiex trawwem u tipproteġi l-mobilità tal-ħaddiema, li jkollha wkoll il-potenzjal li tistabbilixxi mekkaniżmu ta' kontroll kemm għall-individwi kif ukoll għall-awtoritajiet rilevanti biex jiġi żgurat li l-ħaddiema jkunu koperti u li s-sigurtà soċjali titħallas skont l-obbligi, bħal kard tax-xogħol professjonali, u li r-regoli tal-UE dwar il-mobilità tal-ħaddiema u l-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali jiġu infurzati b'mod ġust u effettiv; jemmen, barra minn hekk, li l-ħaddiema u r-rappreżentanti u l-ispettorati tagħhom irid ikollhom aċċess aġġornat għall-informazzjoni dwar min iħaddimhom u d-drittijiet għal paga u d-drittijiet tax-xogħol u soċjali tagħhom, f'konformità mal-ftehim kollettiv settorjali jew mal-leġiżlazzjoni nazzjonali, meta applikabbli, u f'konformità mal-kriterji tal-protezzjoni tad-data;

61.

Jistieden lill-Kummissjoni tistudja l-possibbiltajiet li l-ħaddiema ċittadini ta' pajjiżi terzi jkunu jistgħu jiksbu permessi tax-xogħol fl-UE, bil-kundizzjoni li s-salvagwardji kollha fid-dritt tax-xogħol nazzjonali u tal-UE jkunu qed jiżguraw b'mod effettiv il-protezzjoni u l-kundizzjonijiet tax-xogħol deċenti għaċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi wkoll u li dan ma jirriżultax f'distorsjonijiet fis-suq tax-xogħol; jitlob lill-Kummissjoni twettaq investigazzjoni estensiva dwar it-tendenzi li jikkaratterizzaw iċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi stazzjonati fir-rigward tal-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom, u jenfasizza l-ħtieġa ta' miżuri ta' politika possibbli fil-livell tal-UE jew f'dak nazzjonali abbażi tal-eżitu tal-investigazzjoni; huwa mħasseb ħafna dwar iż-żieda attwali fis-sehem ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi f'setturi b'reputazzjoni għal kundizzjonijiet tax-xogħol prekarji u każijiet ta' abbuż; jissottolinja li ċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi spiss ikunu aktar vulnerabbli għal sfruttament u għalhekk jeħtieġu protezzjoni; jenfasizza li dan jinkludi prattiki abbużivi bħal stazzjonar fittizju, impjieg indipendenti fittizju, sottokuntrattar u aġenziji ta' reklutaġġ frawdolenti, kumpaniji fittizji u xogħol mhux iddikjarat; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw konformità mal-liġijiet u r-regoli applikabbli dwar il-kundizzjonijiet tal-impjieg meta jittrattaw ma' ċittadini ta' pajjiżi terzi, sabiex jiġu eliminati l-abbużi, u jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw l-elementi protettivi tad-Direttiva 2009/52/KE, filwaqt li jiżguraw mekkaniżmi ta' lment aċċessibbli u effettivi li jagħmluha possibbli li l-pagi u l-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali dovuti jintalbu lura b'mod effettiv;

o

o o

62.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1)  ĠU L 303, 2.12.2000, p. 16.

(2)  ĠU L 180, 19.7.2000, p. 22.

(3)  ĠU C 137 E, 27.5.2010, p. 68.

(4)  Testi adottati, P9_TA(2020)0176.

(5)  Testi adottati, P9_TA(2020)0194.

(6)  Testi adottati, P9_TA(2020)0180.

(7)  Testi adottati, P9_TA(2019)0033.

(8)  Testi adottati, P8_TA(2019)0337.

(9)  ĠU L 185, 11.7.2019, p. 44.

(10)  Testi adottati, P8_TA(2019)0202.

(11)  ĠU C 159, 10.5.2019, p. 1.

(12)  ĠU C 97, 24.3.2020, p. 32.

(13)  https://ec.europa.eu/eurostat/documents/2995521/10163468/3-16102019-CP-EN.pdf/edc3178f-ae3e-9973-f147-b839ee522578

(14)  https://www.feantsa.org/public/user/Resources/resources/ Rapport_Europe_2020_GB.pdf

(15)  Eurofound (2018), Upward convergence in the EU: Concepts, measurements and indicators (Konverġenza 'l fuq fl-UE: Kunċetti, kejl u indikaturi), Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, il-Lussemburgu.

Eurofound (2017), Is-Sitt Stħarriġ Ewropew dwar il-Kundizzjonijiet tax-Xogħol – Rapport ġenerali (aġġornament tal-2017), l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, il-Lussemburgu.

(16)  Statistika dwar il-qgħad: Eurostat, Lulju 2020

(17)  European Economic Forecast, Autumn 2020 (Tbassir Ekonomiku Ewropew, Ħarifa 2020), Kummissjoni Ewropea, https://ec.europa.eu/info/sites/info/files/economy-finance/ip136_en.pdf

(18)  ĠU L 166, 30.4.2004, p. 1.

(19)  Id-Direttiva 2008/104/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar xogħol temporanju permezz ta’ aġenzija (ĠU L 327, 5.12.2008, p. 9).

(20)  Id-Direttiva 2014/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar il-kondizzjonijiet għad-dħul u s-soġġorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għall-fini ta’ impjieg bħala ħaddiema staġonali (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 375).

(21)  Id-Direttiva 2009/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2009 li tipprevedi standards minimi għal sanzjonijiet u miżuri kontra min iħaddem lil ċittadini minn pajjiżi terzi b’residenza illegali (ĠU L 168, 30.6.2009, p. 24).


29.10.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 445/94


P9_TA(2020)0372

Governanza korporattiva sostenibbli

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Diċembru 2020 dwar governanza korporattiva sostenibbli (2020/2137(INI))

(2021/C 445/12)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Prinċipji Gwida tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem (UNGPs), tal-2011 (1),

wara li kkunsidra l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-NU (2),

wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-Organizzazzjoni għall-Koperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD) għall-Intrapriżi Multinazzjonali (3),

wara li kkunsidra l-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta għal Imġiba Responsabbli fin-Negozju (4) u għal Imġiba Responsabbli fin-Negozju għall-Invesituri Istituzzjonali (5),

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Tripartitika ta' Prinċipji li Jikkonċernaw l-Intrapriżi Multinazzjonali u l-Politika Soċjali, tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) (6),

wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Pariġi, adottat fit-12 ta' Diċembru 2015 (7),

wara li kkunsidra r-Rapport Speċjali tal-Grupp Intergovernattiv ta' Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC) tal-2018 dwar it-Tisħin Globali ta' 1,5 o(8),

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Marzu 2020 li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1999 (“il-Liġi Ewropea dwar il-Klima”) (COM(2020)0080),

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 517/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar gassijiet fluworurati b'effett ta' serra u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 (9),

wara li kkunsidra l-Pjan ta' Azzjoni: Il-Finanzjament tat-Tkabbir Sostenibbli (COM(2018)0097),

wara li kkunsidra l-Patt Ekoloġiku Ewropew (COM(2019)0640),

wara li kkunsidra l-Programm ta' Ħidma Aġġustat tal-Kummissjoni 2020 (COM(2020)0440),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta' ċerti tipi ta' impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (10) (“id-Direttiva dwar il-Kontabilità”),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2014/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 22 ta' Ottubru 2014 li temenda d-Direttiva 2013/34/UE fir-rigward tad-divulgazzjoni ta' informazzjoni mhux finanzjarja u dwar id-diversità minn ċerti impriżi u gruppi kbar (11) (“id-Direttiva dwar ir-Rappurtar Mhux Finanzjarju” – NFRD),

wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2016/943 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni ta' konoxxenza u ta' informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali (sigrieti kummerċjali) kontra l-ksib, l-użu u l-iżvelar illegali tagħhom (12),

wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2017/828 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2017 li temenda d-Direttiva 2007/36/KE rigward l-inkoraġġiment ta' involviment fit-tul tal-azzjonisti (13) (“id-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Azzjonisti”),

wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2019/1937 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2019 dwar il-protezzjoni ta' persuni li jirrapportaw dwar ksur tal-liġi tal-Unjoni (14),

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2019/2088 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Novembru 2019 dwar divulgazzjonijiet relatati mas-sostenibbiltà fis-settur tas-servizzi finanzjarji (15) (“ir-Regolament dwar id-Divulgazzjonijiet”),

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2020 dwar l-istabbiliment ta' qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli, u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/2088 (16) (“ir-Regolament dwar it-Tassonomija”),

wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-Kummissjoni dwar rappurtar mhux finanzjarju (metodoloġija għar-rappurtar ta' informazzjoni mhux finanzjarja) (17) u l-Linji Gwida tal-Kummissjoni dwar ir-rappurtar mhux finanzjarju: Suppliment dwar ir-rappurtar ta' informazzjoni relatata mal-klima (18),

wara li kkunsidra r-Rapport Finali tal-Forum ta' Livell Għoli dwar l-Unjoni tas-Swieq Kapitali bit-titolu “A new vision for Europe's capital markets” (Viżjoni Ġdida għas-Swieq Kapitali tal-Ewropa) (19),

wara li kkunsidra l-istudju mħejji għall-Kummissjoni f'Lulju 2020 dwar id-dmirijiet tad-diretturi u l-governanza korporattiva sostenibbli,

wara li kkunsidra l-Qafas “Protezzjoni, Rispett u Rimedju” tan-NU għall-Intrapriżi u d-Drittijiet tal-Bniedem, tal-2008 (20),

wara li kkunsidra l-istudju mħejji għall-Kummissjoni f'Mejju 2020 intitolat “It-titjib tas-sigurtà finanzjarja fil-kuntest tad-Direttiva dwar ir-Responsabbiltà Ambjentali” (21),

wara li kkunsidra l-Prinċipji ta' Oslo dwar l-Obbligi Globali għat-Tnaqqis tat-Tibdil fil-Klima (22),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tat-Task Force dwar id-Divulgazzjonijiet Finanzjarji relatati mal-Klima, ta' Ġunju 2017,

wara li kkunsidra l-Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A9-0240/2020),

A.

billi l-Unjoni Ewropea hija msejsa fuq il-valuri ddikjarati fl-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u billi l-politika ambjentali tagħha hi bbażata fuq il-prinċipju ta' prekawzjoni, kif stabbilit fl-Artikolu 191(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

B.

billi f'kuntest korporattiv, approċċ ta' sostenibbiltà jimplika li l-kumpaniji jqisu kif xieraq it-tħassib ġenerali tas-soċjetà u tal-ambjent, bħad-drittijiet tal-impjegati tagħhom u r-rispett tal-limiti planetarji, sabiex jindirizzaw l-aktar riskji urġenti li l-attivitajiet tagħhom joħolqu għalihom;

C.

billi l-inizjattivi internazzjonali multipli li jippromwovu l-governanza korporattiva sostenibbli huma volontarji, strumenti tal-liġi mhux vinkolanti biss u fil-biċċa l-kbira wrew li huma ineffettivi biex jibdlu l-imġiba korporattiva lejn is-sostenibbiltà; billi l-istudju mfassal għall-Kummissjoni dwar id-dmirijiet tad-diretturi u l-governanza korporattiva sostenibbli skont il-Pjan ta' Azzjoni għall-Finanzi Sostenibbli jissottolinja l-benefiċċji li jiġu ċċarati l-obbligi tad-diretturi fir-rigward tas-sostenibbiltà u l-kunsiderazzjonijiet fit-tul; jenfasizza l-problemi assoċjati ma' perspettiva għal żmien qasir u jfakkar fil-ħtieġa li l-kumpaniji jinkorporaw l-interessi fit-tul biex iżommu lill-UE fit-triq it-tajba biex tilħaq l-impenji tas-sostenibbiltà tagħha; billi l-istudju jindika b'mod ċar il-ħtieġa li tiġi adottata leġiżlazzjoni tal-UE f'dan ir-rigward;

D.

billi matul l-aħħar perjodu leġiżlattiv, l-UE ħadet għadd ta' inizjattivi fi sforz biex trawwem it-trasparenza u viżjoni fit-tul fl-attivitajiet finanzjarji u ekonomiċi, bħad-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Azzjonisti, il-Pjan ta' Azzjoni għall-Finanzjament tat-Tkabbir Sostenibbli, ir-Regolament dwar id-Divulgazzjonijiet u r-Regolament dwar it-Tassonomija; billi din ix-xejra kienet bdiet, fost l-oħrajn, bl-adozzjoni tad-Direttiva dwar ir-Rappurtar Mhux Finanzjarju (NFRD); billi d-divulgazzjoni ta' informazzjoni mhux finanzjarja hija meħtieġa biex jitkejlu, jiġu monitorjati u ġestiti l-prestazzjonijiet tal-intrapriżi u l-impatt fit-tul tagħhom fuq is-soċjetà u l-ambjent;

E.

billi l-NFRD hija marbuta mal-governanza korporattiva sostenibbli u kienet pass sinifikanti 'l quddiem fil-promozzjoni tar-rappurtar mhux finanzjarju fl-UE; billi madankollu tippreżenta nuqqasijiet serji li jeħtieġ li jiġu indirizzati sabiex issir aktar siewja għall-investituri u l-partijiet ikkonċernati;

F.

billi skont il-Patt Ekoloġiku Ewropew, il-kumpaniji u l-istituzzjonijiet finanzjarji jeħtieġ li jżidu d-divulgazzjoni tagħhom ta' data klimatika u ambjentali sabiex l-investituri jkunu infurmati għalkollox dwar is-sostenibbiltà tal-investimenti tagħhom; billi l-Kummissjoni impenjat ruħha li tirrevedi l-NFRD għal dan il-għan; billi skont il-Programm ta' Ħidma aġġustat tagħha għall-2020, il-Kummissjoni biħsiebha tressaq proposta li tirrevedi l-NFRD fl-ewwel trimestru tal-2021;

G.

billi l-partijiet ikkonċernati sikwit esprimew il-fehma li l-informazzjoni mhux finanzjarja pprovduta mill-kumpaniji skont l-NFRD mhijiex biżżejjed, u lanqas mhi affidabbli u komparabbli; billi dawk inkarigati mit-tħejjija ta' din l-informazzjoni esprimew konfużjoni dwar l-għadd kbir ta' oqfsa voluntarji ta' rappurtar u talbu kjarifika legali u standardizzazzjoni; billi d-divulgazzjoni ta' informazzjoni aktar kompluta u affidabbli hija meħtieġa sabiex jitnaqqas kwalunkwe impatt negattiv fuq il-klima, l-ambjent u s-soċjetà; billi t-titjib fir-rappurtar mhux finanzjarju jista' jżid l-obbligu ta' rendikont tal-kumpaniji u jsaħħaħ il-fiduċja fihom; billi dan it-titjib m'għandux joħloq żbilanċi kompetittivi inġusti; billi l-obbligi ta' divulgazzjoni għandhom għalhekk iqisu l-ispejjeż amministrattivi u għandhom ikunu proporzjonati għad-daqs tal-kumpanija u konsistenti ma' leġiżlazzjoni oħra applikabbli għall-attivitajiet tan-negozju, bħar-rispett għas-sigrieti kummerċjali u l-protezzjoni tal-informaturi;

H.

billi l-istudju mfassal għall-Kummissjoni dwar id-dmirijiet tad-diretturi u l-governanza korporattiva sostenibbli juri t-tendenza dejjem tikber ta' kumpaniji elenkati fl-UE li jiffokaw fuq l-interessi għal żmien qasir tal-azzjonisti tagħhom; billi l-istudju jipproponi diversi għażliet leġiżlattivi fil-livell tal-UE li jtejbu b'mod sinifikanti s-sostenibbiltà korporattiva; billi hemm bżonn li jiġi adottat qafas leġiżlattiv għall-kumpaniji Ewropej, filwaqt li jiġi rrispettat għalkollox il-prinċipju tal-proporzjonalità u jiġi evitat piż amministrattiv eċċessiv għall-kumpaniji Ewropej; billi dan il-qafas għandu jiżgura konformità maċ-ċertezza tad-dritt u jtejjibha fis-suq intern, u m'għandux joħloq żvantaġġi kompetittivi;

I.

billi approċċ ta' sostenibbiltà għall-governanza korporattiva jinkludi kemm id-drittijiet tal-bniedem kif ukoll il-protezzjoni ambjentali; billi rekwiżit legali għall-iżvelar ta' informazzjoni relatata ma' kwistjonijiet ambjentali, soċjali u tal-impjegati u d-drittijiet tal-bniedem, it-tixħim u l-korruzzjoni għandu jitqies bħala aspett tar-“responsabbiltà korporattiva għar-rispett” kif definit fil-Prinċipji Gwida tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem;

J.

billi l-Ftehim ta' Pariġi għandu l-għan li jżomm iż-żieda fit-temperatura medja tal-pjaneta inqas sew minn 2 oC aktar mil-livelli preindustrijali u li jkompli bl-isforzi ħalli ż-żieda fit-temperatura tiġi limitata għal 1,5 oC aktar mil-livelli preindustrijali;

K.

billi ż-żieda fil-kompetizzjoni globali għall-aċċess għar-riżorsi naturali ħafna drabi tirriżulta fi sfruttament insostenibbli tal-ambjent naturali u uman min-naħa tal-korporazzjonijiet;

L.

billi l-governanza korporattiva għandha rwol ewlieni fit-twettiq tal-impenji tal-UE biex jiġu implimentati l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-NU u l-Ftehim ta' Pariġi;

M.

billi t-tibdil fil-klima joħloq riskji serji għas-sigurtà tal-ikel, jiġifieri d-disponibbiltà, l-aċċessibbiltà u l-użu tal-ikel, u l-istabbiltà tas-sistemi tal-ikel; billi l-bdiewa nisa fil-preżent huma responsabbli għal bejn 45 % u 80 % tal-produzzjoni kollha tal-ikel fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, li huma milquta b'mod sproporzjonat mit-tibdil fil-klima u d-degradazzjoni ambjentali;

N.

billi l-Konvenzjoni ta' Aarhus tistabbilixxi għadd ta' drittijiet ambjentali għall-pubbliku u l-assoċjazzjonijiet, inkluż id-dritt ta' aċċess għal informazzjoni ambjentali, id-dritt ta' parteċipazzjoni fit-teħid ta' deċiżjonijiet ambjentali u l-aċċess għall-ġustizzja;

O.

billi fl-2017, il-Kumitat għall-Konformità mal-Konvenzjoni ta' Aarhus tan-NU sab li l-UE kienet kisret il-Konvenzjoni ta' Aarhus billi ma ppermettietx membri tal-pubbliku jikkontestaw deċiżjonijiet tal-istituzzjonijiet tal-UE quddiem il-qrati tal-UE;

P.

billi l-Kummissjoni żiedet l-ambizzjonijiet għall-perjodu 2014-2019 billi stabbiliet aġenda għal Patt Ekoloġiku Ewropew, u ddikjarat li “l-Ewropa jeħtiġilha tmexxi t-tranżizzjoni lejn pjaneta b'saħħitha”;

Q.

billi d-diretturi tal-kumpaniji għandhom id-dmir legali u statutorju li jaġixxu fl-interess tal-kumpanija tagħhom; billi dan id-dmir kien is-suġġett ta' interpretazzjonijiet differenti f'ġurisdizzjonijiet differenti, u l-interess tal-kumpanija spiss ġie meqjus li jfisser proprju l-interessi finanzjarji tal-azzjonisti; billi dak li huwa meqjus bħala l-interess tal-kumpanija għandu jinkorpora wkoll l-interessi tal-partijiet ikkonċernati rilevanti, inklużi l-impjegati, u l-interessi tas-soċjetà f'sens usa'; billi interpretazzjoni stretta ta' dan id-dmir b'enfasi eċċessiva fuq il-massimizzazzjoni tal-profitt għal żmien qasir hija ta' detriment għall-prestazzjoni u s-sostenibbiltà fit-tul tal-kumpanija, u għaldaqstant għall-interessi fit-tul tal-azzjonisti tagħha;

R.

billi l-konsistenza tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-governanza korporattiva sostenibbli għandha tinkiseb permezz tal-istabbiliment ta' obbligi konkreti u inċentivi biex tittieħed azzjoni u mhux biss biex tiġi rrappurtata l-informazzjoni; billi għaldaqstant huwa meħtieġ qafas addizzjonali li jiddefinixxi d-dmirijiet tal-bordijiet tal-kumpaniji f'termini ta' sostenibbiltà;

S.

billi sabiex il-governanza korporattiva fl-UE ssir aktar sostenibbli, trasparenti u responsabbli, il-Kummissjoni għandha, minbarra l-proposti għar-rieżami tal-NFRD, tintroduċi leġiżlazzjoni ġdida dwar id-diliġenza dovuta u d-dmirijiet tad-diretturi; billi jekk l-obbligi ta' diliġenza dovuta u d-dmirijiet tad-diretturi se jkunu koperti minn strument leġiżlattiv wieħed, dawn għandhom ikunu separati b'mod ċar f'żewġ partijiet differenti; billi dawk l-obbligi u d-dmirijiet huma komplementari, iżda mhux interkambjabbli jew subordinati għal xulxin;

Obbligi ta' rappurtar mhux finanzjarju

1.

Jistieden lill-Kummissjoni, meta tipproponi azzjoni ġdida fil-qasam tad-dritt tal-kumpaniji u l-governanza korporattiva, issib il-bilanċ xieraq bejn, min-naħa l-waħda, il-ħtieġa li titnaqqas il-pressjoni għal żmien qasir fuq id-diretturi tal-korporazzjonijiet u l-promozzjoni tal-integrazzjoni ta' kwistjonijiet tas-sostenibbiltà fit-teħid ta' deċiżjonijiet korporattivi, u, min-naħa l-oħra, il-ħtieġa għal flessibbiltà suffiċjenti, filwaqt li tiġi żgurata l-armonizzazzjoni; jenfasizza l-importanza li jissaħħaħ ir-rwol tad-diretturi għas-segwitu tal-interessi fit-tul tal-kumpaniji fl-azzjoni futura fil-livell tal-UE u għat-trawwim ta' kultura, fil-korpi governattivi tal-kumpaniji, li tqis u timplimenta governanza korporattiva sostenibbli;

2.

Jilqa' l-impenn tal-Kummissjoni li tirrevedi l-NFRD; jenfasizza li reviżjoni bħal din għandha tkun kompletament konsistenti mar-rekwiżiti imposti mir-Regolament dwar id-Divulgazzjonijiet u r-Regolament dwar it-Tassonomija; jistieden lill-Kummissjoni tqis ir-rakkomandazzjonijiet inklużi f'din ir-riżoluzzjoni;

3.

Itenni t-talba tiegħu għal twessigħ tal-kamp ta' applikazzjoni tal-NRFD biex ikopri l-intrapriżi kbar, kemm dawk elenkati kif ukoll dawk li mhumiex, stabbiliti fit-territorju tal-Unjoni, kif definit fl-Artikolu 3(4) tad-Direttiva dwar il-Kontabilità; jenfasizza li sabiex jiġu pprovduti kundizzjonijiet ekwi, l-obbligi ta' rappurtar mhux finanzjarju għandhom japplikaw ukoll għal kumpaniji mhux tal-UE li joperaw fis-suq tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni tidentifika setturi ta' attività ekonomika b'riskju għoli u b'impatt sinifikanti fuq il-kwistjonijiet ta' sostenibbiltà li jistgħu jiġġustifikaw l-inklużjoni ta' intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) f'dawk is-setturi fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tal-NFRD; iqis, għal dan il-għan, li l-Kummissjoni għandha tuża għarfien espert indipendenti estern biex tipprovdi lista indikattiva, mhux eżawrjenti u aġġornata regolarment ta' żoni milquta minn kunflitt u żoni ta' riskju għoli, kif ukoll gwida speċifika għall-SMEs; iqis, b'mod partikolari, li l-investimenti u s-setturi li sikwit ikunu marbuta ma' attivitajiet kummerċjali illegali, bħal reati ambjentali, kummerċ illegali ta' organiżmi selvaġġi, korruzzjoni jew kriminalità finanzjarja, għandhom ikunu fil-mira b'mod speċifiku; jenfasizza li rieżami tal-NFRD huwa meħtieġ ukoll biex il-parteċipanti fis-swieq finanzjarji jingħataw aċċess għad-data rilevanti sabiex iwettqu l-obbligi tar-Regolament dwar id-Divulgazzjonijiet;

4.

Jenfasizza li l-governanza korporattiva sostenibbli tikkostitwixxi pilastru importanti, li jippermetti lill-UE tikseb ekonomija li tkun kemm reżiljenti kif ukoll sostenibbli, ittejjeb il-kundizzjonijiet ekwi sabiex iżżomm u tixpruna l-kompetittività internazzjonali tal-kumpaniji tal-UE u tipproteġi lill-ħaddiema u n-negozji tal-UE minn kompetizzjoni inġusta minn pajjiżi terzi, u għalhekk tista' tkun ta' benefiċċju għall-politika kummerċjali u tal-investiment tal-UE, jekk tkun proporzjonata u mkejla b'mod adegwat;

5.

Jinnota li l-pandemija tal-COVID-19 esponiet il-vulnerabbiltajiet tal-ktajjen tal-provvista globali, u wriet li r-regoli volontarji biss mhumiex biżżejjed, kif intwera, pereżempju, fis-settur tal-ħwejjeġ, fejn il-produzzjoni ġiet imxekkla matul il-kriżi, u dan wassal għal effetti negattivi tul il-katina kollha tal-provvista; jinnota li n-negozji bi prattiki ambjentali, soċjali u ta' governanza definiti aħjar u bi proċessi ta' mitigazzjoni tar-riskju qed ikampaw aħjar matul il-kriżi; jirrikonoxxi li l-OECD iddikjarat (23) li l-kumpaniji li jieħdu passi proattivi biex jindirizzaw ir-riskji relatati mal-kriżi tal-COVID-19 b'mod li jtaffi l-impatti negattivi fuq il-ħaddiema u l-ktajjen tal-provvista aktarx jibnu aktar valur u reżiljenza fit-tul u jtejbu l-vijabbiltà tagħhom għal żmien qasir u l-prospetti tagħhom għall-irkupru fit-terminu medju u fit-tul;

6.

Jinnota li r-Regolament dwar it-Tassonomija jistabbilixxi sensiela ta' objettivi ambjentali, jiġifieri dwar it-tibdil fil-klima, l-użu u l-protezzjoni tal-ilma u tar-riżorsi tal-baħar, it-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari, il-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis, u dwar il-bijodiversità u l-ekosistemi; iqis li l-kunċett ta' kwistjonijiet ambjentali fl-NFRD għandu jiġi interpretat f'konformità mar-Regolament dwar it-Tassonomija u jinkludu l-forom kollha ta' tniġġis; jistieden lill-Kummissjoni tqis ir-rakkomandazzjonijiet tat-Task Force dwar id-Divulgazzjonijiet Finanzjarji relatati mal-Klima u tippromwovi l-iżvilupp ta' tekniki kontabilistiċi innovattivi li jirriflettu l-valur tal-ekosistemi; iqis li huwa daqstant importanti li jiġu definiti bi preċiżjoni l-kwistjonijiet l-oħra ta' sostenibbiltà li tirreferi għalihom l-NFRD, bħall-kunċetti ta' kwistjonijiet soċjali u tal-impjegati, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni u t-tixħim; jemmen li l-kwistjonijiet tal-impjegati jistgħu jinkludu d-divulgazzjoni tal-politiki tal-kumpaniji fir-rigward tas-salarji, li tista' tinkludi l-wiri tal-pagi skont id-deċili u d-differenzi bejn il-ġeneri fil-pagi;

7.

Iqis li l-governanza korporattiva sostenibbli hija kruċjali għad-direzzjoni fit-tul tal-intrapriżi biex jallinjaw l-attivitajiet tagħhom mal-ksib tal-objettivi ambjentali ġenerali tal-UE kif stabbiliti fil-Patt Ekoloġiku Ewropew, kif ukoll l-impenn tal-UE li tnaqqas l-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra tagħha fit-triq lejn il-ksib tal-mira ta' newtralità klimatika sal-2050; jissottolinja li s-setturi kollha għandhom jikkontribwixxu biex tintlaħaq dik il-mira;

8.

Iqis li d-definizzjoni tal-materjalità għandha tirreferi għal kwalunkwe impatt rilevanti ambjentali, tad-drittijiet tal-bniedem u tal-governanza fuq is-soċjetà kollha kemm hi, lil hinn mill-ħolqien tal-valur u minn kwistjonijiet relatati mal-prestazzjoni purament finanzjarja tal-kumpaniji; jitlob li din id-definizzjoni tiġi riveduta f'konformità mal-prinċipju ta' materjalità doppja introdott mill-NFRD u spjegat aktar fil-Linji Gwida tal-Kummissjoni dwar ir-rappurtar ta' informazzjoni relatata mal-klima; iqis li l-materjalità għandha tiġi vvalutata fi proċess li jinvolvi l-partijiet ikkonċernati rilevanti;

9.

Josserva li l-NFRD tagħti lill-kumpaniji fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tagħha flessibbiltà sinifikanti biex jiddivulgaw l-informazzjoni rilevanti bil-mod li huma jqisu li jkunu l-aktar siewi; jinnota li l-kumpaniji bħalissa jistgħu jiddependu, fid-diskrezzjoni tagħhom, fuq għadd ta' oqfsa differenti; josserva li għadhom inċerti dwar kif l-aħjar jikkonformaw mal-obbligi ta' divulgazzjoni tagħhom; iqis li huwa meħtieġ li jiġi stabbilit qafas komprensiv tal-UE, bil-qies dovut għall-prinċipju tal-proporzjonalità, biex ikopri l-firxa kollha ta' kwistjonijiet ta' sostenibbiltà rilevanti għal rappurtar mhux finanzjarju komprensiv; jenfasizza, f'dan ir-rigward, li l-qafas leġiżlattiv tal-UE għandu jiżgura li d-divulgazzjonijiet ikunu ċari, ibbilanċjati, jistgħu jinftiehmu, kumparabbli bejn il-kumpaniji fi ħdan settur, verifikabbli u oġġettivi, u jinkludu miri tas-sostenibbiltà marbuta biż-żmien; jenfasizza li dan il-qafas għandu jinkludi wkoll standards obbligatorji, kemm ġenerali kif ukoll speċifiċi għas-settur; jilqa', f'dan ir-rigward, l-impenn tal-Kummissjoni li tappoġġa proċess għall-iżvilupp ta' standards tal-UE għar-rappurtar mhux finanzjarju; jenfasizza li fir-rieżami tal-NFRD għandhom jiġu stabbiliti obbligi u standards speċifiċi ta' rappurtar obbligatorju, bl-involviment xieraq tal-partijiet ikkonċernati kollha involuti, bħas-soċjetà ċivili, l-organizzazzjonijiet ambjentali u s-sħab soċjali;

10.

Iqis li d-dikjarazzjonijiet mhux finanzjarji għandhom jiġu inklużi fir-rapport annwali dwar il-ġestjoni, sabiex jiġu evitati piżijiet addizzjonali għall-kumpaniji; jilqa' l-impenn meħud mill-Kummissjoni fil-Pjan ta' Azzjoni tagħha dwar l-Unjoni tas-Swieq Kapitali (COM(2020)0590) li tressaq proposta leġiżlattiva sat-tielet kwart tal-2021 għal pjattaforma diġitali online aċċessibbli għall-pubbliku fl-UE kollha li tipprovdi aċċess mingħajr ħlas għall-informazzjoni finanzjarja u mhux finanzjarja rrappurtata mill-kumpaniji; iqis li din il-pjattaforma għandha tippermetti lill-utenti jqabblu d-data divulgata mill-kumpaniji, billi tinkludi kategoriji bħal temi, setturi, pajjiżi, fatturat u għadd ta' impjegati;

11.

Jinnota li l-NFRD teskludi d-dikjarazzjonijiet mhux finanzjarji mir-rekwiżit tal-assigurazzjoni tal-kontenut li altrimenti huma soġġetti għalih id-dikjarazzjonijiet finanzjarji tal-kumpaniji; iqis li d-dikjarazzjonijiet mhux finanzjarji għandhom ikunu soġġetti għal awditu obbligatorju, skont id-daqs u l-qasam ta' attività tal-kumpanija kkonċernata; iqis li l-fornitur tas-servizzi ta' assigurazzjoni, soġġett għar-rekwiżiti ta' oġġettività u indipendenza, għandu jwettaq l-awditu tiegħu skont il-qafas futur tal-UE; jenfasizza, fid-dawl ta' dak li ntqal hawn fuq, il-ħtieġa li jiġu indirizzati l-inċentivi ħżiena inerenti fl-awditjar statutorju billi tiġi rieżaminata d-Direttiva dwar l-Awditjar Statutorju (24); jafferma li dan ikun ukoll opportunità biex jiġi indirizzat il-kważi monopolju tal-akbar erba' kumpaniji tal-kontabilità, li tipikament jagħmlu l-awditjar tal-akbar kumpaniji elenkati;

12.

Jenfasizza li r-rappreżentanti tal-ħaddiema għandhom ikunu involuti fid-definizzjoni tal-proċess għar-rappurtar ta' informazzjoni mhux finanzjarja u fil-verifika tal-informazzjoni, b'mod partikolari fir-rigward tal-għanijiet tas-sostenibbiltà soċjali u kwistjonijiet relatati mal-katina tal-produzzjoni tal-provvista, inklużi l-esternalizzazzjoni u s-sottokuntrattar;

13.

Jenfasizza l-importanza li jiġi introdott obbligu li jirrikjedi lil ċerti kumpaniji tal-UE jipproduċu, fuq bażi annwali, rapport għal kull pajjiż għal kull ġurisdizzjoni fiskali li joperaw fiha; jistieden lill-Kunsill jadotta l-approċċ ġenerali tiegħu malajr kemm jista' jkun sabiex jibda negozjati mal-Parlament dwar il-proposta tal-Kummissjoni għal direttiva li temenda d-Direttiva 2013/34/UE fir-rigward tad-divulgazzjoni ta' informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu minn ċerti intrapriżi u fergħat (COM(2016)0198);

14.

Jemmen li l-UE għandha tagħmel kull sforz biex tiżgura li l-ftehimiet ta' kummerċ ħieles li jinnegozjaw jinkludu klawżoli li jirrikjedu li l-istati sħab jistabbilixxu obbligi kumparabbli għall-kumpaniji tagħhom, bil-għan li jiġi evitat kwalunkwe mezz ġdid ta' distorsjoni tal-kompetizzjoni;

L-obbligu ta' diliġenza tad-diretturi u miżuri addizzjonali biex il-governanza korporattiva issir aktar orjentata lejn is-sostenibbiltà

15.

Jenfasizza l-importanza tad-diversità u l-inklużività fil-kumpaniji, li twassal għal prestazzjoni kummerċjali aqwa; jistieden lill-Kunsill jadotta l-approċċ ġenerali tiegħu malajr kemm jista' jkun sabiex jibda negozjati mal-Parlament dwar il-Proposta dwar in-Nisa fuq il-Bordijiet (25), li għandha l-għan li ttemm l-iżbilanċ ġeneralizzat bejn in-nisa u l-irġiel fl-ogħla livelli tat-teħid ta' deċiżjonijiet fi ħdan il-kumpaniji; jistieden lill-Kummissjoni tistudja proposti addizzjonali biex ittejjeb il-bilanċ bejn il-ġeneri fost il-maniġers superjuri u dawk b'pożizzjonijiet influwenti fil-kumpaniji;

16.

Jissottolinja l-ħtieġa għal involviment akbar tal-impjegati fil-proċessi tat-teħid ta' deċiżjonijiet tal-kumpaniji sabiex jiġu integrati aħjar l-objettivi u l-impatti fit-tul tal-kumpaniji tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni teżamina l-possibbiltà li tirrevedi d-Direttiva tal-Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew (26) u tistabbilixxi qafas ġdid dwar l-informazzjoni, il-konsultazzjoni u l-involviment tal-impjegati f'kumpaniji Ewropej;

17.

Jisħaq fuq il-fatt li t-tranżizzjoni ekoloġika u ż-żieda fid-diġitalizzazzjoni se jkollhom riperkussjonijiet profondi fuq il-forza tax-xogħol; iqis, għalhekk, li kwalunkwe governanza korporattiva sostenibbli għandha tirrikonoxxi u tiggarantixxi b'mod effettiv id-dritt tal-impjegati li jkomplu t-taħriġ vokazzjonali u l-edukazzjoni tul il-ħajja matul is-sigħat tax-xogħol tagħhom;

18.

Jinnota li l-kumpaniji mhumiex entitajiet astratti maqtugħa mill-isfidi ambjentali u soċjali tal-lum; iqis li l-kumpaniji għandhom jagħtu kontribut aktar attiv għas-sostenibbiltà peress li l-prestazzjoni fit-tul, ir-reżiljenza, u saħansitra s-sopravivenza tagħhom jistgħu jiddependu mill-adegwatezza tar-rispons tagħhom għal kwistjonijiet ambjentali u soċjali; jenfasizza, f'dan ir-rigward, li l-obbligu ta' diliġenza tad-diretturi lejn il-kumpanija tagħhom għandu jiġi definit mhux biss fir-rigward tal-massimizzazzjoni tal-profitti għal żmien qasir mil-lat ta' ishma, iżda wkoll fir-rigward ta' kwistjonijiet tas-sostenibbiltà; jinnota r-rwol ewlieni tad-diretturi eżekuttivi fid-definizzjoni tal-istrateġija ta' kumpanija u s-sorveljanza tal-operazzjonijiet tagħha; iqis li d-dmirijiet legali tad-diretturi eżekuttivi li jaġixxu fl-interess tal-kumpanija tagħhom għandhom jinftiehmu bħala dmir li jintegraw l-interessi fit-tul u r-riskji għas-sostenibbiltà, l-impatti, l-opportunitajiet u d-dipendenzi fl-istrateġija ġenerali tal-kumpanija tagħhom; jenfasizza li dan id-dmir ta' prijoritizzazzjoni jista' jinvolvi bidla minn investimenti mhux sostenibbli lejn investimenti sostenibbli;

19.

Jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta proposta leġiżlattiva biex tiżgura li d-dmirijiet tad-diretturi ma jkunux jistgħu jinftiehmu ħażin bħala li jammontaw biss għall-massimizzazzjoni għal żmien qasir tal-valur għall-azzjonisti, iżda minflok iridu jinkludu l-interess fit-tul tal-kumpanija u interessi usa' tas-soċjetà, kif ukoll dak tal-impjegati u ta' partijiet ikkonċernati rilevanti oħra; Jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta proposta leġiżlattiva li tiżgura li l-membri ta' korpi amministrattivi, tal-ġestjoni u tas-superviżjoni, li jaġixxu fi ħdan il-kompetenzi assenjati lilhom mil-liġi nazzjonali, ikollhom id-dmir legali li jiddefinixxu, jiddivulgaw u jimmonitorjaw strateġija ta' sostenibbiltà korporattiva;

20.

Jenfasizza, fir-rigward tar-reviżjoni li għaddejja bħalissa tad-Direttiva dwar ir-Responsabbiltà Ambjentali (27), li l-kumpaniji għandu jkollhom titoli finanzjarji għar-responsabbiltà ambjentali għall-ħsara ambjentali kkawżata lill-individwi u l-ekosistemi;

21.

Iqis li l-istrateġiji ta' sostenibbiltà tal-kumpaniji għandhom jidentifikaw u jindirizzaw, f'konformità mal-obbligi ta' diliġenza dovuta tagħhom, min-naħa l-waħda, kwistjonijiet materjali f'konformità mar-rekwiżiti ta' rappurtar mhux finanzjarju, u, min-naħa l-oħra, l-impatti sinifikanti li dawk il-kumpaniji jista' jkollhom fuq kwistjonijiet ambjentali, klimatiċi, soċjali u tal-impjegati, u l-implikazzjonijiet għad-drittijiet tal-bniedem, it-tixħim u l-korruzzjoni li jirriżultaw mill-mudelli tan-negozju, l-operazzjonijiet u l-ktajjen tal-provvista tagħhom, inkluż barra l-UE; iqis li d-dmir ta' diliġenza li d-diretturi għandhom lejn il-kumpanija jirrikjedi wkoll li josservaw id-dmir li ma jagħmlux ħsara lill-ekosistemi u li jħarsu l-interessi tal-partijiet ikkonċernati rilevanti, inklużi l-impjegati, li jistgħu jintlaqtu ħażin mill-attivitajiet tal-kumpanija;

22.

Jemmen li l-ambitu tal-leġiżlazzjoni futura għandu jkopri lill-intrapriżi kbar kollha, kemm dawk elenkati kif ukoll dawk li mhumiex, stabbiliti fit-territorju tal-Unjoni, kif definit fl-Artikolu 3(4) tad-Direttiva dwar il-Kontabilità; jenfasizza li sabiex jiġu pprovduti kundizzjonijiet ekwi, din il-leġiżlazzjoni għandha tapplika wkoll għal kumpaniji mhux tal-UE li joperaw fis-suq tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni tidentifika setturi ta' attività ekonomika b'riskju għoli u b'impatt sinifikanti fuq kwistjonijiet ta' sostenibbiltà li jistgħu jiġġustifikaw l-applikazzjoni tagħha għall-SMEs f'dawk is-setturi; iqis ukoll li, wara l-valutazzjoni tal-impatt li qed twettaq il-Kummissjoni, l-istrateġiji ta' sostenibbiltà għandhom jinkludu miri li jistgħu jitkejlu, speċifiċi, marbuta biż-żmien u bbażati fuq ix-xjenza, kif ukoll pjanijiet ta' tranżizzjoni allinjati mal-impenji internazzjonali tal-UE fir-rigward tal-ambjent u t-tibdil fil-klima, b'mod partikolari l-Ftehim ta' Pariġi, il-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika u l-ftehimiet internazzjonali li jindirizzaw id-deforestazzjoni; jemmen li l-istrateġiji jistgħu jinkludu wkoll politika interna dwar salarju ġust ibbażata fuq paga li tiggarantixxi l-għajxien għal kull pajjiż, politika dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, u politika li tiżgura li d-drittijiet tal-impjegati jiġu integrati aħjar fl-attivitajiet tan-negozju; jenfasizza li l-kontenut ta' dawn il-politiki interni għandu jiġi determinat mill-kumpaniji nfushom, b'kunsiderazzjoni xierqa għall-impjegati tagħhom u b'konsultazzjoni magħhom; iqis li dawn il-politiki għandhom iqisu kwistjonijiet speċifiċi għas-settur u/jew ġeografiċi u d-drittijiet ta' persuni li jappartjenu għal gruppi jew komunitajiet partikolarment vulnerabbli; iqis li r-rabta tal-parti varjabbli tar-remunerazzjoni tad-diretturi eżekuttivi mal-ksib tal-miri miżurabbli stabbiliti fl-istrateġija sservi biex tallinja l-interessi tad-diretturi mal-interessi fit-tul tal-kumpaniji tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni tkompli tippromwovi skemi ta' rimunerazzjoni bħal dawn għall-ogħla pożizzjonijiet maniġerjali;

23.

Jinnota li xi Stati Membri introduċew il-kunċett ta' “ishma ta' lealtà” fil-leġiżlazzjoni tagħhom, fejn il-parteċipazzjoni azzjonarja fit-tul tiġi ppremjata permezz ta' drittijiet tal-vot u vantaġġi fiskali; jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra l-introduzzjoni ta' mekkaniżmi ġodda għall-promozzjoni ta' rendimenti sostenibbli u l-prestazzjonijiet fit-tul tal-kumpaniji; jenfasizza li l-qligħ imfaddal jista' jikkontribwixxi biex jinbnew riżervi adegwati;

24.

Iqis li d-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Azzjonisti għandha tiġi emendata wkoll sabiex tiġi inċentivata l-imġiba ta' azzjonisti “paċenzjużi”, b'mod partikolari billi tiġi ppremjata l-parteċipazzjoni azzjonarja fit-tul permezz ta' drittijiet tal-vot u vantaġġi fiskali;

25.

Jesprimi tħassib li ċerti ftehimiet ta' investiment internazzjonali bħat-Trattat tal-Karta tal-Enerġija jpoġġu l-interessi finanzjarji tal-korporazzjonijiet multinazzjonali qabel il-prijoritajiet ambjentali u klimatiċi; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tieħu azzjoni rapida biex tiżgura li l-ftehimiet ta' investiment kummerċjali eżistenti u futuri kollha jkunu allinjati bis-sħiħ mal-objettivi klimatiċi u ambjentali tal-UE u jħeġġiġha tressaq proposti biex jiġu miġġielda l-ħtif tal-art u d-deforestazzjoni mill-korporazzjonijiet fir-rieżami li jmiss tal-NFRD;

26.

Iqis li, fil-proċess tad-definizzjoni u l-monitoraġġ tal-istrateġiji ta' sostenibbiltà tagħhom, il-kumpaniji għandu jkollhom id-dmir li jinfurmaw u jikkonsultaw lill-partijiet ikkonċernati rilevanti; jemmen li l-kunċett ta' parti kkonċernata għandu jiġi interpretat b'mod wiesa' u jinkludi l-persuni kollha li d-drittijiet u l-interessi tagħhom jistgħu jiġu milquta mid-deċiżjonijiet tal-kumpanija, bħall-impjegati, it-trade unions, il-komunitajiet lokali, il-popli indiġeni, l-assoċjazzjonijiet taċ-ċittadini, l-azzjonisti, is-soċjetà ċivili u l-organizzazzjonijiet ambjentali; iqis li huwa essenzjali, barra minn hekk, li jiġu kkonsultati l-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali u lokali li jittrattaw is-sostenibbiltà tal-affarijiet ekonomiċi, b'mod partikolari dawk responsabbli għall-impjiegi u l-politiki pubbliċi ambjentali;

27.

Iqis li dan l-involviment għandu jsir, skont id-daqs u l-qasam ta' attività tal-kumpanija kkonċernata u b'eċċezzjoni għall-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) li ma joperawx f'setturi ta' riskju għoli, setturi li għandhom jiġu definiti mill-Kummissjoni, permezz ta' kumitati konsultattivi li jinkludu rappreżentanti jew kelliema tal-partijiet ikkonċernati, inklużi impjegati kif ukoll esperti indipendenti, bl-għan ġenerali li jipprovdu pariri dwar il-kontenut u l-implimentazzjoni tal-istrateġija ta' sostenibbiltà tal-kumpanija; iqis li dawn il-kumitati konsultattivi għandu jkollhom id-dritt li jitolbu, jekk ikun approvat minn maġġoranza kbira, awditu indipendenti jekk jitqajjem tħassib raġonevoli dwar l-implimentazzjoni xierqa tal-istrateġija ta' sostenibbiltà;

28.

Jemmen li l-kumpaniji li jirċievu għajnuna mill-Istat, finanzjament mill-UE, jew flus pubbliċi oħra jew kumpaniji li jwettqu pjanijiet ta' sensji għandu jkollhom l-għan li jżommu l-impjiegi tal-ħaddiema tagħhom u joffrulhom protezzjoni, jaġġustaw ir-remunerazzjoni tad-diretturi tagħhom b'konsegwenza, iħallsu s-sehem ġust tagħhom ta' taxxi, jimplimentaw l-istrateġija ta' sostenibbiltà tagħhom f'konformità mal-objettiv li jnaqqsu l-marka tal-karbonju tagħhom, u joqogħdu lura milli jħallsu dividendi jew milli joffru skemi ta' xiri lura tal-ishma mmirati lejn ir-rimunerazzjoni tal-azzjonisti;

o

o o

29.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1)  https://www.ohchr.org/documents/publications/guidingprinciplesbusinesshr_en.pdf

(2)  https://www.un.org/sustainabledevelopment/sustainable-development-goals/

(3)  http://mneguidelines.oecd.org/guidelines/

(4)  https://www.oecd.org/investment/due-diligence-guidance-for-responsible-business-conduct.htm

(5)  https://mneguidelines.oecd.org/RBC-for-Institutional-Investors.pdf

(6)  https://www.ilo.org/wcmsp5/groups/public/---ed_emp/---emp_ent/---multi/documents/publication/wcms_094386.pdf

(7)  https://unfccc.int/files/essential_background/convention/application/pdf/english_paris_agreement.pdf

(8)  https://www.ipcc.ch/2018/10/08/summary-for-policymakers-of-ipcc-special-report-on-global-warming-of-1-5c-approved-by-governments/

(9)  ĠU L 150, 20.5.2014, p. 195.

(10)  ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19.

(11)  ĠU L 330, 15.11.2014, p. 1.

(12)  ĠU L 157, 15.6.2016, p. 1.

(13)  ĠU L 132, 20.5.2017, p. 1.

(14)  ĠU L 305, 26.11.2019, p. 17.

(15)  ĠU L 317, 9.12.2019, p. 1.

(16)  ĠU L 198, 22.6.2020, p. 13.

(17)  ĠU C 215, 5.7.2017, p. 1.

(18)  ĠU C 209, 20.6.2019, p. 1.

(19)  https://ec.europa.eu/info/sites/info/files/business_economy_euro/growth_and_investment/documents/200610-cmu-high-level-forum-final-report_en.pdf

(20)  http://www.undocs.org/A/HRC/8/5

(21)  https://ec.europa.eu/environment/legal/liability/pdf/Final_report.pdf

(22)  https://climateprinciplesforenterprises.files.wordpress.com/2017/12/osloprincipleswebpdf.pdf

(23)  http://www.oecd.org/coronavirus/policy-responses/covid-19-and-responsible-business-conduct-02150b06/#:~:text=A%20responsible%20business%20conduct%20(RBC,both%20government%20and%20business%20response

(24)  ĠU L 158, 27.5.2014, p. 196.

(25)  Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Novembru 2012 dwar it-titjib tal-bilanċ bejn is-sessi fost diretturi mhux eżekuttivi ta' kumpaniji elenkati f'borża u miżuri relatati (COM(2012)0614).

(26)  ĠU L 122, 16.5.2009, p. 28.

(27)  ĠU L 143, 30.4.2004, p. 56.


29.10.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 445/102


P9_TA(2020)0373

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (VET) għall-kompetittività sostenibbli, il-ġustizzja soċjali u r-reżiljenza

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Diċembru 2020 dwar ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (VET) għall-kompetittività sostenibbli, il-ġustizzja soċjali u r-reżiljenza (2020/2767(RSP))

(2021/C 445/13)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikoli 165 u 166 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikolu 14 tagħha dwar id-dritt għall-edukazzjoni,

wara li kkunsidra l-Aġenda 2030 tan-NU għall-Iżvilupp Sostenibbli u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli, b'mod partikolari l-Għan 4 u l-miri tiegħu,

wara li kkunsidra l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali pproklamat mill-Kunsill, il-Parlament u l-Kummissjoni f'Novembru 2017, u b'mod partikolari l-prinċipji 1 tiegħu dwar l-edukazzjoni, it-taħriġ u t-tagħlim tul il-ħajja u l-prinċipju 4 tiegħu dwar l-appoġġ attiv għall-impjiegi,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-1 ta' Lulju 2020 dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (VET) għall-kompetittività sostenibbli, il-ġustizzja soċjali u r-reżiljenza (COM(2020)0275) u d-dokument ta' ħidma tal-persunal li jakkumpanjaha (SWD(2020)0123),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni ta' Ottubru 2017 bit-titolu “Mapping of VET graduate tracking measures in EU Member States” (Immappjar tal-miżuri ta'stħarriġ dwar is-sitwazzjoni tal-gradwati tal-VET fl-Istati Membri tal-UE),

wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2009 dwar l-istabbiliment ta' Qafas ta' Referenza Ewropew għall-Assigurazzjoni tal-Kwalità għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali (EQAVET) (1),

wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2009 dwar l-istabbiliment ta' Sistema Ewropea ta' Krediti għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali (ECVET) (2),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-16 ta' Ġunju 2020 dwar il-ġlieda kontra l-kriżi tal-COVID-19 fl-edukazzjoni u t-taħriġ,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Kunsill tat-8 ta' Novembru 2019 dwar l-iżvilupp ulterjuri taż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni biex jiġu appoġġati sistemi ta' edukazzjoni u taħriġ orjentati lejn il-futur (3),

wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2018 dwar Qafas Ewropew għal Apprendistati ta' Kwalità u Effettivi (4),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-1 ta' Lulju 2020 dwar Aġenda għall-Ħiliet għall-Ewropa għall-kompetittività sostenibbli, il-ġustizzja soċjali u r-reżiljenza (COM(2020)0274) u d-dokumenti ta' ħidma tal-persunal li jakkumpanjawha (SWD(2020)0121) u (SWD(2020)0122),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-1 ta' Lulju 2020 dwar l-Appoġġ għall-Impjieg taż-Żgħażagħ: Pont għall-Impjiegi għall-Ġenerazzjoni li Jmiss (COM(2020)0276),

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-1 ta' Lulju 2020 bit-titolu “Pont għall-Impjiegi – Tissaħħaħ il-Garanzija għaż-Żgħażagħ” u li tissostitwixxi r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-22 ta' April 2013 dwar it-twaqqif ta' Garanzija għaż-Żgħażagħ (COM(2020)0277),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta' Settembru 2020 dwar il-kisba sal-2025 taż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni (COM(2020)0625) u d-dokument ta' ħidma tal-persunal li jakkumpanjaha (SWD(2020)0212),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta' Settembru 2020 dwar il-Pjan ta' Azzjoni dwar l-Edukazzjoni Diġitali 2021-2027 – Tfassil mill-ġdid tal-edukazzjoni u t-taħriġ għall-era diġitali (COM(2020)0624) u d-dokument ta' ħidma tal-persunal li jakkumpanjaha (SWD(2020)0209),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta' Jannar 2018 dwar il-Pjan ta' Azzjoni għall-Edukazzjoni Diġitali (COM(2018)0022),

wara li kkunsidra l-qafas ta' kooperazzjoni politika Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ (ET 2020),

wara li kkunsidra l-Qafas Ewropew għall-Kompetenza Ewlenija Personali, Soċjali u tat-Tagħlim kif Titgħallem (LifeComp),

wara li kkunsidra r-rapport ta' sinteżi taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) tal-15 ta' April 2020 ibbażat fuq informazzjoni pprovduta mill-komunità tal-esperti dwar l-apprendistat tas-Cedefop u bit-titolu “How are European countries managing apprenticeships to respond to the COVID-19 crisis?” (Il-pajjiżi Ewropej kif qed imexxu l-apprendistati biex jirrispondu għall-kriżi tal-COVID-19?),

wara li kkunsidra r-rapport tas-Cedefop tal-2020 bit-titolu “Vocational education and training in Europe, 1995-2035 – Scenarios for European vocational education and training in the 21st century” (L-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali fl-Ewropa, 1995-2035 – Xenarji għall-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali Ewropej fis-seklu 21),

wara li kkunsidra s-sensiela ta' seba' dokumenti ta' riċerka tas-Cedefop bit-titolu “The changing nature and role of vocational education and training in Europe” (Il-tibdil fin-natura u fir-rwol tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali fl-Ewropa),

wara li kkunsidra l-pubblikazzjoni tas-Cedefop tal-2013 bit-titolu “Benefits of vocational education and training in Europe for people, organisations and countries” (Il-benefiċċji tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali fl-Ewropa għan-nies, l-organizzazzjonijiet u l-pajjiżi),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Ottubru 2020 dwar il-Garanzija għaż-Żgħażagħ (5),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Ġunju 2018 dwar il-modernizzazzjoni tal-edukazzjoni fl-UE (6),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Settembru 2017 dwar aġenda ġdida għall-ħiliet għall-Ewropa (7),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' Jannar 2016 dwar politiki dwar il-ħiliet għall-ġlieda kontra l-qgħad fost iż-żgħażagħ (8),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' April 2016 dwar il-programm Erasmus+ u strumenti oħra sabiex titrawwem il-mobilità fl-ETV – approċċ ta' tagħlim tul il-ħajja (9),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Ġunju 2011 dwar Kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali biex tiġi appoġġjata l-Istrateġija Ewropa 2020 (10),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni leġiżlattiva tiegħu tal-20 ta' Mejju 2008 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 85/368/KEE dwar it-tqabbil tal-kwalifiki tat-taħriġ professjonali bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea (11),

wara li kkunsidra l-istudju tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi tas-6 ta' Mejju 2020 bit-titolu “VET in a time of crisis: Building foundations for resilient vocational education and training systems” (Il-VET fi żmien ta' kriżi: Nibnu pedamenti għal sistemi reżiljenti ta' edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali),

wara li kkunsidra l-mistoqsijiet lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (VET) għall-kompetittività sostenibbli, il-ġustizzja soċjali u r-reżistenza (O-000068/2020 – B9-0027/2020 u O-000069/2020 – B9-0028/2020),

wara li kkunsidra l-Artikoli 136(5) u 132(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali,

A.

billi l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (VET) huma parti essenzjali tas-sistemi edukattivi u ta' tagħlim tul il-ħajja Ewropej, li jgħammru liż-żgħażagħ u lill-adulti bl-għarfien, il-konoxxenza, il-ħiliet u l-kompetenzi li jeħtieġu għall-impjieg; billi l-VET jipprovdu madwar nofs il-gradwati tal-edukazzjoni sekondarja tat-tieni livell fl-Unjoni Ewropea; billi l-VET jistgħu jkunu kruċjali biex jiġu indirizzati l-isfidi kkawżati miż-żieda fix-xejriet makro u t-tranżizzjonijiet futuri, u jistgħu jkunu kruċjali biex titnaqqas id-diskrepanza dejjem tikber fil-ħiliet fis-suq tax-xogħol tal-UE;

B.

billi skont is-Cedefop, madwar żewġ terzi tal-Ewropej (68 %) jaħsbu li l-edukazzjoni vokazzjonali fl-istadju tal-edukazzjoni sekondarja tat-tieni livell għandha perċezzjoni pożittiva f'pajjiżhom, filwaqt li ftit anqas minn kwart (23 %) jgħidu li għandha perċezzjoni negattiva (12);

C.

billi l-edukazzjoni u t-taħriġ għandhom ukoll rwol ċentrali fl-integrazzjoni tal-persuni fis-soċjetà u fil-promozzjoni tal-parteċipazzjoni fil-proċess politiku, u b'hekk jgħinu biex tinbena l-inklużjoni kif ukoll iċ-ċittadinanza demokratika u attiva;

D.

billi l-VET jistgħu jagħtu spinta lill-iżvilupp professjonali tal-istudenti u tal-ħaddiema, lill-prestazzjoni tal-kumpaniji, lill-kompetittività, ir-riċerka u l-innovazzjoni u huma aspett ċentrali ta' politika dwar l-impjiegi u soċjali ta' suċċess;

E.

billi l-VET fl-Ewropa huma diversi ħafna u mhumiex attraenti bl-istess mod għall-istudenti kollha; billi s-sistemi u l-inizjattivi nazzjonali jeħtieġ li jkunu aktar kompatibbli u interkonnessi fil-livell tal-UE; billi l-Kummissjoni u l-politiki tal-UE jista' jkollhom rwol importanti biex jappoġġjaw u jikkoordinaw l-azzjonijiet tal-Istati Membri dwar il-VET fil-livell tal-UE; billi r-rwol tan-networks u s-sħubijiet transnazzjonali u nazzjonali tal-fornituri tal-VET huwa kruċjali fit-tixrid tal-aġenda politika tal-VET u l-aħjar prattika tal-UE;

F.

billi l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali inizjali (IVET) m'għadhomx jitqiesu biss bħala perkors vokazzjonali, iżda bħala perkors alternattiv għar-rotta akkademika li fih bosta elementi ta' edukazzjoni akkademika li, fl-aħħar mill-aħħar, jista' jwassal għal livell terzjarju, edukazzjoni universitarja; billi fil-pajjiżi fejn is-sistema doppja hija stabbilita sewwa, il-perkors vokazzjonali dejjem għaqqad l-esperjenza prattika fuq il-post tax-xogħol mal-istudju akkademiku fil-klassi;

G.

billi l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali kontinwi (CVET) huma essenzjali biex jintlaħqu l-objettivi soċjali u ekonomiċi tal-UE; billi s-CVET itejbu l-parteċipazzjoni tal-adulti fit-tagħlim tul il-ħajja, isaħħu l-impjegabbiltà tagħhom u jżidu l-impjiegi fl-Ewropa;

H.

billi s-sistemi Ewropej tal-VET qed jiffaċċjaw sfidi importanti; billi dawn is-sistemi jeħtieġ li jkunu mgħammra bil-kapaċità li jadattaw għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali li qed jevolvu b'pass mgħaġġel, għall-iżviluppi teknoloġiċi, il-bidliet okkupazzjonali u l-bidla għal impjiegi b'ħiliet aktar għoljin, il-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol dejjem jinbidlu, l-indirizzar tan-nuqqasijiet attwali fil-ħiliet u l-evitar ta' dawk futuri, il-mudelli ġodda ta' negozju, il-forom ġodda ta' organizzazzjoni tax-xogħol, ix-xejriet demografiċi, il-koeżjoni u l-iżviluppi infrastrutturali; billi l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-UE jeħtieġ li jżidu l-isforzi tagħhom u l-appoġġ tagħhom biex joħolqu l-aħjar kundizzjonijiet possibbli għall-VET sabiex jadattaw malajr għal dawn l-isfidi u l-ħtiġijiet ta' ħiliet fis-suq tax-xogħol;

I.

billi l-pajjiżi li għandhom programmi ta' taħriġ vokazzjonali mfassla tajjeb isibuha aktar faċli biex jevitaw il-qgħad fost iż-żgħażagħ, anke fi żminijiet ta' kriżi; billi skont l-analiżi mill-IZA Institute of Labor Economics, il-pajjiżi li għandhom sistema ta' taħriġ vokazzjonali doppja rnexxielhom jaffromtaw aħjar il-kriżi ekonomika tal-2008 u l-effetti tagħha fuq iż-żgħażagħ fis-suq tax-xogħol; billi r-rata tal-qgħad fost iż-żgħażagħ f'pajjiżi mingħajr sistema ta' VET doppja żdiedet b'mod sinifikanti f'dak iż-żmien (13);

J.

billi minkejja l-isforzi li qed isiru biex jiġi stabbilit Qafas Ewropew tal-Kwalifiki kkoordinat u l-iżvilupp ta' oqfsa nazzjonali tal-kwalifiki, bosta ħaddiema mobbli fl-UE jsibu diffikultajiet biex il-ħiliet u t-taħriġ tagħhom jiġu rikonoxxuti u biex isibu impjieg ekwivalenti fi Stati Membri oħra;

K.

billi s-sistema doppja normalment ma tipprovdix il-possibbiltà li l-proċess edukattiv jitkompla fil-livelli kollha; billi s-sistema doppja trid tkun flessibbli u tkun kapaċi tirrispondi għall-bidliet fis-suq tax-xogħol u għall-impjiegi ġodda, li għadhom mhumiex magħrufa;

L.

billi l-internships u t-taħriġ vokazzjonali ma' impjegaturi barranin fil-programm Erasmus+ għandhom impatt sinifikanti fuq l-appoġġ lill-istudenti u l-gradwati tal-iskejjel vokazzjonali u tekniċi biex isibu impjieg u biex jiżviluppaw il-kompetenzi meħtieġa fis-suq tax-xogħol, inklużi l-lingwa, il-lingwa professjonali u l-ħiliet soċjali;

M.

billi l-pandemija tal-COVID-19 poġġiet kemm l-attivitajiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, kif ukoll l-edukazzjoni standard b'mod ġenerali, taħt pressjoni sinifikanti, u interrompiet it-tagħlim kemm fil-postijiet tax-xogħol kif ukoll fil-klassijiet; billi l-pandemija kienet partikolarment ta' tfixkil għat-tagħlim imsejjes fuq ix-xogħol, inklużi l-apprendistati u l-iskemi ta' taħriġ ħafna drabi b'għadd konsiderevolment imnaqqas ta' preżenzi, offerti u studenti ġodda; billi l-konsegwenzi tal-kriżi tal-COVID-19 joffru wkoll opportunità biex titnieda rivoluzzjoni diġitali u teknoloġika fil-VET, li tista' tkisser l-ostakli fiżiċi, fejn possibbli, u żżid b'mod sinifikanti l-firxa u l-impatt tagħha fuq ir-riżultati mistennija;

N.

billi f'ħafna setturi, it-taħriġ permezz ta' apprendistat, huwa affettwat bil-kbir mill-għeluq tal-kumpaniji u x-xogħol b'ħinijiet iqsar;

O.

billi huwa probabbli li ż-żgħażagħ se jbatu b'mod sproporzjonat mill-konsegwenzi tal-kriżi ekonomika kkawżata mill-pandemija tal-COVID-19 f'termini ta' qgħad; billi f'Awwissu 2020, wara li żdied malajr fix-xhur preċedenti, il-qgħad fost iż-żgħażagħ kien ilaħħaq 17,6 % fl-UE u 18,1 % fiż-żona tal-euro (meta mqabbel ma' 14,1 % u 15,4 % rispettivament f'Awwissu 2019) u billi huwa mistenni li jiżdied aktar fil-futur qrib u jżomm lil ħafna żgħażagħ maqbuda f'forom prekarji u mhux standard ta' impjieg jew inattività bi protezzjoni soċjali insuffiċjenti; billi l-UE trid tagħmel il-qgħad fost iż-żgħażagħ u dawk barra mill-edukazzjoni, impjieg jew taħriġ (NEETs) waħda mill-prijoritajiet politiċi ewlenin biex jiġi evitat li tinħoloq “ġenerazzjoni mitlufa” oħra b'konsegwenza tal-kriżi attwali, li se jkollha wkoll effett detrimentali fuq is-saħħa mentali u l-ħajja ta' miljuni ta' żgħażagħ; billi l-VET huma fattur ewlieni biex l-istudenti jiġu mħejjija għal soċjetajiet demokratiċi u biex jidħlu u jipparteċipaw b'suċċess fid-dinja tax-xogħol;

P.

billi l-iżviluppi soċjoekonomiċi reċenti u l-kriżi kkawżata mill-pandemija tal-COVID-19 żiedu l-inugwaljanzi soċjali u enfasizzaw il-ħtieġa li s-sistemi tal-VET isiru mhux biss aktar effiċjenti iżda wkoll aktar aċċessibbli u inklużivi fir-rigward tal-gruppi vulnerabbli u l-persuni f'żoni rurali jew remoti; billi l-opportunitajiet indaqs għal kulħadd huma fundamentali; billi l-aċċess għall-kompjuters, konnessjoni broadband, l-appoġġ diġitali u għodod teknoloġiċi oħra tat-tagħlim huma kruċjali, mhux biss għall-fornituri tal-VET iżda wkoll għall-istudenti, sabiex jiġi evitat li l-inugwaljanzi jkomplu jikbru u jiġi żgurat li ħadd ma jitħalla jibqa' lura;

Q.

billi 60 miljun adult fl-UE għandhom livell baxx ta' kwalifiki; billi skont is-Cedefop, hemm 128 miljun adult fl-UE li għandhom livell baxx ta' edukazzjoni, ħiliet diġitali baxxi jew ħiliet konjittivi baxxi jew li għandhom livell medju-għoli ta' edukazzjoni iżda huma f'riskju ta' telf tal-ħiliet u ta' obsolexxenza tal-ħiliet u għalhekk jeħtieġu titjib tal-ħiliet u taħriġ mill-ġdid; billi sistemi ta' VET imfasslin tajjeb u inklużivi huma ta' importanza strateġika biex jiżdiedu l-kompetenzi u l-ħiliet tal-istudenti kollha u biex jiġi appoġġjat l-aċċess għall-opportunitajiet ta' impjieg ta' kwalità;

R.

billi fl-2017, 4,3 % tal-istudenti fl-edukazzjoni sekondarja tal-ewwel livell fl-UE segwew programmi vokazzjonali, b'dan is-sehem jilħaq 47,8 % għall-edukazzjoni sekondarja tat-tieni livell u 92 % għall-edukazzjoni postsekondarja mhux terzjarja; billi fl-2017, 46,7 % tal-gradwati kollha mill-programmi vokazzjonali fl-edukazzjoni sekondarja tat-tieni livell fl-UE kienu nisa (14);

S.

billi fil-VET bħal fl-edukazzjoni, il-kriżi tal-COVID-19 enfasizzat xi sfidi u limitazzjonijiet tat-tagħlim mill-bogħod f'oqsma tekniċi u relatati mal-kontenut;

T.

billi hemm ir-riskju li t-tagħlim mill-bogħod iżid ir-rati tat-tluq mill-iskola għall-istudenti vulnerabbli u għalhekk irid jibqa' komplement pjuttost milli alternattiva għat-tagħlim konvenzjonali;

U.

billi la hemm definizzjoni maqbula u lanqas fehim komuni tal-mikrokredenzjali fil-VET fil-livell tal-UE; billi l-mikrokredenzjali għandhom jitqiesu bħala komplementari għall-kwalifiki sħaħ u rikonoxxuti bħala prova ta' kisbiet sinifikanti u ta' kwalità għolja, ibbażati fuq standards dwar il-metodu ta' twassil, il-proċedura tal-assessjar u t-tul ta' żmien;

V.

billi fl-2015, kważi terz (30,5 %) tal-kumpaniji kollha b'10 persuni jew aktar impjegati fl-ekonomija tan-negozju tal-UE-28 ipprovdew IVET, għalkemm dan il-proporzjon kien ivarja ħafna bejn Istati Membri (15);

W.

billi fl-2015, 72,6 % tal-kumpaniji li jimpjegaw 10 persuni jew aktar fl-UE-28 ipprovdew CVET lill-persunal tagħhom; billi dan kien ifisser żieda fuq l-2005 u l-2010, meta l-proporzjonijiet korrispondenti kienu 59,7 % u 65,7 % (16);

X.

billi l-impatt tal-IVET u tas-CVET fuq l-eżiti tas-suq tax-xogħol spiss jirrifletti effetti aggregati diretti jew indiretti fuq il-produttività individwali; billi l-eżiti ewlenin enfasizzati mill-pajjiżi huma parteċipazzjoni akbar fis-suq tax-xogħol, anqas qgħad, l-opportunità li tinkiseb kwalifika għall-kategoriji kollha li qabel ma kellhomx waħda, u l-possibbiltà li wieħed javvanza f'ġerarkija professjonali; billi permezz tat-tagħlim tul il-ħajja, l-individwi jistgħu jtejbu l-opportunitajiet tax-xogħol u l-livelli ta' kwalifika tagħhom, li jwassal għal remunerazzjoni ogħla u outputs ekonomiċi u soċjali akbar, bħall-awtonomija ekonomika, u jistgħu wkoll itejbu l-benesseri psikoloġiku (17);

Y.

billi l-IVET u s-CVET għandhom impatt dirett fuq il-bidliet ġenerazzjonali u s-sitwazzjoni tal-familji;

Z.

billi l-IVET u s-CVET jgħinu biex il-kumpaniji u l-innovazzjoni jsiru aktar effettivi;

1.

Jissottolinja li l-VET, b'mod partikolari permezz tal-enfasi tagħhom fuq il-prattika u t-tagħlim imsejjes fuq ix-xogħol, għandhom rwol vitali f'suq tax-xogħol orjentat lejn tranżizzjoni ġusta u li jinsab f'bidla kostanti; jissottolinja li l-VET, jekk ikunu orjentati lejn il-kwalità, jistgħu joffru għarfien, ħiliet u kompetenzi rilevanti u ta' kwalità għolja fil-livelli kollha fil-kumpaniji ta' kull daqs u settur u għall-persuni kemm fl-edukazzjoni inizjali kif ukoll f'dik kontinwa, imfassla skont il-ħtiġijiet individwali tagħhom; jisħaq li l-VET huma importanti biex jitnaqqsu d-diskrepanzi fil-ħiliet fis-suq tax-xogħol tal-UE, biex l-istudenti żgħażagħ jiġu mgħammra bil-ħiliet li għandhom bżonn biex isibu impjieg, u biex il-ħaddiema jtejbu l-ħiliet u jitħarrġu mill-ġdid biex il-kompetenzi tagħhom jiġu allinjati mal-ħtiġijiet tal-impjegaturi, li huwa partikolarment importanti għall-SMEs u għall-investimenti ġodda fl-ekonomija; jisħaq, barra minn hekk, fuq il-ħtieġa li jiġu promossi l-ħiliet ta' żvilupp personali biex l-individwi jiġu megħjuna jikbru kemm personalment kif ukoll professjonalment sabiex jimmassimizzaw il-potenzjal tagħhom;

2.

Jitlob li l-VET jiġu kkoordinati mas-sistemi edukattivi formali u tradizzjonali u jiġu integrati bħala qasam ta' politika fil-kamp ta' applikazzjoni tal-politiki tal-edukazzjoni kollha, fil-livell tal-UE u tal-Istati Membri, mingħajr ma jingħataw biss attenzjoni sekondarja jew isiru biss prijorità sekondarja; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li l-VET u l-edukazzjoni klassika jkunu komplementari u ugwali fil-prijorità;

3.

Ifakkar, barra minn hekk, fl-importanza li l-VET jiġu ttrattati bħala għodda fundamentali għall-promozzjoni tal-integrazzjoni u l-inklużjoni għall-iżvilupp ta' soċjetà aktar koeżiva;

4.

Jenfasizza l-ħtieġa urġenti li jiġu modernizzati u estiżi b'mod sinifikanti l-politiki tal-VET biex dawn isiru aktar inklużivi, aċċessibbli, reżiljenti, attraenti u effettivi fl-appoġġ għal impjiegi ġusti, l-iżvilupp tal-kapital uman u l-parteċipazzjoni attiva fis-soċjetà; iqis li l-politiki tal-VET għandhom jgħammru lin-nies b'ħiliet bażiċi tajbin u b'kompetenzi ewlenin sabiex ikunu jistgħu jadattaw għall-iżviluppi soċjoekonomiċi u tas-suq tax-xogħol attwali u futuri u għall-opportunitajiet u l-isfidi li jirriżultaw mit-tranżizzjonijiet diġitali u ekoloġiċi, it-tibdil demografiku u x-xejriet makro l-oħra kollha, u għandhom jilħqu l-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew; jisħaq fuq ir-rwol ewlieni tal-politiki tal-VET fit-titjib tal-ħiliet u t-taħriġ mill-ġdid tal-ħaddiema kollha biex jaffrontaw dawn it-tranżizzjonijiet ewlenin aħjar;

5.

Ifakkar li l-VET jikkontribwixxu għall-kompetittività u l-koeżjoni soċjali; jissottolinja l-ħtieġa li jiżdied l-investiment fil-kapital uman u fil-ħiliet u li tiġi pprovduta bażi ta' ħiliet rilevanti għall-ħajja tax-xogħol;

6.

Ifakkar li l-miżuri ta' konteniment stabbiliti biex iwaqqfu t-tixrid tal-pandemija tal-COVID-19 poġġew is-sistemi Ewropej tal-VET taħt pressjoni sinifikanti u lill-istudenti tagħha f'sitwazzjonijiet prekarji; jisħaq li t-tfixkil fil-VET qed jaggrava l-inugwaljanzi diġà eżistenti fl-edukazzjoni billi jnaqqas l-opportunitajiet għal ħafna mill-persuni l-aktar vulnerabbli tas-soċjetà, li jeħtieġ li jiġu appoġġjati b'investiment sostenibbli u miżuri mhux finanzjarji effettivi fis-settur; jisħaq, f'dan ir-rigward, li għandha tingħata attenzjoni partikolari biex jiġi żgurat aċċess ugwali għal VET ta' kwalità għolja, inkluż f'żoni remoti jew rurali fejn it-tagħlim mill-bogħod jista' jkun imxekkel minn nuqqas ta' kopertura tal-internet;

7.

Jissottolinja li huwa kruċjali li jiġu pprovduti l-mezzi finanzjarji, l-assistenza teknika u l-gwida meħtieġa biex jiġi żgurat aċċess għall-apparat diġitali u s-soluzzjonijiet ta' tagħlim elettroniku għall-fornituri tal-VET, l-għalliema, il-ħarrieġa u l-istudenti; iħeġġeġ lill-Istati Membri jippromwovu mudelli ta' edukazzjoni flessibbli u appoġġ għall-istudenti mill-bogħod permezz ta' mezzi bħal riżorsi elettroniċi, materjal elettroniku, taħriġ online bla ħlas u – fuq kollox – tagħmir u internet broadband għall-iskejjel u l-unitajiet domestiċi kollha; jisħaq li l-awtoritajiet pubbliċi għandhom jagħtu attenzjoni speċjali lil soluzzjonijiet għall-unitajiet domestiċi li m'għandhomx aċċess għall-kompjuters u konnessjoni broadband tajba, u jinċentivawhom, sabiex jiġu evitati distakk diġitali u żieda fl-inugwaljanzi f'settur tal-edukazzjoni li fih huma rreġistrati ħafna studenti żvantaġġati;

8.

Jibża' li se jkun hemm tnaqqis drammatiku fl-għadd ta' postijiet ta' taħriġ permezz ta' apprendistat fil-ħarifa li ġejja minħabba t-tnaqqis potenzjali fl-attivitajiet ta' taħriġ f'ħafna setturi, li tista' ġġib magħha l-kriżi tal-COVID-19; jissottolinja li dan in-nuqqas ta' opportunitajiet ta' taħriġ għaż-żgħażagħ jista' jwassal ukoll għal intensifikazzjoni tan-nuqqas ta' ħaddiema b'ħiliet speċjalizzati f'xi oqsma fuq perjodu ta' żmien medju; jistieden lill-Istati Membri u lir-reġjuni jikkunsidraw kif it-taħriġ alternattiv iffinanzjat mill-istat jista' jiġi estiż b'mod sensibbli sabiex jitnaqqas id-distakk imminenti fil-postijiet ta' taħriġ permezz ta' apprendistat;

9.

Jitlob li jkun hemm garanzija ta' kwalità li tiżgura li l-persuni li spiċċaw it-taħriġ u/jew l-edukazzjoni tagħhom matul il-kriżi tal-COVID-19 ikunu jistgħu jimlew kwalunkwe lakuna fit-taħriġ tagħhom billi (jerġgħu) jagħmlu korsijiet mit-traineeship jew l-apprendistat tagħhom anke wara li jiksbu l-lawrja tagħhom u/jew jispiċċaw it-traineeship jew l-apprendistat tagħhom, li jista' jkun li kellu jiġi kkanċellat jew imnaqqas jew sofra nuqqas b'xi mod ieħor waqt li kienu stabbiliti l-miżuri kontra l-COVID-19;

10.

Jilqa' l-proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-VET għall-kompetittività sostenibbli, il-ġustizzja soċjali u r-reżiljenza; jappoġġja l-għanijiet ġenerali tal-proposta biex tiġi modernizzata l-politika tal-UE dwar il-VET u jiġi kkonfermat ir-rwol ċentrali tal-VET fil-kontinwità tat-tagħlim tul il-ħajja u fl-adattament rapidu għal suq tax-xogħol li qed jinbidel b'pass mgħaġġel; jilqa' l-isforzi biex tiġi simplifikata l-governanza tal-VET, biex tiġi żviluppata strateġija ta' internazzjonalizzazzjoni u biex jiġu żgurati aktar opportunitajiet Ewropej ta' kooperazzjoni u mobilità għall-istudenti u l-għalliema; jenfasizza r-rwol ewlieni tal-ħiliet li jilħqu kull tip ta' ħaddiema fit-tranżizzjoni għal ekonomija ekoloġika u diġitali;

11.

Jilqa' l-objettivi kwantitattivi tal-proposta, jiġifieri li – sal-2025 – il-proporzjon ta' gradwati impjegati għandu jkun ta' mill-inqas 82 %, 60 % tal-gradwati reċenti mill-VET għandhom jibbenefikaw minn esponiment għal tagħlim imsejjes fuq ix-xogħol matul il-VET tagħhom, u 8 % tal-istudenti tal-VET għandhom jibbenefikaw minn mobilità għat-tagħlim barra mill-pajjiż; jistieden lill-Istati Membri jinkoraġġixxu perkorsi ta' tagħlim li jinkludu tagħlim imsejjes fuq ix-xogħol; ifakkar li miri speċifiċi jistgħu jgħinu lill-Istati Membri jistabbilixxu għanijiet u jagħmlu l-politiki tal-VET aktar inklużivi u adattati għall-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol; jistieden lill-Kummissjoni tirrapporta lill-Parlament u lill-Kunsill kull ħames snin dwar l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjoni;

12.

Jistieden lill-Kummissjoni tespandi l-programmi ta' mobilità utli għall-apprendisti, bħall-ErasmusPro, billi ssaħħaħ is-sinerġiji bejn il-programmi tal-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+) u Erasmus+ u billi tiżgura riżorsi adegwati fil-perjodu ta' programmazzjoni 2021-2027; jistieden lill-Istati Membri jistabbilixxu mira aktar ambizzjuża dwar il-mobilità għat-tagħlim barra mill-pajjiż għall-istudenti tal-VET; ifakkar li f'inizjattivi simili fil-qafas ET2020 u l-programm Erasmus għall-edukazzjoni għolja, il-mira dwar il-mobilità għall-gradwati tal-edukazzjoni għolja ġiet stabbilita għal 20 % għall-2020; jissottolinja li żieda fl-opportunitajiet ta' mobilità tista' tgħin biex jiġu estiżi n-networks personali, edukattivi u professjonali tal-apprendisti u biex il-VET isiru aktar attraenti, pjuttost milli jitqiesu bħala t-tieni għażla, u jiġi sfruttat il-potenzjal ta' mobilità tal-VET, li min-naħa tiegħu, jista' jikkontribwixxi għas-suċċess tal-programm Erasmus+ tal-ġejjieni;

13.

Jistieden lill-Kummissjoni tinkludi indikatur dwar id-diskrepanza fil-ħiliet fit-Tabella ta' Valutazzjoni Soċjali, f'konformità mal-għanijiet u l-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, li jista' jkun utli għal dawk li jfasslu l-politika nazzjonali tal-VET biex jidentifikaw fejn ikunu meħtieġa aktar sforzi u biex jikkoordinaw aħjar fil-livell tal-UE, biex jiġu rintraċċati l-evoluzzjonijiet u l-progress fid-diskrepanzi fil-ħiliet, u biex tiġi inċentivata l-konverġenza 'l fuq fost l-Istati Membri;

14.

Jisħaq li kampanji ta' sensibilizzazzjoni mmirati tajjeb u kanali ta' komunikazzjoni faċli biex jintużaw miż-żgħażagħ, bħall-midja soċjali, jista' jkollhom rwol deċiżiv biex jilħqu liż-żgħażagħ biex jgħollu l-profil tal-VET u jagħmluhom aktar attraenti; jissottolinja r-rwol kruċjali tal-iskejjel, speċjalment dawk primarji u dawk sekondarji tal-ewwel livell, biex jikkomunikaw il-possibbiltajiet offruti mill-VET, biex jagħmlu l-VET aktar attraenti u biex jagħmlu aktar biex jiggwidaw lill-istudenti żgħażagħ f'dawn il-mogħdijiet professjonali;

15.

Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jaħdmu mal-partijiet ikkonċernati biex ifasslu pjattaforma online tal-UE dwar il-VET, kif mitlub minn bosta fornituri tal-VET u minn dawk li jfasslu l-politika fi stħarriġ reċenti tal-UE (18), li għandha tiġi promossa kemm jista' jkun malajr; jappoġġja l-idea li pjattaforma bħal din tista' toffri opportunitajiet għan-networking u l-iskambju ta' prattiki tajba u tista' tipprovdi soluzzjonijiet diġitali, inkluż għat-tagħlim imsejjes fuq ix-xogħol, u l-materjal kollu disponibbli għat-tagħlim online f'ambjent sikur, b'garanzija tal-kwalità u multilingwi; jissottolinja li pjattaforma tal-VET tista' tkun ir-rabta bejn il-pjattaformi taċ-Ċentri ta' Eċċellenza Vokazzjonali (CoVEs) fil-livell tal-UE; jissuġġerixxi li l-pjattaforma għandha tkun marbuta ma' portal web tal-UE dwar il-VET, miftuħ għall-kontributi mill-partijiet ikkonċernati, sabiex tingħata viżibbiltà lill-attivitajiet u s-servizzi pprovduti mis-CoVEs lill-ekosistemi tagħhom, biex tintwera r-rikkezza tal-opportunitajiet offruti mill-VET lill-istudenti fil-livelli nazzjonali u tal-UE, u biex jiżdiedu l-isforzi ta' komunikazzjoni u tiżdied l-attraenza tal-VET;

16.

Jistieden lill-Kummissjoni tesplora l-idea ta' portal web tal-UE dwar l-impjiegi ddedikat speċifikament għall-opportunitajiet ta' traineeship u apprendistat madwar l-UE, li jiġbor flimkien l-inizjattivi eżistenti simili kollha tal-UE b'mod aktar viżibbli, komprensiv u faċli għall-utent; iqis li dan l-istrument, jekk jiġi pubbliċizzat b'mod adegwat permezz tal-kanali xierqa, jista' jsir punt ta' referenza għaż-żgħażagħ Ewropej, l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni, u l-kumpaniji madwar l-UE; huwa tal-fehma li l-portal jista' jkun konness mal-VET, jgħin biex jiggwida t-talent taż-żgħażagħ fejn ikun l-aktar meħtieġ mill-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol, iżid il-mobilità fl-UE, jindirizza l-qgħad fost iż-żgħażagħ, u jnaqqas id-diskrepanzi attwali u futuri fil-ħiliet; iqis li inizjattiva bħal din tista' tiġi appoġġjata mill-programmi tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ u Erasmus+ biex tkabbar l-impatt ta' dawk il-programmi, u tista' tkun komplementari u konnessa ma' inizjattivi oħra tal-UE bħall-Portal Ewropew dwar il-Mobilità fix-Xogħol (EURES), il-Europass u portal futur tal-UE dwar il-VET;

17.

Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni janalizzaw u jipprovdu appoġġ u soluzzjonijiet għat-talbiet magħmula mill-partijiet ikkonċernati tal-VET fl-istħarriġ reċenti tal-UE li twettaq mill-Kummissjoni bejn Marzu u Mejju 2020 dwar l-isfidi u l-impatt tal-pandemija tal-COVID-19 fuq l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali; jappoġġja, b'mod partikolari, minbarra l-ħolqien ta' pjattaforma komuni tal-UE għall-VET, l-iżvilupp ta' sistemi ta' simulazzjoni tar-realtà virtwali u għodod diġitali oħra għall-edukazzjoni tal-VET bil-għajnuna ta' proġetti ta' riċerka u fażijiet ta' ttestjar, il-ħolqien ta' korsijiet vokazzjonali miftuħa online (VOOC), proġetti virtwali Ewropej bħal Erasmus virtwali, kanal YouTube tal-UE dwar il-VET għall-pubbliku ġenerali, il-ġimgħat Ewropej tat-taħriġ, u, barra minn hekk, li l-FSE u l-FSE+ ġejjieni jsiru aktar flessibbli u kapaċi jiffinanzjaw it-teknoloġija edukattiva, it-taħriġ għall-għalliema u l-ħarrieġa, u l-implimentazzjoni tat-tagħlim elettroniku;

18.

Jissottolinja li t-tfixkil fl-għoti tal-VET ikkawżat mill-pandemija tal-COVID-19 kellu impatt edukattiv u soċjali konsiderevoli fuq l-istudenti tal-VET, b'mod partikolari dawk minn sfondi żvantaġġati, u joħloq sfidi diffiċli għall-istudenti li jaħdmu l-aħjar taħt gwida diretta u fil-preżenza ta' għalliem; jenfasizza li dan m'għandux jitqies biss bħala problema iżda li jipprovdi wkoll opportunità unika biex jiġu modernizzati s-sistemi tal-VET permezz ta' innovazzjonijiet teknoloġiċi f'oqsma bħar-realtà virtwali, l-intelliġenza artifiċjali, Industrija 4.0 u l-Internet tal-oġġetti, kif ukoll żieda fl-użu tat-tagħlim online u mill-bogħod, apprendistati ibridi u assessjar alternattiv; jenfasizza li tali riformi jistgħu fl-aħħar mill-aħħar jikkontribwixxu biex is-sistemi tal-VET isiru aktar b'saħħithom, aktar reattivi, u aktar reżiljenti minn qabel il-kriżi tal-COVID-19 u jattrezzaw lill-istudenti u lill-ħaddiema għall-ħiliet u l-impjiegi ta' għada; jinnota, fl-istess ħin, li l-ħiliet diġitali avvanzati għall-għalliema, għall-ħarrieġa u għall-istudenti huma prerekwiżit ewlieni għal tagħlim online ta' kwalità għolja;

19.

Jissottolinja l-ħtieġa urġenti li jiġu adottati l-miżuri kollha neċessarji biex jitnaqqas l-għadd ta' studenti li jitilqu mill-VET, biex jissaħħu l-inklużività u l-kwalità tal-VET, biex jiġi żgurat aċċess ugwali għal apprendistati ta' kwalità għall-istudenti żgħażagħ u adulti kollha u biex jiġi garantit aċċess ugwali u d-dritt għat-taħriġ tal-impjegati għall-ħaddiema kollha fil-kumpaniji kollha ta' kull daqs u settur, b'enfasi speċifika fuq l-SMEs;

20.

Jilqa' l-idea li jiġu żviluppati opportunitajiet ta' mobilità virtwali biex jingħelbu r-restrizzjonijiet tal-COVID-19 u jħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-fornituri tal-VET jiffaċilitaw opportunitajiet ta' tagħlim mingħajr post, inkluż fil-ġejjieni, biex l-istudenti f'żoni remoti u rurali jew barra mill-pajjiż ikunu jistgħu jaċċessaw korsijiet madwar l-UE mingħajr restrizzjonijiet tal-post, fejn dan ikun fattibbli;

21.

Ifakkar li l-involviment tal-parteċipanti rilevanti kollha fit-tfassil tal-politika u t-twettiq tal-VET jgħin biex jiġi żgurat li l-VET jindirizzaw l-ħtiġijiet tal-ħiliet fis-suq tax-xogħol u jikkontribwixxu għal implimentazzjoni aħjar tal-politika; jistieden lill-Istati Membri, għalhekk, jikkooperaw mill-qrib mal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha bħas-sħab soċjali, l-intrapriżi, inklużi l-MSMEs, l-intrapriżi tal-ekonomija soċjali, bħall-kooperattivi u l-organizzazzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ, il-fornituri tal-VET u l-assoċjazzjonijiet tagħhom, l-istudenti tal-VET, l-għaqdiet tal-istudenti tal-VET, iċ-ċentri tar-riċerka, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, is-servizzi pubbliċi u privati tal-impjiegi, l-ispeċjalisti fil-qasam tal-gwida vokazzjonali u l-awtoritajiet lokali u reġjonali biex jikkoordinaw fil-livell tal-UE għal interkonnessjonijiet aħjar bejn sistemi differenti u biex jiskambjaw l-aqwa prattiki; jitlob li jiġu stabbiliti ekosistemi lokali, inklużi l-partijiet ikkonċernati msemmija hawn fuq, sabiex jiġu rinforzati l-kwalità, il-kwantità, l-inklużività u r-reputazzjoni tal-VET bħala għażla pożittiva; jissottolinja l-ħtieġa li fost l-applikanti potenzjali jiġu promossi b'mod attiv l-opportunitajiet ta' impjieg marbuta mal-VET u li l-istudenti jiġu diretti lejn setturi li m'għandhomx impjegati bi kwalifiki tal-VET; jisħaq li konnessjoni b'saħħitha bejn il-VET u d-dinja tax-xogħol hija essenzjali; jisħaq li t-taħriġ offrut għandu jaqdi l-isfidi u l-ħtiġijiet lokali;

22.

Isostni li pedament edukattiv b'saħħtu li jipprovdi lill-istudenti b'għarfien wiesa' u ħiliet bażiċi fil-litteriżmu, in-numeriżmu u l-komunikazzjoni, ħiliet diġitali u ħiliet personali, bħall-ħsieb kritiku, is-soluzzjoni tal-problemi u l-intelliġenza emozzjonali, iservi bħala l-bażi għal aktar tagħlim u taħriġ fuq il-post tax-xogħol u huwa essenzjali għall-futur taż-żgħażagħ kemm bħala ħaddiema kif ukoll bħala individwi, billi jippermettilhom li jadattaw għat-talbiet li jinbidlu matul il-ħajja professjonali tagħhom;

23.

Jenfasizza l-ħtieġa ta' definizzjoni komuni trasparenti tal-mikrokredenzjali; jemmen li l-mikrokredenzjali jistgħu jkunu komplementari biss għall-kwalifiki sħaħ u jridu jkunu ta' kwalità garantita, akkreditati u bbażati fuq metodu ta' twassil, proċedura ta' assessjar u tul ta' żmien standardizzati; jissottolinja l-importanza fundamentali ta' rekwiżiti ta' kwalità definiti sewwa tal-fornituri tal-mikrokredenzjali;

24.

Ifakkar fil-valur intrinsiku tal-edukazzjoni lil hinn mir-rwol tagħha għas-suq tax-xogħol; jistieden lill-Istati Membri jagħmlu aktar enfasi fuq ir-rwol tal-edukazzjoni lil hinn mill-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol, filwaqt li jqisu l-iżvilupp tal-għarfien u l-ħiliet li jappoġġjaw l-iżvilupp personali, il-benesseri u ċ-ċittadinanza attiva;

25.

Jistieden lill-Istati Membri jfasslu, bl-involviment tas-sħab soċjali, sistemi ta' VET ta' kwalità u inklużivi u politiki ta' tagħlim għall-adulti bil-għan li jittejbu l-ħiliet u l-kompetenzi tal-adulti bi kwalifiki baxxi, kemm ħaddiema kif ukoll persuni qiegħda, li jeħtieġu appoġġ urġenti biex jaċċessaw impjiegi ta' kwalità;

26.

Jappoġġja l-istabbiliment u l-promozzjoni ta' strutturi rappreżentattivi għall-istudenti tal-VET fil-livelli kollha sabiex l-istudenti tal-VET jingħataw vuċi fil-ġestjoni tal-iskemi tal-VET u b'hekk jgħinu biex tittejjeb il-kwalità tal-programmi tal-VET;

27.

Jappoġġja l-promozzjoni proposta ta' CoVEs li jlaqqgħu flimkien firxa wiesgħa ta' partijiet ikkonċernati tal-VET u sħab lokali; jissottolinja li tali ċentri jistgħu jkunu xpruni għall-innovazzjoni, il-kwalità u l-inklużività u jiffaċilitaw l-iskambju ta' prattiki tajba, irawmu t-tagħlim reċiproku u jgħinu fit-titjib tal-kwalità u l-għoti tal-VET madwar l-UE; jistieden lill-Istati Membri jiżguraw investiment qawwi fl-iżvilupp ta' dawn iċ-ċentri u fl-istituzzjonijiet kollha tal-VET u jfakkar li l-appoġġ għas-CoVEs permezz tal-programm Erasmus+ jirrikjedi baġit ambizzjuż għall-programm; jistieden lill-Istati Membri jieħdu aktar miżuri biex ilaqqgħu flimkien u jinvolvu lill-partijiet ikkonċernati rilevanti sabiex jgħinu biex tiżdied ir-rilevanza u l-kwalità tal-edukazzjoni f'dawn iċ-ċentri u biex iqabblu aħjar il-provvista u d-domanda tal-ħiliet u jappoġġjaw lil min iħaddem biex isib soluzzjonijiet ta' faċilitajiet ta' taħriġ vokazzjonali; jistieden lill-Istati Membri jagħmlu lis-CoVEs il-forza li tixpruna l-iżvilupp ta' kwalifiki, kurrikuli u diplomi konġunti Ewropej tal-VET; jistieden, barra minn hekk, lill-Istati Membri jrawmu strateġiji ta' kooperazzjoni reġjonali bil-għan li jfasslu programmi transfruntieri bil-għan li jiffaċilitaw il-mobilità tal-istudenti u l-ħaddiema u jtejbu l-kooperazzjoni territorjali u reġjonali, inkluż permezz tal-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki;

28.

Jemmen bis-sħiħ li l-istudenti kollha għandu jkollhom aċċess għal kurrikulu bilanċjat, rigoruż u impenjattiv mil-lat konjittiv u bbażat fuq l-għarfien, billi din hija l-aħjar tħejjija possibbli kemm għall-istudji vokazzjonali kif ukoll għal dawk akkademiċi, li tiggarantixxi li ż-żgħażagħ li jagħżlu programm ta' VET ikunu għamlu dan minħabba li din kienet l-għażla jew il-vokazzjoni tagħhom pjuttost milli minħabba riżultati baxxi jew l-inabbiltà li jsegwu għażliet akkademiċi oħra; jissottolinja li l-ħiliet diġitali u ekoloġiċi għandhom jiġu integrati fil-kurrikuli edukattivi kollha, filwaqt li jiġi rikonoxxut li huma ħiliet bażiċi għall-istudenti kollha; ifakkar fid-dikjarazzjoni tas-Cedefop li l-adattament tal-kurrikuli u l-inklużjoni tas-sensibilizzazzjoni ambjentali, b'fehim tal-iżvilupp sostenibbli u l-effiċjenza fin-negozju, huma aħjar mit-tfassil ta' programmi ta' taħriġ kompletament ġodda;

29.

Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw finanzjament xieraq għall-politiki tal-VET, kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f'dak tal-UE, sabiex jiggarantixxu l-investimenti meħtieġa biex is-sistemi tal-VET isiru aktar moderni, reżiljenti, attraenti u inklużivi; jissottolinja l-ħtieġa ta' aktar finanzjament għall-mobilità tal-VET għall-istudenti u l-għalliema, inkluż f'Erasmus+; jistieden lill-Istati Membri jiżviluppaw inċentivi biex jgħinu lill-SMEs jinkoraġġixxu lill-istudenti tal-VET biex jieħdu sehem fil-mobilità Ewropea; jissottolinja l-ħtieġa ta' aktar finanzjament għaċ-ċentri ta' taħriġ biex jiffinanzjaw timijiet iddedikati bil-kompitu tal-organizzazzjoni prattika tal-mobilità; jistieden lill-Kummissjoni torganizza kampanja madwar l-UE kollha speċifika għall-SMEs biex tissottolinja l-benefiċċji għall-prosperità tagħhom tal-mobilità vokazzjonali 'l ġewwa u 'l barra;

30.

Jissottolinja l-ħtieġa li jiġu żviluppati aktar programmi bħall-Ġemellaġġ elettroniku u l-Pjattaforma Elettronika għat-Tagħlim tal-Adulti fl-Ewropa (EPALE), li jservu biex jippromwovu n-networking u l-kooperazzjoni bejn l-iskejjel; ifakkar li dawn il-proġetti jistgħu jgħinu fl-implimentazzjoni tal-kurrikuli ewlenin u jgħinu sabiex jinkoraġġixxu lill-istudenti li huma riluttanti li jitgħallmu mill-bogħod biex jipparteċipaw;

31.

Jistieden lill-Istati Membri jiddedikaw attenzjoni speċifika lit-taħriġ kontinwu u l-iżvilupp professjonali tal-għalliema u l-ħarrieġa fil-VET, biex dawn ikunu jistgħu jaqdu r-rwoli u r-responsabbiltajiet dejjem aktar multifunzjonali tagħhom bħala xpruni għall-kwalità u l-innovazzjoni fl-edukazzjoni; ifakkar li huwa importanti li l-għalliema tal-VET ikollhom ħiliet diġitali ta' kwalità għolja u t-tagħmir teknoloġiku xieraq għad-dispożizzjoni tagħhom biex ikunu jistgħu jisfruttaw b'mod sħiħ l-opportunitajiet offruti mill-edukazzjoni diġitali u jgħinu biex l-istudenti jiġu mgħammra bil-ħiliet meħtieġa mit-tranżizzjoni diġitali; jissottolinja li r-rappreżentanti tal-fergħat u l-kumpaniji li jikkooperaw fil-VET irid ikollhom kompetenzi pedagoġiċi; jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jiżviluppaw aħjar l-opportunità għall-għalliema tal-VET biex iwettqu wkoll riċerka matul il-karriera tagħhom, billi dan jista' jippermettilhom jiskambjaw u jistimulaw l-aħjar prattiki u jgħin biex jintlaħaq il-potenzjal sħiħ taż-Żona Ewropea tar-Riċerka;

32.

Jistieden lill-Istati Membri jippromwovu l-mudell tal-VET doppju, li jista' jagħmilha ferm aktar faċli għaż-żgħażagħ biex jidħlu fis-suq tax-xogħol, speċjalment meta mqabbel mal-edukazzjoni ġenerali, minħabba li t-taħriġ li jgħaqqad it-tagħlim strutturat fuq il-post tax-xogħol mat-teorija jwassal għal ħiliet iċċertifikati li huma rilevanti għall-impjegaturi u trasferibbli għas-suq tax-xogħol; jissottolinja, f'dan il-kuntest, il-potenzjal tas-soluzzjonijiet diġitali, li jistgħu jagħtu kontribut pożittiv għal sistema doppja effettiva;

33.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri, meta jkunu qegħdin ifasslu l-VET, biex jieħdu vantaġġ aħjar mill-iżvilupp tas-settur tal-impjiegi ekoloġiċi, biex joħolqu apprendistati b'ħiliet għoljin sabiex jipprovdu liż-żgħażagħ b'għarfien u taħriġ speċjalizzati, u biex jgħinu sabiex jiġu indirizzati l-livelli għolja ta' qgħad fost iż-żgħażagħ;

34.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet reġjonali u lokali jintegraw l-iżvilupp sostenibbli u l-kompetenzi u l-ħiliet ambjentali fis-sistemi tat-taħriġ u tal-edukazzjoni, b'mod partikolari bit-tisħiħ tas-sistemi tal-VET u billi ċ-ċentri tar-riċerka jiġu mħeġġa jiżviluppaw teknoloġiji, proġetti u privattivi għal prodotti ekoloġiċi, b'kollaborazzjoni ma' kumpaniji ekoloġiċi ġodda; iħeġġeġ l-iskambji ta' ideat bejn iċ-ċentri tar-riċerka u n-networks ta' kumpaniji u professjonisti; ifakkar fl-importanza tal-ħiliet tax-xjenza, it-teknoloġija, l-inġinerija u l-matematika (STEM) u l-ħtieġa li jiġi żgurat li aktar nisa jistudjaw is-suġġetti STEM;

35.

Jistieden lill-Istati Membri jtejbu s-sistemi ta' antiċipazzjoni tal-ħiliet biex jidentifikaw aħjar il-bidliet emerġenti u l-ħtiġijiet tal-ħiliet sabiex is-sistemi tal-VET ikunu infurmati aħjar dwar fejn huma meħtieġa investimenti fil-ħiliet u jirrispondu aħjar għat-tibdil fil-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol, u biex jiżguraw li l-edukazzjoni, it-taħriġ u t-tagħlim tul il-ħajja jkunu dritt għal kulħadd; jisħaq li l-VET ikunu aktar effettivi jekk ikunu bbażati fuq previżjoni solida tal-ħiliet li tippermetti li jiġu antiċipati u identifikati d-diskrepanzi fil-ħiliet u li l-programmi vokazzjonali u ta' taħriġ tul il-ħajja jkunu mfassla għal suq tax-xogħol orjentat lejn il-futur; jemmen li l-programmi tal-VET għandhom isiru aktar flessibbli u adattabbli biex jirrispondu u jirreżistu għall-varjazzjonijiet fis-suq tax-xogħol, u jippermettu orjentazzjoni intelliġenti u mmirata tal-istudenti tal-VET, għat-taħriġ inizjali kif ukoll għat-titjib tal-ħiliet u t-taħriġ mill-ġdid tal-istudenti adulti, sabiex jitnaqqsu d-diskrepanzi fil-ħiliet u l-obsolexxenza tal-ħiliet;

36.

Jitlob li jiġu stabbiliti politiki dwar il-liv bi ħlas għall-edukazzjoni f'konformità mal-Konvenzjoni tal-ILO dwar il-Liv bi Ħlas għall-Edukazzjoni, li tippermetti li l-ħaddiema jattendu programmi ta' taħriġ matul il-ħinijiet tax-xogħol u mingħajr spejjeż personali, sabiex jiġi promoss it-tagħlim tul il-ħajja;

37.

Jistieden lill-Istati Membri, il-gvernijiet reġjonali u l-awtoritajiet lokali jadottaw u jimplimentaw, flimkien mas-sħab soċjali u l-fornituri tat-taħriġ, strateġiji għall-iżvilupp u l-antiċipazzjoni tal-ħiliet bil-għan li jittejbu l-ħiliet ġeneriċi, settorjali u dawk speċifiċi għall-impjieg; jinnota li dawn l-istrateġiji għandhom jinkludu valutazzjoni bir-reqqa tat-tip u l-livell ta' impjiegi li għandhom jinħolqu u l-ħiliet u l-għarfien meħtieġa, li twassal għall-antiċipazzjoni u l-identifikazzjoni tad-diskrepanzi fil-ħiliet u programmi mmirati ta' taħriġ vokazzjonali u tul il-ħajja li jiffukaw fuq it-tqabbil tal-ħiliet u l-impjiegi, bil-għan li jiżdiedu l-impjiegi;

38.

