ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 439

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 64
29 ta' Ottubru 2021


Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2021/C 439/01

Rata tal-kambju tal-euro — It-28 ta’ Ottubru 2021

1

2021/C 439/02

Pubblikazzjoni tal-kontravalur f’valuta nazzjonali tat-thresholds finanzjarji espressi f’euro fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 116/2009

2

 

Il-Qorti tal-Awdituri

2021/C 439/03

Rapport Annwali dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020

3

2021/C 439/04

Rapport Speċjali Nru 24/2021 — Finanzjament ibbażat fuq il-prestazzjoni fil-politika ta’ Koeżjoni: ambizzjonijiet ta’ valur, iżda kien għad hemm ostakli fil-perjodu 2014-2020

4

 

L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew

2021/C 439/05

Deċiżjoni tal-Kulleġġ tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew tal-11 ta’ Awwissu 2021 li temenda u tissupplimenta r-Regoli Interni ta’ Proċedura tal-UPPE u d-Deċiżjoni dwar l-Awli Permanenti

5


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2021/C 439/06

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10495 — WP/AP/T-Mobile Netherlands) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

9

2021/C 439/07

Avviż ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10407 — AIP / ALVANCE DUNKERQUE TARGET BUSINESS) — Każ għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

11

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2021/C 439/08

Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda standard għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid, kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33

13

2021/C 439/09

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda, li ma hijiex minuri, fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

19


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

29.10.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 439/1


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-28 ta’ Ottubru 2021

(2021/C 439/01)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1593

JPY

Yen Ġappuniż

131,70

DKK

Krona Daniża

7,4391

GBP

Lira Sterlina

0,84373

SEK

Krona Żvediża

9,9690

CHF

Frank Żvizzeru

1,0656

ISK

Krona Iżlandiża

149,60

NOK

Krona Norveġiża

9,7468

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,709

HUF

Forint Ungeriż

363,33

PLN

Zloty Pollakk

4,6192

RON

Leu Rumen

4,9495

TRY

Lira Turka

11,1435

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5411

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4325

HKD

Dollaru ta’ Hong Kong

9,0167

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6146

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5623

KRW

Won tal-Korea t’Isfel

1 357,69

ZAR

Rand ta’ l-Afrika t’Isfel

17,5553

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,4169

HRK

Kuna Kroata

7,5155

IDR

Rupiah Indoneżjan

16 468,73

MYR

Ringgit Malażjan

4,8111

PHP

Peso Filippin

58,717

RUB

Rouble Russu

81,6042

THB

Baht Tajlandiż

38,547

BRL

Real Brażiljan

6,4798

MXN

Peso Messikan

23,5842

INR

Rupi Indjan

86,8032


(1)  Sors: rata tal-kambju ta’ referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


29.10.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 439/2


Pubblikazzjoni tal-kontravalur f’valuta nazzjonali tat-thresholds finanzjarji espressi f’euro fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 116/2009

(2021/C 439/02)

F’konformità mal-obbligu skont l-Anness 1(B) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 116/2009 (1), it-thresholds finanzjarji applikabbli għal ċerti kategoriji ta’ prodotti kulturali għandhom jiġu kkonvertiti u espressi fil-valuta nazzjonali ta’ dawk l-Istati Membri li ma jużawx l-euro u ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Il-kontrovaluri elenkati hawn taħt ġew ikkalkulati abbażi tal-valur medju ta’ kuljum ta’ kull waħda mill-valuti kkonċernati, espressa f’euro, matul il-perjodu ta’ 24 xahar li jintemm fl-aħħar jum ta’ Awwissu 2021. Dawn il-valuri riveduti jidħlu fis-seħħ fil-31 ta’ Diċembru 2021.

EUR

1

15 000

30 000

50 000

150 000

BGN Lev Bulgaru

1,9558

29 337

58 674

97 790

293 370

CZK Koruna Ċeka

26,0958

391 438

782 875

1 304 792

3 914 376

DKK Krone Daniż

7,4509

111 764

223 528

372 547

1 117 641

GBP Lira sterlina

0,8778

13 167

26 333

43 889

131 666

HRK Kuna Kroata

7,5200

112 799

225 599

375 998

1 127 994

HUF Forint Ungeriż

349,9789

5 249 684

10 499 368

17 498 947

52 496 842

PLN Zloty Pollakk

4,4536

66 804

133 607

222 679

668 037

RON Leu Rumen

4,8482

72 723

145 446

242 410

727 230

SEK Krona Żvediża

10,4034

156 051

312 102

520 170

1 560 510


(1)  ĠU L 39, 10.2.2009, p. 1.


Il-Qorti tal-Awdituri

29.10.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 439/3


Rapport Annwali dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020

(2021/C 439/03)

Fid-29 ta’ Ottubru 2021, il-Qorti Ewropea tal-Awdituri se tippubblika r-Rapport Annwali tagħha dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2020, flimkien mar-risposti tagħhom.

Ir-rapport jista’ jiġi kkonsultat direttament jew imniżżel, mid-9:00 tad-29 ta’ Ottubru 2021, mis-sit web tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri:

https://www.eca.europa.eu/mt/Pages/DocItem.aspx?did=59697


29.10.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 439/4


Rapport Speċjali Nru 24/2021

Finanzjament ibbażat fuq il-prestazzjoni fil-politika ta’ Koeżjoni: ambizzjonijiet ta’ valur, iżda kien għad hemm ostakli fil-perjodu 2014-2020

(2021/C 439/04)

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri b’dan tinfurmak li r-Rapport Speċjali Nru 24/2021 “Finanzjament ibbażat fuq il-prestazzjoni fil-politika ta’ Koeżjoni: ambizzjonijiet ta’ valur, iżda kien għad hemm ostakli fil-perjodu 2014-2020” għadu kif ġie ppubblikat.

Ir-rapport jista’ jiġi kkonsultat jew imniżżel mis-sit web tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri: http://eca.europa.eu


L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew

29.10.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 439/5


DEĊIŻJONI TAL-KULLEĠĠ TAL-UFFIĊĊJU TAL-PROSEKUTUR PUBBLIKU EWROPEW

tal-11 ta’ Awwissu 2021

li temenda u tissupplimenta r-Regoli Interni ta’ Proċedura tal-UPPE u d-Deċiżjoni dwar l-Awli Permanenti

(2021/C 439/05)

Il-Kulleġġ tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE),

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 2017/1939 tat-12 ta’ Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“UPPE”) (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “ir-Regolament dwar l-UPPE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 21 tiegħu,

Wara li ġiet meqjusa l-proposta mfassla mill-Kap Prosekutur Ewropew,

Billi:

1.

Fil-laqgħa straordinarja tiegħu tad-9 ta’ Ġunju 2021, il-Kulleġġ qies neċessarju li jiġu stabbiliti regoli speċifiċi għall-każijiet eċċezzjonali previsti fl-Artikolu 28(4) tar-Regolament.

2.

Fuq talba tal-Kap Prosekutur Ewropew, grupp ta’ ħidma tal-Kulleġġ elabora regoli ġodda li jimplimentaw l-Artikolu 28(4) tar-Regolament u ssottomettihom lill-Kap Prosekutur Ewropew bil-ħsieb ta’ proposta għal Deċiżjoni tal-Kulleġġ li temenda u tissupplimenta r-regoli interni ta’ proċedura.

3.

L-emendi tar-regoli interni ta’ proċedura jimplikaw emendi żgħar tad-Deċiżjoni 015/2020 tal-Kulleġġ tal-UPPE, tal-25 ta’ Novembru 2020 dwar l-Awli Permanenti.

4.

Skont l-Artikolu 70 tar-regoli interni ta’ proċedura, il-Kap Prosekutur Ewropew ikkomunika lill-Kulleġġ proposta motivata għal emenda fit-12 ta’ Lulju 2021.

5.

Il-Kulleġġ eżamina l-proposta mfassla mill-Kap Prosekutur Ewropew fil-laqgħa tiegħu tal-11 ta’ Awwissu 2021.

Adotta d-deċiżjoni li ġejja:

Artikolu 1

Emendi u supplimenti tar-regoli interni ta’ proċedura

Id-Deċiżjoni 003/2020 tal-Kulleġġ tal-UPPE tat-12 ta’ Ottubru 2020 dwar ir-regoli interni ta’ proċedura tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew tiġi emendata u ssupplimentata kif ġej:

I.

Fl-Artikolu 19, il-paragrafu 1 huwa emendat u ssupplimentat kif ġej:

“1.   Id-deċiżjoni dwar l-Awli Permanenti għandha tistabbilixxi sistema għall-allokazzjoni tal-każijiet lill-Awli Permanenti. Is-sistema għandha tkun ibbażata fuq allokazzjoni aleatorja, awtomatika u alternanti tal-każijiet lill-Awli Permanenti, li l-membri permanenti tagħhom ma jinkludux lill-Prosekutur Ewropew superviżur, skont l-ordni tar-reġistrazzjoni ta’ kull każ ġdid u għandha tiżgura distribuzzjoni ugwali tal-volum ta’ xogħol fost l-Awli Permanenti. Il-każ għandu jiġi allokat b’mod aleatorju immedjatament wara li jiġi rreġistrat lill-Awli Permanenti li l-membri permanenti tagħhom ma jinkludux lill-Prosekutur Ewropew superviżur. Għall-fini tal-evokazzjoni, il-każ għandu jiġi allokat b’mod aleatorju lil Awla Permanenti li jkollha laqgħa skedata bejn it-tielet u l-ħames jum mir-reġistrazzjoni tal-każ.”

