|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 430 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 64 |
|
Werrej |
Paġna |
|
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2021/C 430/01 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10255 — TRITON / BERGMAN CLINICS) ( 1 ) |
|
|
2021/C 430/02 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10338 — GALILEO / M6 / JV) ( 1 ) |
|
|
2021/C 430/03 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10054 — KOMBIVERKEHR / HUPAC / DX INTERMODAL JV) ( 1 ) |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
il–Kunsill |
|
|
2021/C 430/04 |
||
|
2021/C 430/05 |
||
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2021/C 430/06 |
||
|
|
Il-Qorti tal-Awdituri |
|
|
2021/C 430/07 |
||
|
|
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI |
|
|
2021/C 430/08 |
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità — Obbligi ta’ servizz pubbliku fir-rigward tas-servizzi tal-ajru skedati ( 1 ) |
|
|
2021/C 430/09 |
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità — Sejħa għall-preżentazzjoni tal-offerti fir-rigward tal-operat ta’ servizzi tal-ajru skedati skont l-obbligi tas-servizz pubbliku ( 1 ) |
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2021/C 430/10 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10251 — Invivo Group/Etablissements J Soufflet) ( 1 ) |
|
|
2021/C 430/11 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10461 — OTPP/BROOKFIELD/OMERS/SGN) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
|
ATTI OĦRAJN |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2021/C 430/12 |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
25.10.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 430/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.10255 — TRITON / BERGMAN CLINICS)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2021/C 430/01)
Fit 3 ta’ Awwissu 2021, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tas-sit web tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Dan is-sit web jipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fis-sit web EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32021M10255. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi tal-Unjoni Ewropea. |
|
25.10.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 430/2 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.10338 — GALILEO / M6 / JV)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2021/C 430/02)
Fit 14 ta’ Ottubru 2021, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fil-Franċiż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tas-sit web tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Dan is-sit web jipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fis-sit web EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32021M10338. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi tal-Unjoni Ewropea. |
|
25.10.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 430/3 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.10054 — KOMBIVERKEHR / HUPAC / DX INTERMODAL JV)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2021/C 430/03)
Fit 19 ta’ Ottubru 2021, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tas-sit web tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Dan is-sit web jipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fis-sit web EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32021M10054. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi tal-Unjoni Ewropea. |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
il–Kunsill
|
25.10.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 430/4 |
Avviż għall-attenzjoni tal-persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/638/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/1867, u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1284/2009 li jimponi ċerti miżuri restrittivi fir-rigward tar-Repubblika tal-Guinea
(2021/C 430/04)
L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni li jidhru fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/638/PESK (1), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/1867 (2), u fl-Anness II tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1284/2009 (3).
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddetermina li l-persuni li jidhru fl-Annessi msemmija hawn fuq għadhom jissodisfaw il-kriterju mniżżel fid-Deċiżjoni 2010/638/PESK u fir-Regolament (UE) Nru 1284/2009 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika tal-Guinea u għalhekk għandhom jibqgħu soġġetti għall-miżuri, kif imġedda bid-Deċiżjoni (PESK) 2021/1867
Tinġibed l-attenzjoni tal-persuni konċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fis-siti web fl-Anness III għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1284/2009, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 8 tar-Regolament).
Il-persuni kkonċernati jistgħu jibagħtu talba lill-Kunsill, flimkien ma' dokumentazzjoni ta' sostenn, qabel it-30 ta' Ġunju 2022, li d-deċiżjoni biex jiġu inklużi fil-lista msemmija hawn fuq titqies mill-ġdid, fl-indirizz li ġej:
|
Kunsill tal-Unjoni Ewropea |
|
Segretarjat Ġenerali |
|
RELEX.1.C |
|
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
|
1048 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
Indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu
Tinġibed ukoll l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati għall-possibbiltà li jikkontestaw id-Deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, f'konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 275, it-tieni paragrafu, u l-Artikolu 263, ir-raba' u s-sitt paragrafi, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
(1) ĠU L 280, 26.10.2010, p. 10.
|
25.10.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 430/5 |
Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/638/PESK, u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1284/2009 li jimponi ċerti miżuri restrittivi fir-rigward tar-Repubblika tal-Guinea
(2021/C 430/05)
Qed tinġibed l-attenzjoni tas-suġġetti tad-data għall-informazzjoni li ġejja f’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).
Il-bażijiet legali għal din l-operazzjoni ta’ proċessar huma d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/638/PESK (2), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/1867 (3), u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1284/2009 (4).