Jilqa' r-rakkomandazzjoni li l-fornituri tal-VET għandhom jiksbu livell xieraq ta' awtonomija, flessibbiltà, appoġġ u finanzjament; ifakkar li l-indipendenza finanzjarja u strateġika tal-fornituri tal-VET hija importanti biex jadattaw malajr għall-bidliet fid-domanda għall-ħiliet u għall-opportunitajiet u l-isfidi li jirriżultaw mit-tranżizzjonijiet diġitali u ekoloġiċi; jistieden lill-Istati Membri jżidu l-isforzi tagħhom biex joħolqu programmi ta' taħriġ kwalifikat fis-setturi li m'għandhomx forza tax-xogħol adegwata, bħas-setturi tas-saħħa u l-kura, l-agrikoltura, il-kostruzzjoni, is-settur ambjentali u l-ekonomija ċirkolari;

39.

Jistieden lill-Istati Membri jagħmlu enfasi akbar biex is-sistemi tal-VET isiru aktar inklużivi u aċċessibbli għal kulħadd matul il-ħajja tax-xogħol tagħhom, inklużi l-gruppi vulnerabbli, bħall-persuni b'diżabilità, l-NEETs, il-ħaddiema akbar fl-età, il-persuni qiegħda fit-tul, l-adulti bi kwalifiki baxxi u b'ħiliet baxxi, il-ħaddiema spostati, il-minoranzi u l-gruppi etniċi, il-persuni bi sfond ta' migranti, ir-rifuġjati, u persuni b'anqas opportunitajiet minħabba l-pożizzjoni ġeografika tagħhom; jitlob li jittieħdu miżuri konkreti biex jiġi żgurat li l-persuni minn sfondi soċjoekonomiċi żvantaġġati, li spiss isibu ruħhom f'ċirku vizzjuż ta' faqar, ikollhom aċċess għall-VET f'konformità mal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali; iħeġġeġ lill-Istati Membri li qed jiffaċċjaw tnaqqis demografiku jiżguraw li ż-żgħażagħ jibbenefikaw minn programmi tal-VET, b'mod partikolari bħala perkors għal impjieg ta' kwalità; jissottolinja li azzjonijiet preventivi bħall-valutazzjonijiet tal-ħiliet u l-gwida vokazzjonali u dwar il-karrieri, jistgħu jnaqqsu l-għadd ta' NEETs fuq perjodu ta' żmien aktar fit-tul u jindirizzaw il-ħtiġijiet tal-kumpaniji u s-setturi li qegħdin ibatu minn nuqqas ta' ħiliet;

40.

Jilqa' s-suġġeriment li s-sistemi tal-VET għandu jkollhom rwol daqstant ieħor importanti għall-adulti li jeħtieġu titjib tal-ħiliet u taħriġ mill-ġdid kontinwi; jistieden lill-Kummissjoni tadotta approċċ olistiku għall-VET u t-tagħlim għall-adulti li jinkludi t-tagħlim formali, mhux formali u informali; jistieden lill-Istati Membri jagħmlu l-VET aktar attraenti u aċċessibbli għall-istudenti adulti u jistabbilixxu rabtiet aktar b'saħħithom u kooperazzjoni aktar mill-qrib bejn il-VET għall-adulti u t-tagħlim mhux formali għall-adulti sabiex jiġu promossi l-kompetenzi ewlenin, inklużi ħiliet bażiċi tajba, ħiliet diġitali, u ħiliet trasversali, ekoloġiċi u ħiliet oħra għall-ħajja li jipprovdu pedamenti b'saħħithom għar-reżiljenza, l-impjegabbiltà tul il-ħajja, l-inklużjoni soċjali, iċ-ċittadinanza attiva u l-iżvilupp personali; jisħaq li l-isforzi biex jittejbu l-perċezzjoni u l-inklużività tal-programmi tal-VET jeħtieġ li jkunu akkumpanjati minn sforzi biex jissaħħaħ il-valur edukattiv tagħhom u biex tiżdied il-kwalità u r-rispett għad-drittijiet soċjali u tax-xogħol tal-apprendisti;

41.

Jisħaq fuq l-importanza li jintlaħqu l-persuni f'żoni rurali u remoti u li l-VET isiru aċċessibbli u mfassla għall-persuni li jaħdmu fl-agrikoltura, is-sajd, il-forestrija u impjiegi oħra f'dawk ir-reġjuni, u li dawn jiġu pprovduti l-ħiliet kollha meħtieġa, inklużi l-ħiliet ekoloġiċi u diġitali, biex jaħtfu aħjar l-opportunitajiet preżenti u futuri offruti mill-ekonomija ekoloġika u l-ekonomija blu u biex ikunu jistgħu jagħtu kontribut importanti għall-preservazzjoni tal-ambjent;

42.

Jissottolinja li t-tagħlim imsejjes fuq ix-xogħol u l-promozzjoni u l-implimentazzjoni tas-sistema doppja tal-VET għandhom ikunu prijoritajiet tal-programm Erasmus il-ġdid;

43.

Jistieden lill-Istati Membri, f'konformità mal-Istrateġija tal-UE dwar l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri, ikomplu jindirizzaw il-preġudizzju tal-ġeneri u l-għażliet stereotipiċi bbażati fuq il-ġeneru billi jiżguraw u jinkoraġġixxu l-parteċipazzjoni ugwali tan-nisa fit-taħriġ vokazzjonali għal dawk li normalment huma professjonijiet tradizzjonali “maskili” u tal-irġiel fi professjonijiet “femminili”; jitlob li tissaħħaħ id-dimensjoni tal-ġeneru fl-isforzi biex jiġu modernizzati s-sistemi tal-VET u biex it-tagħlim kemm fuq il-post tax-xogħol kif ukoll barra minnu jsir aktar aċċessibbli għall-impjegati nisa u dawk bi dmirijiet ta' ħarsien tal-familja, mhux l-anqas f'setturi fejn in-nisa mhumiex rappreżentati biżżejjed, b'mod partikolari s-setturi diġitali, STEM u ekoloġiċi, sabiex tiġi miġġielda s-segregazzjoni tas-sessi fl-edukazzjoni u fl-impjieg u jiġu miġġielda l-istereotipi tal-ġeneru;

44.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, meta jagħmlu t-tranżizzjoni għall-ekonomija ekoloġika, biex iqisu l-ħtiġijiet tan-nisa u l-bniet għal opportunitajiet aħjar ta' tagħlim tul il-ħajja, speċjalment f'oqsma li għandhom potenzjal konsiderevoli li jipprovdu għadd sinifikanti ta' impjiegi ekoloġiċi ġodda, bħax-xjenza, ir-riċerka, l-inġinerija, it-teknoloġija diġitali u t-teknoloġiji ġodda, bil-għan li tissaħħaħ il-pożizzjoni tan-nisa fis-soċjetà, jiġu eliminati l-istereotipi tal-ġeneru u jiġu pprovduti impjiegi li jikkorrispondu b'mod sħiħ għall-ħtiġijiet u l-ħiliet partikolari tan-nisa;

45.

Jistieden lill-Istati Membri jippromwovu l-parteċipazzjoni fil-VET permezz ta' kampanji li jenfasizzaw il-benefiċċji għall-individwu u għal min iħaddem u billi jipprovdu inċentivi, inklużi inċentivi fit-tul, biex ikopru xi wħud mill-ispejjeż tal-apprendistati għal min iħaddem; jirrikonoxxi l-importanza ta' inizjattivi bħall-kompetizzjonijiet tal-WorldSkills, li jagħmlu impatt ewlieni f'termini tal-perċezzjoni pożittiva tal-VET, il-promozzjoni ta' impjiegi ġodda u ħiliet ġodda, it-tħeġġiġ taż-żgħażagħ biex jibdew karrieri fil-qasam tal-VET, l-adattament tas-sistemi tal-VET għall-ekonomija moderna, u t-tisħiħ tal-kooperazzjoni bejn l-edukazzjoni, min iħaddem u s-suq tax-xogħol;

46.

Jilqa' l-objettiv taż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni li tiżviluppa spazju Ewropew ġenwin għat-tagħlim fejn l-edukazzjoni u t-taħriġ ta' kwalità għolja u inklużivi bl-ebda mod ma jkunu mxekkla mill-fruntieri; iqis li r-rakkomandazzjoni għandha tissodisfa dan l-għan;

47.

Jilqa' l-proposta biex tiżdied il-flessibbiltà tal-programmi tal-VET, li jintużaw il-mikrokredenzjali u li tiżdied il-permeabbiltà ma' setturi edukattivi oħra, billi din iż-żieda fil-flessibbiltà tippermetti li l-programmi tal-VET jiġu mfassla skont il-ħtiġijiet individwali, filwaqt li jiġu rispettati l-kwalifiki sħaħ; jinnota li din l-inizjattiva tippermetti wkoll it-trasferimenti tar-rikonoxximent u l-akkumulazzjoni tal-eżiti tat-tagħlim; jilqa', f'dan ir-rigward, l-idea tal-profili vokazzjonali ewlenin Ewropej u tal-integrazzjoni mal-pjattaforma tal-Europass, inkluż ma' kontijiet ta' tagħlim individwali futuri, li għandhom iservu biex jiffaċilitaw ir-rikonoxximent tal-kwalifiki u l-mobilità; jissottolinja li l-kurrikuli jeħtieġ li jistabbilixxu l-bażi li tippermetti lill-persuni jgħaddu minn perkors akkademiku għal perkors vokazzjonali, inklużi l-kompetenzi li jiksbu; jisħaq li l-istruttura tal-kwalifiki jeħtieġ li tippermetti l-komparabbiltà; jissottolinja li l-kurrikuli jeħtieġ li jipprovdu wkoll għall-impjegabbiltà futura tal-individwu billi jantiċipaw il-ħtiġijiet tal-ħiliet fuq perjodu medju u twil ta' żmien; jistieden lill-Istati Membri jinkoraġġixxu aktar modularizzazzjoni tal-VET sabiex jinbnew aktar pontijiet bejn is-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ; jisħaq fuq l-importanza tas-sistema ECVET, li pprovdiet rikonoxximent aħjar tal-eżiti tat-tagħlim miksuba matul il-perjodi ta' mobilità; jistieden lill-Istati Membri jikkunsidraw l-iżvilupp tas-sistema ta' krediti ECTS għall-VET; jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li l-programmi tal-VET ikunu jistgħu joħolqu livelli ogħla ta' ħiliet;

48.

Jilqa' d-dispożizzjonijiet qafas tal-EQAVET u jitlob li ssir valutazzjoni tal-implimentazzjoni tagħhom; jilqa' l-integrazzjoni tal-qafas EQAVET u l-elementi li jindirizzaw in-nuqqasijiet tal-implimentazzjoni tiegħu fir-rakkomandazzjoni, b'mod speċifiku fir-rigward tal-istandards ta' kwalità, u l-inklużjoni ta' prinċipji ewlenin tal-ECVET biex jappoġġjaw il-flessibbiltà u l-mobilità, żviluppati fil-qafas ta' strumenti oħra bħal Erasmus+;

49.

Jilqa' s-sinerġiji kollha possibbli u rwol akbar għall-VET fl-ambitu tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ, fid-dawl tal-effikaċja tagħha fit-tħaffif tat-tranżizzjoni lejn is-suq tax-xogħol għaż-żgħażagħ f'riskju ta' qgħad u esklużjoni soċjali;

50.

Jistieden lill-Istati Membri jsaħħu t-tagħlim tal-lingwi fis-sistemi tal-VET billi n-nuqqas ta' profiċjenza f'dan il-qasam huwa impediment ewlieni għall-mobilità, filwaqt li l-għarfien tajjeb ta' diversi lingwi huwa ta' valur miżjud fis-swieq tax-xogħol;

51.

Jissottolinja li kwalunkwe titjib fl-għoti tal-VET jeħtieġ li jkun akkumpanjat minn titjib fl-aċċess għall-informazzjoni, il-pariri u s-servizzi ta' gwida f'format aċċessibbli għall-istudenti adulti kollha u l-istudenti minn età bikrija;

52.

Jisħaq li l-apprendistati huma parti vitali mill-programmi tal-VET; iħeġġeġ lill-Istati Membri jagħmlu aktar sforzi biex jiżguraw apprendistati ta' kwalità għolja, diversifikati u mfassla apposta, inkluża remunerazzjoni ġusta, li jkunu allinjati mal-prinċipji tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, b'mod partikolari d-dritt għal trattament ġust u ugwali fir-rigward tal-kundizzjonijiet tax-xogħol, inkluż li jiġi żgurat ambjent tax-xogħol adattat għall-ħtiġijiet tal-persuni b'diżabilità, l-aċċess għall-protezzjoni soċjali u t-taħriġ; jistieden lill-Kummissjoni, f'dan ir-rigward, tirrevedi l-Qafas Ewropew għal Apprendistati ta' Kwalità u Effettivi; jistieden lill-Istati Membri jinkoraġġixxu l-mobilità fil-VET billi jħaffu l-prerekwiżiti amministrattivi nazzjonali għall-istudenti barranin tal-VET; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jaħdmu favur il-ħolqien ta' Statut Ewropew tal-Apprendistat;

53.

Jisħaq fuq l-importanza li jiġi żgurat li l-objettivi tar-rakkomandazzjoni jkunu allinjati mal-politika u l-qafas leġiżlattiv attwali fil-kuntest tal-Pjan ta' Rkupru għall-Ewropa, b'attenzjoni partikolari għall-investiment fil-ħiliet, l-edukazzjoni u t-taħriġ permezz tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u REACT-EU, kif ukoll l-Aġenda Ewropea għall-Ħiliet, il-Pjan ta' Azzjoni għall-Edukazzjoni Diġitali, iż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni, Erasmus+ u l-Garanzija għaż-Żgħażagħ;

54.

Jissottolinja l-ħtieġa li jittejjeb l-istħarriġ dwar is-sitwazzjoni tal-gradwati tal-VET, billi fehim aħjar tal-prestazzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol huwa wieħed mill-modi ewlenin kif jiġu valutati u mtejba l-kwalità u r-rilevanza tal-VET għas-suq tax-xogħol, flimkien mal-previżjonijiet dwar il-provvista u d-domanda tal-ħiliet;

55.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jżidu r-riżorsi allokati għad-diġitalizzazzjoni tal-programmi tal-VET u għall-istħarriġ dwar is-sitwazzjoni tal-gradwati;

56.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1)  ĠU C 155, 8.7.2009, p. 1.

(2)  ĠU C 155, 8.7.2009, p. 11.

(3)  ĠU C 389, 18.11.2019, p. 1.

(4)  ĠU C 153, 2.5.2018, p. 1.

(5)  Testi adottati, P9_TA(2020)0267.

(6)  ĠU C 28, 27.1.2020, p. 8.

(7)  ĠU C 337, 20.9.2018, p. 135.

(8)  ĠU C 11, 12.1.2018, p. 44.

(9)  ĠU C 58, 15.2.2018, p. 65.

(10)  ĠU C 380 E, 11.12.2012, p. 67.

(11)  ĠU C 279 E, 19.11.2009, p. 119.

(12)  Cedefop, European public opinion survey on vocational education and training (Stħarriġ Ewropew tal-opinjoni pubblika dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali), 2017.

(13)  . Eichhorst, W., Does vocational training help young people find a (good) job? (It-taħriġ vokazzjonali jgħin liż-żgħażagħ isibu impjieg (tajjeb)?), IZA Institute of Labor Economics.

(14)  Eurostat, Statistika dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, data estratta f'Settembru 2020.

(15)  Eurostat, Statistika dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, data estratta f'Settembru 2020.

(16)  Eurostat, Statistika dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, data estratta f'Settembru 2020.

(17)  Cedefop, The benefits of vocational education and training (Il-benefiċċji tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali), 2011.

(18)  Stħarriġ tal-Kummissjoni għall-Ġimgħa Ewropea tal-Ħiliet Vokazzjonali 2020, 9-13 ta' Novembru 2020.


29.10.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 445/114


P9_TA(2020)0375

Ix-xogħol furzat u s-sitwazzjoni tal-Ujguri fir-Reġjun Awtonomu Ujgur tax-Xinjiang

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Diċembru 2020 dwar ix-xogħol furzat u s-sitwazzjoni tal-Ujguri fir-Reġjun Awtonomu Ujgur tax-Xinjiang (2020/2913(RSP))

(2021/C 445/14)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet u r-rapporti preċedenti tiegħu dwar is-sitwazzjoni fiċ-Ċina, partikolarment dik tad-19 ta' Diċembru 2019 dwar is-sitwazzjoni tal-Ujguri fiċ-Ċina (China Cables) (1), dik tat-18 ta' April 2019 dwar iċ-Ċina, b'mod partikolari s-sitwazzjoni tal-minoranzi reliġjużi u etniċi (2), dik tal-4 ta' Ottubru 2018 dwar id-detenzjoni arbitrarja tal-massa tal-Ujguri u l-Każaki fir-Reġjun Awtonomu Ujgur ta' Xinjiang (3), dik tat-12 ta' Settembru 2018 dwar il-qagħda tar-relazzjonijiet UE-Ċina (4), dik tal-15 ta' Diċembru 2016 dwar il-każijiet tal-Akkademja Buddista Tibetana ta' Larung Gar u Ilham Tohti (5), dik tal-10 ta' Marzu 2011 dwar is-sitwazzjoni u l-wirt kulturali f'Kashgar (ir-Reġjun Awtonomu Xinjiang Uyghur, iċ-Ċina) (6), u dik tas-26 ta' Novembru 2009 dwar iċ-Ċina: drittijiet tal-minoranzi u l-applikazzjoni tal-piena tal-mewt (7),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta' Novembru 2020 dwar ir-Rieżami tal-Politika Kummerċjali tal-UE (8),

wara li kkunsidra l-Premju Sakharov 2019 mogħti lil Ilham Tohti, ekonomista Ujgur li qed jiġġieled paċifikament għad-drittijiet tal-minoranza Ujgura fiċ-Ċina,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/1998 (9) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1999 tas-7 ta' Diċembru 2020 li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra l-ksur u l-abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem (10),

wara li kkunsidra r-rimarki tal-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ) Josep Borrell wara l-laqgħa tal-Kunsill Affarijiet Barranin tas-7 ta' Diċembru 2020,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-1 ta' Diċembru 2020 dwar id-drittijiet tal-bniedem u x-xogħol deċenti fil-ktajjen tal-provvista globali,

wara li kkunsidra r-rimarki tal-President tal-Kunsill Charles Michel wara l-laqgħa tal-mexxejja UE-Ċina tal-14 ta' Settembru 2020,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta tal-President Michel u l-President von der Leyen dwar id-difiża tal-interessi u l-valuri tal-UE fi sħubija kumplessa u vitali wara t-22 Summit UE-Ċina li sar fit-22 ta' Ġunju 2020,

wara li kkunsidra l-appell tal-esperti tan-NU tas-26 ta' Ġunju 2020 għal miżuri deċiżivi favur il-protezzjoni tal-libertajiet fundamentali fiċ-Ċina,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta tal-21 Summit UE-Ċina tad-9 ta' April 2019,

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni u l-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà tat-12 ta' Marzu 2019 bit-titlu “UE-Ċina: Perspettiva strateġika” (JOIN(2019)0005),

wara li kkunsidra l-linji gwida tal-UE dwar il-promozzjoni u l-protezzjoni tal-libertà ta' reliġjon jew ta' twemmin, adottati mill-Kunsill Affarijiet Barranin fl-24 ta' Ġunju 2013,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tas-26 ta' Ottubru 2018 tal-Kelliem tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna dwar is-sitwazzjoni fix-Xinjiang,

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà tat-12 ta' Marzu 2019 bit-titlu “UE-Ċina: Perspettiva strateġika” (JOIN(2019)0005),

wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, li tistipula li “ħadd m'għandu jinżamm fi skjavitù jew f'servitù” u li “ħadd m'għandu jiġi mġiegħel jagħmel xogħol forzat jew obbligatorju”,

wara li kkunsidra l-Qafas Strateġiku u Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija tal-25 ta' Ġunju 2012, li jqiegħed il-protezzjoni u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-qalba tal-politiki kollha tal-UE,

wara li kkunsidra l-linji gwida tal-UE dwar il-piena tal-mewt, it-tortura u trattament krudili ieħor, il-libertà tal-espressjoni online u offline u d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem,

wara li kkunsidra l-Artikolu 36 tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, li jiggarantixxi d-dritt taċ-ċittadini kollha għal-libertà reliġjuża, u l-Artikolu 4 tagħha, li jiddefendi d-drittijiet tal-minoranzi etniċi,

wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi tas-16 ta' Diċembru 1966, li qatt ma ġie ratifikat miċ-Ċina minkejja li ffirmatu fl-1998,

wara li kkunsidra l-Protokoll tal-2014 għall-Konvenzjoni tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) tal-1930 dwar ix-Xogħol Furzat, li ma ġiex iffirmat miċ-Ċina,

wara li kkunsidra l-Prinċipji Gwida tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem tal-2011,

wara li kkunsidra r-rapporti tal-Australian Strategic Policy Institute (ASPI) bit-titlu “Uyghurs for sale – 'Re-education', forced labour and surveillance beyond Xinjiang” u “Cultural erasure – Tracing the destruction of Uyghur and Islamic spaces in Xinjiang”, ippubblikati fl-2020, kif ukoll ix-“Xinjiang Data Project” tiegħu,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1948,

wara li kkunsidra l-Artikoli 144(5) u 132(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi l-promozzjoni u r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija u l-istat tad-dritt għandhom jibqgħu fil-qofol tar-relazzjoni twila ta' bejn l-UE u ċ-Ċina, bi qbil mal-impenn tal-UE li tiddefendi dawn il-valuri fl-azzjoni esterna tagħha u l-interess li wriet iċ-Ċina li tirrispettahom fl-iżvilupp u l-kooperazzjoni internazzjonali tagħha;

B.

billi s-sitwazzjoni fix-Xinjiang, fejn jgħixu aktar minn 10 miljun Ujgur Musulman u Każaki, iddeterjorat malajr, partikolarment mindu l-Gvern Ċiniż vara kampanja ta' “azzjoni ħarxa kontra l-estremiżmu vjolenti” fl-2014, u billi l-Ujguri u minoranzi etniċi oħra – primarjament Musulmani – fir-Reġjun Awtonomu Ujgur tax-Xinjiang ġew soġġetti għal detenzjoni arbitrarja, tortura, restrizzjonijiet serji fuq il-prattika u l-kultura reliġjużi, u sistema ta' sorveljanza diġitalizzata tant mifruxa li kull aspett tal-ħajja ta' kuljum huwa taħt monitoraġġ permezz ta' kameras ta' rikonoxximent tal-wiċċ, scans tat-telefons ċellulari, ġbir, aggregazzjoni u pproċessar illegali ta' data personali fuq skala kbira, flimkien ma' preżenza estensiva u intrużiva min-naħa tal-pulizija; billi ġie osservat rinfurzar ġenerali tar-reġim Ċiniż u twebbis fit-trattament tal-minoranzi, b'mod partikolari fil-konfront tal-Ujguri, it-Tibetani u l-Mongoljani, bil-ħsieb li jiġu assimilati bl-impożizzjoni tal-istil ta' ħajja u l-ideoloġija komunista tal-maġġoranza Ċiniża; billi l-pulizija għamlet użu estensiv minn pjattaformi predittivi, bħall-pjattaforma operattiva konġunta integrata, biex issib individwi suspettużi abbażi ta' mġiba ta' kuljum, legali u mhux vjolenti;

C.

billi, skont rapporti kredibbli, aktar minn miljun persuna, qed jinżammu, jew inżammu, f'dawk li qed jissejħu ċentri ta' “riedukazzjoni politika”, fl-akbar inkarċerazzjoni tal-massa ta' popolazzjoni minoritarja etnika fid-dinja llum; billi s-sistema tal-kampijiet ta' internament fir-Reġjun Awtonomu Ujgur tax-Xinjiang qed tespandi, u aktar minn 380 faċilità ta' detenzjoni huma suspettati li nbnew jew ġew estiżi mill-2017 'l hawn, u tal-anqas 61 sit ta' detenzjoni nbnew ġodda jew ġew estiżi bejn Lulju 2019 u Lulju 2020;

D.

billi l-ġenerazzjoni żagħżugħa Ujgura qed tbati wkoll; billi, skont rapporti, tfal żgħar kienu qed jintbagħtu f'orfanatrofji mmexxija mill-Istat anke jekk ġenitur wieħed biss ikun miżmum f'kamp ta' internament; billi, skont ir-riżultati ta' riċerka, sa tmiem l-2019, aktar minn 880 000 tifel u tifla Ujguri kienu tqiegħdu f'faċilitajiet ta' alloġġ; billi riċerka kredibbli turi li l-awtoritajiet Ċiniżi implimentaw skema uffiċjali ta' miżuri mmirati għall-prevenzjoni tat-twelid fil-konfront tan-nisa Ujguri fi sforz biex jitnaqqsu r-rati tat-twelid tal-Ujguri; billi, bħala parti minn din l-iskema, nisa Ujguri fl-etajiet li jista' jkollhom it-tfal qed jiġu soġġetti sistematikament mill-awtoritajiet Ċiniżi għal aborti furzati, injezzjonijiet fl-utru u sterilizzazzjoni, tant li 80 % tal-proċeduri ta' tqegħid ta' tagħmir IUD fiċ-Ċina saru fir-reġjun Ujgur, minkejja l-fatt li dan jikkostitwixxi 1,8 % biss tal-popolazzjoni taċ-Ċina; billi tali miżuri għall-prevenzjoni tat-twelid fi ħdan il-popolazzjoni Ujgura jistgħu jissodisfaw il-kriterji kollha ta' appartenenza għall-agħar delitti kontra l-umanità;

E.

billi, f'Awwissu 2018, il-Kumitat tan-NU għall-Eliminazzjoni tad-Diskriminazzjoni Razzjali kkonfronta lill-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina dwar l-abbużi fix-Xinjiang, fosthom il-ħolqien ta' kampijiet ta' detenzjoni arbitrarja tal-massa; billi, f'Settembru 2018, fl-ewwel diskors tagħha f'dan ir-rwol, il-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem Michelle Bachelet innutat “l-allegazzjonijiet ferm inkwetanti ta' detenzjonijiet arbitrarji fuq skala kbira fil-konfront tal-Ujguri u ta' komunitajiet Musulmani oħra f'hekk imsejħa 'kampijiet ta' riedukazzjoni' fix-Xinjiang”;

F.

billi r-regolamenti l-ġodda dwar il-kwistjonijiet reliġjużi fiċ-Ċina li daħlu fis-seħħ fl-1 ta' Frar 2018, huma aktar restrittivi fil-konfront ta' gruppi u attivitajiet reliġjużi u jġegħluhom jaderixxu aktar mill-qrib mal-politiki tal-partit; billi l-libertà reliġjuża u l-libertà tal-kuxjenza laħqu livell baxx ġdid minn mindu bdew ir-riformi ekonomiċi u mill-ftuħ taċ-Ċina lejn l-aħħar tas-sebgħinijiet; billi ċ-Ċina tospita waħda mill-akbar popolazzjonijiet ta' priġunieri reliġjużi; billi kien hemm rapporti kredibbli li żvelaw li kien hemm qerda intenzjonata u sistematika ta' moskej, knejjes u postijiet oħra ta' qima, l-aktar mill-2017 'l hawn, bir-riżultat li l-għadd tagħhom naqas għal-livell l-aktar baxx mir-Rivoluzzjoni Kulturali 'l hawn;

G.

billi ċ-Ċina għadha ma rratifikatx erbgħa mit-tmien Konvenzjonijiet Fundamentali tal-ILO, jiġifieri l-Konvenzjoni Nru 87 dwar il-Libertà tal-Assoċjazzjoni u l-Protezzjoni tad-Dritt għall-Organizzazzjoni, il-Konvenzjoni Nru 98 dwar id-Dritt għall-Organizzazzjoni u għan-Negozjar Kollettiv, il-Konvenzjoni Nru 29 dwar ix-Xogħol Furzat u l-Konvenzjoni Nru 105 dwar l-Abolizzjoni tax-Xogħol Furzat; billi ċ-Ċina rratifikat il-Konvenzjoni Nru 111 dwar id-Diskriminazzjoni (Impjieg u Xogħol) u l-Konvenzjoni Nru 100 dwar ir-Remunerazzjoni Ugwali; billi l-ftehimiet tad-WTO jippermettu l-adozzjoni ta' miżuri kummerċjali relatati mal-prodotti tax-xogħol fil-ħabsijiet;

H.

billi, b'mod parallel mal-kampanja “Strike Hard Campaign against Violent Terrorism” (Azzjoni Ħarxa kontra t-Terroriżmu Vjolenti)", il-programmi ta' trasferiment tal-ħaddiema żdiedu mill-2014, u dan jissuġġerixxi li dawn saru prijorità politika għall-Gvern Ċiniż bħala għodda biex itaffi l-faqar fir-Reġjun Awtonomu Ujgur tax-Xinjiang; billi hemm diversi rapporti kredibbli ta' xogħol furzat tal-Ujguri fil-ktajjen tal-produzzjoni fis-setturi tal-ħwejjeġ, tat-teknoloġija u tal-karozzi, inkluż ir-rapport ta' Marzu 2020 tal-ASPI, li identifika 27 fabbrika f'disa' provinċji Ċiniżi li għax-xogħol qed jużaw mill-inqas 80 000 Ujgur ittrasferiti mix-Xinjiang bejn l-2017 u l-2019; billi dawn il-fabbriki jfornu mill-inqas 82 marka globali, inklużi dawk li huma proprjetà ta' ħafna kumpaniji multinazzjonali Ewropej;

I.

billi ċ-Ċina hija waħda mill-akbar produtturi tal-qoton fid-dinja, u r-Reġjun Awtonomu Ujgur tax-Xinjiang jirrappreżenta aktar minn 20 % tal-produzzjoni globali tal-qoton; billi ċ-Ċina hija l-akbar produttur u esportatur tal-ħjut, u l-akbar produttur u esportatur ta' tessuti u lbies; billi l-Gvern Ċiniż qed jippjana li jirdoppja l-kapaċità tal-manifattura fir-Reġjun Ujgur sal-2025, u għandu l-ħsieb li l-ilbies u t-tessuti jkunu jiffurmaw element ewlieni ta' dak il-pjan; billi fl-2018 biss, tliet reġjuni Ujguri waħidhom immobilizzaw mill-inqas 570 000 persuna f'operazzjonijiet ta' ġbir tal-qoton permezz tal-iskema ta' taħriġ u trasferiment tax-xogħol koerċittiva tal-gvern; billi t-trasferiment totali ta' forza tax-xogħol ta' minoranzi etniċi fix-Xinjiang għall-ġbir tal-qoton x'aktarx li jaqbeż din iċ-ċifra b'diversi mijiet ta' eluf, li jagħmel ix-xogħol furzat karatteristika intrinsika u ġeneralizzata tal-ħsad tal-qoton fir-Reġjun Awtonomu Ujgur tax-Xinjiang; billi 84 % tal-qoton Ċiniż ġej mir-Reġjun Awtonomu Ujgur tax-Xinjiang, li jfisser li l-ħjut, it-tessuti u l-ħwejjeġ magħmulin mill-qoton Ċiniż jippreżentaw riskju straordinarjament għoli li huma mċappsa minn xogħol furzat u xogħol fil-ħabs, kemm jekk manifatturati fiċ-Ċina kif ukoll fi kwalunkwe post ieħor fid-dinja;

J.

billi ġie rrappurtat li aktar minn 80 korporazzjoni internazzjonali tad-ditta allegatament jagħmlu profitt, direttament jew indirettament, mix-xogħol furzat tal-Ujguri fil-ktajjen tal-provvista tagħhom; billi l-kuntest attwali ta' oppressjoni jipprevjeni li jitwettqu investigazzjonijiet u awditi indipendenti fir-reġjun Ujgur;

K.

billi l-kumpaniji m'għandhom l-ebda mezz affidabbli disponibbli biex jivverifikaw li kull post tax-xogħol fir-Reġjun Awtonomu Ujgur tax-Xinjiang ikun ħieles minn xogħol furzat jew biex jipprevjenu l-użu ta' xogħol furzat f'dawn il-postijiet tax-xogħol f'konformità mal-Prinċipji Gwida tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem u l-istandards tad-diliġenza dovuta tad-drittijiet tal-bniedem;

L.

billi skont il-leġiżlazzjoni attwali tal-UE (kemm fil-livell tal-UE kif ukoll f'dak nazzjonali), il-kumpaniji ma għandhom l-ebda responsabbiltà legali li jieħdu azzjoni biex jipprevjenu lilhom infushom milli jikkontribwixxu għal abbużi tad-drittijiet tal-bniedem fil-ktajjen tal-provvista tagħhom; billi d-Direttiva tal-UE dwar ir-Rappurtar Mhux Finanzjarju timponi obbligu ta' rappurtar fuq il-kumpaniji, iżda ma teħtiġhomx li jieħdu passi biex jipprevjenu l-ħsara fil-ktajjen tal-provvista tagħhom jew tippermetti li dawn jinżammu responsabbli;

M.

billi fl-okkażjoni tas-seduta ta' smigħ tiegħu fil-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, il-Viċi President Eżekuttiv Dombrovskis indika li l-ġlieda kontra x-xogħol furzat hija prijorità għall-UE u li, anke fil-qafas tal-Ftehim Komprensiv dwar l-Investiment bejn l-UE u ċ-Ċina, l-investiment tal-UE se jkollu jirrispetta l-konvenzjonijiet rilevanti tal-ILO dwar ix-xogħol furzat;

N.

billi l-Kumitat għall-Affarijiet Legali tiegħu bħalissa qed jaħdem fuq inizjattiva dwar “diliġenza dovuta korporattiva u responsabbiltà korporattiva”; billi fl-1 ta' Diċembru 2020 il-Kunsill ippubblika l-konklużjonijiet tiegħu dwar id-drittijiet tal-bniedem u x-xogħol deċenti fil-ktajjen tal-provvista globali, li jistiednu lill-Kummissjoni tressaq proposta għal qafas legali tal-UE dwar governanza korporattiva sostenibbli, inklużi obbligi ta' diliġenza dovuta korporattiva transsettorjali tul il-ktajjen tal-provvista globali; billi l-Kummissjoni ħabbret li se tressaq proposta leġiżlattiva dwar “Governanza Korporattiva Sostenibbli” fit-tieni kwart tal-2021, li se tindirizza l-ħtieġa ta' diliġenza dovuta tad-drittijiet tal-bniedem tul il-ktajjen tal-valur;

O.

billi l-Kunsill adotta deċiżjoni u regolament li jistabbilixxi r-reġim ta' sanzjonijiet globali tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem li jippermetti lill-UE timponi miżuri restrittivi fuq individwi, entitajiet u korpi fil-mira, inklużi stati u atturi mhux statali, li jkunu responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u abbużi madwar id-dinja, inkluż l-iskjavitù, jew ikunu involuti fihom jew assoċjati magħhom;

P.

billi l-Kungress tal-Istati Uniti għadda l-Att dwar il-Politika tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Ujguri fl-2019; billi fit-22 ta' Settembru 2020, il-Kamra tar-Rappreżentanti tal-Istati Uniti adottat l-Att għall-Prevenzjoni tax-Xogħol Furzat tal-Ujguri li jimponi diversi restrizzjonijiet relatati mar-Reġjun Awtonomu Ujgur tax-Xinjiang, inkluż billi jipprojbixxi ċerti importazzjonijiet mix-Xinjiang u jimponi sanzjonijiet fuq l-individwi u l-entitajiet responsabbli għall-ksur tad-drittijiet tal-bniedem hemmhekk;

Q.

billi ċ-Ċina għamlet progress fl-oqsma ekonomiċi u soċjali, iżda qed tonqos serjament milli tiggarantixxi standards internazzjonali bażiċi tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali;

R.

billi fil-Qafas Strateġiku tagħha dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija, l-UE impenjat ruħha li żżid l-isforzi tagħha biex tippromwovi d-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija u l-istat tad-dritt fl-aspetti kollha tal-azzjoni esterna tagħha, u li tqiegħed id-drittijiet tal-bniedem fil-qofol tar-relazzjonijiet tagħha mal-pajjiżi terzi kollha, inklużi s-sħab strateġiċi tagħha;

1.

Jikkundanna bil-qawwa s-sistema mmexxija mill-gvern tax-xogħol furzat, b'mod partikolari l-isfruttament tal-Ujguri, tal-Każaki u l-Kirgiżi etniċi, u gruppi minoritarji Musulmani oħra, f'fabbriki kemm ġewwa kif ukoll barra l-kampijiet ta' internament fix-Xinjiang, kif ukoll it-trasferiment ta' ħaddiema furzati lejn diviżjonijiet amministrattivi Ċiniżi oħrajn, u l-fatt li ditti u kumpaniji Ewropej magħrufa sew qed jibbenefikaw mill-użu ta' xogħol furzat; jistieden lill-atturi rilevanti mis-settur privat jivvalutaw l-impenji tagħhom fix-Xinjiang, jeżerċitaw ir-responsabbiltà korporattiva tagħhom, iwettqu awditi indipendenti tal-konformità mad-drittijiet tal-bniedem fil-ktajjen tal-provvista sħaħ tagħhom, u jtemmu r-relazzjonijiet kummerċjali fejn jinstab li dawn jiksru d-drittijiet tal-bniedem jew, fejn ikun impossibbli li jiġi aċċertat jekk kienx hemm ksur, direttament jew indirettament, permezz tal-attività ta' wieħed mill-fornituri tagħhom jew mir-relazzjonijiet kummerċjali tagħhom fil-katina tal-valur tagħhom fiċ-Ċina;

2.

Huwa mħasseb ferm dwar ir-reġim dejjem aktar oppressiv li ħafna minoranzi reliġjużi u etniċi, b'mod partikolari l-Ujguri u l-Każaki, qed jiffaċċjaw, li huma bi vjolazzjoni tad-dinjità umana tagħhom, kif ukoll tad-drittijiet tagħhom għal-libertà tal-espressjoni kulturali u tat-twemmin reliġjuż, għal-libertà tal-kelma u tal-espressjoni, kif ukoll għal-libertà tal-għaqda paċifika u tal-assoċjazzjoni; jiddeplora s-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem li sejra għall-agħar fiċ-Ċina kontinentali u f'Hong Kong, u jitlob li l-awtoritajiet Ċiniżi jirrispettaw il-libertajiet fundamentali;

3.

Jiddeplora bil-qawwa l-persekuzzjoni kontinwa u l-ksur serju u sistematiku tad-drittijiet tal-bniedem li jikkostitwixxu delitti kontra l-umanità; iħeġġeġ lill-Gvern Ċiniż itemm minnufih il-prattika tad-detenzjoni arbitrarja ta' membri tal-minoranzi Ujguri u minoranzi Musulmani oħrajn mingħajr ebda akkuża, proċess jew kundanna għal reati kriminali, jagħlaq il-kampijiet u ċ-ċentri tad-detenzjoni kollha u jeħles lill-persuni miżmuma minnufih u bla kundizzjonijiet; jistieden lill-awtoritajiet Ċiniżi jtemmu l-programmi sponsorjati mill-gvern ta' xogħol furzat u sterilizzazzjoni tal-massa; jistieden lill-awtoritajiet Ċiniżi fir-Reġjun Awtonomu Ujgur ta' Xinjiang jipprovdu informazzjoni dwar il-post u l-kundizzjonijiet mediċi tal-persuni miżmuma f'detenzjoni, u biex jeħilsuhom minnufih jekk ma jkunx hemm evidenza ta' attività kriminali reali;

4.

Jikkundanna bil-qawwa l-użu estensiv ta' teknoloġiji ta' sorveljanza diġitali biex jimmonitorjaw u jikkontrollaw il-popolazzjoni fix-Xinjiang, u t-testijiet żvelati l-aktar reċentement ta' software għar-rikonoxximent tal-wiċċ li jista' jibgħat “allarmi ta' Ujguri” lill-awtoritajiet tal-gvern meta s-sistemi tal-kamera tiegħu jidentifikaw membri tal-minoranza Ujgur; jiddispjaċih għall-fatt li ċ-Ċina mhijiex qed tikkonforma mal-impenji li daħlet għalihom hija stess meta aderixxiet mal-prinċipji tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi dwar l-intelliġenza artifiċjali ċċentrata fuq il-bniedem u meta ffirmat id-dikjarazzjoni tal-G20 ta' Ġunju 2019, u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jkomplu jappellaw liċ-Ċina biex taderixxi mal-impenji tagħha stess f'dan ir-rigward;

5.

Jistieden lill-awtoritajiet Ċiniżi jippermettu aċċess liberu, sinifikanti u mingħajr xkiel fil-provinċja tax-Xinjiang, u aċċess mingħajr restrizzjonijiet fil-kampijiet ta' internament għall-ġurnalisti u l-osservaturi internazzjonali, inkluż għall-uffiċjali tal-UE, wara l-istedina tal-President Xi Jinping matul is-Summit UE-Ċina tal-14 ta' Settembru 2020, lill-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem, lir-Rappreżentant Speċjali tal-UE għad-Drittijiet tal-Bniedem u lid-detenturi tal-mandat tal-Proċeduri Speċjali tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri jkomplu jinsistu fuq l-istabbiliment ta' missjoni ta' ġbir ta' informazzjoni tan-NU fix-Xinjiang u l-ħatra ta' Mibgħut Speċjali;

6.

Jitlob liċ-Ċina tippermetti li titwettaq missjoni mill-Parlament Ewropew fix-Xinjiang bil-kundizzjoni li tingħata aċċess liberu u mingħajr restrizzjonijiet, filwaqt li jiggarantixxi l-kunfidenzjalità u s-sikurezza lill-popolazzjoni lokali;

7.

Jikkundanna bil-qawwa l-kampanja massiva rrapportata mill-Partit Komunista Ċiniż biex irażżan ir-rati tat-twelid tal-Ujguri fix-Xinjiang, u jistieden lill-awtoritajiet Ċiniżi jwaqqfu minnufih kwalunkwe miżura mmirata biex tipprevjeni t-twelid fil-popolazzjoni Ujgura, inklużi sterilizzazzjonijiet furzati, aborti jew sanzjonijiet kontra l-ksur tal-kontroll tat-twelid;

8.

Iħeġġeġ lill-Gvern Ċiniż jirratifika u jimplimenta l-Konvenzjoni Nru 29 tal-ILO dwar ix-Xogħol Furzat, il-Konvenzjoni Nru 105 tal-ILO dwar l-Abolizzjoni tax-Xogħol Furzat, il-Konvenzjoni Nru 87 tal-ILO dwar il-Libertà tal-Assoċjazzjoni u l-Protezzjoni tad-Dritt għall-Organizzazzjoni u l-Konvenzjoni tal-ILO Nru 98 dwar id-Dritt għall-Organizzazzjoni u għan-Negozjar Kollettiv; iħeġġeġ liċ-Ċina tirratifika l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi;

9.

Jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar rapporti ta' fastidju min-naħa tal-awtoritajiet Ċiniżi fil-konfront tal-Ujguri barra l-pajjiż sabiex iġegħluhom jaġixxu bħala informaturi kontra Ujguri oħra, imorru lura x-Xinjiang jew jibqgħu siekta dwar is-sitwazzjoni t'hemmhekk, xi drabi billi jarrestaw lill-membri tal-familja tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri kollha tal-UE jinvestigaw dawn ir-rapporti b'urġenza, jiżguraw il-protezzjoni tal-membri tad-dijaspora tax-Xinjiang u jħaffu l-applikazzjonijiet għall-asil imressqa mill-Ujguri u minn Musulmani oħra ta' oriġini Turkika; jilqa' d-deċiżjoni meħuda mill-Ġermanja u l-Iżvezja li jissospendu r-ritorn tal-Ujguri, il-Każaki jew Musulmani oħra ta' oriġini Turkika fiċ-Ċina fid-dawl tar-riskju ta' detenzjoni arbitrarja, tortura jew maltrattament ieħor;

10.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jibdew djalogu ma' stati fejn l-Ujguri jinsabu f'riskju ta' deportazzjoni lejn iċ-Ċina biex jipprevjenu li jseħħu tali deportazzjonijiet; jistieden lill-membri tal-Kunsill jissospendu t-trattati ta' estradizzjoni tagħhom mar-Repubblika Popolari taċ-Ċina, biex jipprevjenu l-estradizzjoni tal-Ujguri, ta' ċittadini ta' Hong Kong, ta' Tibetani, jew ta' dissidenti Ċiniżi fl-Ewropa biex jibdew proċess ġudizzjarju politiku fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina;

11.

Jistieden lill-UE taħdem b'mod proattiv favur inkjesta indipendenti tan-NU dwar iċ-Ċina bil-ħsieb li jiġi żgurat li jingħata kont tar-reati mwettqa;

12.

Jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar il-miżuri tal-istat Ċiniż biex jiżgura s- “superviżjoni komprensiva” tax-Xinjiang permezz tal-installazzjoni tas-sorveljanza elettronika Skynet fiż-żoni urbani ewlenin u trackers tal-GPS fil-vetturi bil-mutur kollha, l-użu ta' skanners ta' rikonoxximent tal-wiċċ fil-postijiet ta' kontroll u fl-istazzjonijiet tal-ferrovija u fil-pompi tal-petrol, bl-użu ta' software ibbażat fuq sistemi ta' kameras tal-intelliġenza artifiċjali maħsuba biex jidentifikaw l-Ujguri u membri oħra ta' gruppi ta' minoranzi etniċi, u l-kampanja ta' ġbir tad-demm mill-pulizija tax-Xinjiang sabiex tkompli tiġi estiża l-bażi tad-data tad-DNA taċ-Ċina; jesprimi tħassib serju dwar l-aħħar rivelazzjonijiet dwar lista li fiha dettalji ta' aktar minn 2 000 priġunier Ujgur miżmuma fil-prefettura ta' Aksu bejn l-2016 u l-2018; jesprimi wkoll il-biża' li ċ-Ċina qed tesporta dawn it-teknoloġiji lejn reġimi awtoritarji fid-dinja kollha; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri jimmonitorjaw l-akkwist u l-iżvilupp ta' dawn it-teknoloġiji, u l-attività tal-fornituri tagħhom, u joqogħdu lura milli jiftħu l-aċċess għalihom lil istituzzjonijiet tal-UE u nazzjonali li huma responsabbli għall-finanzjament pubbliku u l-akkwist pubbliku;

13.

Jikkritika l-akkwist ta' kameras termali mingħand Hikivision mill-amministrazzjoni tal-Parlament u mill-Kummissjoni; jinsisti dwar l-introduzzjoni ta' politika ta' akkwist għaqlija li tqis kif xieraq it-tħassib dwar id-drittijiet tal-bniedem; iħeġġeġ lill-amministrazzjoni tal-Parlament u lill-President tiegħu biex immedjatament jaqtgħu kwalunkwe relazzjoni ta' negozju diretta jew indiretta ma' Hikivision, u biex itejbu t-trasparenza tal-attivitajiet ta' akkwist tal-Parlament;

14.

Jistieden lill-awtoritajiet Ċiniżi jeħilsu minnufih u mingħajr kundizzjonijiet l-istudjuż Ujgur u r-rebbieħ tal-Premju Sakharov 2019 Ilham Tohti, u jiżguraw, sadanittant, li jkollu aċċess regolari u mingħajr restrizzjonijiet għall-familja tiegħu u għall-avukati tal-għażla tiegħu, u li ma jkunx soġġett għal tortura jew trattament ħażin ieħor; jitlob li ssir investigazzjoni immedjata, effikaċi u imparzjali b'rabta mal-allegati torturi fil-konfront ta' Ilham Tohti u li dawk responsabbli jitressqu quddiem il-ġustizzja;

15.

Jilqa' l-inklużjoni fil-Programm ta' Ħidma tal-Kummissjoni għall-2021 ta' inizjattiva leġiżlattiva dwar leġiżlazzjoni obbligatorja dwar id-diliġenza dovuta tal-katina tal-provvista fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem; jistieden lill-Kummissjoni tadotta proposti leġiżlattivi rilevanti mhux aktar tard minn matul it-tieni kwart tal-2021, kif kien ippjanat, li jinkludu tliet proposti distinti, iżda li jsaħħu lil xulxin b'mod reċiproku, dwar id-dmirijiet tad-diretturi u l-governanza korporattiva sostenibbli, dwar id-drittijiet tal-bniedem korporattivi u d-diliġenza dovuta ambjentali, u dwar ir-riforma tad-Direttiva dwar ir-Rappurtar Mhux Finanzjarju; huwa tal-fehma li, sabiex tiġi indirizzata b'mod effettiv il-kwistjoni tax-xogħol furzat u ksur ieħor tad-drittijiet tal-bniedem fil-ktajjen tal-provvista tal-kumpaniji, tali leġiżlazzjoni għandha tinkludi wkoll projbizzjoni tat-tqegħid tal-prodotti rilevanti fis-suq tal-UE; ifakkar, f'dan ir-rigward, fil-pożizzjoni tiegħu fir-riżoluzzjoni reċenti tiegħu dwar ir-Reviżjoni tal-Politika Kummerċjali, li titlob miżuri komplementari, bħall-projbizzjoni tal-importazzjoni ta' prodotti marbuta ma' ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem bħax-xogħol furzat jew it-tħaddim tat-tfal;

16.

Jistieden lill-Istati Membri, f'konformità mal-kompetenzi u ċ-ċirkostanzi nazzjonali tagħhom, biex iżidu l-isforzi tagħhom biex jimplimentaw b'mod effettiv il-Prinċipji Gwida tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem, inkluż permezz ta' Pjanijiet ta' Azzjoni Nazzjonali ġodda jew aġġornati li fihom taħlita ta' miżuri volontarji u obbligatorji.

17.

Huwa tal-fehma li l-Ftehim Komprensiv dwar l-Investiment maċ-Ċina jrid jinkludi impenji adegwati biex jiġu rispettati l-konvenzjonijiet internazzjonali kontra x-xogħol furzat; iqis, b'mod partikolari, li ċ-Ċina għandha għalhekk tirratifika l-Konvenzjonijiet 29 u 105 tal-ILO;

18.

Jilqa' l-ftehim reċenti milħuq mill-koleġiżlaturi dwar ir-riforma tar-Regolament tal-UE dwar l-Oġġetti b'Użu Doppju abbażi ta' konsiderazzjonijiet ta' sigurtà nazzjonali u tad-drittijiet tal-bniedem;

19.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-Istati Membri jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jikkonvinċu lill-Gvern Ċiniż jagħlaq il-kampijiet u jtemm kull ksur tad-drittijiet tal-bniedem fix-Xinjiang u f'postijiet oħrajn, bħat-Tibet; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jtennu dan il-messaġġ lill-Gvern Ċiniż f'kull okkażjoni u fl-ogħla livelli; jiddispjaċih li l-approċċ meħud u l-għodod użati mill-UE s'issa ma wasslux għal progress tanġibbli fis-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fiċ-Ċina, li fl-aħħar għaxar snin marret għall-agħar; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tfassal u timplimenta strateġija olistika fil-livell tal-UE bil-ħsieb li jsir progress ġenwin fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem fiċ-Ċina; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Ċiniżi jkomplu jimplimentaw ir-riformi nazzjonali meħtieġa biex jirratifikaw il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi tal-1966, iffirmat miċ-Ċina fl-1998, u jimplimentaw ir-rakkomandazzjonijiet tal-korpi tan-NU dwar id-drittijiet tal-bniedem;

20.

Jilqa' l-adozzjoni tar-Reġim Globali ta' Sanzjonijiet tal-UE b'rabta mad-Drittijiet tal-Bniedem fis-7 ta' Diċembru 2020; jistieden lill-Istati Membri u lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà biex jevalwaw malajr l-adozzjoni ta' sanzjonijiet kontra uffiċjali u entitajiet immexxija mill-istat Ċiniżi, bħax-Xinjiang Production and Construction Corporation, li hija responsabbli għat-tfassil u l-implimentazzjoni tal-politika ta' detenzjoni tal-massa tal-Ujguri u Musulmani Turkiċi oħra fix-Xinjiang, għall-użu ta' xogħol furzat, u għall-organizzazzjoni tar-ripressjoni ħarxa tal-libertà reliġjuża, il-libertà tal-moviment u ta' drittijiet bażiċi oħra fir-reġjun u f'postijiet oħra, bħat-Tibet;

21.

Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jimplimentaw il-pakkett ta' miżuri maqbul f'Lulju, inkluż il-ħolqien ta' “skema ta' salvawomu” għall-persuni oppressi fiċ-Ċina, b'segwitu tad-deterjorament ulterjuri tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali;

22.

Itenni l-appoġġ tiegħu għad-Djalogu li jmiss bejn l-UE u l-Istati Uniti dwar iċ-Ċina, u jħeġġeġ li d-drittijiet tal-bniedem għandhom ikunu prominenti fl-aġenda tiegħu; jappella għal koordinazzjoni akbar fost id-demokraziji fl-implimentazzjoni ta' sanzjonijiet u miżuri oħra biex jiġu indirizzati l-każijiet ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem fiċ-Ċina kontinentali u f'Hong Kong, kif ukoll l-isfidi ġeopolitiċi ppreżentati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina;

23.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà kif ukoll lill-Gvern u l-Parlament tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.

(1)  Testi adottati, P9_TA(2019)0110.

(2)  Testi adottati, P8_TA(2019)0422.

(3)  ĠU C 11, 13.1.2020, p. 25.

(4)  ĠU C 433, 23.12.2019, p. 103.

(5)  ĠU C 238, 6.7.2018, p. 108.

(6)  ĠU C 199 E, 7.7.2012, p. 185.

(7)  ĠU C 285 E, 21.10.2010, p. 80.

(8)  Testi adottati, P9_TA(2020)0337.

(9)  ĠU L 410 I, 7.12.2020, p. 1.

(10)  ĠU L 410 I, 7.12.2020, p. 13.


29.10.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 445/121


P9_TA(2020)0376

L-Iran, b'mod partikolari l-każ ta' Nasrin Sotoudeh, ir-rebbieħa tal-Premju Sakharov 2012

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Diċembru 2020 dwar L-Iran, b'mod partikolari l-każ ta' Nasrin Sotoudeh, ir-rebbieħa tal-Premju Sakharov 2012 (2020/2914(RSP))

(2021/C 445/15)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar l-Iran, b'mod partikolari dik tat-13 ta' Diċembru 2018 dwar l-Iran, u b'mod partikolari l-każ ta' Nasrin Sotoudeh (1), u dik tas-17 ta' Settembru 2019 dwar is-sitwazzjoni tad-difensuri tad-drittijiet tan-nisa u taċ-ċittadini tal-UE b'ċittadinanza doppja li qegħdin il-ħabs (2),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli għad-Drittijiet tal-Bniedem (OHCHR) tan-Nazzjonijiet Uniti tad-9 ta' Diċembru 2020 dwar l-Iran, li titlob il-ħelsien ta' Nasrin Sotoudeh,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Kelliem tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) tat-12 ta' Diċembru 2020 dwar l-eżekuzzjoni tas-Sur Ruhollah Zam,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-OHCHR tal-25 ta' Novembru 2020 li titlob lill-Iran iwaqqaf l-eżekuzzjoni ta' Ahmadreza Djalali,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tar-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fir-Repubblika Iżlamika tal-Iran tas-26 ta' Ottubru 2020 li tħeġġeġ l-obbligu li jingħata rendikont għat-trażżin vjolenti tal-protesti, u r-rapport tiegħu tal-21 ta' Lulju 2020 dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fir-Repubblika Iżlamika tal-Iran,

wara li kkunsidra l-5 Djalogu ta' Livell Għoli bejn l-Unjoni Ewropea u l-Iran tad-9 ta' Diċembru 2020,

wara li kkunsidra l-Linji gwida tal-UE dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem,

wara li kkunsidra l-Linji gwida tal-UE dwar il-Piena tal-Mewt, it-Tortura u l-Libertà tal-Espressjoni,

wara li kkunsidra l-għoti tal-Premju Sakharov għal-Libertà tal-Ħsieb lil Nasrin Sotoudeh fl-2012,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1948,

wara li kkunsidra l-Artikoli 144(5) u 132(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi Nasrin Sotoudeh, ir-rebbieħa tal-Premju Sakharov 2012 għal-Libertà tal-Ħsieb, hija avukatessa Iranjana, attivista għad-drittijiet tal-bniedem u priġuniera politika li, matul dawn l-aħħar 15-il sena, iġġieldet għad-drittijiet tan-nisa, tat-tfal, tal-minoranzi reliġjużi, tal-ġurnalisti u tal-artisti, kif ukoll ta' dawk ikkundannati għall-piena tal-mewt, u minħabba f'hekk, kienet attakkata u ffastidjata kontinwament mill-awtoritajiet Iranjani u ġiet arrestata u mibgħuta l-ħabs diversi drabi; billi l-prosekuzzjoni tagħha u l-akkużi miġjuba kontriha juru sa liema punt il-ġudikatura Iranjana qed tikkriminalizza l-attiviżmu għad-drittijiet tal-bniedem;

B.

billi Nasrin Sotoudeh ilha detenuta arbitrarjament mit-13 ta' Ġunju 2018 talli rrappreżentat lil nisa li pprotestaw kontra l-liġi tal-Iran li permezz tagħha l-ilbies tal-hijab huwa obbligatorju u, f'Marzu 2019, ġiet ikkundannata in absentia għal 33 sena ħabs u 148 daqqa ta' frosta; billi l-esperti tan-NU f'diversi okkażjonijiet esprimew tħassib serju li d-detenzjoni attwali tagħha hija arbitrarja u appellaw għall-ħelsien tagħha;

C.

billi Nasrin Sotoudeh inħelset temporanjament fis-7 ta' Novembru 2020 wara test pożittiv għall-COVID-19; billi ġiet ordnata tirritorna fil-ħabs ta' Qarchak, ċentru ta' detenzjoni tan-nisa f'Tehran magħruf għall-kundizzjonijiet ta' detenzjoni krudili u inumani, fit-2 ta' Diċembru 2020; billi din id-deċiżjoni min-naħa tal-awtoritajiet Iranjani jista' jkollha konsegwenzi potenzjalment letali għaliha u tkompli testendi l-priġunerija arbitrarja tagħha bi ksur tal-obbligi tal-Iran skont id-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem;

D.

billi l-familja, il-qraba u l-ħbieb ta' Nasrin Sotoudeh, b'mod partikolari r-raġel tagħha Reza Khandan, sfaw fil-mira tal-awtoritajiet Iranjani bil-għan li jsikktuhom u jwaqqfu kwalunkwe kampanja għall-ħelsien ta' Nasrin Sotoudeh;

E.

billi l-arrest ta' Nasrin Sotoudeh huwa parti minn repressjoni intensifikata kontra d-difensuri tad-drittijiet tan-nisa fl-Iran; billi d-difensuri tad-drittijiet tan-nisa li b'mod attiv għamlu kampanja biex isaħħu l-emanċipazzjoni u d-drittijiet tan-nisa ġarrbu fastidju, arresti u detenzjonijiet arbitrarji, u d-drittijiet tagħhom għal proċess ekwu u ġust ġew miksura;

F.

billi Ahmadreza Djalali, tabib Iranjan-Żvediż u akkademiku u professur fl-Università VUB fil-Belġju u fl-Università degli Studi del Piemonte Orientale fl-Italja li ġie kkundannat għall-mewt fuq akkużi foloz ta' spjunaġġ f'Ottubru 2017, kien irrappurtat li ġie ttrasferit f'reklużjoni bi tħejjija għall-eżekuzzjoni tiegħu, minkejja sejbiet evidenzjati sew li jikkonfermaw li l-proċess tiegħu kien inġust għall-aħħar u li l-kundanna tiegħu kienet ibbażata fuq konfessjoni furzata li ngħatat taħt tortura; billi rċieva theddid ta' mewt fil-konfront tiegħu u tal-familja tiegħu fl-Iżvezja u fl-Iran min-naħa ta' uffiċjali Iranjani; billi f'ittra miktuba mill-ħabs politiku ta' Evin, qal li r-raġuni għad-detenzjoni tiegħu kienet li oġġezzjona li jwettaq spjunaġġ għall-Iran kontra l-istituzzjonijiet Ewropej; billi Dr Djalali ġie infurmat fl-24 ta' Novembru 2020 li l-eżekuzzjoni tiegħu kienet imminenti;

G.

billi fit-12 ta' Diċembru 2020, il-ġurnalist Ruhollah Zam inqatel bit-tagħliq wara deċiżjoni mgħaġġla tal-Qorti Suprema tat-8 ta' Diċembru 2020, li kkonfermat il-piena kapitali tiegħu għal akkużi vagi ta' “korruzzjoni fid-dinja”, li kienu sostnuti minn konfessjonijiet miksuba bil-forza; billi s-Sur Zam, li ngħata ażil fi Franza fl-2009 u mexxa programm popolari fuq Telegram li jikkritika lill-awtoritajiet Iranjani, ġie mħajjar imur l-Iraq fejn inħataf u ttieħed l-Iran mill-awtoritajiet Iranjani; billi l-eżekuzzjoni tiegħu talli eżerċita d-dritt tiegħu għal-libertà tal-espressjoni tikkostitwixxi ksur sfaċċat tad-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem;

H.

billi Fariba Adelkhah, ċittadina tal-UE, akkademika Franċiża-Iranjana prominenti u direttriċi tar-riċerka fl-Università Sciences Po ta' Pariġi, ilha detenuta arbitrarjament minn Ġunju 2019 fil-ħabs ta' Evin;

I.

billi ċ-ċittadini b'ċittadinanza doppja tal-UE u Iranjana għadhom qed jiġu arrestati, u wara l-arrest jgħaddu minn perjodi twal ta' reklużjoni u interrogazzjonijiet, b'nuqqas ta' proċess ekwu, ebda aċċess għal proċess ġust u sentenzi twal ta' ħabs ibbażati fuq akkużi vagi jew mhux speċifikati ta' “sigurtà nazzjonali” u “spjunaġġ”; billi l-Iran ma jirrikonoxxix iċ-ċittadinanza doppja, u b'hekk jillimita l-aċċess tal-ambaxxati barranin għaċ-ċittadini tagħhom b'ċittadinanza doppja miżmuma hemmhekk;

J.

billi l-qrati Iranjani jonqsu milli jipprovdu proċessi ekwi u ġusti, u jiċħdu l-aċċess għal konsulenti legali, b'mod partikolari matul il-perjodu ta' investigazzjoni, u jiċħdu żjarat konsulari, tan-NU jew ta' organizzazzjonijiet umanitarji; billi s-sentenzi mill-ġudikatura Iranjana spiss ikunu bbażati fuq akkużi vagi jew mhux speċifikati ta' sigurtà nazzjonali u spjunaġġ; billi m'hemm ebda mekkaniżmu indipendenti biex jiġi żgurat l-obbligu ta' rendikont fi ħdan il-ġudikatura, u għad hemm tħassib serju dwar il-politiċizzazzjoni tal-imħallfin;

K.

billi l-protesti tas-soċjetà ċivili fl-Iran kontra l-faqar, l-inflazzjoni, il-korruzzjoni u l-awtoritarjaniżmu politiku ntlaqgħu mill-awtoritajiet Iranjani b'repressjoni qawwija; billi s-servizz tal-intelligence Iranjan intensifika r-repressjoni tiegħu fuq il-ħaddiema tas-soċjetà ċivili u d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, l-avukati, l-attivisti ambjentali, id-difensuri tad-drittijiet tan-nisa, l-istudenti, il-ġurnalisti, l-għalliema, is-sewwieqa tat-trakkijiet u l-attivisti paċifiċi;

L.

billi l-esperti tad-drittijiet tal-bniedem tan-NU appellaw lill-Iran biex jiggarantixxi d-drittijiet tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u tal-avukati li ntbagħtu l-ħabs talli appoġġaw pubblikament il-protesti kontra l-ilbies obbligatorju tal-hijab fl-Iran u tennew tħassib serju fir-rigward tal-eżekuzzjonijiet kontinwi ta' delinkwenti minorenni fl-Iran;

M.

billi kien hemm diversi rapporti dwar il-kundizzjonijiet inumani u degradanti fil-ħabsijiet u r-rifjut li jingħata aċċess adegwat għall-kura medika matul id-detenzjoni bil-għan li d-detenuti jiġu intimiditi, ikkastigati jew li titqiegħed pressjoni fuqhom, bi ksur tar-Regoli Standard Minimi tan-NU dwar it-Trattament tal-Priġunieri;

N.

billi għexieren ta' difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, ġurnalisti, avukati u attivisti għadhom il-ħabs minħabba attiviżmu paċifiku u ġew esklużi mill-klemenza u mill-ħelsien temporanju implimentati matul il-pandemija tal-COVID-19 biex titnaqqas il-popolazzjoni eċċessiva fil-ħabsijiet;

O.

billi r-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fir-Repubblika Iżlamika tal-Iran, fir-rapport annwali tiegħu ppreżentat lill-Assemblea Ġenerali tan-NU fil-21 ta' Lulju 2020, esprima l-kosternazzjoni tiegħu għall-użu kontinwu mill-Iran tal-piena tal-mewt u ċ-ċifri għoljin ta' eżekuzzjoni tiegħu u afferma li r-rapporti li waslu juru xejra kontinwa ta' restrizzjoni tal-libertà tal-espressjoni u diskriminazzjoni kontinwa kontra l-minoranzi u n-nisa;

P.

billi f'dan l-istess rapport, ir-Rapporteur Speċjali tan-NU jafferma li minkejja evidenza ċara li l-forzi tas-sigurtà Iranjani użaw forza eċċessiva u letali li kkawżat il-mewt ta' aktar minn 300 ruħ, inklużi nisa u tfal, fil-protesti f'Novembru 2019, kważi sena wara, l-awtoritajiet Iranjani naqsu milli jwettqu investigazzjoni konformi mal-istandards internazzjonali;

Q.

billi l-użu tal-piena tal-mewt kontra d-dimostranti qed jiżdied, b'xejra ta' hekk imsejħa konfessjonijiet li jinkisbu taħt tortura, u wara li jingħataw id-dimostranti jiġu ġġustizzjati mingħajr ma jiġu infurmati l-avukati jew il-membri tal-familja tagħhom, kif ġara fil-każ tal-istilla tar-wrestling Navid Afkari, li nqatel permezz ta' eżekuzzjoni fit-12 ta' Settembru 2020 għal akkużi li ċaħad għalkollox; billi ħutu s-subien għadhom il-ħabs u ngħataw sentenzi twal ħafna talli ħadu sehem fi protesti kontra l-gvern;

R.

billi l-Parlament adotta riżoluzzjoni li titlob l-istabbiliment ta' unità StratCom tas-SEAE ddedikata għal-Lvant Nofsani, b'mod partikolari l-Iran;

S.

billi t-teknoloġiji ta' sorveljanza tal-massa qed jintużaw biex jitrażżnu protesti online u fit-toroq, inkluż permezz ta' ċensura online; billi l-midja tal-istat mexxiet kampanji ta' diżinformazzjoni kontra d-dimostranti u d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, bl-involviment ta' personalitajiet nazzjonali ewlenin, bl-għan li jfixklu l-protesti ta' Novembru 2019;

1.

Jikkundanna bil-qawwa d-detenzjoni arbitrarja, il-kundanna u, reċentement, ir-ritorn għall-ħabs ta' Nasrin Sotoudeh, mara impenjata fid-difiża tad-drittijiet tal-bniedem u avukatessa, u jistieden lill-awtoritajiet tar-Repubblika Iżlamika tal-Iran biex jeħilsuha immedjatament u mingħajr kundizzjonijiet, bħala kwistjoni ta' urġenza, u jippermettulha tirċievi l-kura tas-saħħa li teħtieġ;

2.

Jikkundanna bis-saħħa l-eżekuzzjoni fit-12 ta' Diċembru 2020 tal-ġurnalist ibbażat fi Franza Ruhollah ZAM, editur tal-kanal Amad News Telegram, u tar-wrestler Navid Afkari fit-12 ta' Settembru 2020; jesprimi l-kondoljanzi profondi tiegħu lill-familji, lill-ħbieb u lill-kollegi tagħhom; jistieden lill-UE u lill-istituzzjonijiet tal-Istati Membri tagħha jipprovdu protezzjoni aktar effettiva liċ-ċittadini Iranjani residenti fl-UE li huma soġġetti għal fastidju u theddid mis-servizzi tal-intelligence Iranjani;

3.

Jistieden lill-Iran iwaqqaf immedjatament l-eżekuzzjoni imminenti tal-akkademiku Żvediż-Iranjan Ahmadreza Djalali, jeħilsu u jikkumpensah, u jieqaf jhedded lill-familja tiegħu fl-Iran u fl-Iżvezja; jikkundanna bis-saħħa, barra minn hekk, it-tortura, id-detenzjoni arbitrarja u l-piena tal-mewt tiegħu; jinnota li Dott. Djalali ġie infurmat fl-24 ta' Novembru 2020 li l-awtoritajiet tal-prosekuzzjoni kienu ħarġu ordni għas-sentenza u li ġie ttrasferit għal reklużjoni fis-sezzjoni 209 tal-ħabs ta' Evin; itenni s-sejħiet tiegħu għal interventi urġenti mill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ) u mill-Istati Membri tal-UE, bil-għan li jitwaqqaf kwalunkwe pjan biex jinqatel Ahmadreza Djalali, titħassar il-piena tal-mewt tiegħu u jiġi żgurat il-ħelsien immedjat tiegħu;

4.

Jistieden lill-Istati Membri kollha tal-UE biex flimkien jagħmlu dikjarazzjonijiet pubbliċi u jieħdu inizjattivi diplomatiċi biex jimmonitorjaw proċessi inġusti u jżuru ħabsijiet fejn qed jiġu detenuti difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u priġunieri oħra tal-kuxjenza, inklużi ċittadini tal-UE fl-Iran, f'konformità mal-Linji Gwida tal-UE dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem;

5.

Jistieden lill-Gvern tal-Iran jeħles minnufih u mingħajr kundizzjonijiet lill-mijiet ta' persuni detenuti b'mod arbitrarju talli eżerċitaw b'mod paċifiku d-drittijiet tagħhom għal-libertà tal-opinjoni u l-espressjoni inklużi d-dimostranti, il-ġurnalisti, il-ħaddiema tal-midja, id-dissidenti politiċi, l-artisti, il-kittieba u d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi avukati, difensuri tad-drittijiet tan-nisa, attivisti tad-drittijiet tal-ħaddiema, attivisti tad-drittijiet tal-minoranzi, konservazzjonisti, attivisti kontra l-piena tal-mewt u oħrajn inklużi dawk li jitolbu l-verità, il-ġustizzja u r-riparazzjoni għall-eżekuzzjonijiet extraġudizzjarji tal-massa tas-snin '80; jenfasizza li, sakemm jinħelsu, l-awtoritajiet Iranjani jridu jiggarantixxu s-saħħa fiżika u mentali tagħhom;

6.

Iħeġġeġ lill-Iran iwaqqa' minnufih l-akkużi kollha u jneħħi r-restrizzjonijiet kollha fuq l-ivvjaġġar taċ-ċittadini b'ċittadinanza doppja Ewropea-Iranjana kollha li huma soġġetti għal detenzjoni arbitrarja u miżuri restrittivi oħra, bħal fil-każijiet ta' Fariba Adelkhah, Nahid Taghavi, Kameel Ahmady u Nazanin Zaghari-Ratcliffe; itenni t-talba tiegħu għall-ħelsien immedjat u mingħajr kundizzjonijiet ta' Kamran Ghaderi, Massoud Mossaheb u Morad Tahbaz, li bħalissa qed jinżammu f'ħabsijiet Iranjani, u jiddenunzja, għal darb'oħra, il-prattika kontinwa ta' priġunerija ta' ċittadini b'ċittadinanza doppja UE-Iranjana mill-ġudikatura Iranjana wara proċessi inġusti, u n-nuqqas ta' aċċess tagħhom għall-appoġġ konsulari;

7.

Jesprimi tħassib dwar l-attakk fiżiku u t-trasferiment furzat, fit-13 ta' Diċembru 2020, tal-mara impenjata fid-difiża tad-drittijiet tal-bniedem Golrokh Iraee lejn il-ħabs ta' Evin; jitlob kjarifika immedjata tas-sitwazzjoni tagħha u jtenni t-talba tiegħu għall-ħelsien tagħha;

8.

Jikkundanna bl-aktar mod qawwi r-repressjoni fuq id-drittijiet tal-libertà tal-espressjoni, tal-assoċjazzjoni u tal-għaqda paċifika; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Iranjani jiżguraw l-implimentazzjoni sħiħa tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, li l-Iran huwa parti minnu, u jiżguraw id-dritt tad-detenuti kollha għal proċess ekwu u ġust, inkluż id-dritt li jkunu rappreżentati minn avukat tal-għażla tagħhom;

9.

Jikkundanna r-restrizzjonijiet fuq l-ispazju ċiviku, l-użu tal-piena tal-mewt bħala arma ta' repressjoni politika, l-amputazzjonijiet, is-swat u pieni krudili u inumani oħra inklużi fil-kodiċi penali tal-Iran, il-kundizzjonijiet ta' detenzjoni krudili u inumani, konfessjonijiet miksuba permezz ta' tortura jew trattament ħażin u l-proċess ta' ċivili quddiem qrati rivoluzzjonarji; jiddenunzja l-użu tal-piena tal-mewt bħala deterrent kontra l-attiviżmu paċifiku dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-dritt li tiġi eżerċitata l-libertà tal-espressjoni; jistieden lill-Gvern Iranjan jiddikjara moratorju immedjat fuq l-eżekuzzjonijiet pendenti kollha bil-ħsieb tal-abolizzjoni sħiħa tal-piena tal-mewt;

10.

Jinnota l-iżviluppi li saru min-nisa Iranjani fl-oqsma tal-edukazzjoni, ix-xjenza u r-riċerka, kif jidher mill-fatt li l-maġġoranza tal-istudenti fl-universitajiet tal-Iran huma nisa; iħeġġeġ lir-Repubblika Iżlamika tal-Iran telimina, fil-liġi u fil-prattika, kull forma ta' diskriminazzjoni u ksur ieħor tad-drittijiet tal-bniedem kontra n-nisa u l-bniet; jappoġġa bis-saħħa lin-nisa Iranjani u d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem li, minkejja d-diffikultajiet u r-riperkussjonijiet personali li qed jiffaċċjaw, jibqgħu jiddefendu d-drittijiet tal-bniedem;

11.

Jistieden lill-awtoritajiet Iranjani jindirizzaw il-forom kollha ta' diskriminazzjoni kontra persuni li jappartjenu għal minoranzi etniċi u reliġjużi, inklużi l-Insara u l-Baha'i, u l-persuni LGBTI, u jeħilsu minnufih u mingħajr kundizzjonijiet lil dawk kollha li jinsabu l-ħabs talli eżerċitaw id-dritt tagħhom għal-libertà tar-reliġjon jew tat-twemmin jew tal-orjentazzjoni sesswali;

12.

Jappella għall-istabbiliment ta' inkjesta mmexxija min-NU dwar id-delitti skont id-dritt internazzjonali u ksur serju ieħor tad-drittijiet tal-bniedem imwettaq waqt il-protesti ta' Novembru 2019 u Jannar 2020; iħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jadottaw miżuri restrittivi mmirati kontra l-uffiċjali responsabbli għal dawk l-abbużi;

13.

Jappoġġa bis-saħħa l-aspirazzjonijiet tal-poplu Iranjan li jixtieq jgħix f'pajjiż liberu, stabbli, inklużiv u demokratiku li jirrispetta l-impenji nazzjonali u internazzjonali tiegħu dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali; jistieden lill-awtoritajiet Iranjani jiżguraw investigazzjonijiet indipendenti u imparzjali dwar l-imwiet kollha li seħħew waqt dawn il-protesti, dwar dawk kollha suspettati li għandhom responsabbiltà kriminali għall-qtil tad-dimostranti, u dwar il-każijiet kollha ta' vittmi li qed jiġu soġġetti għal għajbien furzat u eżekuzzjonijiet extraġudizzjarji kontinwi; jistieden lill-awtoritajiet Iranjani biex, barra minn hekk, jeżoneraw u jirritornaw il-fdalijiet tal-vittmi lill-familji tagħhom, jidentifikaw u jħarrku lill-awturi tar-reati, u jipprovdu rimedji effettivi għall-vittmi;

14.

Jilqa' l-adozzjoni tal-Mekkaniżmu ta' Sanzjonijiet għad-Drittijiet tal-Bniedem, l-hekk imsejjaħ Att Magnitsky, mill-Kunsill bħala strument importanti tal-UE biex jissanzjona lil dawk li jiksru d-drittijiet tal-bniedem; jitlob miżuri mmirati kontra uffiċjali Iranjani li wettqu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem inklużi l-eżekuzzjonijiet reċenti ta' Ruhollah Zam u Navid Afkari u d-detenzjoni arbitrarja ta' ċittadini doppji u barranin fl-Iran, kif ukoll ta' dawk involuti f'abbużi gravi tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi mħallfin li kkundannaw ġurnalisti, difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, dissidenti politiċi u attivisti għall-mewt;

15.

Iqis li ser ikunu meħtieġa aktar sanzjonijiet immirati jekk l-awtoritajiet Iranjani ma jeħilsux lil Dott. Djalali, kif qed jitolbu l-UE u l-Istati Membri tagħha;

16.

Jistieden lill-Kunsill iqajjem il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem bħala komponent ewlieni tal-kooperazzjoni bilaterali tiegħu mal-Iran, f'konformità mad-Dikjarazzjoni Konġunta maqbula mill-VP/RGħ u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin Iranjan f'April 2016; jistieden lis-SEAE jkompli jinkludi d-drittijiet tal-bniedem, b'mod partikolari s-sitwazzjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, fil-kuntest tad-Djalogu ta' Livell Għoli bejn l-UE u l-Iran u jistieden bil-qawwa lill-awtoritajiet Iranjani jwaqqfu l-atti kollha ta' intimidazzjoni u rappreżalji kontra d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem talli jikkomunikaw mal-uffiċjali tal-UE u tan-NU;

17.

Jistieden lis-SEAE u lill-Istati Membri tal-UE jappoġġaw bis-sħiħ ir-rebbieħa tal-Premju Sakharov permezz tar-rappreżentanzi diplomatiċi u konsulari tagħhom u billi jistabbilixxu task force interistituzzjonali interna f'appoġġ għar-rebbieħa tal-Premju Sakharov li jinsabu f'riskju; huwa tal-fehma li l-appoġġ għar-rebbieħa f'riskju għandu jissaħħaħ min-naħa tad-delegazzjonijiet tal-UE;

18.

Jitlob li s-SEAE jsaħħaħ il-kapaċitajiet tiegħu biex jiġġieled kontra l-interferenza u d-diżinformazzjoni Iranjani fit-territorju Ewropew; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Iranjani jneħħu ċ-ċensura tagħhom ta' servizzi u kontenut online u biex ma jużawx shutdowns tal-Internet li huma inkompatibbli mad-drittijiet tal-bniedem internazzjonali;

19.

Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jindirizzaw il-vulnerabilità partikolari tad-difensuri nisa tad-drittijiet tal-bniedem permezz ta' miżuri ta' protezzjoni adegwati li jipproteġuhom mir-riskji speċifiċi u bbażati fuq il-ġeneru li huma esposti għalihom;

20.

Jistieden lill-awtoritajiet Iranjani jagħmlu stedina permanenti għall-Proċeduri Speċjali kollha tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU u biex jikkooperaw b'mod proattiv; iħeġġiġhom jiżguraw b'mod partikolari li r-rapport tar-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fir-Repubblika Iżlamika tal-Iran jitħalla jidħol fil-pajjiż;

21.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Mexxej Suprem tar-Repubblika Iżlamika tal-Iran, lill-President tar-Repubblika Iżlamika tal-Iran u lill-Membri tal-Majlis Iranjan.

(1)  ĠU C 388, 13.11.2020, p. 127.

(2)  Testi adottati, P9_TA(2019)0019.


29.10.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 445/126


P9_TA(2020)0377

Implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-ilma

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Diċembru 2020 dwar l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-ilma (2020/2613(RSP))

(2021/C 445/16)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 191 tiegħu,

wara li kkunsidra d-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (1) (“Direttiva Qafas dwar l-Ilma” – WFD),

wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE tal-21 ta' Mejju 1991 dwar it-trattament tal-ilma urban mormi (2) (“Direttiva dwar it-Trattament tal-Ilma Urban Mormi” – UWWTD),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2006/118/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar il-protezzjoni tal-ilma ta' taħt l-art kontra t-tniġġis u d-deterjorament (3) (“Direttiva dwar l-Ilma ta' Taħt l-Art”),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2007/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2007 dwar il-valutazzjoni u l-immaniġġjar tar-riskji tal-għargħar (4) (“Direttiva dwar l-Għargħar”),

wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE tat-12 ta' Diċembru 1991 dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli (5) (Direttiva dwar “in-Nitrati”),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2008/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar standards ta' kwalità ambjentali fil-qasam tal-politika tal-ilma, li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 82/176/KEE, 83/513/KEE, 84/156/KEE, 84/491/KEE, 86/280/KEE u li temenda d-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) (“Direttiva dwar l-Istandards tal-Kwalità Ambjentali”) ,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2020/741 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Mejju 2020 dwar ir-rekwiżiti minimi għall-użu mill-ġdid tal-ilma (7),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 li tistabbilixxi Qafas għal Azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-Politika tal-Ambjent Marin (Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina) (8),

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (9) (ir-Regolament REACH),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (10),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tal-10 ta' Diċembru 2019 dwar il-Kontroll tal-Idoneità tad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma u d-Direttiva dwar l-Għargħar u s-sommarju eżekuttiv tagħha tal-istess data,

wara li kkunsidra l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta' Diċembru 2019 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE tal-21 ta' Mejju 1991 dwar it-trattament tal-ilma urban mormi u s-sommarju eżekuttiv tal-istess data,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tal-1 ta' Frar 2018 għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (riformulazzjoni) (COM(2017)0753),

wara li kkunsidra l-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' Programm għal azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa – għall-perjodu 2021-2027 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 282/2014 (il-“Programm l-UE għas-Saħħa”) (COM(2020)0405),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta' Novembru 2019 dwar l-emerġenza klimatika u ambjentali (11),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) tal-4 ta' Diċembru 2019 bit-titlu “The European environment – state and outlook 2020: Knowledge for transition to a sustainable Europe” (L-ambjent Ewropew – il-qagħda u l-perspettiva 2020: Għarfien għal tranżizzjoni lejn Ewropa sostenibbli),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Diċembru 2019 dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew (COM(2019)0640),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta' Marzu 2020 bit-titlu “Strateġija industrijali ġdida għall-Ewropa”, u b'mod partikolari t-taqsima 2.2 tagħha bit-titlu “Industrija li twitti t-triq għan-newtralità klimatika” (COM(2020)0102),

wara li kkunsidra l-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030 (12),

wara li kkunsidra l-Istrateġija mill-Għalqa sal-Platt (13),

wara li kkunsidra s-Seba' Programm ta' Azzjoni għall-Ambjent (14),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta' Jannar 2020 dwar il-Pjan ta' Investiment għal Ewropa Sostenibbli u l-Pjan ta' Investiment tal-Patt Ekoloġiku Ewropew (COM(2020)0021),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Marzu 2020 bit-titlu “Pjan ta' Azzjoni ġdid dwar l-Ekonomija Ċirkolari għal Ewropa aktar nadifa u kompetittiva” (COM(2020)0098),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta' Mejju 2020 bit-titlu “Il-mument tal-Ewropa: Tiswija u Tħejjija għall-Ġenerazzjoni li Jmiss” (COM(2020)0456),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Marzu 2019 bit-titlu “Approċċ Strateġiku tal-Unjoni Ewropea għall-Farmaċewtiċi fl-Ambjent” (COM(2019)0128),

wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Pariġi,

wara li kkunsidra l-istudju tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiku (OECD) ta' Mejju 2020 bit-titlu “Financing Water Supply, Sanitation and Flood Protection – Challenges in EU Member States and Policy Options” (Finanzjament tal-Provvista tal-Ilma, Sanità u Protezzjoni mill-Għargħar – Sfidi fl-Istati Membri tal-UE u Għażliet ta' Politika),

wara li kkunsidra l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs) tan-NU u, b'mod partikolari, l-SDG Nru 6 dwar l-ilma nadif u s-sanità (15) u l-SDG Nru 14 dwar il-konservazzjoni u l-użu tal-oċeani, l-ibħra u r-riżorsi marini,

wara li kkunsidra r-rapport ta' valutazzjoni globali tal-Pjattaforma Intergovernattiva tal-Politika tax-Xjenza dwar il-Bijodiversità u s-Servizzi Ekosistemiċi (IPBES) ta' Mejju 2019 dwar il-bijodiversità u s-servizzi ekosistemiċi,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni ta' Novembru 2019 bit-titolu “Evalwazzjoni tal-impatt tal-PAK fuq l-ilma” (Evaluation of the Impact of the CAP on Water),

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tan-NU 64/292 tat-28 ta' Lulju 2010 li tirrikonoxxi d-dritt tal-bniedem għall-ilma u s-sanità,

wara li kkunsidra s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-28 ta' Mejju 2020, fil-Kawża C535/18 IL et al vs Land Nordrhein-Westfalen,

wara li kkunsidra s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-1 ta' Lulju 2015 fil-Kawża C-461/13, Bund für Umwelt und Naturschutz Deutschland e.V. vs Bundesrepublik Deutschland (il-Kawża Weser),

wara li kkunsidra l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej “Right2Water”, u r-rapport tal-Parlament Ewropew dwar is-segwitu għall-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej “Right2Water”,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-2 ta' Lulju 2020 dwar il-Kontroll tal-Idoneità tad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma, id-Direttiva dwar l-Ilma ta' Taħt l-Art, id-Direttiva dwar Standards ta' Kwalità Ambjentali u d-Direttiva dwar l-Għargħar (16),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2018 dwar “Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti minimi għall-użu mill-ġdid tal-ilma (programm kontinwu)” (17),

wara li kkunsidra l-mistoqsijiet lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-ilma (O-000077/2020 – B9-0077/2020 u O-000078/2020 – B9-0078/2020),

wara li kkunsidra l-Artikoli 136(5) u 132(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel,

A.

billi l-ilma huwa essenzjali għall-ħajja u l-ġestjoni tal-ilma għandha rwol essenzjali fil-ħarsien tas-servizzi tal-ekosistema tal-UE, kif ukoll fl-użu tar-riżorsi u fil-produzzjoni ekonomika; billi l-Ewropa trid issib soluzzjonijiet effikaċi għall-isfidi attwali relatati mal-ilma u timmaniġġja r-riżorsi tal-ilma eżistenti b'mod effiċjenti, peress li jaffettwaw b'mod dirett is-saħħa tal-bniedem, l-ambjent, il-kwalità u l-ekosistemi tal-ilma, il-produzzjoni tal-enerġija, l-agrikoltura u s-sigurtà tal-ikel;

B.

billi l-ilma huwa element essenzjali fiċ-ċiklu tal-ikel; billi huwa neċessarju li l-ilmijiet ta' taħt l-art u tal-wiċċ ikunu ta' kwalità tajba u disponibbli fi kwantitajiet suffiċjenti biex tinkiseb sistema tal-ikel ġusta, tajba għas-saħħa, sostenibbli u li ma tagħmilx ħsara lill-ambjent kif deskritta fl-Istrateġija mill-Għalqa sal-Platt; billi ilma nadif u suffiċjenti huwa element essenzjali fl-implimentazzjoni u l-kisba ta' ekonomija ċirkolari reali fl-UE;

C.

billi l-ilma jirrappreżenta valur kbir fl-ekonomija tal-UE u billi s-setturi dipendenti mill-ilma tal-UE jiġġeneraw 26 % tal-valur miżjud gross annwali tal-UE, u għalhekk huwa kruċjali li tiġi żgurata disponibbiltà kontinwa ta' ilma ta' kwalità tajba, fi kwantitajiet suffiċjenti biex jiġi kopert kull użu;

D.

billi d-WFD stabbiliet qafas għall-protezzjoni ta' 110 000 korp tal-ilma tal-wiċċ fl-UE, bil-għan li jinkiseb “stat ekoloġiku u kimiku tajjeb” sal-2015, u għall-protezzjoni ta' 13 400 korp tal-ilma ta' taħt l-art fl-UE, bil-għan li jinkiseb “stat kwantitattiv u kimiku tajjeb” sal-istess skadenza; u għall-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma tax-xorb fis-sens tal-Artikolu 7(2); billi l-Kontroll tal-Idoneità sab nuqqasijiet kbar fl-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-ilma, li l-objettivi tagħha probabbilment ma jinkisbux sal-iskadenza finali tal-2027 sakemm l-isforzi ta' implimentazzjoni kollha meħtieġa ma jinbdewx immedjatament fl-Istati Membri u sakemm il-politiki settorjali relatati mal-ilma ma jiġux allinjati mar-rekwiżiti tad-WFD; billi l-ippjanar tal-ġestjoni tal-ilma u l-programmi ta' miżuri għandhom jitkomplew lil hinn mill-iskadenza tal-2027, u dan se jwassal għal titjib ulterjuri fil-kwalità u l-kwantità tal-ilma;

E.

billi 74 % taż-żona ta' korpi tal-ilma ta' taħt l-art huwa fi stat kimiku tajjeb u billi 89 % huwa fi stat kwantitattiv tajjeb; billi l-bilanċ gross ta' nitroġenu fl-UE tnaqqas b'10 % bejn l-2004 u l-2015 (18);

F.

billi nkiseb stat kimiku tajjeb għal 38 % biss tal-ilmijiet tal-wiċċ u 40 % biss għandu stat jew potenzjal ekoloġiku tajjeb, u billi l-istat ta' 16 % tal-ilmijiet tal-wiċċ għadu mhux magħruf minħabba nuqqas ta' data; billi 81 % tal-ilmijiet tal-wiċċ jikseb stat kimiku tajjeb li kieku ma kienx imniġġes minn sustanzi persistenti, bijoakkumulattivi u tossiċi ma' kullimkien (uPBTs), bħall-merkurju; billi mill-erba' indikaturi tal-ilma ħelu tad-WFD analizzati mill-EEA, wieħed biss wera progress fl-aħħar 10 sa 15-il sena (19);

G.

billi skont il-prinċipju “wieħed barra, kollha barra”, l-istat tal-ilma huwa kkunsidrat tajjeb biss jekk l-elementi kollha tal-valutazzjoni huma kkunsidrati tajbin, li ma jirriflettix titjib f'parametri individwali tal-kwalità tal-ilma; billi stat tajjeb ma jiddependix biss minn miżuri ta' mitigazzjoni biex jiġu indirizzati l-pressjonijiet atttwali, iżda anke minn miżuri ta' restawr biex jiġu indirizzati l-pressjonijiet mill-passat u minn miżuri ta' prevenzjoni f'waqthom kontra theddid emerġenti (20);

H.

billi l-effettività tad-WFD u l-kisba tal-objettivi tagħha jiddependu mill-implimentazzjoni u linfurzar tagħha mill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri, mill-iżgurar ta' finanzjament adegwat, inkluż permezz ta' strumenti finanzjarji tal-UE, mill-l-implimentazzjoni ta' atti leġiżlattivi oħra tal-UE, u mill-integrazzjoni aħjar tal-objettivi tal-ilma f'politiki oħra; billi l-involviment tal-partijiet ikkonċernati huwa element ewlieni għal implimentazzjoni effettiva;

I.

billi l-Artikolu 7(3) tad-WFD jistipula li l-Istati Membri jeħtiġilhom jiżguraw il-protezzjoni tal-korpi tal-ilma użati għall-produzzjoni tal-ilma tax-xorb bil-għan li jiġi evitat id-deterjorament fil-kwalità tagħhom; billi l-Kontroll tal-Idoneità jiddikjara li ftit li xejn sar progress fiż-żoni protetti għall-ilma tax-xorb;

J.

billi huwa ta' importanza kruċjali li jiġi indirizzat it-tniġġis kimiku u kawżi oħra ta' tniġġis fl-ilma tal-wiċċ u ta' taħt l-art fis-sors bħala prijorità peress li dan huwa l-aktar miżura sostenibbli, effettiva u kosteffikaċi, flimkien mal-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' min iniġġes iħallas;

K.

billi d-WFD tispjega l-ħtieġa li jiġu protetti l-ilmijiet użati għall-astrazzjoni tal-ilma tax-xorb; billi l-operaturi tal-ilma tax-xorb għandhom ikunu jistgħu jiddependu fuq riżorsi tal-ilma ta' kwalità għolja sabiex iċ-ċittadini ma jkollhomx għalfejn iħallsu għal trattamenti għoljin; billi huwa għalhekk meħtieġ li jitnaqqas it-tniġġis mis-sors;

L.

billi r-rapport ta' valutazzjoni globali tal-IPBES għall-2019 dwar il-bijodiversità u s-servizzi tal-ekosistema jqis it-tniġġis tal-ilma bħala theddida importanti għall-bijodiversità globali; billi l-bijodiversità tal-ilma ħelu hija fost l-aktar mhedda fl-Ewropa u billi t-tniġġis tal-ilma għandu impatt negattiv fuq il-flora u l-fawna; billi l-artijiet mistagħdra Ewropej, li jservu bħala bjar tal-karbonju naturali, naqsu b'50 % mill-1970 u l-ispeċijiet tal-ilma ħelu naqsu bi 83 % sa minn dik is-sena;

M.

billi t-tibdil fil-klima huwa t-theddida prinċipali għar-riżorsi tal-ilma fid-dinja, kemm f'termini ta' kwantitajiet għolja kif ukoll baxxi tal-ilma; billi ekosistemi tal-ilma ħelu f'saħħithom u reżiljenti huma aktar kapaċi jtaffu l-effetti tat-tibdil fil-klima u jadattaw għalihom;

N.

billi d-WFD ma tinkludix dispożizzjonijiet speċifiċi biex jiġu indirizzati l-impatti tat-tibdil fil-klima; billi fil-komunikazzjoni tagħha dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew, il-Kummissjoni madankollu tirrikonoxxi li l-funzjonijiet naturali tal-ilma tal-wiċċ u l-ilma ta' taħt l-art iridu jiġu restawrati; billi l-Kontroll tal-Idoneità sab li d-WFD “hija preskrittiva biżżejjed fir-rigward tal-pressjonijiet li jridu jiġu indirizzati, u madankollu hija flessibbli biżżejjed biex tiġi implimentata b'mod aktar konsistenti jekk meħtieġ fir-rigward tal-isfidi emerġenti mhux imsemmija fid-Direttiva bħat-tibdil fil-klima, l-iskarsezza tal-ilma u s-sustanzi niġġiesa ta' tħassib emerġenti”;

O.

billi ż-żoni urbani qed jikbru b'mod kostanti u qed iżidu l-pressjoni fuq l-impjanti tat-trattament tal-ilma mormi; billi s-sors prinċipali u parzjalment mhux regolat tat-tniġġis tal-ilma fl-UE huwa r-rilaxx ta' ilma mormi urban u/jew industrijali mhux ittrattat jew ittrattat b'mod inadegwat; billi fil-bidu, il-UWWTD) ma kinitx maħsuba biex tittratta r-rilaxx ta' sustanzi kimiċi, ta' residwu farmaċewtiku jew ta' mikroplastiks f'korpi tal-ilma; billi l-UWWTD kienet effikaċi fit-tnaqqis tas-sustanzi niġġiesa mmirati fil-korpi tal-ilma billi naqqset il-piżijiet tad-domanda bijokimika ta' ossiġenu, nitroġenu u fosfru fl-ilma mormi ttrattat fl-UE kollha; billi madankollu, għandha tingħata aktar attenzjoni għal sorsi ta' tniġġis kemm eżistenti kif ukoll emerġenti; billi sors diffuż ewlieni ieħor tat-tniġġis tal-ilma huwa l-agrikoltura, b'rilaxxi ta' nutrijenti, pestiċidi, antibijotiċi u sustanzi niġġiesa oħra fil-baċini tad-dranaġġ u xmajjar; billi dispożizzjonijiet relatati mal-ilma tal-PAK attwali kienu insuffiċjenti biex japoġġjaw il-kisba tal-objettivi tad-WFD; billi t-tniġġis diffuż huwa ostakolu għall-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' min iniġġes iħallas;

P.

billi terz tal-pajjiżi Ewropej ibatu minn skarsezza tal-ilma, jiġifieri għandhom anqas minn 5 000 m3 ta' ilma per capita kull sena (21); billi, f'każ ta' kunflitti dwar l-allokazzjoni tar-riżorsi tal-ilma, is-salvagwardja tad-dritt tal-bniedem għall-ilma trid tieħu prijorità; billi 13-il Stat Membru ddikjaraw li jinsabu f'riskju ta' deżertifikazzjoni fil-Konvenzjoni tan-NU għall-Ġlieda kontra d-Deżertifikazzjoni (22);

Q.

billi l-astrazzjoni tal-ilma tpoġġi pressjoni kbira fuq is-sorsi tal-ilma tal-UE; billi madwar kwart tal-ilma ddevjat mill-ambjent naturali fl-UE jintuża għall-agrikoltura; billi ntlaħaq ftehim dwar ir-regolament l-ġdid dwar ir-rekwiżiti minimi għall-użu mill-ġdid tal-ilma, li se jiffaċilita l-użu tal-ilma mormi urban trattat għall-irrigazzjoni agrikola;

R.

billi hemm sitwazzjonijiet fejn l-entitajiet li jiġġestixxu korpi tal-ilma huma ffinanzjati minn attivitajiet li jiddeterjoraw l-istat kimiku u ekoloġiku tal-korpi tal-ilma, filwaqt li jimpedixxu l-kisba tal-objettivi tad-WFD; billi f'dawn is-sitwazzjonijiet, il-kunflitti ta' interess huma diffiċli biex jiġu evitati u jżommu lill-entitajiet li jiġġestixxu korpi tal-ilma fi ċrieki vizzjużi, u jagħmluhom dipendenti minn attivitajiet li jiddeterjoraw il-korpi tal-ilma;

S.

billi 60 % tal-baċini tax-xmajjar jinsabu f'reġjuni transnazzjonali, li jrendi kruċjali l-kooperazzjoni transfruntiera effettiva; billi 20 pajjiż Ewropew jiddependu minn pajjiżi oħra għal aktar minn 10 % tar-riżorsi tal-ilma tagħhom, u 75 % tar-riżorsi ta' ħames pajjiżi jaslu għandhom minn barra l-pajjiż permezz tax-xmajjar; billi nuqqas ta' konformità mal-UWWTD fir-reġjuni tal-fruntiera jikkawża deterjorament tal-korpi tal-ilma transfruntiera tad-WFD, li jagħmilha impossibbli li jintlaħqu l-għanijiet tad-WFD fl-Istat Membru riċevitur;

T.

billi l-konnettività tax-xmara, mix-xmajjar żgħar sal-estwarji u d-deltas hija kruċjali għal speċijiet migratorji ta' ħut, li l-istadji tal-ħajja tagħhom huma element ċentrali fl-ekosistemi rispettivi u fil-katina alimentari, u li qed jiksbu valur soċjokulturali dejjem akbar fil-komunitajiet tas-sajjieda;

U.

billi l-konsum globali tal-enerġija fis-settur tal-ilma fl-UE huwa sinifikanti u jeħtieġ li jkun aktar effiċjenti sabiex jikkontribwixxi għall-għanijiet tal-Ftehim ta' Pariġi, l-għanijiet klimatiċi tal-UE lejn l-2030 u l-għan tagħha li tinkiseb in-newtralità f'termini ta' emissjonijiet tal-karbonju fl-2050;

V.

billi l-idroelettriku għandu, sa ċertu punt, il-potenzjal li jiddekarbonizza l-ġenerazzjoni tal-elettriku u għalhekk jista’ jikkontribwixxi sabiex jintlaħqu l-miri għall-klima u l-enerġija tal-UE skont il-Ftehim ta' Pariġi; billi l-idroelettriku jeħtieġ li jitqies b'mod olistiku, li jinkludi l-effetti tiegħu fuq il-kundizzjonijiet idromorfoloġiċi u l-ħabitats; billi, meta mqabbel mal-elettriku ġġenerat mir-riħ u mix-xemx, l-idroelettriku għandu volatilità aktar baxxa u għalhekk jikkontribwixxi għal provvista tal-enerġija konstanti u għal grilja stabbli; billi l-ħażna ppumpjata tal-ilma tirrappreżenta aktar minn 90 % (23) tal-kapaċità tal-ħżin tal-enerġija tal-UE; billi l-Unjoni Ewropea għandha tappoġġja lill-Istati Membri li qed jinvolvu ruħhom fi proġetti idroelettriċi li jirrispettaw l-ambjent u li fl-istess ħin ma joħolqux theddid għas-saħħa tal-komunitajiet lokali;

W.

billi l-bidliet strutturali fil-korpi tal-ilma huma l-pressjonijiet ewlenin fuq l-istat tagħhom (24); billi l-idromorfoloġija taffettwa 40 % tal-korpi tal-ilma tal-wiċċ li jikkonsistu f'alterazzjonijiet fiżiċi (26 %), digi, barrieri u locks (24 %), alterazzjonijiet idroloġiċi (7 %) jew alterazzjonijiet idromorfoloġiċi oħra (7 %); billi attwalment hemm aktar minn 21 000 impjant idroelettriku fl-Ewropa; billi ma ttieħdet ebda azzjoni komprensiva mill-UE għat-tneħħija tad-digi u tqassib skaduti, minkejja evidenza li l-koordinazzjoni tal-UE f'din il-kwistjoni tipprovdi valur miżjud;

X.

billi d-dritt tal-bniedem għall-ilma u s-sanità ġie rrikonoxxut bħala dritt tal-bniedem mill-Assemblea Ġenerali tan-NU fit-28 ta' Lulju 2010;

Y.

billi l-Konvenzjoni dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa u l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal, fost konvenzjonijiet u ftehimiet internazzjonali oħra, jirrikonoxxu b'mod espliċitu d-dritt għall-ilma u s-sanità u jobbligaw lill-Istati partijiet jieħdu miżuri xierqa f'dan ir-rigward;

Z.

billi miljun persuna fl-Ewropa m'għandhom l-ebda aċċess għall-ilma u tmien miljun persuna m'għandhom l-ebda sanità (25), billi globalment 844 miljun persuna m'għandhomx aċċess sikur għal ilma tax-xorb sikur (26), u billi terz tal-popolazzjoni tad-dinja m'għandhiex sanità bażika; billi r-Right2Water tal-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej (ECI) ġabret aktar minn 1,8 miljun firma f'Marzu 2014; billi r-Right2Water talab li jiġu garantiti l-ilma u s-sanità għal kulħadd fl-UE u globalment, aċċess aħjar għall-ilma tax-xorb għall-pubbliku u aktar trasparenza dwar il-kwalità tal-ilma, kif ukoll l-inklużjoni tad-dritt għall-ilma fil-leġiżlazzjoni tal-UE; billi l-Kummissjoni adottat il-komunikazzjoni tagħha b'rispons għall-“Inizjattiva Right2Water” (27); billi fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Settembru 2015 dwar is-segwitu għall-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej Right2Water, il-Parlament ikkritika lill-Kummissjoni talli naqset milli tissodisfa t-talbiet tal-inizjattiva u talab lill-Kummissjoni tirrikonoxxi l-aċċess universali u d-dritt tal-bniedem għall-ilma (28);

AA.

billi l-istudji juru li l-ittestjar tal-ilma mormi jista' jaġixxi bħala sistema ta' twissija bikrija biex jiġu previsti jew lokalizzati tifqigħat tal-COVID-19, u għaldaqstant jista' jkollu rwol importanti fil-ġlieda kontra l-pandemija;

1.

Jilqa' s-suċċess tad-WFD fl-istabbiliment ta' qafas ta' governanza adegwat għall-ġestjoni integrata tal-ilma, kif ukoll is-suċċess tagħha fit-titjib tal-kwalità tal-ilma, jew f'xi każijiet tal-anqas fit-tnaqqis tad-deterjorament tal-kwalità tal-ilma;

2.

