ISSN 1977-0987 |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 397 |
|
![]() |
||
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 64 |
Werrej |
Paġna |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea |
|
2021/C 397/01 |
Kodiċi ta’ kondotta għall-Membri u għall-ex Membri tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea |
MT |
|
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
30.9.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 397/1 |
Kodiċi ta’ kondotta għall-Membri u għall-ex Membri tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
(2021/C 397/01)
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA TAL-UNJONI EWROPEA
wara li rat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-Artikoli 253, 254, 257 u 339 tiegħu;
wara li rat l-Artikoli 2, 4, 6, 8, 18 u 47 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, l-Artikoli 4 sa 6 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja kif ukoll l-Artikoli 5 sa 7 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali;
billi tqis li l-obbligi li joħorġu mid-dispożizzjonijiet statutorji u regolatorji applikabbli għall-Membri u għall-ex Membri tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġu speċifikati f’kodiċi ta’ kondotta;
TADOTTA DAN IL-KODIĊI TA’ KONDOTTA:
Artikolu 1
Kamp ta’ applikazzjoni
Il-Kodiċi ta’ kondotta japplika għall-Membri u għall-ex Membri tal-qrati li jifformaw jew li kienu jifformaw il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 2
Prinċipji
1. Il-Membri għandhom jiddedikaw lilhom infushom kompletament għat-twettiq tal-mandat tagħhom.
2. Il-Membri għandhom jeżerċitaw il-mandat tagħhom b’indipendenza, b’integrità, b’dinjità u b’imparzjalità sħaħ, u b’lealtà u b’diskrezzjoni, b’osservanza tar-regoli stabbiliti iktar ’il quddiem.
Artikolu 3
Indipendenza, integrità u dinjità
1. Il-Membri għandhom jeżerċitaw il-funzjonijiet tagħhom b’indipendenza u b’integrità sħaħ, mingħajr ma jieħdu inkunsiderazzjoni kwalunkwe interess personali jew nazzjonali. Huma la għandhom jitolbu u lanqas ma għandhom isegwu istruzzjonijiet mill-istituzzjonijiet, korpi jew organi tal-Unjoni, mill-gvernijiet tal-Istati Membri jew minn organi pubbliċi jew privati.
2. Il-Membri ma għandhomx jaċċettaw rigali, ta’ kwalunkwe natura, li jistgħu jikkompromettu l-indipendenza tagħhom.
3. Il-Membri għandhom jirrispettaw id-dinjità tal-funzjonijiet tagħhom.
4. Il-Membri għandhom jiżguraw li ma jġibux ruħhom u li ma jesprimux ruħhom, permezz ta’ kwalunkwe mezz, b’mod li jippreġudika l-perċezzjoni pubblika tal-indipendenza tagħhom, tal-integrità tagħhom u tad-dinjità tal-funzjonijiet tagħhom.
Artikolu 4
Imparzjalità
1. Il-Membri għandhom jevitaw kwalunkwe sitwazzjoni li tista’ tagħti lok għal kunflitt ta’ interessi, jew li oġġettivament tista’ tiġi pperċepita bħala tali.
2. Il-Membri ma għandhomx jipparteċipaw fit-trattament ta’ kawża li fiha jista’ jkollhom interess li jista’ jagħti lok għal kunflitt ta’ interessi. Meta jkunu meħtieġa jisimgħu tali kawża, huma għandhom jinformaw b’dan lill-President tal-qorti li jagħmlu parti minnha.
3. Il-Membri għandhom jiżguraw li ma jġibux ruħhom u li ma jesprimux ruħhom, bi kwalunkwe mezz, b’mod li jippreġudika l-perċezzjoni pubblika tal-imparzjalità tagħhom.
Artikolu 5
Dikjarazzjoni tal-interessi
1. Meta jassumu l-kariga tagħhom u ma’ kull tibdil parzjali ta’ kull tliet snin tal-qorti, il-Membri għandhom jibagħtu lill-President tal-qorti li jagħmlu parti minnha dikjarazzjoni dwar l-interessi tagħhom, intiża li jiġi evitat kull kunflitt ta’ interessi eventwali, jew li oġġettivament ikun jista’ jiġi pperċepit bħala tali, fil-kuntest tat-trattament ta’ kawża.
