|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 401 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 64 |
|
Werrej |
Paġna |
|
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea |
|
|
2021/C 401/01 |
|
MT |
|
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
|
4.10.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 401/1 |
L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
(2021/C 401/01)
L-aħħar pubblikazzjoni
Pubblikazzjonijiet preċedenti
Dawn it-testi huma disponibbli fuq:
EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu
V Avviżi
PROĊEDURI TAL-QORTI
Il-Qorti tal-Ġustizzja
|
4.10.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 401/2 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Varhoven administrativen sad (il-Bulgarija) fis-17 ta’ Ġunju 2021 – Sdruzhenie “Za Zemyata – dostap do pravosadie”, “Тhe Green Тank – grazhdansko sdruzhenie s nestopanska tsel” – Republika Gartsia, NS vs Izpalnitelen director na Izpalnitelna agentsia po okolna sreda, “TETS Maritsa iztok 2” EAD
(Kawża C-375/21)
(2021/C 401/02)
Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Qorti tar-rinviju
Varchoven administrativen sad
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Sdruzhenie “Za Zemyata – dostap do pravosadie”, “Тhe Green Тank – grazhdansko sdruzhenie s nestopanska tsel” – Republika Gartsia, NS
Konvenuti: Izpalnitelen director na Izpalnitelna agentsia po okolna sreda, “TETS Maritsa iztok 2” EAD
Domandi preliminari
|
1) |
L-Artikolu 4(3) TUE, ikkunsidrat flimkien mal-Artikolu 18 tad-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (1) u mal-Artikoli 13 u 23 tad-Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2008 dwar il-kwalità ta’ l-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa (2), għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta tevalwa talba għal deroga taħt l-Artikolu 15(4) tad-Direttiva 2010/75, l-awtorità kompetenti għandha, filwaqt li tieħu inkunsiderazzjoni d-data xjentifika rilevanti kollha dwar it-tniġġis, inklużi l-miżuri previsti fil-pjanijiet rilevanti dwar il-kwalità tal-arja f’żona jew f’agglomerazzjoni partikolari skont l-Artikolu 23 tad-Direttiva 2008/50, tevalwa jekk l-għoti ta’ deroga jistax jipperikola l-osservanza tal-istandards marbuta mal-kwalità tal-ambjent? |
|
2) |
L-Artikolu 4(3) TUE, ikkunsidrat flimkien mal-Artikolu 18 tad-Direttiva 2010/75 u mal-Artikoli 13 u 23 tad-Direttiva 2008/50, għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta tevalwa talba għal deroga taħt l-Artikolu 15(4) tad-Direttiva 2010/75, l-awtorità kompetenti għandha toqgħod lura milli tistabbilixxi valuri limitu għall-emissjonijiet li jkunu inqas stretti għall-inkwinanti minn installazzjoni, f’sitwazzjoni fejn tali deroga tkun tinsab f’kontradizzjoni mal-miżuri previsti fil-pjan rilevanti dwar il-kwalità tal-arja f’żona jew f’agglomerazzjoni partikolari skont l-Artikolu 23 tad-Direttiva 2008/50, u fejn tali deroga tkun tista’ tipperikola l-għan li l-perijodu li matulu jinqabżu l-valuri limitu marbuta mal-kwalità tal-arja jinżamm qasir kemm jista’ jkun? |
|
3) |
L-Artikolu 4(3) TUE, ikkunsidrat flimkien mal-Artikolu 18 tad-Direttiva 2010/75 u mal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2008/50, għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta tevalwa talba għal deroga taħt l-Artikolu 15(4) tad-Direttiva 2010/75, l-awtorità kompetenti għandha, filwaqt li tieħu inkunsiderazzjoni d-data xjentifika rilevanti kollha dwar it-tniġġis, inkluż l-effett kumulattiv flimkien ma’ sorsi oħra tal-inkwinanti kkonċernati, tevalwa jekk l-istabbiliment ta’ valuri limitu għall-emissjonijiet li jkunu inqas stretti għall-inkwinanti tal-arja minn installazzjoni huwiex ser iwassal sabiex jinqabżu l-valuri limitu rilevanti marbuta mal-kwalità tal-arja, fis-sens tal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2008/50, f’żona jew f’agglomerazzjoni partikolari, u, jekk dan ikun il-każ, għandu jiġi evitat l-għoti ta’ deroga li tipperikola l-għan li jintlaħqu l-istandards marbuta mal-kwalità tal-ambjent? |
(1) ĠU 2010, L 334, p. 17 u rettifika fil-ĠU 2012, L 158, p. 25.
|
4.10.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 401/3 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiliul Naţional de Soluţionare a Contestaţiilor (ir-Rumanija) fid-29 ta’ Ġunju 2021 – SC NV Construct SRL vs Judeţul Timiş
(Kawża C-403/21)
(2021/C 401/03)
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Consiliul Naţional de Soluţionare a Contestaţiilor
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: SC NV Construct SRL
Konvenut: Judeţul Timiş
Intervenjent: SC Proiect Construct Regiunea Transilvania SRL
Domandi preliminari
|
1) |
Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 58 tad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (1), il-prinċipju ta’ proporzjonalità u l-prinċipju ta’ responsabbiltà għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-awtorità kontraenti għandha d-dritt li tistabbilixxi kriterji dwar il-kapaċità teknika, jiġifieri d-dritt li tevalwa jekk tinkludix jew le fid-dokumentazzjoni għall-għoti ta’ kuntratt kriterji dwar il-kapaċità teknika u professjonali u dwar il-kapaċità ta’ eżerċizzju tal-attività teknika u professjonali li jirriżultaw mid-dispożizzjonijiet ta’ liġijiet speċjali, għal attivitajiet fil-kuntest tal-kuntratt li ma humiex sinjifikattivi? |
|
2) |
Il-prinċipji ta’ trasparenza u ta’ proporzjonalità jipprekludu l-ikkompletar ipso iure tad-dokumentazzjoni għall-għoti ta’ kuntratt permezz ta’ kriterji ta’ kwalifikazzjoni li jirriżultaw minn liġijiet speċjali applikabbli għal attivitajiet relatati mal-kuntratt li għandu jingħata, li ma kinux previsti fid-dokumentazzjoni għall-għoti ta’ kuntratt u li fil-fehma tal-awtorità kontraenti ma kellhomx jiġu imposti fuq l-operaturi ekonomiċi? |
|
3) |
L-Artikolu 63 tad-Direttiva 2014/24 u l-prinċipju ta’ proporzjonalità jipprekludu l-esklużjoni mill-proċedura ta’ offerent li ma nnominax operatur bħala subappaltatur sabiex jipprova l-konformità ma’ kriterji dwar il-kapaċità teknika u professjonali u dwar il-kapaċità ta’ eżerċizzju tal-attività teknika u professjonali li jirriżultaw mid-dispożizzjonijiet ta’ liġijiet speċjali li ma humiex previsti fid-dokumentazzjoni għall-għoti ta’ kuntratt, f’sitwazzjoni fejn l-offerent inkwistjoni għażel forma kuntrattwali oħra ta’ involviment ta’ speċjalisti fil-kuntratt, jiġifieri kuntratt ta’ provvista ta’ servizzi, jew issottometta dikjarazzjoni ta’ disponibbiltà min-naħa ta’ dawn l-ispeċjalisti? L-operatur ekonomiku għandu d-dritt li jistabbilixxi l-organizzazzjoni u r-relazzjonijiet kuntrattwali tiegħu fi ħdan il-grupp li jappartjeni għalih, bil-possibbiltà li jinvolvi fil-kuntratt fornituri sakemm il-fornitur ikkonċernat ma jkunx parti mill-entitajiet li l-offerent bi ħsiebu jistrieħ fuq il-kapaċitajiet tagħhom sabiex jipprova l-konformità mal-kriterji rilevanti? |
(1) ĠU 2014, L 94, p. 65, rettifika fil-ĠU 2015, L 275, p. 68.