Jirrifjuta kwalunkwe tentattiv biex l-ilma jiġi kkummerċjalizzat (bħal fil-każ tan-negozjar ta' suq tal-futuri għall-ilma fil-Borża ta' New York); jiddeplora l-implikazzjonijiet tal-kummerċjalizzazzjoni tan-natura, li tesponi l-prodotti pubbliċi essenzjali għall-ispekulazzjoni u tiċħad d-dritt universali għall-użu tagħhom;

3.

Jilqa' l-valutazzjoni tal-Kummissjoni li d-WFD hija adattata għall-iskop tagħha, iżda jinnota li l-implimentazzjoni tagħha teħtieġ li titjib u titħaffef billi jiġu involuti l-awtoritajiet kompetenti rilevanti mill-Istati Membri u billi jiġu integrati aktar l-objettivi tad-WFD fil-politiki settorjali, b'mod partikolari fl-agrikoltura, it-trasport u l-enerġija, li jiżguraw li l-korpi kollha tal-ilma tal-wiċċ u ta' taħt l-art ikunu fi stat tajjeb sa mhux aktar tard mill-2027;

4.

Jisħaq li ebda reviżjoni tad-WFD mhija meħtieġa; jistieden lill-Kummissjoni tiddikjara li d-WFD ma hijiex se tiġi riveduta, sabiex tintemm l-inċertezza tad-dritt; jistieden lill-Kummissjoni tkompli tipproponi aġġornamenti għall-annessi kif meħtieġ;

5.

Jesprimi dispjaċir kbir għall-fatt li nofs il-korpi tal-ilma fl-UE għadhom ma kisbux stat tajjeb u li l-objettivi tad-WFD għadhom ma ntlaħqux, l-aktar minħabba finanzjament inadegwat, b'mod partikolari implimentazzjoni bil-mod, infurzar insuffiċjenti, nuqqas ta' implimentazzjoni tal-prinċipji ta' prekawzjoni u ta' min iniġġes iħallas, u l-użu wiesa' tal-eżenzjonijiet tad-Direttiva f'ħafna Stati Membri, u jesprimi dispjaċir ukoll għall-fatt li l-integrazzjoni tal-objettivi ambjentali fil-politiki settorjali kienet insuffiċjenti;

6.

Jisħaq fuq il-ħtieġa li tiġi restawrata u tittejjeb il-kwalità tal-ilma; jinnota li biex jittejjeb l-istat tal-korpi tal-ilma huwa vitali li l-livelli kollha tal-gvernijiet u tal-awtoritajiet fl-Istati Membri jkunu involuti u jikkooperaw fl-integrazzjoni tal-għanijiet tad-WFD fil-politika, fil-leġiżlazzjoni u fil-miżuri tad-WFD; ifakkar fil-prinċipju ta' nondeterjorament, fejn l-Istati Membri huma meħtieġa jimplimentaw il-miżuri meħtieġa għall-prevenzjoni tad-deterjorament tal-istat tal-korpi tal-ilma; jistieden lill-Istati Membri biex b'mod urġenti jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw l-implimentazzjoni, l-infurzar u l-konformità mad-WFD, permezz, fost l-oħrajn, tal-Pjanijiet ta' Mmaniġġjar tal-Baċini tax-Xmajjar (RBMPs), li għandhom jiġu adottati mill-Istati Membri fl-2021; iħeġġeġ lill-UE, lill-Istati Membri u l-awtoritajiet reġjonali tagħha biex jiżguraw li l-RBMPs li jmiss jiġu adottati fil-ħin, filwaqt li josservaw ir-rekwiżiti li jikkonċernaw il-konsultazzjoni pubblika; jistieden lill-Kummissjoni żżid id-disponibbiltà tal-finanzjament u tipprovdi l-appoġġ meħtieġ lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tad-WFD;

7.

Jiġbed l-attenzjoni għall-istudju tal-OECD li jistma li EUR 253 biljun addizzjonali jridu jintefqu fis-settur tal-ilma tal-UE sal-2030 biex tinżamm u tinkiseb konformità sħiħa mal-leġiżlazzjoni rilevanti dwar l-ilma (29); jistieden lill-Kummissjoni, lill-Kunsill, lill-Istati Membri u, fejn applikabbli, lill-awtoritajiet reġjonali biex jidentifikaw u jiżguraw il-fondi u l-istrumenti finanzjarji meħtieġa għal infrastruttura li ma tagħmilx ħsara lill-ambjent jew li taffettwa b'mod negattiv is-saħħa pubblika, iżda wkoll biex jiġu identifikati infrastrutturi li jiffunzjonaw ħażin u li ma humiex standard u biex tiġi indirizzata l-kwistjoni ta' kontaminanti ta' tħassib emerġenti u sfidi oħra tas-soċjetà; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġi pprovdut appoġġ finanzjarju għal metodi innovattivi sostenibbli u b'mod partikolari soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura, bħal infrastruttura ta' trattament newtrali għall-karbonju jew ibbażata fuq il-laguna, ir-restawr ta' artijiet mistagħdra u pjanuri tal-għargħar, it-tixrib mill-ġdid tal-artijiet tal-pit imsoffi, filwaqt li jitqiesu kif xieraq is-sħubijiet pubbliċi-privati; jenfasizza l-importanza li jiġu aġġustati l-flussi ta' finanzjament eżistenti relatati mal-ġestjoni tal-ilma u użu tal-art relatat ieħor bħall-agrikoltura u r-restawr tal-ħabitats, inklużi sussidji, lil hinn minn miżuri ta' inġinerija tradizzjonali lejn soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura;

8.

Jistieden lill-Istati Membri jieħdu l-azzjoni neċessarja kollha, inkluż l-iżgurar tal-fondi u r-riżorsi umani u l-għarfien espert neċessarji, biex jiksbu konformità sħiħa mad-WFD mill-aktar fis possibbli, u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard mill-2027; jistieden lill-Kummissjoni toħroġ rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri sabiex tiżgura li tintlaħaq l-iskadenza tal-2027; jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tad-direttivi dwar l-ilma b'assistenza teknika u taħriġ xieraq, billi jikkondividu l-aħjar prattiki u l-għarfien espert sabiex tiżgura li jintlaħqu l-għanijiet tad-WFD, u billi tippromwovi programmi ta' skambju professjonali bejn l-Istati Membri; jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi gwida dwar il-konsegwenzi tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża C-461/13 għall-implimentazzjoni tad-WFD; jistieden lill-Kummissjoni biex toffri gwida ċara dwar l-applikazzjoni ta' eżenzjonijiet skont l-Artikolu 4(4)(c) wara l-2027;

9.

Jistieden lill-Istati Membri jidentifikaw il-miżuri ta' implimentazzjoni li huma meħtieġa biex il-korpi tal-ilma jkunu fi stat tajjeb u jfasslu l-Programmi ta' Miżuri abbażi tal-aqwa evidenza disponibbli; jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jagħmlu disponibbli għall-pubbliku l-Programmi ta' Miżuri tal-Istati Membri u l-evalwazzjonijiet rispettivi biex titjieb il-kondiviżjoni ta' prattiki u strateġiji tajba u biex jitjieb l-aċċess pubbliku għall-informazzjoni;

10.

Iqis li l-prinċipju “wieħed barra, kollha barra” għandu jibqa' kif inhu; jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa metodoloġiji ta' rapportar komplementari (bħal distakk mill-miri, miżuri implimentati u progress magħmul fil-parametri ta' kwalità individwali) li jipprovdu opportunità għal valutazzjoni aħjar tal-progress lejn stat tal-ilma tajjeb; jenfasizza l-importanza tat-trasparenza u l-għoti ta' informazzjoni komprensiva lill-pubbliku dwar il-kwalità u l-kwantità tal-ilma fl-UE;

11.

Jiddeplora l-użu ta' eżenzjonijiet għal aktar minn nofs il-korpi tal-ilma tal-UE, b'ġustifikazzjoni limitata; Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jaġġornaw id-dokumenti ta' gwida għall-użu ta' eżenzjonijiet sabiex din il-prattika tiġi limitata biss għal każijiet iġġustifikati b'mod sħiħ, biex ma tibqax tipprevjeni l-kisba tal-objettivi ambjentali tad-WFD; jistieden lill-Kummissjoni ssegwi b'mod rapidu u sistematiku proċedimenti ta' ksur fejn l-eżenzjonijiet ma humiex iġġustifikati;

12.

Jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-applikazzjoni tal-prinċipju tal-irkupru tal-ispejjeż, li jipprevedi li l-utenti kollha tal-ilma jipparteċipaw b'mod effettiv u proporzjonat finanzjarjament fl-irkupru tal-ispejjeż tas-servizzi tal-ilma, għadha baxxa jekk mhux ineżistenti f'diversi Stati Membri, speċjalment fir-rigward tad-djar, l-industrija u l-agrikoltura; jisħaq li l-użu tal-ilma f'xi partijiet tal-UE jhedded l-istat kwantitattiv tal-korpi tal-ilma lil hinn mil-livell ta' fluss ekoloġiku miżmum; jistieden lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet reġjonali tagħhom jimplimentaw politiki adegwati dwar l-ipprezzar tal-ilma u japplikaw bis-sħiħ il-prinċipju tal-irkupru tal-ispejjeż kemm għal spejjeż ambjentali kif ukoll tar-riżorsi, skont id-WFD u l-prinċipju ta' min iniġġes iħallas; ifakkar, li l-prinċipju tal-irkupru tal-ispejjeż jista' jiġi applikat fir-rigward tal-effetti soċjali, ambjentali u ekonomiċi tiegħu, kif ukoll il-kundizzjonijiet ġeografiċi u klimatiċi tar-reġjuni affettwati; jistieden lill-Kummissjoni teżegwixxi dan il-prinċipju; jenfasizza, madankollu, li jrid jiġi żgurat id-dritt għall-ilma u s-sanità, fejn iċ-ċittadini kollha jkollhom aċċess għal servizzi tal-ilma affordabbli u ta' kwalità tajba;

13.

Jistieden lill-Kummissjoni tieħu azzjoni stretta u rapida fir-rigward tal-ksur min-naħa tal-Istati Membri biex tiġi żgurata konformità sħiħa tal-Istati Membri kollha mal-leġiżlazzjoni dwar l-ilma, b'mod partikolar mad-WFD, mill-aktar fis possibbli, u mhux aktar tard mill-2027; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tieħu azzjonijiet stretti u rapidi rigward il-każijiet ta' ksur miftuħa relatati mal-ksur sistemiku tal-leġiżlazzjoni dwar l-ilma; jistieden lill-Kummissjoni biex issaħħaħ ir-riżorsi tagħha fir-rigward tal-proċeduimenti ta' ksur b'mod ġenerali, u b'mod partikolari l-leġiżlazzjoni ambjentali tal-UE;

14.

Jinnota li t-tibdil fil-klima għandu u ser ikompli jkollu impatt negattiv sinifikanti fuq sorsi tal-ilma ħelu b'nixfiet li jwasslu għal flussi mnaqqsa ta' xmajjar u konċentrazzjonijiet ogħla ta' sustanzi li jniġġsu, b'mod partikolari fiż-żoni tal-ilma “magħluqa” u b'xita qawwija li twassal għal żieda fl-ilma tax-xeba' urban u agrikolu; ifakkar li l-inċidenza aktar frekwenti ta' fenomeni klimatiċi estremi bħaċ-ċikluni u l-maltempati, twassal għal żieda fis-salinità tal-ilma ħelu u kostali; jenfasizza li temperaturi li qed jogħlew iwasslu għal żieda fl-istress tal-ilma, impatt fuq l-ambjent, diversi setturi ekonomiċi li jiddependu mill-astrazzjoni u l-użu tal-ilma għoli, kif ukoll fuq il-kwalità tal-ħajja; jissottolinja li r-reżiljenza tal-ekosistemi tal-ilma, l-għargħar, l-iskarsezza tal-ilma u l-impatt tagħhom fuq il-produzzjoni tal-ikel għandhom jitqiesu debitament fl-istrateġija li jmiss tal-UE dwar l-adattament għat-tibdil fil-klima skont l-Artikolu 2(1)(b) tal-Ftehim ta' Pariġi;, kif ukoll fil-proċess ta' implimentazzjoni tad-WFD (RMBPs);

15.

Jissuġġerixxi lill-Kummissjoni tappoġġja lill-Istati Membri fil-kondiviżjoni u l-iffaċilitar tal-għarfien u l-aħjar prattiki tal-isforzi differenti tal-adattament għat-tibdil fil-klima fil-livell reġjonali u lokali fl-UE;

16.

Jissottolinja li x-xmajjar u l-artijiet mistagħdra huma l-aktar żoni mhedda minkejja li huma kkunsidrati l-akbar fornituri tas-servizzi tal-ekosistemi; ifakkar li l-artijiet mistagħdra, bħall-ekosistemi tal-baħar u tal-kosta, għandhom rwol fundamentali fir-regolament tal-ilma u l-klima, u jipprovdu servizzi permezz tal-ekosistemi naturali u r-riżorsi tagħhom, u l-iżvilupp ta' attivitajiet ekonomiċi jew kulturali, li kollha jiddependu minn stat ekoloġiku tajjeb tar-riżorsi tal-ilma; jisħaq li l-artijiet mistagħdra huma bjar tal-karbonju globali u stabbilizzaturi tal-klima fuq livell dinji, għandhom rwol importanti fil-mitigazzjoni tal-għargħar u n-nixfiet, jipprovdu ilma nadif, jipproteġu x-xtut, jintroduċu mill-ġdid l-akwiferi tal-ilma ta' taħt l-art, isostnu ġeodiversità kbira, għandhom funzjoni essenzjali fil-pajsaġġ u jipprovdu servizzi rikreattivi u kulturali lis-soċjetà; iħeġġeġ, għalhekk, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jadottaw miżuri sabiex inaqqsu l-isfruttament tal-akwiferi, jippjanaw l-iżvilupp urban fuq barra tal-pjanuri mfawra u jirrispettaw il-bijodiversità marbuta max-xmajjar u l-artijiet mistagħdra;

17.

Jisħaq li l-użu effiċjenti tal-ilma huwa kontribut importanti għall-għanijiet klimatiċi tal-UE billi jista' jiffranka l-enerġija għall-ippumpjar tal-ilma, inaqqas l-ammont ta' sustanzi kimiċi użati għat-trattament tal-ilma u jnaqqas l-istress idriku; jinnota li hemm rati ta' tnixxija għoljin minn pajpijiet f'xi Stati Membri li mhumiex aċċettabbli fir-rigward tat-tibdil fil-klima u l-isforzi rigward l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi; jilqa' l-fatt li skont id-Direttiva l-ġdida dwar l-Ilma tax-Xorb, il-Kummissjoni se tevalwa r-rati ta' tnixxija u tistabbilixxi valuri ta' limitu massimu li se jiskattaw azzjoni fl-Istati Membri rispettivi; jilqa' wkoll l-obbligu l-ġdid biex il-fornituri tal-ilma l-kbar jagħmlu r-rati tat-tnixxija trasparenti;

18.

Jinnota li fl-Ewropa kollha, il-korpi tal-ilma użati għall-produzzjoni tal-ilma tax-xorb jiffaċċjaw pressjonijiet ġodda u antiki li jistgħu jikkawżaw żieda fil-ħtieġa ta' sforzi ta' trattament ta' purifikazzjoni minn fornituri tal-ilma; jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw b'mod sħiħ l-Artikolu 7(3) tad-WFD u jieħdu l-miżuri neċessarji kollha biex iwaqqfu d-deterjorament tal-korpi tal-ilma għall-astrazzjoni tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem;

19.

Jilqa' l-evidenza li d-direttivi wasslu għal tniġġis ridott fl-ilmijiet tal-UE; madankollu jqis li hemm ħtieġa urġenti ta' titjib fil-qasam tas-sustanzi kimiċi; jinnota li l-Kummissjoni identifikat differenzi mhux mistennija bejn l-Istati Membri, l-aktar fil-mod kif tiġi aġġornata l-lista tas-sustanzi prijoritarji u kif jitqiesu l-effetti kombinati tat-taħlitiet; jinnota wkoll li d-Direttiva dwar is-Sustanzi Prijoritarji sa issa bilkemm tinkludi sustanzi rilevanti għad-dispożizzjoni dwar l-ilma tax-xorb; jinnota li differenzi kunsiderevoli fl-approċċi għall-metodi ta' klassifikazzjoni, valutazzjoni u rapportar jagħmluha diffiċli li jkun hemm paragunar u analiżi fl-UE kollha;

20.

Jistieden lill-Kummissjoni tieħu l-miżuri kollha neċessarji biex tikseb stat kimiku tajjeb u tieħu azzjoni deċiżiva fl-UE kollha fejn l-Istati Membri jonqsu milli jissodisfaw l-istandards tal-kwalità ambjentali għal sustanzi prijoritarji li jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE; jisħaq li sustanzi rilevanti għall-produzzjoni tal-ilma tax-xorb, bħal sustanzi Per- u polifluworoalkiliċi (PFAS) u farmaċewtiċi rilevanti, għandhom jiżdiedu mal-lista tas-sustanzi prijoritarji; iqis li s-sustanzi niġġiesa ta' tħassib emerġenti u taħlita tossiċità jistgħu u jeħtieġu jiġu indirizzati fil-qafas tad-WFD u d-direttivi sussidjarji tagħha; jistieden lill-Kummissjoni taġġorna u żżid sustanzi rilevanti li jinsabu fl-Annessi tad-Direttiva dwar is-Sustanzi Prijoritarji u d-Direttiva dwar l-Ilma ta' Taħt l-Art, biex ikun possibbli li jintlaħqu l-għanijiet tad-WFD u għal protezzjoni aħjar tar-riżorsi tal-ilma tax-xorb; jistieden lill-Kummissjoni tallinja l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar l-ilma mal-Istrateġija Kimika għas-Sostenibbiltà u mal-Istrateġija dwar il-Bijodiversità biex il-korpi tal-ilma ħl-lelu u l-ekosistemi tagħhom ikunu protetti b'mod adegwat, biex tistabbilixxi skeda ta' żmien għat-tneħħija gradwali tal-użi mhux essenzjali kollha tal-PFAS u biex tistimula l-iżvilupp ta' alternattivi sikuri u mhux persistenti għall-użi kollha tal-PFAS; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiffinanzja r-riċerka u l-iżvilupp ta' strateġiji biex jiġu indirizzati s-sustanzi persistenti, bijoakkumulattivi u tossiċi ma' kullimkien (uPBTs), bil-għan li titjieb il-kwalità tal-korpi tal-ilma u jitnaqqsu r-riskji għas-saħħa tal-annimali u tal-bniedem u għall-ambjent; jirrakkomanda l-iżvilupp ta' linji gwida ġodda dwar metodi ta' monitoraġġ u rapportar imtejba għal taħlitiet kimiċi; jitlob użu aktar estensiv tal-lista ta' sorveljanza biex jiġu mmonitorjati sustanzi niġġiesa potenzjali tal-ilma u jiġi ddeterminat ir-riskju li joħolqu għall-ambjent akkwatiku; jistieden lill-Kummissjoni tħaffef il-ħidma tagħha fuq l-iżvilupp ta' metodi għall-valutazzjoni u l-ġestjoni ta' taħlitiet kimiċi u biex tikkomplementa l-ħidma tagħha billi tintroduċi l-fattur tal-valutazzjoni tat-taħlitiet;

21.

Jinnota li huwa stmat li l-mikroplastiks ilhom sekli persistenti fl-ilma ħelu u li l-impjanti tat-trattament tal-ilma attwali ma jiffiltrawx dawn il-partikoli b'mod komplet; jilqa' għalhekk id-deċiżjoni li tiġi żviluppata metodoloġija għall-monitoraġġ tal-mikroplastiks u l-istabbiliment ta' lista ta' sorveljanza fid-Direttiva riveduta dwar l-Ilma tax-Xorb; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jżidu l-miżuri tal-kontroll fis-sors biex jilħqu ekonomija ambjentali u ċirkolari mhux tossika; jisħaq li t-tnaqqis tal-emissjonijiet fis-sors itaffi l-pressjoni fuq l-ekosistemi u jnaqqas l-ispiża tat-trattament tal-ilma; jitlob aktar azzjoni deċiżiva fil-livell tal-UE, tal-Istati Membri u reġjonali biex jiġu indirizzati s-sustanzi niġġiesa ta' tħassib emerġenti, bħall-PFAS, mikroplastiks, is-sustanzi kimiċi li jfixklu s-sistema endokrinali u l-farmaċewtiċi permezz ta' approċċ olistiku, li jibda b'miżuri ta' kontroll fis-sors u soluzzjonijiet komplementari fil-punt tar-rimi f'sitwazzjoni estrema; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri japplikaw b'mod sħiħ approċċ ta' ċiklu tal-ħajja għas-sustanzi niġġiesa, filwaqt li jimplimentaw il-prinċipju ta' min iniġġes iħallas, inkluż permezz ta' strumenti innovattivi bħall-iskemi tar-Responsabbiltà Estiża tal-Produttur (EPR), biex jiġu ffinanzjati soluzzjonijiet tat-trattament;

22.

Jenfasizza l-importanza li jiżdiedu b'mod sinifikanti l-azzjonijiet biex tiġi indirizzata l-ewtrofikazzjoni kemm tal-ilmijiet ħelwin kif ukoll tal-ibħra kkawżata min-nitroġenu u mill-fosfru mis-sorsi kollha, inkluż mill-agrikoltura u mill-ilma mormi mhux ittrattat jew ittrattat b'mod inadegwat; ifakkar li l-ewtrofikazzjoni ddgħajjef l-istat ambjentali tal-korpi tal-ilma u tagħmilhom aktar vulnerabbli għal speċijiet aljeni invażivi; iħeġġeġ lill-bdiewa kollha biex jużaw l-Għodda tas-Sostenibilità tal-Irziezet għan-Nutrijenti, li tiffaċilita ġestjoni aħjar u tnaqqas it-tnixxija tan-nutrijenti fl-ilma ta' taħt l-art u tal-wiċċ; jistieden lill-Istati Membri jidentifikaw b'mod xieraq iż-żoni vulnerabbli għat-tniġġis min-nitrati u jsaħħu l-miżuri adottati fil-qafas tad-Direttiva dwar in-Nitrati;

23.

Jenfasizza li l-kriżi attwali tal-bijodiversità għandha tiġi indirizzata b'mod sħiħ mill-Istati Membri f'dak li jirrigwarda l-implimentazzjoni tal-politiki dwar l-ilma, bil-minimizzazzjoni tal-fatturi ta' stress għall-ekosistemi tal-ilma u r-restawr tal-ekosistemi degradati; jissottolinja l-importanza tal-Istrateġija għall-Bijodiversità għall-2030 il-ġdida; ifakkar li fl-implimentazzjoni tad-WFD, jeħtieġ li tiġi żgurata konsistenza sħiħa mal-Istrateġija għall-Bijodiversità l-ġdida, id-Direttivi dwar in-Natura u leġiżlazzjoni ambjentali oħra;

24.

Jilqa' l-impenn tal-Kummissjoni fil-kuntest tal-Istrateġija tagħha għall-Bijodiversità għall-2030 biex jerġa' jkun hemm 25 000 km ta' xmajjar li jimxu bla xkiel fl-UE permezz tat-tneħħija tal-ostakli u r-restawr ta' pjanuri tal-għargħar, u biex tistabbilixxi metodoloġija u dispożizzjonijiet għall-UE kollha biex tidentifika u tivvaluta l-kundizzjoni tal-ekosistemi u tiżgura li dawn ikunu f'kundizzjoni tajba; jinnota li bħalissa hemm 21 000 impjant tal-idroenerġija fl-UE u li l-idroenerġija u l-impjanti idroelettriċi żgħar jipprovdu l-akbar sehem ta' enerġija rinnovabbli fl-UE; jieħu nota tal-iżviluppi fl-idroelettriku b'impatt baxx; jinnota, madankollu, li l-kostruzzjoni ta' digi tista' taffettwa b'mod negattiv il-ħabitats u toħloq pressjoni kbira fuq l-ilmijiet tal-wiċċ; ifakkar li d-WFD timponi kriterji stretti għall-protezzjoni tal-kundizzjonijiet idromorfoloġiċi; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li jsiru valutazzjonijiet stretti tal-impatti tat-tibdil fuq il-kwalità u l-kwantità tal-ilma u l-ekosistemi u li l-objettivi tad-WFD jiġu osservati fil-proġetti idroelettriċi eżistenti u potenzjali ġodda kollha; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni biex tikkonsulta b'mod urġenti mad-direttorati ġenerali rilevanti kollha, inkluż id-Direttorat Ġenerali għall-Enerġija, fil-valutazzjoni tal-impatt ambjentali tal-impjanti idroelettriċi u tqis ir-rakkomandazzjonijiet tagħhom;

25.

Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jieħdu l-azzjoni neċessarja kollha biex jimminimizzaw dawn il-pressjonijiet sabiex jirrestawraw il-funzjonijiet naturali tax-xmajjar u jipproteġu l-ekosistemi; jistieden lill-Istati Membri jżommu lura milli jibnu impjanti idroelettriċi u jevitaw proġetti oħra f'żoni protetti li jwasslu għal pressjonijiet idromorfoloġiċi sinifikanti fuq l-ilma; iqis li s-sussidji u l-finanzjamenti pubbliċi tal-UE f'żoni mhux protetti, għandhom jingħataw biss lil impjanti idroelettriċi ġodda li għalihom il-benefiċċji globali jisbqu b'mod ċar l-impatti negattivi globali;

26.

Ifaħħar il-fatt li, skont l-10 rapport biennali dwar l-implimentazzjoni mill-Istati Membri tal-UWWTD (30), il-ġbir u t-trattament tal-ilma urban mormi tjieb matul l-aħħar għaxar snin fl-UE, u l-fatt li l-UWWTD wasslet għat-tnaqqis tal-piżijiet tat-tniġġis, u b'hekk ikkontribwixxiet għat-titjib tal-kwalità tal-ilma; jesprimi dispjaċir madankollu għall-fatt li għadha ma ntlaħqitx konformità sħiħa mal-UWWTD, peress li xi Stati Membri għadhom 'il bogħod ħafna mill-miri tagħhom; jaqbel mal-Kummissjoni li hemm aktar x'jista' jsir biex jiġu indirizzati t-tniġġis, il-kontaminanti ta' tħassib emerġenti, l-użu tal-enerġija u l-ġestjoni tal-ħama li jifdal kif ukoll kwistjonijiet governattivi; jesprimi dispjaċir ukoll għall-fatt li l-evalwazzjoni tal-UWWTD ma tanalizzax l-effikaċja fir-rigward tar-rilaxx tal-ilma industrijali mormi fis-sistemi ta' ġbir u l-impjanti tat-trattament tal-ilma urban mormi;

27.

Jistieden lill-Kummissjoni tqis dan fir-reviżjoni tal-UWWTD; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tappoġġja lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tad-Direttiva billi tippermetti l-finanzjament sostenibbli tal-ilma u tinċentiva l-iżvilupp u l-użu ta' teknoloġiji innovattivi tal-ilma mormi; jistieden lill-Kummissjoni teżamina b'attenzjoni kif ir-rekwiżiti tal-UWWTD dwar id-disinn u l-bini tal-impjanti tat-trattament tal-ilma urban mormi (UWWTP) fl-istadji kollha tal-iżvilupp teknoloġiku jinteraġixxu mal-obbligi tad-WFD dwar in-nondeterjorament, biex tiġi żgurata koerenza bejn iż-żewġ leġiżlazzjonijiet u t-trattament tal-ilma urban mormi filwaqt li jiġu ppreservati l-inċentivi kollha biex jittieħdu miżuri xierqa ta' trattament tekniku; jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni tieħu azzjoni leġiżlattiva, jekk tkun meħtieġa; jisħaq li l-miżuri mmirati l-aktar biex tiġi rettifikata l-problema fis-sors huma vitali biex jiġu ttrattati s-sustanzi niġġiesa ta' tħassib emerġenti; jenfasizza li reviżjoni futura tal-UWWTD jeħtieġ li tqis ukoll dawn l-isfidi l-ġodda li joħolqu dawn is-sustanzi niġġiesa;

28.

Jinnota li l-UWWTD u d-WFD ma jindirizzawx b'mod adegwat il-problemi li jirriżultaw mit-tibdil fil-klima, bħal flussi żejda tal-ilma tat-tempesti, il-ġestjoni urbana u l-għargħar f'agglomerazzjonijiet, u lanqas ma jindirizzaw l-impatti ta' ilma mormi li ma jkunx trattat b'mod suffiċjenti fuq il-korp riċevitur tal-ilma; jemmen li l-monitoraġġ u l-kontroll tal-flussi żejda tal-ilma tal-maltemp u tal-ilma tax-xeba' urban għandhom jiġu indirizzati aħjar mill-UE, l-Istati Membri u l-awtoritajiet reġjonali, minħabba li dan iniġġes b'mod sinifikanti l-korpi riċevituri tal-ilma tal-wiċċ u ta' taħt l-art;

29.

Jinsisti li, fil-valutazzjoni tal-impatt ambjentali tal-installazzjonijiet idroelettriċi, huwa meħtieġ approċċ olistiku, li jinkludi l-benefiċċju soċjetali li jiġi pprovdut elettriku mingħajr emissjonijiet u l-kontribut għal provvista tal-enerġija sigura permezz tal-idroelettriku u l-ħażna ppumpjata tal-ilma, u l-effetti negattivi fuq l-ilmijiet tal-wiċċ u l-ħabitats; jissottolinja f'dan ir-rigward il-kontribut li l-elettriku ġġenerat mill-impjanti idroelettriċi jista’ jagħmel biex jintlaħqu l-miri għall-klima u l-enerġija tal-UE kif ukoll biex jiġu osservati l-impenji tal-UE skont il-Ftehim ta' Pariġi, iżda jqis li dan ma għandux jinkiseb għad-detriment tal-ilmijiet tal-wiċċ u l-protezzjoni tal-ħabitats; jirrikonoxxi li hemm modi u teknoloġiji biex jitnaqqas l-impatt fuq l-ambjent u l-ħajja selvaġġa akkwatika; jinnota li hemm potenzjal kbir biex tiżdied l-effiċjenza tal-impjanti tal-enerġija tax-xmajjar eżistenti;

30.

Jinnota li l-bidla mit-trasport tal-merkanzija bit-triq għall-passaġġi fuq l-ilma interni għandha tkun konsistenti għalkollox mal-prinċipju ta' nondeterjorazzjoni tad-WFD, kif ukoll ma' leġiżlazzjoni ambjentali oħra, inklużi d-Direttivi dwar l-Għasafar u l-Ħabitats, u għandha timxi id f'id mal-appoġġ għal leġiżlazzjoni sostenibbli, karburanti u teknoloġija alternattivi u navigazzjoni interna bħall-provvista tal-enerġija minn fuq l-art għall-bastiment, biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra u sustanzi oħra li jniġġsu u jiġi evitat deterjorament fl-istat ekoloġiku u kimiku tal-korpi tal-ilma u degradazzjoni tal-kwalità tal-arja, kif ukoll biex jiġi evitat l-istress fuq l-ekosistemi tal-ilma, tiġi protetta l-bijodiversità u jsir sforz biex ikun hemm ambjent ta' tniġġis żero;

31.

Jinnota l-livell għoli ta' konsum ta' enerġija fis-settur tal-ilma; jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra miżuri effiċjenti fl-enerġija u l-possibbiltà li l-ilma mormi ttrattat jintuża bħala sors “fuq il-post” ta' enerġija rinnovabbli; jistieden lill-Kummissjoni tinkoraġġixxi t-titjib fl-effiċjenza enerġetika fl-impjanti tat-trattament tal-ilma mormi, biex jiġi rrikonoxxut u sfruttat il-potenzjal tal-iffrankar tal-enerġija tas-settur; jinnota li skont l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni tal-UWWTD, l-iffrankar tal-enerġija potenzjali jammonta għal bejn 5 500 GWh u 13 000 GWh fis-sena;

32.

Jirrikonoxxi li l-astrazzjoni totali tal-ilma fl-Ewropa naqset b'aktar minn 20 % tul dawn l-aħħar 15-il sena; jinnota, madankollu, li tmien pajjiżi jistgħu jitqiesu suġġetti għal stress fir-rigward tal-ilma (31), u dawn jirrappreżentaw 46 % tal-popolazzjoni Ewropea, li n-numru ta' pajjiżi suġġetti għal stress fir-rigward tal-ilma qiegħed jiżdied b'mod kostanti, u li madwar kwart tal-ilma li jiġi ddevjat mill-ambjent naturali fl-UE jintuża għal skopijiet agrikoli (32); jinnota l-potenzjal tal-użu mill-ġdid tal-ilma fil-ħolqien ta' ekonomija ċirkolari għar-riżorsi tal-ilma u biex titnaqqas l-estrazzjoni diretta mill-korpi tal-ilma u l-ilma ta' taħt l-art; jilqa' l-ftehim dwar ir-Regolament il-ġdid tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar rekwiżiti minimi għall-użu mill-ġdid tal-ilma, li se jiffaċilita l-użu tal-ilma mormi urban ittrattat għall-irrigazzjoni agrikola; jappoġġja l-immodernizzar kostanti tal-infrastrutturi tal-irrigazzjoni permezz tal-innovazzjoni u t-teknoloġiji ġodda;

33.

Jissottolinja l-importanza li jinstabu sinerġiji bejn il-valutazzjonijiet tar-riskju tal-għargħar u l-ippjanar għall-prevenzjoni u l-istat ta' preparazzjoni għal diżastri fil-qafas tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili; jistieden lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u, fejn applikabbli, lill-awtoritajiet reġjonali biex jiżviluppaw strateġiji għall-ġestjoni tan-nixfa, b'mod partikolari bil-ħsieb li tiġi żgurata l-provvista tal-ilma tax-xorb u tiġi żgurata l-produzzjoni tal-ikel, bħala parti mill-RBMPs u l-Pjanijiet għall-Ġestjoni tar-Riskju tal-Għargħar u jiġu integrati sistemi diġitali ta' monitoraġġ, kontroll u twissija bikrija għall-istat tal-veġetazzjoni u r-rispons tagħha għan-nixfa biex jiġu appoġġjati deċiżjonijiet effettivi u bbażati fuq id-data dwar il-miżuri ta' protezzjoni, rispons u komunikazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jpoġġu r-restawr tal-pjanuri mfawra u l-artijiet mistagħdra, kif ukoll il-protezzjoni tal-korpi tal-ilma ta' taħt l-art fil-qalba ta' dawn il-pjanijiet peress li korpi tal-ilma u ekosistemi f'kundizzjoni tajba huma essenzjali biex jitnaqqas l-impatt negattiv kemm tan-nixfiet kif ukoll tal-għargħar;

34.

Jinnota li wieħed mill-oqsma li fih id-WFD kienet ikkunsidrata mill-partijiet ikkonċernati bħala ineffettiva huwa l-ġestjoni tal-effetti tan-nixfiet (33); jistieden lill-Istati Membri biex jiddedikaw aktar sforzi biex jindirizzaw il-bidla fil-klima u l-problemi ġodda ta' astrazzjoni (żejda) li jistgħu jinqalgħu fil-baċini tax-xmajjar, inklużi dawk li storikament ma jiffaċċjawx sfidi ta' astrazzjoni (34); jinnota li approċċ olistiku għall-ġestjoni tal-ilma u l-adattament għat-tibdil fil-klima jista' jikseb rispons aktar effiċjenti u jnaqqas l-impatt ta' avvenimenti estremi; jitlob l-integrazzjoni sħiħa tal-kunsiderazzjonijiet tat-tibdil fil-klima fl-implimentazzjoni tad-direttiva u jenfasizza wkoll il-potenzjal ta' soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura f'dan ir-rigward; itenni li għandu jiġi żgurat infiq pubbliku suffiċjenti għall-objettivi tad-WFD u l-adattamenti meħtieġa;

35.

Jissuġġerixxi li n-nixfiet u l-iskarsezza tal-ilma jiġu indirizzati billi tingħata prijorità lill-astrazzjoni tal-ilma għall-produzzjoni tal-ilma tax-xorb fuq użi oħra, biex jiġi żgurat li d-dritt tal-bniedem għall-ilma jiġi ssodisfatt, u permezz tal-implimentazzjoni ta' soluzzjonijiet biex jinġabar il-mewġ tal-ilma tax-xita u l-għargħar għal użu aktar tard, inklużi, fost l-oħrajn, proġetti ta' ġbir tal-ilma tax-xita fid-disinn tal-bini u l-infrastruttura, baċini tal-ħżin taħt l-art, sistemi doppji ta' distribuzzjoni tal-ilma fid-djar u proġetti għall-użu mill-ġdid ta' barrieri mhux użati, fejn meqjus xieraq; jinkoraġġixxi r-riċerka u l-investiment f'miżuri li jgħinu fil-ġlieda kontra n-nixfiet u l-iskarsezza tal-ilma;

36.

Jisħaq fuq il-ħtieġa ta' allinjament tal-politika agrikola komuni (PAK), id-Direttiva dwar l-Ilma tax-Xorb (35), id-Direttiva dwar in-Nitrati, ir-Regolament dwar il-Prodotti għall-Protezzjoni tal-Pjanti (36) u r-Regolament REACH mad-WFD fir-rigward tal-ħtieġa ta' aktar miżuri ta' protezzjoni tal-ilma u l-użu effiċjenti tal-ilma fl-agrikoltura; jissottolinja l-ħtieġa ta' żieda kunsiderevoli fil-finanzjament għall-miżuri ambjentali u tat-tibdil fil-klima fiż-żewġ pilastri tal-PAK, kif ukoll għal finanzjament addizzjonali ta' miżuri ekoloġiċi mmirati fil-qafas tar-reviżjoni tal-PAK, sabiex tiġi żgurata ġestjoni sostenibbli tal-ilma u tittejjeb il-kwalità tal-ħamrija; iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jintegraw u jimplimentaw fil-pjanijiet strateġiċi tagħhom tal-PAK tnaqqis fl-użu tal-fertilizzant u l-użu u r-riskji tal-pestiċidi, u biex jimplimentaw elementi relatati mal-ilma fis-sistemi ta' kundizzjonalità tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni tpoġġi t-tniġġis tal-ilma ħelu u l-astrazzjoni żejda bħala suġġetti ta' prijorità fir-rakkomandazzjonijiet relatati mal-PAK lill-Istati Membri; jistieden, fl-aħħar nett, lill-Kummissjoni tiżgura li d-WFD tiġi implimentata wkoll permezz tal-politika ta' koeżjoni (ir-Regolament dwar id-Dispożizzjonijiet Komuni (37), il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali/il-Fond ta' Koeżjoni (38)) u f'konformità mal-objettiv ta' politika 2 tar-Regolament dwar id-Dispożizzjonijiet Komuni;

37.

Jilqa' l-miri għat-tnaqqis tal-użu u r-riskji tal-pestiċidi b'50 % sal-2030 u għat-tnaqqis tat-telf ta' nutrijenti mill-fertilizzanti, kif stabbilit fl-Istrateġiji mill-Għalqa sal-Platt u l-Istrateġiji ta' Bijodiversità, id-deċiżjoni li tiġi riveduta d-Direttiva dwar l-użu sostenibbli tal-pestiċidi u l-inklużjoni ta' ġestjoni mtejba tan-nutrijenti fl-għanijiet tal-pjanijiet strateġiċi l-ġodda tal-PAK u taż-żewġ strateġiji; jitlob li l-miri u l-objettivi msemmija hawn fuq, kif ukoll il-pjan ta' azzjoni ta' tniġġis żero li jmiss, jirriżultaw f'leġiżlazzjoni; jenfasizza l-ħtieġa urġenti li jitnaqqas l-impatt tal-pestiċidi fuq ir-riżorsi tal-ilma tax-xorb billi tiġi indirizzati bis-sħiħ il-protezzjoni tagħhom fl-approvazzjoni (mill-ġdid) ta' sustanzi attivi u fl-awtorizzazzjoni (mill-ġdid) tal-pestiċidi;

38.

Jistieden lill-Kummissjoni ttejjeb l-omoġenizzazzjoni tal-istandards u tnaqqas l-firxa wiesgħa tal-limiti massimi fl-Istati Membri fid-Direttiva dwar l-Ilma ta' Taħt l-Art;

39.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jsaħħu s-sinerġiji bejn il-politiki dwar l-ilma u l-bijodiversità bl-introduzzjoni ta' miżuri xierqa intiżi sabiex jipproteġu aħjar il-korpi tal-ilma żgħar u l-ekosistemi tal-ilma ta' taħt l-art fil-kuntest tal-ġestjoni tal-baċini tax-xmajjar, inklużi r-rekwiżiti ta' rapportar, il-gwida u l-proġetti;

40.

Jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jintegraw aħjar id-Direttiva dwar il-Ġestjoni tar-Riskji ta' Għargħar fil-politiki dwar il-prijoritizzazzjoni ta' soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura, jaġġustaw il-flussi ta' finanzjament skont dan; jenfasizza l-importanza tal-ġestjoni tal-baċiri tax-xmajjar b'mod integrat u globali;

41.

Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jistabbilixxu approċċ integrat bejn id-Direttiva Qafas dwar l-Ilma u d-Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina, billi 97.3 % tar-riżorsi tal-ilma fuq l-art ġejjin mill-oċeani, u billi l-ilmijiet ta' taħt l-art, kontinentali, tranżitorji, kostali u marini huma marbuta maċ-ċiklu tal-ilma u mar-rabta bejn l-art u l-baħar;

42.

Jitlob azzjoni akbar b'finanzjament suffiċjenti biex tittejjeb il-migrazzjoni tal-ħut fl-UE kollha; jitlob, fejn applikabbli, li l-konnettività tax-xmara tiġi inkluża fil-kriterji tekniċi ta' skrinjar żviluppati fil-kuntest tat-Tassonomija Ekoloġika tal-UE għall-Attivitajiet Sostenibbli u biex il-proġetti relatati mal-enerġija u t-trasport jiġu kkunsidrati bħala sostenibbli biss meta jinkludu passaġġi tal-ħut li jixbħu lil dawk naturali;

43.

Jinnota li l-“użu sostenibbli u protezzjoni tal-ilma u r-riżorsi tal-baħar” jappartjeni għal wieħed mis-sitt għanijiet ambjentali tat-tassonomija tal-UE għall-finanzi sostenibbli; jinkoraġġixxi għalhekk l-użu tiegħu biex l-investimenti pubbliċi u privati jiġu orjentati b'mod li tkun żgurata l-protezzjoni tal-korpi tal-ilma;

44.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jadottaw, fiċ-ċiklu li jmiss ta' ppjanar idroloġiku, il-miżuri kollha meħtieġa biex jiġu ffaċilitati l-konservazzjoni u l-irkupru tal-ekosistemi akkwatiċi, jiġu promossi soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura, jiġi involut is-settur finanzjarju bil-promozzjoni ta' investimenti sostenibbli u jiġu promossi l-bili ta' kapaċità u l-edukazzjoni dwar it-tkabbir ambjentalment sostenibbli;

45.

Jistieden lill-Kummissjoni tassisti u tappoġġja lill-Istati Membri fir-rigward tal-koordinazzjoni transfruntiera tal-korpi tal-ilma tad-WFD; jistieden lill-Istati Membri jipprijoritizzaw il-miżuri tad-WFD u l-implimentazzjoni tal-UWWTD f'reġjuni transfruntiera u jtejbu l-kooperazzjoni f'baċini tal-ilma internazzjonali;

46.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tissimplifika u ttejjeb is-sistemi ta' monitoraġġ għall-kwalità tal-ilma u għas-sustanzi li jniġġsu l-ambjent, billi tiġbor, fost l-oħrajn, data dwar is-sorsi ewlenin ta' emissjoni ta' sustanzi perikolużi, inklużi residwi u metaboliti radjuattivi u ta' pestiċidi, bijoċidi, residwi farmaċewtiċi, sustanzi kimiċi ta' tħassib – bħall-PFAS – u mikroplastiks, kif ukoll sustanzi oħra li jniġġsu li huma ta' tħassib emerġenti f'korpi tal-ilma tal-UE, u biex jiġi applikat l-użu tat-tekniki disponibbli l-aktar reċenti u l-aktar effettivi; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tadotta linji gwida għall-armonizzazzjoni tal-istandards tan-networks u r-rapportar tad-data; jistieden lill-Kummissjoni biex fil-Pjan ta' Azzjoni ta' Tniġġis Żero tagħha tiffaċilita l-użu ta' metodi ta' monitoraġġ mhux invażivi u bijoindikaturi sabiex jiġi mminimizzat l-esponiment tal-bniedem u tal-ħajja selvaġġa għal kontaminanti fl-arja, il-ħamrija u l-ilma; iħeġġeġ lill-Istati Membri jagħmlu użu min-networks ta' monitoraġġ kompluti tagħhom meta jirrapportaw data lill-Kummissjoni;

47.

Jistieden lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-fornituri tal-ilma jintegraw id-diġitalizzazzjoni u jsaħħu l-użu tad-data dwar il-ġestjoni u l-kejl għat-teħid tad-deċiżjonijiet ibbażat fuq l-evidenza fil-livell regolatorju u tal-konsum; jitlob teknoloġiji tal-ilma diġitalment abilitati biex ikunu permessi l-monitoraġġ u r-rapportar mill-bogħod dwar il-kwantità tal-ilma, it-tnixxijiet u l-użu u r-riżorsi;

48.

Jieħu nota tal-potenzjal tad-diġitalizzazzjoni u l-intelliġenza artifiċjali fit-titjib tal-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-korpi tal-ilma, il-ħolqien ta' data aħjar u l-analiżi tal-evidenza għall-appoġġ ta' dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet, minħabba li dawn jistgħu jikkontribwixxu bil-kbir għall-identifikazzjoni ta' malajr ta' tibdil żgħir fil-kwalità tal-ilma li jista' jirrappreżenta theddida għall-korpi tal-ilma, għall-evalwazzjoni tal-aħjar prattiki u għall-identifikazzjoni tal-aktar miżuri kosteffikaċi;

49.

Jistieden lill-Istati Membri joħolqu oqfsa legali li jevitaw sitwazzjonijiet li fihom l-entitajiet li jiġġestixxu l-korpi tal-ilma jiġu ffinanzjati minn attivitajiet li jiddeterjoraw l-istat kimiku u ekoloġiku tal-korpi tal-ilma; jistieden lill-Istati Membri jisseparaw b'mod ċar l-entitajiet inkarigati mill-ġestjoni u dawk inkarigati mill-valutazzjoni tal-istat tal-korpi tal-ilma;

50.

Jisħaq fuq il-ħtieġa li tiġi omoġenizzata d-data dwar l-ilma u jinħolqu standards ta' rapportar obbligatorji għall-Istati Membri biex tingħata spinta lit-trasparenza tad-data; jistieden lill-Kummissjoni tkompli ttejjeb is-sistema WISE (Sistema ta' Informazzjoni dwar l-Ilma għall-Ewropa) biex trendiha 'għodda ta' informazzjoni faċli għall-kulħadd fl-UE, li tagħti informazzjoni dwar il-kwantità, il-kwalità u d-disponibbiltà tar-riżorsi tal-ilma, kif ukoll li tistabbilixxi parametri ta' referenza għall-valutazzjoni tal-ġestjoni tal-korpi tal-ilma;

51.

Jinnota li, skont ir-rapport dwar l-idoneità, hemm lok għal titjib kemm fl-aċċessibilità tal-informazzjoni dwar il-politiki u l-kwalità tal-ilma, kif ukoll fil-livell ta' dettall tagħha; jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jirrimedjaw dan u jipprovdu liċ-ċittadini b'informazzjoni ċara, komprensiva u faċilment disponibbli dwar il-politiki u l-kwalità tal-ilma; jitlob, barra minn hekk, trasparenza akbar u għalhekk għal titjib sinifikanti fil-konsultazzjoni pubblika, l-għarfien pubbliku u l-edukazzjoni dwar l-ilma u dwar ir-rabtiet bejn l-ilma, l-ekosistemi, is-sanità, is-saħħa, is-sikurezza tal-ikel, is-sigurtà tal-ikel u l-prevenzjoni tad-diżastri, għal djalogu intersettorjali bejn l-operaturi ekonomiċi, il-fornituri tal-ilma, il-pubbliku ġenerali, l-awtoritajiet u l-organizzazzjoni tas-soċjetà ċivili, kif ukoll l-iżgurar tal-aċċess għall-ġustizzja kemm taħt id-Direttiva dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali (EIA) kif ukoll taħt id-WFD f'konformità mal-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja;

52.

Jilqa' l-fatt li l-UE rrispondiet parzjalment għar-Right2Water fir-riformulazzjoni tad-Direttiva dwar l-Ilma tax-Xorb, billi daħħlet artikolu ġdid dwar l-aċċess għall-ilma u aktar trasparenza dwar il-kwalità tiegħu biex ittejjeb is-saħħa u l-ambjent; jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw u jeżegwixxu b'mod sħiħ id-WFD biex jiżguraw aċċess għall-ilma għal kulħadd u jirreaġixxu b'mod sħiħ għar-Right2Water;

53.

Jistieden lill-Istati Membri u lill-fornituri tal-ilma jużaw b'mod sistematiku l-ittestjar għall-COVID-19 fl-ilma mormi bħala sistema ta' twissija bikrija biex tiġi appoġġjata l-ġlieda kontra l-pandemija;

54.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1)  ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1.

(2)  ĠU L 135, 30.5.1991, p. 40.

(3)  ĠU L 372, 27.12.2006, p. 19.

(4)  ĠU L 288, 6.11.2007, p. 27.

(5)  ĠU L 375, 31.12.1991, p. 1.

(6)  ĠU L 348, 24.12.2008, p. 84.

(7)  ĠU L 177, 5.6.2020, p. 32.

(8)  ĠU L 164, 25.6.2008, p. 19.

(9)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

(10)  ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17.

(11)  Testi adottati, P9_TA(2019)0078.

(12)  Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Mejju 2020 bit-titlu “Strateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030: Inreġġgħu n-natura lura f'ħajjitna” (COM(2020)0380).

(13)  Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Mejju 2020 bit-titolu “Strateġija ‘Mill-Għalqa sal-Platt’ għal sistema tal-ikel ġusta, tajba għas-saħħa u favur l-ambjent” (COM(2020)0381).

(14)  id-Deċiżjoni Nru 1386/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Novembru 2013 dwar Programm Ġenerali ta' Azzjoni Ambjentali tal-Unjoni sal-2020 “Ngħixu tajjeb, fil-limiti tal-pjaneta tagħna”, ĠU L 354, 28.12.2013, p. 171

(15)  Fir-Riżoluzzjoni 70/1 adottata mill-Assemblea Ġenerali tan-NU fil- 25 ta' Settembru 2015 bit-titlu “Transforming our world: the 2030 Agenda for Sustainable Development” (Nittrasformaw id-dinja tagħna: l-Aġenda tal-2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli).

(16)  ĠU C 324, 1.10.2020, p. 28.

(17)  ĠU C 110, 22.3.2019, p. 94.

(18)  https://ec.europa.eu/eurostat/statistics-explained/index.php/Agri-environmental_indicator_-_gross_nitrogen_balance

(19)  Rapport tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent tal-4 ta' Diċembru 2019 bit-titlu “The European environment – state and outlook 2020: Knowledge for transition to a sustainable Europe”" (L-ambjent Ewropew – il-qagħda u l-perspettiva 2020:Għarfien għal tranżizzjoni lejn Ewropa sostenibbli) .

(20)  Sommarju eżekuttiv tal-Kummissjoni tal-10 ta' Diċembru 2019 dwar il-Kontroll tal-Idoneità tad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma u tad-Direttiva dwar l-Għargħar.

(21)  https://www.eea.europa.eu/publications/92-9167-025-1/page003.html

(22)  Dokument ta' sfond tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri ta' Ġunju 2018 bit-titlu “Desertification in the EU” (Id-Deżertifikazzjoni fl-UE).

(23)  Studju tal-Kummissjoni ta' Marzu 2020 dwar il-ħżin tal-enerġija – Kontribuzzjoni għas-sigurtà tal-provvista tal-elettriku fl-Ewropa, p. 20.

(24)  https://ec.europa.eu/info/news/implementation-report-water-framework-directive-and-floods-directive-questions-and-answers-2019-feb-26_en

(25)  https://www.right2water.eu/documents

(26)  L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa u l-Fond tan-Nazzjonijiet Uniti għat-Tfal, Progress dwar l-Ilma tax-Xorb, is-Sanità u l-Iġjene: 2017 Aġġornament u Linji Bażi tal-SDGs, l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa u l-Fond tan-Nazzjonijiet Uniti għat-Tfal, Ġinevra, 2017, p. 3.

(27)  Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Marzu 2014 bit-titlu “Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej ‘L-ilma u s-Sanità huma dritt tal-bniedem! L-ilma huwa ġid pubbliku, mhux komodità’” COM(2014)0177).

(28)  ĠU C 316, 22.9.2017, p. 99.

(29)  http://www.oecd.org/environment/financing-water-supply-sanitation-and-flood-protection-6893cdac-en.htm

(30)  L-Għaxar Rapport tal-Kummissjoni tal-10 ta' Settembru 2020 dwar l-istatus tal-implimentazzjoni u l-programmi għall-implimentazzjoni (COM(2020)0492).

(31)  https://www.eea.europa.eu/archived/archived-content-water-topic/water-resources/water-abstraction

(32)  https://ec.europa.eu/eurostat/statistics-explained/index.php/Archive:Agri-environmental_indicator_-_water_abstraction

(33)  Kontroll tal-Idoneità tad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma u tad-Direttiva dwar l-Għargħar, p. 66.

(34)  Kontroll tal-Idoneità tad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma u tad-Direttiva dwar l-Għargħar, p. 199.

(35)  Direttiva tal-Kunsill 98/83/KE tat-3 ta' Novembru 1998 dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill- (ĠU L 330, 5.12.1998, p. 32).

(36)  Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1).

(37)  Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006, ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320.

(38)  Il-proposta tal-Kummissjoni tad-29 ta' Mejju 2018 għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond ta' Koeżjoni (COM(2018)0372).


29.10.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 445/140


P9_TA(2020)0378

L-Istrateġija tal-UE dwar l-Unjoni tas-Sigurtà

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Diċembru 2020 dwar l-Istrateġija tal-UE dwar l-Unjoni tas-Sigurtà (2020/2791(RSP))

(2021/C 445/17)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), b'mod partikolari l-Artikoli 2 u 3 tiegħu, u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), b'mod partikolari l-Artikoli 4, 16, 67, 70-72, 75, 82-87 u 88 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE, b'mod partikolari l-Artikoli 6, 7, 8, 11, 14, 21 u 24 tagħha,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta' Lulju 2020 dwar l-Istrateġija tal-UE dwar l-Unjoni tas-Sigurtà (COM(2020)0605),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta' Lulju 2020 dwar l-istrateġija tal-UE għal ġlieda aktar effettiva kontra l-abbuż sesswali tat-tfal (COM(2020)0607),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta' Lulju 2020 dwar il-pjan ta' azzjoni 2020-2025 tal-UE dwar it-traffikar tal-armi tan-nar (COM(2020)0608),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta' Lulju 2020 dwar l-Aġenda u l-Pjan tal-Azzjoni tal-UE dwar id-Drogi 2021-2025 (COM(2020)0606),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta' Diċembru 2020 intitolata “Aġenda għall-UE kontra t-Terroriżmu: Antiċipazzjoni, Prevenzjoni, Protezzjoni, Rispons” (COM(2020)0795),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' Settembru 2019 dwar l-istat ta' implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni kontra l-ħasil tal-flus (1),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Lulju 2020 dwar politika komprensiva tal-Unjoni dwar il-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u tal-finanzjament tat-terroriżmu – il-pjan ta' azzjoni tal-Kummissjoni u żviluppi reċenti oħra (2),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tat-12 ta' Diċembru 2018 dwar il-konstatazzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat Speċjali dwar it-Terroriżmu (3),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' Settembru 2019 dwar l-importanza tat-tifkira tal-istorja Ewropea għall-ġejjieni tal-Ewropa (4),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' Ġunju 2020 dwar il-protesti kontra r-razziżmu wara l-mewt ta' George Floyd (5),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta' Novembru 2019 dwar id-drittijiet tat-tfal fl-okkażjoni tat-30 anniversarju tal-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal (CRC) (6),

wara li kkunsidra s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QĠUE) tas-6 ta' Ottubru 2020 fil-Kawżi Magħquda C-511/18 La Quadrature du Net u Oħrajn, C-512/18 French Data Network u Oħrajn u C-520/18 Ordre des barreaux francophones et germanophone u Oħrajn,

wara li kkunsidra l-ġurisprudenza tal-QĠUE dwar is-sorveljanza tal-massa u ż-żamma ta' data,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta' Settembru 2018 dwar Ewropa li tipproteġi: inizjattiva għall-estensjoni tal-kompetenzi tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew għall-kriminalità terroristika transfruntiera (COM(2018)0641),

wara li kkunsidra r-rapporti reċenti tal-Europol (7),

wara li kkunsidra l-Artikolu 132(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,

A.

billi l-politika ta' sigurtà tal-Unjoni trid tibqa' bbażata fuq il-valuri li fuqhom twaqqfet l-UE u li huma minquxa fl-Artikolu 2 tat-TUE, inklużi l-prinċipji tad-demokrazija, il-libertajiet individwali u l-istat tad-dritt, u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali; billi d-dritt għas-sigurtà kif stabbilit fl-Artikolu 6 tal-Karta jirreferi għas-sigurtà minn arresti mhux raġonevoli, tfittxijiet u interventi statali oħra; billi l-proġett Ewropew huwa bbażat fuq l-idea ta' soċjetà miftuħa; billi kwalunkwe limitazzjoni fuq l-eżerċizzju ta' dawn id-drittijiet u l-libertajiet trid tkun prevista mil-liġi, u tkun tirrispetta l-essenza ta' dawk id-drittijiet u l-libertajiet; billi, soġġett għall-prinċipju ta' proporzjonalità, jistgħu jsiru limitazzjonijiet biss jekk ikunu meħtieġa u ġenwinament jissodisfaw l-objettivi ta' interess ġenerali rikonoxxuti mill-Unjoni jew il-ħtieġa li jiġu protetti d-drittijiet u l-libertajiet ta' oħrajn;

B.

billi l-Istrateġija l-ġdida tal-UE dwar l-Unjoni tas-Sigurtà għandha tipprovdi r-risponsi xierqa biex jiġu indirizzati b'mod effettiv l-isfidi eżistenti u emerġenti f'xenarju Ewropew ta' theddid għas-sigurtà li qed jinbidel malajr; billi l-Kummissjoni identifikat iċ-ċiberkriminalità, inkluż is-serq ta' identità, u ċ-ċibersigurtà, l-attakki ibridi, id-diżinformazzjoni, l-attakki terroristiċi u l-kriminalità organizzata li tvarja minn traffikar tal-bnedmin għal kummerċ fl-armi tan-nar għat-traffikar tad-droga u l-kriminalità finanzjarja, ekonomika u ambjentali bħala l-isfidi ewlenin;

C.

billi kien hemm xejra 'l isfel f'termini tal-għadd ta' attakki terroristiċi fl-UE fl-2019, iżda reċentement l-UE rat attakki terroristiċi ġodda; billi diversi attakki li twettqu minn estremisti tal-lemin ma ġewx uffiċjalment rikonoxxuti bħala attakki terroristiċi (8); billi t-theddida tat-terroriżmu tal-Ġiħad għadha kbira u billi t-theddida tat-terroriżmu tal-lemin żdiedet f'dawn l-aħħar snin; billi t-theddida tat-terroriżmu tax-xellug għadha timmanifesta ruħha f'xi Stati Membri; billi t-terroriżmu jrid jiġi kkundannat u indirizzat fil-forom u l-manifestazzjonijiet kollha tiegħu; billi l-internet huwa wieħed mill-aktar għodod użati b'mod frekwenti mill-organizzazzjonijiet terroristiċi biex ixerrdu kontenut terroristiku (9), jirreklutaw membri ġodda u jinċitaw il-vjolenza;

D.

billi skont rapport tal-Kummissjoni ppubblikat fit-30 ta' Settembru 2020 (10), ġew irrappurtati nuqqasijiet kbar fl-implimentazzjoni tad-Direttiva (UE) 2017/541 (11) fil-maġġoranza tal-Istati Membri;

E.

billi qed ikomplu jfeġġu forom ġodda ta' attività kriminali organizzata fl-Ewropa, li jisfruttaw il-vulnerabbiltajiet soċjetali li qed jinbidlu u l-biċċa l-kbira tal-gruppi tal-kriminalità organizzata huma involuti f'attivitajiet kriminali multipli; billi l-profitti tal-gruppi tal-kriminalità organizzata fl-UE huma stmati għal EUR 110 biljun fis-sena, iżda madwar 1 % biss ta' dawn il-profitti huma kkonfiskati (12); billi hemm rabta qawwija bejn il-kriminalità organizzata u l-korruzzjoni;

F.

billi fl-2019, il-Kummissjoni fetħet proċeduri ta' ksur kontra 23 Stat Membru għan-nuqqas ta' konformità mad-Direttiva 2011/93/UE tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar il-ġlieda kontra l-abbuż sesswali u l-isfruttament sesswali tat-tfal u l-pedopornografija (13); billi l-Istati Membri għamlu progress fl-implimentazzjoni tad-Direttiva iżda għad hemm sfidi, b'mod partikolari fir-rigward tal-prevenzjoni, id-dritt kriminali, u l-protezzjoni, l-appoġġ u l-għajnuna għall-vittmi; billi l-isfurzar sesswali u l-estorsjoni online tat-tfal, kif ukoll l-isfruttament sesswali abbażi ta' materjal espliċitu prodott mit-tfal infushom, huma ffaċilitati mid-disponibbiltà mifruxa ta' tagħmir online; billi għadd dejjem akbar ta' tfal u adolexxenti qed jisfaw vittmi tal-grooming online;

G.

billi l-isfruttament sesswali għadu l-aktar skop prevalenti wara t-traffikar tal-bnedmin fl-UE, filwaqt li ġiet irrappurtata żieda fit-traffikar għall-isfruttament ta' ħaddiema f'diversi Stati Membri (14); billi l-għadd ta' kundanni u prosekuzzjonijiet għadu baxx fir-rigward tal-għadd irrappurtat ta' vittmi; billi t-teknoloġiji diġitali, il-midja soċjali u s-servizzi tal-internet huma għodod ewlenin li jintużaw għar-reklutaġġ tal-vittmi tat-traffikar;

H.

billi skont rapporti miċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (EMCDDA) u l-Europol, is-suq illeċitu tad-droga fl-UE, li huwa dejjem aktar kumpless, adattiv u innovattiv, għandu valur stmat ta' bejgħ bl-imnut ta' madwar EUR 30 biljun fis-sena, u t-traffikar ta' droga illeċita jirrappreżenta sors ewlieni ta' introjtu għal gruppi ta' kriminalità organizzata, li jista' jkollu rabtiet ma' attivitajiet illegali oħrajn u t-terroriżmu; billi t-traffikar illeċitu tad-droga qed isir fattur ewlieni għaż-żieda fil-vjolenza u l-korruzzjoni u jista' jkollu firxa wiesgħa ta' impatti negattivi fuq is-soċjetà; billi l-imwiet relatati mad-droga fl-Ewropa jidhru li huma stabbli – b'aktar minn 9 000 fatalità kull sena (15) – u billi l-użu tad-droga għadu kwistjoni importanti tas-saħħa pubblika;

I.

billi fl-2019 il-Europol kompliet tipprovdi lill-Istati Membri analiżi operattiva u pproċessar tal-kontribuzzjonijiet, kif ukoll appoġġ proattiv għal investigazzjonijiet ta' profil għoli li jkopru t-tliet oqsma li jirrappreżentaw theddida kontinwa għas-sigurtà interna tal-Unjoni, b'mod partikolari ċ-ċiberkriminalità, il-kriminalità serja u organizzata, u t-terroriżmu;

J.

billi fl-2019, in-Network Prüm kellu aktar minn 9,2 miljun profil tad-DNA disponibbli għat-tqabbil fil-bażijiet tad-data kollha tal-Istati Membri, b'aktar minn 2,2 miljun tfittxija tad-DNA magħmula dik is-sena; billi, barra minn hekk, kien hemm kważi 400 000 tfittxija tal-marki tas-swaba' li rriżultaw f'10 000 hit verifikata, u aktar minn 16-il miljun tfittxija ta' data dwar ir-reġistrazzjoni tal-vetturi (16);

K.

billi l-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali hija waħda mill-pedamenti fl-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja tal-Unjoni, u hija msejsa fuq il-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku ta' sentenzi u ta' deċiżjonijiet ġudizzjarji; billi r-rikonoxximent reċiproku jeħtieġ li jkun ibbażat fuq fiduċja reċiproka bejn l-Istati Membri; billi l-investigazzjoni ta' ħafna reati tirrikjedi evidenza li tinħażen b'mod elettroniku (“evidenza elettronika”); billi l-awtoritajiet kompetenti ta' spiss jiffaċċjaw diffikultajiet prattiċi biex jiksbu d-data rilevanti minn fornituri tas-servizzi f'investigazzjonijiet transfruntiera minħabba n-nuqqas ta' effettività tal-istrumenti eżistenti, bħal ftehimiet ta' għajnuna legali reċiproka u l-Ordni ta' Investigazzjoni Ewropea; billi l-proċeduri eżistenti jistgħu jieħdu fit-tul u d-data rilevanti ħafna drabi tkun tħassret sakemm it-talba tasal għand il-fornitur tas-servizz; billi l-koleġiżlaturi bħalissa qed jiddiskutu pakkett leġiżlattiv dwar l-evidenza elettronika;

L.

billi l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar is-Salvagwardji Proċedurali (17), li l-għan tagħha huwa li tiġi żgurata l-ġustizzja fil-proċedimenti kriminali, ma kinitx sodisfaċenti, għad-detriment tal-fiduċja reċiproka u l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet ġudizzjarji;

M.

billi l-QĠUE ddeċidiet bosta drabi li żamma ta' data u sorveljanza tal-massa ġenerali tal-komunikazzjoni elettronika jew tad-data dwar l-ivvjaġġar ma jikkonformawx mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali; billi fid-deċiżjoni tagħha dwar il-kawżi magħquda C-511/18, C-512/18 u C520/18, il-QĠUE kkonfermat il-ġurisprudenza minn Tele2, fejn ġie konkluż li hija permessa biss żamma mmirata tad-data limitata għal persuni speċifiċi jew żona ġeografika speċifika; billi l-Qorti speċifikat ukoll, madankollu, li l-indirizzi IP assenjati lis-sors ta' komunikazzjoni jistgħu jkunu soġġetti għal żamma ġeneralizzata u indiskriminata bil-għan li jiġu miġġielda l-kriminalità serja u t-theddid serju għas-sigurtà pubblika, soġġett għal salvagwardji stretti;

N.

billi l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Vittmi (18) ma kinitx sodisfaċenti, b'mod partikolari minħabba traspożizzjoni inkompleta u/jew inkorretta (19);

O.

billi l-kriżi tal-COVID-19 aggravat b'mod sinifikanti ċerti reati, bħall-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta' materjal ta' abbuż sesswali tat-tfal online, b'rapporti jistmaw li dan il-materjal żdied b'25 % f'xi Stati Membri; billi bejn 70 % u 85 % tat-tfal li soffrew abbuż jafu lill-persuna li abbużathom, u l-maġġoranza l-kbira huma vittmi ta' persuni li jafdaw; billi rapporti ta' vjolenza domestika, speċjalment kontra n-nisa u t-tfal, żdiedu b'mod sinifikanti matul dan il-perjodu; billi l-pandemija wriet li għandha impatt konsiderevoli fuq ix-xenarju tal-kriminalità serja u organizzata madwar l-Ewropa kollha, f'oqsma bħaċ-ċiberkriminalità, il-falsifikazzjoni ta' merkanzija, frodi u l-kriminalità organizzata kontra l-proprjetà (20); billi l-kriżi tikkawża dewmien u tfixkel l-aċċess għall-ġustizzja, l-għajnuna u l-appoġġ, kif ukoll taggrava l-kundizzjonijiet tal-ħabs; billi l-kriżi aggravat is-sitwazzjoni tal-migranti, u b'hekk dawn saru aktar vulnerabbli għall-abbuż minn kriminali, u kkawżat iċ-ċaqliq ta' rotot ta' kuntrabandu;

1.

Jilqa' l-pubblikazzjoni tal-Istrateġija l-ġdida tal-UE dwar l-Unjoni tas-Sigurtà u jenfasizza l-ħtieġa tal-implimentazzjoni effettiva u l-evalwazzjoni tal-leġiżlazzjoni eżistenti tal-UE f'dan il-qasam; jaqbel mal-Kummissjoni li fejn ġew identifikati nuqqasijiet fil-qafas regolatorju u ta' infurzar, jeħtieġ li jkun hemm segwitu fil-forma ta' inizjattivi leġiżlattivi u mhux leġiżlattivi; jisħaq, barra minn hekk, li l-miżuri fil-qafas tal-Istrateġija dwar l-Unjoni tas-Sigurtà jridu jkunu flessibbli biżżejjed biex iwieġbu għaċ-ċirkostanzi li l-ħin kollu jinbidlu u għal tibdil fil-modus operandi tal-organizzazzjonijiet kriminali;

2.

Jisħaq li kwalunkwe proposta leġiżlattiva ġdida trid tkun akkumpanjata minn valutazzjoni tal-impatt bir-reqqa u komprensiva, inkluż dwar l-impatt fuq id-drittijiet fundamentali u r-riskji ta' diskriminazzjoni; jenfasizza r-rwol ewlieni tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) fl-evalwazzjoni tar-rispett għad-drittijiet fundamentali;

3.

Jenfasizza li t-terroriżmu, irrispettivament min-natura tiegħu, għandu l-għan li jhedded lis-soċjetajiet demokratiċi fl-Ewropa u għandu fil-mira l-valuri Ewropej; jiddeplora l-ħafna vittmi, b'mod partikolari dawk ta' attakki tal-Ġiħad u tal-estremiżmu tal-lemin, matul dawn l-aħħar snin; jenfasizza l-ħidma importanti tal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, li għenet biex tipprevjeni ħafna attakki; jinnota, madankollu, li t-theddida terroristika fl-UE għadha għolja; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżgura implimentazzjoni sħiħa u rapida tad-Direttiva (UE) 2017/541 dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu fl-Istati Membri kollha; jilqa' l-aġenda l-ġdida tal-UE kontra t-terroriżmu, mressqa mill-Kummissjoni fid-9 ta' Diċembru 2020, li tippromwovi approċċ konġunt ibbażat fuq il-ħidma eżistenti u l-inizjattivi l-ġodda mħabbra fiha għall-antiċipazzjoni, il-prevenzjoni, il-protezzjoni u r-rispons għat-theddid terroristiku, li huwa bbażat fuq diversi fatturi ewlenin bħal dawk imsemmija fir-rapport tal-2020 TE-SAT tal-Europol; jemmen li l-miżuri u l-azzjoni inklużi fl-aġenda, b'mod partikolari dwar il-koordinazzjoni, il-kooperazzjoni intensifikata fil-livell nazzjonali, reġjonali u internazzjonali u l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, dwar il-finanzjament tat-terroriżmu, dwar il-ġlieda kontra r-radikalizzazzjoni offline u online, dwar il-prevenzjoni u l-edukazzjoni, dwar il-ġlieda kontra d-diskors ta' mibegħda, ir-razziżmu u l-intolleranza, u dwar il-protezzjoni, l-għajnuna u l-appoġġ għall-vittmi tat-terroriżmu, se jikkontribwixxu biex, fil-futur, it-theddid mit-terroriżmu jiġi miġġieled b'mod aktar effettiv;

4.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jimplimentaw approċċ olistiku għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra r-radikalizzazzjoni, li għandu jikkombina l-politiki dwar is-sigurtà, l-edukazzjoni, soċjali, kulturali u kontra d-diskriminazzjoni, u jinvolvu lill-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha, inkluż in-Network ta' Sensibilizzazzjoni dwar ir-Radikalizzazzjoni (RAN), inizjattivi tal-komunità fil-livell taċ-ċittadini u xogħol tal-komunità fil-livell taċ-ċittadini, tfassil ta' politika orjentata lejn il-komunità, integrazzjoni tal-lingwa u l-valuri, u edukazzjoni tul il-ħajja; itenni t-talba tiegħu li l-Kummissjoni tagħmel użu aktar effettiv mill-fondi tal-UE għal dan l-għan, u tiżviluppa metodoloġiji biex tivvaluta l-effettività tal-programmi rilevanti;

5.

Jisħaq li l-edukazzjoni, inkluż l-iżvilupp ta' ħiliet ta' ħsieb kritiku, diġitali u dwar is-sikurezza online, hija kritika għall-prevenzjoni fuq perjodu ta' żmien medju u fit-tul u kruċjali biex jitnaqqsu r-radikalizzazzjoni u d-diżillużjoni, li jwasslu għal attività kriminali;

6.

Itenni li, filwaqt li mhuwiex l-uniku fattur, il-preżenza ta' kontenut terroristiku online tat prova tal-fatt li hija katalizzatur għar-radikalizzazzjoni ta' individwi u żgħażagħ b'mod partikolari, li wħud minnhom wettqu reati terroristiċi kif definiti fid-Direttiva (UE) 2017/541; jikkunsidra li l-ġlieda kontra l-inugwaljanzi soċjali hija kruċjali biex jiġu indirizzati l-kawżi ewlenin tar-radikalizzazzjoni; jisħaq fuq il-ħtieġa li l-kontenut terroristiku online jiġi identifikat b'mod rapidu u jitneħħa kompletament abbażi ta' dispożizzjonijiet legali ċari, inklużi r-rieżami tal-bniedem u salvagwardji xierqa u robusti biex jiġi żgurat ir-rispett sħiħ għad-drittijiet fundamentali u l-istandards kostituzzjonali; jissottolinja li, għalkemm sar xi progress f'dan ir-rigward, il-kumpaniji jeħtieġ li jkunu involuti ħafna aktar f'dan il-proċess; jitlob li jiġu stabbiliti mekkaniżmi trasparenti sabiex il-kontenut terroristiku online jkun jista' jiġi identifikat u rrappurtat b'mod rapidu, u biex iċ-ċittadini jkunu jistgħu jindikaw tali kontenut; iqis li l-proposta għal Regolament dwar il-prevenzjoni tad-disseminazzjoni ta' kontenut terroristiku online (21) li ntlaħaq qbil dwaru reċentement bejn il-Parlament u l-Kunsill hija strument importanti f'dan ir-rigward u jitlob l-implimentazzjoni sħiħa tagħha hekk kif tibda tapplika; jenfasizza l-ħtieġa li jissaħħu l-kapaċitajiet tal-Unità tal-UE ta' Indikazzjoni ta' Kontenut fuq l-Internet tal-Europol (EU IRU);

7.

Ifakkar li l-libertà tar-reliġjon u l-libertà ta' espressjoni huma drittijiet fundamentali minquxa fl-Artikoli 10 u 11 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jiddefendu dawn id-drittijiet fundamentali fid-dawl tal-attakki terroristiċi reċenti b'motivazzjonijiet reliġjużi;

8.

Jilqa' l-aġenda biex tiġi indirizzata l-kriminalità organizzata mħabbra mill-Kummissjoni; itenni t-talbiet preċedenti tiegħu għar-reviżjoni tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2008/841/ĠAI tal-24 ta' Ottubru 2008 dwar il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata (22), u l-ħtieġa li tiġi stabbilita definizzjoni komuni tal-kriminalità organizzata; jikkunsidra li din id-definizzjoni komuni għandha tqis ukoll l-użu tal-vjolenza, il-korruzzjoni jew l-intimidazzjoni minn gruppi kriminali biex jinkiseb kontroll tal-attivitajiet ekonomiċi jew tal-akkwist pubbliku, jew biex jiġu influwenzati l-proċessi demokratiċi; jemmen li l-gruppi tal-kriminalità organizzata jistgħu jiżżarmaw b'mod aktar effiċjenti billi jiġu deprivati mill-profitti mill-kriminalità; jisħaq, f'dan ir-rigward, fuq il-ħtieġa ta' aktar miżuri dwar l-iffriżar u l-konfiska tal-assi, inkluż dwar assi mhux ibbażati fuq kundanna, u jistieden lill-Istati Membri jżidu l-kooperazzjoni u l-iskambju ta' informazzjoni f'dan ir-rigward; jinnota li l-attivitajiet kriminali emerġenti bħall-kriminalità ambjentali, il-kriminalità organizzata kontra l-proprjetà jew it-traffikar ta' oġġetti kulturali ma għandhomx jiġu injorati, billi dawn spiss jipprovdu finanzjament għal attivitajiet kriminali oħrajn;

9.

Jilqa' l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta' Mejju 2020 dwar Pjan ta' Azzjoni għal politika komprensiva tal-Unjoni dwar il-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, li tistabbilixxi aktar titjib fir-rispons tal-UE għal dawn ir-reati, b'mod partikolari fl-infurzar u l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni eżistenti; itenni l-ħtieġa ta' kooperazzjoni aħjar bejn l-awtoritajiet amministrattivi, ġudizzjarji u tal-infurzar tal-liġi fl-UE, u b'mod partikolari l-Unitajiet tal-Intelligence Finanzjarja (FIUs) tal-Istati Membri, inkluż permezz tal-FIU.net; jemmen li l-viżibbiltà ta' mudelli ta' kooperazzjoni eżistenti fil-qasam tas-sigurtà bħall-Pjattaforma Multidixxiplinari Ewropea Kontra t-Theddid Kriminali (EMPACT) għandha tiżdied; jemmen li l-UE għandha twitti t-triq għar-riformi tant meħtieġa tat-Task Force ta' Azzjoni Finanzjarja (FATF); jemmen li d-Direttiva dwar il-Ġlieda kontra l-Ħasil tal-Flus trid tiġi evalwata bir-reqqa u, jekk neċessarju, rieżaminata;

10.

Itenni t-talba tiegħu li l-istituzzjonijiet tal-UE u l-Istati Membri jiġġieldu l-korruzzjoni sistemika b'mod determinat u joħolqu strumenti effettiv biex jipprevjenu, jikkumbattu u jissanzjonaw il-korruzzjoni u jiġġieldu kontra l-frodi, kif ukoll biex jissorveljaw b'mod regolari l-użu tal-fondi pubbliċi; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni terġa' tibda minnufih il-monitoraġġ u r-rappurtar annwali tagħha kontra l-korruzzjoni, li għandhom ikopru lill-Istati Membri kollha u l-istituzzjonijiet, l-aġenziji u l-korpi tal-UE; jisħaq, għalhekk, li jrid jiġi evitat b'mod effettiv li l-finanzjament tal-UE fl-ambitu tal-QFP il-ġdid u l-Pjan ta' Rkupru jintuża għal korruzzjoni u frodi minn gruppi ta' kriminalità organizzata;

11.

Ifakkar li l-Istati Membri li għandhom skemi ta' residenza u ċittadinanza b'investiment spiss jiffaċilitaw il-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus, u b'hekk jimportaw riskji għas-sigurtà fl-Unjoni; jilqa' l-proċeduri ta' ksur imnedija mill-Kummissjoni (23) f'dan ir-rigward; itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni biex tagħmel użu sħiħ mid-dritt tagħha ta' inizjattiva leġiżlattiva biex tressaq proposta leġiżlattiva biex tipprojbixxi jew tirregola dawn l-iskemi;

12.

Jisħaq fuq il-ħtieġa li jiżdiedu l-isforzi fil-livell tal-Unjoni u nazzjonali sabiex jiġi indirizzat il-fenomenu li qed jevolvi tal-abbuż sesswali tat-tfal online u offline, inkluż biex jiġi prevenut, identifikat u rrappurtat abbuż sesswali tat-tfal, jitneħħa materjal ta' abbuż sesswali tat-tfal online, u jittejbu l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' reati relatati; jieħu nota tal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta' Lulju 2020 dwar l-istrateġija tal-UE għal ġlieda aktar effettiva kontra l-abbuż sesswali tat-tfal; jieħu nota, barra minn hekk, tal-intenzjoni tal-Kummissjoni li tippreżenta proposta leġiżlattiva komprensiva ġdida li tirrikjedi lill-fornituri tas-servizzi jidentifikaw u jirrappurtaw l-abbuż sesswali tat-tfal online qabel Ġunju 2021; jistenna li din il-proposta tkun konformi bis-sħiħ mad-drittijiet fundamentali u akkumpanjata minn valutazzjoni tal-impatt bir-reqqa;

13.

Jisħaq li dawn il-miżuri jeħtieġ li jiġu kkomplementati minn kampanja ta' sensibilizzazzjoni pubblika f'kooperazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha, inklużi l-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tat-tfal, li teduka lit-tfal, lill-ġenituri tagħhom, u lill-għalliema dwar il-perikli online; jitlob protezzjoni aħjar tat-tfal, inkluż tad-data personali u tal-privatezza tagħhom, fuq l-internet, u jitlob lill-Istati Membri jappoġġjaw in-networks u l-kampanji attwali attivi f'dan il-qasam;

14.

Jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw bis-sħiħ id-Direttiva 2011/93/UE, u jipprovdu riżorsi umani u finanzjarji xierqa biex japplikawha bis-sħiħ b'urġenza; jiddeplora l-fatt li l-kodiċi kriminali f'diversi Stati Membri jipprevedi pieni insuffiċjenti ħafna għall-involviment f'attivitajiet sesswali ma' minorenni, li ma jikkostitwixxux deterrent effettiv (24); jistieden lill-Istati Membri jivvalutaw mill-ġdid dawn il-pieni, u jagħmlu t-tibdil leġiżlattiv neċessarju biex b'mod rapidu jġibu l-kodiċijiet legali tagħhom f'konformità mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2011/93/UE; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tivvaluta jekk din id-direttiva teħtieġx li tiġi msaħħa billi jiġu inklużi dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tal-vittmi, l-appoġġ għalihom u l-prevenzjoni ta' dawn ir-reati;

15.

Ifakkar lill-Kummissjoni fit-talba tagħha li jinħatar rappreżentant tal-UE għad-drittijiet tat-tfal, li għandu jservi bħala punt ta' referenza għall-kwistjonijiet u l-politiki kollha tal-UE relatati mat-tfal; jilqa' d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tinkludi fl-istrateġija tal-UE tal-24 ta' Lulju 2020 għal ġlieda aktar effettiva kontra l-abbuż sesswali tat-tfal il-ħolqien ta' ċentru Ewropew għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-abbuż sesswali tat-tfal, kif mitlub mill-Parlament fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta' Novembru 2019 dwar id-drittijiet tat-tfal, bħala l-punt fokali għal approċċ Ewropew ikkoordinat u b'diversi partijiet ikkonċernati, inklużi l-infurzar tal-liġi, il-prevenzjoni u l-għajnuna għall-vittmi ta' abbuż sesswali tat-tfal;

16.

Jisħaq li l-kriptaġġ minn tarf sa tarf jikkontribwixxi għall-privatezza taċ-ċittadini, inkluża l-protezzjoni tat-tfal fuq l-internet, jikkontribwixxi għas-sigurtà tas-sistemi tal-IT, u huwa indispensabbli għal ġurnalisti investigattivi u informaturi, fost l-oħrajn, li jixtiequ jirrappurtaw għemil ħażin; jinnota li l-backdoors jistgħu jikkompromettu b'mod sever is-saħħa u l-effiċjenza tal-kriptaġġ, u dan jista' jiġi abbużat minn kriminali u atturi statali esterni li mhumiex fl-UE li jfittxu li jiddestabbilizzaw is-soċjetà tagħna; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-kriminali jadattaw b'mod rapidu għall-iżviluppi ġodda u jisfruttaw it-teknoloġiji emerġenti għal skopijiet illeċiti; jistieden, għalhekk, lill-Istati Membri u lill-Aġenzija tal-UE għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL) jipprovdu taħriġ ta' kwalità għolja f'oqsma rilevanti lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta jekk tistax tinstab soluzzjoni regolatorja biex ikun possibbli l-aċċess legali u mmirat tal-infurzar tal-liġi għal data meħtieġa filwaqt li jiġu mħarsa d-drittijiet fundamentali;

17.

Jenfasizza li d-diżinformazzjoni, b'mod speċjali meta tkun amplifikata minn teknoloġiji ġodda bħall-intelliġenza artifiċjali u d-deepfakes, sew jekk jintużaw minn attur statali kif ukoll minn atturi mhux statali, tista' tirrappreżenta theddida għad-demokrazija u s-sigurtà; jistieden lill-Kummissjoni tagħmel il-ġlieda kontra d-diżinformazzjoni parti integrali tal-Istrateġija tagħna dwar l-Unjoni tas-Sigurtà, inkluż billi talloka finanzjament adegwat; jieħu nota tal-Pjan ta' Azzjoni għad-Demokrazija Ewropea, li jindirizza l-isfida tad-diżinformazzjoni bħala theddida potenzjali għas-sigurtà interna; ifakkar fl-importanza ta' kampanji ta' sensibilizzazzjoni biex iċ-ċittadini jiġu infurmati dwar il-fatt li jintużaw tali tekniki ta' diżinformazzjoni;

18.

Jirrikonoxxi li l-ġlieda kontra theddid ibridu li għandu l-għan li jdgħajjef il-koeżjoni soċjali u jimmina l-fiduċja fl-istituzzjonijiet, kif ukoll isaħħaħ ir-reżiljenza tal-UE, hija element importanti tal-Istrateġija dwar l-Unjoni tas-Sigurtà; jisħaq, f'dan ir-rigward, fuq il-ħtieġa ta' kooperazzjoni aktar b'saħħitha bejn l-Istati Membri u ta' koordinazzjoni aħjar fil-livell tal-EU, bejn l-atturi kollha, sabiex jiġi miġġieled dan it-theddid; jilqa' l-miżuri ewlenin għall-ġlieda kontra t-theddid ibridu stabbiliti mill-Kummissjoni, u jisħaq fuq il-ħtieġa li l-kunsiderazzjonijiet ibridi jiġu integrati fit-tfassil ta' politika usa';

19.

Jisħaq li t-teknoloġiji ġodda u li qed jevolvu jidħlu fl-aspetti kollha tas-sigurtà, u joħolqu sfidi u theddid ġodda għas-sigurtà; jenfasizza l-importanza ta' infrastruttura kritika sigura, inkluża l-infrastruttura diġitali u tal-komunikazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni tippjana b'mod proattiv għar-riċerka, l-iżvilupp, u l-implimentazzjoni ta' teknoloġiji ġodda biex tiġi żgurata s-sigurtà interna tal-UE, b'rispett sħiħ għad-drittijiet fundamentali u l-valuri Ewropej; jissottolinja li l-UE ma tridx tiffinanzja teknoloġiji li jiksru d-drittijiet fundamentali;

20.

Jenfasizza li l-infrastruttura tal-5G hija komponent strateġiku tas-sigurtà Ewropea futura u komponent ewlieni tar-reżiljenza strateġika Ewropea; jistieden lill-Kummissjoni tfassal pjan għall-bini tal-5G Ewropew, inkluż finanzjament għall-iżvilupp tiegħu fl-Ewropa u pjan biex gradwalment titneħħa u tiġi sostitwita t-teknoloġija tal-5G minn pajjiżi terzi li ma jirrispettawx id-drittijiet fundamentali u l-valuri Ewropej;

21.

Jinnota li l-faċilitazzjoni ta' dħul klandestin kriminali u organizzat spiss tkun marbuta ma' forom oħra ta' kriminalità organizzata; jistenna li l-Pjan ta' Azzjoni tal-UE kontra t-Traffikar tal-Migranti għall-2021-2025 jipproponi azzjonijiet biex tittejjeb il-kapaċità għall-prevenzjoni, l-identifikazzjoni, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni tan-networks ta' faċilitazzjoni ta' dħul klandestin kriminali; huwa tal-fehma li fost l-aspetti ewlenin tiegħu, il-Pjan ta' Azzjoni għandu jindirizza l-użu ta' pjattaformi tal-midja soċjali u pjattaformi ta' messaġġi online użati minn persuni li jiffaċilitaw id-dħul klandestin ta' migranti biex jirreklamaw is-servizzi tagħhom u jirreklutaw il-klijenti; jemmen li għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-minorenni mhux akkumpanjati, li jikkostitwixxu grupp vulnerabbli ħafna u li jiffaċċjaw diversi riskji, fosthom il-vjolenza, l-abbuż, u l-isfruttament, tul ir-rotot tal-migrazzjoni lejn u fi ħdan l-UE (25); jieħu nota tar-rwol tal-aġenziji u l-entitajiet tal-UE, b'mod partikolari ċ-Ċentru tal-Europol kontra l-Faċilitazzjoni ta' Dħul Klandestin ta' Migranti (EMSC); jistieden lill-Istati Membri jikkonformaw mad-dritt internazzjonali meta jittrattaw l-għajnuna umanitarja għal persuni li jsibu ruħhom f'diffikultà fuq il-baħar f'konformità mal-gwida tal-Kummissjoni tal-2020;

22.

Jilqa' l-adozzjoni tal-pjan ta' azzjoni 2020-2025 tal-UE dwar it-traffikar tal-armi tan-nar, li jinkludi indikaturi xierqa u dispożizzjonijiet dwar ir-rappurtar u li jħaddan is-sħab tax-Xlokk tal-Ewropa (il-Balkani tal-Punent, il-Moldova u l-Ukrajna), filwaqt li jżid il-kooperazzjoni mal-pajjiżi fil-Lvant Nofsani u l-Afrika ta' Fuq; jilqa' l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tintroduċi ġbir sistematiku u armonizzat tad-data dwar il-qbid tal-armi tan-nar;

23.

Jitlob implimentazzjoni rapida tal-azzjoni preparatorja proposta mill-Parlament Ewropew dwar il-monitoraġġ effiċjenti tad-darknet fil-livell tal-UE, u jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jinvestigaw azzjonijiet oħra li jipprevjenu t-traffikar tal-armi tan-nar fid-darknet;

24.

Jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni li tikkonferma l-impenn tal-Unjoni u tal-Istati Membri li jipproteġu s-saħħa u s-sigurtà taċ-ċittadini minn theddid relatat mad-droga permezz tal-adozzjoni ta' Aġenda ġdida tal-UE dwar id-Droga għall-ħames snin li ġejjin; huwa tal-fehma li l-politika tal-Unjoni dwar id-droga għandha tkompli ssegwi approċċ integrat, ibbilanċjat, multidixxiplinari u bbażat fuq l-evidenza u d-drittijiet tal-bniedem, u tkun ikkoordinata mill-qrib mal-azzjoni esterna tal-Unjoni; jinsisti li l-azzjoni tal-Unjoni fir-rigward tad-droga illeċita għandha tiddedika attenzjoni u riżorsi komparabbli kemm għan-naħa tal-provvista kif ukoll għan-naħa tad-domanda tal-fenomenu, u jitlob li jkun hemm enfasi akbar fuq ir-riabilitazzjoni u l-prevenzjoni fil-pjan ta' azzjoni tal-UE, inkluż permezz ta' kampanji ta' sensibilizzazzjoni ddedikati b'mod speċjali għat-tfal u ż-żgħażagħ;

25.

Jappoġġja l-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili u ta' partijiet ikkonċernati rilevanti oħra fid-diskussjonijiet li għaddejjin dwar il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Aġenda u l-Pjan tal-Azzjoni tal-UE dwar id-Drogi 2021-2025; huwa tal-fehma li r-risponsi tal-Unjoni u dawk nazzjonali għal sfidi relatati mad-droga għandhom jitfasslu bl-aktar involviment wiesa' possibbli ta' dawk ikkonċernati, inklużi dawk li jieħdu d-droga; jitlob l-estensjoni tal-mandat tal-EMCDDA biex ikopri dipendenzi multipli;

26.

Jieħu nota tal-proposta leġiżlattiva tal-Kummissjoni tad-9 ta' Diċembru 2020 (26) biex issaħħaħ il-mandat tal-Europol fi ħdan il-missjoni u l-kompiti tal-aġenzija kif stabbiliti fit-Trattat bil-ħsieb li jippermettilha twettaq aħjar ir-rwol tagħha bħala hub għall-iskambju ta' informazzjoni dwar l-infurzar tal-liġi u għall-kooperazzjoni fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità serja u organizzata fl-UE u biex jipprovdi lill-Europol bl-għodod rilevanti għall-kooperazzjoni b'mod aktar effettiv mas-sħab rilevanti kollha; jisħaq li tibdil bħal dan għandu jiġi akkumpanjat minn obbligu ta' rendikont politiku msaħħaħ, kif ukoll kontroll ġudizzjarju u skrutinju parlamentari msaħħa, b'enfasi kbira fuq l-obbligu ta' rendikont, it-trasparenza u r-rispett għad-drittijiet fundamentali; jisħaq li r-reviżjoni tal-mandat tal-Europol għandha tallinja bis-sħiħ ir-reġim tal-protezzjoni tad-data tal-aġenzija mar-Regolament (UE) 2018/1725 (27); jitlob li tiġi ppreżentata l-evalwazzjoni tal-qafas legali attwali għall-mandat tal-Europol kif previst fl-Artikolu 68 tar-Regolament attwali tal-Europol;

27.

Jieħu nota tal-modernizzazzjoni possibbli tal-qafas leġiżlattiv tad-deċiżjonijiet ta' Prüm; jirrikonoxxi n-nuqqasijiet u t-titjib potenzjali li ġew identifikati minn diversi esperti, u li kienu attribwiti, fost l-oħrajn, għal kwalità tad-data insuffiċjenti; ifakkar l-importanza ta' data disponibbli għall-pubbliku u preċiża rigward l-użu ta' Prüm, u jistieden lill-Kummissjoni tiġbor din id-data mill-Istati Membri parteċipanti kollha sabiex tevalwa kif xieraq il-qafas Prüm attwali u tippermetti li jsir skrutinju demokratika sinifikanti; jitlob li kwalunkwe proposta ġdida jkun fiha l-obbligu li l-Istati Membri jipprovdu din id-data lill-Kummissjoni, li trid tintuża għal rapporti ta' rieżami regolari u li jkunu disponibbli għall-pubbliku; jitlob, barra minn hekk, li l-proposta tkun akkumpanjata minn valutazzjoni tal-impatt bir-reqqa, li tkopri l-implikazzjonijiet tad-drittijiet fundamentali, li għandha turi jekk ikunx hemm valur miżjud fl-iskambju awtomatiku tad-data, kif ukoll jekk hemmx bżonn ta' kategoriji addizzjonali ta' data bijometrika; jisħaq li kwalunkwe soluzzjoni ġdida trid tirrispetta l-prinċipji tan-neċessità u l-proporzjonalità, kif ukoll l-acquis tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data, u tipprevedi salvagwardji robusti biex jiġu mħarsa d-drittijiet fundamentali;

28.

Jenfasizza li d-Direttiva dwar l-Informazzjoni Antiċipata dwar il-Passiġġieri (API) (28) ikkontribwiet għal kontrolli fuq il-fruntieri aktar effettivi u għall-identifikazzjoni ta' persuni li jippreżentaw theddida għas-sigurtà; jinnota l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tipproponi verżjoni ġdida tad-Direttiva API biex tkun konformi mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat ta' Lisbona u l-acquis dwar il-protezzjoni tad-data; jistenna li din ir-reviżjoni tkun akkumpanjata minn valutazzjoni tal-impatt bir-reqqa, filwaqt li jitqiesu l-implikazzjonijiet tad-drittijiet fundamentali;

29.

Ifakkar li fis-snin reċenti ġew finalizzati inizjattivi leġiżlattivi importanti tal-UE sabiex jinstabu kriminali fil-fruntieri esterni tagħha u sabiex tittejjeb l-effiċjenza tal-kooperazzjoni tal-pulizija bil-għan li jingħata kontribut għal livell għoli ta' sigurtà fl-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja tal-Unjoni; ifakkar, barra minn hekk, li dawn l-inizjattivi jinkludu arkitettura ġdida għas-sistemi ta' informazzjoni tal-UE u l-interoperabbiltà tagħhom, u li l-attenzjoni issa għandha tkun iffukata fuq l-implimentazzjoni f'waqtha tagħhom, b'rispett sħiħ għad-drittijiet fundamentali;

30.

Jisħaq li kapaċità suffiċjenti għall-ipproċessar tal-informazzjoni mill-infurzar tal-liġi hija parti essenzjali mill-katina kollha tal-isforzi tas-sigurtà fl-Unjoni kollha kemm hi; jirrimarka li kapaċità insuffiċjenti fi Stat Membru wieħed jew aktar iddgħajjef b'mod serju l-effettività tal-politiki tas-sigurtà tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni tagħmel dak kollu li huwa fil-kompetenza tagħha biex tiżgura kapaċità adegwata għall-ipproċessar tal-informazzjoni fl-Istati Membri;

31.

Jirrikonoxxi l-ħidma tal-Eurojust fl-appoġġ u l-koordinazzjoni tal-ħidma tal-awtoritajiet ġudizzjarji nazzjonali fl-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni tal-kriminalità transnazzjonali; jitlob li jsiru aktar sforzi għall-promozzjoni tal-fiduċja reċiproka fost l-awtoritajiet ġudizzjarji, inkluż permezz tal-implimentazzjoni effettiva tad-Direttivi dwar il-Pjan Direzzjonali Proċedurali, u għall-faċilitazzjoni u l-aċċellerazzjoni tal-iskambju ta' informazzjoni u komunikazzjoni fis-settur ġudizzjarju fl-Unjoni Ewropea; jisħaq li l-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali qed taqa' lura fid-diġitalizzazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jipprovdu lill-awtoritajiet ġudizzjarji appoġġ finanzjarju biex jiżguraw standards analitiċi adegwati u għodod diġitali xierqa, biex jiffaċilitaw u jaċċelleraw il-kooperazzjoni tagħhom, u jippermettu l-iskambju sigur ta' informazzjoni; jilqa' l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta' Diċembru 2020 dwar id-diġitalizzazzjoni tal-ġustizzja fl-UE, u l-proposta għal regolament dwar sistema kompjuterizzata għall-komunikazzjoni fi proċedimenti ċivili u kriminali transfruntiera (sistema e-CODEX);

32.

Jirrimarka li l-kooperazzjoni ġudizzjarja bejn l-Istati Membri u r-rikonoxximent reċiproku ta' deċiżjonijiet u sentenzi ġudizzjarji għandhom jittejbu, inkluż permezz ta' implimentazzjoni f'waqtha u korretta ta' strumenti ta' kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali; jirrimarka li ċerti żviluppi fis-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt f'diversi Stati Membri kellhom impatt fuq dan l-iskambju ta' informazzjoni u l-kooperazzjoni tal-pulizija u ġudizzjarja b'mod ġenerali; jisħaq, f'dan ir-rigward, li l-fiduċja reċiproka tiddependi minn fehim komuni tal-valuri tal-UE minquxa fl-Artikolu 2 tat-TUE, inkluż l-istat tad-dritt, li l-ġudikaturi indipendenti u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni huma komponenti essenzjali tiegħu;

33.

Itenni t-talba tiegħu li tittieħed aktar azzjoni biex jittejjeb it-taħriġ tal-infurzar tal-liġi rigward strateġiji biex jiġu miġġielda r-razziżmu u d-diskriminazzjoni, u jiġu pprevenuti, identifikati u pprojbiti t-tfassil ta' profili razzjali u etniċi u l-vjolenza; jistieden lill-Istati Membri jinvestu f'dan il-qasam u jikkooperaw mas-CEPOL u man-Network Ewropew tat-Taħriġ Ġudizzjarju; jissottolinja li hemm ħtieġa kontinwa ta' taħriġ dwar ix-xejriet tar-radikalizzazzjoni, it-terroriżmu u l-ħasil tal-flus;

34.

Jilqa' t-twaqqif tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE); jitlob li tiġi ppreservata l-indipendenza tiegħu, u li jiġi żgurat it-tħaddim effettiv tiegħu fil-proċeduri ġudizzjarji nazzjonali; huwa mħasseb li l-Kummissjoni wettqet ommissjoni sinifikanti billi ma qisitx ir-rwol tal-UPPE fit-tisħiħ tal-Unjoni tas-Sigurtà tagħna: jitlob li ssir valutazzjoni ta' estensjoni potenzjali tal-mandat tal-UPPE f'konformità mal-Artikolu 83 tat-TFUE, ladarba l-UPPE jkun operattiv bis-sħiħ;

35.

Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw l-implimentazzjoni sħiħa u korretta tad-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Vittmi u regoli oħra tal-UE dwar id-drittijiet tal-vittmi; jilqa' l-adozzjoni tal-Istrateġija dwar id-Drittijiet tal-Vittmi u l-ħolqien tal-kariga ta' Koordinatur tal-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Vittmi; itenni t-talba tiegħu li tingħata attenzjoni speċjali lil vittmi vulnerabbli u għall-possibbiltà ta' kumpens li għandu jitħallas minn assi maqbuda u kkonfiskati u r-rikavat minn attività kriminali; itenni t-talba tiegħu li jiġi żgurat finanzjament sostenibbli għas-servizzi ta' appoġġ għall-vittmi;

36.

Itenni l-ħtieġa ta' protezzjoni effettiva u għajnuna lil vittmi vulnerabbli tat-traffikar tal-bnedmin, inkluża r-riintegrazzjoni tagħhom fis-soċjetà, b'attenzjoni partikolari għal minorenni mhux akkumpanjati; jenfasizza l-ħtieġa li l-persunal tal-infurzar tal-liġi jiġi mħarreġ dwar l-aspetti psikoloġiċi tat-traffikar, u ta' approċċ favur it-tfal u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u li jimplimenta l-leġiżlazzjoni kontra d-diskriminazzjoni;

37.

Jisħaq li l-ugwaljanza bejn il-ġeneri hija aspett kruċjali għall-ġlieda kontra r-radikalizzazzjoni, it-tnaqqis tal-vjolenza domestika, u għall-prevenzjoni tal-abbuż sesswali u l-abbuż tat-tfal; jistieden lill-Kummissjoni tinkludi miżuri biex tappoġġja l-ugwaljanza bejn il-ġeneri bħala komponent ta' prevenzjoni importanti tal-istrateġija dwar is-sigurtà tagħha, u jistieden lill-Kunsill jattiva l-klawsola “passerelle” billi jadotta deċiżjoni unanima li tidentifika l-vjolenza fuq in-nisa u l-bniet (u forom oħrajn ta' vjolenza abbażi tal-ġeneru) bħala wieħed mill-oqsma ta' kriminalità definiti fl-Artikolu 83(1) tat-TFUE; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jipprijoritizzaw il-ġlieda konta l-vjolenza domestika billi jipprovdu servizzi ta' appoġġ, jistabbilixxu unitajiet ta' infurzar tal-liġi speċjalizzati u jieħdu passi kontra dawn ir-reati; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jipprovdu data aġġornata dwar dan; jitlob lil-UE u lill-Istati Membri jirratifikaw il-Konvenzjoni ta' Istanbul;

38.

Jesprimi dispjaċir għan-nuqqas sistematiku ta' implimentazzjoni sħiħa u f'waqtha tal-miżuri ta' sigurtà tal-UE mill-Istati Membri; iqis li l-miżuri ta' sigurtà mhux biss iridu jiġu implimentati skont x'tgħid il-liġi, iżda wkoll skont l-ispirtu tagħha; jinnota li jekk il-miżuri ta' sigurtà mhux qed jiġu implimentati b'mod sistematiku bis-sħiħ u fil-ħin, jirriskjaw li jispiċċaw bla effett, u jistgħu ma jirriżultawx f'aktar sigurtà, u għalhekk ma jibqgħux jissodisfaw ir-rekwiżiti tan-neċessità u l-proporzjonalità; jistieden lill-Kummissjoni tibda proċeduri ta' ksur immedjatament wara d-data ta' skadenza tat-traspożizzjoni jew wara li jkun ġie identifikat ksur;

39.

Jisħaq fuq l-importanza tal-evidenza tal-effettività tal-miżuri ta' sigurtà attwali tal-UE; jirrimarka li l-punt sa fejn ir-restrizzjoni tad-drittijiet fundamentali tista' titqies neċessarja u proporzjonata jiddependi mill-effettività ta' dawn il-politiki, ippruvata permezz ta' evidenza kwantitattiva u kwalitattiva li hija disponibbli għall-pubbliku; jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-Kummissjoni sa issa qiegħdet għad-dispożizzjoni biss evidenza aneddotali dwar miżuri ta' sigurtà, iżda l-ebda evidenza kwantitattiva;

40.