II.

Fl-Artikolu 39, il-paragrafi 1 u 2 huma emendati kif ġej:

“1.   L-informazzjoni kollha rreġistrata skont l-Artikolu 38(1) ta’ dawn ir-regoli għandha tkun soġġetta għal verifika minn Prosekutur Delegat Ewropew jew mill-Prosekutur Ewropew ikkonċernat għall-fini ta’ valutazzjoni ta’ jekk hemmx raġunijiet għall-eżerċizzju tal-kompetenza tal-UPPE.

2.   Wara n-notifika mis-Sistema ta’ Ġestjoni tal-Każijiet f’konformità mal-Artikolu 38(5), il-Prosekutur Ewropew għandu jassenja l-verifika lil Prosekutur Delegat Ewropew. Il-Prosekutur Ewropew jista’ jwettaq il-verifiki personalment fis-sitwazzjonijiet msemmija fl-Artikolu 28(4) tar-Regolament. Il-proċess għall-assenjar tal-verifika għandu jiġi ddeterminat mill-Prosekutur Ewropew, li jista’ jinkludi allokazzjoni bbażata fuq ir-regoli, inkluż għal każijiet li fihom l-informazzjoni tkun inkisbet ex officio minn Prosekutur Delegat Ewropew.”

III.

Fl-Artikolu 40, il-paragrafi 3-7 huma emendati kif ġej:

“3.   Il-verifika għandha titwettaq billi jintużaw is-sorsi ta’ informazzjoni kollha li jkunu disponibbli għall-UPPE kif ukoll kwalunkwe sors disponibbli għall-Prosekutur Ewropew jew għall-Prosekutur Delegat Ewropew ikkonċernat, f’konformità mal-liġi nazzjonali applikabbli, inklużi dawk li jkunu disponibbli għalih li kieku jaġixxi f’kapaċità nazzjonali. Il-Prosekutur Ewropew jew il-Prosekutur Delegat Ewropew rispettivament jistgħu jagħmlu użu mill-persunal tal-UPPE għall-fini tal-verifika. Fejn xieraq, l-UPPE jista’ jikkonsulta u jiskambja informazzjoni ma’ istituzzjonijiet, ma’ korpi, ma’ uffiċċji jew ma’ aġenziji tal-Unjoni, kif ukoll ma’ awtoritajiet nazzjonali, soġġett għall-protezzjoni tal-integrità ta’ investigazzjoni kriminali futura possibbli.

4.   Il-Prosekutur Delegat Ewropew jew, skont kif ikun il-każ, il-Prosekutur Ewropew, għandu jiffinalizza l-verifika relatata mal-evokazzjoni ta’ investigazzjoni tal-anqas jumejn qabel id-data ta’ skadenza stabbilita mill-Artikolu 27(1) tar-Regolament. Il-verifika relatata mat-tnedija ta’ investigazzjoni għandha tiġi ffinalizzata mhux aktar tard minn 20 jum wara l-assenjament.

5.   F’każijiet fejn il-kompitu ta’ verifika jiġi assenjat lill-Prosekutur Delegat Ewropew, jekk il-Prosekutur Delegat Ewropew ma jiffinalizzax il-verifika dwar jekk titnediex investigazzjoni sal-limitu ta’ żmien stabbilit, jew jinforma li ma jkunx jista’ jagħmel dan fil-limitu ta’ żmien previst, il-Prosekutur Ewropew għandu jkun informat u, fejn xieraq, jestendi ż-żmien disponibbli jew joħroġ struzzjoni xierqa għall-Prosekutur Delegat Ewropew.

6.   F’dak li għandu x’jaqsam ma’ deċiżjoni dwar evokazzjoni, il-Prosekutur Delegat Ewropew jew, skont kif ikun il-każ, il-Prosekutur Ewropew, jista’ jitlob lill-Kap Prosekutur Ewropew sabiex jestendi b’massimu ta’ ħamest ijiem il-limitu ta’ żmien meħtieġ biex tiġi adottata deċiżjoni dwar evokazzjoni.

7.   Jekk il-Prosekutur Ewropew jew il-Prosekutur Delegat Ewropew ikkonċernat ma joħroġx deċiżjoni fil-limitu ta’ żmien, għandu jiġi kkunsidrat li din hija kunsiderazzjoni sabiex ma jiġix evokat każ, u għandu jiġi allokat l-Artikolu 42 kif xieraq.”

IV.

Fl-Artikolu 40, wara l-paragrafu 7, jiddaħħal paragrafu ġdid, 7a, bil-kontenut li ġej:

“7a.   Meta l-verifika titwettaq minn Prosekutur Ewropew, fuq valutazzjoni preliminari tal-informazzjoni għall-fini tal-Artikoli 26, 27 u 28(4) tar-Regolament, il-Prosekutur Ewropew għandu, bħala regola, jassenja l-każ fi żmien 24 siegħa lil Prosekutur Delegat Ewropew sabiex jipproċedi f’konformità mal-Artikoli 41 jew 42 ta’ dawn ir-regoli.

Fis-sitwazzjonijiet fejn il-Prosekutur Ewropew jemmen li l-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 28(4) tar-Regolament huma sodisfatti, għandu jipproċedi mingħajr dewmien mhux dovut skont l-Artikolu 52 paragrafi (1) u (2) ta’ dawn ir-regoli. F’tali sitwazzjonijiet, jekk il-Prosekutur Ewropew ikun kiseb l-approvazzjoni ta’ Awla Permanenti kompetenti li jmexxi l-investigazzjoni hu personalment, għandu jagħmel deċiżjoni motivata li jniedi l-investigazzjoni jew jevoka l-każ personalment u jiftaħ fajl tal-każ skont l-Artikolu 41(1) ta’ dawn ir-regoli. Jekk ma tingħatax approvazzjoni, il-Prosekutur Ewropew superviżur għandu jassenja l-każ mingħajr dewmien mhux dovut lil Prosekutur Delegat Ewropew. ”

V.

Fl-Artikolu 41, il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

“1.   Jekk, wara l-verifika, l-UPPE jiddeċiedi li jeżerċita l-kompetenza tiegħu billi jniedi investigazzjoni jew jevoka każ, għandu jinfetaħ fajl tal-każ u dan għandu jiġi assenjat numru ta’ identifikazzjoni fl-indiċi tal-fajls tal-każ (minn hawn ’il quddiem l-Indiċi). Is-Sistema ta’ Ġestjoni tal-Każijiet għandha toħloq ħolqa permanenti awtomatika mar-reġistrazzjoni relatata skont l-Artikolu 38(1) aktar ’il fuq.”

VI.

Fl-Artikolu 41, l-aħħar sub-paragrafu tal-paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:

“Il-kategoriji ta’ data personali msemmija aktar ’il fuq fil-punti (a)(x)–(xv) għandhom jiddaħħlu fl-Indiċi biss sa fejn ikun prattikabbli, filwaqt li jitqiesu l-interess operazzjonali u r-riżorsi disponibbli. Ir-referenza fl-Indiċi għandha tinżamm aġġornata matul l-investigazzjoni ta’ fajl tal-każ. Kull ċertu żmien, is-Sistema ta’ Ġestjoni tal-Każijiet għandha tinnotifika lill-Prosekutur Ewropew u lill-Prosekutur Delegat Ewropew ikkonċernat jekk ċerti kategoriji ta’ informazzjoni ma jiddaħħlux fl-Indiċi.”

VII.

Fl-Artikolu 41, il-paragrafu 3 huwa emendat kif ġej:

“3.   Is-Sistema ta’ Ġestjoni tal-Każijiet għandha tinnotifika lill-Prosekutur Ewropew superviżur, lill-Awla Permanenti u lill-Kap Prosekutur Ewropew”.

VIII.

Fl-Artikolu 41, il-paragrafu 4 huwa emendat kif ġej:

“4.   Jekk il-Prosekutur Delegat Ewropew inkarigat, jew il-Prosekutur Ewropew li qed iwettaq l-investigazzjoni skont l-Artikolu 28(4) tar-Regolament, iqis li sabiex jippreserva l-integrità tal-investigazzjoni jkun hemm bżonn li għal xi żmien jiġi ddifferit l-obbligu li jkunu informati l-awtoritajiet imsemmija fl-Artikoli 25(5), 26(2) u 26(7) tar-Regolament, huwa għandu jinforma lill-Awla Permanenti responsabbli mill-monitoraġġ mingħajr dewmien. Din tal-aħħar tista’ toġġezzjona għal din id-deċiżjoni u tordna lill-Prosekutur Delegat Ewropew jew, fejn applikabbli, lill-Prosekutur Ewropew li jaġixxi skont l-Artikolu 28(4) tar-Regolament, sabiex jipproċedi bin-notifika rilevanti minnufih.”

IX.

