|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 396 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 64 |
|
Werrej |
Paġna |
|
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2021/C 396/01 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10467 — Insight/Francisco Partners/NMI) ( 1 ) |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2021/C 396/02 |
||
|
|
INFORMAZZJONI DWAR IŻ-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA |
|
|
|
L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA |
|
|
2021/C 396/03 |
Għajnuna mill-Istat — Deċiżjoni li ma jitqajmux oġġezzjonijiet |
|
|
2021/C 396/04 |
||
|
2021/C 396/05 |
Għajnuna mill-Istat – Deċiżjoni li ma jitqajmux oġġezzjonijiet |
|
|
2021/C 396/06 |
||
|
2021/C 396/07 |
Komunikazzjoni tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għat-tħaddim ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità — L-istabbiliment ta’ obbligi tas-servizz pubbliku fir-rigward ta’ servizzi tal-ajru skedati ( 1 ) |
|
|
2021/C 396/08 |
||
|
2021/C 396/09 |
||
|
2021/C 396/10 |
||
|
2021/C 396/11 |
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2021/C 396/12 |
Avviż dwar l-iskadenza imminenti ta’ ċerti miżuri anti-dumping |
|
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2021/C 396/13 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10490 — Bain Capital/CTI/BBG Holding) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
|
ATTI OĦRAJN |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2021/C 396/14 |
||
|
2021/C 396/15 |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
30.9.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 396/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.10467 — Insight/Francisco Partners/NMI)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2021/C 396/01)
Fit 24 ta’ Settembru 2021, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32021M10467. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
30.9.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 396/2 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
Id-29 ta’ Settembru 2021
(2021/C 396/02)
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,1654 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
129,89 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4360 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,86443 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
10,1830 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,0829 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
150,70 |
|
NOK |
Krona Norveġiża |
10,1430 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
25,457 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
359,60 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,6260 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,9460 |
|
TRY |
Lira Turka |
10,3168 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,6112 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,4793 |
|
HKD |
Dollaru ta’ Hong Kong |
9,0714 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,6826 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,5822 |
|
KRW |
Won tal-Korea t’Isfel |
1 381,20 |
|
ZAR |
Rand ta’ l-Afrika t’Isfel |
17,5210 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,5347 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,4975 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
16 670,71 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,8769 |
|
PHP |
Peso Filippin |
59,203 |
|
RUB |
Rouble Russu |
84,6823 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
39,490 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
6,3218 |
|
MXN |
Peso Messikan |
23,7082 |
|
INR |
Rupi Indjan |
86,4670 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta’ referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
INFORMAZZJONI DWAR IŻ-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA
L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA
|
30.9.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 396/3 |
Għajnuna mill-Istat — Deċiżjoni li ma jitqajmux oġġezzjonijiet
(2021/C 396/03)
L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA ma tqajjem l-ebda oġġezzjoni għall-miżura ta’ għajnuna mill-Istat li ġejja:
|
Data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni |
Is-16.6.2021 |
||||
|
Każ Nru |
86973 |
||||
|
Deċiżjoni Nru |
127/21/COL |
||||
|
Stat tal-EFTA |
In-Norveġja |
||||
|
Titlu (u/jew isem il-benefiċjarju) |
Skema ta’ għajnuna għall-COVID-19 għall-organizzaturi ta’ avvenimenti sportivi ta’ importanza nazzjonali |
||||
|
Bażi ġuridika |
Regolament dwar skema temporanja għal avvenimenti ta’ importanza nazzjonali fis-settur tal-isport |
||||
|
Tip ta’ miżura |
Skema |
||||
|
Objettiv |
Li jiġi żgurat li jistgħu jsiru avvenimenti sportivi ta’ importanza nazzjonali |
||||
|
Forma tal-għajnuna |
Għotjiet diretti |
||||
|
Baġit |
NOK 620 miljun |
||||
|
Intensità |