2. Id-dikjarazzjoni tal-interessi prevista fil-paragrafu 1, li għandha tintbagħat permezz tal-formola li tinsab annessa ma’ dan il-Kodiċi ta’ kondotta f’terminu ta’ mhux iktar minn xahar mid-dħul fil-kariga tal-Membru jew mit-tibdil parzjali tal-qorti li minnha jagħmel parti, għandha tindika:
— |
l-entitajiet li fihom il-Membru, il-konjuġi jew is-sieħeb (1) tiegħu, jew it-tfal minuri tiegħu, għandhom interess finanzjarju dirett. Interess finanzjarju dirett ifisser kull titolu finanzjarju, bħalma huma, b’mod partikolari, azzjonijiet, ishma, bonds jew ċertifikati ta’ investimenti, miżmuma bħala sid jew bħala użufruttwarju, bl-esklużjoni ta’ investimenti li jkunu suġġetti għal ġestjoni diskrezzjonali minn terz u ta’ interessi fi proprjetà immobbli li għandhom jiġu ddikjarati taħt it-tieni inċiż ta’ dan il-paragrafu; |
— |
l-eżistenza ta’ interessi fi proprjetà immobbli miżmuma mill-Membru, mill-konjuġi jew mis-sieħeb tiegħu, jew mit-tfal minuri tiegħu. Interess fi proprjetà immobbli jfisser kull dritt bħala sid jew bħala użufruttwarju fuq proprjetà immobbli, irrispettivament min-natura jew l-użu tagħha, kemm jekk ikun miżmum direttament jew indirettament fil-forma ta’ ishma fi ħdan kumpannija ta’ proprjetà immobbli. Meta jkun miżmum tali interess, id-dikjarazzjoni għandha tispeċifika l-pajjiż fejn tinsab il-proprjetà immobbli koperta minn dan l-interess. Informazzjoni addizzjonali dwar in-natura tal-proprjetajiet immobbli u dwar il-post fejn jinsabu għandha tiġi kkomunikata b’mod kunfidenzjali lill-President tal-qorti; |
— |
kull attività professjonali b’remunerazzjoni tal-konjuġi jew sieħeb tal-Membru. Informazzjoni addizzjonali dwar l-entità li fiha tiġi eżerċitata din l-attività u n-natura tal-funzjonijiet imwettqa għandha tiġi kkomunikata b’mod kunfidenzjali lill-President tal-qorti. |
3. Id-dikjarazzjoni tal-interessi prevista fil-paragrafu 1 għandha tindika wkoll:
— |
il-funzjonijiet mingħajr remunerazzjoni eżerċitati mill-Membru f’fundazzjonijiet jew organi analogi u fi stabbilimenti ta’ tagħlim jew ta’ riċerka fis-sens tal-Artikolu 8(4) ta’ dan il-Kodiċi ta’ kondotta; u |
— |
il-funzjonijiet mogħtija lill-Membru bħala titolu onorarju jew għal għomru, kif ukoll id-dekorazzjonijiet jew l-unuri mogħtija lilu, kemm qabel kif ukoll wara d-dħul fil-kariga tiegħu. |
4. Fil-każ ta’ bidla fl-informazzjoni li għandha tiġi ddikjarata skont il-paragrafi 2 u 3, għandha tiġi ppreżentata dikjarazzjoni ġdida fl-iqsar żmien possibbli u sa mhux iktar tard minn xahar wara l-bidla kkonċernata.
5. Il-Membri għandhom jassumu r-responsabbiltà għad-dikjarazzjonijiet rispettivi tagħhom.
6. Il-President tal-qorti kkonċernata għandu jeżamina d-dikjarazzjonijiet minn aspett formali. Id-dikjarazzjoni tal-President għandha tiġi eżaminata mill-Viċi President tal-qorti kkonċernata.
7. Il-President tal-qorti kkonċernata għandu jieħu debitament inkunsiderazzjoni d-dikjarazzjoni tal-interessi prevista fil-paragrafu 1 meta jassenja l-kawżi sabiex jiġi evitat kull kunflitt ta’ interessi reali jew apparenti min-naħa tal-Membru f’kawża partikolari.
8. Id-dikjarazzjonijiet tal-interessi għandhom jiġu ppubblikati fis-sit internet tal-Istituzzjoni b’osservanza stretta tal-protezzjoni tad-data personali.