|
4.10.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 401/4 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Varhoven administrativen sad (il-Bulgarija) fit-2 ta’ Lulju 2021 – DELID vs Izpalnitelen direktor na Darzhaven fond “Zemedelie”
(Kawża C-409/21)
(2021/C 401/04)
Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Qorti tar-rinviju
Varchoven administrativen sad
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: DELID
Konvenut: Izpalnitelen direktor na Darzhaven fond “Zemedelie”
Domandi preliminari
|
1) |
L-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (1) jippermetti dispożizzjoni nazzjonali, bħalma hija l-Artikolu 26 tan-Naredba Nru 9/2015 (id-Digriet Nru 9/2015), li tistabbilixxi kriterju għall-ammissibbiltà ta’ kandidat għal għajnuna finanzjarja taħt l-appoġġ previst fis-subintestatura 4.1, “Investimenti f’azjendi agrikoli”, tal-intestatura 4, “Investimenti f’assi fiżiċi” tal-Programata za razvitie na selskite rayoni za perioda 2014 – 2020 (Programm għall-iżvilupp tar-reġjuni rurali għall-perijodu bejn l-2014 u l-2020), fir-rigward ta’ investiment għall-“Kostruzzjoni ta’ razzett tal-papri”, liema kriterju jirrikjedi l-preżentazzjoni ta’ ċertifikat ta’ reġistrazzjoni bħala stabbiliment għat-trobbija tal-annimali f’isem il-kandidat bħala prova li l-attività ta’ trobbija ta’ annimali kienet teżisti, sa minn qabel tressqet l-applikazzjoni għall-finanzjament, fl-azjenda agrikola mmexxija mill-kandidat fis-sens tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta’ appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (2), jew għall-finijiet tar-Regolament huwa biżżejjed li sid l-azjenda agrikola juri li jinsab fil-proċess li jikseb ir-reġistrazzjoni meħtieġa bħala stabbiliment għat-trobbija tal-annimali f’ismu? |
|
2) |
Rekwiżit previst f’dispożizzjoni nazzjonali, bħalma hija l-punt 2 tal-Artikolu 8(1) tad-Digriet Nru 9/2015, li jipprovdi li, għall-finijiet tal-applikazzjoni tas-subintestatura 4.1, “Investimenti f’azjendi agrikoli”, tal-intestatura 4, “Investimenti f’assi fiżiċi” tal-Programm għall-iżvilupp tar-reġjuni rurali għall-perijodu bejn l-2014 u l-2020, il-kandidati għall-għajnuna għandhom jiġġustifikaw produzzjoni ta’ volum minimu mill-azjenda agrikola ta’ mhux inqas mill-ekwivalenti f’leva Bulgari (BGN) ta’ EUR 8 000 fid-data li fiha titressaq l-applikazzjoni għal għajnuna, għandu jitqies li huwa konformi mal-għanijiet tal-appoġġ taħt il-miżura “Investimenti f’assi fiżiċi” fis-sens tal-Artikolu 17 tar-Regolament Nru 1305/2015, mal-prijoritajiet tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tal-iżvilupp tar-reġjuni rurali fis-sens tal-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 1305/2013 u mal-kunċett ta’ produzzjoni standard tal-azjendi fis-sens tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1242/2008 tat-8 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi tipoloġija Komunitarja għal azjendi agrikoli (3), li tħassar? |
|
3) |
Jekk ir-risposta għat-tieni domanda tkun fl-affermattiv, għandu jitqies li s-sidien ta’ azjenda agrikola reċentement irreġistrati fid-data tal-applikazzjoni għal għajnuna taħt il-miżura “Investimenti f’assi fiżiċi” għandhom jiġu esklużi mill-appoġġ finanzjarju taħt ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (4)? |
(1) ĠU 2013, L 347, p. 487, rettifika fil-ĠU 2016, L 130, p. 1.
(2) ĠU 2013, L 347, p. 608, rettifika fil-ĠU 2016, L 130, p. 7.
(4) ĠU 2013, L 347, p. 549, rettifiki fil-ĠU 2013, L 130, p. 6 u fil-ĠU 2017, L 327, p. 83.
|
4.10.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 401/5 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul Satu Mare (ir-Rumanija) fis-6 ta’ Lulju 2021 – Dual Prod SRL vs Direcţia Generală Regională a Finanţelor Publice Cluj-Napoca – Comisia regională pentru autorizarea operatorilor de produse supuse accizelor armonizate
(Kawża C-412/21)
(2021/C 401/05)
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Tribunalul Satu Mare
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Dual Prod SRL.
Konvenut: Direcţia Generală Regională a Finanţelor Publice Cluj-Napoca – Comisia regională pentru autorizarea operatorilor de produse supuse accizelor armonizate.