Il-kontrollur ta’ din l-operazzjoni ta’ proċessar huwa l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea rrappreżentat mid-Direttur Ġenerali tar-RELEX (Relazzjonijiet Esterni) tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u d-dipartiment inkarigat bl-operazzjoni ta’ proċessar huwa r-RELEX.1.C li jista’ jiġi kkuntattjat f’dan l-indirizz:
|
Kunsill tal-Unjoni Ewropea |
|
Segretarjat Ġenerali |
|
RELEX.1.C |
|
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
|
1048 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
Indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu
L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data tas-SĠK jista’ jiġi kkuntattjat f’dan l-indirizz:
Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data
data.protection@consilium.europa.eu
L-iskop tal-operazzjoni ta’ proċessar huwa l-istabbiliment u l-aġġornament tal-lista ta’ persuni soġġetti għal miżuri restrittivi f’konformità mad-Deċiżjoni 2010/638/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni (PESK) 2021/1867, u r-Regolament (UE) Nru 1284/2009.
Is-suġġetti tad-data huma l-persuni fiżiċi li jissodisfaw il-kriterji għall-elenkar kif stipulati fid-Deċiżjoni 2010/638/PESK u r-Regolament (UE) Nru 1284/2009.
Id-data personali miġbura tinkludi d-data meħtieġa għall-identifikazzjoni tajba tal-persuna kkonċernata, id-dikjarazzjoni tar-raġunijiet u kwalunkwe data oħra relatata ma’ dan.
Id-data personali miġbura tista’ tiġi kondiviża skont kif ikun meħtieġ mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u mal-Kummissjoni.
Mingħajr preġudizzju għar-restrizzjonijiet skont l-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru 2018/1725, l-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġetti tad-data bħad-dritt għal aċċess, kif ukoll id-drittijiet għal rettifika jew għal oġġezzjoni ser jingħata f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725.
Id-data personali ser tinżamm għal 5 snin minn meta s-suġġett tad-data jkun tneħħa mil-lista ta’ persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi jew il-validità tal-miżura tkun skadiet, jew sakemm ikunu fis-seħħ il-proċedimenti tal-qorti f’każ li dawn ikunu nbdew.
Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rimedju ġudizzjarju, amministrattiv jew mhux ġudizzjarju, is-suġġetti tad-data jistgħu jressqu lment quddiem il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725 (edps@edps.europa.eu).
(1) ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39.
(2) ĠU L 280, 26.10.2010, p. 10.
Il-Kummissjoni Ewropea
|
25.10.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 430/6 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
It-22 ta’ Ottubru 2021
(2021/C 430/06)
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,1630 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
132,43 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4405 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,84370 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
9,9748 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,0668 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
150,20 |
|
NOK |
Krona Norveġiża |
9,7075 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
25,655 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
363,52 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,5975 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,9454 |
|
TRY |
Lira Turka |
11,1830 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,5510 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,4341 |
|
HKD |
Dollaru ta’ Hong Kong |
9,0412 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,6257 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,5669 |
|
KRW |
Won tal-Korea t’Isfel |
1 368,39 |
|
ZAR |
Rand ta’ l-Afrika t’Isfel |
17,0626 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,4337 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,5265 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
16 500,43 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,8265 |
|
PHP |
Peso Filippin |
59,084 |
|
RUB |
Rouble Russu |
81,8586 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
38,763 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
6,6304 |
|
MXN |
Peso Messikan |
23,5402 |
|
INR |
Rupi Indjan |
87,0740 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta’ referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
Il-Qorti tal-Awdituri
|
25.10.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 430/7 |
Rapporti Annwali dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE u dwar l-attivitajiet iffinanzjati mit-8, mid-9, mill-10 u mill-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2020
(2021/C 430/07)
Fis-26 ta’ Ottubru 2021, il-Qorti Ewropea tal-Awdituri se tippubblika r-Rapporti Annwali tagħha għas-sena finanzjarja 2020 dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE u dwar l-attivitajiet iffinanzjati mit-8, mid-9, mill-10 u mill-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet.