Jistieden lill-Kummissjoni tevalwa b'mod regolari l-politiki u l-ftehimiet dwar is-sigurtà attwali, u fejn neċessarju, iġġibhom f'konformità mal-ġurisprudenza tal-QĠUE; huwa tal-fehma li l-ftehimiet dwar ir-reġistru tal-ismijiet tal-passiġġieri (PNR) mal-Istati Uniti tal-Amerka u l-Awstralja jridu jiġu emendati b'urġenza biex ikunu konformi mal-ġurisprudenza tal-QĠUE, u jqis ir-rifjut tal-Kummissjoni li taġixxi kif xieraq bħala ommissjoni gravi;

41.

Huwa mħasseb dwar l-esternalizzazzjoni ta' xi attivitajiet mill-aġenziji tal-infurzar tal-liġi għas-settur privat, u jitlob sorveljanza aħjar ta' kwalunkwe kooperazzjoni privata-pubblika fil-qasam tas-sigurtà; jesprimi dispjaċir għan-nuqqas ta' trasparenza fir-rigward tal-finanzjament tal-UE għal kumpaniji privati li jistabbilixxu sistemi tas-sigurtà jew partijiet tagħhom;

42.

Huwa mħasseb ħafna dwar in-nuqqas ta' riżorsi allokati lil xi aġenziji tal-UE li qed jaġixxu fil-qasam tal-ġustizzja u tal-affarijiet interni (ĠAI) biex jikkonformaw bis-sħiħ mal-mandat tagħhom; jitlob finanzjament u persunal xierqa tal-aġenziji u l-korpi tal-UE fil-qasam tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni sabiex l-UE twettaq l-Istrateġija dwar l-Unjoni tas-Sigurtà;

43.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1)  Testi adottati, P9_TA(2019)0022.

(2)  Testi adottati, P9_TA(2020)0204.

(3)  ĠU C 388, 13.11.2020, p. 42.

(4)  Testi adottati, P9_TA(2019)0021.

(5)  Testi adottati, P9_TA(2020)0173.

(6)  Testi adottati, P9_TA(2019)0066.

(7)  ir-Rapport tas-Sitwazzjoni u t-Tendenzi tat-Terroriżmu tal-Unjoni Ewropea (TE-SAT) 2020, ippubblikat fit-23 ta' Ġunju 2020; Valutazzjoni tat-Theddida mill-Kriminalità Organizzata fuq l-Internet (IOCTA) 2020, ippubblikat fil-5 ta' Ottubru 2020; “Nesplojtaw l-iżolament: Trasgressuri u vittmi ta' abbuż sesswali tat-tfal online matul il-pandemija tal-COVID-19”, ippubblikat fid-19 ta' Ġunju 2020.

(8)  Europol TE-SAT 2020, p. 66.

(9)  Abbażi ta' Europol TE-SAT 2020, p. 24.

(10)  Rapport tal-Kummissjoni tat-30 ta' Settembru 2020 abbażi tal-Artikolu 29(1) tad-Direttiva (UE) 2017/541 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2017 dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu (COM(2020)0619).

(11)  ĠU L 88, 31.3.2017, p. 6.

(12)  L-Istrateġija tal-UE dwar l-Unjoni tas-Sigurtà, p. 19.

(13)  ĠU L 335, 17.12.2011, p. 1.

(14)  Id-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanja t-tielet rapport dwar il-progress li sar fil-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin (2020) kif meħtieġ skont l-Artikolu 20 tad-Direttiva 2011/36/UE dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin u l-protezzjoni tal-vittmi tiegħu, p. 3 (SWD(2020)0226).

(15)  EMCDDA, European Drug Report 2020: Trends and Developments (Rapport Ewropew dwar id-Droga 2020: Xejriet u Żviluppi), Settembru 2020, p. 66.

(16)  Deloitte Consulting & Advisory CVBA, Study on the Feasibility of Improving Information Exchange under the Prüm Decisions (Studju dwar il-Fattibbiltà tat-Titjib tal-Iskambju ta' Informazzjoni skont id-Deċiżjonijiet Prüm), Mejju 2020, p. 7.

(17)  ĠU L 132, 21.5.2016, p. 1.

(18)  ĠU L 315, 14.11.2012, p. 57.

(19)  Ir-rapport tal-Kummissjoni tal-11 ta' Mejju 2020 dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2012/29/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 li tistabbilixxi standards minimi fir-rigward tad-drittijiet, l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2001/220/ĠAI, p. 9 (COM(2020)0188).

(20)  Europol, How COVID-19-related crime infected Europe during 2020 (Kif il-kriminalità relatata mal-COVID-19 infettat lill-Ewropa matul l-2020), 12 ta' Novembru 2020.

(21)  COM(2018)0640.

(22)  ĠU L 300, 11.11.2008, p. 42.

(23)  Proċeduri ta' ksur kontra Ċipru u Malta tal-20 ta' Ottubru 2020 rigward l-iskemi taċ-ċittadinanza b'investiment tagħhom, imsejħa wkoll bħala skemi ta' “passaport tad-deheb”.

(24)  Rapport tal-Kummissjoni tas-16 ta' Diċembru 2016 li jivvaluta l-punt sa fejn l-Istati Membri ħadu l-miżuri neċessarji sabiex jikkonformaw mad-Direttiva 2011/93/UE tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar il-ġlieda kontra l-abbuż sesswali u l-isfruttament sesswali tat-tfal u l-pedopornografija, p. 8 (COM(2016)0871).

(25)  Iċ-Ċentru Ewropew kontra l-Faċilitazzjoni ta' Dħul Klandestin ta' Migranti (Europol), Ir-Raba' Rapport Annwali tal-Attività – 2020.

(26)  Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2016/794, fir-rigward tal-kooperazzjoni tal-Europol ma' partijiet privati, l-ipproċessar ta' data personali mill-Europol b'appoġġ għall-investigazzjonijiet kriminali, u r-rwol tal-Europol fir-riċerka u l-innovazzjoni (COM(2020)0796).

(27)  ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39.

(28)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2004/82/KE tad-29 ta' April 2004 dwar l-obbligu ta' trasportaturi li jikkomunikaw data dwar il-passiġġieri (ĠU L 261, 6.8.2004, p. 24).


29.10.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 445/150


P9_TA(2020)0379

Il-ħtieġa ta' konfigurazzjoni speċifika tal-Kunsill dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Diċembru 2020 dwar il-ħtieġa ta' konfigurazzjoni speċifika tal-Kunsill dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri (2020/2896(RSP))

(2021/C 445/18)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikoli 2 u 3(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikoli 8, 10, 19, 153(1)(i), 157 u 236 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

wara li kkunsidra l-Artikoli 21 u 23 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 2(1) tar-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tat-2 ta' Lulju 2008 għal direttiva tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' trattament ugwali bejn il-persuni irrispettivament mir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabilità, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali (Direttiva kontra d-Diskriminazzjoni) (COM(2008)0426),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' opportunitajiet indaqs u ta' trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta' impjiegi u xogħol (1),

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tal-14 ta' Marzu 2012 għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-titjib tal-bilanċ bejn is-sessi fost diretturi mhux eżekuttivi ta' kumpaniji elenkati f'borża u miżuri relatati (Direttiva dwar in-Nisa fuq il-Bordijiet) (COM(2012)0614),

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika (Konvenzjoni ta' Istanbul), li daħlet fis-seħħ fl-1 ta' Awwissu 2014,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tal-4 ta' Marzu 2016 għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika (COM(2016)0109),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta' Novembru 2019 dwar l-adeżjoni tal-UE għall-Konvenzjoni ta' Istanbul u l-miżuri l-oħra biex tiġi miġġielda l-vjolenza abbażi tal-ġeneru (2),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-30 ta' Jannar 2020 dwar id-differenza fil-pagi bejn il-ġeneri (3),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' Ottubru 2020 dwar l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri fil-politika estera u ta' sigurtà tal-UE (4),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' Ġunju 2020 dwar il-protesti kontra r-razziżmu wara l-mewt ta' George Floyd (5),

wara li kkunsidra l-Indiċi tal-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri tal-2020 mill-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (EIGE), ippubblikat fit-28 ta' Ottubru 2020,

wara li kkunsidra r-rapport tal-EIGE tad-19 ta' Novembru 2020 dwar l-inugwaljanzi bejn il-ġeneri fil-kura u l-pagi fl-UE,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta' Diċembru 2019 bit-titolu ''Ekonomiji Ugwali bejn is-Sessi fl-UE: It-Triq 'il Quddiem",

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-2 ta' Diċembru 2020 dwar l-indirizzar tad-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa,

wara li kkunsidra l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u, b'mod partikolari, il-prinċipji 2, 3, 9 u 15 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs) tan-NU li ġew miftiehma fl-2015, b'mod partikolari l-għanijiet 5 u 8,

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta' Marzu 2020 bit-titolu “Unjoni ta' Ugwaljanza: Strateġija ta' Ugwaljanza Bejn is-Sessi għall-2020-2025” (COM(2020)0152),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà tal-25 ta' Novembru 2020 bit-titolu “Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar il-Ġeneru (Gener Action Plan, GAP) III – Aġenda Ambizzjuża għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-għoti tas-setgħa lin-nisa fl-azzjoni esterna tal-UE” (JOIN(2020)0017),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta' Novembru 2020 bit-titolu “Unjoni ta' Ugwaljanza: Strateġija dwar l-Ugwaljanza tal-LGBTIQ 2020-2025” (COM(2020)0698),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta' Settembru 2020 bit-titolu “Unjoni ta' Ugwaljanza: Pjan ta' azzjoni tal-UE għall-ġlieda kontra r-razziżmu 2020-2025” (COM(2020)0565),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta' Ottubru 2020 bit-titolu “Unjoni ta' Ugwaljanza: Qafas Strateġiku tal-UE għar-Rom għall-ugwaljanza, għall-inklużjoni u għall-parteċipazzjoni” (COM(2020)0620),

wara li kkunsidra l-Artikolu 132(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi l-ugwaljanza bejn il-ġeneri hija valur fundamentali u għan ewlieni tal-UE; billi d-dritt għal trattament indaqs u għan-nondiskriminazzjoni huwa dritt fundamentali stabbilit fit-Trattati u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u għandu jiġi rrispettat bis-sħiħ;

B.

billi l-Artikolu 8 TFUE jistabbilixxi l-prinċipju tal-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri li skont dan l-Unjoni għandu jkollha l-għan li telimina l-inugwaljanzi, u li tippromwovi l-ugwaljanza, bejn l-irġiel u n-nisa fl-attivitajiet kollha tagħha;

C.

billi d-diskriminazzjoni abbażi tal-ġeneru u l-identità tal-ġeneru ta' spiss tiġi kkombinata mad-diskriminazzjoni abbażi ta' raġunijiet oħra, bħar-razza, il-kulur, l-oriġini etnika jew soċjali, il-karatteristiċi ġenetiċi, il-lingwa, ir-reliġjon jew it-twemmin, l-opinjoni politika jew kwalunkwe opinjoni oħra, is-sħubija f'minoranza nazzjonali, il-proprjetà, it-twelid, id-diżabilità, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali, li jwasslu għal diskriminazzjoni doppja u multipla; billi perspettiva orizzontali, intersezzjonali u l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri fil-politiki tal-UE huma essenzjali għall-kisba tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-ugwaljanza b'mod ġenerali;

D.

billi perspettiva orizzontali, intersezzjonali hija essenzjali fi kwalunkwe politika ta' ugwaljanza bejn il-ġeneri sabiex jiġi rikonoxxut u indirizzat dan it-theddid multiplu ta' diskriminazzjoni; billi l-politiki tal-UE s'issa ma ħadux approċċ intersezzjonali u ffukaw l-aktar fuq id-dimensjoni individwali tad-diskriminazzjoni, li ma tindirizzax id-dimensjonijiet istituzzjonali, strutturali u storiċi tagħha; billi l-analiżi intersezzjonali mhux biss tippermettilna nifhmu l-ostakoli strutturali, iżda tipprovdi wkoll evidenza li abbażi tagħha għandhom jiġu stabbiliti punti ta' riferiment u titwitta t-triq lejn politiki strateġiċi u effettivi kontra d-diskriminazzjoni sistemika, l-esklużjoni u l-inugwaljanzi bejn il-ġeneri;

E.

billi skont l-Indiċi tal-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri 2020 tal-EIGE, l-ebda pajjiż tal-UE għadu ma kiseb bis-sħiħ l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel; billi l-progress tal-UE dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri għadu miexi bil-mod, bil-punteġġ tal-indiċi jittejjeb b'medja ta' punt kull sentejn; billi b'din ir-rata, l-UE se tieħu aktar minn 60 sena biex tikseb l-ugwaljanza bejn il-ġeneri;

F.

billi l-vjolenza abbażi tal-ġeneru fil-forom kollha tagħha tikkostitwixxi diskriminazzjoni u ksur tad-drittijiet tal-bniedem integrati fl-inugwaljanza bejn il-ġeneri, li tgħin biex dawn jipperpetwaw u jissaħħu; billi l-vjolenza abbażi tal-ġeneru hija wieħed mill-akbar ostakoli biex tinkiseb l-ugwaljanza bejn il-ġeneri; billi stħarriġ tal-2014 mill-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) wera li mara minn kull tliet nisa esperjenzat vjolenza fiżika jew sesswali mill-età ta' 15-il sena, li 55 % tan-nisa ffaċċjaw forma waħda jew aktar ta' fastidju sesswali u li, bħala medja, mara tmut kull jumejn u nofs b'riżultat tal-vjolenza domestika; billi ħajja ħielsa mill-vjolenza hija prerekwiżit għall-ugwaljanza; billi fl-UE jseħħu madwar 3 500 femminiċidju kull sena marbuta mal-vjolenza domestika (6); billi data diżaggregata skont il-ġeneru u sensittiva għall-ġeneru ta' natura komparabbli hija essenzjali sabiex tirrifletti l-firxa sħiħa tal-vjolenza abbażi tal-ġeneru, tagħmel l-inugwaljanzi viżibbli u toħloq politiki mmirati; billi għad hemm nuqqas ta' data diżaggregata skont il-ġeneru u sensittiva għall-ġeneru f'oqsma differenti tal-politiki tal-UE u tal-Istati Membri;

G.

billi, skont l-aħħar ċifri tal-Kummissjoni, id-differenza bejn il-ġeneri fl-UE fir-rigward tal-paga fis-siegħa hija ta' 16 %, għalkemm din tvarja b'mod sinifikanti bejn l-Istati Membri; billi d-differenza fil-pagi bejn il-ġeneri tiżdied għal 40 % meta jitqiesu r-rati tal-impjieg u l-parteċipazzjoni ġenerali fis-suq tax-xogħol; billi s-sitwazzjoni hija saħansitra agħar meta n-nisa jirtiraw mix-xogħol, minħabba li l-pensjonijiet tagħhom huma ta' madwar 37 % inqas minn dawk tal-irġiel b'konsegwenza tad-differenza fil-pagi bejn il-ġeneri, fost fatturi oħra; billi fl-2018 ir-rata ta' impjieg fl-UE, li tvarja b'mod sinifikanti bejn l-Istati Membri, kienet għadha ogħla għall-irġiel (79 %) milli għan-nisa (67,4 %); billi 31,3 % tan-nisa impjegati ta' bejn l-20 u l-64 sena fl-UE ħadmu fuq bażi part-time fl-2018, meta mqabbla ma' 8,7 % tal-irġiel; billi n-nisa huma rrappreżentati żżejjed fl-ekonomija informali, xogħol part-time involontarju, u impjiegi prekarji u b'pagi baxxi;

H.

billi x-xogħol ta' kura u domestiku mingħajr ħlas, li jsir l-aktar min-nisa, iħalli impatt fuq il-progressjoni tal-impjieg u l-karriera u jikkontribwixxi għad-differenza bejn il-pagi u l-pensjonijiet tal-irġiel u n-nisa; billi l-istimi juru li fis-settur tal-kura, 80 % tas-servizzi huma pprovduti minn indukraturi informali li huma l-aktar nisa (75 %), inklużi nisa migranti;

I.

billi n-nisa għalhekk għadhom mhumiex irrappreżentati biżżejjed u jsofru minn diversi forom ta' diskriminazzjoni fis-suq tax-xogħol, u billi l-għan huwa li jingħataw l-istess opportunitajiet fuq il-post tax-xogħol bħall-irġiel sabiex jitnaqqsu dawk id-differenzi;

J.

billi skont il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta' Jannar 2020 dwar Ewropa soċjali b'saħħitha għal tranżizzjonijiet ġusti (COM(2020)0014), servizzi mtejba ta' indukrar tat-tfal u ta' kura fit-tul huma mezz biex jiġi żgurat li r-responsabbiltajiet ta' kura jiġu kondiviżi b'mod aktar ugwali bejn in-nisa u l-irġiel, bil-għan li tiġi ffaċilitata l-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol fuq l-istess livell bħall-irġiel;

K.

billi d-differenzi bejn il-ġeneri u l-ostakoli strutturali jippersistu f'ħafna oqsma, filwaqt li jirrestrinġu lin-nisa u lill-irġiel għar-rwoli tradizzjonali tagħhom u jillimitaw l-opportunitajiet tan-nisa biex jibbenefikaw bis-sħiħ mid-dritt fundamentali tagħhom ta' ugwaljanza fl-impjieg, fix-xogħol u fil-pagi;

L.

billi n-nisa mhumiex irrappreżentati biżżejjed f'pożizzjonijiet ta' teħid ta' deċiżjonijiet, inkluż fis-settur ekonomiku, u l-parità bejn il-ġeneri f'korpi eletti għad fadlilha biex tintlaħaq; billi skont l-EIGE, inqas minn terz tal-parlamentari kollha fl-UE huma nisa; billi l-biċċa l-kbira tal-korpi tat-teħid ta' deċiżjonijiet ma għandhomx għarfien espert fl-ugwaljanza bejn il-ġeneri;

M.

billi l-fehmiet stereotipiċi tar-rwoli tal-ġeneri jikkontribwixxu għall-inugwaljanzi bejn il-ġeneri u jgħinu biex tiġi pperpetwata l-vjolenza abbażi tal-ġeneru; billi huwa fl-interess tas-soċjetà kollha kemm hi li tiġġieled l-inugwaljanzi bejn il-ġeneri, u billi l-parteċipazzjoni tal-irġiel fl-isforzi biex jiġu miġġielda l-inugwaljanza bejn il-ġeneri u l-vjolenza abbażi tal-ġeneru hija kruċjali;

N.

billi l-aċċess għall-kura tas-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet relatati huwa essenzjali biex tinkiseb l-ugwaljanza bejn il-ġeneri; billi ċ-ċaħda tas-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet relatati (SRHR) hija forma ta' vjolenza abbażi tal-ġeneru; billi l-Parlament indirizza l-SRHR fil-Programm tiegħu “l-UE għas-Saħħa” li għadu kif ġie adottat, bil-għan li jiġi żgurat aċċess f'waqtu għall-prodotti li huma meħtieġa għall-provvista sikura tal-SRHR;

O.

billi sar progress pożittiv fl-UE, iżda għad hemm lok għal titjib, kif qed naraw reazzjoni negattiva serja kontra l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u d-drittijiet tan-nisa, inkluż fil-qasam tal-SRHR; billi din ir-rigressjoni trid tiġi miġġielda u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u d-drittijiet tan-nisa għandhom jiġu mħarsa fl-ogħla livell politiku;

P.

billi l-pandemija tal-COVID-19 kellha impatt sproporzjonat fuq in-nisa u l-bniet bħala riżultat tal-inugwaljanzi eżistenti li jwasslu, fost kwistjonijiet oħra, għal żieda esponenzjali fil-vjolenza abbażi tal-ġeneru u għal tluq bikri mis-suq tax-xogħol; billi l-inkorporazzjoni ta' perspettiva tal-ġeneru fl-istadji kollha tar-rispons għall-kriżi tal-COVID-19 hija essenzjali;

Q.

billi jokkupaw l-aktar impjiegi prekarji fis-soċjetà tagħna, in-nisa ntlaqtu l-aktar matul il-pandemija tal-COVID-19 minħabba qgħad parzjali, ir-riskju li jitilfu l-impjieg tagħhom u t-telexogħol sfurzat minħabba n-nuqqas ta' indukrar tat-tfal; billi għoxrin fil-mija tan-nisa fl-UE kienu diġà fir-riskju ta' faqar jew esklużjoni soċjali (7); billi n-nisa jikkostitwixxu wkoll 85 % tal-familji b'ġenitur wieħed, li saħansitra huma f'riskju akbar ta' prekarjetà u ta' żieda fil-faqar; billi 500 miljun persuna (8) fid-dinja huma mistennija li jisfaw foqra fix-xhur li ġejjin, bil-maġġoranza tagħhom huma nisa; billi l-faqar u l-esklużjoni soċjali għandhom kawżi strutturali li jeħtieġ li jinqerdu u jitreġġgħu lura, b'mod partikolari, permezz ta' politiki dwar l-impjiegi, id-djar, il-mobilità u l-aċċess għas-servizzi pubbliċi;

R.

billi l-kriżi tal-COVID-19 uriet l-importanza tal-integrazzjoni tal-UE u tat-tisħiħ tal-kooperazzjoni u d-djalogu bejn l-Istati Membri, l-iskambju ta' soluzzjonijiet u t-twettiq ta' azzjonijiet fil-livell tal-UE u risponsi kkoordinati, inkluż fil-qasam tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri;

S.

billi għall-ewwel darba, l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri se tkun prijorità orizzontali fil-qafas finanzjarju pluriennali 2021-2027, wara ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, u għandha tkun akkumpanjata minn valutazzjonijiet tal-impatt ta' kull proposta leġiżlattiva u ta' politika u monitoraġġ u evalwazzjoni reattivi għal kwistjonijiet ta' ġeneru tal-programmi, inkluż billi jiġu traċċati l-fondi ddedikati għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri; billi l-implimentazzjoni tal-ibbaġitjar skont il-ġeneru għandha tiġi mmonitorjata wkoll fl-ogħla livell politiku fil-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u fil-programmi ewlenin ta' finanzjament tal-UE; billi l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-issodisfar tad-drittijiet tan-nisa u l-bniet huma prekundizzjonijiet għall-irkupru ekonomiku u l-iżvilupp sostenibbli inklużiv;

T.

billi, tmien snin wara l-approvazzjoni tagħha, il-Konvenzjoni ta' Istanbul għadha ma ġietx ratifikata mill-Istati Membri kollha, jew mill-UE; billi l-Konvenzjoni ta' Istanbul hija l-aktar għodda internazzjonali importanti eżistenti għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza abbażi tal-ġeneru;

U.

billi f'diversi riżoluzzjonijiet, bħar-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta' Novembru 2019 dwar l-adeżjoni tal-UE għall-Konvenzjoni ta' Istanbul u l-miżuri l-oħra biex tiġi miġġielda l-vjolenza abbażi tal-ġeneru, il-Parlament talab lill-Kunsill jattiva l-“klawsola passarelle” stabbilita fl-Artikolu 83(1) TFUE sabiex il-vjolenza abbażi tal-ġeneru tiġi inkluża fil-lista tal-Eurocrimes; billi l-Parlament talab, f'diversi okkażjonijiet, li titfassal direttiva biex tiġi evitata u miġġielda l-vjolenza abbażi tal-ġeneru;

V.

billi seba' snin minn meta l-Kummissjoni ressqet il-proposta tagħha u l-Parlament adotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari, għadu ma ntlaħaq l-ebda ftehim dwar id-direttiva dwar it-titjib tal-bilanċ bejn il-ġeneri fost diretturi mhux eżekuttivi ta' kumpaniji elenkati f'borża u miżuri relatati (Direttiva dwar in-Nisa fuq il-Bordijiet), u l-proposta għadha mblukkata fil-Kunsill sal-lum;

W.

billi tnax-il sena mill-proposta tal-Kummissjoni stess, għadu ma ntlaħaq l-ebda ftehim dwar id-direttiva tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' trattament ugwali bejn il-persuni irrispettivament mir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabilità, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali, u l-proposta għadha mblukkata fil-Kunsill sal-lum;

X.

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tiegħu tal-10 ta' Diċembru 2019 bit-titolu ''Ekonomiji Ugwali bejn is-Sessi fl-UE: It-Triq 'il Quddiem", il-Kunsill saħaq li “filwaqt li għad fadal sfidi qodma, qed jitfaċċaw oħrajn ġodda. L-objettivi stabbiliti għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri ma ntlaħqux bis-sħiħ” u talab lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex “isaħħu l-ugwaljanza bejn il-ġeneri […] billi jippromwovu b'mod attiv djalogu politiku ta' livell għoli dwar kwistjonijiet ta' ugwaljanza bejn il-ġeneri fil-livell tal-UE, u fl-ogħla livell politiku”;

Y.

billi d-djalogu politiku ta' livell għoli u d-djalogu fil-livell tal-UE wrew li huma effiċjenti fit-tnaqqis tad-differenzi bejn l-Istati Membri u fil-promozzjoni tal-integrazzjoni Ewropea fil-biċċa l-kbira tal-oqsma ta' politika; billi djalogu strutturat fl-ogħla livell politiku huwa essenzjali għall-protezzjoni u l-promozzjoni tad-drittijiet tan-nisa u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri permezz tal-adozzjoni ta' leġiżlazzjoni tal-Unjoni reattiva għal kwistjonijiet ta' ġeneru;

Z.

billi r-rwol tal-Kunsill bħala koleġiżlatur tal-UE huwa essenzjali; billi l-konfigurazzjonijiet tal-Kunsill iridu jitfasslu biex jindirizzaw l-isfidi u l-prijoritajiet politiċi attwali; billi n-nuqqas ta' konfigurazzjoni speċifika tal-Kunsill dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri jżid ir-riskju li tiġi adottata leġiżlazzjoni li ma tqisx il-kwistjonijiet tal-ġeneru;

AA.

billi l-Kummissjoni attwali wriet impenn b'saħħtu għall-avvanz tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri fil-linji gwida politiċi tal-President tagħha u permezz ta' azzjonijiet sussegwenti;

AB.

billi l-kwistjonijiet dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri attwalment huma indirizzati fil-livell tal-Kunsill Impjiegi, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur, li ma jirriflettix b'mod xieraq l-aspetti kollha li għandhom jiġu indirizzati;

AC.

billi l-Parlament diġà talab li titwaqqaf konfigurazzjoni ġdida tal-Kunsill tal-ministri u s-segretarji tal-Istat responsabbli għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri;

AD.

billi diversi presidenzi tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għamlu sforzi pożittivi biex jorganizzaw laqgħat informali għall-ministri u s-segretarji tal-Istat responsabbli għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri u biex ipoġġu kwistjonijiet ta' ugwaljanza bejn il-ġeneri fuq aġendi tal-programmi; billi din il-prattika trid tiġi istituzzjonalizzata permezz ta' forum iddedikat permanenti;

AE.

billi azzjoni magħquda hija essenzjali biex id-drittijiet tan-nisa fl-Ewropa jikkonverġu 'l fuq u jiġu armonizzati permezz ta' patt b'saħħtu bejn l-Istati Membri, billi tiġi kondiviża u implimentata l-aktar leġiżlazzjoni ambizzjuża tal-Unjoni u billi jiġu implimentati l-aħjar prattiki li hemm fis-seħħ bħalissa fl-UE;

AF.

billi, filwaqt li hemm Kummissarju li huwa esklussivament responsabbli għall-ugwaljanza u l-Parlament għandu kumitat iddedikat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri, ma hemm l-ebda konfigurazzjoni speċifika tal-Kunsill dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, u l-ministri u s-segretarji tal-Istat responsabbli għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri ma għandhom l-ebda forum iddedikat u formalizzat għad-diskussjoni;

AG.

billi l-Kunsill Ewropew, waqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, għandu d-dritt li jistabbilixxi (jew jemenda) il-lista ta' konfigurazzjonijiet li fihom jiltaqa' l-Kunsill, li mhumiex dawk tal-Kunsill Affarijiet Ġenerali u tal-Kunsill Affarijiet Barranin;

1.

Jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-ministri u s-segretarji tal-Istat responsabbli għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri ma għandhom l-ebda forum istituzzjonali ddedikat biex jiġi żgurat li r-rappreżentanti tal-Istati Membri jiltaqgħu, jiddiskutu, jilleġiżlaw, jieħdu deċiżjonijiet politiċi u jiskambjaw l-aħjar prattiki b'mod regolari; jisħaq li t-tlaqqigħ flimkien tal-ministri u s-segretarji tal-Istat responsabbli għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri se jipprovdi forum għall-kooperazzjoni li jkun iffukat aħjar u aktar effiċjenti, li jiżgura integrazzjoni aktar b'saħħitha tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri fl-istrateġiji u l-proċessi politiċi tal-UE, approċċ koerenti u koordinazzjoni tal-politiki relatati kollha;

2.

Jisħaq fuq l-importanza li l-ministri u s-segretarji tal-Istat responsabbli għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri jinġabru f'forum wieħed iddedikat u formali sabiex jitwettqu miżuri u leġiżlazzjoni komuni u konkreti biex jiġu indirizzati l-isfidi fil-qasam tad-drittijiet tan-nisa u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u jiġi żgurat li l-kwistjonijiet ta' ugwaljanza bejn il-ġeneri jiġu diskussi fl-ogħla livell politiku, filwaqt li jitqiesu l-forom distinti ta' diskriminazzjoni li jsofru n-nisa ddiskriminati minħabba r-razza, in-nisa li jappartjenu għal minoranzi etniċi, reliġjużi u lingwistiċi, in-nisa akbar fl-età, in-nisa b'diżabilità, in-nisa Rom, in-nisa LBTI, in-nisa rifuġjati u migranti, u n-nisa f'riskju ta' esklużjoni soċjali;

3.

Jisħaq fuq l-importanza tas-sinjal politiku espress permezz tat-twaqqif ta' konfigurazzjoni tal-Kunsill dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri; jafferma li konfigurazzjoni speċifika tal-Kunsill dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, li tippermetti lill-ministri u lis-segretarji tal-Istat responsabbli għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri jiltaqgħu u jiddiskutu b'mod regolari, se ssaħħaħ l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, kif ukoll id-djalogu u l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri, l-iskambju tal-aħjar prattiki u leġiżlazzjoni, u l-kapaċità li jingħataw risponsi komuni għall-problemi madwar l-UE kollha, u se tikkontribwixxi biex jitnaqqsu d-differenzi bejn l-Istati Membri u biex tiġi armonizzata l-protezzjoni tad-drittijiet tan-nisa u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri fl-Ewropa permezz ta' approċċ intersezzjonali;

4.

Jissottolinja li konfigurazzjoni speċifika tal-Kunsill dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri tirrappreżenta element ewlieni biex jiġu żblukkati n-negozjati dwar il-fajls ewlenin relatati mal-ugwaljanza bejn il-ġeneri, jiġifieri r-ratifika tal-Konvenzjoni ta' Istanbul, l-adozzjoni tad-direttiva dwar it-titjib tal-bilanċ bejn is-sessi fost diretturi mhux eżekuttivi ta' kumpaniji elenkati f'borża u miżuri relatati (Direttiva dwar in-Nisa fuq il-Bordijiet), u d-Direttiva tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' trattament ugwali bejn il-persuni irrispettivament mir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabilità, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali (Direttiva kontra d-Diskriminazzjoni), u biex tingħata spinta lil kwistjonijiet oħra dwar il-ġeneri li għandhom jiġu indirizzati fis-snin li ġejjin, bħaż-żieda tal-vjolenza abbażi tal-ġeneru mal-lista ta' Eurocrimes u l-adozzjoni ta' direttiva futura dwar il-vjolenza abbażi tal-ġeneru;

5.

Jistieden lill-Kunsill u lill-Kunsill Ewropew jistabbilixxu konfigurazzjoni tal-Kunsill dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri sabiex tiġi ffaċilitata l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri fil-politiki u l-leġiżlazzjoni kollha tal-UE;

6.

Jistieden lill-Kunsill Ewropew jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata u jemenda l-lista ta' konfigurazzjonijiet li fiha jiltaqa' l-Kunsill, skont l-Artikolu 236 TFUE u l-Artikolu 2(1) tar-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill;

7.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

(1)  ĠU L 204, 26.7.2006, p. 23.

(2)  Testi adottati, P9_TA(2019)0080.

(3)  Testi adottati, P9_TA(2020)0025.

(4)  Testi adottati, P9_TA(2020)0286.

(5)  Testi adottati, P9_TA(2020)0173.

(6)  https://www.europarl.europa.eu/RegData/etudes/BRIE/2018/630296/EPRS_BRI(2018)630296_EN.pdf

(7)  Eurostat, 2018.

(8)  Skont l-NGOs (Oxfam) u n-NU.


29.10.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 445/156


P9_TA(2020)0382

Strateġija tal-UE dwar l-adattament għat-tibdil fil-klima

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Diċembru 2020 dwar l-istrateġija tal-UE dwar l-adattament għat-tibdil fil-klima (2020/2532(RSP))

(2021/C 445/19)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC) u l-Protokoll ta' Kjoto anness magħha,

wara li kkunsidra l-Ftehim adottat fil-21 Konferenza tal-Partijiet għall-UNFCCC (COP 21) li saret f'Pariġi fit-12 ta' Diċembru 2015 (il-Ftehim ta' Pariġi),

wara li kkunsidra l-istrateġija tal-UE dwar l-adattament għat-tibdil fil-klima ta' April 2013 u d-dokumenti ta' ħidma tal-persunal li jakkumpanjawha,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tat-12 ta' Novembru 2018 dwar l-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE dwar l-adattament għat-tibdil fil-klima (COM(2018)0738),

wara li kkunsidra l-“Adaptation Gap Report 2018” tal-Programm tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ambjent,

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Diċembru 2019 dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew (COM(2019)0640),

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tal-4 ta' Marzu 2020 għal regolament li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1999 (“il-Liġi Ewropea dwar il-Klima”) (COM(2020)0080),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Mejju 2020 bit-titolu “Strateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030: Inreġġgħu n-natura lura f'ħajjitna” (COM(2020)0380),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Mejju 2020 bit-titolu “Strateġija ‘Mill-Għalqa sal-Platt’ għal sistema tal-ikel ġusta, tajba għas-saħħa u favur l-ambjent” (COM(2020)0381),

wara li kkunsidra r-rapport speċjali tal-Grupp Intergovernattiv ta' Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC) dwar it-tisħin globali ta' 1,5o C, il-ħames rapport ta' valutazzjoni tiegħu (AR5) u r-rapport ta' sintesi tiegħu, kif ukoll ir-rapport speċjali tiegħu dwar it-tibdil fil-klima u l-art, u r-rapport speċjali tiegħu dwar l-oċean u l-krijosfera fi klima li qed tinbidel,

wara li kkunsidra l-Valutazzjoni Globali dwar il-Bijodiversità u s-Servizzi Ekosistemiċi ppubblikata mill-Pjattaforma Intergovernattiva tal-Politika tax-Xjenza dwar il-Bijodiversità u s-Servizzi Ekosistemiċi (IPBES) fil-31 ta' Mejju 2019,

wara li kkunsidra r-Rapport Speċjali Nru 33/2018 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri bit-titolu “Il-ġlieda kontra d-deżertifikazzjoni fl-UE: theddida dejjem akbar li tirrikjedi azzjoni addizzjonali”,

wara li kkunsidra r-rapport ewlieni tal-Kummissjoni Dinjija dwar l-Adattament tal-2019, bit-titolu “Adapt Now: A Global Call for Leadership on Climate Resilience” (Adatta Issa: Sejħa Globali għat-Tmexxija u r-Reżiljenza għat-Tibdil fil-Klima),

wara li kkunsidra s-Seba' Programm ta' Azzjoni Ambjentali sal-2020 tal-UE u l-viżjoni tiegħu għall-2050,

wara li kkunsidra l-Aġenda 2030 tan-NU għall-Iżvilupp Sostenibbli u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Jannar 2020 dwar il-15-il laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet (COP15) għall-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika (1),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Jannar 2020 dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew (2),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta' Novembru 2019 dwar l-emerġenza klimatika u ambjentali (3),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) ibbażat fuq l-indikaturi tal-25 ta' Jannar 2017 bit-titolu “Climate change, impacts and vulnerability in Europe 2016” (Tibdil fil-klima, l-impatti u l-vulnerabbiltà fl-Ewropa 2016),

wara li kkunsidra l-valutazzjoni tal-indikaturi tal-EEA tat-2 ta' April 2019 bit-titolu “Economic losses from climate-related extremes in Europe” (Telfien ekonomiku minħabba fenomeni estremi relatati mal-klima fl-Ewropa),

wara li kkunsidra r-rapport tal-EEA tal-4 ta' Settembru 2019 bit-titolu “Climate change adaptation in the agriculture sector in Europe” (Adattament għat-tibdil fil-klima fis-settur tal-agrikoltura fl-Ewropa),

wara li kkunsidra r-rapport tal-EEA tal-4 ta' Diċembru 2019 bit-titolu “The European environment – state and outlook 2020: knowledge for transition to a sustainable Europe” (L-ambjent Ewropew – l-istat u l-prospetti għall-2020: għarfien għal tranżizzjoni lejn Ewropa sostenibbli),

wara li kkunsidra l-opinjoni xjentifika tal-Grupp indipendenti ta' Konsulenti Xjentifiċi Ewlenin tal-Kummissjoni tad-29 ta' Ġunju 2020 dwar l-adattament għall-effetti fuq is-saħħa relatati mat-tibdil fil-klima,

wara li kkunsidra r-rapport tal-EEA tat-8 ta' Settembru 2020 bit-titolu “Healthy environment, healthy lives: how the environment influences health and well-being in Europe” (Ambjent b'saħħtu, ħajjiet f'saħħithom: kif l-ambjent jinfluwenza s-saħħa u l-benessri fl-Ewropa),

wara li kkunsidra l-Qafas ta' Sendai tan-NU għat-Tnaqqis tar-Riskju ta' Diżastri 2015-2030,

wara li kkunsidra d-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (4),

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2020/741 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Mejju 2020 dwar ir-rekwiżiti minimi għall-użu mill-ġdid tal-ilma (5),

wara li kkunsidra l-Qafas ta' Adattament ta' Cancún,

wara li kkunsidra l-Mekkaniżmu Internazzjonali ta' Varsavja għal Telf u Ħsara assoċjati mal-Impatti tat-Tibdil fil-Klima,

wara li kkunsidra d-Direttiva 2007/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2007 dwar il-valutazzjoni u l-immaniġġjar tar-riskji tal-għargħar (6),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Settembru 2015 dwar is-segwitu għall-Inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej “Right2Water” (7),

wara li kkunsidra r-Rapport Speċjali Nru 33/2018 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri bit-titolu “Il-ġlieda kontra d-deżertifikazzjoni fl-UE: theddida dejjem akbar li tirrikjedi azzjoni addizzjonali”,

wara li kkunsidra r-Rapport Speċjali Nru 25/2018 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri bit-titolu “Direttiva dwar l-Għargħar: inkiseb progress fil-valutazzjoni tar-riskji, iżda jeħtieġ li jsir titjib fl-ippjanar u fl-implimentazzjoni”,

wara li kkunsidra r-rapporti tal-Kummissjoni “Projections of economic impacts of climate change in sectors of the EU based on bottom-up analysis” (Projezzjonijiet tal-impatti ekonomiċi tat-tibdil fil-klima fis-setturi tal-UE bbażati fuq analiżi minn isfel għal fuq (PESETA)), b'mod partikolari r-rapporti PESETA III u IV tal-2018 u l-2020,

wara li kkunsidra l-mistoqsija lill-Kummissjoni dwar strateġija tal-UE dwar l-adattament għat-tibdil fil-klima (O-000075/2020 – B9-0075/2020),

wara li kkunsidra l-Artikoli 136(5) u 132(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel,

A.

billi t-tibdil osservat fil-klima diġà qed ikollu impatt wiesa' fuq l-ekosistemi (u b'mod partikolari fuq il-bijodiversità), is-setturi soċjali u ekonomiċi (biż-żieda fl-inugwaljanza) u s-saħħa tal-bniedem; billi huwa importanti li jiġi evitat li jfeġġu theddidiet multipli u li spiss jinteraġixxu flimkien għall-ekosistemi u l-organiżmi selvaġġi, inkluż it-telf u d-degradazzjoni ta' ħabitats; billi l-effetti tat-tibdil fil-klima qed ikomplu jiġu rreġistrati globalment u fl-UE, u billi hemm aktar evidenza li t-tibdil fil-klima fil-ġejjieni se jżid in-numru ta' avvenimenti estremi relatati mal-klima f'ħafna reġjuni tal-UE, kif ukoll f'pajjiżi terzi, u jikkawża invażjonijiet ta' portaturi ta' mard infettiv li jistgħu jwasslu biex jerġa' jfeġġ mard infettiv li preċedentement kien ġie eliminat fl-UE; billi l-adattament għat-tibdil fil-klima mhux biss huwa fl-interess ekonomiku tal-UE, iżda huwa wkoll essenzjali għall-benessri tal-pubbliku;

B.

billi l-Istati Membri, ir-reġjuni u s-setturi fl-UE huma, u huwa mbassar li se jkunu, affettwati b'mod differenti mit-tibdil fil-klima; billi r-reġjuni kostali u insulari huma partikolarment vulnerabbli għall-impatti tat-tibdil fil-klima; billi l-kapaċità ta' adattament tvarja b'mod sinifikanti bejn ir-reġjuni tal-UE, u l-kapaċità ta' adattament tar-reġjuni insulari u ultraperiferiċi tal-UE hija limitata; billi l-istrateġiji ta' adattament għandhom iħeġġu wkoll tranżizzjoni għal żvilupp sostenibbli fiż-żoni vulnerabbli, bħall-gżejjer, filwaqt li jibnu fuq soluzzjonijiet tajbin għall-ambjent u bbażati fuq in-natura; billi ż-żona tal-Mediterran se ssofri aktar mill-effetti tal-mortalità tal-bnedmin, l-iskarsezza tal-ilma, id-deżertifikazzjoni, it-telf tal-ħabitats u n-nirien fil-foresti relatati mas-sħana;

C.

billi l-iskollijiet tal-qroll u l-mangrovji, li huma bjar tal-karbonju naturali essenzjali, huma f'riskju minħabba t-tibdil fil-klima;

D.

billi s-saħħa tal-ħamrija hija fattur ewlieni fil-mitigazzjoni tal-effetti tad-deżertifikazzjoni, peress li l-ħamrija hija l-akbar ġibjun tal-karbonju u s-sinsla tal-ekosistemi u l-għelejjel kollha, u għandha kapaċità sinifikanti ta' żamma tal-ilma u rwol importanti fit-titjib tar-reżiljenza tas-soċjetà għat-tibdil ambjentali;

E.

billi s-settur tal-ilma, l-agrikoltura, is-sajd, il-forestrija u l-bijodiversità tal-art u tal-baħar huma marbuta b'mod qawwi, u huma relatati wkoll max-xejriet tat-tibdil fl-użu tal-art u t-tibdil tal-popolazzjoni; billi l-impatti tat-tibdil fil-klima f'partijiet oħra tad-dinja jistgħu jaffettwaw lill-UE permezz tal-kummerċ, il-flussi finanzjarji internazzjonali, is-saħħa pubblika, il-migrazzjoni u s-sigurtà;

F.

billi l-konsum kumplessiv tal-enerġija fis-settur tal-ilma fl-UE huwa sinifikanti u jeħtieġ li jkun aktar effiċjenti sabiex jikkontribwixxi għall-għanijiet tal-Ftehim ta' Pariġi u l-għanijiet klimatiċi tal-UE għall-2030 u biex tinkiseb newtralità f'termini ta' emissjonijiet tal-karbonju fl-2050;

G.

billi d-Direttiva Qafas dwar l-Ilma (WFD) ma tinkludix dispożizzjonijiet speċifiċi sabiex jiġu indirizzati l-impatti tat-tibdil fil-klima; billi fil-komunikazzjoni tagħha dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew, il-Kummissjoni madankollu tirrikonoxxi li l-funzjonijiet naturali tal-ilma tal-wiċċ u l-ilma ta' taħt l-art iridu jiġu restawrati;

H.

billi l-bini huwa responsabbli għal madwar 40 % tal-konsum tal-enerġija u 36 % tal-emissjonijiet ta' CO2 fl-UE, u billi r-rinnovazzjoni estensiva tiegħu, inkluża rinnovazzjoni estensiva fi stadji, hija għalhekk kruċjali biex jintlaħaq l-objettiv tal-UE ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra żero netti sal-2050;

I.

billi l-EEA stmat li l-avvenimenti estremi relatati mat-temp u l-klima kkawżaw telf ta' EUR 426 biljun bejn l-1980 u l-2017 fl-Istati Membri tal-EU-28, u qalet li l-ispejjeż tal-ħsarat mit-tibdil fil-klima mistennija jkunu għoljin, anki jekk il-Ftehim ta' Pariġi jiġi implimentat; billi dawn l-ispejjeż għandhom jitqiesu fl-analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji tal-miżuri li għandhom jiġu implimentati; billi l-investimenti li huma reżiljenti għall-klima jistgħu jillimitaw l-effetti avversi tat-tibdil fil-klima u b'hekk inaqqsu l-ispiża tal-adattament; billi l-impatti tat-tibdil fil-klima barra l-UE x'aktarx li se jkollhom riperkussjonijiet ekonomiċi, soċjali u politiċi fuq l-UE b'diversi modi, inkluż permezz tal-kummerċ, tal-flussi finanzjarji internazzjonali, tal-ispostament ikkawżat mill-klima u tas-sigurtà; billi l-investimenti meħtieġa għall-adattament għat-tibdil fil-klima għadhom ma ġewx ivvalutati jew inkorporati fiċ-ċifri relatati mal-klima tal-qafas finanzjarju pluriennali (QFP);

J.

billi t-tibdil fil-klima u l-impatti tiegħu jistgħu jitnaqqsu b'mod sostanzjali permezz ta' politika ta' mitigazzjoni globali ambizzjuża kompatibbli mal-għan ta' mitigazzjoni tal-Ftehim ta' Pariġi; billi l-impenji attwali għat-tnaqqis tal-emissjonijiet mhumiex biżżejjed biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Ftehim ta' Pariġi u se jirriżultaw f'tisħin globali ta' aktar minn 3 oC 'il fuq mil-livelli preindustrijali;

K.

billi l-adattament għat-tibdil fil-klima huwa meħtieġ biex wieħed jantiċipa u jlaħħaq mal-effetti avversi attwali u futuri tat-tibdil fil-klima u biex jiġu evitati jew jitnaqqsu r-riskji fuq perjodu ta' żmien qasir, medju u fit-tul mit-tibdil fil-klima; billi strateġija ta' adattament robusta tal-UE hija fundamentali għat-tħejjija tar-reġjuni u tas-setturi vulnerabbli; billi l-isforzi kollettivi internazzjonali, fost l-oħrajn fir-rigward tal-iżvilupp sostenibbli, il-bijodiversità u t-tnaqqis tar-riskju ta' diżastri għandhom jiġu integrati aħjar fl-istrateġija l-ġdida;

L.

billi l-mekkaniżmi għall-finanzjament ta' miżuri ta' adattament biex jiġu indirizzati t-telf u l-ħsara jew l-ispostament ikkawżat mill-klima se jkunu aktar effettivi jekk in-nisa, inklużi n-nisa fil-livell taċ-ċittadini, ikunu jistgħu jipparteċipaw b'mod sħiħ fil-proċess tat-tfassil, fit-teħid tad-deċiżjonijiet u fl-implimentazzjoni; billi jekk jitqies l-għarfien tan-nisa, inkluż l-għarfien lokali u indiġenu, dan jista' jwassal għal avvanzi fil-ġestjoni tad-diżastri, isaħħaħ il-bijodiversità, itejjeb il-ġestjoni tal-ilma, itejjeb is-sigurtà tal-ikel, jipprevjeni d-deżertifikazzjoni, jipproteġi l-foresti, jiżgura tranżizzjoni rapida għal teknoloġiji ta' enerġija rinnovabbli u jappoġġja s-saħħa pubblika;

M.

billi l-perikli għas-saħħa relatati mat-tibdil fil-klima se jaffettwaw lin-nies, b'mod partikolari xi gruppi vulnerabbli (l-anzjani, it-tfal, dawk li jaħdmu barra u dawk mingħajr dar); billi dawn il-perikli, fost l-oħrajn, qed iżidu l-morbidità u l-mortalità minħabba avvenimenti estremi tat-temp (mewġ ta' sħana, maltempati, għargħar, nirien) u mard infettiv li qed ifeġġ (li t-tixrid, iż-żmien u l-intensità tiegħu huma affettwati minn bidliet fit-temperatura, fl-umdità u fl-ammont ta' xita li tagħmel); billi bidliet fl-ekosistemi jistgħu jżidu wkoll ir-riskju ta' mard infettiv;

N.

billi skont l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, it-tibdil fil-klima previst se jikkawża madwar 250 000 mewta addizzjonali fis-sena sal-2030;

O.

billi r-restawr tal-ekosistemi, bħall-foresti, il-bwar, it-torbieri u l-artijiet mistagħdra, iwassal għal bidla pożittiva fil-bilanċ tal-karbonju tas-sistema rispettiva tal-użu tal-art u hija miżura kemm ta' mitigazzjoni kif ukoll ta' adattament;

P.

billi l-investiment fil-prevenzjoni ta' diżastri ambjentali jista' jtejjeb b'mod effiċjenti l-adattament għat-tibdil fil-klima u jnaqqas il-frekwenza u l-intensità ta' avvenimenti estremi tat-temp relatati mal-klima;

Q.

billi, skont ir-rapport speċjali tal-IPCC dwar it-tibdil fil-klima u l-art tal-2019, il-konservazzjoni ta' ekosistemi b'livell għoli ta' karbonju għandha impatt pożittiv immedjat fir-rigward tat-tibdil fil-klima; billi l-impatt pożittiv tar-restawr u ta' miżuri oħra relatati mas-sistemi tal-użu tal-art mhuwiex immedjat;

R.

billi l-objettiv tal-kisba ta' stat ekoloġiku tajjeb għall-korpi tal-ilma huwa ta' importanza kruċjali għall-adattament, bl-istat ekoloġiku tal-korpi tal-ilma jkun taħt pressjoni dejjem akbar mill-klima li qed tinbidel;

Osservazzjonijiet ġenerali

1.

Jenfasizza li l-adattament huwa meħtieġ għall-Unjoni kollha u għall-pajjiżi u r-reġjuni kollha biex jiġu minimizzati l-impatti avversi u irriversibbli tat-tibdil fil-klima, filwaqt li fl-istess ħin jiġu implimentati miżuri ta' mitigazzjoni ambizzjużi biex jiġu segwiti sforzi biex it-tisħin globali jinżamm taħt il-1,5 oC meta mqabbel mal-livelli preindustrijali, isir użu sħiħ mill-opportunitajiet għal tkabbir reżiljenti għall-klima u żvilupp sostenibbli, u jiġu massimizzati l-kobenefiċċji ma' politiki u leġiżlazzjoni oħra dwar l-ambjent; jenfasizza, f'dan il-kuntest, l-impenn sod tiegħu favur il-mira globali għall-adattament kif definit fil-Ftehim ta' Pariġi;

2.

Jirrikonoxxi li l-bliet u r-reġjuni tal-UE diġà qed jiffaċċjaw l-effetti avversi wiesgħa tat-tibdil fil-klima, bħal ammonti estremi ta' xita, għargħar u nixfiet, u li dawn il-fenomeni jirrappreżentaw riskji ambjentali, ekonomiċi u għas-sikurezza għall-komunitajiet u n-negozji lokali; iqis li l-istrateġija futura għandha tirrifletti din l-urġenza u tipproponi miżuri xierqa f'dan ir-rigward;

3.

Jissuġġerixxi li n-natura reattiva tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea jiġi kkomplementat minn adattament ippjanat b'mod proattiv għat-tibdil fil-klima, li jnaqqas il-vulnerabbiltà tat-territorju tal-UE u tal-abitanti tiegħu billi jżid il-kapaċità ta' adattament u jnaqqas is-sensittività tiegħu;

4.

Jesprimi l-appoġġ tiegħu għall-Kummissjoni Globali dwar l-Adattament għall-ħidma tagħha biex tiġbed l-attenzjoni lejn l-adattament;

5.

Jitlob li jkun hemm enfasi mġedda u mtejba fuq l-adattament; huwa kuntent, għalhekk, li l-Kummissjoni se tippreżenta strateġija ġdida bħala komponent ewlieni tal-politika tal-UE dwar il-klima u jitlob lill-Kummissjoni tippreżenta l-istrateġija mingħajr dewmien; iqis li hija opportunità biex jintwera li l-UE hija minn ta' quddiem nett globalment fil-bini tar-reżiljenza globali għall-klima permezz ta' żieda fil-finanzjament, kif ukoll bil-promozzjoni tax-xjenza, is-servizzi, it-teknoloġiji u l-prattiki għall-adattament; iqis li l-istrateġija l-ġdida għandha tkun parti integrali tal-Patt Ekoloġiku Ewropew bil-għan li tinbena UE reżiljenti permezz tal-ħolqien u ż-żamma ta' sistemi b'kapaċità ta' adattament u ta' reazzjoni għolja fi klima li qed tinbidel b'pass mgħaġġel billi tingħata spinta lill-iżvilupp ekonomiku sostenibbli, tiġi ssalvagwardjata l-kwalità tal-ħajja u s-saħħa pubblika, tiġi żgurata s-sigurtà tal-ilma u tal-ikel, tiġi rrispettata u mħarsa l-bijodiversità, u ssir bidla lejn sorsi ta' enerġija nadifa u żgurati l-klima u l-ġustizzja soċjali; jilqa' r-reġim ta' governanza mtejjeb għall-adattament skont il-Liġi Ewropea dwar il-Klima;

6.

Jilqa' l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni tal-istrateġija tal-UE dwar l-adattament għat-tibdil fil-klima ta' Novembru 2018 u jieħu nota tal-konklużjoni tagħha li l-objettivi wesgħin tal-istrateġija ma ġewx issodisfati għalkollox, iżda li sar progress lejn l-azzjonijiet individwali kollha tagħha; jemmen, f'dan ir-rigward, li l-għanijiet stabbiliti fl-istrateġija l-ġdida jridu jkunu aktar ambizzjużi sabiex l-UE tkun ippreparata għall-effetti avversi mbassra tat-tibdil fil-klima;

7.

Jitlob li jitqies l-adattament għat-tibdil fil-klima meta tinbena u tiġi rinnovata l-infrastruttura eżistenti, fis-setturi kollha u fl-ippjanar tal-ispazju, u jitlob li l-ippjanar tal-ispazju, il-bini, l-infrastruttura rilevanti kollha u investimenti oħrajn ikollhom reżistenza effettiva għall-klima, b'mod partikolari permezz ta' eżami ex ante biex tiġi vvalutata l-kapaċità tal-proġetti li jlaħħqu mal-impatti klimatiċi fuq perjodu medju u fit-tul f'xenarji differenti ta' żieda fit-temperatura globali, sabiex ikun magħruf jekk humiex eliġibbli għall-finanzjament mill-Unjoni u biex ikun żgurat li l-fondi tal-UE qed jintefqu b'mod effiċjenti fuq proġetti dejjiema u kompatibbli mal-klima; jitlob riforma tal-istandards u l-prattika tal-inġinerija madwar l-UE għall-integrazzjoni tar-riskji klimatiċi fiżiċi;

8.

Jenfasizza li l-infrastruttura ekoloġika tikkontribwixxi għall-adattament għat-tibdil fil-klima permezz tal-protezzjoni tal-kapital naturali, il-konservazzjoni tal-ħabitats naturali u l-ispeċijiet, l-istat ekoloġiku tajjeb, il-ġestjoni tal-ilma u s-sigurtà tal-ikel;

9.

Jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-istrateġija 2013 tonqos milli tindirizza kif xieraq l-urġenza li jiġu implimentati miżuri ta' adattament; jilqa' l-governanza msaħħa għal azzjoni dwar l-adattament bħala parti mil-Liġi Ewropea dwar il-Klima, u jitlob li l-istrateġija l-ġdida tinkludi miri vinkolanti u kwantifikabbli kemm fil-livell tal-UE kif ukoll f'dak tal-Istati Membri, l-identifikazzjoni ta' oqsma ta' prijorità u ħtiġijiet ta' investiment, inkluża valutazzjoni ta' kemm l-investimenti tal-UE jikkontribwixxu għat-tnaqqis tal-vulnerabbiltà klimatika kumplessiva tal-Unjoni, proċess ta' rieżami aktar frekwenti, b'għanijiet ċari, valutazzjoni xierqa, u indikaturi informati mill-aktar xjenza reċenti biex jitkejjel il-progress fl-implimentazzjoni tagħha; jirrikonoxxi l-ħtieġa li l-miżuri u l-pjanijiet jinżammu kontinwament aġġornati f'dinja li għaddejja minn tibdil bla preċedent; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni tirrevedi u taġġorna b'mod regolari l-istrateġija l-ġdida f'konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Liġi Ewropea dwar il-Klima;

10.

Jinnota wkoll li l-progress dwar l-għadd ta' strateġiji ta' adattament lokali u reġjonali kien aktar limitat milli mistenni, b'differenzi bejn l-Istati Membri; iħeġġeġ lill-Istati Membri jinċentivaw u jassistu lir-reġjuni fl-implimentazzjoni ta' pjanijiet ta' adattament u fit-teħid ta' azzjoni; jissottolinja li l-istrateġiji ta' adattament għandhom iqisu l-ispeċifiċitajiet territorjali u l-għarfien lokali; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li r-reġjuni kollha tal-UE jkunu lesti biex jindirizzaw l-impatti tat-tibdil fil-klima permezz tal-adattament; jirrikonoxxi f'dan il-kuntest il-valur tal-Patt tas-Sindki, li żied il-kooperazzjoni dwar l-adattament fil-livell lokali, u tad-djalogi nazzjonali permanenti dwar il-klima u l-enerġija fuq bosta livelli, kif stabbilit fir-Regolament dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika; jitlob rwol imsaħħaħ għall-adattament fil-Patt Klimatiku Ewropew;

11.

Jenfasizza l-importanza tal-ġestjoni tar-riskji klimatiċi fiżiċi u jitlob l-integrazzjoni ta' valutazzjonijiet obbligatorji tar-riskju klimatiku fl-istrateġija tal-UE dwar l-adattament għat-tibdil fil-klima, inkluż tal-pjanijiet ta' adattament nazzjonali;

12.

Jitlob li l-akkwist pubbliku jservi bħala eżempju tal-użu ta' materjali u servizzi li jirrispettaw il-klima;

13.

Jenfasizza l-importanza li jiġi promoss aktar l-adattament għat-tibdil fil-klima fir-reġjuni u l-bliet fl-istrateġija l-ġdida, pereżempju permezz tal-promozzjoni ta' oqfsa leġiżlattivi li jirrikjedu strateġiji adegwati ta' adattament u monitoraġġ fil-livelli reġjonali u tal-bliet wara konsultazzjoni xierqa mal-partijiet ikkonċernati rilevanti, inklużi s-soċjetà ċivili u l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ, it-trade unions u n-negozji lokali, flimkien ma' inċentivi finanzjarji biex jgħinu fl-implimentazzjoni tagħhom; jisħaq li għandha tingħata attenzjoni speċjali lit-tisħiħ tat-tħejjija u tal-kapaċità ta' adattament taż-żoni ġeografiċi l-aktar vulnerabbli, bħalma huma ż-żoni kostali, il-gżejjer u r-reġjuni ultraperiferiċi, li huma affettwati b'mod partikolari mit-tibdil fil-klima minħabba diżastri naturali u disturbi estremi tat-temp; jesprimi dispjaċir għall-fatt li kien hemm nuqqas kbir ta' perspettiva tal-ġeneru fl-istrateġija tal-Kummissjoni dwar l-adattament tal-2013 u jinsisti fuq perspettiva tal-ġeneru li tikkunsidra b'mod sħiħ il-vulnerabbiltajiet tan-nisa u l-bniet, u li tirrispetta wkoll l-ugwaljanza bejn il-ġeneri fil-parteċipazzjoni;

14.

Jisħaq fuq il-ħtieġa li jittejbu l-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni transfruntiera dwar l-adattament għat-tibdil fil-klima, kif ukoll fir-rispons rapidu għal diżastri klimatiċi; jistieden, f'dan il-kuntest, lill-Kummissjoni tappoġġja lill-Istati Membri fil-kondiviżjoni tal-għarfien u l-aħjar prattiki dwar l-isforzi differenti b'rabta mal-adattament għat-tibdil fil-klima fil-livell reġjonali u lokali;

15.

Jenfasizza l-ħtieġa li l-Istati Membri, ir-reġjuni u l-bliet jibnu l-kapaċità ta' adattament tagħhom biex inaqqsu l-vulnerabbiltajiet u l-impatti soċjali tat-tibdil fil-klima; jitlob lill-Kummissjoni u lill-aġenziji tal-UE jipprovdu l-bini tal-kapaċitajiet u t-taħriġ meħtieġa, u qafas għall-iskambju xieraq ta' informazzjoni u tal-aħjar prattiki bejn l-awtoritajiet lokali, sottonazzjonali u nazzjonali;

16.

Jenfasizza li l-istrateġiji ta' adattament għandhom jinkoraġġixxu wkoll bidla fil-mudell fiż-żoni vulnerabbli, bħall-gżejjer, abbażi ta' soluzzjonijiet tajbin għall-ambjent u bbażati fuq in-natura, u għandhom iżidu l-awtosuffiċjenza sabiex jiżguraw kundizzjonijiet ta' għajxien aħjar, inklużi prattiki tal-agrikoltura u s-sajd sostenibbli u lokali, ġestjoni sostenibbli tal-ilma, użu akbar tal-enerġija rinnovabbli, eċċ., f'konformità mal-SDGs, sabiex jitrawmu r-reżiljenza tagħhom u l-protezzjoni tal-ekosistemi tagħhom;

17.

Jinnota l-ħtieġa ulterjuri tal-immappjar tal-impatti tat-tibdil fil-klima, pereżempju l-okkorrenza ta' diżastri naturali; jilqa', għalhekk, il-proġett Climate-ADAPT tal-Osservatorju tal-UE għat-Tibdil fil-Klima u s-Saħħa, li diġà tnieda, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni tkompli tiżviluppa u tespandi l-proġett biex ikopri aktar setturi;

18.

Jenfasizza s-sinerġiji importanti u l-kompromessi potenzjali bejn il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih; jisħaq fuq il-fatt li l-evalwazzjoni tal-istrateġija dwar l-adattament attwali stabbiliet il-ħtieġa li titpoġġa aktar enfasi fuq ir-rabta bejn l-adattament u l-mitigazzjoni fil-politiki u l-pjanijiet; jinnota li approċċi sinerġistiċi għal dawn il-kwistjonijiet huma essenzjali kemm minħabba l-urġenza tal-kriżijiet tal-klima u tal-ambjent kif ukoll minħabba l-ħtieġa li tiġi protetta s-saħħa tal-bniedem u tissaħħaħ ir-reżiljenza tas-sistemi ekoloġiċi u soċjali, filwaqt li jiġi żgurat li ħadd ma jitħalla jibqa' lura; jisħaq li filwaqt li l-isforzi komuni huma vitali sabiex tiġi żgurata azzjoni effettiva fir-rigward tal-mitigazzjoni minħabba n-natura transfruntiera globali tagħha, għandha tingħata wkoll attenzjoni partikolari lill-impatti tat-tibdil fil-klima u l-ispejjeż ta' adattament għal kull reġjun, b'mod partikolari dawk ir-reġjuni li qed jiffaċċjaw l-isfida doppja tal-kontribut għall-isforz globali tal-mitigazzjoni filwaqt li jġarrbu l-ispejjeż dejjem akbar tal-indirizzar tal-impatti relatati mal-klima;

19.

Jemmen li l-effetti avversi tat-tibdil fil-klima potenzjalment jistgħu jaqbżu l-kapaċitajiet ta' adattament tal-Istati Membri; huwa tal-fehma, għalhekk, li l-Istati Membri u l-Unjoni għandhom jaħdmu flimkien biex jevitaw, jimminimizzaw u jindirizzaw it-telf u l-ħsara assoċjati mat-tibdil fil-klima, kif previst fl-Artikolu 8 tal-Ftehim ta' Pariġi; jagħraf il-bżonn li jkomplu jiġu żviluppati miżuri biex jindirizzaw it-telf u l-ħsara;

20.

Jirrikonoxxi li l-impatti tat-tibdil fil-klima min-natura tagħhom huma transfruntiera, u jaffettwaw, pereżempju, il-kummerċ, il-migrazzjoni u s-sigurtà; iħeġġeġ għalhekk lill-Kummissjoni tiżgura li l-istrateġija l-ġdida tkun olistika u tkopri l-firxa sħiħa ta' impatti klimatiċi;

21.

Jisħaq li l-UE trid tkun lesta għal spostamenti kkawżati mill-klima u jirrikonoxxi l-ħtieġa li jittieħdu miżuri adegwati sabiex jiġu protetti d-drittijiet tal-bniedem ta' popolazzjonijiet mhedda mill-effetti tat-tibdil fil-klima;

Soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura u infrastruttura ekoloġika

22.

Ifakkar li t-tibdil fil-klima u l-impatti tiegħu jaffettwaw mhux biss lill-bnedmin, iżda anki lill-bijodiversità u l-ekosistemi terrestri u tal-baħar, u li, skont ir-rapport ta' riferiment tal-IPBES, it-tibdil fil-klima bħalissa huwa t-tielet l-aktar fattur dirett importanti li jtellef il-bijodiversità madwar id-dinja, u l-għajxien sostenibbli se jkun essenzjali biex tiġi mmitigata l-interferenza antropoġenika perikoluża mas-sistema klimatika u biex ikun hemm adattament għaliha; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw koerenza akbar bejn l-implimentazzjoni tal-miżuri ta' adattament u l-miżuri ta' konservazzjoni tal-bijodiversità li jirriżultaw mill-istrateġija għall-bijodiversità għall-2030;

23.

Iħeġġeġ l-iżvilupp ta' Network Trans-Ewropew tan-Natura tassew koerenti u reżiljenti, li jkun jikkonsisti f'kurituri ekoloġiċi għall-prevenzjoni tal-iżolament ġenetiku, biex l-ispeċijiet jitħallew jemigraw u biex jinżammu u jissaħħu ekosistemi f'saħħithom, filwaqt li jiġi permess l-iżvilupp ta' infrastruttura tradizzjonali iżda reżiljenti għall-klima;

24.

Jisħaq fuq l-importanza li jintużaw soluzzjonijiet ta' adattament sostenibbli bbażati fuq in-natura, fuq l-importanza tal-konservazzjoni u r-restawr tal-ekosistemi tal-baħar u tal-art li jistgħu simultanjament jikkontribwixxu għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih, tal-protezzjoni tal-bijodiversità u l-ġlieda kontra tipi differenti ta' tniġġis; jitlob li l-istrateġija l-ġdida tinkludi pjanijiet ta' azzjoni ambizzjużi biex jiżdied l-użu ta' dawn is-soluzzjonijiet, b'finanzjament adegwat, inkluż mill-QFP, l-InvestEU u l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, u jipproponi li jiġu eżaminati l-portafolli tal-prodotti finanzjarji disponibbli u li jittejbu t-termini tal-finanzjament biex tiġi rrimedjata s-sitwazzjoni attwali ta' investiment subottimali; jitlob barra minn hekk li jsir użu tajjeb mill-programm LIFE, u li jitħalla jaġixxi bħala katalizzatur għall-innovazzjoni fl-adattament u jsir spazju fejn issir sperimentazzjoni bis-soluzzjonijiet, jiġu żviluppati soluzzjonijiet u jiġu pprovati fi proġetti pilota sabiex tinbena r-reżiljenza tal-Unjoni għar-riskju klimatiku;

25.

Jenfasizza l-ħtieġa li jiġi vvalutat u jsir aktar użu mill-potenzjal tal-foresti, is-siġar u l-infrastruttura ekoloġika fl-adattament għat-tibdil fil-klima u fil-provvista ta' servizzi tal-ekosistema bħal, pereżempju, is-siġar f'żoni urbani, li jistgħu jibbilanċjaw temperaturi estremi, minbarra li jipprovdu benefiċċji oħra, bħat-titjib tal-kwalità tal-arja; jitlob li jitħawlu aktar siġar fil-bliet, li jingħata appoġġ għall-ġestjoni sostenibbli tal-foresti u għal rispons integrat għan-nirien fil-foresti, inkluż, pereżempju, taħriġ adegwat għall-pumpiera involuti fit-tifi ta' dawn in-nirien, sabiex il-foresti tal-UE jiġu protetti mill-qerda kkawżata minn avvenimenti klimatiċi estremi; jenfasizza li l-miżuri kollha ta' adattament għar-riforestazzjoni u għall-agrikoltura għandhom ikunu bbażati fuq l-aħħar għarfien xjentifiku u għandhom jiġu implimentati b'rispett sħiħ għall-prinċipji ekoloġiċi;

26.

Jinnota li l-identifikazzjoni ta' żoni tal-foresti li baqgħu l-eqreb għall-istat naturali tagħhom u għalhekk għandhom jingħataw protezzjoni partikolari, kienet waħda mill-prijoritajiet tat-tieni programm ta' azzjoni ambjentali tal-UE tal-1977; jinnota wkoll li, filwaqt li s'issa għadha ma ttieħdet l-ebda azzjoni, din l-UE għamlitha wkoll prijorità fl-Istrateġiji għall-Bijodiversità għall-2030; jistieden lill-Kummissjoni tallinja l-istrateġija futura tal-UE dwar l-adattament għat-tibdil fil-klima mal-objettivi tal-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità, b'mod partikolari fir-rigward tal-protezzjoni stretta tal-foresti primarji kollha u tal-objettivi tagħha ta' konservazzjoni u ta' restawr;

27.

Jenfasizza r-rwol tal-ekosistemi ta' foresti intatti (8) sabiex jingħelbu l-fatturi li joħolqu stress fuq l-ambjent, inkluż it-tibdil fil-klima, grazzi għall-proprjetajiet inerenti tagħhom li jippermettulhom jimmassimizzaw il-kapaċità ta' adattament tagħhom, u li jinkludu sekwenzi ta' speċijiet evoluttivi li jkunuadattati b'mod uniku biex jissopravivu għal bidliet staġjonali kbar fit-temperatura u disturbi fil-livell tal-pajsaġġ maż-żmien;

28.

Jissottolinja li diversi teknoloġiji jippermettu t-tħawwil mill-ġdid tas-siġar; jifhem li, f'xi sitwazzjonijiet, xogħlijiet ta' kostruzzjoni li jsiru fil-bliet jistgħu jinvolvu l-qerda ta' żoni ekoloġiċi, u jappoġġja, f'dan il-kuntest, it-tħawwil mill-ġdid tas-siġar, li jagħtihom ħajja ġdida f'postijiet ġodda u ddisinjati tajjeb;

29.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jikklassifikaw l-infrastruttura ekoloġika taħt il-kategorija tal-infrastruttura kritika għall-finijiet tal-programmazzjoni, il-finanzjament u l-investimenti;

30.

Jinnota li ċerti komponenti tal-infrastruttura ekoloġika jsofru wkoll tf'kundizzjonijiet ta' sħana akbar u f'kundizzjonijiet ta' stress oħrajn, u li sabiex dawn joħolqu effetti ta' tkessiħ mhux biss fiżiċi iżda anki fiżjoloġiċi, jeħtieġ li nipprovdulhom kundizzjonijiet, ħamrija u umdità favorevoli biex jiffjorixxu f'żoni urbani; jenfasizza, għalhekk, ir-rwol tal-ippjanar urban ekoloġiku kif xieraq li jikkunsidra l-ħtiġijiet tad-diversi komponenti tal-infrastruttura ekoloġika u mhux biss it-tħawwil tas-siġar;

31.

Jirrikonoxxi r-rwol tal-oċeani fl-adattament għat-tibdil fil-klima, u jenfasizza l-ħtieġa li jiġu żgurati u promossi ibħra u oċeani f'saħħithom u reżiljenti; ifakkar li r-rapport speċjali tal-IPCC bit-titolu “The Ocean and Cryosphere in a Changing Climate” (L-Oċean u l-Krijosfera fi Klima li qed Tinbidel), jispeċifika li l-mekkaniżmi klimatiċi jiddependu fuq is-saħħa tal-oċeani u tal-ekosistemi tal-baħar li bħalissa huma affettwati mit-tisħin globali, it-tniġġis, l-isfruttament żejjed tal-bijodiversità tal-baħar, l-aċidifikazzjoni, id-deossiġenazzjoni u l-erożjoni tal-kosta; jenfasizza li l-IPCC jinnota wkoll li l-oċeani huma parti mis-soluzzjoni biex jiġu mmitigati u adattati l-effetti tat-tibdil fil-klima, u jissottolinja l-ħtieġa li jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' gassijiet serra u t-tniġġis fl-ekosistemi, kif ukoll li jittejbu l-bjar tal-karbonju naturali;

32.

Jinnota li d-degradazzjoni tal-ekosistemi tal-kosta u tal-baħar thedded is-sigurtà fiżika, ekonomika u tal-ikel tal-komunitajiet lokali u tal-ekonomija b'mod ġenerali, u ddgħajjef il-kapaċità tagħhom li jipprovdu servizzi kritiċi fl-ekosistema bħall-ikel, il-ħżin tal-karbonju u l-ġenerazzjoni tal-ossiġenu, kif ukoll li jappoġġjaw soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura għall-adattament għat-tibdil fil-klima;

33.

Iwissi li ċerti żoni kostali jistgħu jiġu taħt pressjoni kbira minħabba ż-żieda fil-livelli tal-ibħra u d-dħul ta' ilma mielaħ kemm fl-akwiferi kostali użati għall-estrazzjoni tal-ilma tax-xorb u kemm f'kanali tad-drenaġġ, kif ukoll minħabba temp estrem, li jista' jkollu konsegwenzi bħal falliment tal-uċuħ tar-raba', kontaminazzjoni ta' korpi tal-ilma, ħsara lill-infrastruttura, u spostament furzat; jinkoraġġixxi l-iżvilupp ta' infrastruttura ekoloġika fil-bliet mal-kosta, li ġeneralment ikunu jinsabu qrib artijiet mistagħdra, sabiex jiġu ppreservati l-bijodiversità u l-ekosistemi kostali, kif ukoll jissaħħu l-iżvilupp sostenibbli tal-ekonomija, it-turiżmu u l-pajsaġġi tal-kosta, li jgħinu wkoll biex tittejjeb ir-reżiljenza għat-tibdil fil-klima f'dawn iż-żoni vulnerabbli, li huma affettwati b'mod partikolari miż-żieda fil-livelli tal-ibħra;

34.

Jappoġġa inizjattivi, inkluż l-iżvilupp ta' strateġiji urbani u għal ippjanar aħjar tal-ispazju, għall-użu tal-potenzjal ta' soqfa u infrastruttura oħra, bħal parks, ġonna urbani, soqfa u ħitan ekoloġiċi, apparati tal-filtrazzjoni tal-arja, bankini friski, konkrit penetrabbli u miżuri oħra li jistgħu jikkontribwixxu għat-tkessiħ ta' temperaturi urbani għoljin, iż-żamma u l-użu mill-ġdid tal-ilma tax-xita u l-produzzjoni tal-ikel, filwaqt li jitnaqqas it-tniġġis tal-arja, titjieb il-kwalità tal-ħajja fl-ibliet, jitnaqqsu r-riskji għas-saħħa tal-bniedem u tiġi protetta l-bijodiversità, inklużi d-dakkara; jemmen li infrastruttura bħal toroq, parkeġġi, binarji tal-ferrovija u sistemi ta' enerġija u ta' drenaġġ, fost l-oħrajn, jeħtieġ li jsiru reżistenti għall-bijodiversità u għat-tibdil fil-klima;

35.

Jirrikonoxxi li l-valutazzjonijiet mill-awtoritajiet pubbliċi tal-impatt tal-pjanijiet ta' ġestjoni tat-territorju u l-iżvilupp urban fuq is-sistema tal-ilma jistgħu jipprovdu lill-awtoritajiet tal-ippjanar bil-pariri meħtieġa dwar modi kif wieħed jibni mingħajr ma jikkawża problemi għas-sistema tal-ilma; jistieden lill-Istati Membri jinkorporaw dawn il-valutazzjonijiet fl-approċċ tagħhom; jistieden lill-Istati Membri jfasslu mapep tal-periklu tal-għargħar u tar-riskju tal-għargħar skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2007/60/KE dwar il-valutazzjoni u l-immaniġġjar tar-riskji tal-għargħar, u b'hekk inaqqsu l-impatt tal-għargħar;

36.

Ifakkar li t-tibdil fil-klima għandu impatt kemm fuq il-kwantità tal-ilma kif ukoll fuq il-kwalità tiegħu, peress li fluss aktar baxx fil-korpi tal-ilma jfisser anqas dilwizzjoni ta' sustanzi li jagħmlu ħsara li huma theddida għall-bijodiversità, is-saħħa tal-bniedem u l-provvista tal-ilma tax-xorb; jitlob, għalhekk, li ssir ġestjoni aħjar tal-ilma f'żoni urbani u rurali, inkluż il-ħolqien ta' miżuri ta' drenaġġ sostenibbli permezz ta' titjib aħjar tal-ispazju, li jissalvagwardja u jirkupra s-sistemi ta' fluss naturali, u ta' miżuri għaż-żamma naturali tal-ilma biex jgħinu jimmoderaw l-għargħar u n-nixfiet, jiffaċilitaw ir-riforniment tal-ilma ta' taħt l-art u jiżguraw id-disponibbiltà ta' riżorsi tal-ilma għall-produzzjoni tal-ilma tax-xorb; jenfasizza li l-miżuri ta' adattament fil-ġestjoni tal-ilma għandhom ikunu konsistenti mal-miżuri għat-titjib tas-sostenibbiltà u ċ-ċirkolarità fil-biedja, irawmu t-tranżizzjoni enerġetika u jikkonservaw u jirrestawraw l-ekosistemi u l-bijodiversità; jitlob, f'dan ir-rigward, rabta b'saħħitha bejn il-pjan ta' azzjoni futur għal tniġġis żero dwar l-ilma, l-arja u l-ħamrija u l-istrateġija tal-UE l-ġdida dwar l-adattament għat-tibdil fil-klima;

37.

Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jimplimentaw b'mod sħiħ id-Direttiva 2000/60/KE, li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma, u b'hekk ittejjeb il-kwalità tal-ilmijiet upstream; jinnota li l-miżuri biex jinżamm u jiġi estratt l-ilma minn korpi tal-ilma upstream għandhom impatt fuq il-korpi tal-ilma downstream – anki b'mod transfruntier – u dan jista' jxekkel l-iżvilupp ekonomiku ta' żoni downstream u jillimita d-disponibbiltà ta' riżorsi ta' ilma tax-xorb; jitlob miżuri ta' politika koerenti f'oqsma differenti biex jikkontribwixxu għall-kisba ta' stat ekoloġiku tal-korpi tal-ilma fl-UE li jkun mill-anqas tajjeb, u jisħaq fuq l-importanza kruċjali li jiġu żgurati flussi ekoloġiċi konformi mad-WFD u titjib sinifikanti fil-konnettività tal-ekosistema tal-ilma ħelu;

38.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jkomplu jippromwovu l-użu mill-ġdid tal-ilma sabiex jipprevjenu kunflitti fl-allokazzjoni bejn użi differenti tal-ilma, filwaqt li jipprovdu disponibbiltà suffiċjenti ta' riżorsi tal-ilma għall-produzzjoni tal-ilma tax-xorb, li hija essenzjali għall-kisba tad-dritt tal-bniedem għall-ilma;

39.

Jinnota l-livell għoli ta' konsum ta' enerġija fis-settur tal-ilma; jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra miżuri effiċjenti fl-enerġija u l-possibbiltà li l-ilma mormi ttrattat jintuża bħala sors “fuq il-post” ta' enerġija rinnovabbli; jinnota li d-Direttiva dwar it-Trattament tal-Ilma Urban Mormi ma ġietx riveduta mill-adozzjoni tagħha fl-1991; jistieden lill-Kummissjoni tirrevedi d-Direttiva dwar it-Trattament tal-Ilma Urban Mormi sabiex tiżgura li din tikkontribwixxi b'mod pożittiv għall-għanijiet klimatiċi u ambjentali tal-Unjoni;

Miżuri ta' adattament u konsistenza

40.

Jenfasizza l-ħtieġa li l-adattament għat-tibdil fil-klima jiġi integrat fil-politiki rilevanti kollha tal-UE u li jiġu massimizzati l-kobenefiċċji magħhom għal futur aktar sostenibbli, bħall-agrikoltura u l-produzzjoni tal-ikel, il-forestrija, it-trasport, il-kummerċ, l-enerġija, l-ambjent, il-ġestjoni tal-ilma, il-bini, l-infrastruttura, l-industrija, il-politika ta' koeżjoni u l-iżvilupp lokali, u l-politiki soċjali, u l-ħtieġa li jiġi żgurat li inizjattivi oħra tal-Patt Ekoloġiku Ewropew ikunu konsistenti mal-miżuri tal-adattament għat-tibdil fil-klima u l-miżuri ta' mitigazzjoni;

41.

Jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta bir-reqqa l-impatt klimatiku u ambjentali tal-proposti leġiżlattivi u baġitarji rilevanti kollha, u tiżgura li dawn ikunu allinjati għalkollox mal-għan li t-tisħin globali jiġi limitat għal taħt il-1,5 oC;

42.

Jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-politiki tal-UE ppermettew sussidji ta' ħsara għall-klima u l-ambjent fil-perjodu 2014-2020, li kkontribwew għal tnaqqis fir-reżiljenza tal-ekosistemi tal-UE; iħeġġeġ li r-regoli applikabbli fost l-oqsma ta' politika kollha għandhom jipprevjenu tali użu ta' riżorsi pubbliċi;

43.

Jistieden lill-Kummissjoni tadotta approċċ ambizzjuż għall-mewġa ta' rinnovazzjoni li ġejja u tadotta inizjattivi xierqa li jiżguraw rinnovazzjonijiet fi stadji u profondi b'fokus kosteffiċjenti b'saħħtu; jilqa', f'dan il-kuntest, l-ambizzjoni tal-President tal-Kummissjoni Ursula von der Leyen li tistabbilixxi “Bauhaus Ewropea” li tlaqqa' flimkien inġiniera, periti u persunal ieħor mis-settur tal-bini kif enfasizzat fid-diskors dwar l-Istat tal-Unjoni fis-16 ta' Settembru 2020 fil-Parlament Ewropew;

44.

Jitlob li l-istrateġija l-ġdida tkun konsistenti mal-azzjoni u l-ftehimiet globali bħall-Ftehim ta' Pariġi, l-SDGs u l-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika; jitlob lill-Kummissjoni tidentifika azzjonijiet li jippromwovu u jiffaċilitaw l-adattament barra l-UE fl-istrateġija l-ġdida, b'mod partikolari fil-pajjiżi l-anqas żviluppati u fl-istati gżejjer żgħar li huma affettwati l-aktar mit-tibdil fil-klima u ż-żieda fil-livelli tal-ibħra, u żżid l-assistenza teknika tagħha għall-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp u l-iskambju tal-aħjar prattiki magħhom bħala parti mill-azzjoni esterna tagħha;

45.

Jitlob li l-istrateġija ta' adattament il-ġdida tippromwovi u tiżviluppa soluzzjonijiet ta' adattament ma' pajjiżi terzi, speċjalment fil-partijiet tad-dinja li huma l-aktar vulnerabbli għat-tibdil fil-klima u affettwati l-aktar minnu; jenfasizza, barra minn hekk, il-ħtieġa ta' bini tal-kapaċitajiet effettiv u mmirat f'pajjiżi li qed jiżviluppaw, it-tixrid ta' teknoloġiji għall-adattament għat-tibdil fil-klima, u r-responsabbiltajiet li jeżistu tul il-ktajjen tal-provvista kollha;

46.

Jitlob lill-Kummissjoni tindirizza b'mod adegwat u rapidu d-deżertifikazzjoni u d-degradazzjoni tal-art, problemi li diġà qed jaffettwaw lill-biċċa l-kbira tal-pajjiżi fl-Unjoni u li qed ifeġġu bħala waħda mill-konsegwenzi l-aktar viżibbli tat-tibdil fil-klima, u tiżviluppa metodoloġija u indikaturi biex tivvaluta l-estent tagħhom; jenfasizza wkoll il-ħtieġa li jiġi indirizzat l-issiġillar tal-ħamrija; ifakkar fis-sejbiet tar-rapport speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri bit-titolu “Il-ġlieda kontra d-deżertifikazzjoni fl-UE: theddida dejjem akbar li tirrikjedi azzjoni addizzjonali”, b'mod partikolari fil-ħtieġa li jissaħħaħ il-qafas legali tal-UE għall-ħamrija, li jiżdiedu l-azzjonijiet lejn it-twettiq tal-impenn tal-Istati Membri li jiksbu newtralità f'termini tad-degradazzjoni tal-art fl-UE sa mhux aktar tard mill-2030, u li jiġu indirizzati aħjar il-kawżi sottostanti tad-deżertifikazzjoni, b'mod partikolari l-prattiki agrikoli mhux sostenibbli; jesprimi dispjaċir għan-nuqqas ta' politika u azzjoni speċifiċi tal-UE f'dan ir-rigward; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni tippreżenta strateġija tal-UE biex tiġġieled id-deżertifikazzjoni fil-qafas tal-istrateġija ta' adattament; jitlob li jkun hemm biżżejjed fondi biex tiġi miġġielda d-deżertifikazzjoni u d-degradazzjoni tal-art;

47.

Jirrikonoxxi l-impatti inugwali tat-tibdil fil-klima, u l-fatt li l-impatti avversi se jvarjaw mhux biss bejn l-Istati Membri, iżda, aktar importanti minn hekk, anki bejn ir-reġjuni, u b'hekk jaffettwaw il-ħtiġijiet rispettivi tagħhom għall-miżuri ta' adattament; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni tfassal gwida għall-Istati Membri u r-reġjuni biex tgħinhom jimmiraw il-miżuri ta' adattament tagħhom bl-aktar mod effettiv;

48.

Jisħaq fuq il-ħtieġa li jittejbu t-tħejjija u l-kapaċità ta' adattament ta' żoni ġeografiċi b'esponiment għoli għat-tibdil fil-klima, bħar-reġjuni insulari u ultraperiferiċi tal-UE;

49.

Jirrikonoxxi li l-impatti avversi tat-tibdil fil-klima se jaffettwaw b'mod partikolari lill-gruppi foqra u żvantaġġjati fis-soċjetà, peress li hemm it-tendenza li jkollhom kapaċitajiet ta' adattament aktar limitati u jiddependu aktar minn riżorsi sensittivi għall-klima; jisħaq li l-isforzi ta' adattament għat-tibdil fil-klima jeħtieġ li jindirizzaw ir-rabta bejn it-tibdil fil-klima u s-sorsi soċjoekonomiċi wiesgħa ta' vulnerabbiltà, inklużi l-faqar u l-inugwaljanza bejn il-ġeneri;

50.

Jitlob it-tisħiħ tas-sistemi ta' protezzjoni soċjali biex jiġu protetti r-reġjuni u n-nies l-aktar vulnerabbli mill-impatti avversi tat-tibdil fil-klima, kif ukoll għall-identifikazzjoni tal-gruppi vulnerabbli fit-tfassil ta' politiki dwar l-adattament ġust fil-livelli rilevanti kollha tal-governanza;

51.

Jenfasizza li l-għażla ta' miżuri ta' adattament għandha ssir abbażi ta' analiżi ta' kriterji multipli permezz tal-effiċjenza, l-effettività, l-ispiża finanzjarja, il-konsistenza mal-mitigazzjoni, perspettiva urbana, eċċ.; jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa definizzjoni ta' protezzjoni kontra t-tibdil fil-klima bħala mod kif tiżgura li l-miżuri kollha jkunu effettivi u xierqa għall-iskop tagħhom;

52.

Jenfasizza r-riskju ta' adattament ħażin għat-tibdil fil-klima u l-ispejjeż assoċjati tiegħu; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni tiżviluppa indikaturi biex tkejjel jekk l-Unjoni hijiex tissodisfa l-miri tal-adattament, abbażi tal-impatti previsti;

53.

Iħeġġeġ l-iżvilupp ta' metodoloġiji u approċċi komuni għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-effettività tal-azzjonijiet ta' adattament, filwaqt li jirrikonoxxi li l-impatti tat-tibdil fil-klima u l-azzjonijiet ta' adattament huma lokali u speċifiċi għall-kuntest;

Finanzjament

54.

Jitlob li jkun hemm aktar finanzjament fil-livelli kollha ta' governanza u għall-mobilizzazzjoni tal-investimenti pubbliċi u privati fl-adattament; ifakkar fil-pożizzjoni tiegħu li titlob mira ta' nfiq relatat mal-klima ta' 30 % u mira ta' nfiq relatat mal-bijodiversità ta' 10 % fil-QFP 2021-2027 li jmiss u f'Next Generation EU, li għandhom jikkontribwixxu kemm għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima kif ukoll għall-adattament għalih; jitlob li r-reżiljenza għat-tibdil fil-klima titqies bħala kriterju ewlieni fil-fondi rilevanti kollha tal-UE; iqis li l-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI), bħala bank klimatiku, għandu jiffinanzja wkoll miżuri ta' adattament għat-tibdil fil-klima (9); jistieden lill-BEI, bħala l-bank klimatiku tal-UE, biex jipprovdi kif xieraq il-finanzjament tal-UE għall-adattament għat-tibdil fil-klima u jimpenja ruħu favur livell ta' ambizzjoni akbar dwar l-adattament fil-Pjan Direzzjonali ta' Bank Klimatiku tiegħu, u jitlob aktar inċentivi għall-SMEs, li jista' jkollhom rwol ewlieni fl-iżvilupp ta' soluzzjonijiet sostenibbli u innovattivi għall-adattament; jisħaq li l-QFP li jmiss u l-Fond għall-Irkupru la għandhom iwasslu għal żieda fil-pressjoni fuq l-ekosistemi, la għat-tnaqqis fil-konnettività tagħhom, u lanqas għall-isfruttament eċċessiv tagħhom peress li użu sostenibbli tan-natura biss se jippermetti lill-Unjoni timmitiga l-interferenza antropoġenika perikoluża mas-sistema klimatika u nadattaw għaliha (10); jitlob appoġġ finanzjarju adegwat għall-implimentazzjoni tal-miri ta' protezzjoni u restawr tal-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità; jisħaq fuq il-ħtieġa li l-finanzjament tal-adattament għat-tibdil fil-klima jkun inklużiv u reattiv għal kwistjonijiet ta' ġeneru;

55.

Jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-metodoloġija ta' trekkjar tal-UE għall-finanzjament għat-tibdil fil-klima ma tagħmilx distinzjoni bejn il-mitigazzjoni u l-adattament, u li l-allokazzjoni għall-klima kienet diffiċli biex tiġi segwita, peress li qed tintuża aktar bħala għodda għall-kontabilità milli bħala appoġġ effettiv għall-ippjanar tal-politika; jitlob sistema ta' allokazzjoni għall-klima li tkun speċifika għall-politiki u tinkludi kriterji ta' monitoraġġ li jippermettu tqabbil bejn il-fondi tal-UE, u li tiddistingwi bejn mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u adattament għalih fost l-istrumenti tal-baġit tal-UE kollha;

56.

Iħeġġeġ użu aħjar tal-Fond ta' Solidarjetà tal-UE bħala mekkaniżmu ta' finanzjament ta' “rikostruzzjoni aħjar” li jipprovdi wkoll inċentivi għall-adattament u l-ippjanar li jħares 'il quddiem;

57.

Jirrikonoxxi li l-adattament għandu prezz; jinnota, madankollu, li l-ispiża tan-nuqqas ta' azzjoni mistennija tkun ħafna akbar; jinsisti fuq l-importanza li jsiru l-investimenti fl-adattament peress li, minbarra li jiġu salvati l-ħajjiet u li l-ambjent jiġi protett, l-azzjonijiet ta' prevenzjoni jistgħu jkunu aktar kosteffikaċi; jenfasizza l-prinċipju tal-prevenzjoni u jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa approċċi biex tiżgura li l-ispejjeż li jirriżultaw min-nuqqas ta' teħid ta' miżuri ta' adattament ma jiġux mgħoddija lill-pubbliku ġenerali u li jiġi infurzat il-prinċipju ta' “min iniġġes iħallas” li jagħti responsabbiltajiet dwar l-adattament lil min iniġġes; jitlob lill-UE u lill-Istati Membri jiżguraw li l-investimenti pubbliċi jkunu reżiljenti għall-klima u, fl-istess ħin, jipprovdu inċentivi għal investimenti privati ekoloġiċi u sostenibbli biex jaġixxu bħala katalizzatur għal bidliet sistemiċi; jemmen li l-prinċipju ta' “tagħmel l-ebda ħsara” għandu jkun ċar fl-istrateġija ta' adattament li ġejja, b'mod partikolari sabiex jiġu evitati l-impatti negattivi fuq il-bijodiversità kif ukoll adattament ħażin;

58.

Jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni li testendi l-kamp ta' applikazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-UE biex ikopri emerġenzi tas-saħħa pubblika bħal pandemiji;

Sensibilizzazzjoni, għarfien u riċerka dwar l-adattament

59.

Jissottolinja l-importanza tas-sensibilizzazzjoni dwar l-effetti tat-tibdil fil-klima, bħal avvenimenti estremi tat-temp, inkluż fuq is-saħħa u l-ambjent, u dwar il-ħtieġa ta' adattament, kif ukoll il-benefiċċji tiegħu, mhux fost dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet, iżda anki permezz ta' informazzjoni xierqa u kontinwa u attivitajiet edukattivi fl-istadji u l-oqsma kollha tal-ħajja; jesprimi dispjaċir, f'dan il-kuntest, għall-fatt li sar tnaqqis fil-baġit ta' programmi importanti bħall-UE għas-Saħħa u Erasmus;

60.

Jirrikonoxxi li l-lakuni fl-għarfien prijoritarji ma ġewx eliminati u li feġġew lakuni ġodda; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni tkompli tidentifika u timla l-lakuni fl-għarfien, anki fir-rigward ta' setturi kritiċi, sabiex jiġi żgurat teħid ta' deċiżjonijiet infurmat, billi jiġu żviluppati aktar għodod bħal Climate-ADAPT u l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija/Komunità ta' Għarfien u Innovazzjoni (Climate-KIC tal-EIT); jisħaq, f'dan ir-rigward, fuq l-importanza ta' kondiviżjoni aħjar tal-għarfien bejn l-Istati Membri, li għadha mhijiex biżżejjed, u ta' titjib fil-koordinazzjoni dwar kwistjonijiet bħal baċiri idrografiċi internazzjonali, difiżi kontra l-għargħar, kodiċijiet ta' bini u kostruzzjoni f'żoni li potenzjalment huma f'riskju kbir; jistieden lill-Kummissjoni toħloq forum dwar l-analiżi u l-immudellar tal-adattament biex ittejjeb l-użu ta' mudelli tal-impatti tat-tibdil fil-klima u tal-adattament għalih għat-tfassil tal-politika;

61.

Jenfasizza l-ammont kbir ta' innovazzjoni li fuqu huma msejsa l-proġetti u l-miżuri għall-adattament għat-tibdil fil-klima, bħal żvilupp ta' teknoloġiji, servizzi diġitali, eċċ., u jisħaq fuq il-ħtieġa li l-UE tappoġġja l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' inizjattivi bħal dawn;

62.

Jisħaq fuq l-importanza li tiġi appoġġjata r-riċerka u l-innovazzjoni permezz tal-programm Orizzont Ewropa u mekkaniżmi oħra ta' finanzjament fl-oqsma tal-adattament għat-tibdil fil-klima, soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura, teknoloġiji ekoloġiċi u soluzzjonijiet oħra li jistgħu jgħinu fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u l-fenomeni estremi tat-temp; ifakkar ukoll fil-potenzjal ta' Orizzont Ewropa li jrawwem ir-reżiljenza għall-klima taċ-ċittadini tal-UE, u b'hekk jikkontribwixxi għall-adattament anki permezz tat-trasformazzjoni tas-soċjetà; jesprimi dispjaċir, f'dan il-kuntest, għall-fatt li sar tnaqqis kbir fil-baġits fil-qasam tar-riċerka u l-innovazzjoni għal programmi bħal Orizzont Ewropa, peress li dan it-tnaqqis se jnaqqas il-kompetittività tal-UE f'teknoloġiji mill-aktar avvanzati u soluzzjonijiet għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u għall-adattament għalih; ifakkar fir-rwol fundamentali tar-riċerkaturi fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u jisħaq, f'dan ir-rigward, fuq l-importanza ta' kollaborazzjoni xjentifika mill-qrib bejn is-sħab internazzjonali; jinnota li s-sħubija Ewropea għall-innovazzjoni agrikola (EIP-AGRI) tista' tkun għodda importanti għall-iżvilupp ta' teknoloġiji u prattiki ġodda għall-adattament għat-tibdil fil-klima fis-sistemi agroalimentari;

63.

Jisħaq fuq l-importanza li l-miżuri ta' adattament ikunu bbażati fuq l-aħħar għarfien xjentifiku u data aċċessibbli; jinnota, f'dan il-kuntest, il-ħidma li diġà twettqet minn programmi tal-UE bħal COPERNICUS, u jenfasizza r-rwol tal-ġbir ta' data infurzat biex jiġi żgurat l-aktar tbassir preċiż possibbli; jitlob żieda fir-riċerka u l-iżvilupp biex jinstabu soluzzjonijiet innovattivi għall-adattament u għal appoġġ immirat għall-innovazzjonijiet diġitali li jisfruttaw il-potenzjal tad-diġitalizzazzjoni għal trasformazzjoni sostenibbli;

64.

Jinnota li l-effetti tat-tibdil fil-klima fuq is-saħħa se jiżdiedu u li, skont ir-Rapport tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) dwar is-Saħħa u t-Tibdil fil-Klima, u l-Lancet Countdown, huwa biss issa li dawn l-impatti qed jibdew jiġu meqjusa; jisħaq, għalhekk, fuq l-importanza li jiġi studjat aktar l-impatt tat-tibdil fil-klima fuq is-saħħa tal-bniedem u jitlob li jsir investiment fir-riċerka f'dan il-qasam, għal kooperazzjoni transsettorjali dwar il-valutazzjoni u s-sorveljanza tar-riskji, u għal aktar sensibilizzazzjoni u kapaċità fis-settur tas-saħħa, inkluż fil-livell lokali, u għall-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki u l-aħħar għarfien dwar ir-riskji mit-tibdil fil-klima għas-saħħa tal-bniedem, permezz ta' programmi tal-UE bħal Orizzont Ewropa u l-programm LIFE; jitlob li d-data li tinġabar tingħata lill-Ispazju Ewropew tad-Data dwar is-Saħħa;

65.

Jistieden lill-Kummissjoni biex fl-istrateġija tagħha tqis il-ħtieġa li jiġi żgurat li l-Istati Membri jkollhom sistemi tas-saħħa reżiljenti għall-klima, li jkunu kapaċi jantiċipaw u jirreaġixxu għall-konsegwenzi tat-tibdil fil-klima fuq is-saħħa, b'mod partikolari għall-persuni l-aktar vulnerabbli, billi jinvolvu b'mod sħiħ lill-komunità tas-saħħa fit-tfassil tal-istrumenti għall-adattament; jisħaq li dan għandu jinkludi programmi ta' prevenzjoni, pjanijiet dwar miżuri ta' adattament u kampanji ta' sensibilizzazzjoni dwar l-effetti tat-tibdil fil-klima fuq is-saħħa, bħall-mewt, il-korriment, ir-riskju miżjud ta' mard li jinġarr mill-ikel u mill-ilma li jirriżulta minn temperaturi estremi, l-għargħar u n-nirien, kif ukoll l-effetti li jirriżultaw minn ekosistemi mfixkla, li jġibu riskji ta' mard, tibdil fl-istaġuni tal-polline u allerġiji; jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi wkoll ir-riżorsi meħtieġa għaż-żamma u l-iżvilupp ulterjuri tan-network ta' sorveljanza tal-mard li jinġarr minn vetturi u ta' sorveljanza entomoloġika, u l-implimentazzjoni xierqa tiegħu fl-Istati Membri;

Twissija bikrija u reazzjoni rapida

66.

Jitlob li l-istrateġija l-ġdida tiffoka aktar fuq il-prevenzjoni tal-kriżijiet u l-ippjanar tat-tħejjija, u l-ġestjoni u r-reazzjoni għad-diżastri, inkluż fil-pandemiji, billi tisfrutta s-sinerġiji kollha mal-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili msaħħaħ u bl-involviment attiv ta' aġenziji tal-UE bħall-EEA u ċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC); huwa tal-fehma li l-Istati Membri għandhom jikkoordinaw il-ħolqien ta' dawn il-pjanijiet ta' tħejjija mal-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili permezz taċ-Ċentru ta' Koordinazzjoni tar-Reazzjoni f'każ ta' Emerġenza tiegħu; jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa linji gwida dwar emerġenzi ta' sħana urbana u tħeġġeġ l-iskambju tal-aħjar prattiki bejn l-Istati Membri f'dan il-kuntest;

67.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri jiżviluppaw pjanijiet adegwati ta' prevenzjoni u ta' reazzjoni rapida għad-diżastri klimatiċi bħal mewġ tas-sħana, għargħar u nixfiet, li jqisu l-ispeċifiċitajiet tar-reġjuni, bħar-reġjuni tal-fruntieri jew tal-kosta, u jinkludu mekkaniżmi għal azzjoni transfruntiera, filwaqt li jiżguraw responsabbiltajiet kondiviżi u solidarjetà bejn l-Istati Membri u ma' pajjiżi terzi; jinsisti fuq il-ħtieġa li tiġi adottata strateġija ta' adattament għat-territorji u l-bliet esposti għall-konsegwenzi tat-tibdil fil-klima, abbażi ta' approċċ innovattiv ġdid għall-prevenzjoni u l-ġestjoni tar-riskji bbażat fuq l-ekosistemi, b'mod partikolari billi jiġu identifikati żoni ta' riżerva, żoni li jżommu l-għargħar, protezzjonijiet naturali u, f'każijiet fejn huma essenzjali, protezzjonijiet artifiċjali;

68.

Jitlob lill-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali biex jistabbilixxu sistemi ta' twissija bikrija fil-ħin u jħejju għodod xierqa biex iwieġbu għal avvenimenti estremi tat-temp u impatti negattivi oħra tat-tibdil fil-klima, kif ukoll pandemiji;

o

o o

69.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni.

(1)  Testi adottati, P9_TA(2020)0015.

(2)  Testi adottati, P9_TA(2020)0005.

(3)  Testi adottati, P9_TA(2019)0078.

(4)  ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1

(5)  ĠU L 177, 5.6.2020, p. 3.

(6)  ĠU L 288, 6.11.2007, p. 27.

(7)  ĠU C 316, 22.9.2017, p. 99.

(8)  Watson, J. E. M. et al..: “The exceptional value of intact forest ecosystems”, Nature, Ecology and Evolution (Il-valur eċċezzjonali tal-ekosistemi ta' foresti intatti. Ekoloġija u Evoluazzjoni tan-Natura), Vol. 2, Nru 4, Macmillan Publishers Limited, Londra, 2018.

(9)  Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Lulju 2020 dwar il-konklużjonijiet tal-laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew tas-17-21 ta' Lulju 2020, Testi adottati, P9_TA(2020)0206.

(10)  IPBES, Global Assessment Report on Biodiversity and Ecosystem Services (Rapport ta' Valutazzjoni Globali dwar il-Bijodiversità u s-Servizzi Ekosistemiċi), 2019.