Domandi preliminari
|
1) |
Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 48(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea dwar il-prinċipju ta’ preżunzjoni ta’ innoċenza flimkien mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa u li jħassar id-Direttiva 92/12/KEE (1), jistgħu jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu sitwazzjoni legali bħal dik f’din il-kawża, fejn tista’ tiġi ordnata miżura amministrattiva li tissospendi awtorizzazzjoni ta’ produzzjoni ta’ alkoħol abbażi ta’ sempliċi preżunzjonijiet li huma s-suġġett ta’ investigazzjoni kriminali pendenti, mingħajr ma ngħatat deċiżjoni definittiva ta’ kundanna fi kwistjonijiet kriminali? |
|
2) |
Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 50 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali dwar il-prinċipju ta’ ne bis in idem flimkien mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2008/118, jistgħu jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu sitwazzjoni legali bħal dik f’din il-kawża, fejn żewġ sanzjonijiet tal-istess natura (sospensjoni tal-awtorizzazzjoni ta’ produzzjoni tal-alkoħol) huma imposti fuq l-istess persuna għall-istess sitwazzjoni fattwali, b’differenza waħda li tikkonċerna l-perijodu li għalih huma imposti s-sanzjonijiet? |
|
4.10.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 401/5 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Bremen (il-Ġermanja) fil-15 ta’ Lulju 2021 – X GmbH & Co. KG vs Finanzamt Bremen
(Kawża C-431/21)
(2021/C 401/06)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Finanzgericht Bremen
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: X GmbH & Co. KG
Konvenut: Finanzamt Bremen
Domanda preliminari
L-Artikolu 43 tat-Trattat KE u l-Artikolu 49 TFUE li jiggarantixxu l-libertà ta’ stabbiliment (u l-Artikolu 49 tat-Trattat KE u l-Artikolu 56 TFUE) għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li skontha, fil-każ ta’ fatti marbuta ma’ tranżazzjonijiet b’element barrani, il-persuna taxxabbli għandha tistabbilixxi dokumentazzjoni tan-natura u tal-kontenut tar-relazzjonijiet tagħha ta’ negozju mal-persuni relatati, li tinkludi wkoll il-bażi ekonomika u legali ta’ ftehim ta’ kompetizzjoni ġusta dwar il-prezzijiet u l-kundizzjonijiet kummerċjali l-oħra mal-persuni relatati, u li skontha, jekk il-persuna taxxabbli ma tipproduċix l-imsemmija dokumentazzjoni meta l-awtoritajiet fiskali jitolbuha tagħmel dan, jew jekk id-dokumentazzjoni prodotta essenzjalment ma tkunx tista’ tintuża, mhux biss ikun preżunt b’mod konfutabbli li d-dħul tagħha suġġett għat-taxxa fil-Ġermanja, li għad-determinazzjoni tiegħu sservi d-dokumentazzjoni, huwa ogħla mid-dħul li hija ddikjarat u, jekk f’tali każijiet l-awtorità tat-taxxa għandha tagħmel stima u dan id-dħul jista’ jiġi ddeterminat biss f’ċertu qafas, b’mod partikolari biss abbażi ta’ meded ta’ prezzijiet, dan il-qafas jista’ jiġi eżawrit għad-detriment tal-persuna li tħallas it-taxxa, iżda, barra minn hekk, għandha tiġi ddeterminata żieda, li hija ta’ mill-inqas 5 fil-mija u ta’ mhux iktar minn 10 fil-mija tal-ammont addizzjonali ddeterminat tad-dħul, iżda mill-inqas EUR 5 000, u, fil-każ ta’ sottomissjoni tardiva ta’ dokumentazzjoni li tista’ tintuża, sa EUR 1 000 000, iżda mill-inqas EUR 100 għal kull jum sħiħ ta’ dewmien, u l-impożizzjoni ta’ sovrataxxa ma ssirx biss jekk in-nuqqas ta’ twettiq tal-obbligi ta’ żamma ta’ dokumentazzjoni jidher skużabbli jew jekk in-nuqqas ikun biss minimu?
|
4.10.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 401/6 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Appeal (l-Irlanda) fil-11 ta’ Awwissu 2021 – K.M. vs The Director of Public Prosecutions
(Kawża C-493/21)
(2021/C 401/07)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
Court of Appeal
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: K.M.
Konvenut: The Director of Public Prosecutions
Domandi preliminari
|
1) |
Il-kliem tal-Artikolu 89 u/jew tal-Artikolu 90 tar-Regolament Nru 1224/2009 (1), u r-rekwiżiti ta’ proporzjonalità taħt il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u d-dritt tal-Unjoni, jeżiġu li l-qorti li tagħti s-sentenza jkollha diskrezzjoni taġġusta, tadatta jew ittaffi l-portata tal-ordni ta’ konfiska tal-qabdiet ta’ ħut u tat-tagħmir tas-sajd b’mod partikolari fid-dawl taċ-ċirkustanzi msemmija fl-Artikoli 89 u 90 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009? |
|
2) |
B’teħid inkunsiderazzjoni tal-impatt potenzjali fuq l-għajxien tal-kaptan bħala konsegwenza ta’ konfiska awtomatika obbligatorja tal-qabdiet ta’ ħut u tat-tagħmir tas-sajd kollu, dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali bħall-Artikolu 28(5)(b) (2), li ma tippermettix lil qorti nazzjonali teżamina impatt fuq id-dritt għal qligħ ta’ għajxien ta’ persuna li tiġi ddikjarata ħatja wara l-ħruġ ta’ att tal-akkuża għal reat li jmur kontra dan l-artikolu u r-Regolament Nru 1224/2009 (minbarra fil-kuntest tal-kunsiderazzjoni ta’ liema multa tista’ tkun xierqa), tista’ titqies li hija kompatibbli mal-kliem tar-Regolament Nru 1224/2009, mal-Karta u mad-dritt tal-Unjoni, fid-dawl tad-dritt fundamentali tal-kaptan li jeżerċita l-professjoni tiegħu? |
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (ĠU 2009, L 343, p. 1, rettifiki fil-ĠU 2013, L 355, p. 93, fil-ĠU 2014, L 318, p. 34 u fil-ĠU 2015, L 149, p. 23).
(2) tas-Sea Fisheries and Maritime Jurisdiction Act 2006 (il-Liġi tal-2006 dwar is-Sajd fil-Baħar u l-Ġurisdizzjoni Marittima).
Il-Qorti Ġenerali
|
4.10.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 401/7 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Lulju 2021 – Coravin vs EUIPO – Cora (CORAVIN)
(Kawża T-500/19) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Dikjarazzjoni ta’ revoka tat-trade mark nazzjonali preċedenti li fuqha hija bbażata d-deċiżjoni kkontestata - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)
(2021/C 401/08)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Coravin, Inc. (Wilmington, Delaware, l-Istati Uniti) (rappreżentant: F. Valentin, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Hanf, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Cora (Marne-la-Vallée, Franza) (rappreżentant: M. Georges-Picot, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ April 2019 (Każ R 2385/2016-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Cora u Coravin.
Dispożittiv
|
1) |
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors. |
|
2) |
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha. |
|
4.10.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 401/7 |
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Lulju 2021 – SN vs Il-Parlament
(Kawża T-249/21 R)
(“Miżuri provviżorji - Membru tal-Parlament Ewropew - Irkupru ta’ allowances imħallsa bħala rimbors għall-ispejjeż ta’ assistenza parlamentari - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Ksur tar-rekwiżiti formali - Inammissibbiltà - Nuqqas ta’ urġenza”)
(2021/C 401/09)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: SN (rappreżentant: P. Eleftheriadis, barrister)
Konvenut: Il-Parlament (rappreżentanti: N. Görlitz u M. Ecker, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiżi għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-Parlament tal-21 ta’ Diċembru 2020 li tikkonċerna l-irkupru tas-somma ta’ EUR 196 199,84 indebitament imħallsa, kif ukoll tan-nota ta’ debitu Nru 7010000021, tal-15 ta’ Jannar 2021, sussegwenti għal din id-deċiżjoni.