Fl-Artikolu 42, il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

“1.   Jekk, wara l-verifika, il-Prosekutur Delegat Ewropew jikkunsidra li ma jiftaħx investigazzjoni jew li ma jevokax każ, għandu jirreġistra r-raġunijiet fir-Reġistru. Il-kunsiderazzjoni għandha tiġi nnotifikata lill-Prosekutur Ewropew li jassenja u l-eżami tagħha għandu jiġi assenjat lill-Awla Permanenti kompetenti.”

X.

Fl-Artikolu 43, il-paragrafi 1 u 2 huma emendati kif ġej:

“1.   Minkejja l-possibbiltà ta’ riallokazzjoni f’konformità mal-Artikolu 49 u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 28(4) tar-Regolament, il-Prosekutur Delegat Ewropew li jkun iddeċieda li jiftaħ jew jevoka l-investigazzjoni għandu jkun dak li jimmaniġġaha wkoll.

2.   Jekk dan ikun permess mil-liġi nazzjonali, il-Prosekutur Ewropew jista’ jassenja Prosekutur Delegat Ewropew wieħed jew aktar mill-istess Stat Membru sabiex imexxi l-investigazzjoni flimkien mal-Prosekutur Delegat Ewropew inkarigat. Il-Prosekutur Ewropew ikkonċernat jista’ jmexxi l-investigazzjoni personalment jekk jissodisfa l-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 28(4) tar-Regolament.”

XI.

L-Artikolu 52 huwa emendat u ssupplimentat kif ġej:

“Artikolu 52

Investigazzjonijiet imwettqa minn Prosekutur Ewropew

1.   Jekk, wara li l-UPPE jirreġistra informazzjoni f’konformità mal-Artikolu 24 tar-Regolament, il-Prosekutur Ewropew ikkonċernat iqis li għandu jmexxi l-investigazzjoni personalment, għandu jitlob l-approvazzjoni tal-Awla Permanenti permezz tas-Sistema ta’ Ġestjoni tal-Każijiet qabel ma jieħu deċiżjoni motivata f’konformità mal-Artikolu 28(4), l-ewwel sub-paragrafu, l-ittra a), b) jew c) tar-Regolament.

2.   It-talba msemmija f’paragrafu 1 għandha tinkludi r-raġunijiet għaliex l-investigazzjoni għandha titwettaq mill-Prosekutur Ewropew superviżur, li jippermetti lill-Awla Permanenti tassessja jekk tissodisfax il-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 28(4) tar-Regolament.

3.   L-Awla Permanenti tista’ titlob kjarifiki mingħand il-Prosekutur Ewropew ikkonċernat u, jekk ikun ġie assenjat Prosekutur Delegat Ewropew, mingħand il-Prosekutur Delegat Ewropew inkarigat ikkonċernat.

4.   Jekk l-approvazzjoni tingħata mill-Awla Permanenti, il-Prosekutur Ewropew superviżur għandu jirreġistra d-deċiżjoni fis-Sistema ta’ Ġestjoni tal-Każijiet, li għandha tinnotifika lill-Prosekutur(i) Delegat(i) Ewropew/Ewropej ikkonċernat(i), jekk ikun(u) ġie/ġew assenjat(i) minn qabel. Id-deċiżjoni għandha tiġi kkomunikata lill-awtoritajiet nazzjonali wkoll.

5.   Jekk Prosekutur Ewropew ikun ħa deċiżjoni skont l-Artikolu 28(4) ittra a) jew b) tar-Regolament qabel ġie assenjat Prosekutur Delegat Ewropew, għandu jwettaq il-kompiti kollha tal-Prosekutur Delegat Ewropew.

6.   Jekk Prosekutur Ewropew iwettaq investigazzjoni personalment, b’analoġija għandu japplika l-Artikolu 44.”

Artikolu 2

Emenda tad-Deċiżjoni 015/2020 tal-Kulleġġ tal-UPPE dwar l-Awli Permanenti

Fl-Artikolu 4, l-ittra a) hija emendata kif ġej:

“a)

Is-Sistema ta’ Ġestjoni tal-Każijiet tal-UPPE għandha, mar-reġistrazzjoni ta’ każ, tallokah b’mod aleatorju lil Awla Permanenti li l-membri permanenti tagħha ma jinkludux lill-Prosekutur Ewropew superviżur. Għall-fini tal-evokazzjoni, il-każ għandu jiġi allokat b’mod immedjat lil Awla Permanenti li jkollha laqgħa skedata bejn it-tielet u l-ħames jum mir-reġistrazzjoni tal-każ u li l-membri permanenti tagħha ma jinkludux lill-Prosekutur Ewropew superviżur.”

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ u regoli tranżizzjonali

1.   Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-tletin jum mill-adozzjoni tagħha mill-Kulleġġ tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE).

2.   Sakemm id-data li fiha l-emendi introdotti permezz ta’ din id-Deċiżjoni jkunu integrati bis-sħiħ fil-karatteristiċi tekniċi tas-Sistema ta’ Ġestjoni tal-Każijiet, iżda mhux aktar tard minn tliet xhur mid-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni, l-allokazzjoni aleatorja tal-każijiet lill-Awla Permanenti tista’ ssir b’mod manwali, permezz tat-tlugħ bix-xorti.

Magħmula fil-Lussemburgu fil-11 ta’ Awwissu 2021.

F’isem il-Kulleġġ,

Danilo CECCARELLI

Deputat Kap Prosekutur Ewropew


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

29.10.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 439/9


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10495 — WP/AP/T-Mobile Netherlands)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 439/06)

1.   

Fit-22 ta’ Ottubru 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Warburg Pincus LLC (“WP”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

Apax Partners LLP (“AP”, ir-Renju Unit),

T-Mobile Netherlands Holding B.V. (“T-Mobile Netherlands”, in-Netherlands), bħalissa kkontrollata biss minn Deutsche Telekom AG.

WP u AP jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ T-Mobile Netherlands kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

WP: ditta ta’ ekwità privata globali li għandha l-kwartieri ġenerali tagħha fi New York. Il-kumpaniji tal-portafoll tagħha huma attivi f’varjetà ta’ setturi, inklużi l-konsumaturi, l-enerġija, is-servizzi finanzjarji, il-kura tas-saħħa, is-servizzi industrijali u kummerċjali u t-teknoloġija, il-medja u t-telekomunikazzjonijiet;

AP: forniment ta’ servizzi ta’ konsulenza dwar l-investiment lil fondi ta’ ekwità privata li jinvestu f’firxa ta’ setturi tal-industrija, bħat-teknoloġija u t-telekomunikazzjonijiet, il-kura tas-saħħa, is-servizzi finanzjarji u industrijali u l-bejgħ bl-imnut, l-ispejjeż u d-divertiment; kif ukoll

T-Mobile Netherlands: il-forniment ta’ servizzi ta’ telekomunikazzjonijiet fissi u mobbli lil klijenti privati u kummerċjali, kif ukoll servizzi ta’ aċċess bl-ingrossa fin-Netherlands.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10495 — WP/AP/T-Mobile Netherlands

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


29.10.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 439/11


Avviż ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10407 — AIP / ALVANCE DUNKERQUE TARGET BUSINESS)

Każ għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 439/07)

1.   

Fit-18 ta’ Ottubru 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

American Industrial Partners Capital Fund VII, LP (l-Istati Uniti tal-Amerka), fond ta’ investiment ġestit minn American Industrial Partners (kollettivament imsejħa “AIP”), u

Alvance Aluminium Dunkerque SAS u Alvance Aluminium Service SAS (flimkien, “Alvance Dunkerque Target Business”, Franza),

AIP takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ Alvance Dunkerque Target Business. Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.

L-istess konċentrazzjoni kienet diġà ġiet innotifikata lill-Kummissjoni fis-16 ta’ Lulju 2021 u fis-26 ta’ Lulju 2021, iżda l-avviż ġie sussegwentement irtirat fid-19 ta’ Lulju 2021 u fis-27 ta’ Awwissu 2021, rispettivament.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

AIP hija ditta ta’ ekwità privata ffukata fuq ix-xiri u t-titjib ta’ negozji industrijali,

Alvance Dunkerque Target Business huwa produttur tal-aluminju primarju, li jħaddem funditur tal-aluminju f’Loon-Plage qrib Dunkerque (Franza).

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10407 — AIP/Alvance Dunkerque Target Business

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

29.10.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 439/13


Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda standard għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid, kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33

(2021/C 439/08)

Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata f’konformità mal-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1).

KOMUNIKAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD LI TIMMODIFIKA D-DOKUMENT UNIKU

Drăgăşani

PDO-RO-A0286-AM01

Data tal-komunikazzjoni: 9 ta’ Awwissu 2021

DESKRIZZJONI TAL-EMENDA APPROVATA U R-RAĠUNIJIET GĦALIHA

1.   Inklużjoni ta’ varjetà ġdida tal-għeneb tal-inbid bħala varjetà ewlenija

Il-varjetà Rumena Alutus tal-għeneb tal-inbid ġiet miżjuda mal-lista ta’ varjetajiet awtorizzati bħala varjetà ewlenija.

B’riżultat ta’ dan, il-Kapitolu 4 tal-Ispeċifikazzjoni u t-taqsimiet 5 u 7 tad-Dokument Uniku ġew emendati.