Artikolu 6
Lealtà
1. Il-Membri għandhom josservaw l-obbligu ta’ lealtà lejn l-Istituzzjoni.
2. Il-Membri għandhom jużaw b’mod rispettuż is-servizzi tal-uffiċjali u tal-membri l-oħra tal-persunal tal-Istituzzjoni, b’mod partikolari ta’ dawk assenjati lill-uffiċċju tagħhom.
3. Il-Membri għandhom jiġġestixxu, b’mod responsabbli, ir-riżorsi materjali tal-Istituzzjoni.
4. Il-Membri għandhom jastjenu, f’kuntest barra mill-Istituzzjoni, minn kwalunkwe kumment li jista’ jagħmel ħsara lir-reputazzjoni tagħha.
Artikolu 7
Diskrezzjoni
1. Il-Membri għandhom jirrispettaw in-natura sigrieta tad-deliberazzjonijiet.
2. Il-Membri għandhom josservaw id-dmir ta’ diskrezzjoni fit-trattament tal-kawżi ġudizzjarji u amministrattivi.
3. Il-Membri għandhom josservaw, fl-attitudni tagħhom u fl-aġir tagħhom, ir-riżervatezza li jimplikaw il-funzjonijiet tagħhom.
Artikolu 8
Attivitajiet esterni
1. Il-Membri għandhom jimpenjaw ruħhom li josservaw f’kull ċirkustanza l-obbligu ta’ disponibbiltà tagħhom sabiex jiddedikaw ruħhom kompletament għat-twettiq tal-mandat tagħhom.
2. Il-Membri ma jistgħux jeżerċitaw attivitajiet esterni ħlief meta dawn ikunu kompatibbli mad-dmirijiet tagħhom li joħorġu mill-Artikoli 2 sa 4, 6 u 7 ta’ dan il-Kodiċi ta’ kondotta. L-eżerċizzju ta’ kwalunkwe attività professjonali oħra għajr dik li toħroġ mill-eżerċizzju tal-mandat tagħhom huwa inkompatibbli ma’ dawn id-dmirijiet, bla ħsara għad-deroga prevista fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 4 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.
3. Il-Membri jistgħu jiġu awtorizzati jeżerċitaw attivitajiet li jkunu marbuta mill-qrib mal-eżerċizzju tal-mandat tagħhom. F’dan il-kuntest:
— |
huma jistgħu jiġu awtorizzati jirrappreżentaw lill-Istituzzjoni jew lill-qorti li jagħmlu parti minnha f’avvenimenti jew manifestazzjonijiet protokollari jew uffiċjali; |
— |
huma jistgħu jiġu awtorizzati jipparteċipaw f’attivitajiet ta’ interess Ewropew li jikkonċernaw, b’mod partikolari, id-diffużjoni tad-dritt tal-Unjoni u d-djalogu mal-qrati nazzjonali u internazzjonali. F’dan ir-rigward il-Membri jistgħu jiġu awtorizzati jagħmlu intervent fil-kuntest ta’ tagħlim, ta’ konferenza, ta’ seminar jew ta’ kollokju. |
Huma biss l-interventi fil-kuntest ta’ tagħlim li jistgħu jagħtu lok għal remunerazzjoni konformement mar-regoli tal-istabbiliment ta’ tagħlim ikkonċernat.
L-attivitajiet tal-Membri, li jkunu ġew awtorizzati mill-qorti li jagħmlu parti minnha, għandhom jiġu ppubblikati fuq is-sit tal-internet tal-Istituzzjoni wara li tkun inżammet l-attività.
4. Barra minn hekk, il-Membri jistgħu jiġu awtorizzati jeżerċitaw funzjonijiet mingħajr remunerazzjoni f’fundazzjonijiet jew f’organi analogi fil-qasam legali, kulturali, artistiku, soċjali, sportiv jew karitattiv, u fi stabbilimenti ta’ tagħlim jew ta’ riċerka. F’dan ir-rigward, huma għandhom jimpenjaw ruħhom li ma jeżerċitawx attivitajiet ta’ ġestjoni ta’ natura li jikkompromettu l-indipendenza jew id-disponibbiltà tagħhom u li jistgħu jagħtu lok għal kunflitt ta’ interessi. Fundazzjonijiet jew organi analogi jfissru stabbilimenti jew assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ lukru, li jwettqu attivitajiet ta’ utilità pubblika fl-oqsma msemmija.