Dispożittiv
|
1) |
It-talba għal miżuri proviżorji hija miċħuda. |
|
2) |
L-ispejjeż huma rriżervati. |
|
4.10.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 401/8 |
Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Lulju 2021 – Eurecna vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-377/21)
(2021/C 401/10)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Eurecna SpA (Venezia, l-Italja) (rappreżentant: R. Sciaudone, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
Tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ April 2021 (iktar ’il quddiem id-“deċiżjoni kkontestata”) li permezz tagħha l-Kummissjoni, filwaqt li kkonfermat id-deċiżjoni preċedenti ta’ ċaħda tat-3 ta’ Marzu 2021, ċaħdet it-talba tar-rikorrenti sabiex tikseb aċċess għar-rapport finali, u għall-annessi tiegħu, imfassal mill-Uffiċċju Ewropew għall-ġlieda kontra l-Frodi (OLAF) insegwitu għall-Investigazzjoni OC/2019/0766; |
|
— |
tordna lill-Kummissjoni tipproduċi r-rapport tal-OLAF u l-annessi tiegħu; u |
|
— |
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż ta’ din is-sentenza. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrenti tinvoka sitt motivi.
|
1. |
L-ewwel motivi bbażat fuq interpretazzjoni żbaljata tal-konsegwenzi li jirriżultaw mill-aċċess għar-rapport tal-OLAF. F’dan ir-rigward qiegħed jiġi sostnut li d-deċiżjoni kkontestata għandha tiġi annullata inkwantu l-aċċess għar-rapport tal-OLAF ma jistax, skont l-Artikoli 10(1) u 2(4) tar-Regolament Nru 1049/2001 (1), isir ta’ “dominju pubbliku”. |
|
2. |
It-tieni motivi bbażat fuq ksur tat-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001. F’dan ir-rigward qiegħed jiġi sostnut li l-konvenuta kisret it-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001, kif interpretat mill-ġurisprudenza, li tipprevedi li meta d-destinatarju tar-rapport tal-OLAF ikollu l-intenzjoni li jadotta atti li jikkawża preġudizzju lill-persuni interessata, dawn tal-aħħar għandhom id-dritt li jkollhom aċċess għar-rapport inkwistjoni. |
|
3. |
It-tielet motivi bbażat fuq ksur tal-Artikolu 4(1)(b) tar-Regolament Nru 1049/2001 u tal-prinċipju ta’ proporzjonalità. F’dan ir-rigward qiegħed jiġi sostnut li r-rikorrenti qatt ma talbet it-trasferiment ta’ data personali ta’ persuni fiżiċi, u għalhekk l-eventwali data personali li kienet eventwalment tinstab fir-rapport setgħet tabilħaqq tiġi protetta permezz ta’ sempliċi operazzjoni ta’ okkultazzjoni tad-data. |
|
4. |
Ir-raba’ motivi bbażat fuq applikazzjoni u interpretazzjoni żbaljata tal-Artikolu 4(6) tar-Regolament Nru 1049/2001. F’dan ir-rigward qiegħed jiġi sostnut li d-deċiżjoni kkontestata għandha tiġi annullata għaliex il-konvenuta ma wettqitx, f’dan il-każ, verifikazzjoni, konkreta, dwar jekk setgħax jingħata aċċess parzjali. |
|
5. |
Il-ħames motivi bbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni. F’dan ir-rigward qiegħed jiġi sostnut li l-konvenuta ma pprovdiet ebda motivazzjoni dwar l-applikabbiltà tal-eċċezzjoni prevista fl-Artikolu 4(3) tar-Regolament Nru 1049/2001. |
|
6. |
Is-sitt motivi bbażat fuq l-esklużjoni żbaljata ta’ interess pubbliku li jkun hemm żvelar. F’dan ir-rigward qiegħed jiġi sostnut li l-konvenuta interpretat b’mod żbaljat id-drittijiet tad-difiża bħala sempliċi interess ta’ parti, billi naqset milli tqis li sabiex tirrispondi għat-talba ta’ restituzzjoni finanzjarja tad-Direttorat Ġenerali għall-Kooperazzjoni internazzjonali u l-Iżvilupp (DG DEVCO), ir-rikorrenti kellha bżonn taċċedi r-rapport tal-OLAF. |
(1) Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU 2001, L 145, p. 43).
|
4.10.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 401/9 |
Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Lulju 2021 – Vendrame vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-379/21)
(2021/C 401/11)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Michele Vendrame (Venezia, l-Italja) (rappreżentant: R. Sciaudone, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ April 2021 (iktar ’il quddiem id-“deċiżjoni kkontestata”) li permezz tagħha l-Kummissjoni, filwaqt li kkonfermat id-deċiżjoni preċedenti ta’ ċaħda tat-3 ta’ Marzu 2021, ċaħdet it-talba tar-rikorrent sabiex jikseb aċċess għar-rapport finali, u għall-annessi tiegħu, imfassal mill-Uffiċċju Ewropew għall-ġlieda kontra l-Frodi (OLAF) insegwitu għall-Investigazzjoni OC/2019/0766; |
|
— |
tordna lill-Kummissjoni tipproduċi r-rapport tal-OLAF u l-annessi tiegħu; u |
|
— |
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż ta’ din is-sentenza. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka sitt motivi.
|
1. |
L-ewwel motivi bbażat fuq interpretazzjoni żbaljata tal-konsegwenzi li jirriżultaw mill-aċċess għar-rapport tal-OLAF. F’dan ir-rigward qiegħed jiġi sostnut li d-deċiżjoni kkontestata għandha tiġi annullata inkwantu l-aċċess għar-rapport tal-OLAF ma jistax, skont l-Artikoli 10(1) u 2(4) tar-Regolament Nru 1049/2001 (1), isir ta’ “dominju pubbliku”. |
|
2. |
It-tieni motivi bbażat fuq ksur tat-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001. F’dan ir-rigward qiegħed jiġi sostnut li l-konvenuta kisret it-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001, kif interpretat mill-ġurisprudenza, li tipprevedi li meta d-destinatarju tar-rapport tal-OLAF ikollu l-intenzjoni li jadotta atti li jikkawża preġudizzju lill-persuni interessata, dawn tal-aħħar għandhom id-dritt li jkollhom aċċess għar-rapport inkwistjoni. |
|
3. |
It-tielet motivi bbażat fuq ksur tal-Artikolu 4(1)(b) tar-Regolament Nru 1049/2001 u tal-prinċipju ta’ proporzjonalità. F’dan ir-rigward qiegħed jiġi sostnut li r-rikorrent qatt ma talab it-trasferiment ta’ data personali ta’ persuni fiżiċi, u għalhekk l-eventwali data personali li kienet eventwalment tinstab fir-rapport setgħet tabilħaqq tiġi protetta permezz ta’ sempliċi operazzjoni ta’ okkultazzjoni tad-data. |
|
4. |
Ir-raba’ motivi bbażat fuq applikazzjoni u interpretazzjoni żbaljata tal-Artikolu 4(6) tar-Regolament Nru 1049/2001. F’dan ir-rigward qiegħed jiġi sostnut li d-deċiżjoni kkontestata għandha tiġi annullata għaliex il-konvenuta ma wettqitx, f’dan il-każ, verifikazzjoni, konkreta, dwar jekk setgħax jingħata aċċess parzjali. |
|
5. |
Il-ħames motivi bbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni. F’dan ir-rigward qiegħed jiġi sostnut li l-konvenuta ma pprovdiet ebda motivazzjoni dwar l-applikabbiltà tal-eċċezzjoni prevista fl-Artikolu 4(3) tar-Regolament Nru 1049/2001. |
|
6. |
Is-sitt motivi bbażat fuq l-esklużjoni żbaljata ta’ interess pubbliku li jkun hemm żvelar. F’dan ir-rigward qiegħed jiġi sostnut li l-konvenuta interpretat b’mod żbaljat id-drittijiet tad-difiża bħala sempliċi interess ta’ parti, u naqset milli tqis li d-dritt li wieħed jiddefendi ruħu huwa prinċipju fundamentali tal-istat tad-dritt u, bħala tali, huwa żgurat u ggarantit lill-kollettività u mhux biss lil individwu wieħed. |
(1) Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU 2001, L 145, p. 43).