L-Alutus hija varjetà Rumena maħluqa fl-Istazzjon tar-Riċerka għall-Vitikultura u għall-Vinifikazzjoni ta’ Drăgășani u l-introduzzjoni tagħha fil-kultivazzjoni tagħti liż-żona demarkata potenzjal ikbar għall-kapitalizzazzjoni tal-ispeċifiċità tal-vitikultura taż-żona ta’ Drăgășani fil-forma ta’ nbejjed ta’ kwalità.

L-Istazzjon tar-Riċerka ħoloq u mmonitorja l-progress tal-varjetà Alutus li, fil-kundizzjonijiet tipiċi taż-żona ta’ Drăgășani, hija adattabbli biżżejjed biex tikseb il-kwalità DOP. Bħala varjetà Rumena li tingħaqad ma’ varjetajiet oħrajn imkabbra f’din iż-żona, b’riżultati tajbin fil-produzzjoni tal-inbejjed b’karatteristiċi ta’ kwalità ogħla, l-Alutus iżżid mar-reputazzjoni tad-DOP ta’ Drăgășani, billi tiddivesifika l-firxa u billi tesprimi l-kumplessità aromatika tal-varjetajiet nazzjonali siewja.

Iż-żoni b’ħamrija skeletali jeżebixxu l-varjetà Alutus, li bis-saħħa tal-kundizzjonijiet tajbin ħafna tal-ħamrija, tipproduċi għeneb li jagħmel inbejjed robusti, strutturati b’aromi qawwija ta’ frott tal-foresta u pruna, b’kulur aħmar jgħajjat, b’palat qawwi, estrattivi u b’astrinġenza temperata.

2.   Emenda għar-rendiment tal-inbid biex tiġi riflessa ż-żieda tiegħu

Ir-rendiment tal-inbid żdied għal livell li ma jaqbiżx 14 000 kg/ettaru meta l-għeneb ikun immaturat għal kollox fil-ħsad u l-valur massimu ta’ 112 hl/ettaru għall-inbid miksub.

B’riżultat ta’ dan, il-Kapitoli 5 u 6 tal-Ispeċifikazzjoni u t-taqsima 5 tad-Dokument Uniku ġew emendati.

Il-bidla mitluba fil-produttività tal-inbid għal kull ettaru hija meħtieġa għaż-żona tad-DOP ta’ Drăgășani minħabba l-progress fil-produzzjoni miksub tul dawn l-aħħar snin, żieda fil-produzzjoni tal-għeneb b’maturità sħiħa fi żmien il-ħsad u ħsad aktar tard minħabba bidliet fl-istrutturi ġodda tal-vinja, dovuti għall-fattur bijotiku (l-istruttura klonali, is-salvaġġ) u l-fattur enoloġiku (l-użu ta’ teknoloġiji ġodda tal-produzzjoni tal-inbid).

Bħala riżultat tar-rikonverżjoni estensiva u tal-proġetti ta’ ristrutturar fiż-żona, kien hemm bidla sinifikanti fid-densità tal-vinji. Filwaqt li fl-imgħoddi, il-vinji li minnhom inqalgħu d-dwieli kellhom densità ta’ bejn 2 800 u 3 200 pjanta għal kull ettaru, il-pjantaġġuni l-ġodda għandhom densità ta’ aktar minn 4 545 pjanta għal kull ettaru, b’żidiet sinifikanti fid-densità ta’ vinji żgħar meta mqabbla mad-densità ta’ pjantaġġuni preċedenti, u dan wassal ukoll għal żidiet sinifikanti fil-produzzjoni tal-għeneb.

DOKUMENT UNIKU

1.   Isem/ismijiet għar-reġistrazzjoni

Drăgăşani

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

DOP – Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta

3.   Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli

1.

Inbid

4.   Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed

1.   Karatteristiċi analitiċi u organolettiċi

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

Inbejjed bojod/rożè

Għandhom aromi florali friski u għandhom kulur isfar lewn it-tiben bi sfumaturi ta’ isfar fl-aħdar, kulur is-salamun ċar/roża ċar, aromi ta’ vanilla, għeneb li jkun qed isir, butir frisk, sebuqa intensa, fjuri tad-dwieli, fjuri tal-akaċja, għasel, noċemuskata. Fejn għandha x’taqsam it-togħma, dawn l-inbejjed għandhom togħma ħafifa ta’ lewż, bi freskezza, rotondità u togħma persistenti. Il-maġġoranza l-kbira tal-inbejjed bojod huma meqjusin bħala inbejjed ħfief u aċidużi ħafna. Togħma aċiduża, vivaċi, ta’ frott, b’personalità, b’bilanċ, ħafna drabi bl-aroma ta’ frott misjur sew.

KARATTERISTIĊI ANALITIĊI

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

15,00

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

11,00

Aċidità totali minima

3,5 fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

18

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

200

2.   Karatteristiċi analitiċi u organolettiċi

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

Inbejjed ħomor

Togħma - struttura tannika robusta, togħma kumplessa, ta’ ħaxix, aromi ta’ frott tal-foresta, passolina u ħwawar, kif ukoll aromi ta’ frott tal-foresta misjur, pruni u ċirasa qarsa.

Aħmar lewn ir-rubini skur, aħmar lewn ir-rubini moderatament intens, aħmar lewn il-granata, intens, ċar u jgħajjat.

Togħma - inbejjed bellusin b’aċidità integrata sew, b’togħma persistenti, ibbilanċjata, mirquma.

KARATTERISTIĊI ANALITIĊI

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

15,00

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

12,00

Aċidità totali minima

3,5 fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

20

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

150

5.   Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid

5.1.   Prattiki enoloġiċi speċifiċi

1.   Prattiki enoloġiċi

Restrizzjoni rilevanti fuq il-produzzjoni tal-inbejjed

It-taħlil tal-inbejjed DOP “Drăgăşani” huwa pprojbit.

2.   Karatteristiċi u prattiki kulturali

Prattiki tal-kultivazzjoni

Fil-vinji li għadhom kif ġew stabbiliti, id-densità hija bejn: 4 132 u 5 500 pjanta għal kull ettaru. F’vinji oħrajn id-densità minima aċċettata hija:  3 200 pjanta għal kull ettaru.

Is-sistema tal-kultivazzjoni hija mingħajr protezzjoni jew b’semiprotezzjoni, imħarrġa skont bis-sistema rrakkomandata ta’ tħarriġ Guyot, tal-cordon singolu jew bilaterali, ta’ żbir b’sostituzzjoni regolari. Is-sistema taż-żbir użata se tkun twila jew imħallta b’rendiment ta’ 9-13-il lott/mp.

L-għelejjel jiġu fertilizzati permezz ta’ fertilizzanti kimiċi b’dożi moderati f’konformità mal-karatteristiċi fiżikokimiċi tal-ħamrija (immappjar agrokimiku) permezz tal-preservazzjoni ta’ proporzjon ottimu ta’ N, P, K, li għandu rwol importanti fil-formazzjoni tal-komponenti ta’ għelejjel varji (zokkor, aċidità, pigmenti ta’ antoċjanina, aromi).

5.2.   Rendimenti massimi għal kull ettaru

1.

meta l-ħsad ikun misjur għal kollox, il-Crâmpoșie selecționată

14 000 kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru

2.

meta l-ħsad ikun misjur għal kollox, il-Fetească regală, ir-Riesling italian, is-Sauvignon, il-Pinot gris, ix-Chardonnay

12 000 kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru

3.

meta l-ħsad ikun misjur għal kollox, it-Tămâioasă românească, il-Muscat Ottonel, in-Negru de Drăgășani

12 000 kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru

4.

meta l-ħsad ikun misjur għal kollox, in-Novac, il-Burgund mare, il-Merlot, il-Pinot noir, il-Cabernet Sauvignon, ix-Syrah, il-Fetească neagră, l-Alutus

10 000 kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru

5.

meta l-ħsad ikun misjur għal kollox, il-Crâmpoșie selecționată

112-il ettolitru għal kull ettaru

6.

meta l-ħsad ikun misjur għal kollox, il-Fetească regală, ir-Riesling italian, is-Sauvignon, il-Pinot gris, ix-Chardonnay

96 ettolitru għal kull ettaru

7.

meta l-ħsad ikun misjur għal kollox, it-Tămâioasă românească, il-Muscat Ottonel, in-Negru de Drăgășani

96 ettolitru għal kull ettaru

8.

meta l-ħsad ikun misjur għal kollox, in-Novac, il-Burgund mare, il-Merlot, il-Pinot noir, il-Cabernet Sauvignon, ix-Syrah, il-Fetească neagră, l-Alutus

75 ettolitru għal kull ettaru

6.   Definizzjoni taż-żona demarkata

Il-kontea ta’ Vâlcea:

Il-muniċipalità ta’ Drăgăşani - il-lokalitajiet komponenti ta’ Drăgăşani, Zărneni, Zlătărei, Valea Caselor;

Il-muniċipalità ta’ Ştefăneşti - l-irħula ta’ Dobruşa, Condoieşti, Şerbăneşti, Ştefăneşti;

Il-muniċipalità ta’ Şuteşti - l-irħula ta’ Racu, Izvoraşu, Şuteşti, Mitrofani, Verdea, Mazili, Boroşeşti;

Il-muniċipalità ta’ Prundeni - l-irħula ta’ Prundeni, Călina, Zăvideni;

Il-muniċipalità ta’ Orleşti - l-irħula ta’ Orleşti, Silea, Scaioşi, Procopoaia;

Il-muniċipalità ta’ Creţeni - l-irħula ta’ Creţeni, Mreneşti, Streminoasa, Izvoru;

Il-muniċipalità ta’ Guşoeni - l-irħula ta’ Guşoeni, Măgureni, Spârleni, Guşoianca, Burdăleşti;

Il-muniċipalità ta’ Lungeşti - l-irħula ta’ Lungeşti, Carcadieşti, Fumureni, Stăneşti-Lunca.