Ir-rapporti jistgħu jiġu kkonsultati direttament jew imniżżla, minn 00:01 tas-26 ta’ Ottubru 2021, mis-sit web tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri:
https://www.eca.europa.eu/mt/Pages/DocItem.aspx?did=58665
Fl-istess ħin, se tiġi attivata l-link li ġejja għal ħarsa ġenerali lejn ir-rapporti annwali u d-dokumenti relatati:
https://www.eca.europa.eu/mt/Pages/AR2020.aspx
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI
|
25.10.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 430/8 |
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità
Obbligi ta’ servizz pubbliku fir-rigward tas-servizzi tal-ajru skedati
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2021/C 430/08)
|
Stat Membru |
Ir-Repubblika tal-Kroazja |
||||||||||||||||||||||||
|
Rotta/Rotot ikkonċernat(i) |
|
||||||||||||||||||||||||
|
Data tad-dħul fis-seħħ tal-obbligi tas-servizz pubbliku |
1.5.2022 |
||||||||||||||||||||||||
|
Indirizz minn fejn jistgħu jinkisbu t-test u kwalunkwe informazzjoni u/jew dokumentazzjoni marbuta mal-obbligu tas-servizz pubbliku |
Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok ikkuntattja lil:
Telefown +385 16169060 Faks +385 16196393 Posta elettronika: PSO@caacro.hr |
|
25.10.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 430/9 |
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità
Sejħa għall-preżentazzjoni tal-offerti fir-rigward tal-operat ta’ servizzi tal-ajru skedati skont l-obbligi tas-servizz pubbliku
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2021/C 430/09)
|
Stat Membru |
Ir-Repubblika tal-Kroazja |
||||||||||||||||||||||||
|
Rotta/Rotot ikkonċernat(i) |
|
||||||||||||||||||||||||
|
Perjodu ta’ validità tal-kuntratt |
1.5.2022 – 28.3.2026 |
||||||||||||||||||||||||
|
Skadenza għall-sottomissjoni tal-offerti |
60 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din il-komunikazzjoni |
||||||||||||||||||||||||
|
L-indirizz minn fejn jistgħu jinkisbu t-test tal-istedina għall-preżentazzjoni tal-offerti u kwalunkwe informazzjoni u/jew dokumentazzjoni rilevanti marbuta mal-offerta pubblika u mal-obbligi ta’ servizz pubbliku |
Telefown +385 16169060 Faks +385 16196393 Posta elettronika: PSO@caacro.hr |
V Avviżi
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
25.10.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 430/10 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10251 — Invivo Group/Etablissements J Soufflet)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2021/C 430/10)
1.
Fit-13 ta’ Ottubru 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Invivo Group (Franza), |
|
— |
Etablissements J Soufflet (Franza). |
Invivo Group jakkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv tal-Etablissements J Soufflet kollu kemm hu.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:|
— |
Invivo Group huwa sindakat ta’ kooperattivi attivi prinċipalment fi Franza fis-settur agrikolu, inklużi l-kummerċjalizzazzjoni ta’ ċereali u għelejjel taż-żrieragħ żejtnin, servizzi ta’ ħżin ta’ qmuħ fis-sajlos, produzzjoni u distribuzzjoni ta’ prodotti agrikoli (żrieragħ, fertilizzanti, prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, prodotti ta’ bijokontroll, eċċ.), servizzi ta’ ġestjoni finanzjarja, distribuzzjoni bl-imnut ta’ prodotti tal-ġonna, ikel u nutrizzjoni tal-annimali domestiċi, |
|
— |
Etablissements J Soufflet huwa grupp industrijali attiv prinċipalment fi Franza, fis-settur agrikolu, inkluż il-ġbir u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ ċereali, għelejjel li fihom il-proteini taż-żejt u prodotti tal-ħalib, il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-malt, il-ħżin u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti agrikoli, id-distribuzzjoni ta’ prodotti lill-bdiewa (żrieragħ, fertilizzanti, prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u nutrizzjoni tal-annimali), pariri agronomiċi, il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tad-dqiq, soluzzjonijiet tekniċi u aromatiċi għat-tħin u l-forn, l-ipproċessar, l-ippakkjar u l-kummerċjalizzazzjoni tar-ross, il-ħxejjex imnixxfa. |
3.
Wara analiżi preliminari, il-Kummissjoni ssib li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.Dawn il-kummenti jeħtieġ li jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara id-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10251 — Invivo Group/Etablissements J Soufflet
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
Commission européenne |
|
Direction générale de la concurrence |
|
Greffe des concentrations |
|
1049 Bruxelles |
|
BELGIQUE |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
|
25.10.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 430/12 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10461 — OTPP/BROOKFIELD/OMERS/SGN)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2021/C 430/11)
1.
