|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 403 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 64 |
|
Werrej |
Paġna |
|
|
|
I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet |
|
|
|
RAKKOMANDAZZJONIJIET |
|
|
|
Il-Bank Ċentrali Ewropew |
|
|
2021/C 403/01 |
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2021/C 403/02 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10419 — Brookfield/Telia Company/Telia Towers) ( 1 ) |
|
|
2021/C 403/03 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10414 — Apollo Management/AS Graanul) ( 1 ) |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2021/C 403/04 |
||
|
|
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data |
|
|
2021/C 403/05 |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
|
I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet
RAKKOMANDAZZJONIJIET
Il-Bank Ċentrali Ewropew
|
6.10.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 403/1 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tad-29 ta’ Settembru 2021
lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni ta’ Central Bank of Ireland
(BĊE/2021/44)
(2021/C 403/01)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro huma awditjati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. |
|
(2) |
Fl-2016, Central Bank of Ireland għażel lil Mazars bħala l-awdituri esterni tiegħu għas-snin finanzjarji 2016 sa 2020. |
|
(3) |
Il-mandat tal-awdituri esterni kurrenti ta’ Central Bank of Ireland, Mazars, intemm wara l-awditu għas-sena finanzjarja 2020. Għalhekk jenħtieġ li jinħatru awdituri esterni għas-snin finanzjarji 2021 u 2022. |
|
(4) |
Central Bank of Ireland biħsiebu jestendi l-mandat ta’ Mazars għas-snin finanzjarji 2021 u 2022, |
ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:
Huwa rrakkomandat illi Mazars għandhom jinħatru bħala l-awdituri esterni ta’ Central Bank of Ireland għas-snin finanzjarji 2021 sa 2022.
Magħmul fi Frankfurt am Main, id-29 ta’ Settembru 2021.
Il-President tal-BĊE
Christine LAGARDE
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
6.10.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 403/2 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.10419 — Brookfield/Telia Company/Telia Towers)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2021/C 403/02)
Fit 28 ta’ Settembru 2021, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32021M10419. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
|
6.10.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 403/3 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.10414 — Apollo Management/AS Graanul)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2021/C 403/03)
Fit 16 ta’ Settembru 2021, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32021M10414. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
6.10.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 403/4 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
Il-5 ta’ Ottubru 2021
(2021/C 403/04)
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,1602 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
128,99 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4379 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,85173 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
10,1310 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,0752 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
148,00 |
|
NOK |
Krona Norveġiża |
9,9155 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
25,308 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
356,90 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,5998 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,9477 |
|
TRY |
Lira Turka |
10,2707 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,5937 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,4612 |
|
HKD |
Dollaru ta’ Hong Kong |
9,0324 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,6650 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,5743 |
|
KRW |
Won tal-Korea t’Isfel |
1 376,12 |
|
ZAR |
Rand ta’ l-Afrika t’Isfel |
17,3792 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,4805 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,5050 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
16 506,62 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,8482 |
|
PHP |
Peso Filippin |
58,893 |
|
RUB |
Rouble Russu |
84,1541 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
39,203 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
6,3106 |
|
MXN |
Peso Messikan |
23,7904 |
|
INR |
Rupi Indjan |
86,4880 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta’ referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data
|
6.10.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 403/5 |
Sommarju tal-Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar il-Proposta għal Direttiva dwar il-krediti għall-konsumatur
(It-test sħiħ ta’ din l-Opinjoni jinsab bl-Ingliż, bil-Franċiż u bil-Ġermaniz fuq is-sit web tal-EDPS www.edps.europa.eu)
(2021/C 403/05)
Il-Kummissjoni Ewropea adottat fit-30 ta’ Ġunju 2021 Proposta għal Direttiva dwar il-krediti għall-konsumatur. Il-Proposta għandha l-għan li tissostitwixxi d-Direttiva 2008/48/KE dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tadatta r-regoli attwali għad-diġitalizzazzjoni kontinwa tas-suq u tendenzi oħra (l-operaturi ġodda, bħal pjattaformi ta’ self bejn il-pari u forom ġodda ta’ kreditu għall-konsumatur, bħal self għal żmien qasir bi prezz għoli).