Il-kontea ta’ Olt:

Il-muniċipalità ta’ Cârlogani, l-irħula ta’ Cârlogani, Cepari;

Il-muniċipalità ta’ Strejeşti, l-irħula ta’ Strejeştii de Sus, Colibaşi;

Il-muniċipalità ta’ Pleşoiu, ir-raħal ta’ Schitu din Deal.

Id-denominazzjonjiet ta’ vinji singoli li ġejjin jistgħu jiżdiedu mad-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata “DRĂGĂŞANI”: DEALUL OLT, DOBRUŞA, ŞUTEŞTI, MITROFANI, CĂLINA, PRUNDENI, ZĂVIDENI, ORLEŞTI, GUŞOENI, MĂGURENI, SPÂRLENI.

7.   Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid / jinkisbu l-inbejjed

Alutus N

Burgund Mare N - Grosser burgunder, Grossburgunder, Blaufrankisch, Kekfrankos, Frankovka, Limberger

Cabernet Sauvignon N - Petit Vidure, Bourdeos tinto

Chardonnay B - Gentil blanc, Pinot blanc Chardonnay

Crâmpoşie selecţionată B

Fetească neagră N - Schwarze Mädchentraube, Poama fetei neagră, Păsărească neagră, Coada rândunicii

Fetească regală B - Königliche Mädchentraube, Königsast, Ktralyleanka, Dănăşană, Galbenă de Ardeal

Merlot N - Bigney rouge

Muscat Ottonel B - Muscat Ottonel blanc

Negru de Drăgăşani N

Novac N

Pinot Gris G - Affumé, Grau Burgunder, Grauburgunder, Grauer Mönch, Pinot cendré, Pinot Grigio, Ruländer

Pinot Noir N - Blauer Spätburgunder, Burgund mic, Burgunder roter, Klävner, Morillon Noir

Riesling italian B - Olasz Riesling, Olaszriesling, Welschriesling

Sauvignon B - Sauvignon verde

Syrah N - Shiraz, Petit Syrah

Tămâioasă românească B - Rumänische Weihrauchtraube, Tamianka

8.   Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet

Rabta maż-żona ġeografika demarkata

Il-vinja ta’ Drăgășani tinsab bejn Subcarpaţii Getici fit-Tramuntana u Campia Romana fin-Nofsinhar u fix-Xlokk, bejn 44°30 ′ -44°55 ′ Tramuntana u 23°55 ′ -24°15 ′ Lvant. Il-vinji jibqgħu sejrin għal tul ta’ madwar 50 km bejn il-muniċipalitajiet ta’ Strejești fin-Nofsinhar u Ionești fit-Tramuntana, il-wisa’ tvarja mil-Lvant għall-Punent fuq distanza ta’ madwar 30 km.

Amministrazzjoni - il-vinji jinsabu fil-kontej ta’ Vâlcea u Olt.

It-terren huwa kkaratterizzat minn għoljiet bejn xmajjar b’xaqlibiet weqfin, li jibqgħu għaddejjin b’mod parallel max-xmara Olt u b’direzzjoni mit-Tramuntana għan-Nofsinhar. L-altitudni tal-għoljiet tal-vinji tiżdied min-Nofsinhar (Oporelu 193 m) għat-Tramuntana (Scundu 463 m), u dan jagħti lok għal esponimenti differenti favorevoli għall-kultivazzjoni tad-dwieli.

Litoloġija - is-sodda tal-blat hija b’mod ġenerali ffurmata minn alternanza ta’ tafal, ġebla tal-marl u ramel terzjarju fuq ix-xaqlibiet u fuq is-sisien tal-għoljiet u ramal ta’ tiswir differenti fil-pjanuri tal-Olt.

Ħamrija - il-ħamrija fuq il-pjattaforma hija kkaratterizzata mill-preżenza ta’ luvisoli bojod, planosoli u ħamrija luvisolika (podżolika) kannella. Ħamrija taflija illuvjali kannella ffurmat fuq it-terrazzi u x-xaqlibiet ta’ fuq dojoq u mniffxin sew. Hemm ħamrija u regosoli kannella u eu-meżobażiċi fuq ix-xaqlibiet. Ħamrija kannella fl-aħmar tidher fuq it-terrazzi fuq il-parti tan-Nofsinhar tal-vinja.

Is-sistema idrografika dominanti hija x-xmara Olt, il-kollettur prinċipali, li tirċievi l-eċċess tal-ilma tax-xita mill-għoljiet fil-widien li jisseparawhom.

Il-klima hija kontinentali moderata, bi xtiewi kesħin u bi sjuf sħan, iżda b’estremitajiet tal-Ewropa tal-Lvant aktar moderati, b’xi influwenzi Mediterranji. It-temperatura annwali medja (11,3 °C), b’inżul moderat ta’ xita (642 mm fis-sena) u xemx matul l-istaġun tat-tkabbir (1520 siegħa) joħolqu kundizzjonijiet klimatiċi favorevoli għat-tkabbir tad-dwieli b’influwenza diretta fuq il-kwalità tal-ħsad. L-inbejjed miksubin mill-vinji singoli ta’ Deal Olt, Dobrușa, Șutești, Mitrofani, Călina, Prundeni, Orlești u Gușoeni jintgħarfu mill-kwalità eċċezzjonali tal-inbejjed aromatiċi miksubin mill-varjetajiet Tămâioasă românească u Sauvignon. Hemm ukoll inbejjed ħomor notevoli tal-varjetà Pinot noir.

Ħamrija dominanti: ħamrija luvisol u luvisolika kannella, flimkien mal-kundizzjonijiet termali, jippermettu u jippromwovu l-kultivazzjoni tal-varjetajiet tal-inbejjed bojod, b’mod partikolari: is-Sauvignon, il-Crâmpoşie selecţionată, it-Tămâioasă românească, u l-varjetajiet tal-inbid ħomor: in-Negru de Drăgăşani, in-Novac u l-Pinot noir.

Il-ħamrija u l-kundizzjonijiet klimatiċi kollha jiffavorixxu l-kultivazzjoni tal-inbid u l-ħolqien ta’ nbejjed ta’ kwalità speċjali b’karatteristiċi tipiċi taż-żona ta’ Drăgășani. Il-produzzjoni tal-għeneb permezz tal-koppji Vitis vinifera/salvaġġ imkabbra f’żona adatta, skont l-“għan” tal-art, jista’ jkollha riżultati notevoli fuq il-produzzjoni tal-inbejjed b’denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata.

F’altitudnijiet ta’ aktar minn 400 m, il-vinji jinsabu fuq ħamrija forestali kannella u kannella fl-aħmar, xi ħamrija podżolika, rikka fil-franka u li tkun tinsab fuq iż-żrar alluvjali.

Il-vinja ta’ Drăgășani għandha oriġini antika ħafna, u tmur lura għall-perjodu Dako-Getae, madwar 2 000 sena ilu. Hemm leġġenda li tgħid li l-varjetà “Braghină” issemmiet għat-tifla ta’ Burebista u l-varjetà “Gordan” issemmiet għall-ġellied qalbieni, Dacian, li l-mewta tiegħu, dak iż-żmien, kienet waħda kontraversjali minħabba li matul il-ġlieda li fiha tilef ħajtu, kien xorob ukoll bosta tazzi nbid.

Jeżistu dokumenti li għandhom x’jaqsmu mad-dwieli ta’ Drăgășani li jmorru lura għas-sekli 16 u 17, matul ir-renju ta’ Mikiel il-Qalbieni, li għamel bosta donazzjonijiet lill-monasteri li kienu s-sidien ta’ vinji.

Qabel it-tifqigħa tal-filossera, il-varjetajiet bażi fi Drăgășani kienu Crâmpoșie, Braghină u Gordan li magħhom ġiet miżjuda l-varjetà Tămâioasă românească. L-inbejjed l-antiki ta’ Drăgășani ma kellhomx kontenut ta’ alkoħol għoli ħafna, madwar 10 % vol., u kienu magħrufin sew għall-freskezza tagħhom dovuta għad-diossidu tal-karbonju, tipiku tal-inbejjed b’fermentazzjoni mhux kompluta, kif ukoll b’togħma kemxejn ta’ ħami.

Dawn l-inbejjed kienu jsiru minn għeneb li jinħasad tard, wara fermentazzjoni twila u ħafifa f’temperaturi baxxi, u żammew l-aċidità tagħhom sa kmieni fir-rebbiegħa.