|
4.10.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 401/10 |
Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Lulju 2021 — Alfa Acciai vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-411/21)
(2021/C 401/12)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Alfa Acciai SpA (Brescia, l-Italja) (rappreżentanti: D. Fosselard, D. Slater u G. Carnazza, avukati)
Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— (i) |
tikkundanna lill-Unjoni Ewropea, irrappreżentata mill-Kummissjoni, tħallas l-interessi moratorji fuq l-ammont ta’ EUR 7 175 000 bir-rata ffissata mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għat-tranżazzjonijiet prinċipali ta’ rifinanzjament tiegħu, fis-seħħ fl-ewwel jum kalendarju tax-xahar ta’ skadenza, miżjud bi tliet punti u nofs perċentwali, għall-perijodu inkluż bejn id-9 ta’ Marzu 2010 u l-14 ta’ Novembru 2017, bit-tnaqqis tal-interessi li jammontaw għal EUR 260 968,15, diġà rċevuti mir-rikorrenti, u b’hekk għal ammont ugwali għal EUR 2 222 073,29, jew, sussidjarjament, għall-pagament tal-interessi moratorji kkalkolati bir-rata li l-Qorti Ġenerali tqis xierqa; |
|
— (ii) |
tikkundanna lill-Unjoni, irrappreżentata mill-Kummissjoni, tħallas l-interessi moratorji fuq l-ammont mitlub fil-punt (i) preċedenti, għall-perijodu inkluż bejn l-14 ta’ Novembru 2017 u d-data tal-pagament effettiv, bir-rata ffissata mill-BĊE għat-tranżazzjonijiet prinċipali ta’ rifinanzjament tiegħu, fis-seħħ fl-ewwel jum kalendarju tax-xahar ta’ skadenza, miżjud bi tliet punti u nofs perċentwali jew, sussidjarjament, għall-ħlas tal-interessi moratorji kkalkolati bir-rata li l-Qorti Ġenerali tqis xierqa; |
|
— (iii) |
sussidjarjament fir-rigward tal-punt (ii) preċedenti, tikkundanna lill-Unjoni, irrappreżentata mill-Kummissjoni, tħallas l-interessi moratorji fuq l-ammont imsemmi fil-punt (i) għall-perijodu inkluż bejn it-2 ta’ Marzu 2021 u d-data tal-pagament effettiv, bir-rata ffissata mill-BĊE għat-tranżazzjonijiet prinċipali ta’ rifinanzjament tiegħu, fis-seħħ fl-ewwel jum kalendarju tax-xahar ta’ skadenza, miżjud bi tliet punti u nofs perċentwali, jew, sussidjarjament, bir-rata li l-Qorti Ġenerali tqis xierqa; |
|
— (iv) |
barra minn hekk, jew sussidjarjament, tannulla l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ April 2021 Nru ta’ Riferiment Ares(2021) 2904247; |
|
— (v) |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.
|
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq talba għal kumpens tad-danni relatati mal-eżekuzzjoni żbaljata, min-naħa tal-Kummissjoni, tas-sentenza tal-21 ta’ Settembru 2017, Ferriera Valsabbia et vs Il-Kummissjoni (C-86/15 P u C-87/15 P, EU:C:2017:717), bi ksur tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 266 TFUE u tal-Artikolu 41(3) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. F’dan ir-rigward jiġi rrilevat li l-Kummissjoni ma ħallsitx l-interessi moratorji kollha relatati mas-sanzjoni rrimborsata b’riżultat tas-sentenza. |
|
2. |
It-tieni motiv, ibbażat fuq talba għall-annullament, abbażi tal-ksur u tal-applikazzjoni żbaljata tal-Artikoli 266 u 296 TFUE. Ksur u applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 46 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. Nuqqas ta’ motivazzjoni għall-ittra tal-Kummissjoni tat-30 ta’ April 2021. Żball ta’ liġi u żball manifest ta’ evalwazzjoni. F’dan ir-rigward jiġi rrilevat li l-ittra li permezz tagħha l-Kummissjoni rrifjutat li tħallas l-interessi moratorji lir-rikorrenti hija nieqsa minn motivazzjoni xierqa u tikser il-prinċipji fil-qasam tal-preskrizzjoni. |
|
3. |
It-tielet motiv, ibbażat fuq talba għal annullament, abbażi tal-ksur u tal-applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 266 TFUE u tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 tad-29 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (1). F’dan ir-rigward jiġi rrilevat li l-Artikolu 85a(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, EURATOM) Nru 2342/2002 tat-23 ta’ Diċembru 2002 li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 fuq ir-Regolamenti Finanzjaru li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), invokat mill-Kummissjoni fl-ittra tagħha tat-30 ta’ April 2021, ma kienx iktar fis-seħħ fil-mument tar-rimbors tas-sanzjoni, u b’hekk ma kien iktar applikabbli. |
(2) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 4, p. 145.
|
4.10.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 401/11 |
Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Lulju 2021 – Ferriere Nord vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-414/21)
(2021/C 401/13)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Ferriere Nord SpA (Osoppo, l-Italja) (rappreżentanti: W. Viscardini, G. Donà u B. Comparini, avukati)
Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
(1) |
|
|
(2) |
tannulla (abbażi tal-Artikolu 263 TFUE) l-ittra tal-Kummissjoni Ewropea (Servizz Ġenerali “Baġit”) Ares(2021)2904048 tat-30 ta’ April 2021; |
|
(3) |
fi kwalunkwe każ, tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-kawża. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi, wieħed dirett lejn il-kumpens għad-danni (1), u l-ieħor dirett lejn l-annullament tal-ittra kkontestata (2).
|
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq l-illegalità tal-aġir tal-Kummissjoni minħabba l-ksur tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 266 TFUE (kif ukoll tal-Artikolu 83 tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 tad-29 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (1) u/jew, sa fejn jista’ jkun il-każ, tal-Artikolu 86 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, EURATOM) Nru 2342/2002 tat-23 ta’ Diċembru 2002 li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 fuq ir-Regolamenti Finanzjaru li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2))
|
|
2. |
It-tieni motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 46 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja u, għaldaqstant, tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 266 TFUE (kif ukoll tal-Artikolu 83 tar-Regolament Nru 1268/2012 u/jew, sa fejn jista’ jkun il-każ, tal-Artikolu 86 tar-Regolament Nru 2342/2002)
|
(2) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 4, p. 145.