5. Meta jkunu jixtiequ jipparteċipaw f’attività koperta mill-paragrafi 3 u 4, il-Membri għandhom jitolbu, permezz ta’ formola speċifika, l-awtorizzazzjoni minn qabel tal-qorti li jagħmlu parti minnha.
6. Il-pubblikazzjonijiet kif ukoll id-drittijiet irċevuti fir-rigward tad-dritt tal-awtur marbut ma’ dawn il-pubblikazzjonijiet huma permessi mingħajr awtorizzazzjoni minn qabel.
Artikolu 9
Obbligi tal-Membri wara t-tmiem tal-funzjonijiet tagħhom
1. Wara t-tmiem tal-funzjonijiet tagħhom, il-Membri jibqgħu marbuta mid-dmirijiet ta’ integrità, ta’ dinjità, ta’ lealtà u ta’ diskrezzjoni.
2. Il-Membri għandhom jimpenjaw ruħhom li, wara t-tmiem tal-funzjonijiet tagħhom:
— |
ma jipparteċipaw bl-ebda mod f’kawżi li kienu pendenti quddiem il-qorti li kienu jagħmlu parti minnha fil-mument tat-tmiem tal-funzjonijiet tagħhom; |
— |
ma jipparteċipaw bl-ebda mod f’kawżi marbuta b’mod dirett u evidenti ma’ kawżi, anki jekk magħluqa, li huma kienu ttrattaw bħala Mħallef jew bħala Avukat Ġenerali; |
— |
u, għal perijodu ta’ tliet snin minn din id-data, ma jipparteċipawx, bħala rappreżentanti tal-partijiet, jew bil-miktub jew fit-trattazzjoni orali, f’kawżi li jkunu qegħdin jinstemgħu quddiem il-qrati li jifformaw il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. |
3. Fil-kawżi l-oħra għajr dawk previsti fit-tliet inċiżi tal-paragrafu 2, l-ex Membri jistgħu jintervjenu bħala aġent, konsulent jew perit, jagħtu opinjoni legali jew jeżerċitaw il-funzjoni ta’ arbitru, bil-kundizzjoni iżda li josservaw l-obbligi li jirriżultaw mill-paragrafu 1.
4. Fil-każ ta’ dubju dwar l-applikazzjoni ta’ dan l-artikolu, l-ex Membri jistgħu jindirizzaw il-kwistjoni lill-President tal-Qorti tal-Ġustizzja, li għandu jiddeċiedi wara li jirċievi l-opinjoni tal-kumitat previst fl-Artikolu 10.
Artikolu 10
Applikazzjoni tal-Kodiċi
1. Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja, assistit minn kumitat konsultattiv, għandu jiżgura l-applikazzjoni tajba ta’ dan il-Kodiċi ta’ kondotta.
Il-kumitat għandu jkun ikkostitwit mit-tliet Membri tal-Qorti tal-Ġustizzja li għandhom l-iktar anzjanità fil-kariga kif ukoll mill-Viċi President tal-Qorti tal-Ġustizzja meta dan tal-aħħar ma jkunx wieħed minn dawn it-tliet Membri.
Fil-każ ta’ kwistjoni li tikkonċerna Membru jew ex Membru tal-Qorti Ġenerali, il-President, il-Viċi President u Membru ieħor tal-Qorti Ġenerali għandhom jipparteċipaw fid-deliberazzjonijiet tal-kumitat.
Il-kumitat għandu jkun assistit mir-Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja.
2. Il-kumitat jista’, f’każ individwali u bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, jagħti l-opinjoni tiegħu lill-Membru jew lill-ex Membru kkonċernat wara li jkun instema’.
Artikolu 11
Dħul fis-seħħ
1. Dan il-Kodiċi ta’ kondotta jħassar u jissostitwixxi l-Kodiċi ta’ kondotta preċedenti (2). Huwa jidħol fis-seħħ fis-7 ta’ Ottubru 2021.
2. Id-dikjarazzjoni tal-interessi tal-Membri fil-kariga fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Kodiċi ta’ kondotta għandha tintbagħat lill-President tal-qorti li jagħmlu parti minnha sa mhux iktar tard minn xahar wara l-imsemmija data.
(1) Sieħeb stabbli, mhux miżżewweġ, kif iddefinit fl-Artikolu 1(2)(c) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea.