Il-vinja ta’ Drăgășani ma baqgħetx ankrata fil-passat: il-varjetajiet il-ġodda u t-tekonoloġiji ġodda ta’ kultivazzjoni u ta’ produzzjoni tal-inbid ifissru li fil-ġurnata tal-lum hija meqjusa b’reputazzjoni tajba ħafna.

9.   Rekwiżiti oħra applikabbli (ippakkjar, tikkettar, rekwiżiti addizzjonali)

Kundizzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni

Qafas ġuridiku

Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit ieħor:

Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

Għall-inbejjed DOP “Drăgășani”, it-tikkettar irid juri t-tip ta’ inbid skont il-kontentu ta’ zokkor tiegħu (xott, nofsu misjur, ħelu mezzan, ħelu).

Link għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott

https://www.onvpv.ro/sites/default/files/caiet_de_sarcini_doc_dragasani_modf_cf_cererii_1353_14.07.2020_no_track_changes.pdf


(1)  ĠU L 9, 11.1.2019, p. 2.


29.10.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 439/19


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda, li ma hijiex minuri, fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

(2021/C 439/09)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) fi żmien tliet xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.

APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA FL-ISPEĊIFIKAZZJONI TAL-PRODOTT TA’ DENOMINAZZJONIJIET TA’ ORIĠINI PROTETTI JEW TA’ INDIKAZZJONIJIET ĠEOGRAFIĊI PROTETTI LI MA HIJIEX MINURI

Applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda f’konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012

“Raschera”

Nru tal-UE: PDO-IT-0023-AM02 – 23 ta’ Settembru 2020

DOP (X) IĠP ( )

1.   Grupp applikant u interess leġittimu

Consorzio Tutela Formaggio Raschera DOP

Via Mondovì Piazza 1/d

12080 Vicoforte (CN)

L-ITALJA

Email: info@raschera.com

Il-Consorzio Tutela Formaggio Raschera DOP [Konsorzju għall-Ħarsien tal-Ġobon tad-DOP “Raschera”] huwa magħmul minn prodotturi tal-ġobon “Raschera” u huwa intitolat jissottometti applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 13(1) tad-Digriet Nru 12511 tal-Ministeru għall-Politika Agrikola, Alimentari u Forestali tal-14 ta’ Ottubru 2013.

2.   Stat membru jew pajjiż terz

L-Italja

3.   Intestatura fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott affettwata mill-emenda/i

Isem il-prodott

Deskrizzjoni tal-prodott

Żona ġeografika

Prova tal-oriġini

Metodu ta’ produzzjoni

Rabta

Tikkettar

Oħrajn: Definizzjoni mill-ġdid tat-tip ta’ prodott “di Alpeggio” [“mill-mergħat tal-muntanji”]; ir-rabta tinġieb konformi mal-emenda rigward it-tames

4.   Tip ta’ emenda/i

Emenda għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ DOP jew IĠP irreġistrata li ma għandhiex tikkwalifika bħala minuri f’konformità mat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

Emenda għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ DOP jew IĠP irreġistrata li ma għandhiex tikkwalifika bħala minuri f’konformità mat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, li għaliha ma ġie ppubblikat l-ebda Dokument Uniku (jew ekwivalenti).

5.   Emenda/i

Deskrizzjoni tal-prodott

Emendi għall-Artikolu 2 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u għall-punt 3.2 tad-Dokument Uniku

Is-sentenza li ġejja żdiedet mad-deskrizzjoni tal-pejst tal-ġobon:

“kultant b’iffurmar ta’ vini naturali delikati qrib il-qoxra”.

Filwaqt li din il-karatteristika hija preżenti biss f’xi każijiet, hija karatteristika tipika tal-prodott apprezzata ħafna mill-konsumaturi minħabba li hija meqjusa bħala sinjal ta’ kwalità. Madankollu, spiss wasslet biex il-korp ta’ kontroll iqis li l-ġobon ma huwiex konformi. Għalhekk ġie deċiż li din il-karatteristika tiġi inkluża b’mod espliċitu fid-deskrizzjoni tal-pejst.

Żona ġeografika

Emenda għall-Artikolu 3 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u għall-punt 4 tad-Dokument Uniku

Żdiedet il-muniċipalità ta’ Villafranca Piemonte fil-provinċja ta’ Turin.

Hemm raġunijiet storiċi wara l-inklużjoni tal-muniċipalità ta’ Villafranca Piemonte. Il-pożizzjoni ġeografika ta’ din il-muniċipalità hija tali li tmiss ma’ kważi l-muniċipalitajiet kollha fil-provinċja ta’ Cuneo. Din il-kontigwità dejjem fissret li l-kundizzjonijiet tal-produzzjoni tagħha huma l-istess bħal dawk fiż-żona ġeografika ta’ “Raschera”.

Metodu ta’ produzzjoni

Emenda għall-Artikolu 5 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u għall-punt 3.3 tad-Dokument Uniku – tip ta’ tames

Verżjoni attwali:

“Il-ħalib irid jiġi kkoagulat f’temperatura ta’ bejn madwar 27 °C u 36 °C b’tames likwidu tal-annimali.”

Verżjoni ġdida:

“Il-ħalib irid jiġi kkoagulat f’temperatura ta’ bejn 27 °C u 38 °C.

Jekk jintuża t-tames tal-annimali, irid ikun fih mill-inqas 80 % kimożina.

Jistgħu jintużaw koagulanti li ma jiġux mill-annimali.”

Iż-żieda fit-temperatura tal-koagulazzjoni hija spjegata mill-fatt li, sabiex taħdem bl-aħjar mod, it-tekniki attwali tal-produzzjoni tal-ġobon bħaż-żieda ta’ kulturi starter jeħtieġu temperaturi ogħla.

L-emenda għall-karatteristiċi tat-tames hija spjegata mill-fatt li snin ta’ esperjenza wrew lill-produtturi li l-użu tat-tames b’mill-inqas 80 % ta’ kimożina jipproduċi ġobon ta’ kwalità ogħla, b’din il-kwalità tinżamm għal perjodu itwal, minn ġobon prodott bit-tames b’perċentwal aktar baxx ta’ kimożina.

Barra minn hekk, l-għażla tal-użu tat-tames li ma jiġix mill-annimali ġiet inkluża sabiex tkun tista’ tiġi ssodisfata d-domanda tal-konsumaturi għal dan it-tip ta’ prodott.

Emenda għall-Artikolu 5 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u għall-punt 3.4 tad-Dokument Uniku (passi fil-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona) – metodi ta’ żieda tal-melħ

Verżjoni attwali:

“Il-ġobon miksub jiġi soġġett għal tmelliħ niexef (normalment darbtejn). It-tmelliħ niexef jista’ jiġi ppreċedut minn tmelliħ fis-salmura.”

Verżjoni ġdida:

“Il-ġobon jiġi mmellaħ fis-salmura u/jew fin-niexef.”

Din l-emenda hija appoġġata minn studju li analizza r-riżultati miksuba mir-riċerka mwettqa billi żdied il-melħ skont l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott eżistenti u billi żdied il-melħ fis-salmura. Dan l-istudju juri li r-“Raschera” prodott bl-użu ta’ żewġ metodi differenti ta’ żieda tal-melħ għandu l-istess karatteristiċi. Għalhekk ġie deċiż li l-produtturi jingħataw għażla libera dwar liema tip ta’ żieda ta’ melħ iwettqu.

Emenda għall-Artikolu 5 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott – maturazzjoni tar-“Raschera”

Din l-emenda tippermetti lill-produtturi jużaw il-kliem “Oltre quattro mesi” [“Aktar minn erba’ xhur”] fuq it-tikketti.

Għalhekk żdied it-test li ġej:

Il-“Ġobon li tħalla jimmatura għal mill-inqas 120 jum jista’ juri l-kliem ‘Oltre quattro mesi’ fuq strixxa li tista’ tiġi applikata fuq it-tikketta tal-karti.”

Din il-formulazzjoni tal-kliem se tagħmilha possibbli li r-“Raschera” li jkun tħalla jimmatura għal aktar minn erba’ xhur jiġi identifikat b’mod aktar preċiż u se twassal biex il-konsumaturi jagħrfuh immedjatament.

Oħrajn

Emenda għall-Artikolu 3 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u għall-punt 3.3 tad-Dokument Uniku – definizzjoni tar-“Raschera d’Alpeggio”

Din l-emenda ma tibdilx iż-żona tal-produzzjoni iżda pjuttost tagħmel it-tip ta’ prodott “di Alpeggio” konformi mar-regoli tar-Reġjun tal-Piemonte.

Verżjoni attwali:

“Iż-żona tal-produzzjoni u tal-maturazzjoni tinkludi t-territorju kollu tal-provinċja ta’ Cuneo. Ir-‘Raschera’ tond u kwadru li jiġi prodott u li jimmatura fi kwota superjuri ta’ 900 m ’il fuq minn wiċċ il-baħar fil-muniċipalitajiet ta’ Frabosa Soprana, Frabosa Sottana, Garessio fir-rigward ta’ Valcasotto, Magliano Alpi għall-parti li tmiss mal-muniċipalità ta’ Ormea, Montaldo Mondovì, Ormea, Pamparato, Roburent, Roccaforte Mondovì, u huwa magħmul minn ħalib tal-istess oriġini, jista’ juża t-terminu ‘di Alpeggio’.”