|
4.10.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 401/13 |
Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Lulju 2021 – Banca Popolare di Bari vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-415/21)
(2021/C 401/14)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Banca Popolare di Bari SpA (Bari, l-Italja) (rappreżentanti: A. Zoppini, G. Roberti, I. Perego u G. Parisi avukati)
Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tikkundanna lill-Unjoni Ewropa, irrappreżentata mill-Kummissjoni, tħallas lir-rikorrent is-somma ta’ EUR 280 miljun bħala kumpens għad-danni materjali, kif ukoll ammont adegwat bħala kumpens għad-danni morali, ikkawżati mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1208 tat-23 ta’ Diċembru 2015 dwar l-għajnuna mill-Istat li l-Italja implimentat favur il-Banca Tercas (Każ SA.39451 (2015/C) (ex 2015/NN)); |
|
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka l-motivi li ġejjin.
|
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq l-illegalità tal-aġir tal-Kummissjoni.
|
|
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq danni morali u materjali kkawżati lir-rikorrent minħabba l-aġir illegali tal-Kummissjoni.
|
|
4.10.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 401/13 |
Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Lulju 2021 – Greenwich Polo Club vs EUIPO – Lifestyle Equities (GREENWICH POLO CLUB)
(Kawża T-437/21)
(2021/C 401/15)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Greenwich Polo Club, Inc. (Greenwich, Connecticut, l-Istati Uniti) (rappreżentant: R. Zammitt, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Lifestyle Equities CV (Amsterdam, il-Pajjiżi Baxxi)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea “GREENWICH POLO CLUB” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 791 153
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-10 ta’ Mejju 2021 fil-Każ R 300/2020-1
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata, u li t-trade mark kontenzjuża tiġi rreġistrata fir-rigward tal-oġġetti kontenzjużi (inklużi l-kumplament tal-oġġetti li fir-rigward tagħhom ma tressaqx appell), u, sussidjarjament, li l-każ jintbagħat lura quddiem l-EUIPO sabiex dan jeżaminah mill-ġdid; |
|
— |
tordna l-ħlas tal-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti b’rabta mal-appell. |
Motiv invokat
|
— |
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |
|
4.10.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 401/14 |
Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Lulju 2021 – Spanja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-450/21)
(2021/C 401/16)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrent: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: S. Jiménez García u J. Rodríguez de la Rúa Puig, aġenti)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/988 tas-16 ta’ Ġunju 2021 li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nefqa mġarrba mill-Istati Membri fil-kuntest tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (1) fir-rigward ta’ ċerti spejjeż magħmula mir-Renju ta’ Spanja; |
|
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.
|
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq in-nuqqas ta’ osservanza tal-kontrolli tal-eżattezza tal-kalkolu tal-għajnuna, inkluża l-applikazzjoni tas-sanzjonijiet amministrattivi (kontroll fundamentali), l-interpetazzjoni mill-Kummissjoni tal-Artikolu 31(3) tar-Regolament ta’ Delega Nru 640/2014 (2), moqri flimkien mal-Artikolu 53(4) tar-Regolament ta’ Delega Nru 639/2014 (3), hija kuntrarja għall-prinċipju ta’ proporzjonalità. Dan il-motiv huwa magħmul minn erba’ sub-motivi (A sa D):
|
|
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq it-twettiq korrett ta’ statistiċi ta’ kontrolli fuq il-post ta’ kwalità suffiċjenti (kontroll fundamentali), inkluż id-daqs tal-kampjun każwali u l-effettività tal-analiżi tar-riskji b’konformità mal-Artikolu 34 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 809/2014. |
(2) Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 640/2014 tal-11 ta’ Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll u l-kundizzjonijiet għar-rifjut jew l-irtirar ta’ pagamenti u penali amministrattivi applikabbli għall-pagamenti diretti, l-appoġġ għall-iżvilupp rurali u l-kundizzjonalità (ĠU 2014, L 181, p. 48).
(3) Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 639/2014 tal-11 ta’ Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lil bdiewa skont skemi ta’ appoġġ fi ħdan il-qafas tal-politika agrikola komuni u li jemenda l-Anness X ta’ dak ir-Regolament (ĠU 2014, L 181, p. 1).
(4) Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 809/2014 tas-17 ta’ Lulju 2014 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll, tal-miżuri tal-iżvilupp rurali u tal-kundizzjonalità (ĠU 2014, L 227, p. 69).
|
4.10.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 401/15 |
Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Awwissu 2021 – BNetzA vs ACER
(Kawża T-485/21)
(2021/C 401/17)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Bundesnetzagentur für Elektrizität, Gas, Telekommunikation, Post und Eisenbahnen (BNetzA) (il-Ġermanja) (rappreżentanti: U. Karpenstein u K. Reiter, avukati)
Konvenut: L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-Deċiżjoni Nru A-001-2021 (ikkonsolidata) mogħtija fit-28 ta’ Mejju 2021 mill-Bord tal-Appelli tal-konvenuta (deċiżjoni kkontestata); |
|
— |
sussidjarjament, fil-każ li l-Qorti Ġenerali ma tannullax id-deċiżjoni kkontestata fl-intier tagħha, tannulla din id-deċiżjoni sa fejn tikkonferma l-partijiet u d-dispożizzjonijiet li ġejjin tad-Deċiżjoni Nru 30/2020 tal-konvenuta tat-30 ta’ Novembru 2020:
|
|
— |
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka l-motivi segwenti.