29.10.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 445/168


P9_TA(2020)0383

Deliberazzjonijiet tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet matul is-sena 2019

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Diċembru 2020 dwar ir-riżultat tad-deliberazzjonijiet tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet matul is-sena 2019 (2020/2044(INI))

(2021/C 445/20)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar ir-riżultat tad-deliberazzjonijiet tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet,

wara li kkunsidra l-Artikoli 10 u 11 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE),

wara li kkunsidra l-Artikoli 24 u 227 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), li jirriflettu l-importanza li t-Trattat jattribwixxi lid-dritt taċ-ċittadini u r-residenti tal-UE li jiġbdu l-attenzjoni tal-Parlament għall-preokkupazzjonijiet tagħhom,

wara li kkunsidra l-Artikolu 228 tat-TFUE dwar ir-rwol u l-funzjonijiet tal-Ombudsman Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 44 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea dwar id-dritt ta' petizzjoni quddiem il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra d-dispożizzjonijiet tat-TFUE fir-rigward tal-proċedura ta' ksur u, b'mod partikolari, l-Artikoli 258 u 260 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 54 u l-Artikolu 227(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet (A9-0230/2020),

A.

billi wara l-elezzjonijiet Ewropej, li saru bejn it-23 u s-26 ta' Mejju 2019, u wara li Parlament il-ġdid ġie kkostitwit fit-2 ta' Lulju 2019, il-Kumitat għall-Petizzjonijiet kellu l-laqgħa kostituttiva tiegħu fl-10 ta' Lulju 2019;

B.

billi fl-2019 il-Parlament irċieva 1 357 petizzjoni, ċifra li tirrappreżenta żieda ta' 11,23 % meta mqabbla mal- 1 220 petizzjoni ppreżentati fl-2018 u jiżvela li minkejja l-perjodu ta' sospensjoni tal-attività minħabba l-elezzjonijiet Ewropej, iċ-ċittadini u r-residenti tal-UE baqgħu jeżerċitaw id-dritt ta' petizzjoni tagħhom;

C.

billi fl-2019 l-għadd ta' utenti li appoġġjaw petizzjoni waħda jew aktar fuq il-Portal Web għall-Petizzjonijiet tal-Parlament żdied meta mqabbel mal-2018 u laħaq total ta' 28 075; billi l-għadd ta' klikks li jappoġġjaw il-petizzjonijiet kien ta' 31 679;

D.

billi mill-petizzjonijiet ippreżentati fl-2019, 41 kienu ffirmati b'mod konġunt minn ċittadin wieħed jew aktar, 8 minn aktar minn 100 ċittadin, u 3 minn aktar minn 10 000 ċittadin;

E.

billi l-għadd ta' petizzjonijiet baqa' modest meta mqabbel mal-popolazzjoni totali tal-UE; billi ċ-ċifra globali ta' petizzjonijiet riċevuti tindika li jinħtieġu sforzi akbar u miżuri xierqa biex titqajjem kuxjenza fost iċ-ċittadini dwar id-dritt ta' petizzjoni; billi ċ-ċittadini, fl-eżerċizzju tad-dritt ta' petizzjoni, jistennew li l-istituzzjonijiet tal-UE jipprovdu valur miżjud fit-tfittxija għal soluzzjoni għall-problemi tagħhom;

F.

billi mill- 1 357 petizzjoni ppreżentati fl-2019, 938 ġew iddikjarati ammissibbli, 406 ġew iddikjarati inammissibbli, u 13 ġew irtirati; billi l-perċentwal relattivament għoli (30 %) ta' petizzjonijiet inammissibbli fl-2019 juri li għad hemm nuqqas ta' ċarezza mifrux dwar l-oqsma tal-attività tal-UE; billi f'dan is-sens, jeħtieġ li din il-problema tiġi indirizzata permezz ta' kampanji ta' informazzjoni intiżi sabiex jiċċaraw il-kompetenzi tal-Unjoni kif ukoll il-proċedura għat-tressiq ta' petizzjonijiet lill-Parlament Ewropew;

G.

billi l-kriterji għall-ammissibbiltà tal-petizzjonijiet huma stabbiliti fl-Artikolu 227 TFUE u fl-Artikolu 226 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament, li jirrikjedu li l-petizzjonijiet għandhom jitressqu miċ-ċittadini jew mir-residenti tal-UE affettwati direttament minn kwistjonijiet li jaqgħu fi ħdan l-oqsma ta' attività tal-Unjoni Ewropea;

H.

billi d-dritt li titressaq petizzjoni quddiem il-Parlament Ewropew huwa wieħed mid-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini tal-UE; billi d-dritt ta' petizzjoni joffri liċ-ċittadini u r-residenti tal-UE mekkaniżmu miftuħ, demokratiku u trasparenti biex jindirizzaw lir-rappreżentanti eletti tagħhom direttament, u għalhekk huwa element importanti tal-parteċipazzjoni attiva taċ-ċittadini fl-oqsma ta' attività tal-UE;

I.

billi governanza demokratika bbażata fuq it-trasparenza, fuq il-protezzjoni effikaċi tad-drittijiet fundamentali u fuq l-inklużjoni tat-talbiet taċ-ċittadini tal-UE fl-aġenda politika tal-UE, hija meħtieġa biex tiżdied il-parteċipazzjoni diretta taċ-ċittadini u biex tittejjeb il-kwalità tal-proċess deċiżjonali tal-UE; billi governanza demokratika u trasparenti għandha titqies ukoll bħala pedament għat-tisħiħ tal-effikaċja u tal-qrubija maċ-ċittadini tal-ħidma tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet;

J.

billi d-dritt ta' petizzjoni għandu jsaħħaħ il-kapaċità ta' rispons tal-Parlament għall-ilmenti u t-tħassib relatati mar-rispett tad-drittijiet fundamentali tal-UE u l-konformità mal-leġiżlazzjoni tal-UE fl-Istati Membri; billi l-petizzjonijiet huma, fost affarijiet oħra, sors utli ħafna ta' informazzjoni dwar istanzi ta' applikazzjoni skorretta jew ta' ksur tad-dritt tal-UE; billi l-petizzjonijiet jippermettu li l-Parlament u l-istituzzjonijiet l-oħra tal-UE jivvalutaw it-traspożizzjoni u l-applikazzjoni tad-dritt tal-UE u l-impatt tiegħu fuq iċ-ċittadini u r-residenti tal-UE u jidentifikaw nuqqasijiet u inkonsistenzi tad-dritt tal-UE li jimminaw l-objettiv li tiġi żgurata protezzjoni sħiħa tad-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini;

K.

billi ċ-ċittadini ġeneralment jirrikorru għand il-Kumitat għall-Petizzjonijiet fl-aħħar istanza meta jqisu li korpi u istituzzjonijiet oħra ma jkunux jistgħu jsolvu kwistjonijiet li huma mħassba dwarhom;

L.

billi l-Parlament ilu jiżvolġi rwol ta' mexxej fl-iżvilupp tal-proċess tal-petizzjonijiet fil-livell internazzjonali, u għandu l-aktar proċess tal-petizzjonijiet miftuħ u trasparenti fl-Ewropa, li jippermetti li l-petizzjonanti jipparteċipaw fl-attivitajiet tiegħu;

M.

billi kull petizzjoni tiġi eżaminata bir-reqqa mill-Kumitat għall-Petizzjonijiet; billi kull petizzjonant għandu d-dritt li jirċievi tweġiba u informazzjoni rigward id-deċiżjoni dwar l-ammissibbiltà u l-azzjonijiet ta' segwitu meħuda mill-kumitat, fi żmien raġonevoli u bil-lingwa tiegħu stess jew b'dik użata fil-petizzjoni;

N.

billi l-attivitajiet tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet huma bbażati fuq l-informazzjoni u l-kontributi li jaslu mingħand il-petizzjonanti; billi l-informazzjoni fornuta mill-petizzjonanti flimkien mal-għarfien espert offrut mill-Kummissjoni, mill-Istati Membri u minn korpi oħra huma essenzjali għall-ħidma tal-kumitat; billi l-petizzjonijiet ammissibbli spiss jagħtu informazzjoni siewja lill-ħidma ta' kumitati parlamentari u intergruppi oħrajn;

O.

billi għadd konsiderevoli ta' petizzjonijiet jiġu diskussi pubblikament fil-laqgħat tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet; billi l-petizzjonanti huma ta' spiss mistiedna jippreżentaw il-petizzjonijiet tagħhom u jipparteċipaw bis-sħiħ fid-diskussjoni, u b'hekk jikkontribwixxu b'mod attiv għall-ħidma tal-kumitat; billi fl-2019, il-Kumitat għall-Petizzjonijiet kellu 9 laqgħat ordinarji tal-kumitat, li fihom ġew diskussi 250 petizzjoni fil-preżenza ta' 239 petizzjonant, filwaqt li 126 petizzjonant ipparteċipaw b'mod attiv billi intervenew fil-laqgħa; billi r-rwol tal-kumitat fl-għoti tas-setgħa liċ-ċittadini Ewropej huwa kontribut importanti għat-tisħiħ tal-immaġni u l-awtorità tal-Parlament;

P.

billi s-suġġetti prinċipali ta' tħassib indikati fil-petizzjonijiet ippreżentati fl-2019 kienu jikkonċernaw kwistjonijiet ambjentali (b'mod partikolari kwistjonijiet rigward it-tniġġis, il-protezzjoni u l-preservazzjoni u l-immaniġġjar tal-iskart), id-drittijiet fundamentali (notevolment id-drittijiet tat-tfal, id-drittijiet tal-vot u d-drittijiet taċ-ċittadini tal-UE, b'mod partikolari fil-kuntest tal-Brexit), affarijiet kostituzzjonali (b'mod partikolari mistoqsijiet relatati mal-elezzjonijiet Ewropej u mal-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE), is-saħħa (b'mod partikolari kwistjonijiet relatati mal-kura tas-saħħa u mal-impatt tar-riskji u s-sustanzi tossiċi), it-trasport (notevolment id-drittijiet tal-passiġġieri bl-ajru u dawk ferrovjarji, kollegamenti transnazzjonali u bidliet staġonali fil-ħin), is-suq intern (b'mod partikolari mistoqsijiet relatati mad-drittijiet tal-konsumaturi u mal-libertà tal-moviment tal-persuni), l-impjieg (b'mod partikolari l-aċċess għas-suq tax-xogħol u l-kuntratti prekarji), u l-kultura u l-edukazzjoni (b'mod partikolari l-aċċess għall-edukazzjoni għat-tfal b'diżabilità u l-fastidju fl-iskejjel), kif ukoll ħafna oqsma ta' attività oħrajn;

Q.

billi 73,9 % mill-petizzjonijiet li waslu (1 003 petizzjonijiet) fl-2019 ġew ippreżentati permezz tal-Portal Web għall-Petizzjonijiet tal-Parlament, meta mqabbla ma' 70,7 % (863 petizzjoni) fl-2018;

R.

billi fl-2019 il-Portal Web għall-Petizzjonijiet kompla jiġi żviluppat f'verżjoni tad-disinn tal-web responsiv li tikkonforma mad-“dehra u s-sensazzjoni” ġodda tas-sit web tal-Parlament Ewropew (Europarl); billi dan il-portal għalhekk sar aktar faċli li jintuża u joffri aċċess aħjar għaċ-ċittadini, li issa jistgħu jużawh fuq kull apparat, u ġie ottimizzat għall-applikazzjoni tal-istandard Ewropew EN 301 549; billi huwa wkoll parzjalment konformi mal-istandard AA tal-livell 2.1 tal-Linji Gwida dwar l-Aċċessibbiltà tal-Kontenut tal-Web (WCAG); billi l-istqarrija ta' privatezza l-ġdida ttellgħet bil-verżjonijiet lingwistiċi kollha fil-mudelli tal-posta elettronika u fil-paġna ta' reġistrazzjoni, u ġiet attivata Captcha tal-awdjo għar-reġistrazzjoni tal-kontijiet tal-utenti; billi l-Portal Web għall-Petizzjonijiet u ePetizzjoni ġew integrati aktar bit-titjib tal-mekkaniżmu ta' sinkronizzazzjoni tagħhom; billi għadd kbir ta' talbiet individwali għall-appoġġ ġew indirizzati b'suċċess;

S.

billi għandu jiġu nnotat li minħabba l-perjodu ta' sospensjoni tal-attività minħabba l-elezzjonijiet Ewropej, ma saret l-ebda żjara ta' ġbir ta' informazzjoni għall-petizzjonijiet li fuqhom kienet għaddejja inkjesta fl-2019; billi l-kumitat wettaq il-valutazzjonijiet ta' segwitu ta' għadd ta' żjarat ta' ġbir ta' informazzjoni preċedenti u adotta r-rapporti dwar tnejn li saru fl-2018; billi għadd ta' żjarat ta' ġbir ta' informazzjoni ġew ipprogrammati għall-2020;

T.

billi l-Kumitat għall-Petizzjonijiet iqis li l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej (IĊE) hija strument importanti tad-demokrazija parteċipattiva, li jippermetti li ċ-ċittadini jinvolvu ruħhom b'mod attiv fit-tfassil tal-politiki u l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni; billi kien hemm nuqqas ta' komunikazzjoni effettiva dwar l-IĊE;

U.

billi l-midja għandha rwol ewlieni fi kwalunkwe sistema demokratika u tipprovdi aktar trasparenza għall-proċess tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet; billi stampa ta' kwalità hija element essenzjali għall-Unjoni Ewropea kollha; billi hemm konfużjoni f'ċerti midja Ewropej fir-rigward tar-rwol u s-setgħat tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet;

V.

billi skont ir-Regoli ta' Proċedura, il-Kumitat għall-Petizzjonijiet huwa responsabbli għar-relazzjonijiet mal-Ombudsman Ewropew, li jinvestiga l-ilmenti dwar amministrazzjoni ħażina fi ħdan l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni Ewropea; billi fl-2019 il-Kumitat għall-Petizzjonijiet żvolġa rwol fundamentali fl-organizzazzjoni tal-elezzjoni tal-Ombudsman Ewropew billi organizza seduta ta' smigħ pubbliku tal-kandidati skont l-Artikolu 231 tar-Regoli ta' Proċedura; billi fit-18 ta' Diċembru 2019 Emily O'Reilly ġiet eletta mill-ġdid Ombudsman Ewropew għal-leġiżlatura 2019-2024;

W.

billi r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Jannar 2019 dwar l-inkjesta strateġika OI/2/2017 tal-Ombudsman dwar it-trasparenza tad-diskussjonijiet leġiżlattivi fil-korpi preparatorji tal-Kunsill tal-UE (1) esprimiet appoġġ lill-Ombudsman fl-inkjesta tagħha u talbet lill-Kunsill jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jimplimenta malajr kemm jista' jkun ir-rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman; billi l-Kunsill la rrisponda lill-Ombudsman u lanqas għar-riżoluzzjoni tal-Parlament u ma ħa l-ebda miżura favur l-implimentazzjoni;

X.

billi fl-2019 ir-relazzjonijiet bejn il-Kumitat għall-Petizzjonijiet u l-Ombudsman Ewropew komplew jissaħħu, kif muri mill-parteċipazzjoni attiva tal-Ombudsman fil-laqgħat tal-kumitat; billi wara r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Frar 2019 regolamenti u l-kundizzjonijiet ġenerali li jirregolaw it-twettiq tal-obbligi tal-Ombudsman (2), Emily O'Reilly ipparteċipat fil-laqgħa tal-kumitat tat-2 ta' April 2019 għal skambju ta' fehmiet dwar il-prerogattivi l-ġodda proposti tagħha, u ppreżentat ir-Rapport Annwali tagħha għall-2018 lill-Kumitat għall-Petizzjonijiet fil-laqgħa tiegħu tal-4 ta' Settembru 2019;

Y.

billi l-Kumitat għall-Petizzjonijiet huwa membru tan-Network Ewropew tal-Ombudsmen, li jinkludi wkoll l-Ombudsman Ewropew, l-ombudsmen nazzjonali u reġjonali u korpi simili tal-Istati Membri, il-pajjiżi kandidati, u pajjiżi oħra taż-Żona Ekonomika Ewropea, u li għandu l-għan li jippromwovi l-iskambju ta' informazzjoni dwar id-dritt u l-politika tal-UE, u li jikkondividi l-aħjar prattiki;

Z.

billi l-attivitajiet tan-Network tal-Petizzjonijiet għandhom jittejbu billi tiġi żgurata kooperazzjoni aktar effikaċi fost il-kumitati li jittrattaw il-petizzjonijiet; billi n-Network tal-Petizzjonijiet għandu jsaħħaħ id-djalogu u l-kollaborazzjoni mal-Kummissjoni u ma' istituzzjonijiet oħra tal-UE bil-għan li jiggarantixxi li l-kwistjonijiet imqajma miċ-ċittadini fil-petizzjonijiet jiġu indirizzati u solvuti b'mod adegwat;

AA.

billi fil-linji gwida politiċi tagħha għall-Kummissjoni Ewropea għall-2019-2024, il-President von der Leyen impenjat ruħha li twieġeb b'att leġiżlattiv għar-riżoluzzjonijiet tal-Parlament abbażi tal-Artikolu 225 tat-TFUE, bil-għan li tagħti lill-Parlament rwol aktar b'saħħtu fl-inizjazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE; billi l-Kumitat għall-Petizzjonijiet għandu jkollu rwol strateġiku fil-ħolqien ta' rabta diretta bejn id-dritt ta' inizjattiva leġiżlattiva tal-Parlament u l-kwistjonijiet imqajma miċ-ċittadini permezz tal-petizzjonijiet;

1.

Ifakkar li l-Kumitat għall-Petizzjonijiet, bħala l-uniku kumitat li jikkomunika direttament maċ-ċittadini, jeħtieġlu jsaħħaħ ir-rwol ewlieni tiegħu fid-difiża u l-promozzjoni tad-drittijiet taċ-ċittadini u r-residenti tal-UE fil-limiti tal-kompetenza tal-kumitat, filwaqt li jiżgura li t-tħassib u l-ilmenti tal-petizzjonanti jiġu eżaminati f'waqthom u jiġu riżolti, u dan permezz ta' proċess ta' petizzjonijiet miftuħ, demokratiku, aġili u trasparenti u permezz ta' kooperazzjoni u djalogu msaħħa ma' istituzzjonijiet oħra tal-UE u mal-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali, u billi jevita li jagħti twiġibiet preġudikati jew politiċizzati lill-petizzjonanti;

2.

Jiddispjaċih li l-petizzjonanti għadhom mhux informati biżżejjed dwar x'inhuma r-raġunijiet li għalihom petizzjoni tiġi ddikjarata inammissibbli; jenfasizza l-importanza ta' kampanja ta' informazzjoni kontinwa u dibattitu pubbliku dwar l-oqsma tal-attività tal-Unjoni li tkun immirata biex tqajjem kuxjenza pubblika dwar id-dritt ta' petizzjoni lill-Parlament Ewropew, li li tipprovdi informazzjoni aktar ċara u aktar dettaljata dwar is-setgħat tal-UE; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu adottati, bħala kwistjoni ta' urġenza, il-miżuri kollha meħtieġa sabiex tiġi implimentata governanza demokratika tal-UE bbażata fuq it-trasparenza, il-protezzjoni msaħħa tad-drittijiet fundamentali, u l-inklużjoni diretta taċ-ċittadini fil-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-UE; huwa tal-fehma li huwa essenzjali li jinstab mod ta' kif jiġi promoss aktar id-dritt ta' petizzjoni filwaqt li titqajjem kuxjenza fost iċ-ċittadini f'dan ir-rigward; jipproponi li l-kampanji ta' informazzjoni fl-Unjoni Ewropea jiġu intensifikati biex jiġi żgurat li ċ-ċittadini tal-UE jkollhom għarfien aħjar tal-kompetenzi tal-UE u biex tiġi ċċarata l-perċezzjoni tar-rwol tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet fl-opinjoni pubblika;

3.

Jappella għal servizz tal-istampa u ta' komunikazzjonijiet aktar attiv u għal preżenza aktar attiva fuq il-midja soċjali, sabiex tiżdied il-viżibbiltà tal-ħidma tal-Kumitat kif ukoll biex isir aktar responsiv għat-tħassib tal-pubbliku u għad-dibattiti tal-UE, billi jiġu enfasizzati wkoll dawk il-każijiet u l-istejjer ta' suċċess, fejn kwistjoni mqajma minn petizzjonant tkun ġiet riżolta bl-appoġġ tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet;

4.

Jipproponi li jitwettqu kampanji u eventi ta' sensibilizzazzjoni mmirati għalll-ġurnalisti u l-midja sabiex jiġi evitat li tinxtered informazzjoni vaga u b'hekk tittejjeb ir-relazzjoni bejn il-Kumitat għall-Petizzjonijiet u l-midja; jenfasizza li l-midja tiżvolġi rwol ewlieni billi tgħarraf liċ-ċittadini Ewropej dwar il-ħidma ta' kuljum tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet u tista' tikkontribwixxi permezz tal-attività tagħha biex ittejjeb l-għarfien taċ-ċittadini Ewropej dwar il-ħidma tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet; jenfasizza li huwa l-kompitu tal-UE li tħeġġeġ l-għoti ta' informazzjoni preċiża liċ-ċittadini Ewropej;

5.

Jindika li l-petizzjonijiet joffru l-opportunità lill-Parlament Ewropew u lill-istituzzjonijiet l-oħra tal-UE biex iżommu djalogu dirett maċ-ċittadini u r-residenti legali tal-UE li jkunu affettwati mill-applikazzjoni skorretta jew minn ksur tad-dritt tal-UE jew minn inkonsistenzi fid-dritt tal-UE, u li jiġu rrimedjati l-problemi li jkunu ġew identifikati; jilqa', għalhekk, il-fatt li l-petizzjonijiet huma l-bieb tad-dħul taċ-ċittadini fl-istituzzjonijiet Ewropej; jenfasizza l-ħtieġa ta' kooperazzjoni msaħħa bejn il-Kumitat għall-Petizzjonijiet u l-kumitati ewlenin, l-istituzzjonijiet tal-UE u l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali dwar l-inkjesti jew proposti li jirrigwardaw l-implimentazzjoni tad-dritt tal-Unjoni u l-konformità miegħu;

6.

Iqis li, sabiex jiġi żgurat li l-petizzjonijiet jgħaddu għand l-awtoritajiet kompetenti u rilevanti, jeħtieġ li tittejjeb il-kooperazzjoni mal-parlamenti nazzjonali, il-gvernijiet tal-Istati Membri, l-istituzzjonijiet nazzjonali relevanti u l-Ombudsmen.

7.

Ifakkar li l-petizzjonijiet joffru kontribut siewi għar-rwol tal-Kummissjoni bħala gwardjan tat-Trattati; itenni li huwa kruċjali li jkun hemm kooperazzjoni tajba bejn il-Kumitat għall-Petizzjonijiet u l-Kummissjoni, u li tweġibiet aktar rapidi mill-Kummissjoni huma essenzjali fil-proċess ta' kif jiġu indirizzati l-petizzjonijiet; jilqa' b'sodisfazzjon, f'dan ir-rigward, l-impenn li ħa l-Viċi President tal-Kummissjoni għar-Relazzjonijiet Interistituzzjonali u l-Prospettiva, Maroš Šefčovič, matul is-seduta ta' smigħ tiegħu bħala Kummissarju nnominat, biex ikompli jtejjeb l-ipproċessar min-naħa tal-Kummissjoni tal-petizzjonijiet u biex jiżgura l-preżentazzjoni ta' risposti preċiżi qabel ma jiskadi t-terminu ta' tliet xhur; itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni biex tiżgura t-trasparenza u l-aċċess għal dokumenti fil-qafas tal-proċeduri tal-EU Pilot fir-rigward tal-petizzjonijiet riċevuti, u tal-proċeduri tal-EU Pilot u dawk ta' ksur li diġà ġew konklużi;

8.

Jistieden lill-Kummissjoni timpenja ruħha għal involviment aktar attiv fil-Kumitat għall-Petizzjonijiet sabiex tiżgura li l-petizzjonanti jirċievu tweġiba preċiża għat-talbiet u l-ilmenti tagħhom dwar l-implimentazzjoni tad-dritt tal-UE;

9.

Iqis li l-Kummissjoni ma għandhiex tpoġġi r-responsabbiltà tal-azzjoni fuq il-petizzjonant biss meta jkun hemm problema identifikata relatata mal-applikazzjoni jew il-ksur tad-dritt tal-UE. jemmen li l-Kummissjoni jeħtiġilha tivverifika jekk l-awtoritajiet nazzjonali jkunux qed jieħdu passi biex isolvu l-problema msemmija fil-petizzjoni u jeħtiġilha tkun lesta tintervjeni f'każ li l-azzjonijiet tal-awtoritajiet nazzjonali ma jkunux effiċjenti;

10.

Jenfasizza li t-trasparenza u l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-istituzzjonijiet tal-UE kollha, inkluż il-Kunsill, għandhom ikunu r-regola ġenerali sabiex jiġi żgurat l-ogħla livell ta' protezzjoni tad-drittijiet demokratiċi taċ-ċittadini; jirrimarka li r-Regolament (KE) Nru 1049/2001 (3) attwali ma għadux jirrifletti aktar is-sitwazzjoni attwali; jappella lill-Kummissjoni tippreżenta proposta għar-riformulazzjoni tar-Regolament tal-2001 bil-għan li ttejjeb it-trasparenza u l-obbligu ta' rendikont billi tippromwovi l-prattika amministrattiva tajba;

11.

Jinnota li l-Kumitat għall-Petizzjonijiet spiss jirċievi lmenti dwar ksur tal-istat tad-dritt minn ċerti awtoritajiet; ifakkar li l-iżgurar tal-applikazzjoni effikaċi, ugwali u uniformi tad-dritt tal-UE huwa kruċjali biex jiġi rrispettat l-istat tad-dritt, li huwa wieħed mill-valuri li fuqhom huma msejsa l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, skont l-Artikolu 2 TUE; filwaqt li jirrispetta l-prinċipju ta' sussidjarjetà, jistieden lill-Kummissjoni tirrispetta l-impenji li ħadet fil-Komunikazzjoni tagħha tas-17 ta' Lulju 2019 bit-titlu “It-tisħiħ tal-istat tad-dritt fl-Unjoni: Pjan ta' azzjoni” (COM(2019)0343), sabiex tiġi promossa kultura ta' rispett għall-istat tad-dritt, tissaħħaħ il-kooperazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali u tiġi żgurata reazzjoni komuni effikaċi għat-theddid attwali fi ħdan l-Unjoni;

12.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tieħu passi biex tiżgura li l-interpretazzjoni tal-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 51 tkun koerenti u wiesgħa kemm jista' jkun; ifakkar li l-aspettattivi tal-biċċa l-kbira tal-petizzjonanti fir-rigward tad-drittijiet mogħtija lilhom mill-Karta huma għoljin u jmorru ferm lil hinn mill-kamp ta' applikazzjoni attwali tagħhom;

13.

Jemmen li l-kooperazzjoni mal-kumitati l-oħra fil-Parlament hija essenzjali għal ipproċessar komprensiv tal-petizzjonijiet; josserva li, fl-2019, intbagħtu 65 petizzjoni lil kumitati oħrajn għal opinjoni u 351 għal skopijiet ta' informazzjoni, filwaqt li mingħand kumitati oħrajn il-Kumitat irċieva 38 opinjoni u 9 konfermi li l-petizzjonijiet kienu qed jiġu kkunsidrati fil-ħidma tagħhom; jinnota wkoll li, fl-2018, intbagħtu 47 petizzjoni lil kumitati oħrajn għal opinjoni u 660 għal skopijiet ta' informazzjoni, filwaqt li mingħand kumitati oħrajn il-Kumitat irċieva 30 opinjoni u 38 konferma li l-petizzjonijiet kienu qed jiġu kkunsidrati fil-ħidma tagħhom; ifakkar li l-petizzjonanti jiġu infurmati meta jkun hemm deċiżjoni li tintalab opinjoni minn kumitati oħrajn biex jiġu indirizzati l-petizzjonijiet tagħhom; jissottolinja għalhekk l-importanza tal-kontribut tal-kumitati l-oħra biex il-Parlament ikun jista' jwieġeb b'aktar ħeffa u effiċjenza għat-tħassib taċ-ċittadini;

14.

Jinsab konvint li n-network tal-petizzjonijiet huwa għodda utli biex titqajjem kuxjenza dwar il-kwistjonijiet imqajma fil-petizzjonijiet u biex jiġi ffaċilitat it-trattament tal-petizzjonijiet f'kumitati oħrajn li lilhom jintbagħtu għal opinjoni jew għal skopijiet ta' informazzjoni. jirrimarka li hemm bżonn li jiġi żgurat li jkun hemm segwitu adegwat għall-petizzjonijiet fil-ħidma parlamentari u leġiżlattiva; jenfasizza li n-network tal-petizzjonijiet jista' jitqies bħala għodda strateġika biex jitrawwem id-dritt ta' inizjattiva leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew minqux fl-Artikolu 225 tat-TFUE, u b'hekk jiġu indirizzati n-nuqqasijiet u l-inkonsistenzi tad-dritt tal-UE indikati fil-petizzjonijiet sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni sħiħa tad-drittijiet taċ-ċittadini; jemmen li l-laqgħat regolari tan-network tal-petizzjonijiet huma kruċjali għat-tisħiħ tal-kooperazzjoni fost il-kumitati parlamentari permezz tal-iskambju tal-informazzjoni u l-kondiviżjoni tal-aħjar prattika fost il-membri tan-network; jenfasizza li kollegament aktar mill-qrib bejn il-kumitati jista' jtejjeb l-effiċjenza fir-rigward tal-ippjanar ta' seduti ta' smigħ u studji parlamentari dwar l-istess suġġetti; huwa favur it-tfassil ta' mekkaniżmu li jippermetti li l-Kumitat għall-Petizzjonijiet ikun involut direttament fil-proċess leġiżlattiv;

15.

Jiġbed l-attenzjoni għar-rapporti annwali ewlenin adottati mill-Kumitat għall-Petizzjonijiet fl-2019, notevolment ir-Rapport Annwali dwar l-attivitajiet tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet fl-2018 (4) u r-Rapport Annwali dwar il-ħidma tal-Ombudsman Ewropew fl-2018 (5);

16.

Josserva li l-Kumitat għall-Petizzjonijiet esprima l-opinjoni tiegħu dwar kwistjonijiet importanti indikati fil-petizzjonijiet billi kkontribwixxa għar-rapporti parlamentari u leġiżlattivi, notevolment dwar l-implimentazzjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea fil-qafas istituzzjonali tal-UE (6) u dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li twaqqaf il-bidliet staġonali fil-ħin u tħassar id-Direttiva 2000/84/KE (7);

17.

Jirrimarka li ħafna petizzjonijiet irriżultaw f'azzjoni leġiżlattiva jew politika, kemm permezz ta' rapporti jew mozzjonijiet għal riżoluzzjoni, iżda wkoll permezz ta' deċiżjonijiet preliminari jew proċedimenti ta' ksur;

18.

Jinnota li l-ambjent kien il-qasam prinċipali li qajjem tħassib għall-petizzjonanti fl-2019; jindika, f'dan ir-rigward, il-mozzjoni għal riżoluzzjoni skont l-Artikolu 227(2) dwar l-immaniġġjar tal-iskart, adottata fil-21 ta' Marzu 2019 mill-Kumitat għall-Petizzjonijiet u fl-4 ta' April 2019 fil-plenarja (8); jisħaq li l-immaniġġjar tal-iskart huwa wieħed mill-isfidi soċjoekonomiċi u ambjentali globali prinċipali, u jtenni l-appell tiegħu għall-massimizzazzjoni tal-prevenzjoni, l-użu mill-ġdid, il-ġbir separat u r-riċiklaġġ, bil-ħsieb li tiġi xprunata t-trażizzjoni lejn ekonomija ċirkolari; itenni s-sejħa tiegħu lill-Kummissjoni biex tuża l-potenzjal sħiħ tas-sistema ta' twissija bikrija kif stabbilit fid-direttivi dwar l-iskart riveduti; jiġbed l-attenzjoni għar-rapport finali taż-żjara ta' ġbir ta' informazzjoni f'Valledora (l-Italja), adottat fil-11 ta' April 2019 u jistieden lill-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali kompetenti biex jiżguraw l-implimentazzjoni sħiħa u konsistenti tar-rakkomandazzjonijiet kollha li jinsabu fih;

19.

Jiġbed l-attenzjoni għas-seduta ta' smigħ dwar “Climate Change Denial” (Ċaħda tat-Tibdil fil-Klima) li l-Kumitat għall-Petizzjonijiet organizza fil-21 ta' Marzu 2019 flimkien mal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel; jemmen li l-Kumitat għall-Petizzjonijiet jeħtieġlu jkompli jiġġieled iċ-ċaħda tat-tibdil fil-klima, anki billi jippromwovi l-adozzjoni ta' sanzjonijiet effikaċi u dissważivi kontra l-gruppi ta' interess, li jagħmlu pressjoni fuq l-istituzzjonijiet tal-UE u li l-attivitajiet tagħhom huma relatati direttament jew indirettament maċ-ċaħda tat-tibdil fil-klima; jenfasizza li huwa ta' importanza kbira li jiġi żgurat li l-ħidma futura tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet tiggarantixxi enfasi speċifika fuq it-tibdil fil-klima bil-ħsieb li jissaħħu l-attivitajiet ġenerali tal-istituzzjonijiet tal-UE bil-għan li jiġu implimentati b'mod konsistenti l-Patt Ekoloġiku Ewropew u l-Ftehim ta' Pariġi;

20.

Jindika l-istudji dwar “Cross-border nuclear safety, liability and cooperation in the European Union” (Sikurezza, obbligu ta' rendikont u kooperazzjoni nukleari transfruntiera fl-Unjoni Ewropea) u “Endocrine Disruptors: From Scientific Evidence to Human Health Protection” (Interferenti Endokrinali: Mill-Evidenza Xjentifika għall-Protezzjoni tas-Saħħa tal-Bniedem), li l-Kumitat għall-Petizzjonijiet ikkummissjona bħala segwitu mogħti lil għadd sostanzjali ta' petizzjonijiet li jqajmu tħassib dwar dawn il-kwistjonijiet u li ġew ippreżentati fil-laqgħat tiegħu fl-20 ta' Frar 2019 u fit-2 ta' April 2019; jiddispjaċih għall-fatt li r-regoli ambjentali ma jiġux implimentati dejjem b'mod korrett fl-Istati Membri, kif deskritt f'bosta petizzjonijiet; jisħaq fuq l-importanza li jiġu ssodisfati l-aspettattivi taċ-ċittadini tal-UE dwar il-protezzjoni tal-ambjent, u għalhekk iħeġġeġ lill-Kummissjoni, flimkien mal-Istati Membri, biex tiżgura l-implimentazzjoni korretta tal-leġiżlazzjoni tal-UE f'dan il-qasam; jinsab konvint li l-Kummissjoni jeħtiġilha tintensifika l-attivitajiet tagħha biex tiżgura li l-valutazzjonijiet ambjentali mwettqa mill-Istati Membri għall-awtorizzazzjoni ta' proġetti ta' infrastruttura, li dwarhom il-petizzjonanti indikaw riskji serji għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent, ikunu bbażati fuq analiżijiet preċiżi u komprensivi f'konformità sħiħa mad-dritt tal-UE;

21.

Jinsab imħasseb serjament dwar id-danni serji għas-saħħa li jġarrbu ċ-ċittadini li jgħixu f'żoni fejn jiġu prodotti ammonti kbar ta' sustanzi karċinoġeniċi, u li l-ogħla impatt negattiv huwa rreġistrat fost it-tfal; jemmen b'saħħa li l-Kummissjoni għandha tagħmel użu sħiħ u timplimenta b'mod konsistenti d-dispożizzjonijiet tal-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (REACH) rigward is-sustanzi soġġetti għal awtorizzazzjoni minħabba li huma karċinoġeniċi, persistenti u bijoakkumulattivi, u tiżgura s-sostituzzjoni tagħhom b'sustanzi alternattivi mhux tossiċi, inkluż billi tippromwovi proċessi industrijali għal dan l-iskop;

22.

Jiġbed l-attenzjoni għall-għadd kbir ta' petizzjonijiet dwar il-Brexit li ġew ippreżentati fl-2019, li fil-biċċa l-kbira jappellaw għall-protezzjoni tad-drittijiet taċ-ċittadini tal-UE qabel u wara l-Brexit; jilqa' l-ħidma eċċellenti mwettqa mill-Kumitat għall-Petizzjonijiet li, huwa u jindirizza t-tħassib imqajjem minn dawn il-petizzjonanti, ikkontribwixxa biex jiżgura li d-drittijiet taċ-ċittadini jibqgħu waħda mill-prijoritajiet prinċipali tal-Parlament fin-negozjati dwar il-Brexit; jenfasizza li hemm ħafna ċittadini – kemm fl-UE kif ukoll fir-Renju Unit – li, fid-dawl tal-inċertezza ta' Brexit mingħajr ftehim, irrikorrew għand il-Kumitat għall-Petizzjonijiet peress li beżgħu li d-drittijiet tagħhom kienu se jiġu pperikolati minħabba n-nuqqas ta' ftehim; jirrimarka li, sabiex jiġu ppreservati d-drittijiet li jgawdu minnhom ċ-ċittadini tal-UE residenti fi Stat Membru li mhuwiex dak li joriġinaw minnu, jista' jkun utli li jkun hemm leġiżlazzjoni xierqa f'każ li l-Istat Membru jibdel l-istatus tiegħu fir-rigward tal-UE;

23.

Ifakkar fir-rwol speċifiku ta' protezzjoni li jiżvolġi l-Kumitat għall-Petizzjonijiet fi ħdan l-UE fil-qafas tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità; jiġbed l-attenzjoni għall-ħidma importanti kontinwa tal-kumitat b'rabta ma' petizzjonijiet li jikkonċernaw kwistjonijiet relatati mad-diżabilità; jinnota li l-għadd ta' petizzjonijiet dwar id-diżabilità naqas fl-2019 meta mqabbel mas-sena preċedenti; jinnota, madankollu, li l-aċċessibbiltà u d-diskriminazzjoni għadhom fost l-isfidi prinċipali li jħabbtu wiċċhom magħhom il-persuni b'diżabilità; ifakkar li fl-2019 il-Kumitat għall-Petizzjonijiet ta attenzjoni speċifika għad-diskussjoni rigward il-petizzjonijiet dwar l-edukazzjoni inklużiva għat-tfal b'diżabilità; jappella għal aġenda ġdida għall-ħiliet li jkollha pożizzjoni fil-qalba tal-Ewropa u proposti konkreti dwar kif titrawwem l-inklużività u jiġu ffaċilitati r-rikonoxximent u l-portabbiltà tal-ħiliet fl-Ewropa;

24.

Jilqa' pożittivament il-fatt li, fl-2019, il-Kumitat għall-Petizzjonijiet indirizza t-tħassib taċ-ċittadini rigward it-trasparenza u l-obbligu ta' rendikont tal-istituzzjonijiet tal-UE, kif tqajjem f'bosta petizzjonijiet; ifakkar f'dan ir-rigward li fil-laqgħa tiegħu tat-2 ta' April 2019, il-kumitat organizza sessjoni ta' ħidma dwar “Conflicts of Interest – Integrity, Accountability and Transparency in the EU institutions and agencies” (Kunflitti ta' Interess – Integrità, Obbligu ta' Rendikont u Trasparenza fl-istituzzjonijiet u l-aġenziji tal-UE), li eżaminat il-kisbiet li saru fir-rigward tal-kunflitti ta' interess, l-integrità, l-obbligu ta' rendikont, it-trasparenza, il-kodiċijiet ta' kondotta u l-“bibien iduru” fl-istituzzjonijiet u l-aġenziji tal-UE; jiġbed l-attenzjoni għall-kontribut importanti għad-dibattitu li tat l-Ombudsman Ewropew, li għamlet diskors ewlieni dwar il-kisbiet u l-isfidi għall-istituzzjonijiet tal-UE;

25.

Jappella għall-adozzjoni rapida ta' riformi ġuridiċi mmirati biex jindirizzaw in-nuqqas ta' trasparenza tal-proċess deċiżjonali tal-UE, il-kunflitti ta' interess, u l-kwistjonijiet etiċi kollha fil-livell tal-UE li jaffettwaw il-proċess leġiżlattiv relatati ma' kwistjonijiet imqajma miċ-ċittadini permezz ta' petizzjonijiet;

26.

Jiġbed l-attenzjoni għall-appoġġ f'maġġoranza li l-plenarja tal-Parlament tat lir-riżoluzzjoni tas-17 ta' Jannar 2019, dwar l-inkjesta strateġika OI/2/2017 tal-Ombudsman Ewropew dwar it-trasparenza tad-diskussjonijiet leġiżlattivi fil-korpi preparatorji tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (9); ifakkar li l-Kunsill, bħala koleġiżlatur, huwa istituzzjoni indispensabbli għaċ-ċittadini tal-Unjoni; jiddispjaċih għall-fatt li bosta diskussjonijiet u laqgħat tal-Kunsill għadhom isiru bil-bibien magħluqa; jistieden lill-Kunsill jimplimenta politika ta' trasparenza akbar sabiex b'hekk titjieb il-fiduċja taċ-ċittadini fl-istituzzjonijiet pubbliċi; iħeġġeġ lill-Kunsill jippubbliċizza ċerti laqgħat u dokumenti b'mod aktar wiesa' sabiex jikseb komunikazzjoni aħjar maċ-ċittadini Ewropej u mal-parlamenti nazzjonali;

27.

Jirrikonoxxi l-eżitu tas-smigħ pubbliku li sar mill-Kumitat għall-Petizzjonijiet fit-12 ta' Novembru 2019 dwar l-Att tal-Istati Uniti dwar il-Konformità Fiskali tal-Kontijiet Barranin (FATCA) u l-impatt extraterritorjali tiegħu fuq iċ-ċittadini tal-UE; jiddeplora l-fatt li l-Kummissjoni u l-Kunsill jidhru li jagħtu aktar valur lir-relazzjonijiet internazzjonali mal-Istati Uniti milli jagħtu lid-drittijiet u l-interessi taċ-ċittadini tal-UE, b'mod partikolari fil-każ tal-FATCA, u jistedinhom jerfgħu r-responsabbiltà tagħhom u jieħdu azzjoni immedjata u sinifikanti b'appoġġ għaċ-ċittadini kkonċernati, kif mitlub mill-Parlament fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta' Lulju 2018 dwar l-effetti negattivi tal-Att tal-Istati Uniti dwar il-Konformità Fiskali tal-Kontijiet Barranin fuq iċ-ċittadini tal-UE (10);

28.

Jiġbed l-attenzjoni għall-ħidma importanti kontinwa tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet bil-għan li tiġi żgurata l-protezzjoni tal-benessri tal-annimali fl-UE, kif muri mill-għadd sinifikanti ta' petizzjonijiet dwar dan is-suġġett li ġew diskussi fil-laqgħat tiegħu fl-2019; jemmen li huwa tal-ogħla importanza li titnieda strateġija ġdida tal-UE dwar il-benessri tal-annimali biex jimtlew il-lakuni eżistenti kollha u biex jiġi żgurat ħarsien sħiħ u effikaċi tal-benesseri tal-annimali permezz ta' qafas leġiżlattiv ċar u komprensiv li jkun konformi bis-sħiħ mal-Artikolu 13 TFUE; jiġbed l-attenzjoni għas-smigħ pubbliku dwar “Revaluation of the wolf population in the EU” (Rivalutazzjoni tal-popolazzjoni tal-ilpup fl-UE), li l-Kumitat għall-Petizzjonijiet organizza fil-5 ta' Diċembru 2019 b'mod konġunt mal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u flimkien mal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali, sabiex jagħti leħen lit-tħassib taċ-ċittadini dwar il-qafas ġuridiku għall-protezzjoni tal-lupu kif ukoll dwar l-impatt tal-popolazzjoni tal-ilpup u karnivori kbar oħra, bħall-orsijiet kannella, fuq l-ambjent u l-komunitajiet rurali; jenfasizza li, fil-qafas tad-Direttiva dwar il-Ħabitats, il-karnivori kbar huma speċijiet protetti fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri; jistieden lill-Istati Membri jagħmlu użu aħjar mill-għodod fil-leġiżlazzjoni eżistenti tal-UE biex jindirizzaw il-kunflitti possibbli li jikkonċernaw il-konservazzjoni tal-karnivori l-kbar protetti; jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta malajr kemm jista' jkun gwida aġġornata tal-UE dwar ir-regoli tal-protezzjoni tal-ispeċijiet sabiex tinkiseb koeżistenza sodisfaċenti bejn in-nies u l-karnivori l-kbar fiż-żoni affettwati;

29.

Iqis li huwa essenzjali li ċ-ċittadini jkunu jistgħu jiġu involuti direttament fit-tnedija ta' proposti leġiżlattivi; Jenfasizza li l-IĊE hija strument fundamentali għaċ-ċittadinanza attiva u għall-parteċipazzjoni tal-pubbliku; jilqa' pożittivament l-adozzjoni, fis-17 ta' April 2019, tar-regoli ġodda għall-IĊE, li jissarrfu f'għadd ta' titjib strutturali u tekniku bil-għan li dan l-istrument isir aktar faċli li jintuża u aċċessibbli u biex tiġi ffaċilitata l-parteċipazzjoni akbar taċ-ċittadini tal-UE fil-proċess leġiżlattiv tal-Unjoni; jinnota l-għadd sinifikanti ta' IĊE ġodda rreġistrati mill-Kummissjoni fl-2019, li juri li ċ-ċittadini qed jaħtfu l-opportunità li jużaw strumenti partiċipattivi biex isemmgħu leħinhom fil-proċessi ta' tfassil ta' politika u tal-liġijiet; jappella għal aktar kampanji ta' disseminazzjoni dwar ir-rwol tal-IĊE biex jiġi promoss l-użu ta' din ir-riżorsa miċ-ċittadini Ewropej; jiddispjaċih li s'issa l-biċċa l-kbira tal-IĊE li rnexxew ma rriżultawx f'proposta leġiżlattiva mill-Kummissjoni; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tindirizza l-Inizjattivi taċ-Ċittadini Ewropej b'mod kemm jista' jkun miftuħ u responsiv sabiex dan l-istrument ikun suċċess reali tad-demokrazija parteċipattiva Ewropea f'għajnejn iċ-ċittadini; għaldaqstant jistieden lill-Kummissjoni tniedi proposta leġiżlattiva fuq il-bażi ta' kwalunkwe IĊE ta' suċċess li kienet appoġġjata mill-Parlament Ewropew;

30.

Ifakkar li r-relazzjonijiet mal-Ombudsman Ewropew huma fost ir-responsabbiltajiet li r-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament jagħtu lill-Kumitat għall-Petizzjonijiet; jilqa' pożittivament il-kooperazzjoni siewja tal-Parlament mal-Ombudsman Ewropew, kif ukoll l-involviment tiegħu fin-Network Ewropew tal-Ombudsmen; jissottolinja r-relazzjonijiet eċċellenti bejn l-Ombudsman Ewropew u l-Kumitat għall-Petizzjonijiet; jieħu nota tar-rwol li jiżvolġi l-Kumitat għall-Petizzjonijiet biex jiżgura li s-seduti ta' smigħ pubbliku tal-kandidati fil-qafas tal-proċedura ta' elezzjoni għall-Ombudsman Ewropew fl-2019 twettqu b'mod trasparenti u effiċjenti;

31.

Japprezza l-kontributi regolari tal-Ombudsman Ewropew għall-ħidma tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet matul is-sena; jemmen b'konvinzjoni li l-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji tal-Unjoni għandhom jiżguraw li jingħata segwitu konsistenti u effikaċi għar-rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman;

32.

Ifakkar li l-Portal Web għall-Petizzjonijiet huwa għodda essenzjali biex jiġi żgurat proċess tal-petizzjonijiet mingħajr intoppi, effiċjenti u trasparenti; jilqa' b'sodisfazzjon, f'dan ir-rigward, l-allinjament tiegħu mad-“dehra u s-sensazzjoni” tas-sit web tal-Parlament Ewropew (Europarl); ifakkar li, minn tmiem l-2017 'l hawn, dokumenti bħall-aġendi, il-minuti tal-laqgħat u l-komunikazzjonijiet tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet bdew jittellgħu awtomatikament fuq il-portal. biex iċ-ċittadini jkollhom portal aktar responsiv, aktar trasparenti u aktar aċċessibbli; jisħaq fuq il-ħtieġa li jitkomplew l-isforzi biex il-portal isir aktar aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità, inkluż żviluppi li jippermettu lill-petizzjonanti jressqu petizzjonijiet fil-lingwi tas-sinjali nazzjonali tal-UE, sabiex jiġi żgurat li ċ-ċittadini kollha tal-Unjoni jkunu jistgħu jeżerċitaw id-dritt tagħhom li jressqu petizzjoni lill-Parlament Ewropew kif stabbilit fl-Artikoli 20 u 24 TFUE u fl-Artikolu 44 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea; jissuġġerixxi li tiġi żgurata aktar viżibbiltà għall-Portal Web għall-Petizzjonijiet fuq is-sit web tal-Parlament Ewropew; huwa tal-fehma li d-dritt ta' petizzjoni huwa marbut direttament mal-attivitajiet tal-istituzzjoni u jistħoqqlu post viżibbli u faċilment aċċessibbli fuq is-sit web tal-PE; jitlob li ssir investigazzjoni dwar kif jista' jiġi evitat l-użu ta' identitajiet misruqa jew foloz;

33.

Jenfasizza li għalkemm l-għadd ta' sostenituri ta' petizzjoni waħda jew aktar żdied meta mqabbel mal-2018, fuq il-Portal Web għall-Petizzjonijiet tal-Parliament, xi petizzjonanti għadhom qed jiltaqgħu ma' diffikultajiet tekniċi biex jappoġġjaw diversi petizzjonijiet;

34.

Jenfasizza li l-istrument tal-ePetizzjoni huwa bażi tad-data importanti biex jiffunzjona l-Kumitat għall-Petizzjonijiet, iżda jitlob li jitwettqu titjib u modernizzazzjoni tal-interfaċċja sabiex tkun aktar faċli li tintuża u aktar aċċessibbli;

35.

Jifraħ lis-Segretarjat tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet talli tratta l-petizzjonijiet b'mod effiċjenti u b'attenzjoni kbira, f'konformità mal-linji gwida tal-kumitat u ċ-ċiklu tal-ħajja tal-petizzjonijiet fl-amministrazzjoni tal-PE;

36.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni u r-rapport tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Ombudsman Ewropew, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, u lill-kumitati għall-petizzjonijiet tal-Istati Membri, lill-Ombudsmen nazzjonali jew lil entitajiet simili kompetenti.

(1)  ĠU C 411, 27.11.2020, p. 149.

(2)  ĠU C 449, 23.12.2020, p. 182.

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).

(4)  Rapport adottat fit-22 ta' Jannar 2019.

(5)  Rapport adottat fit-12 ta' Novembru 2019.

(6)  Opinjoni adottata fil-21 ta' Jannar 2019.

(7)  Opinjoni adottata fl-20 ta' Frar 2019.

(8)  Testi adottati, P8_TA(2019)0338.

(9)  Testi adottati, P8_TA(2019)0045.

(10)  ĠU C 118, 8.4.2020, p. 141.


Il-Gimgħa 18 ta’ Diċembru 2020

29.10.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 445/176


P9_TA(2020)0384

Id-deterjorament tas-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fl-Eġittu, b'mod partikolari l-każ tal-attivisti tal-Inizjattiva Eġizzjana għad-Drittijiet Personali (EIPR)

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta’ Diċembru 2020 dwar id-deterjorament tas-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fl-Eġittu, b'mod partikolari l-każ tal-attivisti tal-Inizjattiva Eġizzjana għad-Drittijiet Personali (EIPR) (2020/2912(RSP))

(2021/C 445/21)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar l-Eġittu, b'mod partikolari dik tal-24 ta' Ottubru 2019 (1),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Affarijiet Barranin tal-UE dwar l-Eġittu ta' Awwissu 2013 u Frar 2014,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tal-Kelliem għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) dwar l-Eġittu, u b'mod partikolari dik tal-21 ta' Novembru 2020 dwar l-arresti reċenti ta' attivisti tad-drittijiet tal-bniedem,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Kelliem għall-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Drittijiet tal-Bniedem dwar l-Eġittu, tal-20 ta' Novembru 2020,

wara li kkunsidra s-sejħa mill-esperti tan-NU tas-27 ta' Novembru 2020 għall-ħelsien tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem Eġizzjani li ġew mitfugħa l-ħabs wara li ltaqgħu mad-diplomatiċi, u d-dikjarazzjoni tal-esperti tas-7 ta' Diċembru 2020 dwar id-deċiżjoni li jinħelsu fuq pleġġ tliet membri anzjani tal-persunal tal-Inizjattiva Eġizzjana għad-Drittijiet Personali (EIPR),

wara li kkunsidra r-Rieżami Perjodiku Universali tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU dwar l-Eġittu għall-2019-2020,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta tat-13 ta' Mejju 2020 mill-Uffiċċju tan-NU kontra d-Droga u l-Kriminalità (UNODC), l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO), il-Programm Konġunt tan-NU dwar l-HIV u l-AIDS (UNAIDS) u l-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem (OHCHR) dwar il-COVID-19 fil-ħabsijiet u ambjenti magħluqa oħra,

wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni UE-Eġittu tal-2001, li daħal fis-seħħ fl-2004, u ssaħħaħ permezz tal-Pjan ta' Azzjoni tal-2007; wara li kkunsidra l-Prijoritajiet tas-Sħubija UE-Eġittu 2017-2020, adottati fil-25 ta' Lulju 2017, id-dikjarazzjoni konġunta maħruġa wara l-Kunsill ta' Assoċjazzjoni UE-Eġittu tal-2017, u d-dikjarazzjoni konġunta maħruġa wara s-sitt laqgħa tas-Sottokumitat UE-Eġittu dwar Kwistjonijiet Politiċi, id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija fit-23 u l-24 ta' Ġunju 2019,

wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-UE dwar il-Piena tal-Mewt, dwar it-Tortura, dwar il-Libertà ta' Espressjoni u dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem,

wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi (ICCPR), il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali (ICESCR), il-Konvenzjoni kontra t-Tortura u Trattament jew Pieni Krudili, Inumani jew Degradanti oħra, l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal, u l-Karta Għarbija tad-Drittijiet tal-Bniedem, li kollha kienu ratifikati mill-Eġittu,

wara li kkunsidra l-Kostituzzjoni tal-Eġittu, b'mod partikolari l-Artikolu 52 dwar il-projbizzjoni tat-tortura fil-forom u t-tipi kollha, l-Artikolu 73 dwar il-libertà tal-għaqda u l-Artikolu 93 dwar in-natura vinkolanti tad-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem,

wara li kkunsidra l-Karta Afrikana għad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Popli tal-1981, ratifikata mill-Eġittu fl-20 ta' Marzu 1984,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1948,

wara li kkunsidra l-Artikoli 144(5) u 132(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi s-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fl-Eġittu kompliet tmur għall-agħar hekk kif l-awtoritajiet jintensifikaw ir-ripressjoni tagħhom fuq is-soċjetà ċivili, id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, il-ħaddiema fil-qasam tas-saħħa, il-ġurnalisti, il-membri tal-oppożizzjoni, l-akkademiċi u l-avukati, u jkomplu jrażżnu b'mod brutali u sistematiku kwalunkwe forma ta' nuqqas ta' qbil, u b'hekk idgħajfu l-libertajiet ewlenin, b'mod partikolari l-libertajiet tal-espressjoni, kemm online kif ukoll offline, u l-liberta tal-assoċjazzjoni u tal-għaqda, il-pluraliżmu politiku, id-dritt għall-parteċipazzjoni fl-affarijiet pubbliċi u l-istat tad-dritt;

B.

billi wara l-laqgħa tagħhom ma' 13-il ambaxxatur u diplomatiku barrani fit-3 ta' Novembru 2020, tliet attivisti mill-Inizjattiva Eġizzjana għad-Drittijiet Personali (EIPR), waħda mill-aħħar organizzazzjonijiet indipendenti tad-drittijiet tal-bniedem fl-Eġittu, Gasser Abdel Razek, Karim Ennarah u Mohammad Basheer, ġew arrestati mill-forzi tas-sigurtà u akkużati b'terroriżmu u reati relatati mas-sigurtà nazzjonali bejn il-15 u d-19 ta' Novembru 2020;

C.

billi wara espressjonijiet ta' tħassib nazzjonali u internazzjonali, inkluż mill-OHCHR, il-kelliem għall-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni Ewropea għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ) u l-Istati Membri, fit-3 ta' Diċembru 2020 l-attivisti ngħataw il-ħelsien bi pleġġ waqt li l-akkużi nżammu; billi minkejja l-ħelsien tagħhom fis-6 ta' Diċembru 2020, qorti Eġizzjana li tittratta kawżi relatati mat-terroriżmu kkonfermat id-deċiżjoni ta' prosekutur li jiffriża l-assi tagħhom sakemm jitwettqu l-investigazzjonijiet;

D.

billi r-repressjoni fuq l-EIPR bdiet fl-2016, meta l-kontijiet bankarji tal-eks direttur u fundatur tal-EIPR, Hossam Bahgat, ġew iffriżati, u kien ġie pprojbit milli jitlaq mill-pajjiż; billi l-EIPR tipprovdi servizz imprezzabbli fil-promozzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet personali, politiċi, ċivili, ekonomiċi u soċjali fil-pajjiż;

E.

billi fis-7 ta' Frar 2020, riċerkatur tal-EIPR dwar id-drittijiet tal-ġeneru u student postgradwatorju tal-Erasmus fl-Università ta' Bolonja fl-Italja, Patrick George Zaki, ġie arrestat arbitrarjament fl-Ajruport Internazzjonali tal-Kajr; billi, skont l-avukat tiegħu, Patrick George Zaki ġie soġġett għal interrogazzjoni ta' 17-il siegħa mill-Aġenzija tas-Sigurtà Nazzjonali tal-Eġittu qabel ma ġie ttrasferit lejn Mansoura, fejn ġie msawwat u ttorturat b'xokkijiet elettriċi; billi Patrick George Zaki ġie akkużat bit-tixrid ta' propaganda sovversiva, l-inċitament għall-protesta u l-istigazzjoni għat-terroriżmu, fost akkużi oħra; billi, filwaqt li s-sitwazzjoni tas-saħħa tiegħu tpoġġih f'riskju partikolari li jiġi infettat bil-COVID-19 fil-ħabs ta' Tora, l-arrest preventiv ta' Patrick George Zaki ġie estiż kontinwament għal dawn l-aħħar 10 xhur; billi l-programm Erasmus ġie meqjus bħala wieħed mill-aktar inizjattivi ta' suċċess għall-promozzjoni tal-valuri ewlenin tal-UE; billi d-detenzjoni ta' Patrick George Zaki matul il-borża ta' studju tiegħu fl-Ewropa tirrappreżenta theddida għal dawn il-valuri u l-UE trid tagħmel dak kollu fis-setgħa tagħha biex issib soluzzjoni għal dan il-każ;

F.

billi l-libertà tal-media fl-Eġittu ilha tonqos matul dawn l-aħħar snin minħabba l-ispazju ristrett għall-ġurnalisti; billi l-ġurnalisti u l-membri tal-familja tagħhom qed jiġu ppersegwitati dejjem aktar u jiffaċċjaw detenzjoni, theddid u intimidazzjoni; billi l-awtoritajiet Eġizzjani għadhom jimblukkaw is-siti web tal-organizzazzjonijiet tal-aħbarijiet lokali u internazzjonali u tal-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem;

G.

billi għexieren ta' eluf ta' difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi attivisti tad-drittijiet tan-nisa, attivisti LGBTI, avukati, ġurnalisti, attivisti, dissidenti paċifiċi u membri tal-oppożizzjoni għadhom il-ħabs f'kundizzjonijiet li jheddu l-ħajja tagħhom; billi l-għajbien furzat ta' difensuri tad-drittijiet tal-bniedem qed isir prattika sistematika tal-awtoritajiet Eġizzjani; billi d-detenzjoni preventiva u l-miżuri ta' prekawzjoni ta' qabel il-proċess jintużaw sabiex jipprevjenu lill-attivisti u lill-avukati tagħhom milli jwettqu l-ħidma leġittima tagħhom favur id-drittijiet tal-bniedem jew jeżerċitaw b'mod paċifiku l-libertajiet fundamentali tagħhom fl-Eġittu;

H.

billi l-attivisti tas-soċjetà ċivili Eġizzjani, id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, il-ġurnalisti u l-akkademiċi għandhom ikunu jistgħu jwettqu l-attivitajiet leġittimi tagħhom mingħajr ebda xkiel jew biża' ta' rappreżalji kontrihom jew kontra qrabathom; billi qed issir sorveljanza diġitali illegali fuq il-ħidma tagħhom, il-kontijiet tal-midja soċjali u l-apparat personali tagħhom;

I.

billi l-leġiżlazzjoni kontra t-terroriżmu introdotta taħt it-tmexxija tal-President al-Sisi hija kkritikata minn ħafna organizzazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem talli tat lill-awtoritajiet ambitu ta' interpretazzjoni wiesa' b'mod perikoluż u qed tintuża ħażin biex issikket lid-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, lill-avukati tagħhom, lill-attivisti u lill-membri tal-oppożizzjoni; billi l-persuni suspettati f'każijiet ta' terrur sikwit ma jkollhomx proċessi ġusti, peress li jiġu riferuti direttament lill-qrati militari; billi skont l-organizzazzjoni Human Rights Watch, mill-kolp ta' stat militari tal-2013, l-awtoritajiet Eġizzjani poġġew madwar 3 000 persuna fuq il-listi ta' terroristi, ikkundannaw 3 000 persuna għall-mewt, u żammew 60 000 persuna detenuta;

J.

billi skont l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, l-Eġittu ġġustizzja mill-inqas 110 persuni fl-2020, u 66 minn dawk l-eżekuzzjonijiet saru mit-3 ta' Ottubru 2020, li jfisser li f'dawn l-aħħar xahrejn ġew iġġustizzjati aktar nies milli fl-2019 kollha; billi mill-inqas 39 persuna jinsabu f'riskju ta' eżekuzzjoni imminenti; billi huwa rappurtat li dawn is-sentenzi jsegwu proċessi inġusti għall-aħħar, imtappna minn “ammissjonijiet ta' ħtija” furzati u ksur serju ieħor tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi t-tortura u l-għajbien furzat, li huma nieqsa minn kwalunkwe investigazzjoni serja dwar dawn l-atti u minn proċess ġust għall-vittmi, bħal fil-każ tal-patri Nisrani Kopt Isaiah al-Maqari; billi għad hemm każijiet ta' tfal li qed jiġu kkundannati għall-mewt; billi l-Artikolu 122 tal-Liġi Eġizzjana dwar it-Tfal għadu joħloq tħassib serju peress li jippermetti li f'ċerti ċirkostanzi t-tfal jiġu pproċessati fi proċessi tal-massa fi qrati adulti, u dan wassal biex mill-inqas 17-il minorenni rċevew sentenzi ta' mewt mill-2011 'l hawn;

K.

billi fl-Eġittu għaddej stat ta' emerġenza li ilu fis-seħħ mill-10 ta' April 2017; billi l-proċessi tal-massa għadhom għaddejjin, minkejja kundanna internazzjonali mifruxa li dawn sempliċiment mhumiex tajba biex jissodisfaw ir-rekwiżiti bażiċi tad-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet għal proċess dovut u proċess ġust; billi aktar ċivili minn qatt qabel qed jiġu pproċessati fil-qrati militari;

L.

billi l-vjolenza sesswali u l-fastidju kontra n-nisa fnew lis-soċjetà Eġizzjana f'dawn l-aħħar deċennji, peress li s-superstiti sikwit jingħataw it-tort, u l-awtoritajiet ftit li xejn għamlu biex jipproċedu kontra l-persuni suspettati jew jikkontestaw in-normi diskriminatorji li jirfdu l-vjolenza ta' dan it-tip; billi prattiki abbużivi bħall-ittestjar tal-verġnità għadhom mifruxa, inkluż mill-awtoritajiet Eġizzjani; billi l-liġi dwar il-vjolenza kontra n-nisa, li ilha blukkjata fil-Parlament Eġizzjan mill-2017, għad trid tiġi ratifikata; billi l-politiki u l-liġijiet eżistenti kontra l-MĠF mhumiex infurzati sew u l-prattika għadha għaddejja; billi d-difensuri tad-drittijiet tan-nisa u l-attivisti femministi għadhom qed iħabbtu wiċċhom ma' repressjoni;

M.

billi fl-10 ta' Diċembru 2020, u wara investigazzjoni ġudizzjarja ta' erba' snin, il-prosekuturi Taljani f'Ruma ħabbru li kellhom prova inekwivoka tal-involviment ta' erba' uffiċjali tas-sigurtà tal-Istat Eġizzjan fil-ħtif aggravat, il-korriment aggravat u l-qtil tal-assistent tar-riċerka Taljan Giulio Regeni; billi l-avukati tal-Kummissjoni Eġizzjana għad-Drittijiet u l-Libertajiet (ECRF) għadhom qed jipprovdu l-appoġġ tagħhom lit-tim legali ta' Regeni fl-Italja, peress li huma r-rappreżentanti legali fl-Eġittu; billi l-awtoritajiet Eġizzjani kontinwament xekklu l-progress fl-investigazzjoni u l-iżvelar tal-verità dwar il-ħtif, it-tortura u l-qtil ta' Giulio Regeni u l-mewt tal-għalliem Franċiż Eric Lang, li kien ġie detenut fil-Kajr fl-2013, u dan ipprevjena l-possibbiltà li l-persuni responsabbli jagħtu kont ta' għemilhom;

N.

billi l-UE hija s-sieħba ekonomika ewlenija tal-Eġittu u s-sors ewlieni ta' investiment barrani tiegħu; billi f'Ġunju 2017, l-UE u l-Eġittu adottaw prijoritajiet ta' sħubija li kellhom l-għan li jsaħħu l-kooperazzjoni f'firxa wiesgħa ta' oqsma, fosthom fil-qasam tas-sigurtà, il-ġlieda kontra t-terroriżmu u r-riforma ġudizzjarja;

1.

Jiddeplora għal darb' oħra, u bl-aktar mod qawwi possibbli, it-trażżin kontinwu u intensifikat tad-drittijiet fundamentali u tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, avukati, dimostranti, ġurnalisti, bloggers, attivisti ta' trade unions, studenti, tfal, attivisti tad-drittijiet tan-nisa u tal-ugwaljanza tal-ġeneri, persuni leżbjani, gay, bisesswali, transġeneru u intersesswali (LGBTI), avversarji politiċi, inklużi membri tal-familji tagħhom, organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u minoranzi, unikament b'reazzjoni għall-eżerċizzju tagħhom tal-libertajiet fundamentali tagħhom jew l-espressjoni tagħhom ta' kontestazzjoni, min-naħa tal-awtoritajiet tal-istat u l-forzi tas-sigurtà fl-Eġittu; jitlob li ssir investigazzjoni indipendenti u trasparenti dwar il-ksur kollu tad-drittijiet tal-bniedem u li dawk li jwettquh jinżammu responsabbli; jissottolinja l-importanza ta' soċjetà ċivili b'saħħitha u li tiffunzjona tajjeb;

2.

Jesprimi r-rabja tiegħu dwar l-arresti reċenti tal-attivisti anzjani tal-EIPR Gasser Abdel Razek, Karim Ennarah u Mohammad Basheer b'ritaljazzjoni għal-laqgħa leġittima tagħhom ma' diplomatiċi Ewropej fil-Kajr; jilqa' l-ħelsien proviżorju tagħhom, iżda jħeġġeġ lill-awtoritajiet jirtiraw l-akkużi kollha kontrihom, itemmu kull forma ta' fastidju u intimidazzjoni kontrihom u kontra l-fundatur u aġent direttur tal-EIRP, Hossam Bahgat, u jirrevokaw kwalunkwe miżura restrittiva, inklużi l-projbizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar u l-iffriżar tal-assi, adottati kontrihom u kontra l-EIPR; jistieden lill-Gvern Eġizzjan jiżgura li l-każ tagħhom jiġi ttrattat b'mod trasparenti, ġust u rapidu;

3.

Jiddispjaċih li d-deċiżjoni li dawn jinħelsu ma ġietx estiża għal detenuti oħra tal-EIPR, b'mod partikolari Patrick George Zaki, li l-ordni ta' detenzjoni tiegħu ġiet estiża għal 45 jum ieħor fis-6 ta' Diċembru 2020; jitlob il-ħelsien immedjat u mingħajr kundizzjonijiet ta' Patrick George Zaki u li jitneħħew l-akkużi kollha kontrih; iqis li hija meħtieġa reazzjoni diplomatika b'saħħitha, rapida u kkoordinata min-naħa tal-UE fir-rigward tal-arrest u d-detenzjoni fit-tul tiegħu;

4.

Itenni t-talbiet tiegħu għall-ħelsien immedjat u mingħajr kundizzjonijiet tal-persuni detenuti b'mod arbitrarju u kkundannati talli wettqu l-ħidma leġittima u paċifika tagħhom fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem, b'mod partikolari Mohamed Ibrahim, Mohamed Ramadan, Abdelrahman Tarek, Ezzat Ghoneim, Haytham Mohamadeen, Alaa Abdel Fattah, Ibrahim Metwally Hegazy, Mahienour El-Massry, Mohamed El-Baqer, Hoda Abdelmoniem, Ahmed Amasha, Islam El-Kalhy, Abdel Moneim Aboul Fotouh, Esraa Abdel Fattah, Ramy Kamel, Ibrahim Ezz El-Din, Zyad el-Elaimy, Hassan Barbary, Ramy Shaath, Sanaa Seif, Solafa Magdy, Hossam al-Sayyad, Mahmoud Hussein u Kamal El-Balshy;

5.

Jenfasizza li l-arresti u d-detenzjonijiet li għaddejjin bħalissa huma parti minn xejra usa' ta' intimidazzjoni ta' organizzazzjonijiet li jiddefendu d-drittijiet tal-bniedem kif ukoll żieda fir-restrizzjonijiet fuq il-libertà tal-espressjoni, kemm online kif ukoll offline, il-libertà ta' assoċjazzjoni u l-libertà ta' għaqda paċifika fl-Eġittu, u jitlob li dawn l-atti kollha jintemmu; jiddeplora l-użu kontinwu, min-naħa tal-Eġittu, tal-leġiżlazzjoni kontra t-terroriżmu, iż-żieda arbitrarja tad-difensuri fil-listi ta' terroristi tal-Eġittu u l-kustodja ta' qabel il-proċess biex jimmiraw u jikkriminalizzaw il-ħidma tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, li hija inkonsistenti mal-istat tad-dritt u mal-obbligi tal-Eġittu skont id-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Eġizzjani jemendaw jew jirrevokaw kwalunkwe leġiżlazzjoni abbużiva, b'mod partikolari l-liġi tal-2019 dwar l-organizzazzjonijiet mhux governattiva (NGO) u l-liġi kontra t-terroriżmu; jistieden għal darba oħra lill-awtoritajiet Eġizzjani biex jagħlqu l-Kawża 173/2011 (il-“Kawża tal-Finanzjament Barrani”) u biex ineħħu l-projbizzjonijiet kollha fuq l-ivvjaġġar u l-iffriżar tal-assi imposti fuq mill-inqas 31 difensur tad-drittijiet tal-bniedem u membri tal-persunal ta' NGOs tad-drittijiet tal-bniedem fl-ambitu tal-kawża;

6.

Jistieden lill-awtoritajiet Eġizzjani jiżguraw li t-trattament ta' kwalunkwe persuna detenuta jikkonforma mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-“Korp ta' Prinċipji għall-Protezzjoni tal-Persuni Kollha taħt Kull Forma ta' Detenzjoni jew Priġunerija”, adottat mill-Assemblea Ġenerali tan-NU fir-Riżoluzzjoni 43/173 tagħha tad-9 ta' Diċembru 1988, li sakemm jinħelsu, jingħataw aċċess sħiħ għall-familji tagħhom, għal avukati tal-għażla tagħhom u għal kura medika adegwata, u li jsiru investigazzjonijiet kredibbli dwar kwalunkwe allegazzjoni ta' trattament ħażin jew tortura;

7.

Jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar id-destin ta' detenuti u priġunieri miżmuma f'postijiet ta' detenzjoni ffullati żżejjed, f'kundizzjonijiet imwiegħra, matul il-pandemija tal-COVID-19, u jistieden lill-awtoritajiet biex b'mod urġenti inaqqsu l-iffullar fil-postijiet ta' detenzjoni; jistieden lill-awtoritajiet jipprovdu aċċess mingħajr restrizzjonijiet għall-ħabs ta' sigurtà massima ta' Tora għal organizzazzjoni indipendenti, sabiex jiġu mmonitorjati l-kundizzjonijiet tad-detenzjoni; jiddenunzja l-arresti arbitrarji, il-fastidju u r-repressjoni arbitrarji ta' ħaddiema mediċi u ġurnalisti talli tkellmu dwar is-sitwazzjoni tal-COVID-19 jew dwar ir-rispons tal-istat Eġizzjan fl-2020; jistieden lill-awtoritajiet Eġizzjani jwaqqfu din il-prattika u jeħilsu lil kwalunkwe persunal mediku li għadu miżmum f'detenzjoni arbitrarja;

8.

Jiddeplora ż-żieda fl-eżekuzzjonijiet fl-Eġittu u jiċħad l-użu tal-piena tal-mewt; jistieden lill-awtoritajiet Eġizzjani jiddikjaraw moratorju fuq il-piena tal-mewt bil-ħsieb li jabolixxuha u jieħdu l-passi kollha biex jiżguraw aderenza stretta mal-garanziji ta' proċess dovut u s-salvagwardji kollha possibbli biex jiżguraw proċess ġust; jistieden lill-Eġittu jeħles immedjatament lill-minorenni kollha li rċevew sentenzi ta' mewt u jemenda l-Artikolu 122 tal-Liġi Eġizzjana dwar it-Tfal;

9.

Jistieden lill-awtoritajiet Eġizzjani jadottaw liġi komprensiva dwar il-vjolenza kontra n-nisa u strateġija nazzjonali biex jinfurzaw il-liġijiet approvati kontra l-vjolenza sesswali; iħeġġeġ lill-awtoritajiet jużaw il-gwida disponibbli tan-NU, bħall-Manwal tan-NU għal-Leġiżlazzjoni dwar il-Vjolenza fuq in-Nisa, biex jistabbilixxu elementi tal-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa, inkluża l-protezzjoni tas-superstiti u tax-xhieda permezz ta' uffiċjali u fornituri mħarrġa; jistieden lill-awtoritajiet Eġizzjani jwaqqfu kwalunkwe tip ta' persekuzzjoni kontra n-nisa fuq il-bażi ta' “ksur tal-morali”, bħalma għamlu kontra d-difensur tad-drittijiet tal-bniedem tan-nisa Amal Fathy; jistieden lill-awtoritajiet itemmu minnufih l-arrest u l-prosekuzzjoni ta' membri tal-komunità jew individwi LGBTI fuq il-bażi unika tal-orjentazzjoni sesswali reali jew perċepita tagħhom, bħal fil-każ ta' Seif Bedour;

10.

Jiddeplora t-tentattiv mill-awtoritajiet Eġizzjani biex iqarrqu u jxekklu l-progress fl-investigazzjoni tal-ħtif, it-tortura u l-qtil fl-2016 ta' Giulio Regeni, riċerkatur Taljan; jiddispjaċih dwar iċ-ċaħda persistenti tal-awtoritajiet Eġizzjani li jipprovdu lill-awtoritajiet Taljani bid-dokumenti u l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tkun tista' ssir investigazzjoni rapida, trasparenti u imparzjali dwar il-qtil tas-Sur Regeni, skont l-obbligi internazzjonali tal-Eġittu; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri jħeġġu lill-awtoritajiet Eġizzjani jikkooperaw għalkollox mal-awtoritajiet ġudizzjarji Taljani, u jtemmu r-rifjut tagħhom li jibagħtu l-indirizzi ta' residenza, kif titlob il-liġi tal-Italja, tal-erba' persuni suspettati indikati mill-prosekuturi Taljani f'Ruma, mal-għeluq tal-investigazzjoni, sabiex jippermettu l-akkuża formali tagħhom biex jiffaċċjaw akkużi fi proċess ġust fl-Italja; iwissi lill-awtoritajiet Eġizzjani biex ma jirritaljawx kontra x-xhieda jew kontra l-Kummissjoni Eġizzjana għad-Drittijiet u l-Libertajiet (ECRF) u l-avukati tagħha;

11.

Jesprimi appoġġ politiku u uman qawwi lill-familja ta' Giulio Regeni għat-tfittxija kostanti u dinjituża tagħhom għall-verità; ifakkar li t-tfittxija għall-verità dwar il-ħtif, it-tortura u l-qtil ta' ċittadin Ewropew ma tappartjenix biss lill-familja, iżda hija dmir imperattiv għall-istituzzjonijiet nazzjonali u tal-UE li jirrikjedi li jittieħdu l-azzjonijiet diplomatiċi kollha meħtieġa;

12.

Jinnota li l-Eġittu huwa sieħeb importanti tal-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha f'firxa wiesgħa ta' oqsma, inklużi l-kummerċ, is-sigurtà, il-ġlieda kontra t-terroriżmu internazzjonali u l-kuntatti interpersonali; jappoġġa lill-poplu Eġizzjan fl-aspirazzjonijiet tiegħu li jistabbilixxi pajjiż ħieles, stabbli, prosperu, inklużiv u demokratiku li jirrispetta l-leġiżlazzjoni nazzjonali u internazzjonali tiegħu fir-rigward tal-protezzjoni u l-avvanz tad-drittijiet tal-bniedem;

13.

Ifakkar lill-awtoritajiet Eġizzjani li r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali jikkostitwixxi element essenzjali tar-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Eġittu u li l-għoti ta' spazju lis-soċjetà ċivili huwa impenn konġunt minqux fil-Prijoritajiet tas-Sħubija UE-Eġittu, kif stipulat fil-Kostituzzjoni Eġizzjana; jenfasizza li l-ebda difensur tad-drittijiet tal-bniedem m'għandu jiffaċċja restrizzjonijiet finanzjarji, kriminalizzazzjoni, projbizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar jew kundizzjonijiet ta' pleġġ, jew jinżamm il-ħabs minħabba l-ħidma leġittima tiegħu fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem; iħeġġeġ lill-VP/RGħ jesprimi pubblikament it-tħassib dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fl-Eġittu u fi kwalunkwe laqgħa ta' livell għoli mal-awtoritajiet Eġizzjani;

14.

Jinkoraġġixxi r-rappreżentanti mid-Delegazzjoni tal-UE u mill-Istati Membri fil-Kajr biex jattendu l-proċessi ta' ġurnalisti, bloggers, attivisti tat-trade unions, difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u attivisti tas-soċjetà ċivili fil-pajjiż, kemm Eġizzjani kif ukoll barranin, u jżuruhom f'detenzjoni;

15.

Itenni l-appell tiegħu lill-VP/RGħ u lill-Istati Membri biex jirreaġixxu b'mod magħqud u determinat, anke f'koordinazzjoni ma' sħab oħra tal-istess fehma, għat-trażżin u l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem fl-Eġittu, u biex jużaw l-għodod kollha għad-dispożizzjoni tagħhom biex jiżguraw progress konkret fir-rekord tad-drittijiet tal-bniedem tal-Eġittu; iħeġġeġ, b'mod partikolari, lill-UE u lill-Istati Membri tagħha biex jieħdu rwol mexxej fis-sessjoni li jmiss tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU biex jiġi stabbilit mekkaniżmu ta' monitoraġġ u rappurtar, li ilu li suppost sar, dwar il-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Eġittu; jilqa' l-adozzjoni mill-Kunsill ta' reġim globali ta' sanzjonijiet dwar id-drittijiet tal-bniedem/l-Att Magnitsky tal-UE, u jtenni t-talba tiegħu lill-VP/RGħ u lill-Istati Membri biex jikkunsidraw miżuri restrittivi mmirati kontra uffiċjali Eġizzjani ta' livell għoli responsabbli għall-aktar ksur serju fil-pajjiż;

16.

Itenni l-appell tiegħu għal rieżami profond u komprensiv tar-relazzjonijiet tal-UE mal-Eġittu; iqis li s-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fl-Eġittu teħtieġ reviżjoni serja tal-operazzjonijiet ta' appoġġ baġitarju tal-Kummissjoni u r-restrizzjoni tal-għajnuna mill-UE, biex tappoġġa primarjament lill-atturi demokratiċi u lis-soċjetà ċivili; jitlob li jkun hemm aktar trasparenza dwar il-forom kollha ta' appoġġ finanzjarju jew taħriġ ipprovdut mill-UE, mill-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp u mill-Bank Ewropew tal-Investiment lill-Eġittu; ifakkar li l-UE u l-Istati Membri tagħha m'għandhomx jagħtu premji lil mexxejja responsabbli għall-ksur tad-drittijiet tal-bniedem;

17.

Jitlob lill-UE, bil-ħsieb li jiġu nnegozjati prijoritajiet ta' sħubija ġodda, biex tistabbilixxi punti ta' riferiment ċari li jagħmlu l-kooperazzjoni ulterjuri l-parti ċentrali tar-relazzjonijiet tagħna, sabiex jinkiseb progress fir-riforma tal-istituzzjonijiet demokratiċi, l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem, u biex it-tħassib dwar id-drittijiet tal-bniedem jiġi integrat fit-taħditiet kollha mal-awtoritajiet Eġizzjani; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lis-SEAE jpoġġu l-ħtieġa għal titjib tanġibbli fis-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, b'mod partikolari l-ħelsien ta' difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u ġurnalisti detenuti b'mod arbitrarju, fil-qalba tal-laqgħa li jmiss tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni UE-Eġittu; itenni li l-kooperazzjoni fl-oqsma tal-ġestjoni tal-migrazzjoni jew tal-ġlieda kontra t-terroriżmu, iżda wkoll il-kunsiderazzjonijiet ġeopolitiċi, m'għandhiex issir askapitu ta' pressjoni kontinwa għall-konformità fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem u l-obbligu ta' rendikont għall-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem;

18.

Itenni l-istediniet reċenti tiegħu lill-Istati Membri biex jagħtu segwitu għall-Konklużjonijiet tal-Kunsill Affarijiet Barranin tal-21 ta' Awwissu 2013 li ħabbru s-sospensjoni tal-liċenzji ta' esportazzjoni għal kwalunkwe tagħmir li jista' jintuża għal repressjoni interna f'konformità mal-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/944/PESK (2), u jikkundanna n-nuqqas ta' konformità persistenti tal-Istati Membri ma' dawn l-impenji; jistieden lill-Istati Membri jwaqqfu l-esportazzjonijiet kollha lejn l-Eġittu ta' armi, teknoloġija ta' sorveljanza u tagħmir ieħor ta' sigurtà li jistgħu jiffaċilitaw l-attakki fuq id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u l-attivisti tas-soċjetà ċivili, inkluż fuq il-midja soċjali, kif ukoll kwalunkwe tip ieħor ta' trażżin intern; jitlob lill-UE timplimenta bis-sħiħ il-kontrolli tal-esportazzjoni tagħha lejn l-Eġittu, fir-rigward ta' oġġetti li jistgħu jintużaw għar-repressjoni, għat-tortura jew għall-piena kapitali;

19.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Gvern u lill-Parlament Eġizzjan, u lill-Kummissjoni Afrikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Popli.

(1)  Testi adottati, P9_TA(2019)0043.

(2)  ĠU L 335, 13.12.2008, p. 99.


OPINJONIJIET

Il-Parlament Ewropew

It-Tlieta 15 ta’ Diċembru 2020

29.10.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 445/182


P9_TA(2020)0349

Ebda oġġezzjoni għal miżura ta' implimentazzjoni: Il-grupp ta' sustanzi 4-(1,1,3,3-Tetrametilbutil)fenol, etossilati

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li ma ssir l-ebda oġġezzjoni għall-abbozz tar-regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-grupp ta' sustanzi 4-(1,1,3,3-Tetrametilbutil)fenol, etossilati (li jkopri sustanzi definiti sew u sustanzi ta' kompożizzjoni mhux magħrufa jew varjabbli, prodotti kumplessi ta' reazzjoni jew materjali bijoloġiċi, polimeri u omologi) (D070073/02 – 2020/2898(RPS))

(2021/C 445/22)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz tar-regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-grupp ta' sustanzi 4-(1,1,3,3-Tetrametilbutil)fenol, etossilati (li jkopri sustanzi definiti sew u sustanzi ta' kompożizzjoni mhux magħrufa jew varjabbli, prodotti kumplessi ta' reazzjoni jew materjali bijoloġiċi, polimeri u omologi) (D070073/02,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 58 u 131 tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni mogħtija fl-20 ta' Novembru 2020 mill-kumitat imsemmi fl-Artikolu 133 tar-regolament imsemmi hawn fuq,

wara li kkunsidra l-ittra tal-Kummissjoni tat-23 ta' Novembru 2020, li permezz tagħha talbet lill-Parlament jiddikjara li mhuwiex se joġġezzjona għall-abbozz tar-regolament,

wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel lill-President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati, bid-data 2 ta' Diċembru 2020,

wara li kkunsidra l-Artikolu 5a(3) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (2),

wara li kkunsidra l-Artikolu 112(4)(d) u l-Artikolu 111(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għal deċiżjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel,

wara li kkunsidra li l-ebda oġġezzjoni ma ġiet espressa fil-perjodu previst fit-tielet u r-raba' inċiżi tal-Artikolu 111(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, li skada fil-15 ta’ Diċembru 2020,

A.

billi l-grupp ta' sustanzi 4-(1,1,3,3-Tetrametilbutil)fenol, etossilati (“il-grupp ta' sustanzi”) jissodisfa l-kriterji stabbiliti fil-punt (f) tal-Artikolu 57 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 u huwa elenkat fl-Anness XIV ta' dak ir-Regolament; billi l-aħħar data għat-tressiq tal-applikazzjonijiet għal dan il-grupp ta' sustanzi kienet l-4 ta' Lulju 2019 u d-data tat-terminazzjoni hija stabbilita għall-4 ta' Jannar 2021;

B.

billi dan il-grupp ta' sustanzi jintuża għall-produzzjoni ta' kits dijanjostiċi in vitro u fl-iżvilupp ta' vaċċini kontra l-COVID-19 u possibbilment anke fil-produzzjoni ta' dawn il-vaċċini; billi huwa għalhekk ta' importanza kbira li jiġi żgurat li l-grupp ta' sustanzi jkun jista' jkompli jintuża għal skopijiet speċifiċi, għad-dijanjożi, it-trattament jew il-prevenzjoni tal-COVID-19 wara l-4 ta' Jannar 2021, bħala miżura eċċezzjonali għall-protezzjoni tas-saħħa pubblika;

C.

billi, fis-27 ta' Novembru 2020, il-Kummissjoni bagħtet lill-Parlament l-abbozz tar-regolament tal-Kummissjoni, u b'hekk infetaħ il-perjodu ta' skrutinju biex il-Parlament joġġezzjona għal dak ir-regolament;

D.

billi, inter alia, l-abbozz tar-regolament tal-Kummissjoni jintroduċi posponiment tal-aħħar data għat-tressiq tal-applikazzjonijiet għal dan il-grupp ta' sustanzi sa 18-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dak ir-regolament sabiex jingħata lok għat-tħejjija tal-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni għal ċerti użi u għaldaqstant, posponiment ukoll tad-data tat-terminazzjoni għall-grupp ta' sustanzi sa 36 xahar wara d-dħul fis-seħħ tiegħu;

E.

billi l-abbozz tar-regolament tal-Kummissjoni għandu jidħol fis-seħħ b'ħala kwistjoni ta' urġenza u japplika b'mod retroattiv mill-4 ta' Lulju 2019, sabiex tiġi evitata lakuna fil-perjodu li matulu l-applikazzjonijiet għal użi għar-riċerka, l-iżvilupp u l-produzzjoni ta' prodotti mediċinali, apparati mediċi jew aċċessorji għal apparati mediċi, inklużi apparati mediċi dijanjostiċi in vitro, fid-dawl tal-użu tagħhom għad-dijanjożi, it-trattament jew il-prevenzjoni tal-COVID-19 u l-użu f'tali aċċessorji jew apparati mediċi jistgħu jiġu sottomessi b'mod validu sabiex l-użu jkun kopert mill-punt (d) tal-Artikolu 56(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006;

F.

billi din id-deċiżjoni qed tingħata bħala miżura eċċezzjonali għall-protezzjoni tas-saħħa pubblika, biex jiġi żgurat li l-grupp ta' sustanzi jkun jista' jkompli jintuża għal skopijiet speċifiċi, għad-dijanjożi, it-trattament jew il-prevenzjoni tal-COVID-19 wara l-4 ta' Jannar 2021;

1.

Jiddikjara li ma joġġezzjonax għall-abbozz tar-regolament tal-Kummissjoni;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kummissjoni u, għal skopijiet ta' informazzjoni, lill-Kunsill.

(1)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.


29.10.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 445/184


P9_TA(2020)0351

Ebda oġġezzjoni għal miżura ta' implimentazzjoni: Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità 39 u l-Istandards Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju 4, 7, 9 u 16

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li ma ssir ebda oġġezzjoni għall-abbozz tar-regolament tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità 39 u l-Istandards Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju 4, 7, 9 u 16 (D069602/01 – 2020/2851(RPS))

(2021/C 445/23)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta' Regolament tal-Kummissjoni (D069602/01,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Lulju 2002 rigward l-applikazzjoni ta' standards internazzjonali tal-kontabilità (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3(1) tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni mogħtija fis-26 ta' Ottubru 2020 mill-kumitat regolatorju tal-kontabilità msemmi fl-Artikolu 6(1) tar-regolament (KE) Nru 1606/2002,

wara li kkunsidra l-ittra tal-Kummissjoni tat-28 ta' Ottubru 2020, li permezz tagħha talbet lill-Parlament jiddikjara li mhuwiex se joġġezzjona għall-abbozz ta' regolament,

wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji tat-2 ta' Diċembru 2020 lill-President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati,

wara li kkunsidra l-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (2),

wara li kkunsidra l-Artikolu 112(4)(d) u l-Artikolu 111(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għal deċiżjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji,

wara li kkunsidra li l-ebda oġġezzjoni ma ġiet espressa fil-perjodu previst fit-tielet u r-raba' inċiżi tal-Artikolu 111(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, li skada fil-15 ta’ Diċembru 2020,

A.

billi l-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità (IASB) ħareġ fis-27 ta' Awwissu 2020 emendi għall-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS) 39, u għall-Istandards Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju (IFRS) 4, 7, 9, u 16; billi dawk l-emendi għandhom l-għan li jipprovdu eżenzjoni ġenerali fid-dawl tat-“2 fażi” tas-sostituzzjoni tar-rata Interbankarja Offruta (IBOR); billi l-emendi proposti jittrattaw il-konsegwenzi tar-rapportar finanzjarju li jirriżultaw mis-sostituzzjoni reali tar-rata normattiva tal-imgħax fuq il-modifiki tal-istrumenti finanzjarji (bidliet fil-valur) u l-kontabilità għall-iħħeġġjar u jipprevjenu impatti kontabilistiċi mhux mixtieqa fuq il-valwazzjoni (jew l-irtirar tar-rikonoxximent) tal-istrumenti finanzjarji u l-kuntratti ta' lokazzjoni, u l-waqfien tar-relazzjonijiet tal-iħħeġġjar minħabba sostituzzjoni regolatorja tar-rati normattivi; billi mingħajr l-emendi proposti, il-kumpaniji jista' jkollhom jirrikonoxxu minnufih bidliet fil-valur fil-profitt jew fit-telf, jew iwaqqfu r-relazzjonijiet tal-iħħeġġjar anke jekk ma jkunux bidlu l-istrateġija tagħhom għall-ġestjoni tar-riskju; billi l-Kummissjoni ħeġġet lill-IASB biex iħaffef il-ħruġ tal-emendi proposti sabiex l-Unjoni tapprova l-emendi fil-ħin;

B.

billi l-Grupp Konsultattiv Ewropew għar-Rappurtar Finanzjarju (EFRAG) ipprovda lill-Kummissjoni b'parir ta' approvazzjoni pożittiv fl-14 ta' Settembru 2020;

C.

billi l-Kummissjoni kkonkludiet li l-interpretazzjoni tissodisfa l-kriterji tekniċi għall-adozzjoni kif meħtieġ mill-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002 u ssostni li l-emendi proposti jevitaw il-waqfien tar-relazzjonijiet tal-iħħeġġjar bħala riżultat ta' inċertezzi relatati mat-tranżizzjoni tal-IBOR sabiex ir-rapporti finanzjarji skont l-IFRS ikunu jistgħu juru b'mod xieraq l-impatt tal-ġestjoni tar-riskju u jipprevjenu volatilità bla bżonn fil-profitt jew fit-telf;

D.

L-IASB stabbilixxa l-1 ta' Jannar 2021 bħala d-data effettiva tal-emendi u hija permessa applikazzjoni aktar bikrija. billi l-istituzzjonijiet finanzjarji soġġetti għall-IFRS u l-kontabilità IAS, għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji tagħhom tal-2020, ma jistgħux jużaw it-trattament skont l-emendi proposti qabel l-approvazzjoni u l-pubblikazzjoni tagħhom; billi l-kumpaniji tal-Unjoni jitqiegħdu fi żvantaġġ meta mqabbla mal-kompetituri tagħhom f'ġurisdizzjonijiet oħra jekk ma jkunux f'pożizzjoni li jagħmlu użu mill-eżenzjoni pprovduta mill-emendi; billi għalhekk l-emendi proposti għandhom jiġu approvati u ppubblikati qabel l-aħħar ta' Diċembru 2020 sabiex ikunu applikabbli għall-perjodi finanzjarji li jibdew minn, wara jew qabel l-1 ta' Jannar 2021;

1.

Jiddikjara li ma joġġezzjonax għall-abbozz ta' regolament tal-Kummissjoni;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kummissjoni u, għal skopijiet ta' informazzjoni, lill-Kunsill.

(1)  ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1.

(2)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Parlament Ewropew

L-Erbgħa 16 ta’ Diċembru 2020

29.10.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 445/186


P9_TA(2020)0358

Ftehim Interistituzzjonali dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar ir-riżorsi proprji l-ġodda, inkluż pjan direzzjonali għall-introduzzjoni ta' riżorsi proprji ġodda

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Diċembru 2020 dwar il-konklużjoni ta' Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprja ġodda, inkluż pjan direzzjonali għall-introduzzjoni ta' riżorsi proprja ġodda (2018/2070(ACI))

(2021/C 445/24)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tat-2 ta' Mejju 2018 għal Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (COM(2018)0323) u l-proposta emendata (COM(2020)0444),

wara li kkunsidra l-abbozz ta' ftehim interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprja ġodda, inkluż pjan direzzjonali għall-introduzzjoni ta' riżorsi proprja ġodda,

wara li kkunsidra l-Artikoli 295, 310, 311, 312, 323 u 324 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Pariġi adottat fil-wieħed u għoxrin sessjoni tal-Konferenza tal-Partijiet (COP21) tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima, li saret f'Pariġi, f'Diċembru 2015,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Novembru 2018 dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027 – Il-pożizzjoni tal-Parlament bil-ħsieb li jkun hemm qbil (1),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Ottubru 2019 dwar il-qafas finanzjarju pluriennali 2021-2027 u r-riżorsi proprji: wasal iż-żmien li nissodisfaw l-aspettattivi taċ-ċittadini (2),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' April 2020 dwar azzjoni koordinata tal-UE biex tikkumbatti l-pandemija tal-COVID-19 u l-konsegwenzi tagħha (3),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Mejju 2020 dwar il-qafas finanzjarju pluriennali l-ġdid, ir-riżorsi proprji u l-pjan ta' rkupru (4),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew adottati fil-21 ta' Lulju 2020,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' Lulju 2020 dwar il-konklużjonijiet tal-laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew tas-17-21 ta' Lulju 2020 (5),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni leġiżlattiva tiegħu tas-16 ta' Settembru 2020 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea (6),

wara li kkunsidra l-Artikolu 148(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Baġits,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A9-0261/2020),

A.

billi huwa xieraq li jiġi adottat, fil-kuntest tal-qafas finanzjarju pluriennali (QFP), ftehim interistituzzjonali li jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tiegħu;

B.

billi fl-10 ta' Novembru 2020 ntlaħaq ftehim politiku globali bejn ir-rappreżentanti tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar il-QFP għall-2021-2027, dwar ir-riżorsi proprji u dwar l-Istrument Ewropew għall-Irkupru (Next Generation EU(NGEU));

C.

billi tali ftehim politiku jinkludi Ftehim Interistituzzjonali mġedded dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprja ġodda, inkluż pjan direzzjonali għall-introduzzjoni ta' riżorsi proprja ġodda (il-“FII”)

D.

billi, barra minn hekk, fil-5 ta' Novembru 2020 inlaħaq qbil politiku dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni f'każ ta' nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri;

E.

billi dan il-ftehim ġdid se jissostitwixxi l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (7);

F.

billi l-implimentazzjoni tad-dixxiplina baġitarja u l-kooperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet dwar kwistjonijiet baġitarji u ġestjoni finanzjarja tajba tirrikjedi li l-Kunsill jikkondividi l-informazzjoni meħtieġa mal-Parlament fil-qafas tal-proċedura ta' kwittanza li tikkonċerna lill-Kunsill Ewropew u lill-Kunsill, sabiex jiġi żgurat li l-Parlament ikollu l-informazzjoni meħtieġa dwar kif il-Kunsill qed jimplimenta l-baġit tiegħu, jew direttament jew permezz tal-Kummissjoni;

G.

billi l-ftehim il-ġdid fih elementi ġodda importanti, b'mod partikolari pjan direzzjonali għall-introduzzjoni ta' riżorsi proprji ġodda matul is-seba' snin li ġejjin, dispożizzjonijiet dwar skrutinju baġitarju msaħħaħ tal-infiq tal-finanzjament tan-NGEU u arranġamenti għall-monitoraġġ tal-infiq fuq objettivi tal-klima u l-bijodiversità u fuq l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri;

H.

billi l-FII jinkludi għall-ewwel darba dispożizzjonijiet dwar ir-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea, jiġifieri Anness ġdid li jistabbilixxi pjan direzzjonali għall-introduzzjoni ta' riżorsi proprji ġodda matul il-perjodu tal-QFP 2021-2027 li se jkunu biżżejjed biex ikopru l-interessi u l-ispejjeż tal-ħlas lura tal-Istrument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru (NGEU); billi l-pjan direzzjonali jżid il-kredibbiltà u s-sostenibbiltà tal-emenda għad-deċiżjoni dwar ir-Riżorsi Proprji u jiżgura li l-limiti massimi tar-riżorsi proprji jkunu kbar biżżejjed biex ikopru r-responsabbiltà tal-Unjoni, f'konformità mal-prinċipju tad-dixxiplina baġitarja fis-sens tal-Artikolu 310(4) tat-TFUE; billi d-dħul mir-riżorsi proprji li jiżboq il-ħtiġijiet għall-ħlas lura se jkompli jiffinanzja l-baġit tal-Unjoni bħala dħul ġenerali f'konformità mal-prinċipju tal-universalità; billi l-pjan direzzjonali ma jipprekludix proposti ulterjuri għal riżorsi proprji ġodda matul il-perjodu finanzjarju 2021-2027;

I.

billi l-FII fih parti ġdida dwar il-kooperazzjoni fir-rigward tal-Istrument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru (NGEU) li għandha l-għan li tiżgura involviment xieraq tal-awtorità baġitarja fil-governanza tad-dħul assenjat estern taħt l-NGEU; billi dik il-parti tirreferi għal Dikjarazzjoni Konġunta ġdida dwar l-iskrutinju baġitarju ta' proposti ġodda bbażati fuq l-Artikolu 122 tat-TFUE b'implikazzjonijiet li jista' jkollhom effett sinifikanti fuq il-baġit tal-Unjoni;

J.

billi l-ftehim jipprevedi l-monitoraġġ tal-infiq tal-programmi kollha tal-Unjoni li jinvolvu objettivi tal-klima u l-bijodiversità, l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-NU; billi l-FII fih titjib sinifikanti fir-rigward tat-tfassil u l-implimentazzjoni ta' metodoloġiji għas-segwitu tal-mira ta' nfiq għall-klima ta' 30 % tal-baġit ġenerali tal-Unjoni u n-nefqiet mill-Istrument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru, għall-iżvilupp ta' mira ta' nfiq annwali ġdida għall-bijodiversità, mill-QFP, ta' 7,5 % mill-2024 u 10 % fl-2026 u l-2027, u għall-kejl tan-nefqa fuq l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, inkluża l-promozzjoni tal-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri;

K.

billi l-FII fih parti ġdida dwar il-kwalità u l-komparabbiltà tad-data dwar il-benefiċjarji bil-għan li jiġu introdotti miżuri standardizzati għall-ġbir, it-tqabbil u l-aggregazzjoni ta' informazzjoni u ċifri dwar il-benefiċjarji finali tal-finanzjament tal-Unjoni;

L.

billi l-FII huwa mifhum li hu orizzontali fl-applikazzjoni u ma jipprekludix lill-koleġiżlaturi milli jaqblu, fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni ta' regolament speċifiku, fuq miżuri addizzjonali biex itejbu l-kwalità u l-komparabbiltà tad-data, b'mod partikolari fir-rigward ta' programmi ta' ġestjoni diretta, jew biex itejbu aktar l-involviment tal-awtorità baġitarja fil-governanza tad-dħul assenjat estern;

M.

billi l-FII jinkludi għall-ewwel darba dispożizzjonijiet relatati mal-kooperazzjoni u d-djalogu min-naħa tal-istituzzjonijiet waqt in-negozjati dwar il-QFP, bl-għan li jiġu operazzjonalizzati r-rekwiżiti tat-Trattat, li skonthom, l-istituzzjonijiet għandhom jieħdu kwalunkwe miżura meħtieġa biex tiġi ffaċilitata l-adozzjoni ta' QFP u biex jiġu promossi l-konsultazzjoni u r-rikonċiljazzjoni tal-pożizzjonijiet tagħhom f'materji baġitarji;

N.

billi l-FII jissalvagwardja d-dispożizzjonijiet eżistenti u jinkludi arranġamenti ġodda dwar il-mobilizzazzjoni ta' strumenti speċjali, jiġifieri l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, ir-Riżerva ta' Solidarjetà u Għajnuna ta' Emerġenza, ir-Riżerva ta' Aġġustament għall-Brexit, l-Istrument ta' Marġini Uniku u l-Istrument ta' Flessibbiltà;

O.

billi l-FII jipprevedi aktar aġġustamenti mmirati għat-trasparenza tal-ipprogrammar u l-previżjonijiet;

P.

billi l-Istrument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru jinkludi l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza ġdida; billi huwa xieraq, fil-kuntest tal-ftehim politiku li ntlaħaq dwar l-Istrument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru u l-involviment tal-awtorità baġitarja fil-governanza tad-dħul assenjat estern fl-ambitu ta' dan l-istrument, li tiġi mfakkra l-ħtieġa għal qafas legali oġġettiv, ġust u trasparenti għall-għażla tal-proġetti li ser jiġu ffinanzjati fl-ambitu tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, kif ukoll li jiġi enfasizzat ir-rwol tal-awtoritajiet reġjonali u lokali biex jgħinu biex jinkiseb irkupru li jkun simetriku, mhux biss bejn l-Istati Membri iżda wkoll bejn ir-reġjuni.

1.

Japprova l-konklużjoni tal-ftehim anness hawnhekk;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma l-ftehim flimkien mal-President tal-Kunsill u mal-President tal-Kummissjoni u biex jiżgura li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi, għal skopijiet ta' informazzjoni, din id-deċiżjoni, inkluż l-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1)  ĠU C 363, 28.10.2020, p. 179.

(2)  Testi adottati, P9_TA(2019)0032.

(3)  Testi adottati, P9_TA(2020)0054.

(4)  Testi adottati, P9_TA(2020)0124.

(5)  Testi adottati, P9_TA(2020)0206.

(6)  Testi adottati, P9_TA(2020)0220.

(7)  ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.


ANNESS

FTEHIM INTERISTITUZZJONALI BEJN IL-PARLAMENT EWROPEW, IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA U L-KUMMUSSJONI EWROPEA DWAR DIXXIPLINA BAĠITARJA DWAR KOOPERAZZJONI F'MATERJI BAĠITARJI U DWAR ĠESTJONI FINANZJARJA TAJBA, KIF UKOLL DWAR RIŻORSI PROPRJI ĠODDA, INKLUŻ PJAN DIREZZJONALI LEJN L-INTRODUZZJONI TA' RIŻORSI PROPRJI ĠODDA

IL-PARLAMENT EWROPEW, IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA U L-KUMMISSJONI EWROPEA,

minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-Istituzzjonijiet”,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 295 tiegħu,

FTIEHMU KIF ĠEJ:

1.   