Fl-14 ta’ Ottubru 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Ontario Teachers’ Pension Plan Board (“OTPP”) (il-Kanada), |
|
— |
UK Gas Distribution 1 Limited u UK Gas Distribution 2 Limited (UK), ikkontrollati minn Brookfield Asset Management Inc (“Brookfield”) (il-Kanada), |
|
— |
Borealis Infrastructure Europe (UK) Limited (UK), ikkontrollata minn OMERS Administration Corporation (“OMERS”) (il-Kanada), |
|
— |
Scotia Gas Networks Ltd (“SGN”) (ir-Renju Unit). |
OTPP, Brookfield u OMERS jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ SGN.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
OTPP: l-amministrazzjoni tal-benefiċċji tal-pensjoni u l-investiment tal-assi tal-pjan tal-pensjoni, |
|
— |
Brookfield: ġestjoni tal-assi globali billi toffri firxa ta’ prodotti u servizzi ta’ investiment pubbliku u privat, b’enfasi fuq l-investiment fuq il-proprjetà immobbli, l-infrastruttura, l-enerġija rinnovabbli u l-ekwità privata, |
|
— |
OMERS: Investiment u amministrazzjoni tal-pensjonijiet, |
|
— |
SGN: it-tieni l-akbar network tad-distribuzzjoni tal-gass fir-Renju Unit. SGN hija proprjetarja ta’ Scotland Gas Networks plc u Southern Gas Networks plc. Dawn iż-żewġ networks ikopru l-Iskozja kollha, in-nofsinhar ta’ Londra u x-xlokk tal-Ingilterra. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10461 — OTPP/BROOKFIELD/OMERS/SGN
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz tal-posta:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ATTI OĦRAJN
Il-Kummissjoni Ewropea
|
25.10.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 430/14 |
Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 17(6) tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikkettar, u l-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi, ta’ xorb spirituż u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1576/89
(2021/C 430/12)
Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) Nru 2019/787 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).
L-ISPEĊIFIKAZZJONIJIET EWLENIN TAL-FAJL TEKNIKU
“PREGLER”/“OSTTIROLER PREGLER”
Nru tal-UE: PGI-AT-02512 – 7 ta’ Ġunju 2019
1. Isem
“Pregler”/“Osttiroler Pregler”
2. Kategorija tax-xorb spirituż
Spirtu tal-frott (Kategorija Nru 9 tar-Regolament (KE) Nru 110/2008)
3. Id-deskrizzjoni tax-xorb spirituż
Karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u/jew organolettiċi
Il-“Pregler”/l-“Osttiroler Pregler” isir bil-fermentazzjoni u bid-distillazzjoni esklużivament fid-distilleriji fiż-żona ġeografika definita tar-reġjun “Distrett politiku ta’ Lienz”, jew mit-tuffieħ u mil-lanġas mir-reġjun jew – f’każijiet individwali – billi jiżdied l-għanbaqar, li jrid jiġi wkoll miż-żona ġeografika. Sabiex tinħoloq l-aroma kumplessa, jintużaw diversi varjetajiet ta’ tuffieħ u lanġas.
Il-kontenut ta’ tuffieħ huwa predominanti; il-kontenut ta’ lanġas huwa aktar minn 25 %.
L-għanbaqar, sa kontenut ibbażat fuq l-alkoħol ta’ 25 %, jiżdied – flimkien mal-istess proporzjon ta’ tuffieħ u lanġas – biss jekk il-produttur ikun jista’ juri li dan ikun tradizzjonalment żied l-għanbaqar mar-riċetta tiegħu tul perjodu kontinwu ta’ mill-inqas 20 sena u r-regoli speċifiċi rilevanti tat-tikkettar jiġu rrispettati.
|
— |
Qawwa alkoħolika proprja tal-ispirtu lest għax-xorb: tal-anqas 40 % vol.; |
|
— |
Prodotti tad-dolċifikazzjoni għat-tirqim tat-togħma finali: mill-inqas 4 g zokkor, espressi bħala zokkor invertit, għal kull litru ta’ prodott finali; |
|
— |
Karbamat tal-etil: mill-inqas 1 mg/l prodott – għall-“Pregler”/“Osttiroler Pregler” li tkun saret bl-għanbaqar miżjud; |
|
— |
Komponenti volatili: mill-inqas 280 g/hl alkoħol pur |
|
— |
Aċetat tal-etil: mill-inqas 350 g/hl alkoħol pur |
|
— |
Ċarezza: ċar |
|
— |
Kulur: bla kulur |
|
— |
Riħa/togħma: riħa karatteristika tfuħ ta’ fjuri u togħma qawwija ta’ frott mit-tuffieħ u l-lanġas misjur tat-Tyrol tal-Lvant, it-tnejn li huma jintgħarfu faċilment; it-togħma tal-lanġas qatt ma trid tkun dominanti. Fil-każ partikolari li jiżdied l-għanbaqar: riħa aromatika tipikament ibbilanċjata u togħma qawwija ta’ frott mill-frott taż-żerriegħa b’noti karatteristiċi u integrati sew ta’ għanbaqar u bi ħjiel diskret iżda qatt dominanti ta’ għadam tal-frott. |
|
— |
Addittivi tal-ikel: xejn. |
Karatteristiċi speċifiċi (imqabbla ma’ xorb spirituż tal-istess kategorija)
Il-“Pregler”/l-“Osttiroler Pregler” għandu, f’40 % vol. kontenut alkoħoliku minimu ogħla mill-ispirtu tal-frott konvenzjonali u kontenut ta’ zokkor strettament limitat u baxx ħafna ta’ mill-inqas 4 grammi għal kull litru, użat biex jibbilanċja t-togħma.