Verżjoni ġdida:

“Iż-żona tal-produzzjoni tal-ħalib, tal-produzzjoni tal-ġobon u tal-maturazzjoni għall-ġobon tad-DOP ‘Raschera’ tikkonsisti fil-pronvinċja ta’ Cuneo fl-intier tagħha u fil-muniċipalità ta’ Villafranca Piemonte fil-provinċja ta’ Turin. Il-ġobon tad-DOP ‘Raschera d’Alpeggio’ tond jew kwadru jiġi prodott u jitħalla jimmatura biss fil-muniċipalitajiet ta’: Frabosa Soprana, Frabosa Sottana, Garessio (iż-żona ta’ Valcasotto biss), Magliano Alpi (il-parti li tmiss mal-muniċipalità ta’ Ormea biss) Montaldo Mondovì, Ormea, Pamparato, Roburent u Roccaforte Mondovì. Għal dan it-tip ta’ ‘Raschera’, iż-żoni fit-territorju tal-muniċipalitajiet imsemmija hawn fuq, f’altitudni ta’ aktar minn 900 m ’il fuq mil-livell tal-baħar huma l-uniċi postijiet minn fejn jista’ joriġina l-ħalib u fejn il-ġobon jista’ jitħalla jimmatura. L-isem ‘Raschera d’Alpeggio’ jintuża għall-ġobon prodott mill-ipproċessar tal-ħalib miksub minn annimali mitmugħa l-ħaxix matul il-perjodu ta’ migrazzjoni lejn il-mergħat tal-muntanji bejn l-1 ta’ Ġunju u l-15 ta’ Ottubru. Flimkien mar-ragħa, id-dieta tal-annimali tista’ tkun issupplimentata b’sa massimu ta’ 10 % tal-materja niexfa li tiġi inġestita kuljum. Għall-merħliet tal-muntanji mhux migratorji, ir-‘Raschera d’Alpeggio’ huwa ġobon prodott mill-ipproċessar ta’ ħalib miksub minn annimali mitmugħin il-ħaxix, imrobbija f’art li tinsab f’altitudni ogħla minn 900 m ’il fuq mil-livell tal-baħar, fil-muniċipalitajiet imsemmija qabel biss, f’konformità mar-rekwiżiti speċifikati hawn fuq fir-rigward tal-perjodu u tad-dieta.”

Sabiex tiġi evitata l-konfużjoni fost il-konsumaturi, ir-Reġjun tal-Piemonte speċifika l-kundizzjonijiet għall-użu tal-kliem “di Alpeggio” fuq it-tikkettar. Għaldaqstant, il-produtturi tar-“Raschera” ġabu l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tagħhom f’konformità ma’ dawk ir-regoli.

Emenda għall-Artikolu 6 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u għall-punt 5 tad-Dokument Uniku

Din l-emenda tagħmel is-sentenza dwar it-tames konformi mar-regola emendata dwar it-tames.

Il-kliem attwali:

“...l-użu ta’ tames likwidu li ġej mill-annimali...”

Verżjoni ġdida:

“...il-kwalità għolja tat-tames u l-koagulanti użati...”

Din l-emenda tiżgura li l-informazzjoni dwar ir-rabta tkun konsistenti mal-emenda mitluba fir-rigward tat-tip ta’ tames li jista’ jintuża.

Barra minn hekk, fejn issir referenza fid-deskrizzjoni tar-rabta għall-provinċja ta’ Cuneo, żdiedet referenza għall-muniċipalità ta’ Villafranca Piemonte fil-provinċja ta’ Turin.

Din il-muniċipalità żdiedet maż-żona ġeografika definita sabiex ir-rabta ssir koerenti.

DOKUMENT UNIKU

“Raschera”

Nru tal-UE: PDO-IT-0023-AM02 – 23 ta’ Settembru 2020

DOP (X) IĠP ( )

1.   Isem(Ismijiet) [tad-DOP jew tal-IĠP]

“Raschera”

2.   Stat Membru jew pajjiż terz

L-Italja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott [elenkat fl-Anness XI]

Klassi 1.3. – Ġobon

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)

Ir-“Raschera” huwa ġobon ippressat b’kontenut ta’ xaħam sħiħ jew medju magħmul mill-ħalib tal-baqra (li jista’ jkun għadda minn proċess ta’ sanitizzazzjoni), possibbilment issupplimentat bi kwantitajiet żgħar ta’ ħalib tan-nagħaġ u/jew tal-mogħoż, kultant parzjalment xkumat bl-ixkumar tal-wiċċ u possibilment biż-żieda ta’ enzimi tal-ħalib u/jew kulturi starter naturali. Jintuża bħala ġobon għal fuq il-mejda tal-ikel u għandu l-karatteristiċi li ġejjin:

Għamla: ċilindriku b’uċuħ ċatti jew kwadrangulari b’uċuħ ċatti.

Dimensjonijiet:

“Raschera” tond: dijametru ta’ 30-40 cm, tarf kemxejn konvess ta’ 6-9 cm;

“Raschera” kwadru: tul ta’ 28-40 cm fuq in-naħat kollha, tarf irregolari ta’ 7-15 cm,

Piż:

“Raschera” tond: 5-9 kg;

“Raschera” kwadru: 6-10 kg.

Kulur tal-pejst: abjad jew lewn l-avorju.

Qoxra: irqiqa, griża u/jew ħamranija kultant b’noti jagħtu fl-isfar, elastika, lixxa u regolari, kultant b’irqajja’ jagħtu fl-aħmar fit-truf tal-ġobon aċċentwati bil-maturazzjoni, ma tittikilx.

Sawra tal-pejst: pjuttost iebes u elastiku b’toqob żgħar ħafna mqassmin skarsament u b’mod irregolari, kultant b’iffurmar ta’ linji blu naturali delikati qrib il-qoxra.

Togħma: fina, delikata, b’aroma distinta, u b’togħma moderatament qawwija u sħiħa jekk jitħalla jimmatura.

Xaħam ikkalkulat fuq il-materja xotta: mill-inqas 32 %.

Il-kejl u l-piż jirreferu għall-ġobon wara l-perjodu minimu ta’ maturazzjoni.

3.3.   Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

Il-baqar u, fejn rilevanti, in-nagħaġ u/jew il-mogħoż iridu jiġu mitmugħin prinċipalment foraġġ aħdar jew ikkonservat jew foraġġ tal-ħuxlief mill-mergħat, mill-bwar jew mill-artijiet mimlija ħaxix jew ħuxlief mill-mergħat ta’ ħaxix imħallat, bil-biċċa l-kbira ta’ dan il-materjal tal-għalf jiġi miż-żona ġeografika ddefinita.

Jekk jintuża tames li ġej mill-annimali, irid ikun fih mill-inqas 80 % kimożina. Jistgħu jintużaw koagulanti li ma jiġux mill-annimali.

L-isem “Raschera d’Alpeggio” jintuża għall-ġobon prodott mill-ipproċessar tal-ħalib miksub minn annimali mitmugħin il-ħaxix matul il-perjodu ta’ migrazzjoni lejn il-mergħat tal-muntanji bejn l-1 ta’ Ġunju u l-15 ta’ Ottubru. Flimkien mar-ragħa, id-dieta tal-annimali tista’ tkun issupplimentata b’sa massimu ta’ 10 % tal-materja niexfa li tiġi inġestita kuljum. Għall-merħliet tal-muntanji mhux migratorji, ir-“Raschera d’Alpeggio” huwa ġobon prodott mill-ipproċessar tal-ħalib miksub mill-annimali mitmugħin il-ħaxix u mrobbija f’art li tinstab f’altitudni ogħla minn 900 m ’il fuq mil-livell tal-baħar, fil-muniċipalitajiet imsemmija hawn fuq biss, f’konformità mar-rekwiżiti speċifikati hawn fuq dwar il-perjodu u d-dieta.

3.4.   Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita

Il-merħliet tal-ħalib li l-ħalib tagħhom jiġi pproċessat fir-“Raschera” jridu jkunu jinsabu fiż-żona ġeografika ddefinita.

Il-ħalib irid jiġi prodott u pproċessat ġewwa ż-żona ġeografika ddefinita.

3.5.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar

Il-marka ta’ konformità hija kkostitwita bit-twaħħil, fil-waqt tal-kummerċjalizzazzjoni, ta’ tikketta tal-karti (b’dijametru ta’ 25 cm għall-ġobon tond, jew b’ġenb ta’ 25 cm għall-ġobon kwadru, bi sfond ta’ nofs tonalità aħdar għall-ġobon normali u sfond ta’ nofs tonalità isfar għall-ġobon li juża l-kliem “d’Alpeggio” [“mill-mergħat tal-muntanji”]) u timbru li jaħraq fiċ-ċentru ta’ waħda min-naħat ċatti. Il-prodott jista’ jiġi kkumerċjalizzat bid-denominazzjoni ta’ oriġini protetta “Raschera” wara li jsir tali mmarkar u tikkettar biss.

Tista’ tintuża kolla tal-ikel biex titwaħħal it-tikketta tal-karti.