|
1. |
L-ewwel motiv: l-estensjoni tal-metodoloġija ta’ kondiviżjoni tal-ispejjeż għall-elementi tas-sistema li ma humiex l-elementi tas-sistema bejn iż-żoni hija inkompatibbli mar-rekwiżiti tal-Artikolu 16(13) tar-Regolament (UE) 2019/943 (1) u tal-Artikolu 74 tar-Regolament (UE) 2015/1222 (2). Fi kwalunkwe każ, ir-rikorrenti tqis li l-bażi legali meħtieġa hija nieqsa. Tal-inqas, il-kamp ta’ applikazzjoni tal-metodoloġija ta’ kondiviżjoni tal-ispejjeż ġie dedott b’mod żbaljat fid-dritt mir-rekwiżiti tas-sigurtà operattiva u tal-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas. |
|
2. |
It-tieni motiv: il-projbizzjoni tal-kumpens tikser b’mod partikolari l-Artikolu 16(11) u (13) tar-Regolament (UE) 2019/943, u tirrendi l-metodoloġija ta’ kondiviżjoni tal-ispejjeż kontradittorja. |
|
3. |
It-tielet motiv: id-determinazzjoni, mill-konvenuta, fuq il-bażi ta’ kriterji tagħha stess, ta’ livell ta’ tolleranza provviżorju għall-flussi ta’ enerġija paralleli (loop flows) leġittimi, tikser formalment u materjalment id-dritt tal-Unjoni. Ir-rikorrenti tqis li, minn perspettiva formali, il-konvenuta ma tosservax il-kompetenza tal-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni u tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għall-istabbiliment tal-livell ta’ tolleranza. Barra minn hekk, ir-rikorrenti tikkritika lill-konvenuta li stabbilixxiet livell ta’ tolleranza provviżorju meta l-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni ma kinux wettqu l-analiżi tal-livell tal-flussi ta’ enerġija paralleli leġittimi meħtieġa mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 16(13) tar-Regolament (UE) 2019/943. Minn perspettiva materjali, ir-rikorrenti ssostni li l-metodoloġija ta’ kondiviżjoni tal-ispejjeż tikser ir-rekwiżit previst fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 16(13) tar-Regolament (UE) 2019/943 li jiġu stabbiliti livelli ta’ tolleranza individwali għal “kull konfini taż-żona tal-offerti” billi jiġi stabbilit livell ta’ tolleranza uniformi kondiviż b’mod ugwali bejn iż-żoni tal-offerti li ħolqu l-flussi ta’ enerġija paralleli. Ir-rikorrenti tqis tal-inqas li l-livell ta’ tolleranza provviżorju stabbilit ma għandux il-bażi legali meħtieġa. |
|
4. |
Ir-raba’ motiv: il-prijoritizzazzjoni tal-flussi ta’ enerġija paralleli (loop flows) b’paragun mal-flussi interni li fuqha hija bbażata l-metodoloġija ta’ kondiviżjoni tal-ispejjeż fid-determinazzjoni tal-kawżi tal-konġestjoni tas-sistema tikser l-Artikolu 16(13) tar-Regolament (UE) 2019/943. Barra minn hekk, ir-rikorrenti tqis li din toħloq inċentivi li jagħtu lok għal effetti perversi u li din hija inkompatibbli mal-prinċipji ta’ ekwità u ta’ nondiskriminazzjoni. |
|
5. |
Il-ħames motiv: il-metodoloġija ta’ kondiviżjoni tal-ispejjeż tmur kontra d-dritt tal-Unjoni, tal-inqas skont l-evalwazzjoni globali meħtieġa. Skont ir-rikorrenti, il-kamp ta’ applikazzjoni estiż, il-projbizzjoni tal-kumpens, il-livell ta’ tolleranza żbaljat u l-prijoritizzazzjoni tal-flussi ta’ eneriġija paralleli (loop flows) b’paragun mal-flussi interni huma relatati ma’ xulxin u jsaħħu lil xulxin. Hija tqis, għalhekk, li tal-inqas meta dawn jitqiesu flimkien, dawn joħolqu ksur tal-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas, tal-projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni u tar-rekwiżit ta’ ekwità. Barra minn hekk, ir-rikorrenti tqis li l-metodoloġija ta’ kondiviżjoni tal-ispejjeż, tal-inqas fir-rigward tal-effett globali tagħha, hija inkompatibbli mal-għan tal-Unjoni li jiżdied il-proporzjon tal-enerġija prodotta minn sorsi rinnovabbli. Skont ir-rikorrenti, il-metodoloġija ta’ kondiviżjoni tal-ispejjeż hija globalment sproporzjonata u, fi kwalunkwe każ, ma għandhiex il-bażi legali meħtieġa. |
|
6. |
Is-sitt motiv: l-obbligu inkundizzjonat impost fuq l-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni, skont il-metodoloġija ta’ kondiviżjoni tal-ispejjeż, li jelaboraw u jissottomettu għall-approvazzjoni tal-awtoritajiet regolatorji proposti ta’ emenda f’terminu ta’ tnax-il xahar dekorribbli mill-implimentazzjoni tal-metodoloġija ta’ kondiviżjoni tal-ispejjeż jikser l-Artikolu 16(13) tar-Regolament (UE) 2019/943 u d-dispożizzjonijiet moqrija flimkien tal-Artikolu 74(6)(b) u tal-Artikolu 9(13) tar-Regolament (UE) 2015/1222. |
(1) Regolament (UE) 2019/943 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019 dwar is-suq intern tal-elettriku (ĠU 2019, L 158, p. 54).
(2) Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1222 tal-24 ta’ Lulju 2015 li jistabbilixxi Linji Gwida dwar l-Allokazzjoni tal-Kapaċità u l-Ġestjoni tal-Konġestjoni (ĠU 2015, L 197, p. 24).
|
4.10.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 401/17 |
Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Awwissu 2021 – L-Ungerija vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-491/21)
(2021/C 401/18)
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Partijiet
Rikorrent: L-Ungerija (rappreżentanti: M. Z. Fehér u G. Koós, aġenti)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/988 tas-16 ta’ Ġunju 2021 li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nefqa mġarrba mill-Istati Membri fil-kuntest tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (1) sa fejn taffettwa lill-Ungerija billi teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni l-għajnuna mill-FAEŻR korrispondenti għas-snin finanzjarji tal-2016 sal-2019 billi invokat nuqqas ta’ kontroll fundamentali (FAEŻR – miżuri forestali). |
|
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Skont il-Gvern tal-Ungerija, il-Kummissjoni tinterpreta b’mod żbaljat l-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 (2) u l-Artikolu 28(1)(b) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 809/2014 (3). Il-Gvern tal-Ungerija jikkunsidra li r-raġunament fil-punt 3.4.2 tad-dokument ta’ spjegazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea bit-titolu “Metodi ta’ kalkolu tal-għajnuna għall-iżvilupp rurali sabiex jiġi eskluż il-finanzjament doppju”, fil-verżjoni tiegħu ta’ Frar 2017, imur kontra d-dispożizzjonijiet iċċitati. Id-dokument ta’ spjegazzjoni ma huwiex legalment vinkolanti u l-interpretazzjoni li jipprovdi lanqas ma hija kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni.
Insostenn tar-rikors tiegħu, il-Gvern tal-Ungerija jinvoka essenzjalment motiv uniku. Fl-opinjoni tiegħu, l-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) 1306/2013 u l-Artikolu 28(1)(b) tar-Regolament (UE) 809/2014 ma joħolqux l-obbligu li jiġi stabbilit kontroll li jikkorrispondi għall-finanzjament doppju li jista’ joriġina bħala riżultat tal-għajnuna mogħtija għall-ekoloġizzazzjoni u għall-afforestazzjoni, fid-dawl tal-fatt li, skont id-dispożizzjonijiet fis-seħħ tad-dritt tal-Unjoni, ma jeżistix riskju ġustifikat ta’ finanzjament doppju sa fejn isir riferiment għall-għajnuna mogħtija fil-kuntest ta’ dawn iż-żewġ kunċetti.