Bħala riħa, il-“Pregler”/l-“Osttiroler Pregler” li jsir esklużivament mit-tuffieħ u mil-langas għandu aroma friska ta’ frott mill-qxur tat-tuffieħ u noti delikati taż-żerriegħa/tal-qalba. L-aromi diskreti ta’ frott,ta’ meraq tat-tuffieħ mgħolli b’noti ta’ lanġas integrati sew li jfakkru fil-banana, flimkien ma’ ħjiliet ta’ lanġas imnixxef, meraq tal-lanġas u lanġas mgħolli jibbilanċjaw l-aroma fejn tidħol ir-riħa.
Meta jiżdied l-għanbaqar, aroma ta’ lewż u kemxejn ta’ ġewż titħallat perfettament mal-isfond.
Fil-palat, il-“Pregler”/ l-“Osttiroler Pregler” huwa tipikament moderat, ibbilanċjat u armonjuż b’togħma aħħarija li ddum fil-ħalq. Il-firxa wiesgħa ta’ varjetajiet tal-frott użati twassal għad-densità u l-kumplessità. L-aromi tat-tuffieħ, bil-freskezza tal-frott u n-noti delikati tal-qxur tagħhom, huma sostnuti minn aromi ħelwin ta’ lanġas misjur u minn ħjiliet simili għall-banana mill-esteri tal-frottiet.
Barra minn hekk, fil-każ partikolari li jiżdied l-għanbaqar, jistgħu jiġu identifikati noti ta’ ċikkulata u kannella fit-togħma aħħarija, li jagħtuha qrusa delikata.
Il-“Pregler”/l-“Osttiroler Pregler” qatt ma jiġi mmaturat fi btieti tal-injam, u lanqas ma jintużaw laqxiet tal-injam jew inserts tal-injam fit-tankijiet tal-ħżin.
4. Iż-żona ġeografika kkonċernata
Il-“Pregler”/l-“Osttiroler Pregler” issir esklużivament fid-distilleriji fiż-żona ġeografika ddefinita tad-“Distrett politiku ta’ Leinz” (“Tyrol tal-Lvant”).
Iż-żona tiġbor fiha l-muniċipalitajiet ta’ Abfaltersbach, Ainet, Amlach, Anras, Assling, Außervillgraten, Dölsach, Gaimberg, Heinfels, Hopfgarten in Defereggen, Innervillgraten, Iselsberg-Stronach, Kals am Großglockner, Kartitsch, Lavant, Leisach, Lienz, Matrei in Osttirol, Nikolsdorf, Nußdorf-Debant, Oberlienz, Obertilliach, Prägraten am Großvenediger, Schlaiten, Silian, St. Jakob in Defereggen, St. Johann im Walde, St. Veit in Defereggen, Strassen, Thurn, Tristach, Untertilliach u Virgen.
5. Il-metodu kif isir ix-xorb spirituż
Fermentazzjoni u distillazzjoni
L-ewwel stadju fil-produzzjoni tal-“Pregler”/“Osttiroler Pregler” jinvolvi t-tqattigħ u t-tgħaffiġ tat-tuffieħ u l-lanġas – u, jekk ikun applikabbli, tal-għanbaqar ukoll – maqtugħa friski esklużivament fiż-żona ġeografika ddefinita.
Jintuża biss frott misjur, bnin u nadif. Il-frott imqatta’ u mgħaffeġ kollu (maxx) jitqiegħed f’tank jew f’bettija (maċerazzjoni). L-għanbaqar normalment titneħħielhom l-għadma.