ANNESS
Dikjarazzjoni tal-interessi tal-Membri tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
(Dikjarazzjoni magħmula pubblika, kif prevista fl-Artikolu 5 tal-Kodiċi ta’ kondotta)
KUNJOM, Isem:
I. Entitajiet li fihom huma miżmuma interessi finanzjarji
Immarka din il-kaxxa jekk inti stess, il-konjuġi jew is-sieħeb tiegħek, jew it-tfal minuri tiegħek għandkom interessi finanzjarji diretti fis-sens tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 5(2) tal-Kodiċi ta’ kondotta (1). Jekk għandkom tali interessi, jekk jogħġbok elenka l-entitajiet kollha li fihom huma miżmuma dawn l-interessi. |
|
Isem tal-entità kkonċernata (Isem tal-kumpannija ċivili jew kummerċjali, isem tal-Istat jew tal-kollettività territorjali…) |
|
|
II. Interessi fi proprjetà immobbli
Immarka din il-kaxxa jekk inti stess, il-konjuġi jew is-sieħeb tiegħek, jew it-tfal minuri tiegħek għandkom interessi fi proprjetà immobbli fis-sens tat-tieni inċiż tal-Artikolu 5(2) tal-Kodiċi ta’ kondotta (2). Jekk għandkom tali interessi, jekk jogħġbok elenka l-pajjiżi kollha li fihom jinsabu l-proprjetajiet immobbli li huma s-suġġett ta’ dawn l-interessi. |
|
Fl-Anness inti mitlub tipprovdi informazzjoni addizzjonali, ikkomunikata b’mod kunfidenzjali lill-President tal-qorti li tagħmel parti minnha, sabiex jiġi evitat kull kunflitt ta’ interessi eventwali, jew li jista’ oġġettivament jiġi pperċepit bħala tali, fil-kuntest tat-trattament ta’ kawża. |
|
Pajjiżi kkonċernati |
|
|
III. Attivitajiet esterni
1. Funzjonijiet mingħajr remunerazzjoni f’fundazzjonijiet jew f’organi analogi u fi stabbilimenti ta’ tagħlim jew ta’ riċerka
Jekk jogħġbok indika l-funzjonijiet mingħajr remunerazzjoni li inti teżerċita f’fundazzjonijiet jew f’organi analogi (3) jew fi stabbilimenti ta’ tagħlim jew ta’ riċerka fis-sens tal-Artikolu 8(4) tal-Kodiċi ta’ kondotta.
Jekk jogħġbok speċifika t-titolu tal-funzjonijiet u l-isem tal-entità li fi ħdanha huma eżerċitati dawn il-funzjonijiet kif ukoll, jekk ikun il-każ, kull informazzjoni rilevanti sabiex jiġi evitat kull kunflitt ta’ interessi eventwali, jew li jista’ oġġettivament jiġi pperċepit bħala tali, fil-kuntest tat-trattament ta’ kawża.
Funzjonijiet (p.eż. membru tal-kumitat xjentifiku, president tal-bord editorjali, membru fundatur…) |
Isem tal-entità kkonċernata |
Informazzjoni addizzjonali (p.eż. assoċjazzjoni li tippromwovi l-għarfien dwar l-Unjoni Ewropea fir-reġjun X) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
2. Funzjonijiet, dekorazzjonijiet u unuri
Jekk jogħġbok indika l-funzjonijiet mogħtija lilek bħala titolu onorarju jew għal għomrok, kif ukoll id-dekorazzjonijiet jew l-unuri mogħtija lilek, kemm qabel kif ukoll wara d-dħul fil-kariga tiegħek.
Jekk jogħġbok speċifika t-titolu tal-funzjonijiet, tad-dekorazzjoni jew tal-unur, l-entità li tathomlok, is-sena li fiha ngħatawlek, kif ukoll, jekk ikun il-każ, kull informazzjoni rilevanti sabiex jiġi evitat kull kunflitt ta’ interessi eventwali, jew li jista’ oġġettivament jiġi pperċepit bħala tali, fil-kuntest tat-trattament ta’ kawża.
Sena |
Funzjonijiet jew distinzjoni (p.eż. professur onorarju, midalja ta’ unur) |
Isem tal-entità li tat id-distinzjoni |
Informazzjoni addizzjonali (p.eż. distinzjoni li tirrikonoxxi impenn favur l-Istat tad-dritt) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
IV. Attività professjonali b’remunerazzjoni tal-konjuġi jew tas-sieħeb
Jekk jogħġbok indika kull attività professjonali b’remunerazzjoni eżerċitata mill-konjuġi jew mis-sieħeb tiegħek.