L-għan ta' dan il-Ftehim huwa li tiġi implimentata dixxiplina baġitarja, li jittejjeb il-funzjonament tal-proċedura baġitarja annwali u l-kooperazzjoni bejn l-Istituzzjonijiet dwar kwistjonijiet baġitarji kif ukoll li jiżgura ġestjoni finanzjarja tajba, u li jimplimenta kooperazzjoni u jistabbilixxi pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni, matul il-perijodu tal-qafas finanzjarju pluriennali 2021-2027 ('QFP 2021-2027'), ta' riżorsi proprji ġodda li jkunu biżżejjed biex ikopru l-ħlas lura tal-Istrument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru stabbilit skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/… (1) (*1)(“ir-Regolament EURI”).

2.   

Id-dixxiplina baġitarja kif imsemmija f'dan il-Ftehim tkopri n-nefqa kollha. Dan il-Ftehim huwa vinkolanti fuq l-Istituzzjonijiet sakemm jibqa' fis-seħħ. L-Annessi għal dan il-Ftehim jifformaw parti integrali minnu.

3.   

Dan il-Ftehim ma jibdilx is-setgħat baġitarji u leġiżlattivi rispettivi tal-Istituzzjonijiet kif stipulati fit-Trattati, fir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/… (2) (*2) (“ir-Regolament dwar il-QFP”), fir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) (“ir-Regolament Finanzjarju”) u fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/… (4) (*3) (“id-Deċiżjoni dwar ir-Riżorsi Proprji”), u huwa mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-parlamenti nazzjonali fir-rigward tar-riżorsi proprji.

4.   

Kwalunkwe emenda għal dan il-Ftehim tirrikjedi l-qbil komuni tal-Istituzzjonijiet.

5.   

Dan il-Ftehim jinqasam f'erba' partijiet:

il-Parti I fiha dispożizzjonijiet relatati mal-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) u mal-istrumenti speċjali tematiċi u mhux tematiċi;

il-Parti II tirrigwarda l-kooperazzjoni interistituzzjonali f'materji baġitarji;

il-Parti III fiha dispożizzjonijiet relatati mal-ġestjoni finanzjarja tajba ta' fondi tal-Unjoni;

il-Parti IV fiha dispożizzjonijiet relatati mal-kwalità u l-komparabbiltà tad-data dwar il-benefiċjarji fil-kuntest tal-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni.

6.   

Dan il-Ftehim jidħol fis-seħħ fi … (*4) u jissostitwixxi l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (5).

PARTI I

QFP U STRUMENTI SPEĊJALI

A.   DISPOŻIZZJONIJIET RELATATI MAL-QFP

7.

L-Istituzzjonijiet għandhom, għall-finijiet ta' ġestjoni finanzjarja tajba, jiżguraw, sa fejn ikun possibbli matul il-proċedura baġitarja u fiż-żmien tal-adozzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jkun fadal biżżejjed marġni disponibbli taħt il-livelli massimi għad-diversi intestaturi tal-QFP, ħlief għas-sottointestatura “Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali”.

Aġġornament tal-previżjonijiet għal approprjazzjonijiet ta' pagament

8.

Kull sena, il-Kummissjoni għandha taġġorna il-previżjonijiet għal approprjazzjonijiet ta' pagament mill-inqas għall-perijodu sal-2027. Dak l-aġġornament għandu jqis l-informazzjoni rilevanti kollha, inkluż l-implimentazzjoni reali ta' approprjazzjonijiet baġitarji għal impenji u approprjazzjonijiet baġitarji għal pagamenti, kif ukoll il-previżjonijiet tal-implimentazzjoni. Għandu jqis ukoll ir-regoli mfassla biex jiżguraw li l-approprjazzjonijiet ta' pagament jiżviluppaw b'mod ordnat meta mqabbla mal-approprjazzjonijiet ta' impenn u mal-previżjoni tat-tkabbir tad-dħul nazzjonali gross tal-Unjoni (DNG).

B.   DISPOŻIZZJONIJIET RELATATI MAL-ISTRUMENTI SPEĊJALI TEMATIĊI U MHUX TEMATIĊI

Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni

9.

Meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet għall-immobilizzar tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni kif stabbilit fl-att bażiku rilevanti, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta biex timmobilizzah, u d-deċiżjoni biex jiġi mobilizzat il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għandha tittieħed b'mod konġunt mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill.

Fl-istess żmien li tressaq il-proposta tagħha għal deċiżjoni biex jiġi mobilizzat il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, il-Kummissjoni għandha tressaq proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għal trasferiment għal-linji baġitarji rilevanti.

It-trasferimenti relatati mal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għandhom isiru f'konformità mar-Regolament Finanzjarju.

Riżerva ta' Solidarjetà u Għajnuna f’Emerġenza

10.

Fejn il-Kummissjoni tqis li jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet għall-mobilizzazzjoni tar- Riżerva ta' Solidarjetà u Għajnuna f’Emerġenza, għandha tippreżenta proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għal trasferiment minn dik ir-Riżerva għal-linji baġitarji korrispondenti f'konformità mar-Regolament Finanzjarju.

Id-deċiżjoni biex jiġu mobilizzati ammonti skont il-punt (a) tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament dwar il-QFP għandha tittieħed b'mod konġunt mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fuq proposta mill-Kummissjoni, f'konformità mal-att bażiku rilevanti.

Qabel ma tagħmel kwalunkwe proposta għal trasferiment mir-Riżerva ta' Solidarjetà u Għajnuna f’Emerġenza għall-assistenza skont il-punt (b) tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament dwar il-QFP, il-Kummissjoni għandha teżamina l-ambitu għar-riallokazzjoni tal-approprjazzjonijiet.

Riżerva ta' Aġġustament għall-Brexit

11.

Fejn jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet għall-mobilizzazzjoni tar-Riżerva ta' Aġġustament għall-Brexit li jinsabu fl-istrument rilevanti, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għal trasferiment għal-linji baġitarji rilevanti.

It-trasferimenti relatati mar-Riżerva ta' Aġġustament għall-Brexit għandhom isiru f'konformità mar-Regolament Finanzjarju.

Strument ta' Marġini Uniku

12.

Il-Kummissjoni tista' tipproponi li timmobilizza l-ammonti li jkunu ekwivalenti għall-marġnijiet kollha, jew għal parti minnhom, imsemmija fil-punti (a) u (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament dwar il-QFP, b'rabta ma' abbozz ta' baġit jew abbozz ta' baġit emendatorju. Il-mobilizzazzjoni ta' kwalunkwe ammont imsemmi fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 11(1) ta' dak ir-Regolament għandha tiġi proposta mill-Kummissjoni wara analiżi bir-reqqa tal-possibiltajiet finazjarji l-oħra kollha.

Dawk l-ammonti jistgħu jiġu mobilizzati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fil-qafas tal-proċedura baġitarja stabbilita fl-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni (TFUE).

Strument ta' Flessibbiltà

13.

Il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta għall-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibilità wara li tkun eżaminat il-possibbiltajiet kollha għall-allokazzjoni mill-ġdid tal-approprjazzjonijiet taħt l-intestatura li teħtieġ nefqa addizzjonali.

Dik il-proposta għandha tidentifika l-ħtiġijiet li għandhom jiġu koperti u l-ammont. Tali proposta tista' ssir b'rabta ma' abbozz ta' baġit jew ma' abbozz ta' baġit emendatorju.

L-Istrument ta' Flessibbiltà jista' jiġi mobilizzat mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fil-qafas tal-proċedura baġitarja stabbilita fl-Artikolu 314 TFUE.

PARTI II

TITJIB TAL-KOOPERAZZJONI INTERISTITUZZJONALI F'MATERJI BAĠITARJI

A.   PROĊEDURA TA' KOOPERAZZJONI INTERISTITUZZJONALI

14.

Id-dettalji dwar il-kooperazzjoni interistituzzjonali matul il-proċedura baġitarja jinsabu fl-Anness I.

15.

F'konformità mal-Artikolu 312(5) TFUE, l-Istituzzjonijiet għandhom jieħdu kwalunkwe miżura meħtieġa biex tiġi ffaċilitata l-adozzjoni ta' QFP ġdid jew reviżjoni tiegħu, f'konformità mal-proċedura leġiżlattiva speċjali msemmija fl-Artikolu 312(2) TFUE. Tali miżuri ser jinkludu laqgħat regolari u skambju ta' informazzjoni bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill u, fuq inizjattiva tal-Kummissjoni, laqgħat tal-Presidenti tal-Istituzzjonijiet kif stabbilit fl-Artikolu 324 TFUE sabiex tiġi promossa il-konsultazzjoni u r-rikonċiljazzjoni tal-pożizzjonijiet tal-Istituzzjonijiet. Meta tiġi mressqa proposta għall-QFP ġdid jew għal reviżjoni sostanzjali, l-Istituzzjonijiet ser ifittxu li jistabbilixxu arranġamenti speċifiċi għall-kooperazzjoni u d-djalogu bejniethom tul il-proċedura kollha li twassal għall-adozzjoni tagħha.

Trasparenza baġitarja

16.

Il-Kummissjoni għandha tħejji rapport annwali biex jakkumpanja l-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jiġbor flimkien l-informazzjoni disponibbli li mhix kunfidenzjali relatata ma':

(a)

l-attivi u l-passivi tal-Unjoni, inklużi dawk li jirriżultaw minn operazzjonijiet mutwatarji u mutwanti mwettqa mill-Unjoni skont is-setgħat tagħha skont it-Trattati;

(b)

d-dħul, l-infiq, l-attivi u l-passivi tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (6), tal-Faċilità Ewropea ta' Stabbiltà Finanzjarja, tal-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà u ta’ mekkaniżmi oħrajn possibbli fil-futur;

(c)

in-nefqa mġarrba mill-Istati Membri fil-qafas tal-kooperazzjoni msaħħa, sakemm din ma tkunx inkluża fil-baġit ġenerali tal-Unjoni;

(d)

in-nefqa fuq il-klima, abbażi ta' metodoloġija effettiva stabbilita mill-Kummissjoni u, fejn rilevanti, f'konformità mal-leġiżlazzjoni settorjali, għall-monitoraġġ tal-infiq fuq il-klima u l-prestazzjoni tagħha bil-ħsieb li tintlaħaq mira ġenerali ta' mill-anqas 30 % tal-ammont totali tal-baġit tal-Unjoni u tal-infiq tal-Istrument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru b’sostenn tal-objettivi klimatiċi, filwaqt li jitqiesu l-effetti tal-eliminazzjoni gradwali tal-finanzjament skont l-Istrument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru u ssir id-distinzjoni bejn il-mitigazzjoni u l-adattament tat-tibdil fil-klima, fejn ikun fattibbli.

Fejn ma jsirx biżżejjed progress lejn il-mira tal-infiq fuq il-klima f'wieħed jew aktar mill-programmi rilevanti, l-Istituzzjonijiet, f'konformità mar-responsabbiltajiet tagħhom u l-leġiżlazzjoni rilevanti, jikkonsultaw bejniethom dwar miżuri xierqa li għandhom jittieħdu biex jiġi żgurat li l-infiq tal-Unjoni fuq l-objettivi klimatiċi matul il-perijodu kollu tal-QFP 2021-2027 ikun ekwivalenti għal mill-inqas 30 % tal-ammont totali tal-infiq tal-baġit tal-Unjoni u tal-Istrument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru.

(e)

nefqa li tikkontribwixxi għat-twaqqif u t-treġġigħ lura tat-tnaqqis tal-bijodiversità, fuq il-bażi ta' metodoloġija effettiva, trasparenti u komprensiva stabbilita mill-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mal-Parlament Ewropew u mal-Kunsill, u, fejn rilevanti, f'konformità mal-leġiżlazzjoni settorjali, bil-ħsieb li ssir ħidma lejn l-ambizzjoni li fl-2024 jiġi allokat 7,5 % u fl-2026 u fl-2027 jiġi allokat 10 % tal-infiq annwali tal-QFP għall-objettivi tal-bijodiversità, filwaqt li jitqiesu d-duplikazzjonijiet eżistenti bejn l-għanijiet dwar il-klima u dawk dwar il-bijodiversità;

(f)

il-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel kif ukoll id-drittijiet u l-opportunitajiet indaqs għal kulħadd matul l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-programmi rilevanti, u l-integrazzjoni ta' dawk l-objettivi kif ukoll l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri, anki permezz tat-tisħiħ tal-valutazzjoni tal-impatt fuq is-sessi fil-valutazzjonijiet tal-impatt u l-evalwazzjonijiet skont il-qafas dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet . Il-Kummissjoni ser teżamina kif tiżviluppa metodoloġija biex tkejjel in-nefqa rilevanti fil-livell ta' programm fil-QFP 2021-2027. Il-Kummissjoni ser tuża dik il-metodoloġija hekk kif issir disponibbli. Sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2023, il-Kummissjoni ser timplimenta dik il-metodoloġija għal ċerti programmi ġestiti b'mod ċentrali biex tittestja l-fattibbiltà tagħha. F'nofs it-terminu, ser jiġi esplorat jekk il-metodoloġija tistax tiġi estiża għal programmi oħra għall-bqija tal-QFP 2021-2027;

(g)

l-implimentazzjoni tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti fil-programmi rilevanti kollha tal-Unjoni tal-QFP 2021-2027

Il-metodoloġiji effettivi msemmija fil-punti (d) u (e) tal-ewwel paragrafu ser jinkludu, sa fejn ikun possibbli, referenza għall-kontribuzzjoni tal-baġit tal-Unjoni għall-Patt Ekoloġiku Ewropew, li tinkludi l-prinċipju ta' “la tagħmilx ħsara”.

Il-metodoloġija effettiva msemmija fil-punt (d) tal-ewwel paragrafu ser tkun trasparenti, komprensiva, orjentata lejn ir-riżultati u bbażata fuq il-prestazzjoni, ser tinkludi konsultazzjoni annwali mill-Kummissjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u ser tidentifika l-miżuri rilevanti li għandhom jittieħdu f'każ li l-progress lejn il-kisba tal-miri applikabbli jkun insuffiċjenti.

Jenħtieġ li l-ebda waħda mill-metodoloġiji msemmija f'dan il-punt ma jwasslu għal piż amministrattiv eċċessiv fuq id-detenturi tal-proġetti jew fuq il-benefiċjarji.

17.

Il-Kummissjoni għandha tħejji rapport annwali dwar l-implimentazzjoni tal-Istrument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru. Dak ir-rapport annwali għandu jiġbor flimkien l-informazzjoni disponibbli u mhux kunfidenzjali relatata ma':

l-attivi u l-passivi li jirriżultaw minn operazzjonijiet mutwatarji u mutwanti mwettqa skont l-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni dwar ir-Riżorsi Proprji;

l-ammont aggregat ta' rikavati assenjati lill-programmi tal-Unjoni fl-implimentazzjoni tal-Istrument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru fis-sena preċedenti, maqsum skont il-programm u l-linja baġitarja;

il-kontribuzzjoni tal-fondi msellfa għall-kisbiet tal-objettivi tal-Istrument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru u l-programmi speċifiċi tal-Unjoni.

B.   INKORPORAZZJONI TAD-DISPOŻIZZJONIJIET FINANZJARJI F'ATTI LEĠIŻLATTIVI

18.

Kull att leġiżlattiv, li jikkonċerna programm pluriennali, adottat f'konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja għandu jkun fih dispożizzjoni li fiha l-leġiżlatur jistipula l-pakkett finanzjarju għall-programm.

Dak l-ammont għandu jikkostitwixxi l-ammont ta' referenza primarja għall-Parlament Ewropew u għall-Kunsill matul il-proċedura baġitarja annwali.

Għall-programmi msemmija fl-Anness II għar-Regolament dwar il-QFP, l-ammont ta' referenza primarja jiġi miżjud awtomatikament bl- allokazzjonijiet addizzjonali msemmija fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament dwar il-QFP.

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, u l-Kummissjoni meta tħejji l-abbozz ta' baġit, jimpenjaw ruħhom li tul il-programm ikkonċernat ma jitbegħdux b'aktar minn 15 % minn dak l-ammont, sakemm ma jirriżultawx ċirkostanzi ġodda, oġġettivi u fit-tul li għalihom jingħataw raġunijiet espliċiti u preċiżi, filwaqt li jitqiesu r-riżultati miksuba mill-implimentazzjoni tal-programm, b'mod partikolari fuq il-bażi tal-valutazzjonijiet. Kwalunkwe żieda li tirriżulta minn tali varjazzjoni għandha tibqa' taħt il-limitu massimu eżistenti għall-intestatura kkonċernata, mingħajr preġudizzju għall-użu tal-istrumenti msemmija fir-Regolament dwar il-QFP u f'dan il-Ftehim.

Ir-raba' paragrafu ma japplikax għall-allokazzjonijiet addizzjonali msemmija fit-tielet paragrafu.

Dan il-punt ma japplikax għall-approprjazzjonijiet għall-koeżjoni adottati f'konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja u allokati minn qabel għal kull Stat Membru, li fihom pakkett finanzjarju għat-tul kollu tal-programm u lanqas għall-proġetti fuq skala kbira msemmija fl-Artikolu 18 tar-Regolament dwar il-QFP.

19.

Atti tal-Unjoni legalment vinkolanti li jikkonċernaw programmi pluriennali li mhumiex adottati f'konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja ma għandux ikun fihom “ammont meqjus neċessarju”.

F'każ li l-Kunsill ikun jixtieq jinkludi ammont ta' referenza finanzjarja, dak l-ammont għandu jitqies bħala turija tar-rieda tal-leġiżlatur u ma għandux jaffettwa s-setgħat baġitarji tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill kif stabbiliti fit-TFUE. Fl-atti kollha legalment vinkolanti tal-Unjoni li fihom ammont ta' referenza finanzjarja bħal dak, għandu jkun hemm dispożizzjoni f’dak ir-rigward.

C.   NEFQA RELATATA MA' FTEHIMIET DWAR IS-SAJD

20.

In-nefqa fuq ftehimiet dwar is-sajd għandha tkun soġġetta għar-regoli speċifiċi li ġejjin.

Il-Kummissjoni timpenja ruħha li żżomm lill-Parlament Ewropew informat b'mod regolari dwar it-tħejjija u t-tmexxija tan-negozjati dwar ftehimiet dwar is-sajd, inkluż l-implikazzjonijiet baġitarji ta' dawk il-ftehimiet.

Matul il-proċedura leġiżlattiva relatata ma' ftehimiet dwar is-sajd, l-Istituzzjonijiet jimpenjaw ruħhom li jagħmlu kull sforz biex jiżguraw li l-proċeduri kollha jitwettqu kemm jista' jkun malajr.

L-ammonti previsti fil-baġit għal ftehimiet ġodda dwar is-sajd jew għat-tiġdid ta' ftehimiet dwar is-sajd li jidħlu fis-seħħ wara l-1 ta' Jannar tas-sena finanzjarja kkonċernata għandhom jitpoġġew fir-riżerva.

Jekk jirriżulta li l-approprjazzjonijiet relatati mal-ftehimiet dwar is-sajd, inkluż ir-riżerva, ma jkunux biżżejjed, il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill l-informazzjoni meħtieġa dwar il-kawżi tas-sitwazzjoni u dwar il-miżuri li jistgħu jiġu adottati skont il-proċeduri stabbiliti. Fejn meħtieġ, il-Kummissjoni għandha tipproponi miżuri adatti.

Kull tliet xhur, il-Kummissjoni għandha tressaq lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill informazzjoni dettaljata dwar l-implimentazzjoni tal-ftehimiet dwar is-sajd fis-seħħ u previżjonijiet finanzjarji għall-bqija tas-sena.

21.

Mingħajr preġudizzju għall-proċedura rilevanti li tirregola n-negozjati ta' ftehimiet dwar is-sajd, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jimpenjaw ruħhom, fil-qafas ta' kooperazzjoni baġitarja, biex jaslu għal ftehim f'waqtu dwar il-finanzjament adegwat ta' ftehimiet dwar is-sajd.

D.   FINANZJAMENT TAL-POLITIKA ESTERA U TA' SIGURTÀ KOMUNI (PESK)

22.

L-ammont totali tan-nefqa operattiva tal-PESK għandu jiddaħħal kollu kemm hu f'kapitolu wieħed tal-baġit, intitolat PESK. Dak l-ammont għandu jkopri l-bżonnijiet reali prevedibbli, evalwati fil-qafas li jistabbilixxi l-abbozz tal-baġit, fuq il-bażi ta' tbassir imħejji kull sena mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, (“ir-Rappreżentant Għoli”). Għandu jitħalla marġni raġonevoli biex ikopri azzjonijiet mhux previsti. L-ebda fondi ma jistgħu jiddaħħlu f'riżerva.

23.

Fir-rigward tan-nefqa fuq il-PESK li hija addebitata lill-baġit tal-Unjoni f'konformità mal-Artikolu 41 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, l-Istituzzjonijiet għandhom jimpenjaw ruħhom, fil-Kumitat ta' Konċiljazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 314(5) TFUE, u fuq il-bażi tal-abbozz ta' baġit stabbilit mill-Kummissjoni, biex kull sena jiżguraw li jkun hemm qbil dwar l-ammont tan-nefqa operattiva u dwar it-tqassim ta' dak l-ammont bejn l-artikoli tal-kapitolu tal-baġit tal-PESK. F'każ ta' nuqqas ta' qbil, huwa mifhum li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom idaħħlu fil-baġit l-ammont li jinsab fil-baġit preċedenti jew l-ammont propost fl-abbozz ta' baġit, skont liema wieħed ikun l-aktar baxx.

L-ammont totali tan-nefqa operattiva tal-PESK għandu jitqassam bejn l-artikoli tal-kapitolu tal-baġit tal-PESK kif issuġġerit fit-tielet paragrafu. Kull artikolu għandu jkopri azzjonijiet diġà adottati, azzjonijiet li huma previsti iżda li għadhom ma ġewx adottati u ammonti għal azzjonijiet futuri — jiġifieri mhux previsti — li għandhom jiġu adottati mill-Kunsill matul is-sena finanzjarja kkonċernata.

Fil-kapitolu tal-baġit dwar il-PESK, l-artikoli li fihom għandhom jiddaħħlu l-azzjonijiet tal-PESK jistgħu jkunu fit-termini li ġejjin:

missjonijiet ewlenin individwali kif imsemmija fil-punt (g) tal-Artikolu 52(1) tar-Regolament Finanzjarju;

missjonijiet oħra (għal operazzjonijiet tal-immaniġġar ta' kriżijiet, prevenzjoni ta' kunflitti, riżoluzzjoni u stabbilizzazzjoni, u monitoraġġ u implimentazzjoni ta' proċessi ta' paċi u sigurtà);

nonproliferazzjoni u diżarm;

miżuri ta' emerġenza;

miżuri ta' tħejjija u ta' segwitu;

Rappreżentanti Speċjali tal-Unjoni Ewropea.

Billi, skont ir-Regolament Finanzjarju, il-Kummissjoni għandha l-awtorità li tittrasferixxi b'mod awtonomu approprjazzjonijiet bejn l-artikoli fil-kapitolu tal-baġit dwar il-PESK, għandha tiġi żgurata kif xieraq il-flessibbiltà li titqies meħtieġa għall-implimentazzjoni malajr tal-azzjonijiet tal-PESK. F'każ li l-ammont tal-kapitolu tal-baġit tal-PESK matul is-sena finanzjarja ma jkunx biżżejjed biex ikopri l-ispejjeż meħtieġa, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom ifittxu soluzzjoni b'urġenza, fuq proposta mill-Kummissjoni.

24.

Kull sena, ir-Rappreżentant Għoli għandu jikkonsulta lill-Parlament Ewropew dwar dokument ta’ prospettiva, li għandu jiġi trażmess sal-15 ta' Ġunju tas-sena kkonċernata, li jistabbilixxi l-aspetti ewlenin u l-għażliet bażiċi tal-PESK, inkluż l-implikazzjonijiet finanzjarji għall-baġit tal-Unjoni, evalwazzjoni tal-miżuri mnedija fis-sena n-1 u valutazzjoni tal-koordinazzjoni u l-kumplementarjetà tal-PESK mal-istrumenti finanzjarji esterni l-oħra tal-Unjoni. Barra minn hekk, ir-Rappreżentant Għoli għandu jżomm informat b'mod regolari lill-Parlament Ewropew billi jorganizza laqgħat konġunti ta' konsultazzjoni mill-anqas ħames darbiet fis-sena, fil-qafas tad-djalogu politiku regolari dwar il-PESK, li għandu jintlaħaq ftehim dwarhom mhux aktar tard mit-30 ta' Novembru ta’ kull sena. Il-parteċipazzjoni f'dawk il-laqgħat għandha tiġi determinata mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill rispettivament, filwaqt li jiġi kkunsidrat l-objettiv u n-natura tal-informazzjoni skambjata f'dawk il-laqgħat.

Il-Kummissjoni għandha tiġi mistiedna tipparteċipa f'dawk il-laqgħat.

Jekk il-Kunsill jadotta deċiżjoni fil-qasam tal-PESK li tinvolvi nefqa, ir-Rappreżentant Għoli għandu minnufih, u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn ħamest ijiem tax-xogħol wara, jibgħat lill-Parlament Ewropew estima tal-ispejjeż previsti (“dikjarazzjoni finanzjarja”), b'mod partikolari dawk l-ispejjeż marbuta maż-żmien meħtieġ,, persunal impjegat, użu ta' bini u infrastruttura oħra, faċilitajiet tat-trasport, rekwiżiti tat-taħriġ u arranġamenti dwar is-sigurtà.

Darba kull tliet xhur, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet tal-PESK u l-previżjonijiet finanzjarji għall-bqija tas-sena finanzjarja.

E.   INVOLVIMENT TAL-ISTITUZZJONIJIET FIR-RIGWARD TA' KWISTJONIJIET TA' POLITIKA TAL-IŻVILUPP

25.

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi djalogu informali mal-Parlament Ewropew dwar kwistjonijiet ta' politika tal-iżvilupp.

PARTI III

ĠESTJONI FINANZJARJA TAJBA TAL-FONDI TAL-UNJONI

A.   PROGRAMMAR FINANZJARJU

26.

Il-Kummissjoni għandha tippreżenta darbtejn fis-sena, l-ewwel darba flimkien mad-dokumenti li jakkumpanjaw l-abbozz ta' baġit u t-tieni darba wara l-adozzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni, programmar finanzjarju komplut għall-intestaturi 1, 2 (ħlief għas-sottointestatura ''Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali''), 3 (għal ''Ambjent u azzjoni dwar il-klima'' u “Politika marittima u sajd”), 4, 5 u 6 tal-QFP. Dak l-ipprogrammar, strutturat skont l-intestatura, il-qasam ta' politika u linja baġitarja, jenħtieġ li jidentifika:

(a)

il-leġiżlazzjoni fis-seħħ, b'distinzjoni bejn programmi pluriennali u azzjonijiet annwali:

(i)

għal programmi pluriennali, jenħtieġ li l-Kummissjoni tindika l-proċedura li skontha jkunu ġew adottati (proċedura leġiżlattiva ordinarja jew dik speċjali), it-tul ta’ żmien tagħhom, il-pakkett finanzjarju totali u s-sehem allokat għan-nefqa amministrattiva;

(ii)

għall-programmi pluriennali msemmija fl-Anness II għar-Regolament tal-QFP, il-Kummissjoni għandha tindika b'mod trasparenti l-allokazzjonijiet addizzjonali skont l-Artikolu 5 tar-Regolament dwar il-QFP;

(iii)

għal azzjonijiet annwali (relatati ma' proġetti pilota, azzjonijiet preparatorji u aġenziji) u azzjonijiet iffinanzjati skont il-prerogattivi tal-Kummissjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni tipprovdi estimi pluriennali;

(b)

proposti leġiżlattivi pendenti: proposti li għaddejjin bħalissa tal-Kummissjoni, bl-aħħar aġġornament.

Jenħtieġ li l-Kummissjoni tqis modi ta' kontroreferenzjar tal-ipprogrammar finanzjarju mal-ipprogrammar leġiżlattiv tagħha biex tipprovdi previżjonijiet aktar preċiż u affidabbli. Għal kull proposta leġiżlattiva, jenħtieġ li l-Kummissjoni tindika jekk hijiex inkluża fl-ipprogrammar ikkomunikat fiż-żmien meta tressaq l-abbozz ta' baġit jew wara l-adozzjoni finali tal-baġit. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b'mod partikolari:

(a)

bl-atti leġiżlattivi ġodda kollha adottati u l-proposti pendenti kollha mressqa iżda mhux inklużi fl-ipprogrammar ikkomunikat fiż-żmien tal-abbozz ta' baġit jew wara l-adozzjoni finali tal-baġit (bl-ammonti korrispondenti);

(b)

bil-leġiżlazzjoni prevista fil-programm ta' ħidma leġiżlattiva annwali tal-Kummissjoni, b'indikazzjoni ta' jekk l-azzjonijiet x'aktarx ikollhom impatt finanzjarju jew le.

Kull fejn meħtieġ, jenħtieġ li l-Kummissjoni tindika l-ipprogrammar mill-ġdid li jirriżulta mill-proposti leġiżlattivi ġodda.

B.   AĠENZIJI U SKEJJEL EWROPEJ

27.

Qabel ma tressaq proposta għall-ħolqien ta' aġenzija ġdida, jenħtieġ li l-Kummissjoni tipproduċi valutazzjoni tal-impatt tajba, kompleta u oġġettiva, filwaqt li tikkunsidra, fost oħrajn, il-massa kritika tal-persunal u tal-kompetenzi, aspetti tal-ispejjeż f’termini ta’ benefiċċji, is-sussidjarjetà u l-proporzjonalità, l-impatt fuq l-attivitajiet nazzjonali u tal-Unjoni, u l-implikazzjonijiet baġitarji għall-intestatura ta' nefqa kkonċernata. Fuq il-bażi ta' dik l-informazzjoni u mingħajr preġudizzju għall-proċeduri leġiżlattivi li jirregolaw it-twaqqif tal-aġenzija, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jintrabtu, fil-qafas ta' kooperazzjoni baġitarja, li jilħqu ftehim f'waqtu dwar l-iffinanzjar tal-aġenzija proposta.

Għandhom jiġu applikati l-passi proċedurali li ġejjin:

l-ewwel nett, il-Kummissjoni għandha tressaq b'mod sistematiku kwalunkwe proposta għat-twaqqif ta' aġenzija ġdida lill-ewwel trilogu wara l-adozzjoni tal-proposta tagħha, u għandha tressaq id-dikjarazzjoni finanzjarja li takkumpanja l-proposta leġiżlattiva għall-ħolqien tal-aġenzija u għandha turi l-konsegwenzi tagħha għall-bqija tal-perijodu tal-ipprogrammar finanzjarju;

it-tieni, matul il-proċess leġiżlattiv, il-Kummissjoni għandha tassisti lil-leġiżlatur fil-valutazzjoni tal-konsegwenzi finanzjarji tal-emendi proposti. Jenħtieġ li dawk il-konsegwenzi finanzjarji jitqiesu waqt it-trilogi leġiżlattivi rilevanti;

it-tielet, qabel il-konklużjoni tal-proċess leġiżlattiv, il-Kummissjoni għandha tressaq dikjarazzjoni finanzjarja aġġornata li tqis l-emendi potenzjali mil-leġiżlatur; dik id-dikjarazzjoni finanzjarja finali għandha titqiegħed fuq l-aġenda tat-trilogu leġiżlattiv finali u tiġi approvata b'mod formali mil-leġiżlatur. Għandha titqiegħed ukoll fuq l-aġenda ta' trilogu baġitarju sussegwenti (f'każijiet urġenti, f'forma simplifikata), bil-ħsieb li jintlaħaq ftehim dwar il-finanzjament;

ir-raba', il-ftehim milħuq waqt trilogu, li jqis il-valutazzjoni baġitarja tal-Kummissjoni fir-rigward tal-kontenut tal-proċess leġiżlattiv, għandu jiġi kkonfermat f'dikjarazzjoni konġunta. Dak il-ftehim għandu jkun soġġett għall-approvazzjoni mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill, kull wieħed minnhom f'konformità mar-regoli ta' proċedura tiegħu stess.

L-istess proċedura tiġi applikata għal kwalunkwe emenda għal att legali li jikkonċerna aġenzija li jista' jkollha impatt fuq ir-riżorsi tal-aġenzija kkonċernata.

F'każ li l-kompiti ta' aġenzija jiġu modifikati b'mod sostanzjali mingħajr emenda għall-att legali li jistabbilixxi l-aġenzija kkonċernata, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill permezz ta' dikjarazzjoni finanzjarja riveduta, sabiex il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu jistgħu jaslu għal ftehim f'waqtu dwar il-finanzjament tal-aġenzija.

28.

Jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet rilevanti mill-Approċċ Komuni anness mad-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar l-aġenziji deċentralizzati ffirmata fid-19 ta' Lulju 2012 jitqiesu b’mod xieraq fil-proċedura baġitarja.

29.

Meta l-Bord tal-Gvernaturi jipprevedi l-ħolqien ta' skola Ewropea ġdida, għandha tiġi applikata, mutatis mutandis, proċedura simili għall-implikazzjonijiet baġitarji tagħha fuq il-baġit tal-Unjoni.

PARTI IV

IL-PROTEZZJONI TAL-BAĠIT TAL-UNJONI: IL-KWALITÀ U L-KOMPARABBILTÀ TAD-DATA DWAR IL-BENEFIĊJARJI

30.

F'konformità mat-talbiet tal-Parlament Ewropew u bħala reazzjoni għall-punt 24 tal-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tas-17 sal-21 ta' Lulju 2020, sabiex tissaħħaħ il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni u talIstrument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkuprukontra l-frodi u l-irregolaritajiet, l-Istituzzjonijiet jaqblu dwar l-introduzzjoni ta' miżuri standardizzati biex jiġbru, iqabblu u jaggregaw l-informazzjoni u l-figuri dwar ir-riċevituri u l-benefiċjarji finali tal-finanzjament tal-Unjoni, għall-finijiet ta' kontroll u awditjar.

31.

Sabiex jiġu żgurati kontrolli u awditjar effettivi, huwa meħtieġ li tinġabar data dwar dawk li fl-aħħar mill-aħħar jibbenefikaw, direttament jew indirettament, minn finanzjament tal-Unjoni b’ġestjoni kondiviża u minn proġetti u riformi appoġġati mir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, inkluż id-data dwar is-sidien benefiċjarji tar-riċevituri tal-finanzjament. Ir-regoli relatati mal-ġbir u l-ipproċessar ta' tali data ser ikollhom jikkonformaw mar-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data.

32.

Sabiex tissaħħaħ il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni, il-Kummissjoni ser tagħmel disponibbli sistema ta' informazzjoni u monitoraġġ integrata u interoperabbli li tinkludi għodda unika ta' estrazzjoni tad-data u ta' kejl tar-riskju biex jinkiseb aċċess għad-data msemmija fil-punt 31 u biex tiġi analizzata bil-ħsieb li tiġi applikata b'mod ġenerali mill-Istati Membri. Dik is-sistema tiżgura verifiki effiċjenti dwar kunflitti ta' interess, irregolaritajiet, kwistjonijiet ta' finanzjament doppju, u kwalunkwe użu ħażin tal-fondi. Il-Kummissjoni, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (l-OLAF) u korpi investigattivi u ta' kontroll oħra tal-Unjoni jenħtieġ li jkollhom l-aċċess meħtieġ għal dik l-informazzjoni sabiex jeżerċitaw il-funzjonijiet superviżorji tagħhom b’rabta mal-kontrolli u l-awditjar li għandhom jitwettqu l-ewwel mill-Istati Membri biex jidentifikaw irregolaritajiet u jwettqu investigazzjonijiet amministrattivi dwar l-użu ħażin tal-finanzjament ikkonċernat tal-Unjoni, u biex jiksbu stampa ġenerali preċiża tad-distribuzzjoni tiegħu.

33.

Mingħajr preġudizzju għall-prerogattivi tal-Istituzzjonijiet skont it-Trattati, matul il-proċedura leġiżlattiva relatata mal-atti bażiċi rilevanti, l-Istituzzjonijiet jieħdu l-impenn li jikkooperaw b'mod sinċier sabiex jiżguraw li l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tas-17 sal-21 ta' Lulju 2020 jkollhom segwitu, f'konformità mal-approċċ deskritt f'din il-Parti.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President

Għall-Kummissjoni

Il-President


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/…ta'…li jistabbilixxi Strument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru biex jappoġġa l-irkupru wara l-kriżi tal-COVID-19 (ĠU L …p….).

(*1)  ĠU: Jekk jogħġbok daħħal fit-test in-numru u fin-nota ta' qiegħ il-paġna li takkumpanjah in-numru u d-data tar-Regolament li jinsab fid-dokument ST 9971/20 (2020/0111(NLE)) u daħħal ir-referenza tal-ĠU.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/…ta'…li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2021sa 2027 (ĠU L, p.).

(*2)  ĠU: Jekk jogħġbok daħħal fit-test in-numru u fin-nota ta' qiegħ il-paġna li takkumpanjah in-numru u d-data tar-Regolament li jinsab fid-dokument ST 9970/20 ((2018/0166(APP)) u imla r-referenza tal-ĠU.

(3)  Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/… ta' … dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea u li tħassar id-Deċiżjoni 2014/335/UE, Euratom (ĠU L …).

(*3)  ĠU: Jekk jogħġbok daħħal fit-test in-numru u fin-nota ta' qiegħ il-paġna li takkumpanjah in-numru u d-data tar-Regolament li jinsab fid-dokument ST 10046/20 (2018/0135(CNS)) u imla r-referenza tal-ĠU.

(*4)  ĠU: jekk jogħġbok daħħal id-data tal-aħħar firma ta’ dan il-Ftehim.

(5)  ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.

(6)  Kif stabbilit fil-Ftehim Intern bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill, dwar il-finanzjament ta' għajnuna mill-Unjoni Ewropea taħt il-Qafas Finanzjarju Pluriennali għall-perijodu mill-2014 sal-2020, skont il-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE, u dwar l-allokazzjoni ta' assistenza finanzjarja għall-pajjiżi u territorji extra-Ewropej li għalihom tapplika r-Raba' Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 210, 6.8.2013, p. 1) u l-Ftehimiet Interni preċedenti.

ANNESS I

KOOPERAZZJONI INTERISTITUZZJONALI MATUL IL-PROĊEDURA BAĠITARJA

Parti A.   Kalendarju tal-proċedura baġitarja

1.

L-Istituzzjonijiet għandhom jaqblu dwar kalendarju prammatiku kull sena fi żmien debitu qabel il-bidu tal-proċedura baġitarja fuq il-bażi tal-prattika attwali.

2.

Sabiex jiġi żgurat li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu jistgħu jeżerċitaw il-prerogattivi baġitarji tagħhom b'mod effettiv, il-pożizzjonijiet baġitarji, it-trasferimenti jew notifiki oħra li jinvolvu l-attivazzjoni ta' skadenzi għandhom jiġu ppreżentati billi jqisu b’mod xieraq kwalunkwe perijodu ta' waqfien li l-Istituzzjonijiet ikunu infurmaw lil xulxin fi żmien debitu dwar id-dati tagħhom permezz tas-servizzi rispettivi tagħhom.

Parti B.   Prijoritajiet għall-proċedura baġitarja

3.

Fi żmien debitu qabel il-Kummissjoni tadotta l-abbozz ta' baġit, għandu jitlaqqa' trilogu biex jiġu diskussi l-prijoritajiet possibbli għall-baġit tas-sena finanzjarja li jmiss u kwalunkwe mistoqsija li tirriżulta mill-implimentazzjoni tal-baġit tas-sena finanzjarja attwali, fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta mill-Kummissjoni f'konformità mal-punt 37.

Parti C.   Stabbiliment tal-abbozz ta' baġit u l-aġġornament tal-estimi

4.

L-istituzzjonijiet, għajr il-Kummissjoni, huma mistiedna jadottaw id-dikjarazzjoni tal-estimi tagħhom qabel l-aħħar ta' Marzu.

5.

Il-Kummissjoni għandha tressaq kull sena abbozz ta' baġit li juri r-rekwiżiti finanzjarji reali tal-Unjoni.

Hija għandha tqis:

(a)

il-previżjonijiet ipprovduti mill-Istati Membri b'rabta mal-Fondi Strutturali;

(b)

il-kapaċità għall-utilizzazzjoni ta' approprjazzjonijiet, waqt li tagħmel kull sforz biex tinżamm relazzjoni stretta bejn approprjazzjonijiet ta' impenn u approprjazzjonijiet ta' pagament;

(c)

il-possibbiltajiet li jitniedu politiki ġodda permezz ta' proġetti pilota, azzjonijiet preparatorji ġodda, jew it-tnejn li huma, jew għat-tkomplija ta' azzjonijiet pluriennali li jkunu waslu biex jintemmu, wara li jiġi valutat jekk huwiex possibbli li jiġi żgurat att bażiku, fis-sens tar-Regolament Finanzjarju (id-definizzjoni ta' att bażiku, n-neċessità ta' att bażiku għall-implementazzjoni u l-eċċezzjonijiet);

(d)

il-ħtieġa li jiġi żgurat li kwalunkwe bidla fin-nefqa b'rabta mas-sena preċedenti tkun f'konformità mar-restrizzjonijiet tad-dixxiplina baġitarja.

6.

L-Istituzzjonijiet għandhom, sa fejn ikun possibbli, jevitaw li jdaħħlu partiti fil-baġit li jinvolvu ammonti insinifikanti ta' nefqa operattiva.

7.

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jimpenjaw ruħhom ukoll li jżommu f'moħħhom il-valutazzjoni tal-possibbiltajiet għall-implementazzjoni tal-baġit magħmula mill-Kummissjoni fl-abbozzi tagħha u b'rabta mal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja attwali.

8.

Fl-interessi ta' ġestjoni finanzjarja tajba u minħabba l-effett ta' bidliet kbar fit-titoli u l-kapitoli tan-nomenklatura tal-baġit dwar ir-responsabbiltajiet tar-rappurtar maniġerjali tad-dipartimenti tal-Kummissjoni, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jimpenjaw ruħhom li jiddiskutu mal-Kummissjoni kwalunkwe bidla kbira waqt il-konċiljazzjoni.

9.

Fl-interess ta' kooperazzjoni istituzzjonali leali u tajba, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jieħdu l-impenn li jżommu kuntatti regolari u attivi fil-livelli kollha, permezz tan-negozjaturi rispettivi tagħhom, matul il-proċedura baġitarja kollha u, b'mod partikolari, matul il-perijodu kollu ta' konċiljazzjoni bil-ħsieb li jintlaħaq ftehim. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jimpenjaw ruħhom li jiżguraw skambju reċiproku f'waqtu u kontinwu tal-informazzjoni u d-dokumenti rilevanti kemm f'livell formali kif ukoll dak informali, kif ukoll li jorganizzaw laqgħat tekniċi jew informali kif meħtieġ, matul il-perijodu ta' konċiljazzjoni, f'kooperazzjoni mal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikollhom aċċess f'waqtu u ugwali għall-informazzjoni u d-dokumenti.

10.

Saż-żmien li jitlaqqa' l-Kumitat ta' Konċiljazzjoni, il-Kummissjoni tista', jekk meħtieġ, tippreżenta ittri ta' emenda tal-abbozz ta' baġit f'konformità mal-Artikolu 314(2) TFUE, inkluż ittra emendatorja li taġġorna, b'mod partikolari l-estimi tan-nefqa għall-agrikoltura. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill l-informazzjoni dwar l-aġġornamenti, hekk kif issir disponibbli, sabiex ikunu jistgħu jikkunsidrawha. Hija għandha tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill ir-raġunijiet motivati kollha li huma jistgħu jeħtieġu.

Parti D.   Proċedura baġitarja qabel il-proċedura ta' konċiljazzjoni

11.

Għandu jitlaqqa' trilogu fi żmien debitu qabel il-qari tal-Kunsill, biex l-Istituzzjonijiet ikunu jistgħu jiskambjaw il-fehmiet tagħhom dwar l-abbozz ta' baġit.

12.

Sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tivvaluta f'ħin debitu l-eżegwibbiltà tal-emendi, previsti mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill, li joħolqu azzjonijiet preparatorji jew proġetti pilota ġodda jew li jtawlu dawk eżistenti, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar l-intenzjonijiet tagħhom f'dak ir-rigward, sabiex tkun tista' ssir fil-pront l-ewwel diskussjoni f'dak it-trilogu.

13.

Jista' jitlaqqa' trilogu qabel il-votazzjoni fil-plenarja tal-Parlament Ewropew.

Parti E.   Proċedura ta' konċiljazzjoni

14.

Jekk il-Parlament Ewropew jadotta emendi għall-pożizzjoni tal-Kunsill, il-President tal-Kunsill għandu, matul l-istess seduta plenarja, jieħu nota tad-differenzi fil-pożizzjoni taż-żewġ istituzzjonijiet u jinforma lill-President tal-Parlament Ewropew bil-qbil tiegħu li jitlaqqa' b'mod immedjat il-Kumitat ta' Konċiljazzjoni. L-ittra li tlaqqa' l-Kumitat ta' Konċiljazzjoni għandha tintbagħat sa mhux aktar tard mill-ewwel jum tax-xogħol tal-ġimgħa ta' wara tmiem is-sessjoni parzjali parlamentari li matulha jkun ittieħed il-vot plenarju, u l-perijodu ta' konċiljazzjoni għandu jibda l-għada. Il-perijodu ta' 21 jum għandu jiġi kkalkulat f'konformità mar-Regolament (KEE, Euratom) Nru 1182/71 tal-Kunsill (1).

15.

Jekk il-Kunsill ma jkunx jista' jaqbel dwar l-emendi kollha adottati mill-Parlament Ewropew, jenħtieġ li jikkonferma l-pożizzjoni tiegħu permezz ta' ittra mibgħuta qabel l-ewwel laqgħa prevista matul il-perijodu ta' konċiljazzjoni. F'dak il-każ, il-Kumitat ta' Konċiljazzjoni għandu jipproċedi f'konformità mal-kondizzjonijiet stipulati fil-punti li ġejjin.

16.

Il-Kumitat ta' Konċiljazzjoni għandu jkun ippresedut b'mod konġunt mir-rappreżentanti tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Il-laqgħat tal-Kumitat ta' Konċiljazzjoni għandhom jiġu ppreseduti mill-kopresidenza tal-istituzzjoni li tospita l-laqgħa. Kull istituzzjoni, f'konformità mar-regoli ta' proċedura tagħha stess, għandha tinnomina l-parteċipanti tagħha għal kull laqgħa u tistabbilixxi l-mandat tagħha għan-negozjati. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom ikunu rrappreżentati f'livell adatt fil-Kumitat ta' Konċiljazzjoni, b'tali mod li kull delegazzjoni tkun tista' timpenja politikament lill-istituzzjoni rispettiva tagħha, u jkun jista' jsir progress reali lejn il-ftehim finali.

17.

F'konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 314(5) TFUE, il-Kummissjoni għandha tieħu sehem fil-proċeduri tal-Kumitat ta' Konċiljazzjoni u għandha tieħu l-inizjattivi kollha meħtieġa bil-ħsieb li tirrikonċilja l-pożizzjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

18.

It-trilogi għandhom isiru matul il-perijodu tal-proċedura ta' konċiljazzjoni, f'livelli differenti ta' rappreżentanza, bil-għan li jiġu solvuti l-kwistjonijiet pendenti u titwitta t-triq għal ftehim li għandu jintlaħaq fil-Kumitat ta' Konċiljazzjoni.

19.

Il-laqgħat tal-Kumitat ta' Konċiljazzjoni u t-trilogi għandhom isiru alternattivament fil-bini tal-Parlament Ewropew u f'dak tal-Kunsill, bil-għan li l-faċilitajiet jiġu kondiviżi ndaqs, inkluż il-faċilitajiet ta' interpretazzjoni.

20.

Id-dati tal-laqgħat tal-Kumitat ta' Konċiljazzjoni u tat-trilogi għandhom jiġu stabbiliti minn qabel bi ftehim bejn l-Istituzzjonijiet.

21.

Sett komuni ta' dokumenti (''dokumenti inizjali'') li jqabblu d-diversi stadji tal-proċedura baġitarja għandu jitpoġġa għad-dispożizzjoni tal-Kumitat ta' Konċiljazzjoni (2). Dawk id-dokumenti għandhom jinkludu ċifri ''linja b'linja'', totali skont l-intestaturi tal-QFP u dokument konsolidat b'ċifri u rimarki għal-linji baġitarji kollha li jitqiesu teknikament ''miftuħa''. Mingħajr preġudizzju għad-deċiżjoni finali tal-Kumitat ta' Konċiljazzjoni, għandu jkun hemm dokument speċifiku li jelenka l-linji baġitarji kollha li jitqiesu teknikament magħluqa (3). Dawk id-dokumenti għandhom jiġu kklassifikati skont in-nomenklatura baġitarja.

Għandhom jiġu mehmuża wkoll dokumenti oħra mad-dokumenti inizjali għall-Kumitat ta' Konċiljazzjoni, inkluż ittra ta' implimentabbiltà mill-Kummissjoni dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill u l-emendi tal-Parlament Ewropew, u kwalunkwe ittra minn istituzzjonijiet oħrajn li jikkonċernaw il-pożizzjoni tal-Kunsill jew l-emendi tal-Parlament Ewropew.

22.

Bil-ħsieb li jintlaħaq ftehim sal-aħħar tal-perijodu ta' konċiljazzjoni, it-trilogi għandhom:

(a)

jiddefinixxu l-ambitu tan-negozjati dwar il-kwistjonijiet baġitarji li għandhom jiġu indirizzati;

(b)

japprovaw il-lista tal-linji baġitarji li jitqiesu teknikament magħluqa, soġġett għall-ftehim finali dwar il-baġit sħiħ tas-sena finanzjarja;

(c)

jiddiskutu l-kwistjonijiet identifikati fil-punt (a) bil-ħsieb li jintlaħqu ftehimiet possibbli li għandhom jiġu approvati mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni;

(d)

jindirizzaw kwistjonijiet tematiċi, inkluż skont l-intestaturi tal-QFP.

Għandhom jintlaħqu konklużjonijiet tentattivi b'mod konġunt matul jew immedjatament wara kull trilogu, u, b'mod simultanju, għandha tiġi miftiehma l-aġenda tal-laqgħa li jmiss. Dawk il-konklużjonijiet għandhom jiġu rreġistrati mill-istituzzjoni li tospita t-trilogu u għandhom jitqiesu approvati b'mod proviżorju wara 24 siegħa, mingħajr preġudizzju għad-deċiżjoni finali tal-Kumitat ta' Konċiljazzjoni.

23.

Waqt il-laqgħa tal-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni għandu jkun hemm għad-dispożizzjoni tiegħu l-konklużjonijiet tat-trilogi u dokument li possibbilment jiġi approvat, kif ukoll il-linji baġitarji li dwarhom ikun intlaħaq ftehim tentattiv matul it-trilogi.

24.

It-test konġunt previst fl-Artikolu 314(5) TFUE għandu jiġi stabbilit mis-segretarjati tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill bl-assistenza tal-Kummissjoni. Huwa għandu jikkonsisti minn ittra ta' trażmissjoni indirizzata mill-presidenti taż-żewġ delegazzjonijiet lill-President tal-Parlament Ewropew u lil dak tal-Kunsill, li jkun fiha d-data tal-ftehim fil-Kumitat ta' Konċiljazzjoni u annessi li għandhom jinkludu:

(a)

ċifri linja b'linja għall-partiti kollha tal-baġit u ċifri sommarji skont l-intestaturi tal-QFP;

(b)

dokument konsolidat, li jindika ċ-ċifri u t-test finali għal-linji kollha li jkunu ġew emendati matul il-proċedura ta' konċiljazzjoni;

(c)

il-lista tal-linji mhux emendati fir-rigward tal-abbozz ta' baġit jew tal-pożizzjoni tal-Kunsill dwarha.

Il-Kumitat ta' Konċiljazzjoni jista' japprova wkoll konklużjonijiet u dikjarazzjonijiet konġunti possibbli b'rabta mal-baġit.

25.

It-test konġunt għandu jiġi tradott fil-lingwi uffiċjali tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni (mis-servizzi tal-Parlament Ewropew) u għandu jiġi ppreżentat għall-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'perijodu ta' 14-il jum mid-data tal-ftehim dwar it-test konġunt imsemmi fil-punt 24.

Il-baġit għandu jkun soġġett għal reviżjoni mill-ġuristi lingwisti wara l-adozzjoni tat-test konġunt billi jiġu integrati l-annessi tat-test konġunt mal-linji baġitarji mhux emendati matul il-proċedura ta' konċiljazzjoni.

26.

L-istituzzjoni li tospita l-laqgħa (it-trilogu jew il-konċiljazzjoni) għandha tipprovdi faċilitajiet ta' interpretazzjoni b'reġim lingwistiku sħiħ applikabbli għal-laqgħat tal-Kumitat ta' Konċiljazzjoni u reġim lingwistiku ad hoc għat-trilogi.

L-istituzzjoni li tospita l-laqgħa għandha tipprevedi l-ikkupjar u t-tqassim ta' dokumenti tal-kamra.

Is-servizzi tal-Istituzzjonijiet għandhom jikkooperaw fil-kodifikazzjoni tar-riżultati tan-negozjati sabiex jiġi ffinalizzat it-test konġunt.

Parti F.   Baġits emendatorji

Prinċipji ġenerali

27.

Konsapevoli li ħafna drabi l-baġits emendatorji jiffukaw fuq kwistjonijiet speċifiċi u xi kultant urġenti, l-Istituzzjonijiet jaqblu dwar il-prinċipji li ġejjin biex jiżguraw li jkun hemm kooperazzjoni interistituzzjonali xierqa biex il-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet dwar baġits emendatorji jkun mingħajr diffikultajiet u ma jdumx, filwaqt li jiġi evitat, safejn ikun possibbli, li jkollha tissejjaħ laqgħa ta’ konċiljazzjoni għall-baġits emendatorji.

28.

Sa fejn ikun possibbli, l-Istituzzjonijiet għandhom jimpenjaw ruħhom li jillimitaw l-għadd ta' baġits emendatorji.

Kalendarju

29.

Il-Kummissjoni għandha tinforma bil-quddiem lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar id-dati possibbli għall-adozzjoni tal-abbozzi ta' baġits emendatorji, mingħajr preġudizzju għad-data finali tal-adozzjoni.

30.

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, kull wieħed minnhom f'konformità mar-regoli interni ta' proċedura tiegħu, għandhom jimpenjaw ruħhom li jeżaminaw l-abbozz ta' baġit emendatorju propost mill-Kummissjoni mal-ewwel opportunità wara l-adozzjoni tiegħu mill-Kummissjoni.

31.

Sabiex titħaffef il-proċedura, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jiżguraw, sa fejn ikun possibbli, li jkunu ikkoordinati l-kalendarji ta' ħidma rispettivi tagħhom sabiex il-proċedimenti jkunu jistgħu jitwettqu b'mod koerenti u konverġenti. Għalhekk, kemm jista' jkun malajr, għandhom ifittxu li jistabbilixxu skeda ta' żmien indikattiva għad-diversi stadji li jwasslu għall-adozzjoni finali tal-baġit emendatorju.

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom iqisu l-urġenza relattiva tal-baġit emendatorju u l-ħtieġa li japprovawh fi żmien debitu biex ikun effettiv matul is-sena finanzjarja kkonċernata.

Kooperazzjoni waqt il-qari

32.

L-Istituzzjonijiet għandhom jikkooperaw bona fide matul il-proċedura, billi jwittu t-triq, sa fejn ikun possibbli, għall-adozzjoni tal-baġits emendatorji fi stadju bikri tal-proċedura.

Fejn xieraq, u meta jkun hemm il-potenzjal ta’ diverġenza, il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill, qabel ma kull wieħed minnhom jieħu l-pożizzjoni finali tiegħu dwar il-baġit emendatorju, jew il-Kummissjoni fi kwalunkwe ħin, jistgħu jipproponu li jitlaqqa' trilogu speċifiku biex jiġu diskussi d-diverġenzi u jipprova jintlaħaq kompromess.

33.

L-abbozzi ta' baġits emendatorji kollha proposti mill-Kummissjoni u li jkunu għadhom ma ġewx approvati b'mod finali għandhom jiddaħħlu b'mod sistematiku fuq l-aġenda tat-trilogi ppjanati għall-proċedura baġitarja annwali. Il-Kummissjoni għandha tressaq l-abbozzi ta' baġits emendatorji u l-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom, sa fejn ikun possibbli, jgħarrfu l-pożizzjonijiet rispettivi tagħhom qabel it-trilogu.

34.

Jekk jintlaħaq kompromess waqt trilogu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jimpenjaw ruħhom li jikkunsidraw ir-riżultati tat-trilogu meta jiddeliberaw fuq il-baġit emendatorju f'konformità mat-TFUE u mar-regoli ta' proċedura tagħhom.

Kooperazzjoni wara l-qari

35.

Jekk il-Parlament Ewropew japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill mingħajr emendi, il-baġit emendatorju għandu jiġi adottat f'konformità mat-TFUE.

36.

Jekk il-Parlament Ewropew jadotta l-emendi permezz ta' maġġoranza tal-membri komponenti tiegħu, għandu japplika l-punt (c) tal-Artikolu 314(4) TFUE. Madankollu, qabel ma jiltaqa' l-Kumitat ta' Konċiljazzjoni, għandu jissejjaħ trilogu:

(a)

jekk jintlaħaq ftehim matul dak it-trilogu u soġġett għall-qbil tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-riżultati tat-trilogu, il-konċiljazzjoni għandha tintemm permezz ta' skambju ta' ittri mingħajr laqgħa tal-Kumitat ta' Konċiljazzjoni;

(b)

jekk ma jintlaħaq l-ebda ftehim matul dak it-trilogu, il-Kumitat ta' Konċiljazzjoni għandu jiltaqa' u jorganizza l-ħidma tiegħu f'konformità maċ-ċirkostanzi, bil-ħsieb li jtemm il-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet kemm jista' jkun qabel l-iskadenza ta' 21 jum stipulata fl-Artikolu 314(5) TFUE. Il-Kumitat ta' Konċiljazzjoni jista' jikkonkludi permezz ta' skambju ta' ittri.

Parti G.   Implimentazzjoni tal-baġit, pagamenti u mpenji pendenti (reste à liquider (RAL)

37.

Minħabba l-ħtieġa li jiġi żgurat li jsir progress ordnat tal-approprjazzjonijiet totali ta' pagament b'rabta mal-approprjazzjonijiet ta' impenn sabiex jiġi evitat kwalunkwe riport anormali tar-RAL minn sena għal oħra, l-Istituzzjonijiet jaqblu li jissorveljaw mill-qrib il-previżjonijiet tal-pagamenti u l-livell tar-RAL sabiex jitnaqqas ir-riskju li tiġi ostakolata l-implimentazzjoni tal-programmi tal-Unjoni minħabba nuqqas ta' approprjazzjonijiet ta' pagamenti fi tmiem il-QFP.

Sabiex jiġi żgurat li jkun hemm livell u profil maniġġabbli għall-pagamenti fl-intestaturi kollha, ir-regoli ta' diżimpenn għandhom jiġu applikati b'mod strett fl-intestaturi kollha, b'mod partikolari r-regoli għad-diżimpenji awtomatiċi.

Matul il-proċedura baġitarja, l-Istituzzjonijiet għandhom jiltaqgħu b'mod regolari bil-ħsieb li jivvalutaw b'mod konġunt is-sitwazzjoni attwali u l-prospetti għall-implimentazzjoni baġitarja fis-sena finanzjarja attwali u fis-snin finanzjarji futuri. Dik il-valutazzjoni għandha ssir permezz ta' laqgħat interistituzzjonali speċifiċi fil-livell xieraq, li qabilhom il-Kummissjoni għandha tinforma b’mod dettaljat dwar is-sitwazzjoni attwali, skont il-fond u l-Istat Membru, tal-implimentazzjoni tal-pagamenti, tat-trasferimenti, tat-talbiet għal rimborżi riċevuti u tal-previżjonijiet riveduti, inkluż previżjonijiet fit-tul, fejn applikabbli. B'mod partikolari, sabiex jiġi żgurat li l-Unjoni tista' tissodisfa l-obbligi finanzjarji kollha tagħha li jirriżultaw mill-impenji eżistenti u futuri fil-perijodu 2021-2027 f'konformità mal-Artikolu 323 TFUE, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom janalizzaw u jiddiskutu l-estimi tal-Kummissjoni fir-rigward tal-livell ta' approprjazzjonijiet ta' pagament meħtieġ.

Parti H.   Kooperazzjoni fir-rigward tal-Istrument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru (4) (*1)

38.

Bl-għan ewlieni li jiġu indirizzati l-konsegwenzi tal-kriżi tal-COVID-19, il-Kummissjoni ser tingħata s-setgħa li tissellef fondi fuq is-swieq tal-kapital f’isem l-Unjoni sa EUR 750 000 miljun fi prezzijiet tal-2018, li minnhom sa mhux aktar minn EUR 390 000 miljun fi prezzijiet tal-2018 jistgħu jintużaw għan-nefqa u sa mhux aktar minn EUR 360 000 miljun fi prezzijiet tal-2018 jistgħu jintużaw għall-għoti ta' self skont l-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni dwar ir-Riżorsi Proprji. Kif previst fir-Regolament EURI, l-ammont li għandu jintuża għan-nefqa jikkostitwixxi dħul assenjat estern għall-finijiet tal-Artikolu 21(5) tar-Regolament Finanzjarju.

39.

L-Istituzzjonijiet jaqblu li r-rwol tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, meta jaġixxu fil-kapaċità tagħhom ta' awtorità baġitarja, jeħtieġ li jissaħħaħ fir-rigward tad-dħul assenjat estern skont l-Istrument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru, bil-ħsieb li jiġu żgurati sorveljanza xierqa ta' dak id-dħul u involviment fl-użu tiegħu, fil-limiti stabbiliti fir-Regolament EURI u, kif xieraq, fil-leġiżlazzjoni settorjali rilevanti. L-Istituzzjonijiet jaqblu wkoll dwar il-ħtieġa li jiġu żgurati trasparenza u viżibbiltà sħiħa tal-fondi kollha skont l-Istrument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru.

Dħul assenjat estern skont l-Istrument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru

40.

Minħabba l-ħtieġa li jiġi żgurat l-involviment xieraq tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fil-governanza tad-dħul assenjat estern skont l-Istrument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru, it-tliet Istituzzjonijiet jaqblu dwar il-proċedura stabbilita fil-punti 41 sa 46.

41.

Il-Kummissjoni ser tipprovdi informazzjoni dettaljata mal-abbozz tal-estimi tagħha fil-kuntest tal-proċedura baġitarja. Dik l-informazzjoni għandha tinkludi estimi dettaljati tal-approprjazzjonijiet ta' impenn u tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kif ukoll tal-impenji legali, imqassma skont l-intestatura u skont il-programm li jirċievi d-dħul assenjat skont ir-Regolament EURI. Il-Kummissjoni ser tipprovdi kwalunkwe informazzjoni rilevanti addizzjonali mitluba mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Il-Kummissjoni ser tehmeż mal-abbozz ta' baġit emendatorju dokument li jiġbor l-informazzjoni rilevanti kollha dwar l-Istrument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru, inkluż tabelli sommarji li jaggregaw l-approprjazzjonijiet tal-baġit u d-dħul assenjat skont l-Istrument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru. Dak id-dokument ser ikun parti mill-anness għall-baġit ġenerali tal-Unjoni dwar id-dħul assenjat estern previst fil-punt 44.

42.

Il-Kummissjoni ser tressaq aġġornamenti regolari tal-informazzjoni msemmija fil-punt 41 matul is-sena finanzjarja kollha u mill-inqas qabel kull laqgħa speċifika kif imsemmi fil-punt 45. Il-Kummissjoni ser tpoġġi l-informazzjoni rilevanti għad-dispożizzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’ħin biżżejjed minn qabel li jippermetti diskussjonijiet u deliberazzjonijiet sinifikanti dwar dokumenti ta' ppjanar korrispondenti, inkluż qabel ma l-Kummissjoni tadotta deċiżjonijiet rilevanti.

43.

It-tliet Istituzzjonijiet ser jiltaqgħu regolarment fil-kuntest tal-proċedura baġitarja bil-ħsieb li jivvalutaw b'mod konġunt l-implimentazzjoni tad-dħul assenjat estern skont l-Istrument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru, b'mod partikolari s-sitwazzjoni attwali u l-prospetti u biex jiddiskutu l-estimi annwali pprovduti mal-abbozzi ta’ baġits rispettivi u d-distribuzzjoni tagħhom, billi jqisu debitament il-limitazzjonijiet u l-kondizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament EURI u, kif xieraq, fil-leġiżlazzjoni settorjali rilevanti.

44.

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ser jehmżu mal-baġit ġenerali tal-Unjoni, fil-forma ta' anness, dokument li jistabbilixxi l-linji baġitarji kollha li jirċievu dħul assenjat mill- Istrument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru. Barra minn hekk, huma ser jużaw l-istruttura tal-baġit biex jakkomodaw id-dħul assenjat skont l-Istrument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru, u b'mod partikolari r-rimarki baġitarji, biex jeżerċitaw kontroll dovut fuq l-użu ta' dak id-dħul. F'konformità mal-Artikolu 22 tar-Regolament Finanzjarju, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, fid-dikjarazzjoni tan-nefqa, ser jinkludu rimarki, inklużi rimarki ġenerali, li juru liema linji baġitarji jistgħu jirċievu l-approprjazzjonijiet li jikkorrispondu għad-dħul assenjat fuq il-bażi tar-Regolament EURI u jindikaw l-ammonti rilevanti. Il-Kummissjoni, fl-eżerċizzju tar-responsabbiltà tagħha għall-implimentazzjoni tad-dħul assenjat, tintrabat li tqis debitament dawk ir-rimarki.

45.

L-Istituzzjonijiet jaqblu li jorganizzaw laqgħat interistituzzjonali speċifiċi fil-livell xieraq bil-ħsieb li jivvalutaw is-sitwazzjoni attwali u l-prospetti għad-dħul assenjat estern skont l-Istrument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru. Dawk il-laqgħat ser isiru mill-inqas tliet darbiet f'sena finanzjarja eżattament qabel jew wara t-trilogi baġitarji. Barra minn hekk, l-Istituzzjonijiet għandhom jiltaqgħu fuq bażi ad hoc jekk istituzzjoni waħda tipprovdi talba motivata. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu fi kwalunkwe ħin iressqu osservazzjonijiet bil-miktub dwar l-implimentazzjoni ta' dħul assenjat estern. Il-Kummissjoni timpenja ruħha li tqis debitament kwalunkwe kumment u suġġeriment magħmul mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill. Dawk il-laqgħat jistgħu jindirizzaw devjazzjonijiet sinifikanti fin-nefqa tal-Istrument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru, f'konformità mal-punt 46.

46.

Il-Kummissjoni għandha tipprovdi informazzjoni dettaljata dwar kwalunkwe devjazzjoni mill-previżjonijiet inizjali tagħha qabel laqgħa interistituzzjonali speċifika kif imsemmi fil-punt 45 u fuq bażi ad hoc f'każ ta' devjazzjoni sinifikanti. Devjazzjoni min-nefqa prevista tal-Istrument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru tkun sinifikanti jekk in-nefqa f’sena finanzjarja partikolari u fi programm partikolari tiddevja mill-previżjonijiet b’aktar minn 10 %. F'każ ta' devjazzjonijiet sinifikanti mill-previżjonijiet inizjali, l-Istituzzjonijiet ser jiddiskutu l-kwistjoni, f'każ li ssir talba mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien ġimgħatejn wara l-avviż ta' tali devjazzjoni sinifikanti. L--Istituzzjonijiet ser jivvalutaw il-kwistjoni b'mod konġunt bil-ħsieb li jsibu bażi komuni fi żmien tliet ġimgħat mit-talba għal laqgħa. Il-Kummissjoni ser tqis bis-sħiħ kwalunkwe kumment li jaslilha. Il-Kummissjoni timpenja ruħha li ma tieħu l-ebda deċiżjoni sakemm id-deliberazzjonijiet ikunu ġew konklużi jew il-perijodu ta' tliet ġimgħat ikun skada. Fil-każ tal-aħħar, il-Kummissjoni għandha debitament tiġġustifika d-deċiżjoni tagħha. F'każ ta' urġenza, l-Istituzzjonijiet jistgħu jaqblu li jqassru l-iskadenzi b'ġimgħa waħda.

Self ipprovdut skont Istrument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru

47.

Sabiex tiġi żgurata informazzjoni sħiħa kif ukoll trasparenza u viżibbiltà fir-rigward tal-komponent tas-self tal-Istrument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru, il-Kummissjoni ser tipprovdi informazzjoni dettaljata dwar self ipprovdut lill-Istati Membri skont l-Istrument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru flimkien mal-abbozz tal-estimi tagħha, filwaqt li tagħti attenzjoni partikolari lil informazzjoni sensittiva, li hija protetta.

48.

L-informazzjoni dwar is-self skont l-Istrument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru ser tintwera fil-baġit f'konformità mar-rekwiżiti fil-punt (d) tal-Artikolu 52(1) tar-Regolament Finanzjarju u ser tinkludi wkoll l-anness imsemmi fil-punt (iii) ta' dak il-punt.

(1)  Ir-Regolament (KEE, Euratom) Nru 1182/71 tal-Kunsill tat-3 ta' Ġunju 1971 li jistabbilixxi r-regoli applikabbli għal perjodi, dati u limiti ta' żmien (ĠU L 124, 8.6.1971, p. 1).

(2)  Id-diversi stadji jinkludu: il-baġit tas-sena finanzjarja attwali (inkluż baġits emendatorji adottati); l-abbozz ta' baġit inizjali; il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit; l-emendi tal-Parlament Ewropew għall-pożizzjoni tal-Kunsill u l-ittri ta' emendi mressqa mill-Kummissjoni (jekk ma jkunux diġà ġew approvati b'mod sħiħ mill-Istituzzjonijiet).

(3)  Linja baġitarja li titqies teknikament magħluqa hija linja li dwarha ma jkun hemm l-ebda nuqqas ta' qbil bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, u li dwarha ma tkun ġiet imressqa l-ebda ittra emendatorja.

(4)  Fejn il-Kummissjoni tippreżenta proposta għal att tal-Kunsill skont l-Artikolu 122 TFUE b'implikazzjonijiet baġitarji potenzjalment apprezzabbli, il-proċedura kif stabbilita fid-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni ta' … dwar l-iskrutinju baġitarju ta' proposti ġodda fuq il-bażi tal-Artikolu 122 TFUE b'implikazzjonijiet potenzjali apprezzabbli għall-baġit tal-Unjoni (ĠU …, p. …) hija applikabbli.

(*1)  ĠU: jekk jogħġbok daħħal fin-nota ta' qiegħ il-paġna d-data tad-dikjarazzjoni konġunta li tinsab fid-dokument SN 3633/3/20 REV 3 ADD 1 u imla r-referenza tal-ĠU.

ANNESS II

KOOPERAZZJONI INTERISTITUZZJONALI DWAR PJAN DIREZZJONALI LEJN L-INTRODUZZJONI TA' RIŻORSI PROPRJI ĠODDA

Preambolu

A.

L-Istituzzjonijiet huma impenjati lejn kooperazzjoni sinċiera u trasparenti u l-ħidma lejn l-implimentazzjoni ta' pjan direzzjonali għall-introduzzjoni ta' riżorsi proprji ġodda matul il-perijodu tal-QFP 2021-2027.

B.

L-Istituzzjonijiet jirrikonoxxu l-importanza tal-kuntest tal-Istrument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru, li fih jenħtieġ jiġu introdotti r-riżorsi proprji l-ġodda.

C.

Bl-għan ewlieni li jiġu indirizzati l-konsegwenzi tal-kriżi tal-COVID-19, il-Kummissjoni ser tingħata s-setgħa, skont l-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni dwar ir-Riżorsi Proprji, li tissellef fondi mis-swieq kapitali f'isem l-Unjoni sa mhux aktar minn EUR 750 000 miljunfi prezzijiet tal-2018, li minnhom mhux aktar minn EUR 390 000 miljun fi prezzijiet tal-2018 jistgħu jintużaw għan-nefqa skont il-punt (b) tal-Artikolu 5(1) ta' dik id-Deċiżjoni.

D.

Il-ħlas lura tal-kapital ta' dawk il-fondi li għandhom jintużaw għan-nefqa skont l-Istrument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru u l-imgħax dovut relatat ser ikollhom jiġu ffinanzjati mill-baġit ġenerali tal-Unjoni, inkluż permezz ta' dħul suffiċjenti minn riżorsi proprji ġodda introdotti wara l-2021. L-obbligazzjonijiet relatati kollha ser jitħallsu lura kompletament sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2058 previst fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(2) tad-Deċiżjoni dwar ir-Riżorsi Proprji. L-ammonti annwali pagabbli ser jiddependu fuq il-maturitajiet tal-bonds maħruġa u l-istrateġija tal-ħlas lura tad-dejn, filwaqt li jirrispettaw il-limitu għall-ħlas lura tal-kapital tal-fondi msemmija fit-tielet subparagrafu ta' dak il-paragrafu stabbilit għal 7,5 % tal-ammont massimu li għandu jintuża għan-nefqa msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 5(1) ta' dik id-Deċiżjoni.

E.

In-nefqa mill-baġit tal-Unjoni relatata mal-ħlas lura tal-Istrument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru jenħtieġ li ma twassalx għal tnaqqis mhux dovut fin-nefqa tal-programm jew fl-istrumenti ta' investiment taħt il-QFP. Huwa mixtieq ukoll li jiġu mitigati l ż-żidiet fir-riżorsa proprja bbażata fuq id-DNG għall-Istati Membri.

F.

Għalhekk, u sabiex jissaħħu l-kredibbiltà u s-sostenibbiltà tal-pjan ta' ħlas lura tal-Istrument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru, l-Istituzzjonijiet ser jaħdmu biex jintroduċu biżżejjed riżorsi proprji ġodda bil-ħsieb li jkopru ammont li jikkorrispondi għan-nefqa mistennija relatata mal-ħlas lura. F'konformità mal-prinċipju ta’ universalità, dan ma jkunx jimplika allokazzjoni jew assenjazzjoni ta' kwalunkwe riżorsa proprja partikolari biex tkopri tip speċifiku ta' nefqa.

G.

L-Istituzzjonijiet jirrikonoxxu li l-introduzzjoni ta' pakkett ta' riżorsi proprji ġodda jenħtieġ li tappoġġa l-finanzjament adegwat tan-nefqa tal-Unjoni fil-QFP, filwaqt li tnaqqas is-sehem tal-kontribuzzjonijiet nazzjonali bbażati fuq id-DNG fil-finanzjament tal-baġit annwali tal-Unjoni. Min-naħa tagħha, id-diversifikazzjoni tas-sorsi ta' dħul tista' twassal biex in-nefqa fil-livell tal-Unjoni tkun iffukata aħjar fuq oqsma ta' prijorità u beni pubbliċi komuni b'kisbiet kbar fl-effiċjenza meta mqabbla mal-infiq nazzjonali.

H.

Għalhekk, jenħtieġ li r-riżorsi proprji l-ġodda jiġu allinjati mal-objettivi ta' politika tal-Unjoni u jenħtieġ li jappoġġaw il-prijoritajiet tal-Unjoni bħall-Patt Ekoloġiku Ewropew u Ewropa adatta għall-Era Diġitali, u jenħtieġ li jikkontribwixxu għal tassazzjoni ġusta u t-tisħiħ tal-ġlieda kontra l-frodi fiskali u l-evażjoni tat-taxxa.

I.

L-Istituzzjonijiet jaqblu li jenħtieġ li riżorsi proprji ġodda preferibbilment jinħolqu b'mod li jippermettu li jiġi ġġenerat “flus ġodda”. B'mod parallel, dawn għandhom l-għan li jnaqqsu l-burokrazija u l-piż għall-kumpaniji, speċjalment għall-intrapriżi żgħar u medji (SMEs), u għaċ-ċittadini.

J.

Ir-riżorsi proprji ġodda jenħtieġ li jissodisfaw il-kriterji ta' sempliċità, trasparenza, prevedibbiltà u ġustizzja. Il-kalkolu, it-trasferiment u l-kontroll tar-riżorsi proprji l-ġodda jenħtieġ li ma jwasslux għal piż amministrattiv eċċessiv għall-Istituzzjonijiet tal-Unjoni u l-amministrazzjonijiet nazzjonali.

K.

Meta jitqiesu r-rekwiżiti proċedurali kbar għall-introduzzjoni ta' riżorsi proprji ġodda, l-Istituzzjonijiet jaqblu li r-riforma meħtieġa tas-sistema tar-riżorsi proprji jenħtieġ li tinkiseb b'għadd limitat ta' reviżjonijiet tad-Deċiżjoni dwar ir-Riżorsi Proprji.

L.

L-Istituzzjonijiet għalhekk jaqblu li jikkooperaw matul il-perijodu 2021-2027 fuq il-bażi tal-prinċipji stabbiliti f'dan l-Anness sabiex jaħdmu lejn l-introduzzjoni ta' riżorsi proprji ġodda f'konformità mal-pjan direzzjonali stabbilit fil-Parti B u mad-dati stabbiliti fih.

M.

L-Istituzzjonijiet jirrikonoxxu wkoll l-importanza tal-għodod għal Tfassil Aħjar tal-Liġijiet kif stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (1), b'mod partikolari tal-valutazzjoni tal-impatt.

Parti A.   Prinċipji għall-implimentazzjoni

1.

Il-Kummissjoni ser tagħmel il-proposti leġiżlattivi meħtieġa għal riżorsi proprji ġodda u għal riżorsi proprji ġodda oħra potenzjali kif imsemmi fil-punt 10 f'konformità mal-prinċipji ta’ Tftassil Aħjar tal-Liġijiet. F'dak il-kuntest ser tqis kif xieraq is-suġġerimenti magħmula mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill. Dawk il-proposti leġiżlattivi ser ikunu akkumpanjati mil-leġiżlazzjoni dwar l- implimentazzjoni tar-riżorsi proprji rilevanti.

2.

L-Istituzzjonijiet jaqblu dwar il-prinċipji gwida li ġejjin għall-introduzzjoni ta' pakkett ta' riżorsi proprji ġodda:

(a)

li jinġabar ammont permezz tar-riżorsi proprji l-ġodda li jkun biżżejjed biex ikopri l-livell tan-nefqa globali mistennija għar-rimborż tal-kapital u l-interessi tal-fondi mislufa biex jintużaw għan-nefqa msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni dwar ir-Riżorsi Proprji, filwaqt li jiġi rrispettat il-prinċipju ta’ universalità. Id-dħul mir-riżorsi proprji li jkun aktar minn li hu meħtieġ għall-ħlas lura għandu jkompli jiffinanzja l-baġit tal-Unjoni bħala dħul ġenerali f'konformità mal-prinċipju ta’ universalità;

(b)

l-infiq li jkopri l-ispejjeż ta' finanzjament tal-Istrument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru għandu jkollu l-għan li ma jnaqqasx in-nefqa għall-programmi u l-fondi tal-Unjoni;

(c)

l-allinjament tar-riżorsi proprji mal-prijoritajiet tal-Unjoni, bħall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, l-ekonomija ċirkolari, Ewropa lesta għall-Era Diġitali u l-kontribut għal tassazzjoni ġusta u għat-tisħiħ tal-ġlieda kontra l-frodi fiskali u l-evażjoni tat-taxxa;

(d)

ir-rispett tal-kriterji ta' sempliċità, trasparenza u ġustizzja;

(e)

l-iżgurar tal-istabbiltà u l-prevedibbiltà tal-fluss tad-dħul;

(f)

li ma jwasslux għal piż amministrattiv eċċessiv għall-Istituzzjonijiet tal-Unjoni u l-amministrazzjonijiet nazzjonali;

(g)

preferibbilment jiġġeneraw dħul “ġdid” addizzjonali;

(h)

b'mod parallel, għandhom l-għan li jnaqqsu l-burokrazija u l-piż għall-kumpaniji, speċjalment għall-SMEs, u għaċ-ċittadini.

3.

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ser janalizzaw, jiddiskutu u jipproċedu mingħajr dewmien żejjed fir-rigward tal-proposti leġiżlattivi msemmija fil-punt 1 f'konformità mal-proċeduri interni tagħhom bil-ħsieb li jiġi ffaċilitat it-teħid ta’ deċiżjoni rapida. Wara li l-Kummissjoni tkun ressqet il-proposti tagħha, membri tal-Parlament Ewropew u rappreżentanti tal-Kunsill ser jiltaqgħu, matul id-deliberazzjonijiet tagħhom, fil-preżenza tar-rappreżentanti tal-Kummissjoni sabiex jinfurmaw lil xulxin dwar is-sitwazzjoni attwali rispettiva. Barra minn hekk, l-Istituzzjonijiet ser jidħlu fi djalogu regolari biex iqisu l-progress fir-rigward tal-pjan direzzjonali.

Parti B.   Pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta' riżorsi proprji ġodda

L-ewwel pass: 2021

4.

Bħala l-ewwel pass, ser tiġi introdotta riżorsa proprja ġdida li tapplika mill-1 ta' Jannar 2021 magħmula minn sehem ta' dħul minn kontribuzzjonijiet nazzjonali kkalkulat fuq il-piż ta' skart mill-imballaġġ tal-plastik mhux irriċiklat kif previst fid-Deċiżjoni dwar ir-Riżorsi Proprji . Huwa ppjanat li din id-deċiżjoni tidħol fis-seħħ f'Jannar 2021, soġġett għall-approvazzjoni mill-Istati Membri, skont il-ħtiġijiet kostituzzjonali rispettivi tagħhom.

5.

Il-Kummissjoni ser tħaffef il-ħidma tagħha u, wara l-valutazzjonijiet tal-impatt imnedija fl-2020, ser tressaq proposti dwar mekkaniżmu ta' aġġustament tal-karbonju fil-fruntiera u dwar imposta diġitali kif ukoll proposta ta' akkumpanjament biex jiġu introdotti riżorsi proprji ġodda fuq dik il-bażi sa Ġunju 2021 bil-ħsieb li jiġu introdotti sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2023.

6.

Il-Kummissjoni ser tirrevedi l-Iskema tal-UE għan-Negozjar ta' Emissjonijiet fir-rebbiegħa tal-2021, inkluż il-possibilità li tiġi estiżal għall-avjazzjoni u t-trasport marittimu. Sa Ġunju 2021 ser tipproponi riżorsa proprja bbażata fuq l-Iskema tal-UE għan-Negozjar ta' Emissjonijiet.

7.

L-Istituzzjonijiet jaqblu li l-mekkaniżmu ta' aġġustament tal-karbonju fil-fruntieri u l-Iskema tal-UE għan-Negozjar ta' Emissjonijiet huma tematikament interkonnessi u li għalhekk ikun iġġustifikat li jiġu diskussi fl-istess spirtu.

It-tieni pass: 2022 u 2023

8.

Wara l-proċeduri applikabbli skont it-Trattati u soġġett għall-approvazzjoni mill-Istati Membri skont ir-rekwiżiti kostituzzjonali rispettivi tagħhom, dawn ir-riżorsi proprji l-ġodda huma previsti li jiġu introdotti sal-1 ta' Jannar 2023.

9.

Il-Kunsill ser jiddelibera dwar dawn ir-riżorsi proprji l-ġodda sa mhux aktar tard mill-1 ta' Lulju 2022 bil-ħsieb li jiġu introdotti sal-1 ta' Jannar 2023.

It-tielet pass: 2024-2026

10.

Il-Kummissjoni, fuq il-bażi tal-valutazzjonijiet tal-impatt, ser tipproponi riżorsi proprji ġodda addizzjonali, li jistgħu jinkludu Taxxa fuq it-Tranżazzjonijiet Finanzjarji u kontribuzzjoni finanzjarja marbuta mas-settur korporattiv jew bażi komuni ġdida għat-taxxa korporattiva. Il-Kummissjoni għandha tagħmel ħilitha biex tippreżenta proposta sa Ġunju 2024.

11.

Wara l-proċeduri applikabbli skont it-Trattati u soġġett għall-approvazzjoni mill-Istati Membri skont ir-rekwiżiti kostituzzjonali rispettivi tagħhom, dawn ir-riżorsi proprji l-ġodda huma previsti li jiġu introdotti sal-1 ta' Jannar 2026.

12.

Il-Kunsill ser jiddelibera dwar dawn ir-riżorsi proprji l-ġodda sa mhux aktar tard mill-1 ta' Lulju 2025 bil-ħsieb li jiġu introdotti sal-1 ta' Jannar 2026.

(1)  Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1).


Il-Ħamis 17 ta’ Diċembru 2020

29.10.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 445/206


P9_TA(2020)0380

Emendi tar-Regoli ta' Proċedura sabiex jiġi żgurat il-funzjonament tal-Parlament f'ċirkostanzi straordinarji

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Diċembru 2020 dwar emendi tar-Regoli ta' Proċedura sabiex jiġi żgurat il-funzjonament tal-Parlament f'ċirkostanzi straordinarji (2020/2098(REG))

(2021/C 445/25)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikoli 236 u 237 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A9-0194/2020),

1.

Jiddeċiedi li jemenda r-Regoli ta' Proċedura tiegħu kif jidher hawn taħt;

2.

Jenfasizza li l-kriżi sanitarja kkawżata mill-pandemija tal-COVID-19 uriet li r-Regoli ta' Proċedura tiegħu jirrikjedu proċeduri aktar żviluppati sabiex jiżguraw il-funzjonament mingħajr limitu tal-Parlament f'tipi differenti ta' ċirkostanzi straordinarji;

3.

Jissottolinja l-importanza tal-miżuri temporanji adottati, f'konformità mal-istat tad-dritt, mill-President tiegħu u mill-korpi ta' tmexxija tiegħu fis-sitwazzjoni sanitarja attwali, sabiex jiġu ffaċċjati dawn iċ-ċirkostanzi straordinarji; jenfasizza li ma kien hemm l-ebda alternattiva għal dawk il-miżuri sabiex tiġi garantita l-kontinwità tal-ħidma tal-Parlament kif rikjest mit-Trattati, u li dawn ippermettew lill-Parlament iwettaq il-funzjonijiet leġiżlattivi, baġitarji u ta' kontroll politiku tiegħu matul il-kriżi f'konformità mal-proċeduri previsti fit-Trattati;

4.

Jenfasizza li dawk il-miżuri temporanji kienu ġġustifikati bis-sħiħ u li huma żguraw il-validità tal-votazzjonijiet kollha li ttieħdu matul il-perjodu tal-applikazzjoni tagħhom;

5.

Ifakkar fl-importanza li l-Parlament jiżgura, bl-aħjar mod possibbli, akkomodazzjoni raġonevoli għall-Membri b'diżabilità u l-persunal tagħhom waqt li huwa jkun qed jopera taħt ċirkostanzi straordinarji;

6.

Iqis li l-emendi li jidhru hawn taħt għandhom jiġu adottati permezz tas-sistema ta' votazzjoni elettronika alternattiva skont il-miżuri temporanji attwali adottati mill-President tiegħu u l-korpi ta' tmexxija tiegħu li jippermettulu jiffunzjona matul il-kriżi sanitarja kkawżata mill-pandemija tal-COVID-19;

7.

Jiddeċiedi li dawn l-emendi għandhom jidħlu fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2021, iżda li għandhom japplikaw biss mit-18 ta' Jannar 2021, sabiex il-President u l-Konferenza tal-Presidenti jkollhom il-bażi legali għall-adozzjoni u l-approvazzjoni minn qabel ta' deċiżjoni skont l-Artikolu 237a(2), l-ewwel subparagrafu l-ġdid, sabiex id-dispożizzjonijiet il-ġodda jkunu jistgħu jiġu applikati fis-sħuħija tagħhom mill-ewwel jum tal-applikazzjoni tagħhom, jiġifieri, fil-ftuħ tal-ewwel sessjoni parzjali ordinarja tal-2021;

8.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali għal skopijiet ta' informazzjoni.

Emenda 1

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament

Titolu XIIIa (ġdid)

Test fis-seħħ

Emenda

 

Emenda 2

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament

Artikolu 237a (ġdid)

Test fis-seħħ

Emenda

 

Artikolu 237a

 

Miżuri straordinarji

 

1.     Dan l-Artikolu japplika għal sitwazzjonijiet li fihom il-Parlament, minħabba ċirkostanzi eċċezzjonali u imprevedibbli lil hinn mill-kontroll tiegħu, jiġi mxekkel milli jwettaq id-dmirijiet tiegħu u milli jeżerċita l-prerogattivi tiegħu skont it-Trattati, u tkun meħtieġa deroga temporanja mill-proċeduri tas-soltu tal-Parlament, stabbiliti band'oħra f'dawn ir-Regoli, sabiex jiġu adottati miżuri straordinarji li jippermettu li l-Parlament ikompli jwettaq dawk id-dmirijiet u jeżerċita dawk il-prerogattivi.

 

Tali ċirkostanzi straordinarji għandhom jitqiesu li jeżistu meta l-President jasal għall-konklużjoni, abbażi ta' evidenza affidabbli li tkun ikkonfermata, fejn xieraq, mis-servizzi tal-Parlament, li għal raġunijiet ta' sigurtà, jew ta' sikurezza jew b'riżultat tan-nuqqas ta' disponibbiltà ta' mezzi tekniċi, ikun, jew se jkun, impossibbli jew perikoluż li l-Parlament jiltaqa' f'konformità mal-proċeduri tas-soltu tiegħu kif stabbilit band'oħra f'dawn ir-Regoli u mal-kalendarju adottat tiegħu.

 

2.     Meta l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 jiġu ssodisfati, il-President jista' jiddeċiedi, bl-approvazzjoni tal-Konferenza tal-Presidenti, li japplika waħda jew aktar mill-miżuri msemmija fil-paragrafu 3.

 

Jekk ikun impossibbli, minħabba raġunijiet ta' urġenza imperattiva, li l-Konferenza tal-Presidenti titlaqqa' fiżikament jew virtwalment, il-President jista' jiddeċiedi li japplika waħda jew aktar mill-miżuri msemmija fil-paragrafu 3. Tali deċiżjoni għandha tiskadi ħamest ijiem wara l-adozzjoni tagħha sakemm ma tkunx ġiet approvata mill-Konferenza tal-Presidenti f’dak il-perijodu.

 

B'segwitu ta' deċiżjoni tal-President, approvata mill-Konferenza tal-Presidenti, għadd ta' Membri jew grupp politiku jew gruppi politiċi li jilħqu tal-anqas il-limitu minimu medju jistgħu, fi kwalunkwe mument, jitolbu li xi wħud mill-miżuri jew il-miżuri kollha previsti f'dik id-deċiżjoni jiġu ppreżentati individwalment lill-Parlament għall-approvazzjoni mingħajr dibattitu. Il-votazzjoni fil-plenarja għandha titqiegħed fl-aġenda tal-ewwel seduta wara l-jum li fih titressaq it-talba. Ma tista' titressaq l-ebda emenda. Jekk miżura ma tiksibx il-maġġoranza tal-voti mitfugħa, din għandha tiskadi wara l-għeluq tas-sessjoni parzjali. Miżura approvata mill-plenarja ma tistax tkun is-suġġett ta' votazzjoni oħra matul l-istess sessjoni parzjali.

 

3.     Id-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 2 tista' tipprovdi għall-miżuri kollha xierqa sabiex jindirizzaw iċ-ċirkostanzi straordinarji msemmija taħt il-paragrafu 1, u b'mod partikolari għall-miżuri li ġejjin:

 

(a)

il-posponiment ta' sessjoni parzjali, seduta jew laqgħa ta' kumitat skedata, għal data aktar tard u/jew il-kanċellazzjoni jew il-limitazzjoni ta' laqgħat ta' delegazzjonijiet interparlamentari u ta' korpi oħra;

 

(b)

iċ-ċaqliq ta' sessjoni parzjali, seduta jew laqgħa ta' kumitat mis-sede tal-Parlament għal wieħed mill-postijiet tax-xogħol tiegħu jew għal post estern, jew minn wieħed mill-postijiet tax-xogħol tiegħu għas-sede tal-Parlament, għal wieħed mill-postijiet tax-xogħol l-oħra tal-Parlament jew għal post estern;

 

(c)

it-twettiq ta' sessjoni parzjali jew ta' seduta fil-bini tal-Parlament b’mod komplet jew parzjali fi kmamar tal-laqgħat separati li jippermettu t-tbegħid fiżiku xieraq;

 

(d)

it-twettiq ta' sessjoni parzjali, seduta jew laqgħa tal-korpi tal-Parlament taħt ir-reġim ta' parteċipazzjoni remota kif stipulat fl-Artikolu 237c;

 

(e)

fil-każ li l-mekkaniżmu ta' sostituzzjoni ad hoc stabbilit fl-Artikolu 209(7) jonqos milli jipprovdi rimedji suffiċjenti sabiex jindirizza ċ-ċirkostanzi straordinarji li jkunu qed jiġu kkunsidrati, is-sostituzzjoni temporanja ta’ Membri f’kumitat mill-gruppi politiċi, sakemm il-Membri kkonċernati ma jopponux tali sostituzzjoni temporanja.

 

4.     Deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandha tkun limitata fiż-żmien u għandha tiddikjara r-raġunijiet li fuqhom tkun ibbażata. Hija għandha tidħol fis-seħħ mal-pubblikazzjoni tagħha fuq is-sit tal-Parlament jew, jekk iċ-ċirkostanzi ma jippermettux tali pubblikazzjoni, malli ssir disponibbli lill-pubbliku bl-aħjar mezzi alternattivi disponibbli.

 

Il-Membri kollha għandhom jiġu infurmati wkoll b'mod individwali bid-deċiżjoni mingħajr dewmien.

 

Id-deċiżjoni tista' tiġġedded mill-President f'konformità mal-proċedura skont il-paragrafu 2 darba, jew aktar minn darba, għal żmien limitat. Deċiżjoni favur tiġdid għandha tiddikjara r-raġunijiet li fuqhom tkun ibbażata.

 

Il-President għandu jirrevoka deċiżjoni adottata skont dan l-Artikolu hekk kif iċ-ċirkostanzi straordinarji msemmija fil-paragrafu 1 li kienu wasslu għall-adozzjoni tagħha jkunu għebu.

 

5.     Dan l-Artikolu għandu jiġi applikat biss bħala l-aħħar għażla, u għandhom jintgħażlu u jiġu applikati biss dawk il-miżuri li jkunu strettament meħtieġa biex jiġu indirizzati ċ-ċirkostanzi straordinarji li jkunu qed jiġu kkunsidrati.

 

Meta jiġi applikat dan l-Artikolu, għandu jittieħed kont debitu, b'mod partikolari, tal-prinċipju ta’ demokrazija rappreżentattiva, tal-prinċipju ta’ trattament ugwali tal-Membri, tad-dritt tal-Membri li jeżerċitaw il-mandat parlamentari tagħhom mingħajr tfixkil, inklużi d-drittijiet tagħhom li jirriżultaw mill-Artikolu 167 u d-dritt tagħhom li jivvutaw b'mod liberu, individwalment u personalment, u tal-Protokoll Nru 6 dwar il-lokalità tas-sede tal-istituzzjonijiet u ta’ ċerti korpi, uffiċċji, aġenziji u dipartimenti tal-Unjoni Ewropea, annessi mat-Trattati.

Emenda 3

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament

Artikolu 237b (ġdid)

Test fis-seħħ

Emenda

 

Artikolu 237b

 

Tfixkil tal-bilanċ politiku fil-Parlament

 

1.     Il-President jista', bl-approvazzjoni tal-Konferenza tal-Presidenti, jadotta l-miżuri meħtieġa sabiex jiffaċilita l-parteċipazzjoni tal-Membri jew ta' grupp politiku konċernat jekk, abbażi ta' evidenza affidabbli, il-President jasal għall-konklużjoni li l-bilanċ politiku fil-Parlament ikun serjament kompromess minħabba li għadd sinifikanti ta' Membri jew grupp politiku ma jkunux jistgħu jieħdu sehem fil-proċedimenti tal-Parlament skont il-proċeduri normali tiegħu, kif stabbiliti band'oħra f'dawn ir-Regoli, minħabba raġunijiet ta' sigurtà jew ta' sikurezza, jew b'riżultat tan-nuqqas ta' disponibbiltà ta' mezzi tekniċi.

 

L-għan uniku ta' tali miżuri għandu jkun li jippermetti l-parteċipazzjoni remota tal-Membri kkonċernati bl-applikazzjoni ta' mezzi tekniċi magħżula skont l-Artikolu 237c(1) jew b'mezzi xierqa oħra li jservu l-istess għan.

 

2.     Jistgħu jiġu adottati miżuri skont il-paragrafu 1 għall-benefiċċju ta' għadd sinifikanti ta' Membri jekk xi ċirkostanzi eċċezzjonali u mhux prevedibbli lil hinn mill-kontroll tagħhom li jseħħu f'kuntest reġjonali ma jħalluhomx jipparteċipaw.

 

Il-miżuri skont il-paragrafu 1 jistgħu jiġu adottati wkoll għall-benefiċċju tal-membri ta' grupp politiku jekk dak il-grupp ikun talabhom meta n-nuqqas ta' parteċipazzjoni ta' dak il-grupp jirriżulta minn ċirkostanzi eċċezzjonali u imprevedibbli lil hinn mill-kontroll ta' dak il-grupp.

 

3.     L-Artikolu 237a(2), it-tieni u t-tielet subparagrafi, u r-regoli u l-prinċipji stipulati fl-Artikolu 237a(4) u (5) għandhom japplikaw skont dan.

Emenda 4

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament

Artikolu 237c (ġdid)

Test fis-seħħ

Emenda

 

Artikolu 237c

 

Reġim ta' parteċipazzjoni remota

 

1.     Jekk il-President jiddeċiedi, f'konformità mal-Artikolu 237a(3), punt (d), li japplika r-reġim ta' parteċipazzjoni remota, il-Parlament jista' jwettaq il-proċeduri tiegħu b'mod remot fost l-oħrajn billi jippermetti li l-Membri kollha jeżerċitaw ċerti drittijiet parlamentari tagħhom b'mezzi elettroniċi.

 

Jekk il-President jiddeċiedi f'konformità mal-Artikolu 237b li għandhom jintużaw mezzi tekniċi magħżula skont ir-reġim ta' parteċipazzjoni remota, din ir-Regola għandha tapplika biss sa fejn meħtieġ u biss għall-Membri kkonċernati.

 

2.     Ir-reġim ta' parteċipazzjoni remota jiżgura li:

 

il-Membri jkunu jistgħu jeżerċitaw il-mandat parlamentari tagħhom, inkluż, b'mod partikolari, id-dritt tagħhom li jitkellmu fil-plenarja u fil-kumitati, li jivvutaw u jressqu testi, mingħajr tfixkil;

 

il-voti kollha jintefgħu mill-Membri b'mod individwali u personalment;

 

is-sistema ta' votazzjoni remota tippermetti li l-Membri jivvutaw abbażi tal-proċedura ordinarja, b'votazzjonijiet b'sejħa tal-ismijiet u b'votazzjonijiet sigrieti u li jivverifikaw li l-voti tagħhom jitqiesu bħala mitfugħa;

 

tkun applikata sistema ta' votazzjoni uniformi għall-Membri kollha, irrispettivament jekk ikunux preżenti jew le fil-bini tal-Parlament;

 

l-Artikolu 167 jiġi applikat kemm jista' jkun possibbli;

 

is-soluzzjonijiet tat-teknoloġija tal-informatika għad-dispożizzjoni tal-Membri u l-persunal tagħhom ikunu “teknoloġikament newtrali”;

 

il-parteċipazzjoni tal-Membri fid-dibattiti u l-votazzjonijiet parlamentari ssir bl-użu ta' mezzi elettroniċi siguri li jkunu ġestiti u sorveljati mis-servizzi tal-Parlament direttament u internament.

 

3.     Meta jieħu d-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1, il-President għandu jiddetermina jekk dak ir-reġim japplikax għall-eżerċizzju tad-drittijiet tal-Membri fil-plenarja biss, jew ukoll għall-eżerċizzju tad-drittijiet tal-Membri fil-kumitati u/jew f'korpi oħra tal-Parlament.

 

Fid-deċiżjoni tiegħu l-President għandu jiddetermina wkoll kif id-drittijiet u l-prattiki li ma jistgħux jiġu eżerċitati b'mod xieraq mingħajr il-preżenza fiżika tal-Membri jiġu adattati għal kemm idum ir-reġim.

 

Dawn id-drittijiet u l-prattiki jikkonċernaw, fost l-oħrajn:

 

il-mod li bih l-attendenza waqt seduta jew laqgħa tiġi magħduda;

 

il-kundizzjonijiet li skonthom issir talba għal verifika tal-kworum;

 

it-tressiq tat-testi;

 

it-talbiet għal qsim u voti separati;

 

l-allokazzjoni tal-ħin għad-diskorsi;

 

l-iskedar tad-dibattiti;

 

il-preżentazzjoni tal-emendi orali u l-oġġezzjonijiet għalihom;

 

l-ordni tal-votazzjonijiet;

 

l-iskadenzi u l-limiti ta' żmien għall-istabbiliment tal-aġenda u għal mozzjonijiet ta' proċedura.

 

4.     Għall-finijiet tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regoli dwar il-kworum u l-votazzjoni fil-Kamra, il-Membri li jkunu qed jipparteċipaw b'mod remot għandhom jitqiesu li jkunu fiżikament preżenti fil-Kamra.

 

B'deroga mill-Artikolu 171(11), Membri li ma jkunux tkellmu f'dibattitu jistgħu, darba f'kull seduta, iressqu stqarrija bil-miktub, li għandha tiġi mehmuża mar-rapport verbatim tad-dibattitu.

 

Il-President għandu, fejn meħtieġ, jiddetermina l-mod li bih il-Kamra tista' tintuża mill-Membri matul l-applikazzjoni tar-reġim tal-parteċipazzjoni remota, u b'mod partikolari l-għadd massimu ta' Membri li jistgħu jkunu fiżikament preżenti.

 

5.     Jekk il-President jiddeċiedi skont il-paragrafu 3, l-ewwel subparagrafu, li japplika r-reġim ta' parteċipazzjoni remota għall-kumitati jew għal korpi oħra, il-paragrafu 4, l-ewwel subparagrafu, għandu japplika, mutatis mutandis.

 

6.     Il-Bureau għandu jadotta miżuri li jikkonċernaw l-operat u s-sigurtà tal-mezzi elettroniċi użati skont dan l-Artikolu, f'konformità mar-rekwiżiti u l-istandards stabbiliti fil-paragrafu 2.

Emenda 5

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament

Artikolu 237d (ġdid)

Test fis-seħħ

Emenda

 

Artikolu 237d

It-twettiq ta' sessjoni parzjali jew seduta fi kmamar separati tal-laqgħat

Jekk il-President jiddeċiedi, f'konformità mal-Artikolu 237a(3), punt (c), li jippermetti li ssir sessjoni parzjali jew seduta, kompletament jew parzjalment, f'aktar minn kamra tal-laqgħat waħda, inkluż, fejn xieraq, l-emiċiklu, għandhom japplikaw ir-regoli li ġejjin:

il-kmamar tal-laqgħat użati f'dan il-kuntest għandhom jitqiesu li kollettivament jikkostitwixxu l-Kamra;

il-President jista', jekk meħtieġ, jiddetermina l-mod li bih jistgħu jintużaw il-kmamar rispettivi tal-laqgħat, sabiex jiġi żgurat li r-rekwiżiti ta' tbegħid fiżiku jiġu rrispettati.


III Atti preparatorji

Il-Parlament Ewropew

It-Tnejn 14 ta’ Diċembru 2020

29.10.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 445/213


P9_TA(2020)0338

Qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni tal-kontropartijiet ċentrali ***II

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Diċembru 2020 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari għall-adozzjoni tar-regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni tal-kontropartijiet ċentrali u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1095/2010, (UE) Nru 648/2012, (UE) Nru 600/2014, (UE) Nru 806/2014 u (UE) 2015/2365 u d-Direttivi 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2007/36/KE, 2014/59/UE u (UE) 2017/1132 (09644/1/2020 – C9-0376/2020 – 2016/0365(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)

(2021/C 445/26)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (09644/1/2020 – C9-0376/2020),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-29 ta' Marzu 2017 (1),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari (2) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2016)0856),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 67 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A9-0242/2020),

1.

Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari;

2.

Jinnota li l-att qed jiġi adottat f'konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma l-att, flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1)  ĠU C 209, 30.6.2017, p. 28.

(2)  Testi adottati, P8_TA(2019)0301.