Il-logo tal-ġobon tad-DOP “Raschera” huwa ittra “R” stilizzata. Għal “Raschera d’Alpeggio” l-ittra “a” tidher ġewwa r-“R” stilizzata.

Il-logos huma riprodotti fuq pjanċi tar-ram isfar għat-tagħmir tal-immarkar. Parti integrali ta’ dawn il-logos hija n-numru ta’ identifikazzjoni ta’ tliet ċifri tal-faċilità tal-prodotti tal-ħalib jew tal-maturazzjoni li jitqiegħed taħt ir-“R” jew ir-“R” tal-ġobon “d’Alpeggio”. Il-logo (mingħajr in-numru ta’ identifikazzjoni) jidher ukoll fuq it-tikketti tal-karti u jrid jiġi inkluż mar-referenza tal-awtorizzazzjoni għall-ġobon mibjugħ f’porzjonijiet.

Image 1

4.   Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

Iż-żona tal-produzzjoni tal-ħalib, tal-produzzjoni tal-ġobon u tal-maturazzjoni għall-ġobon tad-DOP “Raschera” tikkonsisti fil-pronvinċja ta’ Cuneo fl-intier tagħha u fil-muniċipalità ta’ Villafranca Piemonte fil-provinċja ta’ Turin.

Ġobon tad-DOP “Raschera d’Alpeggio” tond jew kwadru jiġi prodott u jitħalla jimmatura biss fil-muniċipalitajiet ta’: Frabosa Soprana, Frabosa Sottana, Garessio (iż-żona ta’ Valcasotto biss), Magliano Alpi (il-parti li tmiss mal-muniċipalità ta’ Ormea biss) Montaldo Mondovì, Ormea, Pamparato, Roburent u Roccaforte Mondovì. Għal dan it-tip ta’ “Raschera”, iż-żoni fit-territorju tal-muniċipalitajiet imsemmija fuq, f’altitudni ta’ aktar minn 900 m “il fuq mil-livell tal-baħar huma l-uniċi postijiet minn fejn jista’ joriġina l-ħalib u fejn il-ġobon jista’ jitħalla jimmatura.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

Minħabba l-pożizzjoni ġeografika tagħhom bejn il-Baħar tal-Liguria u l-Wied tal-Po, il-mergħat tal-Alpi Marittimi għandhom klima b’ammont relattivament għoli ta’ xita. Din il-karatteristika, flimkien mal-fatt li l-viċinanza tal-baħar tagħmel it-temperaturi ferm aktar moderati, tfisser li l-veġetazzjoni hija rikka ħafna u għalhekk li dawn il-mergħat huma ta’ interess botaniku kbir minħabba l-varjetà ta’ ħaxix preżenti (aktar minn mitt speċi endemika). Ir-rikkezza u l-varjetà ta’ dan il-ħaxix tfisser li l-ħalib tal-annimali li jirgħu wkoll jassumi t-togħmiet karatteristiċi tipiċi li huma esklussivi għal din iż-żona. Iż-żona tal-għoljiet baxxi u l-pjanura ta’ Cuneo maġenbha xorta jħossu din l-influwenza marittima li, flimkien mal-karatteristiċi pedoloġiċi tal-pjanura alluvjali, jagħmlu l-ħamrija laxka u naturalment fertili ħafna, biex b’hekk issir possibbli l-produzzjoni ta’ ħaxix u ħuxlief tajjeb b’ammont kbir ta’ nutrijenti. Bl-istess mod, l-espożizzjoni ottimali għax-xemx, li diġà hija tat-tip Mediterranju, flimkien mal-firxiet tat-temperatura tat-tip kontinentali li jsiru aktar moderati mill-influwenza marittima msemmija hawn fuq, jagħmlu s-silaġġ u ċ-ċereali użati fit-trobbija tal-bhejjem rikki ħafna fin-nutrijenti, li twassal għall-produzzjoni ta ” ħalib eċċellenti għall-produzzjoni tal-ġobon. Il-provinċja ta’ Cuneo minn dejjem kienet ikkaratterizzata minn dawn il-karatteristiċi tal-klima u tal-ħamrija, l-għarfien espert qadim tal-produzzjoni tal-ġobon tar-rgħajja tal-muntanji u l-produtturi tal-ġobon fil-ħafna mħaleb żgħar u ta’ daqs medju madwar il-pjanura ta’ Cuneo, u l-konsumaturi infurmati li jfittxu prodotti tradizzjonali bħall-ġobon “Raschera”. Il-karatteristiċi speċifiċi tal-ġobon “Raschera” huma l-qoxra rqiqa u elastika tiegħu li hija ta’ kulur griż jew griż jagħti fl-isfar u li, partikolarment fit-tip “d’Alpeggio”, kultant tieħu kulur ħamrani minħabba l-preżenza ta’ ċerti tipi ta’ moffa; is-sawra tal-pejst, li huwa pjuttost iebes u elastiku b’toqob żgħar ħafna mqassmin skarsament u b’mod irregolari; it-togħma, li hija fina u delikata b’aroma distinta (b’noti ta’ ħaxix tal-muntanji fit-tip “d’Alpeggio”), u b’togħma kemxejn qawwija u sħiħa jekk il-perjodu ta’ maturazzjoni jkun itwal. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, hemm ukoll il-forma kwadra tagħha li qed tieħu post il-varjetà tonda (li tirrappreżenta inqas minn 3 % tal-produzzjoni totali) u twassal biex il-ġobon jintgħaraf immedjatament mill-konsumaturi.

Il-karatteristiċi speċifiċi tal-ġobon jiġu mill-kwalità għolja tal-ħalib, li jinġabar biss fil-provinċja ta’ Cuneo u l-muniċipalità ta’ Villafranca Piemonte fil-provinċja ta’ Turin, mit-tekniki tal-ipproċessar lokali u mill-maturazzjoni f’kantini naturali fi grotti jew fi mħażen bil-klima kkontrollata li, billi jirriproduċu kif xieraq l-umdità u t-temperatura tal-grotti naturali, jinfluwenzaw b’mod sinifikanti l-kwalità tal-prodott finali.

It-togħma tal-ġobon tiġi mill-kwalità għolja tal-ħalib. Fil-fatt, il-ħalib użat għall-produzzjoni tar-“Raschera” jagħmel użu mir-rikkezza tad-diversi speċi ta’ ħaxix inġestiti mill-annimali, li wħud minnhom huma endemiċi għaż-żona lokali.

L-elementi attribwibbli għat-tekniki tal-ipproċessar għandhom x’jaqsmu mal-fattur uman fiż-żona, jiġifieri l-użu ta’ tames ta’ kwalità għolja, li l-produtturi lokali tradizzjonalment jużaw biex jikkoagulaw il-ħalib, u l-ħila kkonsolidata tal-produtturi tal-ġobon li jaħdmu u jkissru l-baqta. Fil-fatt, il-baqta tinħadem bir-reqqa biex jiġi żgurat li tinkiser fi granuli d-daqs ta’ ħbub tal-qamħirrum. It-twettiq b’mod korrett ta’ din il-fażi jrawwem l-iżvilupp, waqt il-maturazzjoni, tas-sawra elastika u t-toqob tal-pejst.

Il-maturazzjoni ssir f’kantini fi grotti naturali jew fi mħażen bil-klima kkontrollata li jirriproduċu kif xieraq l-umdità u t-temperatura tal-grotti naturali. Dawn il-kundizzjonijiet għandhom influwenza sinifikanti fuq l-iżvilupp tal-moffa fuq il-qoxra u fuq il-ħxuna u l-elastiċità tal-qoxra nnifisha.

Għal aktar minn seklu, il-ġobon “Raschera” kien il-prodott tal-ħalib tradizzjonali tal-mergħat madwar Mondovì, bil-produzzjoni testendi maż-żmien għall-pjanura ta’ Cuneo li tinsab maġenbhom minħabba l-fatt li ħafna merħliet kienu jimxu għal ġol-pjanura fix-xitwa biex jieklu l-ħuxlief prodott hemmhekk. Bħala riżultat ta’ din it-tradizzjoni, u b’mod partikolari fiż-żoni rurali, in-nies dejjem iddeskrivew ġobon ta’ kwalità għolja ħafna bħala “raschera”.

Dan kollu fisser li l-ġobon “Raschera” huwa mfittex fis-suq tul is-sena kollha u rebaħ il-qlub tal-konsumaturi mhux biss fil-Piemonte iżda fit-Tramuntana tal-Italja kollha.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott

(it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament)

It-test sħiħ tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott huwa disponibbli fis-sit web li ġej: http://www.politicheagricole.it/flex/cm/pages/ServeBLOB.php/L/IT/IDPagina/3335

jew inkella:

billi żżur direttament il-paġna ewlenija tal-Ministeru tal-Politika Agrikola, Alimentari u tal-Forestrija (www.politicheagricole.it) u tikklikkja fuq “Qualità” (fin-naħa ta’ fuq tal-lemin tal-iskrin), u mbagħad fuq “Prodotti DOP IGP STG” (fuq in-naħa tax-xellug tal-iskrin) u fl-aħħar tagħfas fuq “Disciplinari di Produzione all’esame dell’UE”.


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.