L-EDPS jilqa’ l-għan li tissaħħaħ il-protezzjoni tal-konsumatur u jfakkar fir-relazzjoni ta’ komplementarjetà bejn il-konsumatur u l-protezzjoni tad-data. Il-Proposta għandha impatt ċar fuq il-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali, b’mod partikolari fid-dawl tad-dispożizzjonijiet dwar il-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja, l-offerti personalizzati abbażi tal-ipproċessar awtomatizzat u l-użu tad-data personali fil-kuntest ta’ attivitajiet ta’ konsulenza u attivitajiet oħra.
Biex jippromwovi l-aċċess ġust għall-kreditu u l-protezzjoni tad-data, l-EDPS jirrakkomanda li jiġu delineati b’mod ċar il-kategoriji u s-sorsi tad-data personali li jistgħu jintużaw għall-iskop ta’ valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja. B’mod partikolari, l-EDPS jistieden lil-leġiżlatur biex jistinka għal aktar protezzjoni u armonizzazzjoni tal-konsumatur billi jispeċifika b’mod ċar il-kategoriji ta’ data li għandhom u ma għandhomx jiġu pproċessati. L-EDPS jirrakkomanda wkoll li jiġi pprojbit b’mod espliċitu l-użu ta’ kwalunkwe kategorija speċjali ta’ data personali skont l-Artikolu 9 tal-GDPR.
B’kont meħud tal-konsegwenzi avversi possibbli għall-persuni kkonċernati, l-EDPS jikkunsidra li r-rekwiżiti, ir-rwol u r-responsabbiltajiet tal-bażijiet tad-data tal-kreditu jew partijiet terzi li jipprovdu “sistema ta’ evalwazzjoni ta’ kreditu” għandhom jiġu indirizzati. Aktar kjarifiki għandhom jiġu pprovduti wkoll rigward is-sitwazzjonijiet fejn il-konsultazzjoni ta’ sorsi esterni hija meħtieġa u proporzjonata.
Il-konsumaturi għandhom dejjem jirċievu informazzjoni sinifikanti minn qabel kull meta l-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja tagħhom tkun ibbażata fuq ipproċessar awtomatizzat. Fejn il-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja tinvolvi l-użu ta’ tfassil ta’ profil jew ipproċessar awtomatizzat ieħor ta’ data personali, il-konsumaturi għandhom ikunu jistgħu jitolbu u jiksbu valutazzjoni umana.
Fir-rigward ta’ offerti personalizzati abbażi tal-ipproċessar awtomatizzat, l-EDPS jirrakkomanda li jiġi introdott l-obbligu għall-kreditur li jipprovdi informazzjoni ċara, sinifikanti u uniformi dwar il-parametri użati biex jiġi ddeterminat il-prezz. Barra minn hekk, l-EDPS jinkoraġġixxi lil-leġiżlatur biex jiddelinea b’mod ċar il-kategoriji tad-data personali li jistgħu jintużaw bħala parametri biex titfassal offerta personalizzata.
L-EDPS jirrakkomanda li tiġi kkonfermata b’mod espliċitu l-applikabbiltà sħiħa tar-Regolament 2016/679 (il-“GDPR”) għal kwalunkwe proċessar ta’ data personali li jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Proposta. Wara li kkunsidra l-Proposta għal Att dwar l-Intelliġenza Artifiċjali, l-EDPS jirrakkomanda li jiġi żgurat li r-regoli rilevanti tal-kreditu għall-konsumatur u tal-protezzjoni tad-data jkunu integrati bħala parti mill-proċess ta’ valutazzjoni tal-konformità (ta’ parti terza) qabel il-markatura CE.