It-tieni stadju huwa l-fermentazzjoni tal-maxx, fejn ġeneralment tiżdied il-ħmira pura. Il-ħmira ġenetikament modifikata ma tintużax. Matul il-fermentazzjoni, li sseħħ f’temperatura kkontrollata u wara proċedura stabbilita, iz-zokkor fil-frott jinbidel f’alkoħol u f’diossidu tal-karbonju. Bħala medja, il-proċess tal-fermentazzjoni normalment jieħu bejn ġimagħtejn u 6 ġimgħat. Ladarba titlesta l-fermentazzjoni, il-maxx fermentat, li jkollu kontenut alkoħoliku ta’ 4-8 % vol., jinħażen sakemm jiżviluppa l-aroma karatteristika mixtieqa tipika tal-frott. Jekk il-maxx ikun fih l-għadam mill-għanbaqar miżjud, dawn wara ma jiġux ittrasferiti fl-unità tad-distillazzjoni.
It-tielet stadju huwa d-distillazzjoni tal-maxx fermentat f’lampiki sempliċi jew f’lampiki b’deflemmatur. Id-distillazzjoni kontinwa mhix kompatibbli mal-metodi tradizzjonali tal-produzzjoni u ma tintużax. Skont it-tip ta’ tagħmir ta’ distillazzjoni (lampik bil-borma bi trejs għall-arrikkiment jew mingħajrhom), il-maxx jiġi ddistillat darba jew darbtejn għal mhux aktar minn 86 % vol. Illum il-ġurnata, qegħdin jintużaw dejjem aktar lampiki bil-borma bi trejs għall-arrikkiment magħmula mir-ram, allura l-maxx jiġi ddistillat darba biss, u dan mhux biss jiffranka l-enerġija iżda jżomm ukoll l-aromi tal-frott aħjar.
Sabiex tinkiseb kompożizzjoni bbilanċjata u armonjuża, ir-raba’ stadju tal-produzzjoni, wara d-distillazzjoni, huwa l-ħżin għal mill-inqas 4 ġimgħat f’kontenituri newtrali adattati (kontenituri tal-ħġieġ, tankijiet tal-azzar inossidabbli, eċċ.). Il-maturazzjoni ma ssirx fi btieti tal-injam, eż. tal-ballut jew taċ-ċawsli, u lanqas ma jintużaw laqxiet tal-injam jew inserts tal-injam fit-tankijiet tal-ħżin.
Wara l-ħżin, il-ħames u l-aħħar stadju tal-produzzjoni huwa l-proċess li jagħti t-togħma aħħarija, li jinkludi l-passi li ġejjin:
|
— |
(mhux obbligatorju) it-taħlit ta’ distillati differenti li jridu jissodisfaw ir-rekwiżit ta’ hawn fuq, |
|
— |
id-dilwizzjoni tad-distillat(i) b’livell għoli ta’ alkoħol għall-qawwa tax-xorb b’ilma tax-xorb pur, |
|
— |
l-ibbottiljar jew id-dikantar f’kontenituri tal-bejgħ adattati oħrajn, u |
|
— |
it-tikkettar u l-ippakkjar. |
Ma jiżdied l-ebda addittiv tal-ikel fil-“Pregler”/fl-“Osttiroler Pregler”.
Jista’ jiżdied massimu ta’ 4 grammi zokkor, espress bħala zokkor invertit, għal kull litru ta’ prodott finali biex jibbilanċja t-togħma.
Ir-riduzzjoni tad-distillati għall-qawwa tax-xorb, l-ibbottiljar, it-tikkettar u l-ippakkjar jistgħu jsiru wkoll barra ż-żona ġeografika.
6. Rabta mal-ambjent ġeografiku jew l-oriġini
Id-dettalji taż-żona ġeografika jew l-oriġini rilevanti għar-rabta
Il-materja prima għall-“Pregler”/“Osttiroler Pregler” mid-distilleriji tal-irziezet kienet dejjem tuffieħ u lanġas maqtugħin bl-idejn minn ġonna kummerċjali, jew tiġi minn ġonna tal-mergħat jew minn siġar solitarji f’azjendi agrikoli fiż-żona ġeografika. Il-fatt li l-“Pregler” tradizzjonali dejjem kien spirtu tal-frott magħmul biss mill-frott taż-żerriegħa huwa storikament imsejjes fil-liġi tat-taxxa, li dejjem intaxxat xorb spirituż magħmul esklużivament mill-frott taż-żerriegħa inqas minn xorb spirituż magħmul kompletament jew parzjalment mill-frott tal-għadma.
F’każijiet individwali, madankollu, kien hemm ukoll tradizzjoni fost id-distillaturi kummerċjali magħrufa li, sabiex il-prodotti tagħhom jispikkaw, żiedu ċertu proporzjon ta’ għanbaqar kif ukoll ta’ tuffieħ u lanġas, iżda mingħajr ma marru ’l bogħod wisq mill-karattru tipiku tal-ispeċjalità reġjonali.