Fl-Anness inti mitlub tipprovdi informazzjoni addizzjonali, ikkomunikata b’mod kunfidenzjali lill-President tal-qorti li tagħmel parti minnha, sabiex jiġi evitat kull kunflitt ta’ interessi eventwali, jew li jista’ oġġettivament jiġi pperċepit bħala tali, fil-kuntest tat-trattament ta’ kawża.
Attività professjonali (p.eż. għalliem, konsulent legali ta’ impriża, kap ta’ dipartiment, avukat, konsulent xjentifiku) |
|
Jiena niddikjara fuq l-unur tiegħi li l-informazzjoni mogħtija hawn fuq hija vera.
Data: Firma tal-Membru:
(1) Interess finanzjarju dirett ifisser kull titolu finanzjarju, bħalma huma, b’mod partikolari, azzjonijiet, ishma, bonds jew ċertifikati ta’ investimenti, miżmuma bħala sid jew bħala użufruttwarju, bl-esklużjoni ta’ investimenti li huma suġġetti għal ġestjoni diskrezzjonali minn terz u ta’ interessi fi proprjetà immobbli li għandhom jiġu ddikjarati taħt il-punt II.
(2) Interess fi proprjetà immobbli jfisser kull dritt bħala sid jew bħala użufruttwarju fuq proprjetà immobbli, irrispettivament min-natura jew l-użu tagħha, kemm jekk ikun miżmum direttament jew indirettament fil-forma ta’ ishma fi ħdan kumpannija ta’ proprjetà immobbli.
(3) Fundazzjonijiet jew organi analogi jfissru stabbilimenti jew assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ lukru li jeżerċitaw attivitajiet ta’ utilità pubblika fil-qasam legali, kulturali, artistiku, soċjali, sportiv jew karitattiv.
Anness għad-dikjarazzjoni tal-interessi tal-Membri tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
(Anness li jiġi kkomunikat b’mod kunfidenzjali biss lill-President tal-qorti li minnha jagħmel parti d-dikjarant)
KUNJOM, Isem:
II. Interessi fi proprjetà immobbli
Jekk jogħġbok speċifika n-natura tal-proprjetà immobbli li minħabba fiha ddikjarajt li għandek interess fi proprjetà immobbli fis-sens tat-tieni inċiż tal-Artikolu 5(2) tal-Kodiċi ta’ kondotta, kif ukoll fejn tinsab din il-proprjetà.
Natura tal-proprjetà immobbli (p.eż. dar esklużivament għal użu residenzjali u familjali; appartament mikri; proprjetà immobbli ta’ natura kummerċjali; art mhux mibnija…) |
Fejn tinsab il-proprjetà (Belt, reġjun, pajjiż) |
|
|
|
|
IV. Attività professjonali b’remunerazzjoni tal-konjuġi jew tas-sieħeb
Jekk jogħġbok speċifika t-titolu u n-natura tal-funzjonijiet eżerċitati mill-konjuġi jew mis-sieħeb tiegħek fil-kuntest tal-attività professjonali tiegħu, l-isem, in-natura u l-qasam tal-attività tal-entità li fiha huma eżerċitati dawn il-funzjonijiet, kif ukoll, jekk ikun il-każ, kull informazzjoni rilevanti sabiex jiġi evitat kull kunflitt ta’ interessi eventwali, jew li jista’ oġġettivament jiġi pperċepit bħala tali, fil-kuntest tat-trattament ta’ kawża.
Titolu u natura tal-funzjonijiet eżerċitati (p.eż. direttur finanzjarju, membru, f’din il-kwalità, tal-bord tad-diretturi tal-kumpannija; avukat speċjalizzat fid-dritt tal-familja Lussemburgiż; spiżjar) |
Isem tal-entità, natura u qasam ta’ attività (p.eż. Company Ltd, kumpannija speċjalizzata fid-disinn ta’ ajruplani; X, uffiċċju internazzjonali ta’ avukati; Università ta’ Y, fakultà tal-letteratura; Z, assoċjazzjoni karitatevoli li tipprovdi għajnuna għall-integrazzjoni) |
|
|