1. Sfond
|
1. |
Il-Kummissjoni Ewropea adottat fit-30 ta’ Ġunju 2021 Proposta għal Direttiva dwar il-krediti għall-konsumatur (il-“Proposta”) (1). Il-Proposta għandha l-għan li timmodernizza r-regoli tal-kreditu għall-konsumatur sabiex tindirizza l-bidliet ikkawżati mid-diġitalizzazzjoni (2) u tħassar id-Direttiva 2008/48/KE dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur. (3) |
|
2. |
Il-Proposta ssegwi evalwazzjoni REFIT, li sabet li l-objettivi tad-Direttiva 2008/48/KE, jiġifieri l-iżgurar ta’ standards għoljin ta’ protezzjoni tal-konsumatur u t-trawwim tal-iżvilupp ta’ suq intern għall-kreditu, għadhom rilevanti. Fl-istess ħin, sabet li x-xenarju regolatorju jibqa’ frammentat b’mod sinifikanti madwar l-UE u li l-kliem mhux preċiż ta’ xi dispożizzjonijiet tad-Direttiva jwassal għal inċertezza legali, li jfixkel il-funzjonament tajjeb tas-suq intern għall-kreditu għall-konsumatur kif ukoll ma jiggarantixxix livell konsistentement għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur (4). |
|
3. |
F’dan l-isfond, il-Proposta għandha l-għan li ssaħħaħ il-protezzjoni tal-konsumatur billi tindirizza n-nuqqasijiet rigward il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2008/48/KE, ittejjeb u tarmonizza l-obbligu li tipprovdi informazzjoni u spjegazzjonijiet adegwati lill-konsumaturi, billi tistabbilixxi salvagwardji relatati, fost oħrajn, mar-rata tal-imgħax u l-kost tal-kreditu, u tippromwovi l-edukazzjoni finanzjarja. |
|
4. |
L-EDPS jirrimarka li l-Proposta se jkollha impatt ċar fuq il-protezzjoni tad-data, b’mod partikolari fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tagħha dwar: ir-reklamar u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ ftehim ta’ kreditu (l-Artikolu 7); l-offerti personalizzati abbażi tal-ipproċessar awtomatizzat (l-Artikolu 13); l-obbligu li tiġi vvalutata l-affidabbiltà kreditizja tal-konsumatur (l-Artikolu 18), li jista’ jeħtieġ il-konsultazzjoni tal-bażijiet tad-data rilevanti (l-Artikolu 18(9)), ospitati wkoll fi Stat Membru għajr dak tal-kreditur f’każ ta’ servizzi ta’ kreditu transfruntiera (l-Artikolu 19); is-servizzi ta’ konsulenza (l-Artikolu 16); l-attivitajiet elenkati taħt ittri minn (a) sa (e) tal-Artikolu 32(1). |
|
5. |
Fl-1 ta’ Lulju 2021, il-Kummissjoni Ewropea talbet lill-EDPS biex joħroġ opinjoni dwar il-Proposta, f’konformità mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725. Dawn il-kummenti huma limitati għad-dispożizzjonijiet tal-Proposta li huma rilevanti mill-perspettiva tal-protezzjoni tad-data. |
4. Konklużjonijiet
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, l-EDPS:
|
— |
jilqa’ l-għan segwit mill-Proposta li tissaħħaħ il-protezzjoni tal-konsumatur biex jiġu indirizzati r-riskji maħluqa mid-diġitalizzazzjoni tal-kreditu għall-konsumatur; |
|
— |
ifakkar fir-relazzjoni ta’ komplementarjetà bejn il-konsumatur u l-protezzjoni tad-data, u r-rwol importanti li jista’ jkollha din tal-aħħar ukoll f’termini ta’ awtonomizzazzjoni tal-konsumatur; |
|
— |
jirrakkomanda li jiġu delineati aktar il-kategoriji tad-data li jistgħu jintużaw jew ma jistgħux jintużaw għall-iskop ta’ valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja u biex jiġi projbit b’mod espliċitu l-użu ta’ kwalunkwe kategorija speċjali ta’ data personali skont l-Artikolu 9 tal-GDPR fil-parti operattiva tal-Proposta; |
|
— |
jirrakkomanda li tingħata indikazzjoni aktar ċara ta’ liema sorsi esterni jistgħu jitqiesu bħala “rilevanti” fil-kuntest tal-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja; |
|
— |