Storikament, il-kultivazzjoni tal-frott fid-distrett ta’ Lienz tista’ tmur lura ħafna. Sa mill-1558, il-kwalitajiet partikolari tal-frott minn Lienz ġew enfasizzati fil-poeżija “Der fürstlichen Grafschaft Tyrol Landtreim” [Rima tal-Kontea Prinċipali ta’ Tyrol], miktuba minn Sur Rösch von Geroldshausen, li twieled fil-belt. Sal-lum, il-kunjomijiet tipiċi tat-Tyrol (tal-Lvant) jiġu minn kliem Ġermaniż Standard Antik jew Rumanz għat-tuffieħ.
Il-kultivazzjoni tal-frott fid-distrett ta’ Lienz issir fiż-“żona umda friska” sa altitudnijiet ta’ 900 m ’il fuq mil-livell tal-baħar, u fiż-“żona umda ħarxa” ’il fuq minn dak l-għoli. Il-klima tar-reġjun hija partikolarment influwenzata mir-riħ sħun tal-Alpi. Ir-riħ sħun tal-Alpi fil-Baċir ta’ Lienz jimbotta arja sħuna ’l bogħod fil-widien tributarji tal-madwar u jipproduċi mikroklima unika fit-tarf tat-tramuntana tad-Dolomiti. It-temperaturi għoljin u l-umdità baxxa li jirriżultaw mir-riħ sħun, flimkien ma’ ajru ċar u riħ xott, joffru lill-frott, f’alternanza ma’ perjodi mingħajr riħ sħun, kundizzjonijiet uniċi fejn jiżviluppa l-aroma u t-togħma tipika tiegħu b’qawwa partikolari. Flimkien mal-kompożizzjoni tal-ħamrija, li tvarja minn ħamrija alluvjali b’kontenut għoli ta’ ġir, sa materja sedimentali glaċjali u art kannella, dawn il-kundizzjonijiet klimatiċi dejjem għamlu l-kultivazzjoni tal-frott fid-distrett ta’ Lienz xi ħaġa speċjali u taw lill-frott taż-żerriegħa, b’mod partikolari, “kwalità tipika” ħafna.
L-ispeċifiċità tal-isem “Pregler” ġejja mill-kelma djalettali “pregeln”, li tintuża komunement biss b’mod lokali fiż-żona ġeografika ta’ Tirol tal-Lvant.
Il-kelma “pregeln”, “prägeln” jew “brägeln” tfisser li tixwi, tgħalli jew tgħalli ħafif u tagħmel stuffat; kien terminu komuni għall-irfinar tal-ixnapps. Sal-lum, il-kelma “pregeln” tintuża komunement fit-Tirol tal-Lvant bħala terminu ġenerali ħafna għad-distillazzjoni tal-ixnapps. Qabel, ix-xorb spirituż magħmul minn tuffieħ u lanġas mill-produzzjoni fl-irziezet tat-Tirol tal-Lvant kien ġeneralment magħruf bħala “Pregler”.
Fl-1991, 20 distillatur tal-ixnapps minn madwar id-distrett ta’ Lienz ingħaqdu flimkien biex jiffurmaw l-Assoċjazzjoni tal-Bdiewa tal-Pregler tat-Tirol tal-Lvant, ibbażati f’Dölsach, sabiex iżommu u jżidu l-kwalità tal-“Pregler” u biex iżommu t-tradizzjoni tagħha fil-futur.
Abbażi ta’ dawk it-tradizzjonijiet, u wara li ddaħħal għall-ewwel darba fir-Reġistru tal-Ikel Awstrijak fl-1998, il-“Pregler” ġie inkorporat fil-Kapitolu B 23 tar-raba’ edizzjoni tar-Reġistru bħala Indikazzjoni Ġeografika Protetta ta’ sinifikat nazzjonali fl-24 ta’ Lulju 2012 permezz tad-Digriet BMG-75210/0006-II/B/13/2012. Minn dakinhar, il-“Pregler”/l-“Osttiroler Pregler” gawda protezzjoni speċjali fil-livell nazzjonali.
Minħabba l-post tad-distrett politiku ta’ Lienz, bl-attraenza partikolari tiegħu għat-turiżmu u għar-relazzjonijiet kummerċjali assoċjati, il-“Pregler”/l-“Osttiroler Pregler” issa huwa prodott li huwa magħruf u rrispettat lil hinn mill-fruntieri tal-Awstrija u li huwa relatat mill-qrib, mhux biss mil-lat lingwistiku, mar-reġjun u mad-distillaturi tiegħu.