It-Tlieta 15 ta’ Diċembru 2020

29.10.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 445/214


P9_TA(2020)0339

Ħatra proposta ta' Marek Opioła bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Diċembru 2020 dwar il-ħatra proposta ta' Marek Opioła bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri (C9-0350/2020 – 2020/0806(NLE))

(Konsultazzjoni)

(2021/C 445/27)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 286(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C9-0350/2020),

wara li kkunsidra l-Artikolu 129 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0249/2020),

A.

billi, bl-ittra tal-5 ta' Novembru 2020, il-Kunsill ikkonsulta lill-Parlament Ewropew dwar il-ħatra ta' Marek Opioła għall-kariga ta' Membru tal-Qorti tal-Awdituri;

B.

billi l-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tiegħu evalwa l-kwalifiki tal-kandidat propost, b'mod partikolari fir-rigward tal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 286(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

C.

billi dan il-Kumitat imbagħad, fis-7 ta' Diċembru 2020, ipproċeda b'seduta ta' smigħ tal-kandidat, li matulha dan għamel stqarrija preliminari, u wara wieġeb għall-mistoqsijiet li saru mill-membri tal-Kumitat;

1.

Jagħti opinjoni negattiva dwar il-proposta tal-Kunsill għall-ħatra ta' Marek Opioła bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri, u jitlob lill-Kunsill biex jirtira l-proposta tiegħu u biex jippreżenta waħda ġdida lill-Parlament;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u, għal skopijiet ta' informazzjoni, lill-Qorti tal-Awdituri, kif ukoll lill-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni Ewropea u lill-istituzzjonijiet tal-awditjar tal-Istati Membri.

29.10.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 445/215


P9_TA(2020)0340

Miżuri ta' ġestjoni, ta' konservazzjoni u ta' kontroll applikabbli fiż-żona tal-Konvenzjoni Inter-Amerikana għat-Tonn Tropikali ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Diċembru 2020 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi miżuri ta' ġestjoni, ta' konservazzjoni u ta' kontroll applikabbli fiż-żona tal-Konvenzjoni Inter-Amerikana għat-Tonn Tropikali u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 520/2007 (COM(2020)0308 – C9-0203/2020 – 2020/0139(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2021/C 445/28)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2020)0308),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0203/2020),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-2 ta’ Diċembru 2020 (1),

wara li kkunsidra l-Artikoli 59 u 52(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd (A9-0231/2020),

1.

Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1)  Għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.


P9_TC1-COD(2020)0139

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adotta fl-ewwel qari fil-15 ta’ Diċembru 2020 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2021/ … tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi miżuri ta’ ġestjoni, ta’ konservazzjoni u ta’ kontroll applikabbli fiż-żona tal-Konvenzjoni Inter-Amerikana għat-Tonn Tropikali u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 520/2007

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, ir-Regolament (UE) 2021/56.)


29.10.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 445/216


P9_TA(2020)0341

Konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġappun dwar is-Sikurezza fl-Avjazzjoni Ċivili ***

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Diċembru 2020 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġappun dwar is-sikurezza fl-avjazzjoni ċivili (09292/2020 – C9-0205/2020 – 2019/0275(NLE))

(Approvazzjoni)

(2021/C 445/29)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (09292/2020),

wara li kkunsidra l-abbozz ta' ftehim dwar is-sikurezza fl-avjazzjoni ċivili bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġappun (15260/2019),

wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 100(2), l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v) u l-Artikolu 218(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C9-0205/2020),

wara li kkunsidra l-Artikolu 105(1) u (4) u l-Artikolu 114(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A9-0239/2020);

1.

Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Ġappun.

29.10.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 445/217


P9_TA(2020)0342

Ftehim ta' Sħubija fis-settur tas-sajd KE/Mauritania: estensjoni tal-Protokoll ***

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Diċembru 2020 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania dwar l-estensjoni tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta' Sħubija fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania, li se jiskadi fil-15 ta' Novembru 2020 (11260/20 – C9-0372/2020 – 2020/0274(NLE))

(Approvazzjoni)

(2021/C 445/30)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (11260/20),

wara li kkunsidra l-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania dwar l-estensjoni tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta' Sħubija fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania, li se jiskadi fil-15 ta' Novembru 2020 (11315/20),

wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill f'konformità mal-Artikolu 43(2) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C9-0372/2020),

wara li kkunsidra l-Artikolu 105(1) u (4) u l-Artikolu 114(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għas-Sajd (A9-0244/2020),

1.

Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania.

29.10.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 445/218


P9_TA(2020)0343

Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli UE/Gżejjer Cook: estensjoni tal-Protokoll dwar l-implimentazzjoni ***

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Diċembru 2020 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Gżejjer Cook rigward estensjoni tal-Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Gżejjer Cook (11262/20 – C9-0368/2020 – 2020/0275(NLE))

(Approvazzjoni)

(2021/C 445/31)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (11262/20),

wara li kkunsidra l-abbozz ta' ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Gżejjer Cook dwar l-estensjoni tal-Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Gżejjer Cook (11271/20),

wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill b'konformità mal-Artikolu 43 u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v), u l-Artikolu 218(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C9-0368/2020),

wara li kkunsidra l-Artikolu 105(1) u (4) u l-Artikolu 114(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għas-Sajd (A9-0243/2020),

1.

Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Gżejjer Cook.

29.10.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 445/219


P9_TA(2020)0344

Il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem ***II

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Diċembru 2020 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari għall-adozzjoni tad-direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (riformulazzjoni) (06230/3/2020 – C9-0354/2020 – 2017/0332(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)

(2021/C 445/32)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (06230/3/2020 – C9-0354/2020),

wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati ppreżentati mill-Kamra tad-Deputati Ċeka, mill-Parlament Irlandiż, mill-Kunsill Federali Awstrijak u mill-House of Commons tar-Renju Unit, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità, li jiddikjaraw li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipji ta' sussidjarjetà,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-12 ta' Lulju 2018 (1),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tas-16 ta' Mejju 2018 (2),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari (3) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2017)0753),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 67 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A9-0241/2020),

1.

Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari;

2.

Jieħu nota tad-dikjarazzjonijiet tal-Kummissjoni annessi ma' din ir-riżoluzzjoni;

3.

Jinnota li l-att qed jiġi adottat f'konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma l-att, flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

5.

Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu biex jiffirma l-att, wara li jkun ġie vverifikat li l-proċeduri kollha ntemmu kif imiss, u biex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-att f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

6.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1)  ĠU C 367, 10.10.2018, p. 107.

(2)  ĠU C 361, 5.10.2018, p. 46.

(3)  Testi adottati, P8_TA(2019)0320.


ANNESS GĦAR- RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

DIKJARAZZJONI TAL-KUMMISSJONI DWAR L-ATTI DELEGATI FID-DIRETTIVA DWAR L-ILMA TAX-XORB

Il-Kummissjoni jiddispjaċiha dwar id-deċiżjoni tal-koleġiżlaturi li tillimita s-setgħa tagħha li timmodifika l-annessi tad-Direttiva riveduta dwar l-Ilma tax-Xorb għall-Anness III, meta l-Kummissjoni kienet talbet li tingħata setgħa biex timmodifika l-Annessi I sa IV fil-proposta oriġinali tagħha (1).

Il-Kummissjoni jiddispjaċiha speċifikament li l-koleġiżlaturi ma qablux dwar l-għoti ta' setgħa biex jiġi emendat l-Anness II, li huwa partikolarment neċessarju fid-dawl tal-ħtieġa li jiġu aġġornati r-rekwiżiti ta' monitoraġġ stabbiliti fl-Anness II għall-progress xjentifiku u tekniku.

DIKJARAZZJONI TAL-KUMMISSJONI DWAR IL-PROĊEDURA TA' ADOZZJONI TA' ATTI TA' IMPLIMENTAZZJONI

Il-Kummissjoni tisħaq li huwa kontra l-kliem u l-ispirtu tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 (2) li wieħed jinvoka l-punt (b) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(4), mingħajr ġustifikazzjoni xierqa. Wieħed għandu jirrikorri għal din id-dispożizzjoni f'każ ta' ħtieġa speċifika li wieħed jiddevja mir-regola ta' prinċipju, li hija li l-Kummissjoni tista' tadotta abbozz ta' att ta' implimentazzjoni meta ma tingħata l-ebda opinjoni. Minħabba li din hija eċċezzjoni għar-regola ġenerali stabbilita fl-Artikolu 5(4), ma tistax titqies sempliċiment bħala “setgħa diskrezzjonali” tal-Leġiżlatur, iżda trid tiġi interpretata b'mod restrittiv u għalhekk trid tkun ġustifikata.


(1)  COM(2017)0753.

(2)  ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.


29.10.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 445/221


P9_TA(2020)0345

Sena Ewropea tal-Ferroviji (2021) ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Diċembru 2020 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Sena Ewropea tal-Ferroviji (2021) (COM(2020)0078 – C9-0076/2020 – 2020/0035(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2021/C 445/33)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2020)0078),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 91 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0076/2020),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-16 ta’ Lulju 2020 (1)

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni tal-14 ta’ Ottubru 2020 (2).

wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-18 ta' Novembru 2020, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A9-0191/2020),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1)  ĠU C 364, 28.10.2020, p. 149.

(2)  Għadha ma ġietx ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali.


P9_TC1-COD(2020)0035

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-15 ta' Diċembru 2020 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni (UE) 2020/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-Sena Ewropea tal-Ferroviji (2021)

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, id-Deċiżjoni (UE) 2020/2228.)


29.10.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 445/222


P9_TA(2020)0346

Awtorizzazzjoni lill-Kummissjoni biex tivvota favur iż-żieda fil-kapital tal-Fond Ewropew tal-Investiment ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Diċembru 2020 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tawtorizza lill-Kummissjoni tivvota favur iż-żieda fil-kapital tal-Fond Ewropew tal-Investiment (COM(2020)0774 – C9-0378/2020 – 2020/0343(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2021/C 445/34)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2020)0774),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 173(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0378/2020),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A9-0253/2020),

1.

Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

P9_TC1-COD(2020)0343

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-15 ta’ Diċembru 2020 bil-ħsieb li tiġi adottata d-Deċiżjoni (UE) 2021/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tawtorizza lill-Kummissjoni biex tivvota favur iż-żieda fil-kapital awtorizzat tal-Fond Ewropew tal-Investiment

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, id-Deċiżjoni (UE) 2021/8.)


29.10.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 445/223


P9_TA(2020)0347

Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 10/2020: Żieda fl-approprjazzjonijiet ta' pagament u aġġustamenti oħra tan-nefqa u d-dħul

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Diċembru 2020 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 10/2020 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020 – Żieda fl-approprjazzjonijiet ta' pagament f'konformità mal-previżjonijiet aġġornati tan-nefqa u aġġustamenti oħra tan-nefqa u d-dħul (13643/2020 – C9-0395/2020 – 2020/0298(BUD))

(2021/C 445/35)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 44 tiegħu,

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020, adottat b'mod definittiv fis-27 ta' Novembru 2019 (2),

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (3) (Regolament QFP),

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (4),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/335/UE, Euratom tas-26 ta' Mejju 2014 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea (5),

wara li kkunsidra l-abbozz tal-baġit emendatorju Nru 10/2020, adottat mill-Kummissjoni fid-9 ta' Ottubru 2020 (COM(2020)0962),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 10/2020, adottata mill-Kunsill fit-8 ta' Diċembru 2020 u li ntbagħtet lill-Parlament Ewropew fid-9 ta' Diċembru 2020 (13643/2020 – C9-0395/2020),

wara li kkunsidra l-Artikoli 94 u 96 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A9-0252/2020),

A.

billi l-għan tal-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 10/2020 huwa li jiżdied il-livell ta' approprjazzjonijiet ta' pagament skont il-previżjoni aġġornata u, wara li jitqiesu r-riallokazzjonijiet proposti fit-“Trasferiment Globali” (DEC 16/2020), li tiġi aġġustata n-naħa tad-dħul biex jiġi inkorporat l-impatt tad-differenzi fir-rati tal-kambju u l-multi addizzjonali miġbura, u li jiġu bbaġitjati aġġustamenti tan-nefqa aktar limitati fir-rigward tal-livell ta' approprjazzjonijiet tal-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG) u ta' xi aġenziji deċentralizzati (ESMA, EIOPA, EBA u ELA),

B.

billi l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 10/2020 jipproponi żieda globali fl-approprjazzjonijiet ta' pagament ta' EUR 1 569,3 miljun li tikkonċerna l-intestatura 1a “Kompetittività għat-Tkabbir u l-Impjiegi”, l-intestatura 1b “Koeżjoni Ekonomika, Soċjali u Territorjali”, l-intestatura 2 “Tkabbir Sostenibbli – Riżorsi Naturali” u l-intestatura 4 “Ewropa Globali”,

C.

billi l-approprjazzjonijiet ta' pagament ta' EUR 93,8 miljun ser jgħinu l-oneru tal-obbligi tal-Faċilità ta' Garanzija għal Self fi ħdan il-Programm COSME biex jiġu appoġġjati l-SMEs milquta mill-konsegwenzi ekonomiċi tal-kriżi tal-COVID-19,

D.

billi EUR 750 miljun f'approprjazzjonijiet ta' pagament addizzjonali taħt il-FAEŻR ser jiffinanzjaw b'mod partikolari pagamenti ta' somma f'daqqa biex jipprovdu għajnuna lill-bdiewa u lin-negozji agrikoli żgħar u medji affettwati mill-kriżi tal-COVID-19,

E.

billi l-approprjazzjonijiet ta' pagament ta' EUR 586 miljun ser jappoġġjaw ir-reazzjoni Globali tal-UE biex tgħin lill-pajjiżi sħab permezz tal-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA II), l-Istrument Ewropew ta' Viċinat (ENI) u l-Istrument tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp (DCI),

F.

billi r-rieżami bir-reqqa tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-aġenziji deċentralizzati identifika ffrankar li jikkontribwixxi għat-tnaqqis tal-approprjazzjonijiet ta' pagament b'EUR 9,1 miljun,

G.

billi pagamenti ta' EUR 128 miljun f'multi u penali, li ġew imsarrfa sal-aħħar ta' Settembru 2020, għenu biex jitnaqqsu l-kontribuzzjonijiet tar-riżorsi proprji mill-Istati Membri għall-baġit tal-Unjoni,

H.

billi l-impatt globali propost tal-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 10/2020 fuq in-naħa tad-dħul huwa tnaqqis ta' EUR 588 miljun fi dħul ieħor riekwilibrat b'żieda korrispondenti fil-kontribuzzjonijiet tal-ING,

1.

Jieħu nota tal-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 10/2020, kif ippreżentat mill-Kummissjoni, li huwa ddedikat, fil-kuntest tal-kriżi tal-COVID-19, għall-provvediment ta' EUR 1 569,3 miljun f'approprjazzjonijiet ta' pagament addizzjonali, wara li jitqiesu r-riallokazzjonijiet proposti fit-“Trasferiment Globali”, biex tiġi aġġustata n-naħa tad-dħul u biex jiġu bbaġitjati aġġustamenti tan-nefqa aktar limitati;

2.

Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 9/2020;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiddikjara li l-baġit emendatorju Nru 9/2020 ġie adottat b'mod definittiv u biex jiżgura li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

(1)  ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(2)  ĠU L 57, 27.2.2020.

(3)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.

(4)  ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.

(5)  ĠU L 168, 7.6.2014, p. 105.


29.10.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 445/225


P9_TA(2020)0348

Ebda oġġezzjoni għal att delegat: Kontrolli uffiċjali fil-post ta' kontroll fuq il-fruntiera minn fejn l-oġġetti jitilqu mill-Unjoni u ċerti dispożizzjonijiet dwar it-tranżitu u t-trażbord

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li ma ssir ebda oġġezzjoni għar-Regolament delegat tal-Kummissjoni tad-29 ta' Ottubru 2020 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2019/2124 fir-rigward tal-kontrolli uffiċjali fil-post ta' kontroll fuq il-fruntiera minn fejn l-oġġetti jitilqu mill-Unjoni u ċerti dispożizzjonijiet dwar it-tranżitu u t-trażbord (C(2020)07418 – 2020/2855(DEA))

(2021/C 445/36)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-Regolament delegat tal-Kummissjoni tad-29 ta' Ottubru 2020 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2019/2124 fir-rigward tal-kontrolli uffiċjali fil-post ta' kontroll fuq il-fruntiera minn fejn l-oġġetti jitilqu mill-Unjoni u ċerti dispożizzjonijiet dwar it-tranżitu u t-trażbord (C(2020)07418),

wara li kkunsidra l-ittra tal-Kummissjoni tas-6 ta' Novembru 2020, li permezz tagħha hija talbet lill-Parlament jiddikjara li mhux se joġġezzjona għar-Regolament delegat,

wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel lill-President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati, bid-data 2 ta' Diċembru 2020,

wara li kkunsidra l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta' regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (1), u b'mod partikolari l-punti (b) u (d) tal-Artikolu 51(1) u l-Artikolu 144(6) tagħha,

wara li kkunsidra l-Artikolu 111(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għal deċiżjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel,

wara li kkunsidra li l-ebda oġġezzjoni ma ġiet espressa fil-perjodu previst fit-tielet u r-raba' inċiżi tal-Artikolu 111(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, li skada fil-15 ta' Diċembru 2020,

A.

billi r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2124 (2) jistabbilixxi regoli għat-twettiq ta' kontrolli uffiċjali mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri (3) fuq kunsinni ta' annimali u oġġetti fit-tranżitu, fit-trasbord u fit-tkomplija tat-trasport fl-Unjoni;

B.

billi l-punti (b) u (d) tal-Artikolu 51(1) tar-Regolament (UE) 2017/625 jagħtu s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta atti delegati dwar regoli biex jiġu stabbiliti l-iskadenzi u l-arranġamenti għat-twettiq ta' verifiki tad-dokumenti u, fejn meħtieġ, verifiki tal-identità u verifiki fiżiċi fuq kategoriji ta' annimali u oġġetti soġġetti għall-kontrolli uffiċjali previsti fl-Artikolu 47(1) ta' dak ir-Regolament li jidħlu fl-Unjoni bi trasport bil-baħar jew bl-ajru minn pajjiż terz, meta dawk l-annimali jew oġġetti jiġu trasferiti minn bastiment jew inġenju tal-ajru u jiġu ttrasportati taħt superviżjoni doganali lejn bastiment jew inġenju tal-ajru ieħor fl-istess port jew ajruport bi tħejjija għat-tkomplija tal-vjaġġ (“kunsinni trasbordati”) kif ukoll regoli biex jiġu stabbiliti l-każijiet fejn, u l-kondizzjonijiet li fihom, it-transitu ta' kunsinni tal-kategoriji ta' annimali u oġġetti msemmija fl-Artikolu 47(1) jista' jiġi awtorizzat u ċerti kontrolli uffiċjali li għandhom jitwettqu fil-postijiet ta' kontroll fuq il-fruntiera fuq tali kunsinni, inklużi l-każijiet u l-kondizzjonijiet għall-ħżin ta' oġġetti fi mħażen doganali jew ħielsa jew żoni ħielsa approvati b'mod speċjali;

C.

billi, fid-29 ta' Ottubru 2020, il-Kummissjoni bagħtet lill-Parlament ir-Regolament delegat, u b'hekk infetaħ il-perjodu ta' skrutinju ta' xahrejn biex il-Parlament joġġezzjona għal dak ir-Regolament delegat;

D.

billi, fost l-oħrajn, ir-Regolament delegat jintroduċi flessibbiltà fil-ġestjoni tal-kontrolli uffiċjali ta' beni li minn Stat Membru lejn l-Irlanda u viċi versa jgħaddu mill-Gran Brittanja (“pont fuq l-art”), li jippermetti l-użu ta' sistemi nazzjonali ta' ġestjoni tal-informazzjoni, u b'hekk jikkontribwixxi biex inaqqas il-piż amministrattiv għall-Istati Membri kkonċernati;

E.

billi r-Regolament delegat għandu jidħol fis-seħħ b'urġenza u japplika mill-1 ta' Jannar 2021, sabiex jiġi żgurat li l-miżuri previsti f'dak ir-Regolament ikunu effettivi wara li l-perjodu ta' tranżizzjoni stabbilit fil-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika jintemm fil-31 ta' Diċembru 2020;

1.

Jiddikjara li ma joġġezzjonax għar-Regolament delegat;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1)  ĠU L 95, 7.4.2017, p. 1.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2124 tal-10 ta' Ottubru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-regoli għall-kontrolli uffiċjali ta' kunsinni ta' annimali u ta' oġġetti fit-tranżitu, fit-trasbord u fit-tkomplija tat-trasport fl-Unjoni, u li jemenda r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008, (KE) Nru 1251/2008, (KE) Nru 119/2009, (UE) Nru 206/2010, (UE) Nru 605/2010, (UE) Nru 142/2011, (UE) Nru 28/2012, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/759 u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/777/KE (ĠU L 321, 12.12.2019, p. 73).

(3)  F'konformità mal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 5(4) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta' Fuq flimkien mal-Anness 2 ta' dak il-Protokoll, dan ir-Regolament japplika għar-Renju Unit u fih, fir-rigward tal-Irlanda ta' Fuq.


29.10.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 445/227


P9_TA(2020)0350

Ebda oġġezzjoni għal att delegat: marka ta' identifikazzjoni li għandha tintuża għal ċerti prodotti li joriġinaw mill-annimali fir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta' Fuq

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew biex ma titqajjem l-ebda oġġezzjoni għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni tas-7 ta' Diċembru 2020 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-marka ta' identifikazzjoni li għandha tintuża għal ċerti prodotti li joriġinaw mill-annimali fir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta' Fuq (C(2020)08765 – 2020/2907(DEA))

(2021/C 445/37)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni tas-7 ta' Diċembru 2020 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-marka ta' identifikazzjoni li għandha tintuża għal ċerti prodotti li joriġinaw mill-annimali fir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta' Fuq (C(2020)08765),

wara li kkunsidra l-ittra tal-Kummissjoni tas-7 ta' Diċembru 2020, li permezz tagħha hija talbet lill-Parlament jiddikjara li mhux se joġġezzjona għar-Regolament Delegat,

wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel lill-President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati, bid-data tal-11 ta' Diċembru 2020,

wara li kkunsidra l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta' iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 10(1) u 11a(6) tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 111(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għal deċiżjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel,

wara li kkunsidra li l-ebda oġġezzjoni ma ġiet espressa fil-perjodu previst fit-tielet u r-raba' inċiżi tal-Artikolu 111(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, li skada fil-15 ta' Diċembru 2020,

A.

billi r-Regolament (KE) Nru 853/2004 jistabbilixxi regoli speċifiċi ta' iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali għall-operaturi tan-negozji tal-ikel, u b'mod partikolari l-Anness II ta' dak ir-Regolament jispjega r-rekwiżiti li jikkonċernaw il-marka ta' identifikazzjoni li għandha tiġi applikata mill-operaturi tan-negozji tal-ikel fuq ċerti prodotti li joriġinaw mill-annimali, inklużi r-rekwiżiti li jikkonċernaw il-kodiċijiet tal-pajjiżi li għandhom jintużaw mill-Istati Membri u mill-pajjiżi terzi;

B.

billi, f'konformità mal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (Ftehim dwar il-Ħruġ), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(4) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta' Fuq flimkien mal-Anness 2 ta' dak il-Protokoll, ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 kif ukoll l-atti tal-Kummissjoni bbażati fuqu, japplikaw għar-Renju Unit kif ukoll fih fir-rigward tal-Irlanda ta' Fuq wara tmiem il-perjodu ta' tranżizzjoni; billi, għal dik ir-raġuni, huwa meħtieġ li jiġu emendati r-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II ta' dak ir-Regolament dwar il-marka ta' identifikazzjoni li għandha tintuża fir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta' Fuq;

C.

billi, fis-7 ta' Diċembru 2020, il-Kummissjoni bagħtet lill-Parlament ir-Regolament Delegat, u b'hekk infetaħ il-perjodu ta' skrutinju ta' xahrejn biex il-Parlament joġġezzjona għal dak ir-Regolament Delegat;

D.

billi r-Regolament Delegat jadatta l-marka ta' identifikazzjoni li għandha tiġi applikata fuq il-prodotti li joriġinaw mill-annimali prodotti fl-Irlanda ta' Fuq;

E.

billi r-Regolament Delegat għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2021, sabiex jiġi żgurat li l-miżuri previsti f'dak ir-Regolament ikunu effettivi wara li l-perjodu ta' tranżizzjoni mniżżel fil-Ftehim dwar il-Ħruġ jintemm fil-31 ta' Diċembru 2020;

1.

Jiddikjara li ma joġġezzjonax għar-Regolament Delegat;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.


29.10.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 445/229


P9_TA(2020)0352

Ebda oġġezzjoni għal att delegat: limiti ta' żmien għall-preżentazzjoni ta' dikjarazzjonijiet fil-qosor tad-dħul u dikjarazzjonijiet ta' qabel it-tluq f'każ ta' trasport bil-baħar mir-Renju Unit, iċ-Channel Islands u Isle of Man u lejhom

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li ma ssir ebda oġġezzjoni għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni tal-20 ta' Novembru 2020 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 fir-rigward tal-limiti ta' żmien għall-preżentazzjoni ta' dikjarazzjonijiet fil-qosor tad-dħul u dikjarazzjonijiet ta' qabel it-tluq f'każ ta' trasport bil-baħar mir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq, iċ-Channel Islands u Isle of Man u lejhom (C(2020)08072 – 2020/2890(DEA))

(2021/C 445/38)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni C(2020)08072,

wara li kkunsidra l-ittra tal-Kummissjoni tas-26 ta' Novembru 2020, li permezz tagħha hija talbet lill-Parlament jiddikjara li mhux se joġġezzjona għar-Regolament Delegat,

wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur lill-President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati, bid-data tat-2 ta' Diċembru 2020,

wara li kkunsidra l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 131(b), l-Artikolu 265(a) u l-Artikolu 284(5) tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 tat-28 ta' Lulju 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' regoli dettaljati li jikkonċernaw uħud mid-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (2),

wara li kkunsidra l-Artikolu 111(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għal deċiżjoni tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur,

wara li kkunsidra li l-ebda oġġezzjoni ma ġiet espressa fil-perjodu previst fit-tielet u r-raba' inċiżi tal-Artikolu 111(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, li skada fil-15 ta' Diċembru 2020,

A.

billi r-regolament delegat jistabbilixxi l-limiti ta' żmien li fihom l-operaturi ekonomiċi jridu jipprovdu lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri b'ċerta data ta' sikurezza u sigurtà dwar it-trasport ta' merkanzija bil-baħar b'oriġini jew destinazzjoni fir-Renju Unit;

B.

billi n-negozjati ta' Ftehim Kummerċjali futur mar-Renju Unit ma pproduċewx, fid-data tal-approvazzjoni tar-regolament delegat, ftehim li jiġi rrinunzjat l-obbligu li tiġi ppreżentata d-data ta' sigurtà avvanzata dwar merkanzija li għandha tiġi ttrasportata bil-baħar li għandha l-oriġini jew id-destinazzjoni tagħha fir-Renju Unit;

C.

billi miżura b'għan identiku għal dak tar-Regolament Delegat ġiet adottata mill-Kummissjoni fid-19 ta' Diċembru 2018 (3) sabiex tħejji għal sitwazzjoni possibbli li fiha ma jkun hemm l-ebda ftehim għall-ħruġ ordnat tar-Renju Unit mill-Unjoni, għalkemm il-konklużjoni ta' ftehim dwar il-ħruġ irrendiet dan it-test obsolet;

D.

billi r-Regolament Delegat jenħtieġ li jidħol fis-seħħ mill-iktar fis possibbli sabiex jiġi żgurat l-operat bla xkiel ta' kuljum tal-amministrazzjonijiet doganali u tal-operaturi ekonomiċi wara tmiem il-perjodu ta' tranżizzjoni;

1.

Jiddikjara li ma joġġezzjonax għar-Regolament delegat;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1)  ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1.

(2)  ĠU L 343, 29.12.2015, p. 1.

(3)  Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/334 tad-19 ta' Diċembru 2018 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 fir-rigward tal-limiti ta' żmien għall-preżentazzjoni ta' dikjarazzjonijiet fil-qosor tad-dħul u dikjarazzjonijiet ta' qabel it-tluq f'każ ta' trasport bil-baħar mir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq, iċ-Channel Islands u Isle of Man u lejhom (ĠU L 60, 28.2.2019, p. 1).


29.10.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 445/231


P9_TA(2020)0353

Ebda oġġezzjoni għal att delegat: L-aġġornament tal-2020 tat-tassonomija stipulata fl-istandards tekniċi regolatorji għall-format elettroniku uniku għar-rappurtar

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li ma ssir l-ebda oġġezzjoni għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni tas-6 ta' Novembru 2020 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2019/815 fir-rigward tal-aġġornament tal-2020 tat-tassonomija stipulata fl-istandards tekniċi regolatorji għall-format elettroniku uniku għar-rappurtar (C(2020)7523 – 2020/2865(DEA))

(2021/C 445/39)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (C(2020)7523),

wara li kkunsidra l-ittra tal-Kummissjoni tat-18 ta' Novembru 2020, li permezz tagħha hija talbet lill-Parlament jiddikjara li ma kienx se joġġezzjona għar-Regolament Delegat,

wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali lill-President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati, bid-data tal-4 ta' Diċembru 2020,

wara li kkunsidra l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra d-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Diċembru 2004 dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta' trasparenza f'dak li għandu x'jaqsam ma' informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f'suq regolat u li temenda d-Direttiva 2001/34/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(7) tagħha,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 13(2) tiegħu,

wara li kkunsidra l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji mressaq mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq lill-Kummissjoni fit-18 ta' Ġunju 2020,

wara li kkunsidra l-Artikolu 111(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għal deċiżjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali,

wara li kkunsidra li l-ebda oġġezzjoni ma ġiet espressa fil-perjodu previst fit-tielet u r-raba' inċiżi tal-Artikolu 111(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, li skada fil-15 ta' Diċembru 2020,

A.

billi r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/815 jispeċifika l-format elettroniku uniku għar-rappurtar, imsemmi fl-Artikolu 4(7) tad-Direttiva 2004/109/KE, li għandu jintuża mill-emittenti fit-tfassil tar-rapporti finanzjarji annwali tagħhom;

B.

billi t-tassonomija bażika li għandha tintuża għall-format elettroniku uniku għar-rappurtar hija bbażata fuq it-tassonomija tal-Istandards Internazzjonali ta' Rappurtar Finanzjarju (IFRS), li tagħha hija estensjoni; il-Fondazzjoni tal-IFRS għandha taġġorna t-tassonomija tal-IFRS kull sena biex tqis, fost żviluppi oħra, il-pubblikazzjoni ta' IFRS ġodda jew l-emendi għal dawk eżistenti, l-analiżi tal-informazzjoni li ġeneralment tiġi trażmessa fil-prattika u t-titjibiet li għandhom isiru lill-kontenut ġenerali ta' dik it-tassonomija jew lit-teknoloġija użata;

C.

billi r-regolament delegat tal-Kummissjoni tas-6 ta' Novembru 2020 jipprevedi li dan għandu jkun applikabbli għar-rapporti finanzjarji annwali li jkun fihom dikjarazzjonijiet finanzjarji għas-snin finanzjarji li jibdew fl-1 ta' Jannar 2021 jew wara; billi l-emittenti se jkunu awtorizzati jadottaw it-tassonomija speċifikata f'dak ir-Regolament għas-snin finanzjarji li jibdew fl-1 ta' Jannar 2020 jew wara;

D.

billi l-Parlament u l-Kunsill għandu jkollhom tliet xhur mid-data tan-notifika tal-att delegat biex joġġezzjonaw għalih;

E.

billi l-att delegat ġie nnotifikat mill-Kummissjoni fis-6 ta' Novembru 2020 u għalhekk il-perjodu ta' tliet xhur għall-oġġezzjonijiet possibbli tal-Parlament jew tal-Kunsill se jiskadi wara l-1 ta' Jannar 2021, li hi d-data prevista mill-att delegat għad-dħul fis-seħħ tiegħu;

F.

billi m'hemm l-ebda raġuni li tiġġustifika xi oġġezzjoni għall-att delegat;

1.

Jiddikjara li ma joġġezzjonax għar-Regolament delegat;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1)  ĠU L 390, 31.12.2004, p. 38.

(2)  ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84.


L-Erbgħa 16 ta’ Diċembru 2020

29.10.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 445/233


P9_TA(2020)0354

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali għall-appoġġ mill-FAEŻR u mill-FAEG fis-snin 2021 u 2022***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Diċembru 2020 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi ċerti dispożizzjonijiet tranżizzjonali għall-appoġġ mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u mill-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG) fis-sena 2021 u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 229/2013 u (UE) Nru 1308/2013 fir-rigward tar-riżorsi u d-distribuzzjoni tagħhom fir-rigward tas-sena 2021 u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013, (UE) Nru 1306/2013 u (UE) Nru 1307/2013 fir-rigward tar-riżorsi u l-applikazzjoni tagħhom fis-sena 2021 (COM(2019)0581 – C9-0162/2019 – 2019/0254(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2021/C 445/40)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2019)0581),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0162/2019),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri tas-26 ta’ Frar 2020 (1),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-7 ta’ Mejju 2020 (2),

wara li kkonsulta l-Kumitat tar-Reġjuni

wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, u l-informazzjoni mill-Kunsill dwar l-approvazzjoni tal-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali,

wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Baġits,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A9-0101/2020),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Japprova d-dikjarazzjonijiet annessi ma’ din ir-riżoluzzjoni;

3.

Japprova d-dikjarazzjonijiet konġunti tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill annessi ma’ din ir-riżoluzzjoni;

4.

Jieħu nota tad-dikjarazzjonijiet tal-Kummissjoni annessi ma’ din ir-riżoluzzjoni;

5.

Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

6.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1)  ĠU C 109, 1.4.2020, p. 1.

(2)  ĠU C 232, 14.7.2020, p. 29.


P9_TC1-COD(2019)0254

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-16 ta' Diċembru 2020 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2020/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi ċerti dispożizzjonijiet tranżizzjonali għall-appoġġ mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u mill-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG) fis-snin 2021 u 2022 ▌u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013, (UE) Nru 1306/2013 u (UE) Nru 1307/2013 fir-rigward tar-riżorsi u l-applikazzjoni fis-snin 2021 u 2022 u r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 fir-rigward tar-riżorsi u d-distribuzzjoni ta' tali appoġġ fir-rigward tas-snin 2021 u 2022

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, ir-Regolament (UE) 2020/2220.)


ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew dwar id-dispożizzjonijiet ta' tranżizzjoni tal-PAK u l-Qafas Finanzjarju Pluriennali

Fond ta' Riżerva għal Kriżijiet

Minn mindu twaqqfet fl-2014, ir-riżerva għal kriżijiet fis-settur agrikolu qatt ma ġiet attivata minħabba l-mekkaniżmu ta' dixxiplina finanzjarja prevista fl-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, skont liema l-finanzjament ta' tali riżerva jittieħed fil-bidu ta' kull sena mill-ammont totali tal-pagamenti diretti. Il-fondi li jerġgħu jiġu trasferiti lill-pagamenti diretti fl-aħħar tas-sena. Konsegwentement, ir-riżerva qatt ma ntużat bil-għan li jiġi evitat li jinżammu riżorsi mill-bdiewa.

Stabbilita biex tgħin lill-bdiewa jegħlbu l-instabbiltà tal-prezzijiet u tas-suq, il-fatt li r-riżerva qatt ma ġiet attivata jixhed il-limitazzjonijiet tal-istruttura finanzjarja tagħha u tal-funzjonament tagħha. Il-frekwenza dejjem akbar tal-kundizzjonijiet ekonomiċi, klimatiċi avversi u sanitarji li jirriżultaw fi tfixkil sinifikanti fis-suq, turi l-bżonn urġenti ta' fond ta' riżerva għal kriżijiet totalment operattiv, li jista' jiġi attivat u jkun għad-dispożizzjoni b'mod reattiv u effiċjenti.

Il-Parlament Ewropew jenfasizza li fond ta' riżerva għal kriżijiet totalment iffinanzjat, b'ammont inizjali stabbilit f'EUR 400 miljun barra mill-baġits tal-FAEG u tal-FAEŻR, kumulattiv, li fih il-fondi mhux użati jkunu riportati u miżjuda għas-sena suċċessiva matul il-perjodu ta' programmazzjoni kollu, ikun jiffunzjona b'mod aktar effikaċi u jkollu impatt akbar biex jagħti assistenza fil-ħin f'sitwazzjonijiet ta' kriżi u jiffinanzja miżuri speċifiċi favur is-setturi milquta.

POSEI u gżejjer tal-Baħar Eġew

Minħabba s-sitwazzjoni ġeografika tagħhom, partikolarment id-distanza u l-insularità tagħhom, bid-daqs żgħir, bit-topografija u l-klima diffiċli, ir-reġjuni ultraperiferiċi, kif hemm riferiment għalihom fl-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ikollhom iħabbtu wiċċhom ma' problemi soċjoekonomiċi speċifiċi marbuta mal-provvista ta' ikel u ta' prodotti agrikoli essenzjali għall-konsum jew għall-produzzjoni agrikola. Skont kif previst fl-Artikolu msemmi, ir-Regolament (UE) Nru 228/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill stabbilixxa miżuri speċifiċi għall-agrikoltura biex jingħelbu d-diffikultajiet ikkawżati minn tali sitwazzjoni eċċezzjonali. Barra minn hekk, l-iskema ta' miżuri speċifiċi għall-agrikoltura favur il-gżejjer minuri tal-Baħar Eġew prevista fir-Regolament (UE) Nru 229/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ukoll tindirizza l-istess kwistjonijiet iżda f'kuntest ġeografiku differenti.

L-importanza ta' miżuri u opportunitajiet speċifiċi f'tali reġjuni u gżejjer tiġġustifika l-livell ta' sostenn speċjali li huwa fundamentali biex l-implimentazzjoni ta' tali miżuri tirnexxi. Għaldaqstant, b'kont meħud tal-impenji pubbliċi preċedentement meħuda mill-Kummissjoni favur tali reġjuni u gżejjer, il-Parlament Ewropew jitlob li l-programmi li kisbu suċċess kbir, irregolati mir-Regolamenti (UE) Nru 228/2013 u (UE) Nru 229/2013, għandhom ikomplu bla tfixkil u għandu jinżamm almenu l-livell attwali ta' sostenn lil dawn ir-reġjuni u l-gżejjer. B'hekk, l-Unjoni tkun qed turi s-solidarjetà u l-impenn tagħha fil-konfront ta' tali reġjuni u gżejjer li jkollhom iħabbtu wiċċhom ma' żvantaġġi speċifiċi.

Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-organizzazzjonijiet interprofessjonali fir-reġjuni ultraperiferiċi

Minħabba d-daqs ċkejken u l-insularità tagħhom, is-swieq lokali fir-reġjuni ultraperiferiċi huma partikolarment vulnerabbli għall-fluttwazzjonijiet tal-prezzijiet marbuta mal-flussi tal-importazzjonijiet mill-bqija tal-Unjoni jew mill-pajjiżi terzi. L-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jirrikonoxxi l-bżonnijiet speċjali tar-reġjuni ultraperiferiċi u jiddefinixxi l-bażi għal qafas leġiżlattiv biex jgħinhom jegħlbu s-sitwazzjonijiet partikolari tagħhom. Dan l-aspett jiġi indirizzat aktar fil-fond fir-Regolament (UE) Nru 228/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. B'mod partikolari, peress li l-użu tal-organizzazzjonijiet interprofessjonali wera potenzjal biex jindirizza l-bżonnijiet speċjali tas-setturi tal-produzzjoni agrikola fir-reġjuni ultraperiferiċi, f'tali reġjuni jenħtieġ li diġà tkun permessa l-flessibbiltà fl-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, bil-għan li jiġu sfruttati b'mod sħiħ ir-riżorsi allokati minn dan ir-Regolament ta’ Tranżizzjoni lil tali reġjuni. Għalhekk, l-organizzazzjonijiet interprofessjonali rikonoxxuti fl-ambitu tal-Artikolu 157 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u meqjusa rappreżentattivi jenħtieġ li jkollhom il-possibbiltà li jieħdu l-miżuri kollettivi neċessarji maħsuba biex jiżguraw li l-produzzjoni lokali tibqa' kompetittiva fis-swieq lokali inkwistjoni u tkun sostenibbli. Għal dak il-għan, salv għall-Artikoli 28, 29 u 110 tat-TFUE u għall-Artikolu 165 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 164 ta’ dak ir-Regolament u abbażi tal-Artikolu 349 tat-TFUE, kif interpretat mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fis-sentenza tagħha fil-kawżi magħquda C-132/14 sa C-136/14, il-Parlament Ewropew jisħaq fuq l-importanza li jiġu esplorati l-istrumenti xierqa kollha biex l-Istati Membri kkonċernati jitħallew, fil-kuntest tal-ftehimiet interprofessjonali estiżi u wara konsultazzjoni mal-partijiet interessati kkonċernati, jimponu lill-operaturi ekonomiċi individwali jew lill-gruppi ta' operaturi ekonomiċi li mhumiex membri tal-organizzazzjoni interprofessjonali kkonċernata iżda li joperaw fis-suq lokali inkwistjoni, indipendentement mill-oriġini tagħhom, il-ħlas tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji kollha, jew parti minnhom, imħallsa mill-membri ta' tali organizzazzjoni, anki fil-każ li fih ir-rikavat ta' tali kontribuzzjonijiet jiffinanzja miżuri biex tinżamm biss il-produzzjoni lokali jew meta l-kontribuzzjonijiet jinġabru f'fażi differenti fil-proċess ta' kummerċjalizzazzjoni.

Dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġjuni ultraperiferiċi u l-gżejjer minuri tal-Baħar Eġew

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ifakkru:

fl-importanza ta' miżuri speċifiċi għar-reġjuni ultraperiferiċi, skont l-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u r-Regolament (UE) Nru 228/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, biex jitqiesu l-karatteristiċi speċifiċi ta' tali reġjuni;

fl-importanza ta' miżuri speċifiċi għall-agrikoltura favur il-gżejjer minuri tal-Baħar Eġew stabbiliti skont ir-Regolament (UE) Nru 229/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; u

li l-kwistjonijiet hawn fuq imsemmija jiġġustifikaw sostenn speċjali favur tali reġjuni u gżejjer, bil-għan li jiġu implimentati miżuri adegwati.

Dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-arranġamenti ta' finanzjament tal-UE għall-POSEI u l-gżejjer minuri tal-Baħar Eġew

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jissottolinjaw li l-arranġamenti ta' finanzjament tal-UE għall-POSEI u l-gżejjer minuri tal-Baħar Eġew inklużi f'dan ir-Regolament ta' Tranżizzjoni għall-2021 u l-2022 huma eċċezzjonali, li jirriflettu l-partikolarità taċ-ċirkostanzi, u ma jikkostitwux preċedent għall-finanzjament futur tal-PAK, la għar-reġjuni ultraperiferiċi u l-gżejjer minuri tal-Baħar Eġew u lanqas għall-pagamenti diretti.

Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-regoli ta’ kummerċjalizzazzjoni għaż-żejt taż-żebbuġa

Il-Kummissjoni tinnota l-ftehim politiku milħuq bejn il-Parlament u l-Kunsill dwar l-emenda 106 tal-Parlament, li jiddaħħal Artikolu 167a ġdid fir-Regolament dwar l-OKS, fir-rigward tas-settur taż-żejt taż-żebbuġa. Il-Kummissjoni tinnota li din l-emenda maqbula mill-Parlament u mill-Kunsill mhijiex konformi mal-prinċipju ta’ kontinwità tar-regoli attwali li jiggovernaw ir-Regolament ta’ Tranżizzjoni, hija ta’ natura sostantiva u ġiet inkluża mill-koleġiżlaturi mingħajr ma saret valutazzjoni tal-impatt kif meħtieġ skont il-punt 15 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. Il-Kummissjoni tfakkar l-impenn tagħha li tissalvagwardja l-kompetizzjoni effettiva fis-settur agrikolu u li tagħti effett sħiħ lill-objettivi tal-PAK stipulati fl-Artikolu 39 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Dikjarazzjoni mill-Kummissjoni dwar il-pagamenti ANC

Il-Kummissjoni tinnota l-ftehim milħuq bejn il-koleġiżlaturi li l-fondi tal-EURI, meta jkunu integrati fil-FAEŻR, jistgħu jintużaw għall-finanzjament ta’ pagamenti għal żoni li qed iħabbtu wiċċhom ma’ restrizzjonijiet naturali jew restrizzjonijiet speċifiċi oħrajn (pagamenti ANC).

Il-Kummissjoni diġà ddikjarat it-tħassib tagħha dwar il-kontribuzzjoni limitata ta’ pagamenti ANC favur objettivi ambjentali u klimatiċi, meta jitqies li l-bdiewa ma jeħtiġux li jadottaw xi prattiki speċifiċi biex jirċievu l-pagament. Għal din ir-raġuni, l-inklużjoni tal-pagamenti ANC taħt il-parti tal-fondi tal-EURI ddedikata biex tikkontribwixxi favur objettivi ambjentali u klimatiċi jenħtieġ li ma titqiesx bħala preċedent, waqt in-negożjati dwar il-PAK futura.


29.10.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 445/237


P9_TA(2020)0355

Riżorsi addizzjonali fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19: REACT-EU ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Diċembru 2020 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 fir-rigward ta' riżorsi addizzjonali eċċezzjonali u arranġamenti implimentattivi taħt il-mira tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi biex jipprovdi assistenza għat-trawwim ta' miżuri li jsewwu d-dannu kkawżat mill-kriżi fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 u t-tħejjija ta' rkupru ekoloġiku, diġitali u reżiljenti tal-ekonomija (REACT-EU) (COM(2020)0451 – C9-0149/2020 – 2020/0101(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2021/C 445/41)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2020)0451),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 177 u 322(1)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0149/2020),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri tat-13 ta' Lulju 2020 (1),

wara li kkonsulta l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-14 ta’ Ottubru 2020 (2),

wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-informazzjoni mill-Kunsill dwar l-approvazzjoni tal-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u tal-Kumitat għall-Baġits,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A9-0150/2020),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1)  ĠU C 272, 17.8.2020, p. 1.

(2)  Għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.


P9_TC1-COD(2020)0101

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-16 ta' Diċembru 2020 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2020/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 fir-rigward ta' riżorsi addizzjonali u arranġamenti ta’ implimentazzjoni ▌biex jipprovdi assistenza għat-trawwim ta' miżuri li jsewwu d-dannu kkawżat mill-kriżi fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 u l-konsegwenzi soċjali tagħha u għat-tħejjija ta' rkupru ekoloġiku, diġitali u reżiljenti tal-ekonomija (REACT-EU)

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, ir-Regolament (UE) 2020/2221.)


29.10.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 445/238


P9_TA(2020)0356

Regolament dwar il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni f'każ ta' nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri ***II

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Diċembru 2020 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar reġim ġenerali ta' kundizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni (09980/1/2020 – C9-0407/2020 – 2018/0136(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)

(2021/C 445/42)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (09980/1/2020 – C9-0407/2020),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri tas-17 ta' Awwissu 2018 (1),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni (COM(2020)0843),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari (2) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0324),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitati responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 67 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Baġits u l-Kumitat għall-Kontroll Baġitarju (A9-0262/2020),

1.

Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari;

2.

Japprova d-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

3.

Jieħu nota tad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

4.

Jinnota li l-att qed jiġi adottat f'konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill;

5.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma l-att, flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

6.

Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu biex jiffirma l-att, wara li jkun ġie vverifikat li l-proċeduri kollha ntemmu kif imiss, u biex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-att f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

7.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1)  ĠU C 291, 17.8.2018, p. 1.

(2)  Testi adottati, 4.4.2019, P8_TA(2019)0349.


ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kumissjoni Ewropea

Mingħajr preġudizzju għad-dritt ta' inizjattiva tal-Kummissjoni, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jaqblu li jikkunsidraw l-inklużjoni tal-kontenut ta' dan ir-Regolament fir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 (ir-''Regolament Finanzjarju'') fil-mument tar-reviżjoni li jmiss tiegħu.

Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni

Il-Kummissjoni taqbel li tikkunsidra li takkumpanja r-rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament permezz ta' proposti adatti fejn meħtieġ.


29.10.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 445/240


P9_TA(2020)0357

Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2021-2027 ***

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Diċembru 2020 dwar l-abbozz ta' regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2021-2027 (09970/2020 – C9-0409/2020 – 2018/0166(APP))

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – approvazzjoni)

(2021/C 445/43)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta' regolament tal-Kunsill (09970/2020),

wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill f'konformità mal-Artikolu 312 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u mal-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (C9-0409/2020),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Novembru 2018 dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027 – Il-pożizzjoni tal-Parlament bil-ħsieb ta' qbil (1),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Ottubru 2019 dwar il-qafas finanzjarju pluriennali 2021-2027 u r-riżorsi proprji: wasal iż-żmien li nissodisfaw l-aspettattivi taċ-ċittadini (2),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' Lulju 2020 dwar il-konklużjonijiet tal-laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew mis-17 sa-21 ta' Lulju 2020 (3),

wara li kkunsidra l-Artikoli 92 u 105(1) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-ittri mill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u mill-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Baġits (A9-0260/2020),

1.

Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-abbozz ta' regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2021-2027 kif stabbilit fl-anness għal din ir-riżoluzzjoni;

2.

Japprova d-dikjarazzjonijiet konġunti magħmula mill-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni annessi ma' din ir-riżoluzzjoni;

3.

Japprova d-dikjarazzjoni tiegħu annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

4.

Jieħu nota tad-dikjarazzjonijiet tal-Kummissjoni annessi ma' din ir-riżoluzzjoni;

5.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma, flimkien mal-President tal-Kunsill u l-President tal-Kummissjoni, id-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar l-iskrutinju baġitarju ta' proposti ġodda skont l-Artikolu 122 tat-TFUE b'implikazzjonijiet potenzjali apprezzabbli għall-baġit tal-Unjoni;

6.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1)  ĠU C 363, 28.10.2020, p. 179.

(2)  Testi adottati, P9_TA(2019)0032.

(3)  Testi adottati, P9_TA(2020)0206.


ANNESS 1: ABBOZZ TA' REGOLAMENT TAL-KUNSILL LI JISTABBILIXXI L-QAFAS FINANZJARJU PLURIENNALI GĦAS-SNIN 2021-2027

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE, Euratom) 2020/…

ta' …

li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 312 tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew (1),

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

Wara li kkonsulta lill-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxi f'konformità ma' proċedura leġiżlattiva speċjali,

Billi:

(1)

Meta titqies il-ħtieġa ta' livell adegwat ta' prevedibbiltà għat-tħejjija u l-implimentazzjoni ta' investimenti fuq terminu medju, it-tul tal-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) jenħtieġ li jiġi stabbilit għal seba' snin li jibdew fl-1 ta' Jannar 2021.

(2)

L-impatt ekonomiku tal-kriżi tal-COVID-19 jirrikjedi lill-Unjoni biex tipprovdi qafas finanzjarju fit-tul li jwitti t-triq għal tranżizzjoni ġusta u inklużiva lejn futur ekoloġiku u diġitali, li jappoġġa l-awtonomija strateġika aktar fit-tul tal-Unjoni u li jrendiha reżiljenti għal xokkijiet fil-futur.

(3)

Il-limiti massimi annwali għall-approprjazzjonijiet ta' impenn skont il-kategorija tan-nefqa u l-limiti massimi annwali għall-approprjazzjonijiet ta' pagament stabbiliti minn dan ir-Regolament iridu jirrispettaw il-limiti massimi applikabbli għall-impenji u r-riżorsi proprji, li huma stabbiliti f'konformità mad-deċiżjoni tal-Kunsill dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea fis-seħħ li ġiet adottata f'konformità mat-tielet paragrafu tal-Artikolu 311 tat-Trattat dwar il-Funzjaonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) (id-“Deċiżjoni dwar ir-Riżorsi Proprji”).

(4)

Fejn ikun neċessarju li jiġu mobbilizzati l-garanziji mogħtija skont il-baġit ġenerali tal-Unjoni għall-assistenza finanzjarja għall-Istati Membri awtorizzata f'konformità mal-Artikolu 220(1) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) (“ir-Regolament Finanzjarju”), l-ammont neċessarju jenħtieġ li jiġi mobbilizzat lil hinn mil-limiti massimi għall-approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament tal-QFP, filwaqt li jiġi rispettat il-limitu massimu tar-riżorsi proprji.

(5)

Il-QFP jenħtieġ li ma jqisx elementi tal-baġit iffinanzjati mid-dħul assenjat fis-sens tar-Regolament Finanzjarju.

(6)

Il-QFP jenħtieġ li jiġi stabbilit bil-prezzijiet tal-2018. Jenħtieġ li jiġu stabbiliti wkoll ir-regoli għall-aġġustamenti tekniċi annwali tal-QFP biex jiġu kkalkulati mill-ġdid il-limiti massimi u l-marġnijiet disponibbli.

(7)

Jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli għal sitwazzjonijiet oħra li jistgħu jitolbu aġġustament tal-QFP. Tali aġġustamenti jistgħu jkunu relatati mal-adozzjoni tard ta' regoli jew programmi ġodda b'ġestjoni kondiviża, ma' miżuri marbuta mal-governanza ekonomika tajba jew ma' miżuri adottati skont ir-Rgolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar reġim ġenerali ta' kondizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni. Jenħtieġ ukoll li jiġu stabbiliti regoli għal mekkaniżmu għal aġġustament speċifiku tal-programm.

(8)

Jenħtieġ li tiġi implimentata flessibbiltà speċifika u dik massima possibbli biex l-Unjoni tkun tista' tissodisfa l-obbligi tagħha f'konformità mal-Artikolu 323 TFUE.

(9)

L-istrumenti speċjali tematiċi li ġejjin huma meħtieġa biex jippermettu lill-Unjoni tirreaġixxi għal ċirkostanzi jew konsegwenzi speċifiċi mhux previsti u b'hekk il-proċedura baġitarja tkun tista' taħdem mingħajr diffikultà: il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, ir-Riżerva ta' Solidarjetà u Għajnuna ta' Emerġenza u r-Riżerva ta' Aġġustament għall-Brexit. Ir-Riżerva ta' Solidarjetà u Għajnuna ta' Emerġenza mhijiex immirata biex tindirizza l-konsegwenzi tal-kriżijiet relatati mas-suq li jaffettwaw il-produzzjoni jew id-distribuzzjoni agrikola.

(10)

L-istrumenti speċjali mhux tematiċi li ġejjin huma meħtieġa sabiex tkompli tissaħħaħ il-flessibbiltà: l-Istrument ta' Marġini Uniku u l-Istrument ta' Flessibbiltà. L-Istrument ta' Marġini Uniku jenħtieġ li jippermetti t-trasferiment ta' marġnijiet disponibbli taħt il-limiti massimi għal approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament rispettivament bejn is-snin finanzjarji u, fil-każ ta' approprjazzjonijiet ta' impenn, bejn l-intestaturi tal-QFP, mingħajr ma jinqabżu l-ammonti totali tal-limiti massimi tal-QFP għal approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament għall-perijodu sħiħ tal-QFP. L-Istrument ta' Flessibbiltà jenħtieġ li jippermetti l-finanzjament ta' nefqa speċifika mhux prevista għal sena finanzjarja partikolari.

(11)

Jenħtieġ li jkun hemm dispożizzjonijiet speċifiċi għall-possibbiltà li jiddaħħlu fil-baġit approprjazzjonijiet ta' impenn u approprjazzjonijiet ta' pagament li jikkorrispondu magħhom, lil hinn mil-limiti massimi stabbiliti fil-QFP, fejn ikun meħtieġ li jintużaw strumenti speċjali.

(12)

Jeħtieġ li tiġi stipulata reviżjoni tal-QFP f'każ ta' reviżjoni tat-Trattati b'implikazzjonijiet għall-baġit, jew tar-riunifikazzjoni ta' Ċipru jew tat-tkabbir tal-Unjoni, kif ukoll fid-dawl tal-implimentazzjoni tal-baġit.

(13)

Jista' jkun meħtieġ ukoll li dan ir-Regolament jiġi rivedut fil-każ ta' ċirkostanzi mhux previsti li ma jkunux jistgħu jiġu ttrattati fi ħdan il-limiti stabbiliti fil-QFP. Għalhekk, jeħtieġ li jkun hemm dispożizzjoni għar-reviżjoni tal-QFP f'każijiet bħal dawn.

(14)

Huma meħtieġa wkoll regoli speċifiċi sabiex jiġu ttrattati proġetti kbar li l-ħajja tagħhom tmur sostanzjalment lil hinn mill-perijodu stabbilit għall-QFP. Jeħtieġ li jiġu stabbiliti ammonti massimi għall-kontribuzzjonijiet mill-baġit ġenerali tal-Unjoni għal dawk il-proġetti biex b'hekk jiġi żgurat li ma jkollhom l-ebda impatt fuq proġetti oħra ffinanzjati minn dak il-baġit.

(15)

Jeħtieġ li jiġu stabbiliti regoli ġenerali dwar kooperazzjoni interistituzzjonali fil-proċedura baġitarja, filwaqt li jiġu rispettati s-setgħat baġitarji tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni ('l-istituzzjonijiet') kif stabbilit fit-Trattati kif ukoll ir-rekwiżiti ta' trasparenza.

(16)

Il-Kummissjoni jenħtieġ li tippreżenta proposta għall-qafas finanzjarju pluriennali l-ġdid qabel l-1 ta' Lulju 2025, sabiex l-istituzzjonijiet ikunu jistgħu jadottawha kmieni biżżejjed qabel jibda l-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss. F'konformità mal-Artikolu 312(4) TFUE, il-limiti massimi li jikkorrispondu mal-aħħar sena tal-QFP stabbilita f'dan ir-Regolament iridu jkomplu japplikaw fil-każ li qafas finanzjarju pluriennali ġdid ma jiġix adottat qabel tmiem it-terminu tal-QFP stabbilit f'dan ir-Regolament,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Kapitolu 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 1

Qafas finanzjarju pluriennali

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027 (QFP).

Artikolu 2

Konformità mal-limiti massimi tal-QFP

1.   Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni ('l-istituzzjonijiet') għandhom, waqt kull proċedura baġitarja u meta jiġi implimentat il-baġit għas-sena kkonċernata, jikkonformaw mal-limiti massimi tan-nefqa annwali stabbiliti fl-Anness I (“il-limiti massimi tal-QFP”).

Is-sublimitu għall-intestatura 3, kif stabbilit fl-Anness I, huwa stabbilit mingħajr preġudizzju għall-flessibbiltà bejn iż-żewġ pilastri tal-Politika Agrikola Komuni (PAK). Il-limitu massimu aġġustat li jiġi applikat għall-pilastru I tal-PAK wara t-trasferimenti bejn il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-pagamenti diretti għandu jiġi stabbilit fl-att legali rilevanti u l-QFP għandu jiġi aġġustat kif meħtieġ skont l-aġġustament tekniku previst fl-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament.

2.   Fejn ikun meħtieġ li jintużaw ir-riżorsi mill-istrumenti speċjali previsti fl-Artikoli 8, 9, 10 u 12, l-approprjazzjonijiet ta' impenn u approprjazzjonijiet ta' pagament li jikkorrispondu magħhom għandhom jiddaħħlu fil-baġit lil hinn mil-limiti massimi rilevanti tal-QFP.

Fejn ikun meħtieġ li jintużaw ir-riżorsi mill-Istrument ta' Marġini Uniku kif stabbilit fl-Artikolu 11, l-approprjazzjonijiet ta' impenn u approprjazzjonijiet ta' pagament li jikkorrispondu magħhom għandhom jiddaħħlu fil-baġit lil hinn mil-limiti massimi rilevanti tal-QFP għal sena partikolari.

3.   Fejn ikun meħtieġ li tiġi mobilizzata garanzija għall-assistenza finanzjarja lill-Istati Membri awtorizzata f'konformità mal-Artikolu 220(1) tar-Regolament Finanzjarju, l-ammont neċessarju għandu jiġi mobilizzat lil hinn mil-limiti massimi tal-QFP.

Artikolu 3

Rispett tal-limitu massimu tar-riżorsi proprji

1.   Għal kull waħda mis-snin koperti mill-QFP, l-approprjazzjonijiet totali ta' pagament meħtieġa, wara li jsir l-aġġustament annwali u wara li jitqiesu kwalunkwe aġġustament jew reviżjoni oħra, kif ukoll l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(2) u (3), ma għandhomx ikunu tali li jipproduċu rata ta' ġbir tar-riżorsi proprji li taqbeż il-limitu massimu tar-riżorsi proprji stabbilit fid-deċiżjoni tal-Kunsill dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea fis-seħħ li ġiet adottata f'konformità mat-tielet paragrafu tal-Artikolu 311 TFUE ('id-Deċiżjoni dwar ir-Riżorsi Proprji').

2.   Fejn ikun meħtieġ, il-limiti massimi tal-QFP għandhom jitbaxxew sabiex tiġi żgurata konformità mal-limitu massimu tar-riżorsi proprji stabbilit fid-Deċiżjoni dwar ir-Riżorsi Proprji.

Kapitolu 2

Aġġustamenti għall-QFP

Artikolu 4

Aġġustamenti tekniċi

1.   Kull sena l-Kummissjoni, qabel il-proċedura baġitarja għas-sena n+1, għandha tagħmel l-aġġustamenti tekniċi li ġejjin fil-QFP:

(a)

valutazzjoni mill-ġdid, skont il-prezzijiet tas-sena n+1, tal-limiti massimi u tal-figuri globali għall-approprjazzjonijiet ta' impenn kif ukoll għall-approprjazzjonijiet ta' pagament;

(b)

kalkolu tal-marġini disponibbli taħt il-limitu massimu tar-riżorsi proprji stabbilit fid-Deċiżjoni dwar ir-Riżorsi Proprji;

(c)

kalkolu tal-ammont ta' approprjazzjonijiet ta' impenn disponibbli taħt l-Istrument ta' Marġini Uniku kif imsemmi fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 11(1), kif ukoll tal-ammont massimu totali msemmi fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 11(2);

(d)

kalkolu tal-aġġustament tal-limitu massimu għall-approprjazzjonijiet ta' pagament taħt l-Istrument ta' Marġini Uniku kif imsemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 11(1), kif ukoll tal-ammont massimu msemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 11(2);

(e)

kalkolu tal-allokazzjonijiet addizzjonali għal programmi speċifiċi msemmija fl-Artikolu 5(1) u r-riżultat tal-aġġustament annwali msemmi fl-Artikolu 5(2).

2.   Il-Kummissjoni għandha tagħmel l-aġġustamenti tekniċi msemmija fil-paragrafu 1 fuq il-bażi ta' deflatur fiss ta' 2 % fis-sena.

3.   Il-Kummissjoni għandha tikkomunika lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill ir-riżultati tal-aġġustamenti tekniċi msemmija fil-paragrafu 1 u l-previżjonijiet ekonomiċi li fuqhom ikunu bbażati.

4.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 6 u 7, l-ebda aġġustament tekniku ieħor ma għandu jsir fir-rigward tas-sena inkwistjoni, la matul is-sena u lanqas bħala korrezzjonijiet ex post fis-snin sussegwenti.

Artikolu 5

Aġġustament speċifiku għall-programm

1.   Ammont ekwivalenti għad-dħul minn multi imposti skont ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (3) u (KE) Nru 139/2004 (4) mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni, li jiddaħħal fil-baġit tas-sena n-1 f'konformità mal-Artikolu 107 tar-Regolament Finanzjarju, wara li jitnaqqas l-ammont għas-sena n-1 imsemmi fl-Artikolu 141(1) tal-Ftehim dwar il-Ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq mill-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (5), għandu jkun disponibbli għal allokazzjoni addizzjonali ta':

(a)

approprjazzjonijiet ta' impenn għas-sena n+1, li jibdew għas-sena 2022 u li jintemmu fl-2027, għall-programmi elenkati fl-Anness II, f'konformità mal-perċentwali stabbiliti għal dawk il-programmi fil-kolonna “Koeffiċjent tal-allokazzjoni” tat-tabella fl-Anness II; u

(b)

approprjazzjonijiet ta' pagament għas-sena n+1, li jibdew għas-sena 2022 u li jintemmu fl-2027.

L-ammont totali ta' allokazzjonijiet addizzjonali għall-perijodu 2022 sa 2027 għal approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament rispettivament għandu jkun EUR 11 000 miljun (fi prezzijiet tal-2018). Għal kull sena mill-2022 sal-2026, l-ammont annwali ta' allokazzjonijiet addizzjonali għal approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament rispettivament għandu jkun mill-inqas EUR 1 500 miljun (fi prezzijiet tal-2018) u m'għandux jaqbeż l-EUR 2 000 miljun (fi prezzijiet tal-2018).

L-ammont totali ta' allokazzjonijiet addizzjonali għal approprjazzjonijiet ta' impenn għall-programmi fil-perijodu 2022 sa 2027 huwa stabbilit fil-kolonna “Allokazzjoni addizzjonali totali ta' approprjazzjonijiet ta' impenn taħt l-Artikolu 5” tat-tabella fl-Anness II.

2.   Il-limiti massimi għal approprjazzjonijiet ta' impenn tal-intestaturi rilevanti għas-sena n+1, li jibdew għas-sena 2022 u li jintemmu fl-2027, għandhom jiġu aġġustati 'l fuq bl-ammonti li jikkorrispondu mal-allokazzjonijiet addizzjonali stabbiliti fil-paragrafu 1, f'konformità mal-perċentwali stabbiliti għal dawk l-intestaturi fil-kolonna “Koeffiċjent tad-distribuzzjoni” tat-tabella fl-Anness II. Il-limitu massimu għal approprjazzjonijiet ta' pagament għas-sena n+1, li jibdew għas-sena 2022 u li jintemmu fl-2027, għandhom jiġu awtomatikament aġġustati 'l fuq bl-ammonti li jikkorrispondu mal-allokazzjonijiet addizzjonali stabbiliti fil-paragrafu 1.

Artikolu 6

Aġġustamenti relatati ma' miżuri marbuta mal-governanza ekonomika tajba jew ma' reġim ġenerali ta' kondizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni

1.   Fil-każ tat-tneħħija ta' sospensjoni ta' impenji baġitarji dwar fondi tal-Unjoni f'konformità mal-atti bażiċi rilevanti fil-kuntest ta' miżuri marbuta ma' governanza ekonomika tajba jew ma' miżuri adottati skont ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar reġim ġenerali ta' kondizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni, l-ammonti li jikkorrispondu mal-impenji sospiżi għandhom jiġu ttrasferiti għas-snin ta' wara u l-limiti massimi tal-QFP li jikkorrispondu magħhom għandhom jiġu aġġustati skont dan.

2.   Il-Kummissjoni għandha tikkomunika lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill ir-riżultat ta' kwalunkwe aġġustament tekniku skont il-paragrafu 1.

3.   L-impenji sospiżi tas-sena n ma jistgħux jiddaħħlu fil-baġit ġenerali tal-Unjoni lil hinn mis-sena n+2.

Artikolu 7

Aġġustament wara regoli jew programmi ġodda b'ġestjoni kondiviża

1.   Fil-każ tal-adozzjoni wara l-1 ta' Jannar 2021 ta' regoli jew programmi ġodda b'ġestjoni kondiviża għall-Fondi Strutturali, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd, il-Fond għall-Migrazzjoni u l-Ażil, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u tal-Viżi taħt il-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri, l-ammonti li jikkorrispondu għall-allokazzjonijiet mhux użati fl-2021 għandhom jiġu trasferiti fi proporzjonijiet indaqs għal kull sena mill-2022 sal-2025, u l-limiti massimi korrispondenti tal-QFP għandhom jiġu aġġustati skont dan.

2.   Il-Kummissjoni għandha tikkomunika lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill ir-riżultat ta' kwalunkwe aġġustament tekniku skont il-paragrafu 1.

Kapitolu 3

Strumenti speċjali

TAQSIMA 1

STRUMENTI SPEĊJALI TEMATIĊI

Artikolu 8

Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni

1.   Il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, li l-objettivi u l-kamp ta' applikazzjoni tiegħu huma stabbiliti fir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, ma għandux jaqbeż ammont annwali massimu ta' EUR 186 miljun (fi prezzijiet tal-2018).

2.   L-approprjazzjonijiet għall-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għandhom jiddaħħlu fil-baġit ġenerali tal-Unjoni bħala dispożizzjoni.

Artikolu 9

Riżerva ta' Solidarjetà u Għajnuna ta' Emerġenza

1.   Ir-Riżerva ta' Solidarjetà u Għajnuna ta' Emerġenza tista' tintuża biex jiġu ffinanzjati:

(a)

assistenza biex jingħata rispons għal sitwazzjonijiet ta' emerġenza li jirriżultaw minn diżastri kbar li huma koperti mill-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea, li l-objettivi u l-kamp ta' applikazzjoni tiegħu huma stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 (6); u

(b)

risponsi rapidi għal ħtiġijiet speċifiċi ta' emerġenza fl-Unjoni jew f'pajjiżi terzi wara avvenimenti li ma setgħux ikunu previsti meta ġie stabbilit il-baġit, b'mod partikolari għal operazzjonijiet ta' rispons u ta' appoġġ ta' emerġenza wara diżastri naturali mhux koperti mill-punt (a), diżastri kkawżati mill-bniedem, kriżijiet umanitarji f'każijiet ta' theddid għas-saħħa pubblika, theddid veterinarju jew theddid fitosanitarju fuq skala kbira, kif ukoll f'sitwazzjonijiet ta' pressjoni partikolari fil-fruntieri esterni tal-Unjoni li tirriżulta mill-flussi migratorji, fejn iċ-ċirkostanzi jkunu jitolbu dan.

2.   Ir-Riżerva ta' Solidarjetà u Għajnuna ta' Emerġenza ma għandhiex taqbeż ammont annwali massimu ta' EUR 1 200 miljun (fi prezzijiet tal-2018). Kwalunkwe porzjon tal-ammont annwali mhux użat fis-sena n jista' jintuża sas-sena n+1. Il-porzjon tal-ammont annwali li jirriżulta mis-sena preċedenti għandu jiddaħħal l-ewwel. Kwalunkwe porzjon tal-ammont annwali mis-sena n li ma jintużax fis-sena n+1 għandu jiskadi.

3.   L-approprjazzjonijiet għar-Riżerva ta' Solidarjetà u Għajnuna ta' Emerġenza għandhom jiddaħħlu fil-baġit ġenerali tal-Unjoni bħala dispożizzjoni.

4.   Fl-1 ta' Ottubru ta' kull sena, mill-inqas kwart mill-ammont annwali msemmi fil-paragrafu 2 għandu jibqa' disponibbli biex ikopri ħtiġijiet li jinqalgħu sa tmiem dik is-sena.

Mingħajr preġudizzju għall-ewwel subparagrafu, jistgħu jiġu mobilizzati l-perċentwali massimi li ġejjin tal-ammont ġenerali disponibbli sal-1 ta' Settembru ta' kull sena:

50 % għal assistenza skont il-punt (a) tal-paragrafu 1; l-ammont li jirriżulta minn dak il-kalkolu għandu jitnaqqas bi kwalunkwe ammont mobilizzat fis-sena preċedenti fl-applikazzjoni tal-paragrafu 5;

35 % għal assistenza lil pajjiżi terzi skont il-punt (b) tal-paragrafu 1;

15 % għal assistenza fl-Unjoni skont il-punt (b) tal-paragrafu 1.

Mingħajr preġudizzju għall-ewwel subparagrafu, mill-1 ta' Settembru ta' kull sena, il-parti li jifdal mill-ammont disponibbli tista' tintuża għal kwalunkwe assistenza msemmija fit-tieni subparagrafu biex jiġu koperti l-ħtiġijiet li jirriżultaw sa tmiem dik is-sena.

5.   F'każijiet eċċezzjonali u jekk ir-riżorsi finanzjarji li jifdal disponibbli fir-Riżerva ta' Solidarjetà u Għajnuna ta' Emerġenza ma jkunux biżżejjed sabiex ikopru l-ammonti meqjusa neċessarji għall-assistenza skont il-punt (a) tal-paragrafu 1 fis-sena meta jkun seħħ diżastru, kif imsemmi f'dak il-punt, il-Kummissjoni tista' tipproponi li d-differenza tiġi ffinanzjata permezz tal-ammonti annwali disponibbli għar-Riżerva ta' Solidarjetà u Għajnuna ta' Emerġenza fis-sena ta' wara, sa ammont massimu ta' EUR 400 miljun (fi prezzijiet tal-2018).

Artikolu 10

Riżerva ta' Aġġustament għall-Brexit

1.   Riżerva ta' Aġġustament għall-Brexit għandha tipprovdi assistenza biex jingħelbu konsegwenzi mhux previsti u avversi fl-Istati Membri u fis-setturi li huma l-aktar affettwati mill-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, soġġetta għall-kondizzjonijiet stabbiliti fl-istrument rilevanti u f'konformità magħhom.

2.   Ir-Riżerva ta' Aġġustament għall-Brexit ma għandhiex taqbeż ammont ta' EUR 5 000 miljun (fi prezzijiet tal-2018).

3.   L-approprjazzjonijiet għar-Riżerva ta' Aġġustament għall-Brexit għandhom jiddaħħlu fil-baġit ġenerali tal-Unjoni bħala dispożizzjoni.

TAQSIMA 2

STRUMENTI SPEĊJALI MHUX TEMATIĊI

Artikolu 11

Strument ta' Marġini Uniku

1.   L-Istrument ta' Marġini Uniku għandu jinkludi:

(a)

mill-2022, ammonti li jikkorrispondu għal marġnijiet li jkunu għadhom disponibbli taħt il-limiti massimi tal-QFP għall-approprjazzjonijiet ta' impenn tas-sena n-1, li għandhom isiru disponibbli lil hinn mil-limiti massimi tal-QFP għall-approprjazzjonijiet ta' impenn għas-snin 2022 sa 2027;

(b)

mill-2022, ammonti ekwivalenti għad-differenza bejn il-pagamenti mwettqa u l-limitu massimu tal-pagamenti tal-QFP tas-sena n-1 biex jiġi aġġustat 'il fuq il-limitu massimu tal-pagamenti għas-snin 2022 sa 2027; u

(c)

ammonti addizzjonali li jistgħu jsiru disponibbli lil hinn mil-limiti massimi tal-QFP f'sena partikolari għal approprjazzjonijiet ta' impenn jew ta' pagament, jew it-tnejn li huma, skont il-każ, dment li jiġu kkumpensati kollha mal-marġnijiet f'intestatura waħda jew aktar tal-QFP għas-sena finanzjarja attwali jew is-snin finanzjarji futuri fir-rigward tal-approprjazzjonijiet ta' impenn u jiġu kkumpensati kollha mal-marġnijiet taħt il-limitu massimu tal-pagamenti għas-snin finanzjarji futuri fir-rigward tal-approprjazzjonijiet ta' pagament.

L-ammonti jistgħu jiġu mobilizzati biss taħt il-punt (c) tal-ewwel subparagrafu jekk l-ammonti disponibbli skont il-punti (a) u (b) ta' dak is-subparagrafu, skont kif ikun applikabbli, ma jkunux suffiċjenti, u fi kwalunkwe każ bħala l-aħħar soluzzjoni bħala rispons għal ċirkostanzi mhux previsti.

Rikors għall-punt (c) tal-ewwel subparagrafu ma għandux jirriżulta f'sitwazzjoni fejn jinqabżu l-ammonti totali tal-limiti massimi tal-QFP għall-approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament għas-sena finanzjarja attwali u s-snin finanzjarji futuri. Għalhekk, kwalunkwe ammont ikkumpensat f'konformità ma' dak il-punt ma għandux jiġi mobbilizzat aktar fil-kuntest tal-QFP.

2.   Rikors għall-Istrument ta' Marġini Uniku skont il-punti (a) u (c) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 ma għandux jaqbeż, fi kwalunkwe sena partikolari, total ta':

(a)

0,04 % tad-dħul nazzjonali gross tal-Unjoni f'approprjazzjonijiet ta' impenn, kif ikkalkulat fl-aġġustament tekniku annwali tal-QFP imsemmi fl-Artikolu 4;

(b)

0,03 % tad-dħul nazzjonali gross tal-Unjoni f'approprjazzjonijiet ta' pagament, kif ikkalkulat fl-aġġustament tekniku annwali tal-QFP imsemmi fl-Artikolu 4.

Rikors għall-Istrument ta' Marġini Uniku fi kwalunkwe sena partikolari għandu jkun konsistenti mal-limiti massimi tar-riżorsi proprji stabbiliti fid-Deċiżjoni dwar ir-Riżorsi Proprji.

3.   L-aġġustamenti annwali msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 ma għandhomx jaqbżu l-ammonti massimi li ġejjin (prezzijiet tal-2018) għas-snin 2025 sa 2027 meta mqabbla mal-limitu massimu tal-pagament oriġinali tas-snin rilevanti:

2025 – EUR 8 000 miljun;

2026 – EUR 13 000 miljun;

2027 – EUR 15 000 miljun.

L-ammonti msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(2) għandhom ikunu flimkien mal-ammonti massimi msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu.

Kwalunkwe aġġustament 'il fuq għandu jiġi kkumpensat kollu bi tnaqqis korrispondenti tal-limitu massimu tal-pagamenti għas-sena n-1.

4.   L-ammonti msemmija fil-punti (a) u (c) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jistgħu jiġu mobilizzati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fil-qafas tal-proċedura baġitarja prevista fl-Artikolu 314 TFUE biex jippermettu l-finanzjament ta' nefqa li ma setgħetx tiġi ffinanzjata fil-limiti massimi rilevanti tal-QFP disponibbli f'sena partikolari.

L-aġġustament 'il fuq imsemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandu jitwettaq mill-Kummissjoni, li jibda fl-2022, bħala parti mill-aġġustament tekniku msemmi fl-Artikolu 4.

Artikolu 12

Strument ta' Flessibbiltà

1.   L-Istrument ta' Flessibbiltà jista' jintuża għall-finanzjament, għal sena finanzjarja partikolari, ta' nefqa speċifika mhux prevista f'approprjazzjonijiet ta' impenn u approprjazzjonijiet ta' pagament li jikkorrispondu magħhom li ma jistgħux jiġu ffinanzjati fil-limiti massimi disponibbli ta' intestatura waħda oħra jew aktar. Il-limitu massimu għall-ammont annwali disponibbli għall-Istrument ta' Flessibbiltà għandu jkun ta' EUR 915-il miljun (fi prezzijiet tal-2018).

2.   Il-porzjon li ma jintużax tal-ammont annwali tal-Istrument ta' Flessibbiltà jista' jiġi użat sas-sena n+2. Kwalunkwe porzjon tal-ammont annwali li jirriżulta mis-snin ta' qabel għandu jintuża l-ewwel, skont l-età tiegħu. Kwalnukwe porzjon tal-ammont annwali mis-sena n li ma jintużax sas-sena n+2 għandu jiskadi.

Kapitolu 4

Reviżjoni tal-QFP

Artikolu 13

Reviżjoni tal-QFP

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 3(2) u l-Artikoli 14 sa 17, f'każ ta' ċirkostanzi mhux previsti, il-QFP jista' jiġi rivedut f'konformità mal-limitu massimu tar-riżorsi proprji stabbilit fid-Deċiżjoni dwar ir-Riżorsi Proprji.

2.   Bħala regola ġenerali, kwalunkwe proposta għal reviżjoni tal-QFP f'konformità mal-paragrafu 1 għandha tiġi ppreżentata u adottata qabel il-bidu tal-proċedura baġitarja għas-sena jew l-ewwel sena tas-snin ikkonċernati.

3.   Kwalunkwe proposta għal reviżjoni tal-QFP f'konformità mal-paragrafu 1 għandha teżamina l-possibbiltà għar-riallokazzjoni tan-nefqa bejn il-programmi koperti mill-intestatura kkonċernata mir-reviżjoni, b'referenza partikolari għal kwalunkwe nuqqas ta' utilizzazzjoni mistennija tal-approprjazzjonijiet.

4.   Kwalunkwe reviżjoni tal-QFP f'konformità mal-paragrafu 1 għandha tqis il-possibbiltà ta' tpaċija għal kwalunkwe żieda fil-limitu massimu għal intestatura waħda permezz tat-tnaqqis tal-limitu massimu għal intestatura oħra.

5.   Kwalunkwe reviżjoni tal-QFP f'konformità mal-paragrafu 1 għandha żżomm relazzjoni xierqa bejn l-approprjazzjonijiet ta' impenn u l-approprjazzjonijiet ta' pagament.

Artikolu 14

Reviżjoni relatata mal-implimentazzjoni

Meta tinnotifika lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bir-riżultati tal-aġġustamenti tekniċi għall-QFP, il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, tippreżenta kwalunkwe proposta biex jiġu riveduti l-approprjazzjonijiet ta' pagament totali li din tkun tqis neċessarja, fid-dawl tal-implimentazzjoni, biex tiżgura ġestjoni tajba tal-limiti massimi tal-pagamenti annwali, u b'mod partikolari l-progress ordnat tagħhom fir-rigward tal-approprjazzjonijiet ta' impenn.

Artikolu 15

Reviżjoni fil-każ ta' reviżjoni tat-Trattati

Fil-każ ta' reviżjoni tat-Trattati b'implikazzjonijiet baġitarji, il-QFP għandu jiġi rivedut kif xieraq.

Artikolu 16

Reviżjoni fil-każ ta' tkabbir tal-Unjoni

Fil-każ ta' adeżjoni jew adeżjonijiet mal-Unjoni, il-QFP għandu jiġi rivedut biex jitqiesu l-ħtiġijiet tan-nefqa li jirriżultaw minn dan.

Artikolu 17

Reviżjoni fil-każ tar-riunifikazzjoni ta' Ċipru

Fil-każ tar-riunifikazzjoni ta' Ċipru, il-QFP għandu jiġi rivedut sabiex jitqies il-ftehim komprensiv dwar il-problema ta' Ċipru u l-ħtiġijiet finanzjarji addizzjonali li jirriżultaw mir-riunifikazzjoni.

Kapitolu 5

Kontribuzzjoni għall-finanzjament ta' proġetti fuq skala kbira

Artikolu 18

Kontribuzzjoni għall-finanzjament ta' proġetti fuq skala kbira

1.   Ammont massimu ta' EUR 13 202 miljun (fi prezzijiet tal-2018) għandu jkun disponibbli mill-baġit ġenerali tal-Unjoni għall-perjodu 2021 sal-2027 għal proġetti fuq skala kbira skont ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi il-Programm Spażjali tal-Unjoni u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Programm Spazjali.

2.   Ammont massimu ta' EUR 5 000 miljun (fi prezzijiet tal-2018) għandu jkun disponibbli mill-baġit ġenerali tal-Unjoni għall-perjodu 2021 sal-2027 għall-proġett tar-Reattur Termonukleari Sperimentali Internazzjonali (ITER).

Kapitolu 6

Kooperazzjoni interistituzzjonali fil-proċedura baġitarja

Artikolu 19

Kooperazzjoni interistituzzjonali fil-proċedura baġitarja

1.   L-Istituzzjonijiet għandhom jieħdu miżuri biex jiffaċilitaw il-proċedura baġitarja annwali.

2.   L-Istituzzjonijiet għandhom jikkooperaw b'rieda tajba matul il-proċedura bil-ħsieb li jirrikonċiljaw il-pożizzjonijiet tagħhom. L-Istituzzjonijiet għandhom, fl-istadji kollha tal-proċedura, jikkooperaw permezz ta' kuntatti interistituzzjonali xierqa sabiex isegwu l-progress tax-xogħol u janalizzaw il-grad ta' konverġenza.

3.   L-Istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li l-kalendarji tax-xogħol rispettivi tagħhom ikunu kkoordinati kemm jista' jkun sabiex il-proċedimenti jkunu jistgħu jitwettqu b'mod koerenti u konverġenti, u li jwasslu għall-adozzjoni finali tal-baġit ġenerali tal-Unjoni.

4.   Jistgħu jiġu organizzati trilogi f'kull stadju tal-proċedura u f'livelli differenti tar-rappreżentazzjoni, skont in-natura tad-diskussjonijiet mistennija. Kull istituzzjoni, f'konformità mar-regoli ta' proċedura tagħha stess, għandha tiddeżinja l-parteċipanti tagħha għal kull laqgħa, tistabbilixxi l-mandat tagħha għan-negozjati u tinforma lill-istituzzjonijiet l-oħra bl-arranġamenti għal-laqgħat fi żmien adegwat.

Artikolu 20

Unità tal-Baġit

In-nefqa kollha u d-dħul kollu tal-Unjoni u tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika għandhom jiġu inklużi fil-baġit ġenerali tal-Unjoni f'konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament Finanzjarju, inkluż in-nefqa li tirriżulta minn kwalunkwe deċiżjoni rilevanti meħuda b'mod unanimu mill-Kunsill wara li jikkonsulta lill-Parlament Ewropew, fil-qafas tal-Artikolu 332 TFUE.

Kapitolu 7

Dispożizzjonijiet finali

Artikolu 21

Tranżizzjoni lejn il-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss

Qabel l-1 ta' Lulju 2025, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta għal qafas finanzjarju pluriennali ġdid.

Artikolu 22

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2021.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Kunsill

Il-President

ANNESS I

IL-QAFAS FINANZJARJU PLURIENNALI (UE-27)

(EUR miljun – prezzijiet tal-2018)

Approprjazzjonijiet ta' impenn

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

Total 2021-2027

1.

Suq Uniku, Innovazzjoni u Diġitali

19 712

19 666

19 133

18 633

18 518

18 646

18 473

132 781

2.

Koeżjoni, Reżiljenza u Valuri

49 741

51 101

52 194

53 954

55 182

56 787

58 809

377 768

2a.

Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali

45 411

45 951

46 493

47 130

47 770

48 414

49 066

330 235

2b.

Reżiljenza u valuri

4 330

5 150

5 701

6 824

7 412

8 373

9 743

47 533

3.

Riżorsi naturali u Ambjent

55 242

52 214

51 489

50 617

49 719

48 932

48 161

356 374

li minnhom: Nefqa marbuta mas-suq u pagamenti diretti

38 564

38 115

37 604

36 983

36 373

35 772

35 183

258 594

4.

Migrazzjoni u Ġestjoni tal-Fruntieri

2 324

2 811

3 164

3 282

3 672

3 682

3 736

22 671

5.

Sigurtà u Difiża

1 700

1 725

1 737

1 754

1 928

2 078

2 263

13 185

6.

Il-Viċinat u d-Dinja

15 309

15 522

14 789

14 056

13 323

12 592

12 828

98 419

7.

Amministrazzjoni pubblika Ewropea

10 021

10 215

10 342

10 454

10 554

10 673

10 843

73 102

li minnhom: Nefqa amministrattiva tal-istituzzjonijiet

7 742

7 878

7 945

7 997

8 025

8 077

8 188

55 852

TOTAL TA' APPROPRJAZZJONIJIET TA' IMPENN

154 049

153 254

152 848

152 750

152 896

153 390

155 113

1 074 300

TOTAL TA' APPROPRJAZZJONIJIET TA' PAGAMENT

156 557

154 822

149 936

149 936

149 936

149 936

149 936

1 061 058

ANNESS II

AĠĠUSTAMENT SPEĊIFIKU GĦALL-PROGRAMM – LISTA TA' PROGRAMMI, KOEFFIĊJENT TAD-DISTRIBUZZJONI U ALLOKAZZJONI ADDIZZJONALI TOTALI TA' APPROPRJAZZJONIJIET TA' IMPENN

f'EUR miljuni, prezzijiet tal-2018

 

Koeffiċjent tad-distribuzzjoni

Allokazzjoni addizzjonali totali ta' approprjazzjonijiet ta' impenn skont l-Artikolu 5

1.

Suq Uniku, Innovazzjoni u Diġitali

36,36  %

4 000

Orizzont Ewropa

27,27  %

3 000

Fond InvestEU

9,09  %

1 000

2b.

Reżiljenza u Valuri

54,55  %

6 000

Programm l-UE għas-Saħħa

26,37  %

2 900

Erasmus+

15,46  %

1 700

Ewropa Kreattiva

5,45  %

600

Drittijiet u Valuri

7,27  %

800

4.

Migrazzjoni u Ġestjoni tal-Fruntieri

9,09  %

1 000

Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri

9,09  %

1 000

TOTAL

100,00  %

11 000


(1)  L-approvazzjoni ta' … (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġunrnal Uffiċjali).

(2)  Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta' Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1).

(4)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 ta' l-20 ta' Jannar 2004 dwar il-kontroll ta' konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet) (ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1).

(5)  ĠU L 29, 31.1.2020, p. 7.

(6)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta' Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 311, 14.11.2002, p. 3).


ANNESS 2: DIKJARAZZJONIJIET

1.    Pakketti ta' programmi prijoritarji, spejjeż ta' NGEU u flessibbiltà

Dikjarazzjoni konġunta mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar it-tisħiħ ta' programmi speċifiċi u l-adattament ta' atti bażiċi

Mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-awtorità leġiżlattiva u baġitarja, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jaqblu li jżidu b'EUR 2,5 biljun fi prezzijiet tal-2018 il-pakketti finanzjarji fl-atti bażiċi jew l-ipprogrammar finanzjarju, kif xieraq, ta' dawk il-programmi li huma identifikati mill-Parlament Ewropew. Dan ser jinkiseb permezz ta' tnaqqis korrispondenti tal-marġini disponibbli taħt il-limiti massimi tal-QFP, mingħajr preġudizzju għall-użu possibbli tal-Istrument ta' Flessibbiltà fl-2021.

Mingħajr preġudizzju għas-setgħat leġiżlattivi tal-istituzzjonijiet, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jaqblu li fl-atti bażiċi tal-programmi elenkati fl-Anness II tar-Regolament QFP tiddaħħal dispożizzjoni dwar iż-żieda tal-pakketti finanzjarji bl-ammonti speċifikati fihom. Għall-programmi li jistabbilixxu garanziji baġitarji, l-ammont addizzjonali ser ikun rifless fil-livell addizzjonali tal-garanziji pprovduti.

Dikjarazzjoni mill-Parlament Ewropew dwar it-tisħiħ ta' programmi speċifiċi minn marġini mhux allokati

L-ammont ta' EUR 2,5 biljun fi prezzijiet tal-2018 imsemmi fid-dikjarazzjoni konġunta mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar it-tisħiħ ta' programmi speċifiċi u l-adattament ta' atti bażiċi ser jiġi allokat kif ġej:

Orizzont Ewropa: EUR +0,5 biljun

Erasmus+: + EUR 0,5 biljun, li minnhom EUR 165 miljun fl-2021

EU4Health: + EUR 0,5 biljun, li minnhom EUR 70 miljun fl-2021

Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta: EUR +0,5 biljun

Għajnuna Umanitarja: EUR +0,5 biljun

Dikjarazzjoni konġunta mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar l-użu ta' rimborżi mill-Faċilità ta' Investiment tal-AKP għall-benefiċċju tal-Istrument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali

Il-Kunsill jaqbel li ammont ta' mhux aktar minn EUR 1 biljun (fi prezzijiet tal-2018) li ġej minn fondi minn operazzjonijiet preċedenti taħt il-Faċilità ta' Investiment tal-AKP għal operazzjonijiet taħt id-9, l-10, u l-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp ser jintuża għall-benefiċċju tal-Istrument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali fil-perijodu 2021-2027. It-tliet Istituzzjonijiet jaqblu li l-Istrument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali għandu jippermetti t-teħid ta' dawk il-fondi.

Dikjarazzjoni konġunta mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar l-użu mill-ġdid ta' fondi diżimpenjati fir-rigward tal-programm ta' riċerka

Mingħajr preġudizzju għall-prerogattivi istituzzjonali tagħhom, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jaqblu li jerġgħu jagħmlu disponibbli għall-benefiċċju tal-programm ta' riċerka approprjazzjonijiet ta' impenn, li jikkorrispondu għall-ammont sa EUR 0,5 biljun (fi prezzijiet tal-2018) fil-perijodu 2021-2027 ta' diżimpenji, li jirriżulta minn nuqqas ta' implimentazzjoni totali jew parzjali ta' proġetti li jappartjenu għal dak il-programm jew il-predeċessur tiegħu kif previst fl-Artikolu 15(3) tar-Regolament Finanzjarju.

Dikjarazzjoni konġunta mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar it-trattament tal-ispejjeż tal-imgħax u r-ripagamenti ta' NGEU fil-QFP 2021-2027

It-tliet Istituzzjonijiet jaqblu li l-infiq li jkopri l-ispejjeż ta' finanzjament ta' Next Generation EU għandu jkollu l-għan li ma jnaqqasx il-programmi u l-fondi tal-UE.

It-tliet Istituzzjonijiet jaqblu li t-trattament tal-ispejjeż tal-imgħax u r-ripagamenti ta' NGEU fil-QFP 2021-2027, attwalment previst bħala ta' EUR 12,9 biljun għas-seba' snin, huwa mingħajr preġudizzju għal kif din il-kwistjoni ser tiġi indirizzata fl-oqfsa finanzjarji pluriennali futuri mill-2028 'il quddiem.

It-tliet Istituzzjonijiet jaqblu li jaħdmu biex jintroduċu biżżejjed riżorsi proprji ġodda bil-ħsieb li jkopru ammont li jikkorrispondi għan-nefqa mistennija relatata mal-ħlas lura u l-ispejjeż tar-ripagamenti u l-imgħax.

2.    Riżorsi proprji

Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-istabbiliment ta' Riżorsa Proprja bbażata fuq imposta diġitali

Filwaqt li tqis l-iżviluppi fil-livell internazzjonali, il-Kummissjoni ser tħaffef il-ħidma tagħha fuq it-tressiq tal-proposti neċessarji għall-istabbiliment ta' imposta diġitali fl-Unjoni u ser tagħmel proposta għal att bażiku mill-aktar fis possibbli u mhux aktar tard minn Ġunju 2021. Fuq din il-bażi, hija ser tipproponi li d-dħul li jirriżulta mill-imposta diġitali isir riżorsa proprja sa Jannar 2023.

Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-istabbiliment ta' Riżorsa Proprja bbażata fuq it-Taxxa fuq it-Tranżazzjonijiet Finanzjarji

Għaddejjin diskussjonijiet dwar it-Taxxa fuq it-Tranżazzjonijiet Finanzjarji taħt kooperazzjoni msaħħa bil-ħsieb li jiġu ffinalizzati sa tmiem l-2022. Jekk ikun hemm qbil dwar din it-Taxxa fuq it-Tranżazzjonijiet Finanzjarji, il-Kummissjoni ser tagħmel proposta sabiex dħul minn din it-Taxxa fuq it-Tranżazzjonijiet Finanzjarji jiġi trasferit għall-baġit tal-UE bħala riżorsa proprja.

Jekk ma jintlaħaq l-ebda qbil sa tmiem l-2022, il-Kummissjoni, abbażi tal-valutazzjonijiet tal-impatt, ser tipproponi riżorsa proprja ġdida, ibbażata fuq Taxxa fuq it-Tranżazzjonijiet Finanzjarji ġdida. Il-Kummissjoni għandha tagħmel ħilitha biex tagħmel dawn il-proposti sa Ġunju 2024 bil-ħsieb tal-introduzzjoni tagħhom sal-1 ta' Jannar 2026.

3.    Ir-rwol tal-awtorità baġitarja

Dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar l-iskrutinju baġitarju ta' proposti ġodda bbażati fuq l-Artikolu 122 TFUE b'implikazzjonijiet potenzjali apprezzabbli għall-baġit tal-Unjoni


Billi:

(1)

Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni (“it-tliet Istituzzjonijiet”) jirrikonoxxu li l-Artikolu 122 TFUE jikkostitwixxi bażi legali għall-adozzjoni ta' miżuri biex jiġu indirizzati sitwazzjonijiet ta' kriżi speċifiċi li jistgħu jinvolvu implikazzjonijiet baġitarji potenzjali, li jistgħu jħallu impatt fuq l-iżvilupp tan-nefqa tal-Unjoni fil-limiti tar-riżorsi proprji tagħha.

(2)

Fid-dawl tas-setgħat baġitarji tagħhom skont it-Trattati, huwa xieraq li ż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja jiddeliberaw dwar l-implikazzjonijiet baġitarji ta' tali atti previsti fejn dawk l-implikazzjonijiet x'aktarx ikunu apprezzabbli. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni jenħtieġ tipprovdi l-informazzjoni rilevanti kollha meħtieġa biex tassisti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fid-deliberazzjonijiet tagħhom.

FTIEHMU KIF ĠEJ:

1.

Din id-dikjarazzjoni tistabbilixxi arranġamenti għal proċedura ta' skrutinju baġitarju (minn hawn 'il quddiem “il-proċedura”) bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill bl-assistenza attiva tal-Kummissjoni.

2.

Din il-proċedura tista' tiġi segwita fir-rigward ta' proposta tal-Kummissjoni għal att tal-Kunsill abbażi tal-Artikolu 122 TFUE b'implikazzjonijiet potenzjali apprezzabbli għall-baġit tal-Unjoni.

3.

Il-Kummissjoni ser takkumpanja kwalunkwe proposta bħal din b'valutazzjoni tal-implikazzjonijiet baġitarji tal-att legali propost u ser tindika jekk l-att inkwistjoni jistax, fil-fehma tagħha, ikollu implikazzjonijiet apprezzabbli għall-baġit tal-Unjoni. Abbażi ta' dan, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu jitolbu li tinbeda l-proċedura.

4.

Il-proċedura ser issir f'Kumitat Konġunt magħmul minn rappreżentanti tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fil-livell xieraq. Il-Kummissjoni ser tipparteċipa fil-ħidma tal-Kumitat Konġunt.

5.

Mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Kunsill skont l-Artikolu 122 TFUE, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ser jimpenjaw ruħhom fi djalogu kostruttiv bil-ħsieb li jfittxu fehim konġunt tal-implikazzjonijiet baġitarji tal-att legali previst b'konsiderazzjoni xierqa tal-urġenza tal-kwistjoni.

6.

Il-proċedura għandha ssir matul perijodu ta' mhux aktar minn xahrejn, sakemm l-att inkwistjoni ma jkunx irid jiġi adottat qabel data speċifika jew, jekk l-urġenza tal-kwistjoni hekk teħtieġ, f'limitu ta' żmien iqsar stabbilit mill-Kunsill.

Dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar il-valutazzjoni mill-ġdid tad-dispożizzjonijiet dwar id-dħul assenjat estern u l-għoti u t-teħid b'self fir-Regolament Finanzjarju

Fl-isfond tal-NGUE, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jaqblu li fil-qafas tar-reviżjoni li jmiss tar-Regolament Finanzjarju, il-kwistjonijiet li ġejjin ser jiġu vvalutati u riveduti kif xieraq:

id-dispożizzjonijiet dwar id-dħul assenjat estern, b'mod partikolari kif imsemmi fl-Artikolu 21(5) tar-Regolament Finanzjarju;

id-dispożizzjonijiet dwar ir-rappurtar dwar operazzjonijiet ta' teħid u għoti b'self.

It-tliet istituzzjonijiet jirrikonoxxu li r-regoli eżistenti dwar l-awditjar u l-proċedura ta' kwittanza japplikaw għad-dħul assenjat.

4.    Kwistjonijiet orizzontali – Klima, bijodiversità, ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa u għanijiet ta' żvilupp sostenibbli

Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-metodoloġija għall-monitoraġġ fil-qasam tal-azzjoni dwar il-klima u l-involviment tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

Il-Kummissjoni ser tiżgura li l-metodoloġija għall-monitoraġġ fil-qasam tal-azzjoni dwar il-klima klimatiku tkun aċċessibbli, trasparenti u disponibbli għall-pubbliku. Il-Kummissjoni ser taqsam fehmiet dwar il-metodoloġija għall-monitoraġġ fil-qasam tal-azzjoni dwar il-klima mal-Parlament Ewropew u mal-Kunsill. It-trasparenza u l-iskambju ta' informazzjoni mal-Parlament u mal-Kunsill fir-rigward tal-progress lejn il-kisba tal-objettivi klimatiċi ser ikunu prinċipju ewlieni tal-monitoraġġ fil-qasam tal-azzjoni dwar il-klima.

Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-kontribuzzjonijiet għall-klima għal kull programm

Mingħajr preġudizzju għas-setgħat leġiżlattivi tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-atti bażiċi settorjali rilevanti, il-kontribuzzjonijiet għall-klima għall-2021-2027 bil-ħsieb li tintlaħaq mira ġenerali ta' mill-inqas 30 % tal-ammont totali tan-nefqiet tal-baġit tal-Unjoni u ta' NGUE, huma indikati għall-programmi u l-Fondi rilevanti kif ġej:

Programmi

Kontribuzzjoni minima mistennija

Orizzont Ewropa

35 %

ITER

100 %

Fond InvestEU

30 %

Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa

60 %

FEŻR

30 %

Fond ta' Koeżjoni

37 %

REACT EU

25 %

Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza

37 %

PAK 2021 – 2022

26 %

PAK 2023 – 2027

40 %

FEMS

30 %

LIFE

61 %

Fond għal Tranżizzjoni Ġusta

100 %

NDICI

25 %

PTEE

25 %

Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni

16 %

Il-Kummissjoni ser tuża dawn il-kontribuzzjonijiet għall-klima bħala punt ta' referenza biex tivvaluta d-devjazzjonijiet u biex tipproponi miżuri f'każ ta' progress insuffiċjenti.

Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-metodoloġija għall-monitoraġġ tal-bijodiversità u l-involviment tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

Il-Kummissjoni ser tiżgura li l-metodoloġija għall-monitoraġġ tal-bijodiversità tkun aċċessibbli, trasparenti u disponibbli għall-pubbliku. Wara t-tlestija ta' studju dwar il-metodoloġija mniedi dan l-aħħar mill-Kummissjoni, il-Kummissjoni ser taqsam fehmiet dwar il-metodoloġija mal-Parlament Ewropew u mal-Kunsill. It-trasparenza u l-iskambju ta' informazzjoni mal-Parlament u mal-Kunsill fir-rigward tal-progress lejn il-kisba tal-objettivi marbutin mal-bijodiversità ser ikunu prinċipju ewlieni tal-monitoraġġ.

5.    Dikjarazzjonijiet oħrajn

Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar rieżami / reviżjoni ta' nofs it-terminu

Sal-1 ta' Jannar 2024, il-Kummissjoni ser tippreżenta rieżami tal-funzjonament tal-QFP.

Ir-rieżami jista', kif xieraq, ikun akkumpanjat minn proposti rilevanti għar-reviżjoni tar-Regolament dwar il-QFP f'konformità mal-proċeduri stipulati fit-TFUE.


Il-Ħamis 17 ta’ Diċembru 2020

29.10.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 445/256


P9_TA(2020)0363

Kooperazzjoni tal-OLAF mal-EPPO u l-effettività tal-investigazzjonijiet tiegħu ***II

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Diċembru 2020 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013, fir-rigward tal-kooperazzjoni mal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew u l-effettività tal-investigazzjonijiet tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (10008/1/2020 – C9-0393/2020 – 2018/0170(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)

(2021/C 445/44)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (10008/1/2020 – C9-0393/2020),

wara li kkunsidra l-opinjoni Nru 8/2018 tal-Qorti tal-Awdituri (1),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni (COM(2020)0805),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari (2) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2018)0338),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli skont l-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 67 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0263/2020),

1.

Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari;

2.

Jinnota li l-att qed jiġi adottat f'konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma l-att, flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu biex jiffirma l-att, wara li jkun ġie vverifikat li l-proċeduri kollha ntemmu kif imiss, u biex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-att f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

5.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1)  ĠU C 42, 1.2.2019, p. 1.

(2)  Testi adottati tas-16.4.2019, P8_TA(2019)0383.


29.10.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 445/257


P9_TA(2020)0364

Ir-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni ***I

Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fis-17 ta’ Diċembru 2020 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 182/2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (COM(2017)0085 – C8-0034/2017 – 2017/0035(COD)) (1)

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2021/C 445/45)

Emenda 1

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)

Is-sistema stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 182/2011, b'mod globali, uriet li taħdem sew fil-prattika u  sabet bilanċ istituzzjonali xieraq fir-rigward tar-rwoli tal-Kummissjoni u l-atturi l-oħra involuti. Din is-sistema għandha għalhekk tkompli taħdem bl-istess mod ħlief għal ċerti emendi mmirati li jikkonċernaw l-aspetti speċifiċi tal-proċedura fil-livell tal-kumitat ta' appell. Dawn l-emendi huma maħsuba sabiex jassiguraw ir-responsabbiltà politika responsabbiltà ta' atti ta' implimentazzjoni politikament sensittivi mingħajr, madankollu, ma jimmodifikaw ir-responsabbiltajiet legali u istituzzjonali għal atti ta' implimentazzjoni kif organizzati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011.