jirrakkomanda li jiġu indirizzati r-rekwiżiti, ir-rwol u r-responsabbiltajiet tal-bażijiet tad-data tal-kreditu jew partijiet terzi li jipprovdu “sistema ta’ evalwazzjoni ta’ kreditu”, flimkien ma’ aktar kjarifiki rigward is-sitwazzjonijiet fejn il-konsultazzjoni ta’ tali sorsi esterni hija meħtieġa u proporzjonata; |
|
— |
jirrakkomanda li jiġi miżjud skont l-Artikolu 18(3) tal-Proposta li l-proċeduri għall-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja għandhom jinkludu proċedura ta’ kontroll tal-kwalità tad-data; |
|
— |
jirrakkomanda li jiġi sostitwit it-terminu “intervent” [uman] b’ “valutazzjoni” fl-Artikolu 18(6) u l-premessa 48 tal-Proposta. Barra minn hekk, l-EDPS jirrakkomanda li jiġi żgurat li l-konsumatur ikun infurmat fejn il-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja tkun ibbażata fuq ipproċessar awtomatizzat fil-każijiet kollha (jiġifieri, mhux biss fil-każ ta’ rifjut tal-applikazzjoni għas-self); |
|
— |
jilqa’ l-obbligu li l-konsumaturi jiġu infurmati li huma ppreżentati b’offerta personalizzata. Madankollu, l-EDPS jirrakkomanda li jiżdied obbligu li tiġi pprovduta informazzjoni ċara, sinifikanti u uniformi dwar il-parametri użati biex jiġi ddeterminat il-prezz u biex jiġu delineati b’mod ċar il-kategoriji ta’ data personali li jistgħu jintużaw bħala parametri biex titfassal offerta personalizzata; |
|
— |
jilqa’ d-dritt tal-konsumatur li jkun infurmat bir-riżultat ta’ konsultazzjoni tal-bażi tad-data mwettqa bl-iskop li tiġi vvalutata l-affidabbiltà kreditizja tiegħu jew tagħha. Madankollu, l-EDPS jirrakkomanda li jkun ipprovdut l-obbligu li l-applikant jiġi infurmat bil-quddiem dwar tali konsultazzjoni. L-EDPS jirrakkomanda wkoll l-armonizzazzjoni tal-kategoriji ta’ informazzjoni li jistgħu jkunu fil-bażijiet tad-data għall-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja; |
|
— |
jirrakkomanda li fil-Proposta jiġi speċifikat li l-użu ta’ data miġbura u pproċessata fil-kuntest tal-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja għal skopijiet ta’ reklamar u kummerċjalizzazzjoni ma għandux ikun permess; |
|
— |
jirrakkomanda li jiġi delineat aktar fil-Proposta liema informazzjoni rigward is-sitwazzjoni finanzjarja tal-konsumatur, il-preferenzi u l-objettivi relatati mal-ftehim ta’ kreditu jew is-servizzi ta’ finanzjament kollettiv jistgħu jiġu kkunsidrati bħala “strettament meħtieġa” għall-iskop li jiġu pprovduti servizzi ta’ konsulenza u l-attivitajiet elenkati skont l-Artikolu 32(1) tal-Proposta; |
|
— |
jirrakkomanda li jiġu inklużi dispożizzjoni u premessa korrispondenti dwar l-applikabbiltà tal-GDPR fil-kuntest tal-Proposta, u notevolment għall-ipproċessar tad-data personali mill-kredituri u l-fornituri tas-servizzi ta’ finanzjament kollettiv; |
|
— |
ifakkar fil-ħtieġa għall-integrazzjoni tar-rekwiżiti skont il-liġi dwar il-protezzjoni tad-data u l-leġiżlazzjoni dwar il-kreditu għall-konsumatur fir-rekwiżiti skont l-Att dwar l-Intelliġenza Artifiċjali propost, b’mod partikolari fil-kuntest taċ-ċertifikazzjoni tas-sistemi tal-IA użati għall-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja, notevolment bħala parti mill- proċess ta’ valutazzjoni tal-konformità (ta’ parti terza) qabel il-markatura CE. |
Brussell, is-26 ta’ Awwissu 2021
p.o. Leonardo CERVERA NAVAS
Direttur
Wojciech Rafał WIEWIÓROWSKI
(1) Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-krediti għall-konsumatur, 30 ta’ Ġunju 2021, 2021/0171 (COD).
(2) Ara l-paġna 3 tal-Memorandum ta’ Spjegazzjoni.
(3) Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE (ĠU L 133, 22.5.2008, p. 66).
(4) Ara l-paġna 1 tal-Memorandum ta’ Spjegazzjoni.