Il-popolarità u għaldaqstant ir-reputazzjoni tajba li issa jgawdi l-“Pregler”/l-“Osttiroler Pregler” huma ripetutament attestati mill-premji li jirċievi fl-avvenimenti, bħal “Deheb” fil-Kompetizzjoni Internazzjonali tal-Inbid u tax-Xorb Spirituż tal-2016 (Cranleigh, ir-Renju Unit), mill-premji multipli għall-“Pregler”/“Osttiroler Pregler” minn diversi distillaturi rurali fit-2018 Tyrol Provincial Schnapps Awards, u “Deheb” fis-sitt Kompetizzjoni Annwali tax-Xorb Spirituż ta’ Berlin u “Fidda” f’Destillata fl-2019. Ir-rabta mill-qrib tar-reputazzjoni ta’ dan l-ispirtu tal-frott speċjali mal-isem “Pregler”/“Osttiroler Pregler” tidher minn diversi rapporti dwarha u r-referenzi għaliha kemm fl-istampa lokali kif ukoll internazzjonali (Tiroler Tageszeitung, Kleine Zeitung, Osttiroler Bote, Bezirksblätter Osttirol, il-gazzetta ta’ kull ġimgħa Die Zeit, Zeitmagazin Nru 49 tal-1 ta’ Diċembru 1995), kif ukoll minn artikli speċjalizzati (Besseres Obst [Frott Aħjar]). Inizjattiva kulturali saħansitra organizzat avveniment, “Pregler G’schichten”, li jindirizza t-tema tal-“Pregler”: biċċa identità reġjonali u parti mill-kultura tat-Tyrol tal-Lvant.
Karatteristiċi speċifiċi tax-xorb spirituż li għandhom rabta maż-żona ġeografika
B’riżultat tal-klima reġjonali fil-baċir ġeografikament definit tad-distrett ta’ Lienz, bid-differenzi partikolarment notevoli bejn it-temperaturi ta’ matul il-ġurnata u ta’ matul il-lejl matul l-istaġun tat-tisjir tat-tuffieħ u l-lanġas, bl-influwenza tal-ħamrija u b’aktar minn 100 sena ta’ tradizzjoni ta’ kultivazzjoni, il-kwalità tipika tal-frott taż-żerriegħa esklużivament reġjonali (tuffieħ u lanġas) tikkontribwixxi b’mod sinifikanti għall-karatteristiċi partikolari tal-“Pregler”/“Osttiroler Pregler” u tat lill-prodotti l-aroma karatteristika rikka ħafna tagħhom, li hija speċifika għall-frott użat u hija tabilħaqq densa u kumplessa minħabba l-firxa ta’ varjetajiet tal-frott użati.
7. Dispożizzjonijiet nazzjonali/reġjonali jew tal-Unjoni Ewropea
Bażi ġuridika: il-leġiżlazzjoni tal-UE dwar ix-xorb spirituż; il-leġiżlazzjoni orizzontali tal-UE dwar it-tikkettar tal-ikel
Deskrizzjoni tar-rekwiżit(i): Kriterji ġenerali tal-kwalità għall-ispirti tal-frott
8. Applikant
Isem: Il-Ministru Federali għall-Affarijiet Soċjali, is-Saħħa, il-Kura u l-Protezzjoni tal-Konsumatur Status legali: Il-ministeru federali li jifforma parti mill-Gvern Federali
Indirizz: Radetzkystraße 2, 1030 Vjenna, l-Awstrija
Indirizz elettroniku: post@sozialministerium.at, ixb13@sozialministerium.at
Tel. +43 1 71100-0
9. Suppliment mal-isem tal-Indikazzjoni Ġeografika
-
10. Regoli speċifiċi għat-tikkettar
Indikazzjoni taż-żieda tal-għanbaqar
Sabiex il-konsumaturi jiġu infurmati bis-sħiħ, iż-żieda tal-għanbaqar trid tkun indikata b’mod ċar, jew bl-istampi jew bil-kliem, fil-kamp viżiv prinċipali (fuq it-tikketta ta’ quddiem).
Speċifikazzjoni tal-produttur
Huwa obbligatorju li jiġu speċifikati d-distillerija jew il-produttur li jkun għamel il-prodott.
Simbolu tal-Unjoni
Is-simbolu tal-Unjoni għall-Indikazzjonijiet Ġeografiċi rreġistrati stabbilit fl-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 1898/2006 jista’ jintuża kif previst fl-Artikolu 22 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 716/2013.