Sabiex jikkorrabora din l-affermazzjoni, il-Gvern tal-Ungerija, l-ewwel, isostni li l-ispejjeż finanzjarji għall-afforestazzjoni u għall-ekoloġizzazzjoni għandhom għan ta’ għajnuna totalment differenti. Barra minn hekk, il-Gvern tal-Ungerija jindika fir-rikors tiegħu li huma wkoll kompletament differenti ż-żewġ kuntesti ta’ għajnuna. Il-kriterji ta’ ammissibbiltà huma differenti għal dak li jikkonċerna kull waħda mill-għajnuna u l-ambiti tal-ispejjeż li jistgħu jiġu ssussidjati ma jikkorrispondux għal xulxin;
– Fl-aħħar, il-Gvern tal-Ungerija jikkunsidra li l-Kummissjoni Ewropea tinterpreta b’mod żbaljat il-portata tal-projbizzjoni ġenerali ta’ finanzjament doppju li tinsab fl-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) 1306/2013 u ma tieħux inkunsiderazzjoni li l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fis-seħħ ma tipprovdix espressament li l-għajnuna mogħtija fil-kuntest ta’ afforestazzjoni u ta’ ekoloġizzazzjoni tikkostitwixxi finanzjament doppju.
(2) Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (ĠU 2013, L 347, p. 549).
(3) Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 809/2014 tas-17 ta’ Lulju 2014 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll, tal-miżuri tal-iżvilupp rurali u tal-kundizzjonalità (ĠU 2014, L 227, p. 69).
|
4.10.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 401/18 |
Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Awwissu 2021 – Spanja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-495/21)
(2021/C 401/19)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrent: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: L. Aguilera Ruiz u M. J. Ruiz Sánchez, aġenti)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/988 tas-16 ta’ Ġunju 2021 li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nefqa mġarrba mill-Istati Membri fil-kuntest tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (notifikata bid-dokument C(2021) 4118) (1), sa fejn tikkonċerna r-Renju ta’ Spanja fil-kuntest tal-investigazzjoni dwar l-organu li jħallas tal-País Vasco, fajl Nru AA/2018/003/ES/RLF, għal ammont nett ta’ EUR 2 056 473,43. |
|
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.
|
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li l-korrezzjoni imposta f’somma f’daqqa ta’ ammont nett ta’ EUR 2 056 473,43 hija kuntrarja għall-Artikolu 5 tar-Regolament ta’ Delega Nru 640/2014 (2) kif ukoll għall-Artikoli 28 u 29 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 809/2014 (3). Il-Kummissjoni wettqet żball manifest meta evalwat nuqqas ta’ kontroll fundamentali tal-effettività tal-kontrolli sovrapposti u tal-kwalità tas-sistema ta’ informazzjoni ġeografika tal-artijiet agrikoli (SIGPAC). Kien hemm konfużjoni f’moħħ il-Kummissjoni bejn, minn naħa, id-diskrepanzi partikolari kkonstatati fi proċess ta’ kontroll fuq l-iskrin tal-fotointerpretazzjoni li tikkorrispondi għas-SIGPAC u, min-naħa l-oħra, il-verifiki ulterjuri fuq il-post relatati ma’ erba’ artijiet magħżula b’mod każwali, mar-riżultati tal-kontrolli fuq il-post programmati, li jikkorrispondu għall-verifiki tal-artijiet b’koeffiċjent ta’ ammissibbiltà bi prorata fis-snin 2016, 2017 u 2018, magħmula fil-kuntest tal-Pjan ta’ Miżuri għat-titjib tal-aġġornament tas-SIGPAC. Filwaqt li dawn huma miżuri differenti u separati, il-Kummissjoni tasal għal konklużjoni konġunta billi testrapola r-riżultati ta’ kull waħda mill-miżuri, sabiex tapplika l-korrezzjoni kkontestata, li din il-parti tikkunsidra żbaljata u sproporzjonata. |
|
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur mill-Kummissjoni tal-Linji gwida dwar il-kalkolu tal-korrezzjonijiet finanzjarji fil-qafas tal-proċeduri tal-approvazzjoni ta’ konformità u finanzjarja tal-kontijiet [C(2015) 3675, tat-8 ta’ Ġunju 2015], li jiddeterminaw li l-korrezzjoni f’somma f’daqqa ma hijiex iġġustifikata, peress li ma kienx hemm nuqqas fil-kontrolli sovrapposti u li r-riskju għall-Fond minħabba n-nuqqasijiet fil-kontrolli fuq il-post ġie kkwantifikat fil-kuntest tal-proċedura. Din il-parti, minbarra li ssostni li ma kien hemm ebda nuqqas fil-kontrolli sovrapposti li joħolqu riskju għall-Fond li jiġġustifikaw il-korrezzjoni applikata, tikkunsidra li, f’dak li jikkonċerna l-kontrolli fuq il-post, il-Kummissjoni applikat il-korrezzjoni f’somma f’daqqa b’mod żbaljat, peress li r-riskju għall-Fond ġie individwlizzat u kkwantifikat fil-kuntest tal-proċedura. |
(2) Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 640/2014 tal-11 ta’ Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll u l-kundizzjonijiet għar-rifjut jew l-irtirar ta’ pagamenti u penali amministrattivi applikabbli għall-pagamenti diretti, l-appoġġ għall-iżvilupp rurali u l-kundizzjonalità (ĠU 2014, L 181, p. 48).
(3) Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 809/2014 tas-17 ta’ Lulju 2014 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll, tal-miżuri tal-iżvilupp rurali u tal-kundizzjonalità (ĠU 2014, L 227, p. 69).
|
4.10.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 401/19 |
Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Awissu 2021 – Tinnus Enterprises vs EUIPO – Mystic Products Import & Export (Tagħmir għad-distribuzzjoni ta’ fluwidi)
(Kawża T-505/21)
(2021/C 401/20)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Tinnus Enterprises LLC (Plano, Texas, l-Istati Uniti) (rappreżentant: T. Wuttke, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Mystic Products Import & Export, SL (Badalona, Spanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tad-disinn kontenzjuż: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali
Disinn kontenzjuż ikkonċernat: id-disinn tal-Unjoni Nru 1 431 829-0010
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-9 ta’ Ġunju 2021 fil-Każ R 1003/2018-3
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
|
— |
tibdel id-deċiżjoni kkontestata b’mod illi:
|
|
— |
tikkundanna lill-applikant għal dikjarazzjoni ta’ invalidità għall-ispejjeż subiti mir-rikorrenti. |
Motivi invokati
|
— |
Ksur tal-prinċipji stabbiliti fis-sentenza tal-24 ta’ Marzu 2021, Lego vs EUIPO – Delta Sport Handelskontor (Blokki tal-bini minn sett ta’ bini tal-ġugarelli) (T-515/19, mhux ippubblikata, EU:T:2021:155); |
|
— |
Ksur tal-prinċipji stabbiliti fis-sentenza tat-8 ta’ Marzu 2018, DOCERAM (C-395/16, EU:C:2018:172); |
|
— |
Ksur tal-Artikolu 8(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002; |
|
— |
Interpretazzjoni żbaljata tal-applikazzjoni għal privattiva EP 3 005 948 A2 tal-applikazzjoni tad-disinn Komunitarju multiplu Nruo1 431 829-0001-0010 tar-rikorrenti. |