(2)

Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011, b'mod globali, wera li jaħdem b'mod effiċjenti fil-prattika u  sab bilanċ istituzzjonali xieraq fir-rigward tar-rwoli tal-Kummissjoni u l-atturi l-oħra involuti. L-elementi ewlenin tas-sistema jistgħu għalhekk ikomplu jaħdmu bl-istess mod . Madankollu, il-livell tal-valur miżjud provdut mir-Regolament (UE) Nru 182/2011 fir-rigward ta' proċess deċiżjonali xieraq ma kienx kompletament sodisfaċenti. Jidher, għalhekk, li ċerti emendi mmirati li jikkonċernaw aspetti speċifiċi tal-proċedura fil-livell tal-kumitat ta' appell huma neċessarji . Dawn l-emendi huma maħsuba sabiex jiżguraw żieda fir-responsabbiltà s-sjieda politika ta' atti ta' implimentazzjoni politikament sensittivi mingħajr, madankollu, ma jimmodifikaw ir-responsabbiltajiet legali u istituzzjonali għal atti ta' implimentazzjoni previsti mir-Regolament (UE) Nru 182/2011. Objettiv addizzjonali ta' dan l-att emendatorju huwa t-titjib tal-għarfien taċ-ċittadini tal-Unjoni dwar il-proċeduri relatati ma' atti ta' implimentazzjoni. Sabiex tiżdied il-fiduċja fl-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni, huwa essenzjali mhux biss li ċ-ċittadini tal-Unjoni jiġu infurmati dwar it-teħid ta' deċiżjonijiet iżda wkoll li jiġu spjegati r-raġunijiet għad-deċiżjonijiet ta' dawk l-istituzzjonijiet u l-korpi.

Emenda 2

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)

F'għadd ta' każijiet speċifiċi, ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 jipprovdi għal riferiment lill-kumitat ta' appell. Fil-prattika, il-kumitat ta' appell ġie maqbud f'każijiet fejn l-ebda maġġoranza kwalifikata, la favur u lanqas kontra, ma ntlaħqet fil-kumitat fil-kuntest tal-proċedura ta' eżami u għalhekk ma ngħatat l-ebda opinjoni. Fil-maġġoranza tal-każijiet, dan seħħ fir-rigward ta' organiżmi ġenetikament modifikati u ikel u għalf ġenetikament modifikati u prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti.

(3)

F'għadd ta' każijiet speċifiċi, ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 jipprovdi għal riferiment lill-kumitat ta' appell. Fil-prattika, partikolarment b'rabta mal-organiżmi ġenetikament modifikati, l-ikel u l-għalf ġenetikament modifikati u prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, il-kumitat ta' appell ġie adit f'każijiet fejn l-ebda maġġoranza kwalifikata, la favur u lanqas kontra, ma ntlaħqet fil-kumitat fil-kuntest tal-proċedura ta' eżami u għalhekk ma ngħatat l-ebda opinjoni.

Emenda 3

Proposta għal regolament

Premessa 3a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a)

Konsegwentement, numru limitat ħafna kienu suġġetti għal riferiment lill-kumitat ta' appell kif previst fir-Regolament (UE) Nru 182/2011 u huma għalhekk ikkonċernati minn dan l-att emendatorju.

Emenda 4

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)

L-esperjenza wriet li, fil-parti l-kbira tal-każijiet, il-kumitat ta' appell jirrepeti l-eżitu tal-kumitat ta' eżami u  jirriżulta fl-ebda opinjoni. Għalhekk, il-kumitat ta' appell ma għenx biex jipprovdu ċarezza dwar il-pożizzjonijiet tal-Istati Membri.

(4)

L-esperjenza wriet li, fil-parti l-kbira tal-każijiet, il-kumitat ta' appell jirrepeti l-eżitu tal-kumitat ta' eżami u  għalhekk ma tiġi espressa l-ebda opinjoni. Għalhekk, il-kumitat ta' appell ma għenx biex jipprovdu ċarezza dwar il-pożizzjonijiet tal-Istati Membri , jew biex jirrimedja n-nuqqas ta' opinjonijiet fil-proċedura ta' eżami. Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 jistipula li l-Kummissjoni tista', f'każijiet bħal dawn, tadotta l-abbozz ta' att ta' implimentazzjoni, u b'hekk il-Kummissjoni tkun tista' tiddetermina għan-nom tal-Istati Membri l-bżonn li tiġi żgurata l-implimentazzjoni effikaċi tal-leġiżlazzjoni u l-mod kif tiġi żgurata .

Emenda 5

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)

Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 jistipula li l-Kummissjoni tista', f'każijiet bħal dawn, tadotta l-abbozz tal-att ta' implimentazzjoni, u b'hekk il-Kummissjoni tingħata setgħa diskrezzjonali.

imħassar

Emenda 6

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)

Din id-diskrezzjoni, madankollu, titnaqqas b'mod sinifikanti f'każijiet li jirrigwardaw l-awtorizzazzjoni ta' prodotti jew sustanzi, bħal fil-qasam ta' ikel u għalf ġenetikament modifikati, billi l-Kummissjoni hija obbligata li tadotta deċiżjoni fi żmien raġonevoli u ma tistax tastjeni milli tieħu deċiżjoni.

(6)

Din id-diskrezzjoni, madankollu, titnaqqas b'mod sinifikanti f'każijiet li jirrigwardaw l-awtorizzazzjoni ta' prodotti jew sustanzi, bħal fil-qasam ta' ikel u għalf ġenetikament modifikati, billi l-Kummissjoni hija obbligata li tadotta deċiżjoni fi żmien raġonevoli u ma tistax tastjeni milli tieħu deċiżjoni. F'dan ir-rigward, l-Ombudsman Ewropew indikat fid-deċiżjoni tagħha fil-każ 1582/2014, li l-Kummissjoni jeħtiġilha tirrispetta d-dispożizzjonijiet legali fis-seħħ dwar l-iskadenzi stabbiliti għall-awtorizzazzjoni ta' organiżmi ġenetikament modifikati.

Emenda 7

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)

Filwaqt li f'dawn il-każijiet il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tiddeċiedi, minħabba s-sensittività partikolari tal-kwistjonijiet ikkonċernati, jenħtieġ li l-Istati Membri jassumu ħafna r-responsabbiltà tagħhom b'mod sħiħ fil-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet. Madankollu, dan ma huwiex il-każ meta l-Istati Membri ma jkunux f'pożizzjoni li jilħqu maġġoranza kwalifikata , minħabba, fost l-oħrajn, għadd sinifikanti ta' astensjonijiet jew nuqqas ta' dehriet fil-mument tal-vot .

(7)

Filwaqt li l-Kummissjoni għandha l-kompetenza li tiddeċiedi f'tali każijiet , minħabba s-sensittività partikolari tal-kwistjonijiet ikkonċernati, jenħtieġ li l-Istati Membri wkoll jassumu responsabbiltà akbar fil-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet. Meta l-att bażiku jkun jikkonċerna l-protezzjoni tas-saħħa jew is-sikurezza tal-bnedmin, tal-annimali jew tal-pjanti, u l-Istati Membri ma jkunux f'pożizzjoni li jilħqu maġġoranza kwalifikata favur l-abbozz ta' att ta' implimentazzjoni li jipprevedi l-għoti ta' awtorizzazzjoni għal prodott jew sustanza, jenħtieġ li dik l-awtorizzazzjoni titqies bħala irrifjutata .

Emenda 8

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)

Sabiex jiżdied il-valur miżjud tal-kumitat ta' appell, ir-rwol tiegħu għalhekk għandu jkun imsaħħaħ billi tkun provduta l-possibbiltà ta' laqgħa ulterjuri tal-kumitat ta' appell kull meta ma tkun ingħatat l-ebda opinjoni. Il-livell xieraq ta' rappreżentazzjoni waqt il-laqgħa ulterjuri tal-kumitat ta' appell għandu jkun ta' livell ministerjali, biex tkun żgurata diskussjoni politika. Biex tkun possibbli l-organizzazzjoni ta' laqgħa ulterjuri bħal din, il-perjodu ta' żmien biex il-kumitat ta' appell jagħti opinjoni jenħtieġ li jiġi estiż.

(8)

Sabiex jiżdied il-valur miżjud tal-kumitat ta' appell, ir-rwol tiegħu għalhekk jenħtieġ li jkun imsaħħaħ billi tkun provduta l-possibbiltà ta' laqgħa ulterjuri tal-kumitat ta' appell kull meta ma tkun ingħatat l-ebda opinjoni. Il-livell xieraq ta' rappreżentazzjoni waqt il-laqgħa ulterjuri tal-kumitat ta' appell jenħtieġ li jkun ta' livell politiku għoli biżżejjed, bħalma hu l-livell ministerjali, biex tkun żgurata diskussjoni politika. Biex tkun possibbli l-organizzazzjoni ta' laqgħa ulterjuri bħal din, il-perjodu ta' żmien biex il-kumitat ta' appell jagħti opinjoni jenħtieġ li jiġi estiż. Madankollu, tali estensjoni jenħtieġ li tingħata għal perjodu qasir biss.

Emenda 9

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)

Il-Kummissjoni jenħtieġ li jkollha l-possibbiltà, f'każijiet speċifiċi, li titlob lill-Kunsill biex jindika l-opinjonijiet u l-orjentazzjoni tiegħu fuq l-implikazzjonijiet usa' ta' nuqqas ta' opinjoni, inklużi l-implikazzjonijiet istituzzjonali, legali, politiċi u internazzjonali. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tqis kwalunkwe pożizzjoni espressa mill-Kunsill fi żmien 3 xhur wara r-riferiment. F'każijiet debitament ġustifikati, il-Kummissjoni tista' tindika skadenza iqsar fir-riferiment.

(10)

Il-Kummissjoni jenħtieġ li jkollha l-possibbiltà, f'każijiet speċifiċi, li titlob lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex jindikaw l-pożizzjonijiet u l-orjentazzjoni tagħhom fuq l-implikazzjonijiet usa' tan-nuqqas ta' opinjoni, inklużi l-implikazzjonijiet istituzzjonali, legali, ekonomiċi, politiċi u internazzjonali. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tqis kwalunkwe pożizzjoni espressa mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fi żmien 3 xhur wara r-riferiment. F'każijiet debitament ġustifikati, għal raġunijiet ta' urġenza, il-Kummissjoni tista' tindika skadenza iqsar fir-riferiment. Il-pożizzjonijiet espressi mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill jenħtieġ li jintbagħtu wkoll lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, u lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill kif xieraq, mingħajr dewmien żejjed.

Emenda 10

Proposta għal regolament

Premessa 10a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10a)

Meta jidher li se jkun diffiċli li jinkisbu opinjonijiet pożittivi mill-Istati Membri fuq diversi abbozzi ta' atti ta' implimentazzjoni simili, jenħtieġ li jiġi kkunsidrat rieżami tas-setgħat ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni fl-atti bażiċi rilevanti.

Emenda 11

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)

It-trasparenza dwar il-voti tar-rappreżentanti tal-Istati Membri fil-livell tal-kumitat ta' appell jenħtieġ li tiżdied u l-voti tar-rappreżentanti tal-Istati Membri individwali jenħtieġu jsiru pubbliċi.

(11)

It-trasparenza dwar il-voti tar-rappreżentanti tal-Istati Membri matul l-istadji kollha tal-proċeduri konsultattivi u ta' eżami jenħtieġ li tiżdied u l-voti tar-rappreżentanti tal-Istati Membri individwali jenħtieġu jsiru pubbliċi. Meta l-att jikkonċerna oqsma partikolarment sensittivi, bħall-protezzjoni tal-konsumaturi, is-saħħa jew is-sikurezza tal-bnedmin, l-annimali jew il-pjanti, jew il-protezzjoni tal-ambjent, jenħtieġ li kull rappreżentant tal-Istati Membri jagħti raġunijiet dettaljati speċifiċi għall-każ għall-voti u l-astensjonijiet. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tipprovdi wkoll informazzjoni dwar il-kompożizzjoni tal-kumitati, inklużi l-persuni preżenti u l-awtoritajiet u l-organizzazzjonijiet li għalihom jappartjenu dawk il-persuni, kif ukoll l-aġendi tal-laqgħat u d-dokumenti u l-abbozzi tat-testi li jkunu qed jiġu diskussi.

Emenda 12

Proposta għal regolament

Premessa 11a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11a)

Sabiex jissaħħu l-għarfien u l-fehim taċ-ċittadini tal-Unjoni dwar il-proċedura u tissaħħaħ il-viżibbiltà tagħha, jenħtieġ li jingħataw raġunijiet minn kull rappreżentant ta' Stat Membru għall-vot jew l-astensjoni tiegħu jew tagħha jew għal kwalunkwe assenza ta' dak ir-rappreżentant.

Emenda 13

Proposta għal regolament

Premessa 11b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11b)

Jenħtieġ li l-aċċessibbiltà tar-reġistru tiżdied aktar u jenħtieġ li jsiru bidliet fil-kontenut tiegħu sabiex jiġi żgurat li jkun hemm aktar trasparenza fir-rigward tal-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet, b'mod partikolari billi tingħata aktar informazzjoni fir-rigward ta' dak il-proċess. It-titjib tal-funzjonijiet tat-tfittix tar-reġistru biex ikun possibbli li tfittix isir skont il-qasam ta' politika, se jkun element essenzjali f'dan ir-rigward.

Emenda 14

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1

Regolament (UE) Nru 182/2011

Artikolu 3 – paragrafu 7 – subparagrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

“Meta ma tingħata l-ebda opinjoni fil-kumitat ta' appell skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(3), il-president jista' jiddeċiedi li l-kumitat ta' appell għandu jagħmel laqgħa ulterjuri, f'livell ministerjali. F'dawn il-każijiet, il-kumitat ta' appell għandu jagħti l-opinjoni tiegħu fi żmien 3 xhur mid-data ta' riferiment inizjali.”;

“Meta ma tingħata l-ebda opinjoni fil-kumitat ta' appell skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(3), il-president jew maġġoranza sempliċi tal-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-kumitat ta' appell għandu jagħmel laqgħa ulterjuri, f'livell politiku għoli biżżejjed, bħalma hu fil-livell ministerjali. F'dawn il-każijiet, il-kumitat ta' appell għandu jagħti l-opinjoni tiegħu fi żmien 3 xhur mid-data ta' riferiment inizjali.”;

Emenda 15

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt b

Regolament (UE) Nru 182/2011

Artikolu 6 – paragrafu 3a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

“3a.   Meta ma tingħata l-ebda opinjoni fil-kumitat ta' appell, il-Kummissjoni tista' tirreferi l-kwistjoni lill-Kunsill għal opinjoni li tindika l-opinjonijiet u l-orjentazzjoni tiegħu fuq l-implikazzjonijiet usa' tan-nuqqas ta' opinjoni, inklużi l-implikazzjonijiet istituzzjonali, legali, politiċi u internazzjonali. Il-Kummissjoni għandha tqis kwalunkwe pożizzjoni espressa mill-Kunsill fi żmien 3 xhur wara r-riferiment. F'każijiet debitament ġustifikati, il-Kummissjoni tista' tindika skadenza iqsar fir-riferiment.”;

“3a.   Meta ma tingħata l-ebda opinjoni fil-kumitat ta' appell, il-Kummissjoni tista' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għal opinjonijiet li jindikaw il-pożizzjonijiet u l-orjentazzjoni tagħhom fuq l-implikazzjonijiet usa' tan-nuqqas ta' opinjoni, inklużi l-implikazzjonijiet istituzzjonali, legali, ekonomiċi, politiċi u internazzjonali tal-eżitu tal-vot tal-kumitat ta' appell . Il-Kummissjoni għandha tqis kwalunkwe pożizzjoni espressa mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fi żmien 3 xhur wara r-riferiment. F'każijiet debitament ġustifikati, għal raġunijiet ta' urġenza, il-Kummissjoni tista' tindika skadenza iqsar fir-riferiment . Il-pożizzjonijiet espressi mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill għandhom jintbagħtu wkoll lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, u lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill kif xieraq, mingħajr dewmien żejjed .”;

Emenda 16

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt ba (ġdid)

Regolament (UE) Nru 182/2011

Artikolu 6 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)

jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“4a.     B'deroga mill-paragrafu 3, fejn l-att bażiku jikkonċerna l-protezzjoni tas-saħħa jew tas-sikurezza tal-bnedmin, tal-annimali jew tal-pjanti u l-abbozz ta' att ta' implimentazzjoni jipprevedi l-għoti ta' awtorizzazzjoni għal prodott jew sustanza, dik l-awtorizzazzjoni għandha tingħata biss jekk il-vot jirriżulta f'opinjoni pożittiva f'konformità mal-paragrafu 1.

L-ewwel subparagrafu għandu japplika mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Kummissjoni li tipproponi abbozz modifikat ta' att ta' implimentazzjoni dwar l-istess suġġett.”;

Emenda 17

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt bb (ġdid)

Regolament (UE) Nru 182/2011

Artikolu 6 – paragrafu 4b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(bb)

jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“4b.     Ir-rappreżentanti tal-Istati Membri għandhom jipprovdu raġunijiet tal-vot jew l-astensjoni tagħhom b'mod konformi mal-paragrafu 1 jew għal kwalunkwe assenza għall-votazzjoni.

Meta l-att jikkonċerna oqsma partikolarment sensittivi, bħall-protezzjoni tal-konsumaturi, is-saħħa jew is-sikurezza tal-bnedmin, l-annimali jew il-pjanti, jew l-ambjent, ir-rappreżentanti tal-Istati Membri għandhom jipprovdu raġunijiet dettaljati speċifiċi għall-każ għall-vot u l-astensjoni tagħhom.”;

Emenda 18

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt -a (ġdid)

Regolament (UE) Nru 182/2011

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt b

Test fis-seħħ

Emenda

 

(-a)

fil-paragrafu 1, il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:

(b)

l-aġendi tal-laqgħat tal-kumitati,

“(b)

l-aġendi tal-laqgħat tal-kumitati, inklużi l-abbozzi tat-testi li dwarhom tkun trid tittieħed deċiżjoni u d-dokumenti li se jiġu diskussi;”;

Emenda 19

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt -aa (ġdid)

Regolament (UE) Nru 182/2011

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt c

Test fis-seħħ

Emenda

 

(-aa)

fil-paragrafu 1, il-punt (c) huwa sostitwit b'dan li ġej:

(c)

is-sommarji ta' entrati reġistrati, flimkien mal-listi tal-awtoritajiet u organizzazzjonijiet li għalihom jkunu jappartjenu l-persuni maħtura mill-Istati Membri bħala rappreżentanti tagħhom,

“(c)

is-sommarji ta' entrati reġistrati, flimkien mal-listi tal-persuni preżenti għal-laqgħa u tal-awtoritajiet u organizzazzjonijiet li għalihom ikunu jappartjenu dawk il- persuni maħtura mill-Istati Membri bħala rappreżentanti tagħhom;”;

Emenda 20

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt a

Regolament (UE) Nru 182/2011

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

“(e)

ir-riżultati tal-vot inklużi , fil-każ tal-kumitat ta' appell , il-voti espressi mir-rappreżentant ta' kull Stat Membru” ;

“(e)

ir-riżultati tal-votazzjoni, inklużi l-voti espressi minn kull rappreżentant ta' Stat Membru u kwalunkwe astensjoni, flimkien mar-raġunijiet tal-vot jew l-astensjoni kif ukoll ir-raġunijiet tal-assenza għall-votazzjoni, u, fejn l-att jikkonċerna oqsma partikolarment sensittivi , bħall-protezzjoni tal-konsumaturi, is-saħħa jew is-sikurezza tal-bnedmin , l-annimali jew il-pjanti, jew l-ambjent, ir-raġunijiet dettaljati u speċifiċi għall-każ tal-vot jew l-astensjoni;” ;

Emenda 21

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt -aa (ġdid)

Regolament (UE) Nru 182/2011

Artikolu 10 – paragrafu 3

Test fis-seħħ

Emenda

 

(aa)

il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

3.   Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom ikollhom aċċess għall-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 f'konformità mar-regoli applikabbli.

“3.   Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom ikollhom aċċess għall-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 f'konformità mar-regoli applikabbli u mingħajr dewmien żejjed .”;

Emenda 22

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt b

Regolament (UE) Nru 182/2011

Artikolu 10 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

“5.    Ir-referenzi tad-dokumenti kollha msemmija fil-punti (a) sa (d), (f) u (g) tal-paragrafu 1kif ukoll l-informazzjoni msemmija fil-punti (e) u (h) ta' dan il-paragrafu għandhom isiru pubbliċi fir-reġistru.”

“5.    Id-dokumenti u l-informazzjoni kollha msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu pubblikati fir-reġistru.”

Emenda 23

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt ba (ġdid)

Regolament (UE) Nru 182/2011

Artikolu 10 – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)

jiżdied il-paragrafu li ġej:

 

“5a.     Il-funzjonijiet tat-tfittix tar-reġistru se jippermettu li t-tfittix isir skont il-qasam ta' politika.”;

Emenda 24

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3a (ġdid)

Regolament (UE) Nru 182/2011

Artikolu 11

Test fis-seħħ

Emenda

 

(3a)

L-Artikolu 11 huwa sostitwit b'dan li ġej:

Artikolu 11

“Artikolu 11

Id-dritt ta' skrutinju tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

Id-dritt ta' skrutinju tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

Fejn att bażiku jiġi adottat skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, jew il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jista' fi kwalunkwe mument jindika lill-Kummissjoni li, fl-opinjoni tiegħu, l-abbozz ta' att ta' implimentazzjoni jeċċedi s-setgħat ta' implimentazzjoni previsti fl-att bażiku. F'tali każ, il-Kummissjoni għandha teżamina l-abbozz tal-att ta' implimentazzjoni, filwaqt li tqis il-pożizzjonijiet espressi, u għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jekk ikollhiex l-intenzjoni li żżomm, temenda jew tirtira l-abbozz tal-att ta' implimentazzjoni.

Fejn att bażiku jiġi adottat skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, jew il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jista' fi kwalunkwe mument jindika lill-Kummissjoni li, fl-opinjoni tiegħu, l-abbozz ta' att ta' implimentazzjoni jeċċedi s-setgħat ta' implimentazzjoni previsti fl-att bażiku , jew ikun f'kunflitt mal-objettivi tal-att bażiku . F'tali każ, il-Kummissjoni għandha teżamina l-abbozz tal-att ta' implimentazzjoni, filwaqt li tqis il-pożizzjonijiet espressi, u għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jekk ikollhiex l-intenzjoni li żżomm, temenda jew tirtira l-abbozz ta' att ta' implimentazzjoni.

 

Barra minn hekk, meta l-Parlament Ewropew jew il-Kunsill iqisu li jkun xieraq li jsir rieżami tal-għoti tas-setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni fl-att bażiku, dawn jistgħu, fi kwalunkwe waqt, jitolbu lill-Kummissjoni tissottometti proposta li temenda dak l-att bażiku.”

Emenda 25

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal proċeduri pendenti li fuqhom il-kumitat ta' appell diġà ta opinjoni fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament .

Dan ir-Regolament għandu japplika għal proċeduri li nbdew wara d-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu .


(1)  Il-kwistjoni ġiet riferuta lura għal negozjati interistituzzjonali lill-kumitat responsabbli, skont l-Artikolu 59(4), ir-raba’ subparagrafu (A9-0187/2020).


29.10.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 445/267


P9_TA(2020)0374

Azzjoni tal-Unjoni għall-Kapitali Ewropej tal-Kultura għas-snin mill-2020 sal-2033 ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Diċembru 2020 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Nru 445/2014/UE li tistabbilixxi azzjoni tal-Unjoni għall-Kapitali Ewropej tal-Kultura għas-snin mill-2020 sal-2033 (COM(2020)0384 – C9-0275/2020 – 2020/0179(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2021/C 445/46)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2020)0384),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 167(5) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0275/2020),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkonsulta l-Kumitat tar-Reġjuni,

wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-25 ta’ Novembru 2020, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A9-0201/2020),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

P9_TC1-COD(2020)0179

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-17 ta' Diċembru 2020 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Deċiżjoni (UE) 2020/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Nru 445/2014/UE li tistabbilixxi azzjoni tal-Unjoni għall-Kapitali Ewropej tal-Kultura għas-snin mill-2020 sal-2033

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġislattiv finali, d-Deċiżjoni (UE) 2020/2229.)


29.10.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 445/268


P9_TA(2020)0381

Ċerti aspetti ta' sikurezza ferrovjarja u ta' konnettività ferrovjarja fir-rigward taċ-Channel Fixed Link ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Diċembru 2020 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti aspetti ta’ sikurezza u konnettività tal-infrastruttura ferrovjarja fir-rigward tal-infrastruttura transfruntiera li tgħaqqad l-Unjoni mar-Renju Unit permezz taċ-Channel Fixed Link (COM(2020)0782 – C9-0379/2020 – 2020/0347(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2021/C 445/47)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2020)0782),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 91(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0379/2020),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni,

wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-2 ta’ Diċembru 2020, li japprova l-pożizzjoni msemmija, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikoli 59 u 163 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

P9_TC1-COD(2020)0347

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-17 ta’ Diċembru 2020 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2020/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti aspetti ta’ sikurezza u konnettività tal-infrastruttura ferrovjarja fir-rigward tal-infrastruttura transfruntiera li tgħaqqad l-Unjoni mar-Renju Unit permezz taċ-Channel Fixed Link

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) 2020/2222.)


29.10.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 445/269


P9_TA(2020)0389

Awtorizzazzjonijiet tas-sajd għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni fl-ilmijiet tar-Renju Unit u għall-operazzjonijiet tal-bastimenti tas-sajd tar-Renju Unit fl-ilmijiet tal-Unjoni ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-18 ta’ Diċembru 2020 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2017/2403 f’dak li għandu x’jaqsam mal-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni fl-ilmijiet tar-Renju Unit u għall-operazzjonijiet tal-bastimenti tas-sajd tar-Renju Unit fl-ilmijiet tal-Unjoni (COM(2020)0830 – C9-0396/2020 – 2020/0366(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2021/C 445/48)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2020)0830),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0396/2020),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkonsulta l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-15 ta’ Diċembru 2020, li japprova l-pożizzjoni msemmija, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikoli 59 u 163 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

P9_TC1-COD(2020)0366

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-18 ta' Diċembru 2020 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2020/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2017/2403 fir-rigward ta' awtorizzazzjonijiet tas-sajd għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni fl-ilmijiet tar-Renju Unit u operazzjonijiet tal-bastimenti tas-sajd tar-Renju Unit fl-ilmijiet tal-Unjoni

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) 2020/2227.)


Il-Gimgħa 18 ta’ Diċembru 2020

29.10.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 445/270


P9_TA(2020)0385

Baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021 – it-taqsimiet kollha

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta’ Diċembru 2020 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar it-tieni abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021 (13892/2020 – C9-0408/2020 – 2020/0371(BUD))

(2021/C 445/49)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/335/UE, Euratom tas-26 ta' Mejju 2014 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea (1),

wara li kkunsidra l-abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kunsill dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea u li tħassar id-Deċiżjoni 2014/335/UE, Euratom,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (2),

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3),

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027,

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprja ġodda, inkluż pjan direzzjonali għall-introduzzjoni ta' riżorsi proprja ġodda,

wara li kkunsidra l-ftehim politiku tal-10 ta' Novembru 2020 dwar il-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027,

wara li kkunsidra r-rapport speċjali tal-Grupp Intergovernattiv ta' Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC) tat-8 ta' Ottubru 2018 dwar it-Tisħin Globali ta' 1,5 C (4),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Jannar 2020 dwar il-15-il laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet (COP15) għall-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika (5),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' Ġunju 2020 dwar il-linji gwida ġenerali għat-tħejjija tal-baġit 2021, Taqsima III – Il-Kummissjoni (6),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Mejju 2020 dwar l-estimi tad-dħul u tal-infiq tal-Parlament Ewropew għas-sena finanzjarja 2021 (7),

wara li kkunsidra l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021, adottat mill-Kummissjoni fis-27 ta' Lulju 2020 (COM(2020)0300) (l-“ewwel AB”),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni dwar l-abbozz ta' baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021, adottata mill-Kunsill fit-28 ta' Settembru 2020 u li ntbagħtet lill-Parlament Ewropew fl-1 ta' Ottubru 2020 (11072/1/2020 – C9-0314/2020),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Novembru 2020 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021 (8),

wara li kkunsidra l-fatt li l-Kumitat ta' Konċiljazzjoni ma laħaqx ftehim dwar test konġunt fi żmien il-wieħed u għoxrin ġurnata msemmija fl-Artikolu 314(6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Kumitat ta' Konċiljazzjoni dwar fehim komuni dwar il-kontenut tal-baġit għall-2021,

wara li kkunsidra l-abbozz ġdid tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021, li l-Kummissjoni adottat fl-10 ta' Diċembru 2020 (COM(2020)0836), skont l-Artikolu 314(8) tat-TFUE,

wara li kkunsidra l-pożizzjoni dwar it-tieni abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021, li l-Kunsill adotta fl-14 ta' Diċembru 2020 (13892/2020)– C9-0408/2020),

wara li kkunsidra l-Artikoli 94 u 96 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A9-0267/2020),

1.

Ifakkar li l-Artikolu 312(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jipprevedi li l-Baġit annwali tal-Unjoni għandu jirrispetta l-qafas finanzjarju pluriennali; jinnota li l-laqgħa tal-Kumitat ta' Konċiljazzjoni fl-4 ta' Diċembru 2020, ma setax jaqbel dwar test konġunt fi żmien il-perjodu ta' konċiljazzjoni ta' 21 jum previst fl-Artikolu 314(5) tat-TFUE, minħabba n-nuqqas ta' ċarezza fir-rigward tal-qafas finanzjarju pluriennali għall-2021-2027 (QFP) sa tmiem il-perjodu ta' konċiljazzjoni;

2.

Ifakkar li l-Kumitat ta' Konċiljazzjoni laħaq ftehim komuni dwar il-kontenut tal-Baġit 2021 abbażi tal-Abbozz ta' Elementi għall-Konklużjonijiet Konġunti Nru 4 kif ippreżentati mill-Kummissjoni fl-4 ta' Diċembru 2020, u stieden lill-Kummissjoni tippreżenta t-tieni abbozz ta' baġit għall-2021 li jirrifletti l-fehim komuni hekk kif ikun hemm biżżejjed assigurazzjonijiet li l-Artikolu 312(1) tat-TFUE jista' jiġi rispettat; jinnota li l-Abbozz ta' Elementi għall-Konklużjonijiet Konġunti Nru 4 jinkludi ħames dikjarazzjonijiet, fosthom l-indirizzar determinat tal-faqar fost it-tfal taħt il-Fond Soċjali Ewropew Plus u l-indirizzar tal-impatt tal-kriżi tal-COVID-19 fuq setturi bħat-turiżmu u l-SMEs, u l-persuni l-aktar milquta;

3.

Jinnota li l-kundizzjonijiet stabbiliti mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni ġew issodisfati u t-tieni abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2021 kif ippreżentat mill-Kummissjoni jikkorrispondi għall-fehim komuni; jinnota li l-livell ta' approprjazzjonijiet ta' impenn globali fil-Baġit 2021 huwa stabbilit għal EUR 164 251,5 miljun, li jħalli marġni ta' EUR 778,8 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn taħt il-limitu massimu tal-QFP għall-2021;

4.

Jilqa' l-fatt li ż-żieda ta' EUR 185 miljun fuq il-livelli tal-ewwel AB kif modifikat permezz tal-Ittra Emendatorja Nru 1/2020 miksuba fin-negozjati ta' konċiljazzjoni tikkorrispondi għall-prijoritajiet politiċi ewlenin tal-Parlament; jinnota li ż-żidiet jinkludu EUR 60,3 miljun għall-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa – Trasport, EUR 42 miljun għal LIFE, EUR 25,7 miljun għall-Programm Ewropa Diġitali, EUR 6,6 miljun għall-Programm dwar id-Drittijiet u l-Valuri, li minnhom EUR 4,8 miljun huma għal Daphne), EUR 2,7 miljun għall-programm Ġustizzja, EUR 25 miljun għall-Għajnuna Umanitarja bħala parti mir-rinforz ta' EUR 500 miljun għall-perjodu mill-2021 sal-2021 kif maqbul fil-kuntest tal-QFP, EUR 10,2 miljun għall-UNRWA taħt l-Istrument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali (NDICI) u EUR 7,3 miljun għall-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew prinċipalment għar-rinforzi tal-persunal; jinnota wkoll li l-Ittra Emendatorja Nru 1/2020 kienet diġà inkorporat żidiet għall-programmi Orizzont Ewropa, Erasmus+ u EU4Health biex jirriflettu l-eżitu tan-negozjati tal-QFP;

5.

Jinnota li l-livell ta' approprjazzjonijiet ta' pagament globali fil-Baġit 2021 huwa stabbilit għal EUR 166 060,5 miljun, li jħalli marġni ta' EUR 2 001,4 miljun f'approprjazzjonijiet ta' pagament taħt il-limitu massimu tal-QFP għall-2021; jilqa' l-fatt li l-livell ta' approprjazzjonijiet ta' pagament globali maqbula għall-2021 jirrappreżenta żieda ta' 1,2 % meta mqabbel mal-Baġit 2020; jissottolinja l-importanza tad-dikjarazzjoni konġunta dwar l-approprjazzjonijiet ta' pagament li fiha l-Parlament u l-Kunsill jimpenjaw ruħhom li jieħdu d-deċiżjonijiet neċessarji, fi żmien xieraq, biex ikopru kwalunkwe ħtieġa ġġustifikata;

6.

Jilqa' l-fatt li, bi qbil mal-Artikolu 15(3) tar-Regolament Finanzjarju u d-dikjarazzjoni konġunta dwar l-implimentazzjoni tal-paragrafu maqbul bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, il-Kumitat ta' Konċiljazzjoni qabel, għall-ewwel darba, li EUR 20 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn jerġgħu jsiru disponibbli fil-linji baġitarji tar-riċerka; jinsisti fuq l-implimentazzjoni sħiħa tal-Artikolu 15(3) tar-Regolament Finanzjarju fil-QFP sabiex jintlaħqu l-EUR 500 miljun maqbula;

7.

Ifakkar li l-Kumitat ta' Konċiljazzjoni għamilha ċara li t-tnaqqis ta' EUR 61 miljun għall-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (Frontex) fl-2021 ma jaffettwax iż-żieda globali ta' EUR 500 miljun (fi prezzijiet tal-2018) maqbula politikament fil-kuntest tan-negozjati tal-QFP, u li t-tnaqqis se jiġi kkumpensat fis-snin ta' wara f'konformità mal-ftehim dwar il-QFP;

8.

Jilqa' l-fatt li l-Parlament irnexxielu jiddefendi nomenklatura baġitarja aktar differenzjata meta mqabbla ma' dik proposta mill-Kummissjoni fl-ewwel AB, partikolarment fir-rigward tal-NDICI, Erasmus+, il-programm dwar id-Drittijiet u l-Valuri u d-djalogu soċjali; jemmen li dawk il-modifiki se jippermettu lill-Parlament u lill-Kunsill jeżerċitaw aħjar ir-rwol tagħhom ta' teħid tad-deċiżjonijiet fil-proċedura baġitarja annwali kif ukoll l-iskrutinju tagħhom fuq l-implimentazzjoni tal-baġit; jiddispjaċih madankollu li, matul il-konċiljazzjoni, il-Kunsill u l-Kummissjoni ma setgħux jaqblu dwar nomenklatura aktar dettaljata kif propost mill-Parlament, b'mod partikolari għall-Fond għall-Migrazzjoni u l-Ażil u l-Istrument għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u tal-Viżi, kif ukoll għall-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni u għal aktar differenzjazzjoni għall-NDICI, b'mod partikolari l-fergħa tal-Viċinat;

9.

Jinnota li l-livell ta' approprjazzjonijiet globali fil-Baġit 2021 għall-Parlament huwa stabbilit għal EUR 2 063 miljun;

10.

Jilqa' l-ħolqien ta' total ta' 75 post u ż-żieda korrispondenti fl-approprjazzjonijiet għall-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE), il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni (KtR), l-Ombudsman Ewropew u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) biex jiġi żgurat li jkollhom biżżejjed riżorsi u persunal biex ikunu jistgħu jwettqu l-missjonijiet tagħhom bl-aħjar mod possibbli kif ukoll biex jiffunzjonaw b'mod ottimu;

11.

Jilqa' t-tisħiħ ta' EUR 590 854 għall-KESE dwar il-linja baġitarja għall-Interpretazzjoni u t-tisħiħ ta' EUR 564 796 għall-KtR fuq il-linji baġitarji Materjal u l-installazzjonijiet tekniċi, u Attivitajiet ta' komunikazzjoni tal-Partijiet terzi u tal-gruppi Politiċi;

12.

Jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni biex jiżdiedu l-approprjazzjonijiet għas-SEAE fil-Baġit 2021 minħabba responsabbiltajiet ġodda fil-governanza tal-Faċilità Ewropea għall-Paċi u għal operazzjonalità mtejba tas-servizzi konsulari; jilqa' t-trasferiment newtrali għall-baġit tal-persunal tal-Kummissjoni mit-taqsimiet amministrattivi tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni għas-SEAE sabiex jiġu ssimplifikati u razzjonalizzati ċ-ċirkwiti amministrattivi u finanzjarji u tkun tista' ssir il-ġestjoni effiċjenti u awtonoma tal-persunal; jilqa' t-tisħiħ ta' EUR 1 miljun għall-ġlieda kontra d-diżinformazzjoni dwar il-linja baġitarja tal-Kapaċità ta' Komunikazzjoni Strateġika;

13.

Jaqbel li t-tnaqqis ta' 10 % fil-linji ddedikati għall-missjonijiet huwa ġustifikat fid-dawl tal-kriżi tas-saħħa u ekonomika li qed tirriżulta mit-tifqigħa tal-COVID-19;

14.

Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar it-tieni abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021 kif ukoll id-dikjarazzjonijiet konġunti annessi ma' din ir-riżoluzzjoni;

15.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiddikjara li l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021 ġie adottat b'mod definittiv u biex jiżgura li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

16.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-istituzzjonijiet l-oħra u lill-entitajiet ikkonċernati, u lill-parlamenti nazzjonali.

(1)  ĠU L 168, 7.6.2014, p. 105.

(2)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(3)  ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(4)  https://www.ipcc.ch/sr15/

(5)  Testi adottati, P9_TA(2020)0015.

(6)  Testi adottati, P9_TA(2020)0166.

(7)  Testi adottati, P9_TA(2020)0123.

(8)  Testi adottati, P9_TA(2020)0302.


ANNESS: DIKJARAZZJONI MILL-KUMITAT TA' KONĊILJAZZJONI

1.

Il-Kumitat ta' Konċiljazzjoni msemmi fl-Artikolu 314(5) tat-TFUE, li ltaqa' fl-4 ta' Diċembru 2020, eżamina l-proposta tal-Kummissjoni għall-abbozz ta' baġit ġenerali għall-2021 (COM(2020)0300) u l-Ittra Emendatorja Nru 1 għall-abbozz ta' baġit ġenerali għall-2021 (COM(2020)0748).

2.

F'dik il-laqgħa, il-Kumitat ta' Konċiljazzjoni laħaq fehim komuni dwar il-kontenut tal-baġit 2021, ibbażat fuq l-Abbozz ta' Elementi għall-Konklużjonijiet Konġunti Nru 4 kif ippreżentat mill-Kummissjoni fl-4 ta' Diċembru 2020.

3.

Filwaqt li jfakkar fl-Artikolu 312(1) tat-TFUE, skont liema artikolu “Il-baġit annwali tal-Unjoni għandu jirrispetta l-qafas finanzjarju pluriennali”, il-Kumitat ta' Konċiljazzjoni, fid-dawl taċ-ċirkostanzi fir-rigward tal-qafas finanzjarju pluriennali għall-2021-2027, mhuwiex f'pożizzjoni li jaqbel dwar test konġunt fil-perjodu ta' konċiljazzjoni ta' 21 jum, kif previst fl-Artikolu 314(5) tat-TFUE.

4.

Il-Kummissjoni għalhekk ġiet mistiedna tippreżenta abbozz ta' baġit ġdid għall-2021, f'konformità mal-Artikolu 314(8) tat-TFUE, b'kunsiderazzjoni xierqa tal-fehim komuni milħuq fil-Kumitat ta' Konċiljazzjoni, hekk kif kien hemm biżżejjed assigurazzjonijiet li seta' jkun hemm konformità mal-Artikolu 312(1) TFUE, sabiex il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu jistgħu jipproċessaw malajr tali abbozz ta' baġit ġdid għall-2021 fuq dik il-bażi.

ANNESS: Baġit 2021 – Elementi għall-konklużjonijiet konġunti

Dawn il-konklużjonijiet konġunti jkopru t-taqsimiet li ġejjin:

1.

Baġit 2021

2.

Baġit 2020 – Abbozz ta' Baġit Emendatorju Nru 10/2020

3.

Dikjarazzjonijiet

Ħarsa ġenerali

A.   Baġit 2021

Skont l-elementi għall-konklużjonijiet konġunti:

Il-livell ġenerali ta' approprjazzjonijiet ta' impenn fil-baġit tal-2021 huwa stabbilit għall-ammont ta' EUR 164 251,5 miljun. Globalment, dan iħalli marġni taħt il-limiti massimi tal-QFP għall-2021 ta' EUR 778,8 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn.

Il-livell kumplessiv ta' approprjazzjonijiet ta' pagament fil-baġit tal-2021 huwa stabbilit għall-ammont ta' EUR 166 060,5 miljun. Globalment, dan iħalli marġni taħt il-limiti massimi tal-QFP għall-2021 ta' EUR 2 001,4 miljun f'approprjazzjonijiet ta' pagament.

L-Istrument ta' Flessibbiltà għall-2021 huwa mobilizzat f'approprjazzjonijiet ta' impenn għall-ammont ta' EUR 76,4 miljun għall-Intestatura 2b Reżiljenza u Valuri.

L-approprjazzjonijiet ta' pagament għall-2021 relatati mal-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibbiltà fl-2018, fl-2019, fl-2020 u fl-2021 huma stmati mill-Kummissjoni li jammontaw għal EUR 628,5 miljun. L-iskeda ta' pagamenti stmati tal-ammonti pendenti relatati għal dawn is-snin hija dettaljata fit-tabella li ġejja:

Strument ta' flessibbiltà – profil ta' pagament

Sena ta' mobilizzazzjoni

2 021

2 022

2 023

2 024

Total

2018

34,2

0,0

0,0

0,0

34,2

2019

135,2

140,9

82,2

0,0

358,4

2020

413,7

66,2

39,9

0,0

519,8

2021

45,4

13,0

10,3

7,6

76,4

Total

628,5

220,1

132,5

7,6

988,7

B.   Baġit 2020

L-Abbozz ta' Baġit Emendatorju Nru 10/2020 huwa approvat kif propost mill-Kummissjoni

1.   Baġit 2021

1.1.   Linji “magħluqa”

Sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor hawn taħt f'dawn il-konklużjonijiet, il-linji baġitarji kollha mhux emendati la mill-Kunsill u lanqas mill-Parlament, u dawk li għalihom il-Parlament aċċetta l-emendi tal-Kunsill matul il-qari rispettiv tagħhom, huma kkonfermati kif propost fil-proposta tal-Kummissjoni għal abbozz ta' baġit għall-2021 kif emendat fl-Ittra Emendatorja Nru 1/2021.

Għal-linji baġitarji l-oħra, il-Kumitat ta' Konċiljazzjoni qabel dwar il-konklużjonijiet inklużi fit-taqsimiet 1.2 sa 1.7 ta' hawn taħt.

1.2.   Kwistjonijiet orizzontali

Aġenziji deċentralizzati

Il-kontribuzzjoni tal-UE (f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament u l-għadd ta' postijiet) għall-aġenziji deċentralizzati kollha huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Ittra Emendatorja Nru 1/2021 bl-eċċezzjoni ta':

Taħt l-intestatura 2b:

L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA, artikolu tal-baġit 07 10 04) li għaliha huwa propost li l-livell ta' approprjazzjonijiet ta' pagament jiżdied b'EUR 638 178.

L-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (EIGE, artikolu tal-baġit 07 10 05) li għalih huwa propost li l-livell ta' approprjazzjonijiet ta' pagament jiżdied b'EUR 971 628.

L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust, artikolu tal-baġit 07 10 07) li għaliha l-livell ta' approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament jiżdied b'EUR 500 000.

L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE, artikolu tal-baġit 07 10 08) li għalih huma allokati 8 postijiet addizzjonali (li jirrappreżentaw antiċipazzjoni taż-żieda prevista fl-2022) u l-livell ta' approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament jiżdied b'EUR 7 252 790.

Taħt l-Intestatura 4:

L-Aġenzija tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta (Frontex, artikolu tal-baġit 11 10 01) li għaliha huwa propost li l-livell ta' approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament jiżdied b'EUR 61 000 000.

L-Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fil-qasam tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja (“eu-LISA”, l-Artikolu 11 10 02 tal-baġit) li għaliha l-livell tal-approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament jiżdied b'EUR 500 000.

Aġenziji Eżekuttivi

Il-kontribuzzjoni tal-UE (f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament u l-għadd ta' postijiet) għall-aġenziji eżekuttivi hija stabbilita fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit, kif emendat mill-Ittra Emendatorja Nru 1/2021.

Il-Kummissjoni se tippreżenta Abbozz ta' Baġit Emendatorju fl-2021 sabiex taġġusta l-istruttura u l-approprjazzjonijiet għas-sett il-ġdid ta' aġenziji eżekuttivi ladarba dawn jiġu stabbiliti formalment. Id-Deċiżjoni ta' implimentazzjoni korrispondenti tal-Kummissjoni li tistabbilixxi l-aġenziji eżekuttivi l-ġodda u d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jiddelegawlhom is-setgħat huma mistennija li jiġu adottati kmieni fl-2021.

Proġetti Pilota/Azzjonijiet Preparatorji

Ġie maqbul pakkett globali ta' 59 proġett pilota/azzjoni preparatorja (PP/AP), għall-ammont totali ta' EUR 71,8 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn, kif propost mill-Parlament.

Meta proġett pilota jew azzjoni preparatorja tidher li hi koperta b'bażi legali eżistenti, il-Kummissjoni tista' tipproponi t-trasferiment ta' approprjazzjonijiet għal-linja baġitarja korrispondenti biex tiffaċilita l-implimentazzjoni tal-azzjoni.

Dan il-pakkett jirrispetta bis-sħiħ il-limiti massimi għall-proġetti pilota u għall-azzjonijiet preparatorji previsti fir-Regolament Finanzjarju.

1.3.   Intestaturi tan-nefqa tal-qafas finanzjarju – approprjazzjonijiet ta' impenn

Wara li kkunsidra l-konklużjonijiet imsemmija hawn fuq dwar il-linji baġitarji “magħluqa”, l-aġenziji u l-proġetti pilota u l-azzjonijiet preparatorji, il-Kumitat ta' Konċiljazzjoni wasal għal ftehim fir-rigward ta' dan li ġej:

Intestatura 1 – Suq Uniku, Innovazzjoni u Diġitali

L-approprjazzjonijiet ta' impenn huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit, kif emendat mill-Ittra Emendatorja Nru 1/2021 iżda bl-aġġustamenti, maqbula mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni, kif dettaljati fit-tabella ta' hawn taħt:

Linja baġitarja/Programm

Isem

Varjazzjoni fl-approprjazzjonijiet ta' impenn (f'EUR)

AB 2021 (inkl. IE1)

Baġit 2021

Differenza

1.0.221

FNE Trasport

1 725 058 000

1 785 393 458

60 335 458

02 03 01

Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (FNE) — Trasport

1 711 996 420

1 772 331 878

60 335 458

1.0.23

Programm Ewropa Diġitali

1 103 848 000

1 129 576 962

25 728 962

02 04 03

Intelliġenza Artifiċjali

293 895 160

318 323 274

24 428 114

02 04 04

Ħiliet

82 290 594

83 591 442

1 300 848

PP/AP

Proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji

 

 

35 965 000

 

Total

 

 

122 029 420

B'konsegwenza ta' dan, il-livell tal-approprjazzjonijiet ta' impenn huwa stabbilit għal EUR 20 816,6 miljun, li jħalli marġni ta' EUR 102,4 miljun taħt il-limitu massimu tan-nefqa tal-intestatura 1.

F'konformità mal-Artikolu 15.3 tar-Regolament Finanzjarju (1), il-Kumitat ta' Konċiljazzjoni jaqbel li l-approprjazzjonijiet ta' impenn jerġgħu jsiru disponibbli fuq il-linji baġitarji għar-riċerka għal total ta' EUR 20 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn. Il-linji baġitarji li ġejjin huma msaħħa kif ġej:

(f'Eur)

Linji baġitarji

Approprjazzjonijiet ta' impenn

01 02 02 10

Cluster Saħħa

3 400 000

01 02 02 40

Cluster Diġitali, Industrija u Spazju

3 400 000

01 02 02 50

Cluster Klima, enerġija u Mobbiltà

6 600 000

01 02 02 60

Cluster Ikel, Bijoekonomija, Riżorsi Naturali, Agrikoltura u Ambjent

6 600 000

Total

 

20 000 000

Il-Kumitat ta' Konċiljazzjoni jaqbel ukoll li dawn l-approprjazzjonijiet huma parti mill-ammont globali sa EUR 0,5 biljun (fi prezzijiet tal-2018) għall-perjodu 2021-2027 miżmuma fid-“Dikjarazzjoni konġunta” maqbula fl-10 ta' Novembru 2020. Dan iħalli sa EUR 481,2 miljun fi prezzijiet tal-2018 disponibbli għall-perjodu 2022-2027.

Intestatura 2a – Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali

L-approprjazzjonijiet ta' impenn huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-abbozz ta' baġit, kif emendat bl-Ittra Emendatorja Nru 1/2021.

Intestatura 2b – Reżiljenza u Valuri

L-approprjazzjonijiet ta' impenn huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit, kif emendat mill-Ittra Emendatorja Nru 1/2021 iżda bl-aġġustamenti maqbula mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni, kif dettaljati fit-tabella ta' hawn taħt:

B'mod partikolari l-Kumitat ta' Konċiljazzjoni jaqbel li – fid-dawl tal-ambjent attwali tar-rata tal-imgħax u s-suċċess tal-operazzjonijiet ta' finanzjament reċenti SURE – l-approprjazzjonijiet għal-linja baġitarja 06 04 01 jistgħu jitnaqqsu b'EUR 71,9 miljun filwaqt li tiġi ppreservata bis-sħiħ il-kapaċità li jiġi ffinanzjat il-komponent mhux ripagabbli tal-NGEU fl-2021.

Linja baġitarja/Programm

Isem

Varjazzjoni fl-approprjazzjonijiet ta' impenn (f'EUR)

AB 2021 (inkl. IE1)

Baġit 2021

Differenza

2.2.23

Il-kost ta' finanzjament tal-Istrument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru (EURI)

111 461 000

39 591 000

-71 870 000

06 04 01

Strument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru (EURI) – Il-ħlas ta kupun perjodiku u t-tifdija meta jagħlaq

106 461 000

34 591 000

-71 870 000

07 03 01

Il-promozzjoni tal-mobbiltà għat-tagħlim tal-individwi, kif ukoll il-kooperazzjoni, l-inklużjoni, l-eċċellenza, il-kreattività u l-innovazzjoni fil-livell ta' organizzazzjonijiet u politiki fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ

2 298 294 584

0

-2 298 294 584

07 03 01 01

Il-promozzjoni tal-mobbiltà għat-tagħlim tal-individwi, kif ukoll il-kooperazzjoni, l-inklużjoni, l-eċċellenza, il-kreattività u l-innovazzjoni fil-livell ta' organizzazzjonijiet u politiki fil-qasam tal-edukazzjoni u tat-taħriġ – Ġestjoni indiretta

0

1 755 470 446

1 755 470 446

07 03 01 02

Il-promozzjoni tal-mobbiltà għat-tagħlim tal-individwi, kif ukoll il-kooperazzjoni, l-inklużjoni, l-eċċellenza, il-kreattività u l-innovazzjoni fil-livell ta' organizzazzjonijiet u politiki fil-qasam tal-edukazzjoni u tat-taħriġ – Ġestjoni diretta

0

542 824 138

542 824 138

2.2.351

Ġustizzja

43 696 000

46 392 538

2 696 538

07 07 01

Il-promozzjoni tal-kooperazzjoni ġudizzjarja

10 646 000

11 319 945

673 945

07 07 02

Appoġġ lit-taħriġ ġudizzjarju

17 570 000

18 682 268

1 112 268

07 07 03

Il-promozzjoni ta' aċċess effettiv għall-ġustizzja

14 380 000

15 290 325

910 325

2.2.352

Drittijiet u Valuri

90 624 000

97 179 152

6 555 152

07 06 02

Il-promozzjoni tal-involviment u tal-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fil-ħajja demokratika tal-Unjoni

34 938 000

36 238 848

1 300 848

07 06 03

Daphne

15 690 000

20 444 304

4 754 304

07 06 04

Il-protezzjoni u l-promozzjoni tal-valuri tal-Unjoni

0

500 000

500 000

2.2.3

DAG

Aġenziji Deċentralizzati

211 135 699

220 498 295

9 362 596

07 10 04

Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA)

23 111 517

23 749 695

638 178

07 10 05

Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (EIGE)

7 955 000

8 926 628

971 628

07 10 07

Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust)

42 345 006

42 845 006

500 000

07 10 08

L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE)

37 700 000

44 952 790

7 252 790

07 20 04 06

Kompetenzi speċifiċi fil-qasam tal-politika soċjali, inkluż id-djalogu soċjali

49 380 381

28 326 381

-21 054 000

07 20 04 09

Miżuri ta' tagħrif u taħriġ għall-organizzazzjonijiet tal-ħaddiema

0

21 054 000

21 054 000

PP/AP

Proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji

 

 

31 870 000

 

Total

 

 

-21 385 714

B'konsegwenza ta' dan, il-livell maqbul ta' approprjazzjonijiet ta' impenn huwa stabbilit għal EUR 4 671,4 miljun, mingħajr ma fadal marġni taħt il-limitu massimu tan-nefqa tal-intestatura 2b u l-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibbiltà għall-ammont ta' EUR 76,4 miljun.

Intestatura 3 – Riżorsi Naturali u Ambjent

L-approprjazzjonijiet ta' impenn huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit, kif emendat mill-Ittra Emendatorja Nru 1/2021 iżda bl-aġġustamenti, maqbula mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni, kif dettaljati fit-tabella ta' hawn taħt:

Linja baġitarja/Programm

Isem

Varjazzjoni fl-approprjazzjonijiet ta' impenn (f'EUR)

AB 2021 (inkl. IE1)

Baġit 2021

Differenza

3.2.21

Il-Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE)

696 491 000

738 505 372

42 014 372

09 02 01

Natura u bijodiversità

258 642 156

274 720 400

16 078 244

09 02 02

Ekonomija ċirkolari u kwalità tal-ħajja

168 461 328

178 933 566

10 472 238

09 02 03

Mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u adattament għalih

121 426 944

128 975 334

7 548 390

09 02 04

Tranżizzjoni lejn enerġija nadifa

127 332 437

135 247 937

7 915 500

PP/AP

Proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji

 

 

3 740 000

 

Total

 

 

45 754 372

B'konsegwenza ta' dan, il-livell maqbul ta' approprjazzjonijiet ta' impenn huwa stabbilit għal EUR 58 568,6 miljun, li jħalli marġni ta' EUR 55,4 miljun taħt il-limitu massimu tan-nefqa tal-intestatura.

Intestatura 4 – Migrazzjoni u Ġestjoni tal-Fruntieri

L-approprjazzjonijiet ta' impenn huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit, kif emendat mill-Ittra Emendatorja Nru 1/2021 iżda bl-aġġustamenti, maqbula mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni, kif dettaljati fit-tabella ta' hawn taħt:

Linja baġitarja/Programm

Isem

Varjazzjoni fl-approprjazzjonijiet ta' impenn (f'EUR)

AB 2021 (inkl. IE1)

Baġit 2021

Differenza

4.0.2

DAG

Aġenziji Deċentralizzati

794 770 045

734 270 045

-60 500 000

11 10 01

Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (Frontex)

566 949 620

505 949 620

-61 000 000

11 10 02

Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja (“eu-LISA”)

227 820 425

228 320 425

500 000

 

Total

 

 

-60 500 000

Wara l-ftehim politiku reċenti tal-10 ta' Novembru 2020 bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar il-QFP 2021-2027 u sa meta jiġu approvati t-testi rilevanti, il-Kumitat ta' Konċiljazzjoni jaqbel li t-tnaqqis għall-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (Frontex) fl-2021 ma jaffettwax iż-żieda globali ta' EUR 0,5 biljun (fi prezzijiet tal-2018) maqbula politikament f'dak il-kuntest. Apparti din iż-żieda, it-tnaqqis propost fl-2021 se jiġi kkumpensat fis-snin ta' wara f'konformità mal-ftehim dwar il-QFP, filwaqt li jiġu rispettati l-prinċipji tal-ġestjoni finanzjarja tajba.

B'konsegwenza ta' dan, il-livell maqbul ta' approprjazzjonijiet ta' impenn huwa stabbilit għal EUR 2 278,8 miljun, li jħalli marġni ta' EUR 188,2 miljun taħt il-limitu massimu tan-nefqa tal-intestatura.

Intestatura 5 – Sigurtà u Difiża

L-approprjazzjonijiet ta' impenn huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz tal-Baġit, kif emendat bl-Ittra Emendatorja Nru 1/2021.

Intestatura 6 – Il-Viċinat u d-Dinja

L-approprjazzjonijiet ta' impenn huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit, kif emendat mill-Ittra Emendatorja Nru 1/2021 iżda bl-aġġustamenti, maqbula mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni, kif dettaljati fit-tabella ta' hawn taħt:

Linja baġitarja/Programm

Isem

Varjazzjoni fl-approprjazzjonijiet ta' impenn (f'EUR)

AB 2021 (inkl. IE1)

Baġit 2021

Differenza

6.0.111

Strument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali (NDICI)

12 060 779 767

12 070 958 148

10 178 381

15 02 01 10

Viċinat tan-Nofsinhar

1 460 009 385

1 470 187 766

10 178 381

6.0.12

Għajnuna Umanitarja (HUMA)

1 478 000 000

1 503 000 000

25 000 000

15 03 01

Għajnuna Umanitarja

1 391 512 450

1 416 512 450

25 000 000

6.0.1

SPEC

Prerogattivi

91 394 973

93 023 514

1 628 541

15 20 04 03

Politika ta' informazzjoni u komunikazzjoni strateġika għall-azzjoni esterna

41 756 023

43 384 564

1 628 541

PP/AP

Proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji

 

 

175 000

 

Total

 

 

36 981 922

Wara l-ftehim politiku reċenti tal-10 ta' Novembru 2020 bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar il-QFP 2021-2027 u sa meta jiġu approvati t-testi rilevanti, il-Kumitat ta' Konċiljazzjoni jaqbel li t-tisħiħ tal-Għajnuna Umanitarja jifforma parti miż-żieda globali ta' EUR 0,5 biljun (fi prezzijiet tal-2018) maqbula politikament f'dak il-kuntest.

B'konsegwenza ta' dan, il-livell maqbul ta' approprjazzjonijiet ta' impenn huwa stabbilit għal EUR 16 097,2 miljun, li jħalli marġni ta' EUR 149,8 miljun taħt il-limitu massimu tan-nefqa tal-intestatura.

Intestatura 7 – Amministrazzjoni Pubblika Ewropea

L-għadd ta' postijiet fit-tabella tal-persunal tal-istituzzjonijiet u l-approprjazzjonijiet proposti mill-Kummissjoni fl-Abbozz tal-Baġit, kif emendat bl-Ittra Emendatorja Nru 1/2021 huma maqbula mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni bl-eċċezzjonijiet li ġejjin:

It-Taqsima tal-Parlament Ewropew li għaliha l-qari tagħha huwa approvat u aġġustat ulterjorment biex jinkludi (i) l-impatt tal-aġġornament rivedut tas-salarji skont l-Ittra Emendatorja Nru 1/2021 u (ii) it-trasferiment ta' żewġ postijiet ta' stabbiliment mill-Parlament Ewropew (PE) lill-Kummissjoni Ewropea bil-ħsieb li jiġu appoġġati l-operazzjonijiet tas-CERT-UE skont l-Ittra Emendatorja Nru 1/2021;

It-taqsima tal-Kunsill, li għaliha l-qari tagħha huwa approvat u aġġustat ulterjorment biex jinkludi l-impatt tal-aġġornament rivedut tas-salarji skont l-Ittra Emendatorja Nru 1/2021;

It-taqsima tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) li għaliha hemm qbil dwar aġġornament tekniku wara l-modifika tat-tabelli tal-persunal wara r-rikors għall-Artikolu 53(1) tar-Regolament Finanzjarju. Din l-operazzjoni involviet il-konverżjoni ta' post wieħed permanenti AST11, post wieħed AST8, post wieħed permanenti AST7, żewġ postijiet permanenti AST5, post wieħed permanenti AST4 u post wieħed temporanju AST/SC3 fi tliet postijiet permanenti AD7 u erba' postijiet permanenti AD5 rispettivament bl-ebda impatt fuq il-livell ta' approprjazzjonijiet.

It-taqsima tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) li għaliha l-livell ta' approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament qed jiżdied b'EUR 590 854.

It-taqsima tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni (KtR) li għaliha l-livell ta' approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament qed jiżdied b'EUR 564 796.

It-taqsima tal-Kontrollur Ewropew tal-Protezzjoni tad-Data (EDPS) li għaliha hemm qbil dwar aġġornament tekniku wara l-modifika tat-tabelli tal-persunal wara r-rikors għall-Artikolu 53(1) tar-Regolament Finanzjarju. Din l-operazzjoni involviet il-konverżjoni ta' post wieħed permanenti AST5 f'post wieħed permanenti AST/SC6 mingħajr ebda impatt fuq il-livell ta' approprjazzjonijiet.

It-taqsima tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) li għaliha l-livell ta' approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament qed jiżdied b'EUR 1,0 miljun għall-“Kapaċità ta' Komunikazzjoni Strateġika”;

Barra minn hekk bħala konsegwenza tal-pandemija tal-COVID-19, il-Kumitat ta' Konċiljazzjoni jaqbel, fuq bażi eċċezzjonali, li jnaqqas b'10 % l-livell ta' approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament relatati mal-missjonijiet tal-istituzzjonijiet kollha ħlief il-Parlament Ewropew.

L-aġġustamenti kombinati, li jirriżultaw fi tnaqqis globali ta' EUR 8,8 miljun tal-intestatura 7, huma spjegati fid-dettall skont it-taqsima fit-tabelli li ġejjin:

Taqsima 1 – Il-Parlament Ewropew

Programm / Linja baġitarja

Isem

Varjazzjoni fl-approprjazzjonijiet ta' impenn (f'EUR)

AB 2021 (inkl. IE1)

Baġit 2021

Differenza

1 4 0 0

Persunal ieħor — Segretarjat Ġenerali u gruppi politiċi

63 837 727

65 039 727

1 202 000

1 4 0 1

Persunal ieħor — Sigurtà

38 084 545

34 584 545

-3 500 000

2 0 0 0

Kirjiet

26 301 000

27 301 000

1 000 000

2 0 2 6

Sigurtà u sorveljanza tal-bini

16 030 000

19 530 000

3 500 000

3 0 2

Spejjeż ta' riċevimenti u rappreżentazzjonijiet

845 500

858 500

13 000

3 0 4 2

Laqgħat, kungressi, konferenzi u delegazzjonijiet

2 780 000

2 857 000

77 000

3 2 0

Akkwist tal-opinjoni tal-esperti

6 629 500

7 491 500

862 000

2 1 2

Għamara

5 910 000

4 910 000

-1 000 000

10 1

Riżerva ta' kontinġenza

4 500 000

2 346 000

-2 154 000

 

Total

 

 

0

Taqsima 2 — Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill

Programm / Linja baġitarja

Isem

Varjazzjoni fl-approprjazzjonijiet ta' impenn (f'EUR)

AB 2021 (inkl. IE1)

Baġit 2021

Differenza

1 3 3 1

Spejjeż tal-missjonijiet tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill

3 600 000

3 240 000

- 360 000

1 3 3 2

Spejjeż tal-ivvjaġġar tal-persunal relatat mal-Kunsill Ewropew

1 650 000

1 485 000

- 165 000

2 2 0 0

Spejjeż tal-ivvjaġġar tad-delegazzjonijiet

17 228 000

15 505 000

-1 723 000

2 2 0 1

Spejjeż tal-ivvjaġġar varji

570 000

513 000

-57 000

2 2 1 3

Informazzjoni u avvenimenti pubbliċi

5 095 000

4 585 500

- 509 500

 

Total

 

 

-2 814 500

Taqsima 3 – Il-Kummissjoni

Programm / Linja baġitarja

Isem

Varjazzjoni fl-approprjazzjonijiet ta' impenn (f'EUR)

AB 2021 (inkl. IE1)

Baġit 2021

Differenza

20 02 06 01

Spejjeż tal-missjonijiet u r-rappreżentazzjonijiet

59 145 000

53 230 000

-5 915 000

20 02 07 01

Spejjeż tal-missjonijiet u r-rappreżentazzjonijiet

6 083 000

5 475 000

- 608 000

20 03 15 01 – O1 01 03 01

Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet – Spejjeż tal-missjonijiet u tar-rappreżentazzjoni

235 000

212 000

-23 000

20 03 15 02 – O2 01 03 01

Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal – Spejjeż tal-missjonijiet u r-rappreżentazzjoni

401 000

361 000

-40 000

20 03 16 01 – O3 01 03 01

Uffiċċju tal-Amministrazzjoni u l-Ħlas tal-Intitolamenti Individwali – Spejjeż tal-missjonijiet u r-rappreżentazzjoni

153 000

138 000

-15 000

20 03 16 02 – O4 01 03 01

Uffiċċju għall-Infrastruttura u Loġistika — Brussell – Spejjeż tal-missjonijiet u r-rappreżentazzjoni

138 000

124 000

-14 000

20 03 16 03 – O5 01 03 01

Uffiċċju għall-Infrastruttura u Loġistika — il-Lussemburgu – Spejjeż tal-missjonijiet u r-rappreżentazzjoni

111 000

100 000

-11 000

20 03 17 – O6 01 03 01

Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF) – Spejjeż tal-missjonijiet u r-rappreżentazzjoni

1 460 000

1 314 000

- 146 000

 

Total

 

 

-6 772 000

Taqsima 4 – Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

Programm / Linja baġitarja

Isem

Varjazzjoni fl-approprjazzjonijiet ta' impenn (f'EUR)

AB 2021 (inkl. IE1)

Baġit 2021

Differenza

1 6 2

Missjonijiet

450 000

405 000

-45 000

 

Total

 

 

-45 000

Taqsima 5 – Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri

Programm / Linja baġitarja

Isem

Varjazzjoni fl-approprjazzjonijiet ta' impenn (f'EUR)

AB 2021 (inkl. IE1)

Baġit 2021

Differenza

1 6 2

Missjonijiet

3 320 000

2 988 000

- 332 000

 

Total

 

 

- 332 000

Taqsima 6 – Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Programm / Linja baġitarja

Isem

Varjazzjoni fl-approprjazzjonijiet ta' impenn (f'EUR)

AB 2021 (inkl. IE1)

Baġit 2021

Differenza

1 6 2

Missjonijiet

421 082

378 974

-42 108

2 5 4 8

Interpretazzjoni

6 735 709

7 326 563

590 854

 

Total

 

 

548 746

Taqsima 7 – Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Programm / Linja baġitarja

Isem

Varjazzjoni fl-approprjazzjonijiet ta' impenn (f'EUR)

AB 2021 (inkl. IE1)

Baġit 2021

Differenza

1 6 2

Missjonijiet

311 461

280 315

-31 146

2 1 4

Materjal u installazzjonijiet tekniċi

1 097 271

1 262 067

164 796

2 5 4 1

Partijiet terzi

104 100

304 100

200 000

2 6 4

Attivitajiet ta' komunikazzjoni tal-Gruppi Politiċi tal-KtR

195 049

395 049

200 000

 

Total

 

 

533 650

Taqsima 8 – L-Ombudsman Ewropew

Programm / Linja baġitarja

Isem

Varjazzjoni fl-approprjazzjonijiet ta' impenn (f'EUR)

AB 2021 (inkl. IE1)

Baġit 2021

Differenza

3 0 0

Nefqiet għall-missjonijiet tal-istaff u għall-ivvjaġġar fuq xogħol bejn it-tliet postijiet tax-xogħol

150 000

135 000

-15 000

 

Total

 

 

-15 000

Taqsima 9 — Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

Programm / Linja baġitarja

Isem

Varjazzjoni fl-approprjazzjonijiet ta' impenn (f'EUR)

AB 2021 (inkl. IE1)

Baġit 2021

Differenza

1 1 2 0

Spejjeż għall-missjonijiet, spejjeż għall-ivvjaġġar u nefqa oħra anċillari

155 000

139 500

-15 500

3 0 3 0

Spejjeż għall-missjonijiet, spejjeż għall-ivvjaġġar u nefqa oħra anċillari

50 000

45 000

-5 000

3 0 4 8

Spejjeż tal-President u tal-Viċi Presidenti tal-EDPB

59 000

53 100

-5 900

 

Total

 

 

-26 400

Taqsima 10 – Is-Servizz Ewropew tal-Azzjoni Esterna

Programm / Linja baġitarja

Isem

Varjazzjoni fl-approprjazzjonijiet ta' impenn (f'EUR)

AB 2021 (inkl. IE1)

Baġit 2021

Differenza

1 4 0

Missjonijiet

9 132 050

8 229 645

- 902 405

2 2 1 4

Kapaċità ta' Komunikazzjoni Strateġika

3 000 000

4 000 000

1 000 000

 

Total

 

 

97 595

B'konsegwenza ta' dan, huwa propost li l-livell ta' impenn maqbul jiġi stabbilit għal EUR 10 448,3 miljun, li jħalli marġni ta' EUR 186,7 miljun taħt il-limitu massimu tan-nefqa tal-intestatura 7.

Strumenti tematiċi speċjali: FEG, SEAR u BAR

L-approprjazzjonijiet ta' impenn għall-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG), u r-Riżerva ta' Solidarjetà u Għajnuna ta' Emerġenza (SEAR) huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit, kif emendat bl-Ittra Emendatorja Nru 1/2021.

p.m. Riżerva ta' Aġġustament għall-Brexit (BAR) se tiġi inkluża f'Baġit emendatorju kmieni fl-2021.

1.4.   Approprjazzjonijiet ta' pagament

Il-livell ta' approprjazzjonijiet ta' pagament globali fil-Baġit tal-2021 huwa stabbilit fil-livell tal-Abbozz ta' Baġit, kif emendat mill-Ittra Emendatorja Nru 1/2018, bl-aġġustamenti li ġejjin maqbula mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni:

1.

Jitqies il-livell maqbul ta' approprjazzjonijiet ta' impenn għan-nefqa mhux differenzjata, li għaliha l-livell tal-approprjazzjonijiet ta' pagament huwa ugwali għal-livell ta' approprjazzjonijiet ta' impenn. Dan jinkludi t-tnaqqis tal-kost tal-finanzjament tal-Istrument Ewropew għall-Irkupru (EURI) b'EUR 71,9 miljun u l-aġġustament għall-kontribuzzjoni tal-Unjoni lill-aġenziji deċentralizzati. L-effett ikkombinat huwa tnaqqis ta' EUR 123,0 miljun;

2.

L-aġġustamenti kkombinati taħt l-intestatura 7 li jirriżultaw fi tnaqqis globali ta' EUR 8,8 miljun;

3.

L-approprjazzjonijiet ta' pagament għall-proġetti pilota ġodda u għall-azzjonijiet preparatorji ġodda kollha proposti mill-Parlament huma stabbiliti fil-livell ta' 25 % tal-approprjazzjonijiet ta' impenn korrispondenti jew, fil-livell propost mill-Parlament, jekk ikun iktar baxx. Fil-każ ta' estensjoni ta' proġetti pilota eżistenti u azzjonijiet preparatorji eżistenti, il-livell ta' approprjazzjonijiet ta' pagament huwa dak definit fl-Abbozz ta' Baġit flimkien ma' 25 % tal-approprjazzjonijiet ta' impenn ġodda korrispondenti, jew fil-livell propost mill-Parlament, jekk ikun aktar baxx. L-effett ikkombinat huwa żieda ta' EUR 17,9 miljun;

4.

L-aġġustamenti għal-linji baġitarji li ġejjin huma maqbula b'riżultat tal-evoluzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' impenn għal nefqa differenzjata:

Linja baġitarja/Programm

Isem

Varjazzjoni fl-approprjazzjonijiet ta' impenn (f'EUR)

AB 2021 (inkl. IE1)

Baġit 2021

Differenza

1.0.221

FNE – Trasport

 

 

12 067 092

02 03 01

Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (FNE) — Trasport

33 691 420

45 758 512

12 067 092

1.0.23

Programm Ewropa Diġitali

 

 

1 916 490

02 04 03

Intelliġenza Artifiċjali

21 891 450

23 711 034

1 819 584

02 04 04

Ħiliet

6 130 200

6 227 106

96 906

2.2.351

Ġustizzja

 

 

1 078 615

07 07 01

Il-promozzjoni tal-kooperazzjoni ġudizzjarja

4 258 400

4 527 978

269 578

07 07 02

Appoġġ lit-taħriġ ġudizzjarju

7 028 000

7 472 907

444 907

07 07 03

Il-promozzjoni ta' aċċess effettiv għall-ġustizzja

5 752 000

6 116 130

364 130

2.2.352

Drittijiet u Valuri

 

 

2 089 154

07 06 02

Il-promozzjoni tal-involviment u tal-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fil-ħajja demokratika tal-Unjoni

12 489 000

12 879 258

390 258

07 06 03

Daphne

4 706 910

6 244 139

1 537 229

07 06 04

Il-protezzjoni u l-promozzjoni tal-valuri tal-Unjoni

0

161 667

161 667

2.2.3

SPEC

Prerogattivi

 

 

0

07 20 04 06

Kompetenzi speċifiċi fil-qasam tal-politika soċjali, inkluż id-djalogu soċjali

42 886 000

23 234 000

-19 652 000

07 20 04 09

Miżuri ta' informazzjoni u taħriġ għall-organizzazzjonijiet tal-ħaddiema

0

19 652 000

19 652 000

3.2.21

Il-Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE)

 

 

1 336 954

09 02 01

Natura u bijodiversità

6 870 000

7 297 067

427 067

09 02 02

Ekonomija ċirkolari u kwalità tal-ħajja

10 394 052

11 040 188

646 136

09 02 03

Mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih

2 295 581

2 438 284

142 703

09 02 04

Tranżizzjoni lejn enerġija nadifa

1 947 232

2 068 280

121 048

6.0.111

Strument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali (NDICI)

 

 

10 178 381

15 02 01 10

Viċinat tan-Nofsinhar

143 096 572

153 274 953

10 178 381

6.0.12

Għajnuna Umanitarja (HUMA)

 

 

20 000 000

15 03 01

Għajnuna Umanitarja

1 800 000 000

1 820 000 000

20 000 000

6.0.1

SPEC

Prerogattivi

 

 

1 318 031

15 20 04 03

Politika ta' informazzjoni u komunikazzjoni strateġika għall-azzjoni esterna

33 794 511

35 112 542

1 318 031

 

TOTAL

 

 

49 984 716

Kumplessivament dan jirriżulta f'livell ta' approprjazzjonijiet ta' pagament ta' EUR 166 060,5 miljun, tnaqqis ta' EUR 63,9 miljun meta mqabbel mal-Abbozz ta' Baġit, kif emendat bl-Ittra Emendatorja Nru 1/2021.

1.5.   Riżervi

Ma hemm l-ebda riżerva minbarra dawk tal-Abbozz ta' Baġit, kif emendat bl-Ittra Emendatorja Nru 1/2021.

L-approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament li jikkorrispondu għall-programmi ġodda li għalihom il-bażijiet legali qed jiġu ffinalizzati u huma mistennija li jiġu adottati kmieni fl-2021 mhux se jiddaħħlu proviżorjament fir-riżerva.

Il-Kumitat ta' Konċiljazzjoni jaqbel, b'mod eċċezzjonali, li ma jpoġġix l-ammonti għall-ECDC u l-EMA f'riżerva, minħabba n-natura urġenti tal-ħtiġijiet relatati mal-pandemija tal-COVID-19.

1.6.   Kummenti baġitarji

It-test tal-kummenti baġitarji jikkorrispondi għall-Abbozz ta' Baġit, kif emendat bl-Ittra Emendatorja Nru 1/2020 bl-aġġustamenti li ġejjin maqbula mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni:

Linji baġitarji li fir-rigward tagħhom l-emendi introdotti mill-Parlament Ewropew ġew approvati mingħajr modifiki:

Linja Baġitarja

Isem

Kapitolu 07 10

Aġenziji Deċentralizzati

Linji baġitarji li fir-rigward tagħhom l-emendi introdotti mill-Parlament Ewropew ġew approvati bil-modifika proposta mill-Kummissjoni fl-Ittra ta' Implimentabbiltà tagħha:

Linja Baġitarja

Isem

01 02 02 20

Cluster Kultura, Kreattività u Soċjetà Inklużiva

07 02 01

Il-fergħa tal-FSE+ b'ġestjoni kondiviża — Nefqa operazzjonali

15 03 02

Prevenzjoni tad-diżastri, tnaqqis tar-riskji tad-diżastri u preparatezza

Linji baġitarji li għalihom il-kumment baġitarju rispettiv kif propost fl-Abbozz ta' Baġit kif emendat bl-Ittra Emendatorja, huwa approvat bil-modifiki li ġejjin:

Linja Baġitarja

Isem

Kapitolu 02 04

Programm Ewropa Diġitali

It-test jiġi emendat kif ġej:

Imrawma simultanjament, dawn se jgħinu biex tinħoloq ekonomija tad-data b'saħħitha, jippromwovu l-inklużività u l-opportunitajiet indaqs għal kulħadd, u jiżguraw il-ħolqien tal-valur.

02 04 04

Ħiliet

Jiżdied it-test li ġej:

Il-Programm għandu jiżgura l-promozzjoni effettiva tal-opportunitajiet indaqs għal kulħadd, u l-implimentazzjoni tal-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri fl-azzjonijiet tiegħu.

Kapitolu 03 02

Programm għas-Suq Uniku (inkl. SMEs)

It-test jiġi emendat kif ġej:

Se jappoġġa wkoll il-parteċipazzjoni tan-nisa u jikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-pożizzjoni tal-atturi kollha tas-suq uniku: in-negozji, iċ-ċittadini inklużi l-konsumaturi, is-soċjetà ċivili u l-awtoritajiet pubbliċi.

03 02 02

Jiżdied it-test li ġej:

Il-Programm għandu jiżgura l-promozzjoni effettiva tal-opportunitajiet indaqs għal kulħadd, u l-implimentazzjoni tal-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri fl-azzjonijiet tiegħu.

F'konformità mal-Artikolu 15.3 tar-Regolament Finanzjarju u d-dikjarazzjoni konġunta dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 15.3 maqbula bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, il-Kumitat ta' Konċiljazzjoni jaqbel li l-approprjazzjonijiet ta' impenn jerġgħu jsiru disponibbli fil-linji baġitarji tar-riċerka. Il-kummenti baġitarji tal-linji baġitarji 01 02 02 10, 01 02 02 40, 01 02 02 50 u 01 02 02 60 se jiġu aġġustati kif xieraq:

Linja Baġitarja

Isem

01 02 02 10

Jiżdied it-test li ġej:

F'konformità mal-Artikolu 15.3 tar-Regolament Finanzjaru, huwa disponibbli ammont ta' EUR 3 400 000 f'approprjazzjonijiet ta' impenn għal din il-partita baġitarja b'żieda mad-diżimpenji li saru fl-2019 b'riżultat tan-nuqqas ta' implimentazzjoni totali jew parzjali tal-proġetti ta' riċerka.

01 02 02 40

Jiżdied it-test li ġej:

F'konformità mal-Artikolu 15.3 tar-Regolament Finanzjarju, ammont ta' EUR 3 400 000 f'approprjazzjonijiet ta' impenn huwa disponibbli għal din il-partita baġitarja wara d-diżimpenji li saru fl-2019 bħala riżultat tan-nuqqas ta' implimentazzjoni totali jew parzjali tal-proġetti ta' riċerka.

01 02 02 50

Jiżdied it-test li ġej:

F'konformità mal-Artikolu 15.3 tar-Regolament Finanzjaru, huwa disponibbli ammont ta' EUR 6 600 000 f'approprjazzjonijiet ta' impenn għal din il-partita baġitarja b'żieda mad-diżimpenji li saru fl-2019 b'riżultat tan-nuqqas ta' implimentazzjoni totali jew parzjali tal-proġetti ta' riċerka.

01 02 02 60

Jiżdied it-test li ġej:

F'konformità mal-Artikolu 15.3 tar-Regolament Finanzjaru, huwa disponibbli ammont ta' EUR 6 600 000 f'approprjazzjonijiet ta' impenn għal din il-partita baġitarja b'żieda mad-diżimpenji li saru fl-2019 b'riżultat tan-nuqqas ta' implimentazzjoni totali jew parzjali tal-proġetti ta' riċerka.

Linji baġitarji ġodda li għalihom qed jiġi propost il-kumment baġitarju rispettiv kif ġej:

Linja Baġitarja

Isem

07 20 04 09

Jiżdied it-test li ġej:

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri n-nefqa fuq il-miżuri ta' informazzjoni u taħriġ għall-organizzazzjonijiet tal-ħaddiema, inklużi r-rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet tal-ħaddiema fil-pajjiżi kandidati, li joħorġu mill-azzjoni tal-Unjoni fil-qafas tal-implimentazzjoni tad-dimensjoni soċjali tal-Unjoni.

Dawk il-miżuri jeħtieġ li jgħinu lill-organizzazzjonijiet tal-ħaddiema biex ikunu indirizzati l-isfidi ġenerali li tiffaċċja l-politika Ewropea tal-impjiegi u dik soċjali kif stipulat fl-istrateġija Ewropa 2020 u fi ħdan il-kuntest tal-inizjattivi tal-Unjoni biex ikunu indirizzati l-konsegwenzi tal-kriżi ekonomika.

Tingħata attenzjoni speċjali lit-taħriġ dwar sfidi tal-ġeneru fil-post tax-xogħol.

07 06 04

Jiżdied it-test li ġej:

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tiffoka fuq il-protezzjoni, il-promozzjoni u s-sensibilizzazzjoni dwar id-drittijiet billi tipprovdi appoġġ finanzjarju lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili attivi fil-livell lokali, reġjonali u transnazzjonali fil-promozzjoni u l-kultivazzjoni ta' dawn id-drittijiet, u b'hekk issaħħaħ ukoll il-protezzjoni u l-promozzjoni tal-valuri tal-Unjoni u r-rispett għall-istat tad-dritt u tikkontribwixxi għall-bini ta' Unjoni aktar demokratika, djalogu demokratiku, trasparenza u governanza tajba.

L-objettiv speċifiku ta' hawn fuq se jiġi segwit b'mod partikolari permezz tal-appoġġ għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-partijiet ikkonċernati mingħajr skop ta' qligħ attivi fl-oqsma tal-Programm biex tiżdied il-kapaċità tagħhom li jirreaġixxu, biex iwettqu attivitajiet ta' promozzjoni biex jippromwovu d-drittijiet, u biex jiżguraw aċċess adegwat għaċ-ċittadini kollha għas-servizzi, il-konsulenza u l-attivitajiet ta' appoġġ tagħhom.

Linji baġitarji ġodda li jirriżultaw mil-linja 07 03 01 mifruqa f'żewġ linji separati kif ġej, li għalihom il-kumment baġitarju rispettiv huwa stabbilit kif ġej:

Linja Baġitarja

Isem

07 03 01

Jitħassar it-test eżistenti

07 03 01 01

Jiżdied it-test li ġej:

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ tal-Programm Erasmus+ taħt ġestjoni indiretta. Għandha tappoġġa t-tliet azzjonijiet ewlenin u l-azzjonijiet Jean Monnet.

Azzjoni ewlenija 1: Il-mobbiltà għat-tagħlim

Fil-qasam tal-edukazzjoni u tat-taħriġ, il-Programm għandu jappoġġa l-azzjonijiet li ġejjin: (a) il-mobbiltà tal-istudenti u tal-persunal tal-edukazzjoni ogħla; (b) il-mobbiltà tal-istudenti u tal-persunal tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali; (c) il-mobbiltà tal-istudenti u tal-persunal tal-iskola; (d) il-mobbiltà tal-persunal tal-edukazzjoni għall-adulti; (e) l-opportunitajiet tat-tagħlim tal-lingwa, inkluż dawk li jappoġġaw attivitajiet tal-mobbiltà.

Azzjoni ewlenija 2: Il-kooperazzjoni bejn l-organizzazzjonijiet u l-istituzzjonijiet

Fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ, il-Programm għandu jappoġġa l-azzjonijiet li ġejjin: (a) sħubijiet għal kooperazzjoni u skambji tal-prattiki, inkluż sħubiji fuq skala żgħira li jrawmu aċċess usa' u aktar inklużiv għall-Programm; (b) sħubijiet għall-eċċellenza, b'mod partikolari l-universitajiet Ewropej, iċ-Ċentri ta' eċċellenza vokazzjonali u l-Masters konġunti; (c) sħubijiet għall-innovazzjoni biex tissaħħaħ il-kapaċità tal-innovazzjoni tal-Ewropa; (d) pjattaformi u għodod online għall-kooperazzjoni virtwali, inklużi s-servizzi ta' appoġġ għall-eTwinning u għall-pjattaforma elettronika tat-tagħlim għall-adulti fl-Ewropa.

Azzjoni Ewlenija 3: L-appoġġ għall-iżvilupp tal-politiki u għall-kooperazzjoni

Fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ, il-Programm għandu jappoġġa l-azzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-preparazzjoni u l-implimentazzjoni tal-aġendi ta' politika ġenerali u settorjali tal-Unjoni fl-edukazzjoni u t-taħriġ, inkluż bl-appoġġ tan-network Eurydice jew attivitajiet ta' organizzazzjonijiet rilevanti oħra; (b) l-appoġġ għall-għodod u l-miżuri tal-Unjoni li jrawmu l-kwalità, it-trasparenza u r-rikonoxximent tal-kompetenzi, tal-ħiliet u tal-kwalifiki; (c) djalogu ta' politika u kooperazzjoni mal- partijiet konċernati ewlenin, inklużi networks madwar l-Unjoni, organizzazzjonijiet nongovernattivi Ewropej u organizzazzjonijiet internazzjonali fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ; (d) miżuri li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni kwalitattiva u inklużiva tal-Programm; (e) kooperazzjoni ma' strumenti oħra tal-Unjoni u appoġġ għal politiki oħra tal-Unjoni; (f) attivitajiet ta' disseminazzjoni u sensibilizzazzjoni dwar l-eżiti u l-prijoritajiet tal-politiki Ewropej kif ukoll dwar il-Programm.

L-azzjonijiet Jean Monnet Il-Programm għandu jappoġġa t-tagħlim, l-apprendiment, ir-riċerka u d-dibattiti dwar kwistjonijiet ta' integrazzjoni Ewropea permezz tal-azzjonijiet li ġejjin: (a) azzjoni Jean Monnet fil-qasam tal-edukazzjoni ogħla; (b) azzjoni Jean Monnet f'oqsma oħra tal-edukazzjoni u t-taħriġ; (c) appoġġ għall-istituzzjonijiet li ġejjin, li jsegwu għan ta' interess Ewropew: l-Istitut Universitarju Ewropew, f'Firenze, inkluża l-Iskola tal-Governanza Transnazzjonali tiegħu; il-Kulleġġ tal-Ewropa (il-kampus ta' Bruges u dak ta' Natolin); l-Istitut Ewropew tal-Amministrazzjoni Pubblika, f'Maastricht; l-Akkademja tal-Liġi Ewropea, fi Trier; l-Aġenzija Ewropea għall-Bżonnijiet Speċjali u l-Edukazzjoni Inklużiva, f'Odense u ċ-Ċentru Internazzjonali għat-Taħriġ Ewropew, f'Nizza.

07 03 01 02

Jiżdied it-test li ġej:

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ tal-Programm Erasmus+ taħt ġestjoni diretta. Għandha tappoġġa t-tliet azzjonijiet ewlenin u l-azzjonijiet Jean Monnet.

Azzjoni ewlenija 1: Il-mobbiltà għat-tagħlim

Fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ, il-Programm għandu jappoġġa l-azzjonijiet li ġejjin: (a) il-mobbiltà tal-istudenti u tal-persunal tal-edukazzjoni ogħla; (b) il-mobbiltà tal-istudenti u tal-persunal tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali; (c) il-mobbiltà tal-istudenti u tal-persunal tal-iskola; (d) il-mobbiltà tal-persunal tal-edukazzjoni għall-adulti; (e) l-opportunitajiet tat-tagħlim tal-lingwa, inklużi dawk li jappoġġaw l-attivitajiet tal-mobbiltà.

Azzjoni ewlenija 2: Il-kooperazzjoni bejn l-organizzazzjonijiet u l-istituzzjonijiet

Fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ, il-Programm għandu jappoġġa l-azzjonijiet li ġejjin: (a) sħubijiet għal kooperazzjoni u skambji tal-prattiki, inkluż sħubiji fuq skala żgħira li jrawmu aċċess usa' u aktar inklużiv għall-Programm; (b) sħubijiet għall-eċċellenza, b'mod partikolari l-universitajiet Ewropej, iċ-Ċentri ta' eċċellenza vokazzjonali u l-Masters konġunti; (c) sħubijiet għall-innovazzjoni biex tissaħħaħ il-kapaċità tal-innovazzjoni tal-Ewropa; (d) pjattaformi u għodod online għall-kooperazzjoni virtwali, inklużi s-servizzi ta' appoġġ għall-eTwinning u għall-pjattaforma elettronika tat-tagħlim għall-adulti fl-Ewropa.

Azzjoni Ewlenija 3: L-appoġġ għall-iżvilupp tal-politiki u għall-kooperazzjoni

Fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ, il-Programm għandu jappoġġa l-azzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-preparazzjoni u l-implimentazzjoni tal-aġendi ta' politika ġenerali u settorjali tal-Unjoni fl-edukazzjoni u t-taħriġ, inkluż bl-appoġġ tan-network Eurydice jew attivitajiet ta' organizzazzjonijiet rilevanti oħra; (b) l-appoġġ għall-għodod u l-miżuri tal-Unjoni li jrawmu l-kwalità, it-trasparenza u r-rikonoxximent tal-kompetenzi, tal-ħiliet u tal-kwalifiki; (c) djalogu ta' politika u kooperazzjoni mal-partijiet konċernati ewlenin, inklużi networks madwar l-Unjoni, organizzazzjonijiet nongovernattivi Ewropej u organizzazzjonijiet internazzjonali fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ; (d) miżuri li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni kwalitattiva u inklużiva tal-Programm; (e) kooperazzjoni ma' strumenti oħra tal-Unjoni u appoġġ għal politiki oħra tal-Unjoni; (f) attivitajiet ta' disseminazzjoni u sensibilizzazzjoni dwar l-eżiti u l-prijoritajiet ta' politika Ewropea kif ukoll dwar il-Programm.

L-azzjonijiet Jean Monnet Il-Programm għandu jappoġġa t-tagħlim, l-apprendiment, ir-riċerka u d-dibattiti dwar kwistjonijiet ta' integrazzjoni Ewropea permezz tal-azzjonijiet li ġejjin: (a) azzjoni Jean Monnet fil-qasam tal-edukazzjoni ogħla; (b) azzjoni Jean Monnet f'oqsma oħra tal-edukazzjoni u t-taħriġ; (c) appoġġ għall-istituzzjonijiet li ġejjin, li jsegwu għan ta' interess Ewropew: l-Istitut Universitarju Ewropew, f'Firenze, inkluża l-Iskola tal-Governanza Transnazzjonali tiegħu; il-Kulleġġ tal-Ewropa (il-kampus ta' Bruges u dak ta' Natolin); l-Istitut Ewropew tal-Amministrazzjoni Pubblika, f'Maastricht; l-Akkademja tal-Liġi Ewropea, fi Trier; l-Aġenzija Ewropea għall-Bżonnijiet Speċjali u l-Edukazzjoni Inklużiva, f'Odense u ċ-Ċentru Internazzjonali għat-Taħriġ Ewropew, f'Nizza.

Dan hu bbażat fuq il-fehim li l-emendi introdotti mill-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jistgħux jimmodifikaw jew jestendu l-kamp ta' applikazzjoni ta' bażi legali eżistenti, jew jaffettwaw l-awtonomija amministrattiva tal-istituzzjonijiet, u li l-azzjoni tista' tiġi koperta mir-riżorsi disponibbli.

1.7.   Nomenklatura tal-baġit

In-nomenklatura tal-baġit proposta mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit, kif emendata bl-Ittra Emendatorja Nru 1/2020, hija maqbula, bl-inklużjoni tal-proġetti pilota u l-azzjonijiet preparatorji l-ġodda (minbarra l-azzjoni preparatorja l-ġdida AP 01 21 01 li għaliha l-approprjazzjonijiet relatati huma miżjuda mal-azzjoni preparatorja eżistenti AP 01 20 01). Barra minn hekk, il-Kumitat ta' Konċiljazzjoni jaqbel dwar l-aġġustamenti li ġejjin:

Żewġ linji addizzjonali, kif ġej:

Linja Baġitarja

Intestatura/ catpol

Isem

07 20 04 09

2b / 2.2.3SPEC

Miżuri ta' informazzjoni u taħriġ għall-organizzazzjonijiet tal-ħaddiema

07 06 04

2b / 2.2.352

Il-protezzjoni u l-promozzjoni tal-valuri tal-Unjoni

Il-linja 07 03 01 “Il-promozzjoni tal-mobbiltà għat-tagħlim tal-individwi, kif ukoll il-kooperazzjoni, l-inklużjoni, l-eċċellenza, il-kreattività u l-innovazzjoni fil-livell ta' organizzazzjonijiet u politiki fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ” hija maqsuma f'żewġ linji separati kif ġej, mingħajr ebda impatt fuq il-livell ta' approprjazzjonijiet:

Linja baġitarja/Programm

Isem

Approprjazzjonijiet (f'EUR)

ta' Impenn

ta' Pagament

07 03 01

Il-promozzjoni tal-mobbiltà għat-tagħlim tal-individwi, kif ukoll il-kooperazzjoni, l-inklużjoni, l-eċċellenza, il-kreattività u l-innovazzjoni fil-livell ta' organizzazzjonijiet u politiki fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ

 

 

07 03 01 01

Il-promozzjoni tal-mobbiltà għat-tagħlim tal-individwi, kif ukoll il-kooperazzjoni, l-inklużjoni, l-eċċellenza, il-kreattività u l-innovazzjoni fil-livell ta' organizzazzjonijiet u politiki fil-qasam tal-edukazzjoni u tat-taħriġ – Ġestjoni indiretta

1 755 470 446

1 468 151 286

07 03 01 02

Il-promozzjoni tal-mobbiltà għat-tagħlim tal-individwi, kif ukoll il-kooperazzjoni, l-inklużjoni, l-eċċellenza, il-kreattività u l-innovazzjoni fil-livell ta' organizzazzjonijiet u politiki fil-qasam tal-edukazzjoni u tat-taħriġ – Ġestjoni diretta

542 824 138

295 331 144

2.   Baġit 2020

L-Abbozz ta' Baġit Emendatorju (ABE) 10/2020 huwa approvat kif propost mill-Kummissjoni.

3.   Dikjarazzjonijiet

3.1.   Dikjarazzjoni unilaterali mill-Kummissjoni Ewropea dwar l-indirizzar tal-faqar fost it-tfal taħt il-Fond Soċjali Ewropew+

L-indirizzar tal-faqar fost it-tfal se jsir saħansitra aktar importanti speċjalment fil-kuntest tal-kriżi attwali tal-COVID-19 u jeħtieġ li jiġu allokati biżżejjed riżorsi għal dan. Il-proposta riveduta għall-Fond Soċjali Ewropew+ (COM(2020)0447) tinkludi konċentrazzjoni tematika speċifika biex jiġi indirizzat il-faqar fost it-tfal. Dan jirrikjedi li kull Stat Membru għandu jalloka mill-inqas 5 % tar-riżorsi tal-FSE+ tiegħu b'ġestjoni kondiviża biex jappoġġa azzjonijiet immirati u riformi strutturali biex jiġi indirizzat il-faqar fost it-tfal (l-Artikolu 7(3)a). Minħabba l-allokazzjonijiet nazzjonali previsti bħalissa, dan jirrappreżenta kważi EUR 5 biljun fi prezzijiet attwali għall-perijodu ta' programmazzjoni 2021-27.

3.2.   Dikjarazzjoni konġunta mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar l-approprjazzjonijiet ta' pagament

Il-Kunsill u l-Parlament jappella lill-Kummissjoni tibqa' timmonitorja mill-qrib u b'mod attiv matul is-sena 2021 l-implimentazzjoni tal-programmi 2014-2020 (b'mod partikolari fl-ambitu tas-subintestatura 2a u tal-Iżvilupp Rurali). Għal dan il-għan, il-Kunsill u l-Parlament jistiednu lill-Kummissjoni tippreżenta, fi żmien debitu, ċifri aġġornati li jikkonċernaw is-sitwazzjoni attwali u l-estimi rigward l-approprjazzjonijiet ta' pagament għall-2021. Jekk iċ-ċifri juru li l-approprjazzjonijiet imdaħħla fil-baġit għall-2021 ma jkunux suffiċjenti biex ikopru l-ħtiġijiet, il-Kunsill u l-Parlament jistiednu lill-Kummissjoni tippreżenta mill-aktar fis possibbli soluzzjoni xierqa, fost l-oħrajn abbozz ta' baġit emendatorju, bil-ħsieb li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu jistgħu jieħdu fi żmien debitu kwalunkwe deċiżjoni meħtieġa għal ħtiġijiet ġustifikati. Fejn applikabbli, il-Kunsill u l-Parlament se jqisu l-urġenza tal-kwistjoni, billi jnaqqsu l-perjodu ta' tmien ġimgħat għal deċiżjoni jekk jitqies meħtieġ. L-istess japplika mutatis mutandis jekk iċ-ċifri juru li l-approprjazzjonijiet li ddaħħlu fil-baġit għall-2021 jkunu ogħla minn kemm ikun meħtieġ.

3.3.   Dikjarazzjoni konġunta mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar l-indirizzar tal-impatt tal-kriżi tal-COVID-19

Sabiex jiġi indirizzat l-impatt tal-kriżi bla preċedent tal-COVID-19 fl-aħjar interess tal-UE, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni huma impenjati li jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jużaw malajr il-potenzjal sħiħ tal-ġenerazzjoni l-ġdida ta' programmi tal-UE filwaqt li jagħtu attenzjoni partikolari lis-setturi tal-ekonomija li huma l-aktar milquta mill-kriżi bħat-turiżmu u l-SMEs u l-persuni l-aktar affettwati mill-kriżi bħat-tfal u ż-żgħażagħ.

3.4.   Dikjarazzjoni unilaterali mill-Kummissjoni dwar il-governanza tal-aġenziji deċentralizzati

Il-Kummissjoni għandha interess qawwi li tiżgura li l-aġenziji deċentralizzati tal-UE jwettqu l-mandat tagħhom, inkluż it-tisħiħ u s-simplifikazzjoni tal-governanza tagħhom, kif ukoll l-appoġġ għall-ippjanar u r-rappurtar armonizzati mill-aġenziji deċentralizzati kollha. Il-Kummissjoni tqis li r-Rapport Speċjali Nru 22/2020 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri, u t-tweġibiet għalih, jistgħu jiffurmaw il-bażi għal segwitu kollaborattiv li jkun jeħtieġ l-appoġġ tal-Kunsill u tal-Parlament.

3.5.   Dikjarazzjoni konġunta mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar ir-Riżerva ta' Aġġustament għall-Brexit (BAR)

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistiednu lill-Kummissjoni tippreżenta proposta għall-istrument rilevanti meħtieġ biex titħaddem ir-Riżerva ta' Aġġustament għall-Brexit mingħajr dewmien, bil-ħsieb li jiġi żgurat li ammont suffiċjenti ta' approprjazzjonijiet ikun jista' jsir disponibbli għall-mobilizzazzjoni mill-bidu tas-sena finanzjarja 2021. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill se jqisu l-urġenza tal-kwistjoni matul id-deliberazzjonijiet tagħhom.

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistiednu lill-Kummissjoni tippreżenta abbozz ta' baġit emendatorju, hekk kif ikun xieraq, biex tagħmel disponibbli l-approprjazzjonijiet meħtieġa fis-sena finanzjarja 2021. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill se jikkunsidraw tali abbozz ta' baġit emendatorju bl-urġenza dovuta.


(1)  Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).


29.10.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 445/294


P9_TA(2020)0386

Regoli komuni li jiżguraw konnettività bażika tat-trasport tal-merkanzija bit-triq u tat-trasport tal-passiġġieri bit-triq fi tmiem il-perjodu ta' tranżizzjoni fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-18 ta’ Diċembru 2020 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni li jiżguraw konnettività bażika tat-trasport tal-merkanzija bit-triq u tat-trasport tal-passiġġieri bit-triq wara tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni msemmi fil-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (COM(2020)0826 – C9-0399/2020 – 2020/0362(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2021/C 445/50)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2020)0826),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 91(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0399/2020),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkonsulta l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

wara li kkonsulta l-Kumitat tar-Reġjuni,

wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tas-16 ta’ Diċembru 2020, li japprova l-pożizzjoni msemmija, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikoli 59 u 163 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

P9_TC1-COD(2020)0362

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-18 ta' Diċembru 2020 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2020/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni li jiżguraw konnettività bażika tat-trasport tal-merkanzija bit-triq u tat-trasport tal-passiġġieri bit-triq wara tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni previst fil-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) 2020/2224.)


29.10.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 445/295


P9_TA(2020)0387

Konnettività fit-trasport bl-ajru fi tmiem il-perjodu ta' tranżizzjoni fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-18 ta’ Diċembru 2020 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni li jiżguraw konnettività bażika fit-trasport bl-ajru wara tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni msemmi fil-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (COM(2020)0827 – C9-0398/2020 – 2020/0363(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2021/C 445/51)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2020)0827),

wara li kkunsidra l-Artikoli 294(2) u 100(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0398/2020),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkonsulta l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

wara li kkonsulta l-Kumitat tar-Reġjuni,

wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tas-16 ta’ Diċembru 2020, li japprova l-pożizzjoni msemmija, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikoli 59 u 163 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

P9_TC1-COD(2020)0363

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-18 ta' Diċembru 2020 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2020/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni li jiżguraw konnettività bażika fit-trasport bl-ajru wara tmiem il-perijodu ta’ tranżizzjoni previst fil-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) 2020/2225.)


29.10.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 445/296


P9_TA(2020)0388

Sikurezza tal-avjazzjoni fi tmiem il-perjodu ta' tranżizzjoni fir-rigward tail-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-18 ta’ Diċembru 2020 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti aspetti tas-sikurezza tal-avjazzjoni fir-rigward ta’ tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni msemmi fil-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika(COM(2020)0828 – C9-0397/2020 – 2020/0364(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2021/C 445/52)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2020)0828),

wara li kkunsidra l-Artikoli 294(2) u 100 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0397/2020),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkonsulta l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

wara li kkonsulta l-Kumitat tar-Reġjuni,

wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tas-16 ta’ Diċembru 2020, li japprova l-pożizzjoni msemmija, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikoli 59 u 163 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

P9_TC1-COD(2020)0364

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-18 ta' Diċembru 2020 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2020/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsilldwar ċerti aspetti tas-sikurezza tal-avjazzjoni fir-rigward ta’ tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni previst fil-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) 2020/2226.)