Għal avvenimenti li jseħħu kif ippjanat, għotja sa 70 % Għal avvenimenti kkanċellati l-għotja tista’ tkun sa 50 % |
||||
|
Validità |
Mill-1.7.2021 sal-31.10.2021 |
||||
|
Setturi ekonomiċi |
Is-settur tal-volontarjat - Esklussivament organizzaturi ta’ avvenimenti sportivi |
||||
|
Isem u indirizz tal-awtorità awtorizzanti |
|
It-test awtentiku tad-deċiżjoni, li minnu tneħħiet l-informazzjoni kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit web tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA: http://www.eftasurv.int/state-aid/state-aid-register/decisions/
|
30.9.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 396/4 |
Għajnuna mill-Istat — Deċiżjoni li ma ssir ebda oġġezzjoni
(2021/C 396/04)
L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA ma tqajjem l-ebda oġġezzjoni għall-miżura ta’ għajnuna mill-Istat li ġejja:
|
Data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni |
It-18.6.2021 |
||||
|
Każ Nru |
87003 |
||||
|
Deċiżjoni Nru |
135/21/COL |
||||
|
Stat tal-EFTA |
In-Norveġja |
||||
|
Titlu (u/jew isem il-benefiċjarju) |
Skema ta’ għajnuna għall-COVID-19 għall-operaturi tal-ajruporti |
||||
|
Bażi ġuridika |
Deċiżjonijiet adottati mill-Parlament Norveġiż u linji gwida pubbliċi maħruġa mill-Ministeru tat-Trasport li se jkun fihom il-kundizzjonijiet rilevanti kollha tal-miżuri |
||||
|
Tip ta’ miżura |
Skema |
||||
|
Objettiv |
Kumpens għal spejjeż fissi skoperti u b’hekk tiġi limitata l-ħsara kkawżata mill-pandemija tal-COVID-19 |
||||
|
Forma tal-għajnuna |
Għotjiet |
||||
|
Baġit |
Stima ta’ NOK 212.5 miljun |
||||
|
Intensità |
70-90 % |
||||
|
Tul ta’ żmien |
L-1.1 u l-31.12.2021 |
||||
|
Setturi ekonomiċi |
Is-settur tal-ajruporti |
||||
|
Isem u indirizz tal-awtorità awtorizzanti |
|
It-test awtentiku tad-deċiżjoni, li minnu tneħħiet l-informazzjoni kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit web tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA: http://www.eftasurv.int/state-aid/state-aid-register/decisions/
|
30.9.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 396/5 |
Għajnuna mill-Istat – Deċiżjoni li ma jitqajmux oġġezzjonijiet
(2021/C 396/05)
L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA ma tqajjem l-ebda oġġezzjoni għall-miżura ta’ għajnuna mill-Istat li ġejja:
|
Data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni |
24.6.2021 |
||||
|
Każ Nru |
87015 |
||||
|
Deċiżjoni Nru |
169/21/COL |
||||
|
Stat tal-EFTA |
In-Norveġja |
||||
|
Titlu (u/jew isem il-benefiċjarju) |
Emenda tal-COVID-19 għall-iskema għall-produtturi ta’ films kulturali |
||||
|
Bażi ġuridika |
Regolament dwar l-għajnuna għall-produzzjoni awdjoviżiva |
||||
|
Tip ta’ miżura |
Skema |
||||
|
Objettiv |
Li jiġi żgurat li t-tfixkil ikkawżat mit-tifqigħa tal-COVID-19 ma jdgħajjifx il-vijabbiltà tal-produtturi tal-films kulturali u l-produzzjoni futura tal-films kulturali |
||||
|
Forma tal-għajnuna |
Għotja diretta |
||||
|
Baġit |
NOK 10 miljuni |
||||
|
Intensità |
Għotja sa 100 % tat-telf stmat tad-dħul mill-biljetti mit-13.3.2020 sal-31.10.2020 |
||||
|
Validità |
24.6.2021 – 31.12.2021 |
||||
|
Setturi ekonomiċi |
Produzzjoni awdjoviżiva |
||||
|
Isem u indirizz tal-awtorità awtorizzanti |
|
It-test awtentiku tad-deċiżjoni, li minnu tneħħiet l-informazzjoni kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit web tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA: http://www.eftasurv.int/state-aid/state-aid-register/decisions/
|
30.9.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 396/6 |
Għajnuna mill-Istat — Deċiżjoni li ma ssir ebda oġġezzjoni
(2021/C 396/06)
L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA ma tqajjem l-ebda oġġezzjoni għall-miżura ta’ għajnuna mill-Istat li ġejja:
|
Data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni |
25.6.2021 |
||||
|
Każ Nru |
87016 |
||||
|
Deċiżjoni Nru |
170/21/COL |
||||
|
Stat tal-EFTA |
L-Iżlanda |
||||
|
Titolu |
It-tieni emenda tal-COVID-19 għall-iskema ta’ vawċers diġitali mogħrija b’rigal |
||||
|
Bażi ġuridika |
Att leġiżlattiv li jemenda l-Att Nru 54/2020 dwar il-Vawċers Diġitali (lög um ferðagjöf) |
||||
|
Tip ta’ miżura |
Skema |
||||
|
Objettiv |
Li tiżdied id-domanda domestika għas-servizzi turistiċi, u b’hekk tkun ta’ benefiċċju għas-settur tas-servizzi turistiċi |
||||
|
Forma tal-għajnuna |
Għotjiet (għajnuna indiretta) |
||||
|
Baġit |
ISK 1,4 biljun |
||||
|
Validità |
Mill- 1.6.2021 sat- 30.9.2021 |
||||
|
Setturi ekonomiċi |
Turiżmu |
||||
|
Isem u indirizz tal-awtorità awtorizzanti |
|
It-test awtentiku tad-deċiżjoni, li minnu tneħħiet l-informazzjoni kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit web tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA: http://www.eftasurv.int/state-aid/state-aid-register/decisions/
|
30.9.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 396/7 |
Komunikazzjoni tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għat-tħaddim ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità
L-istabbiliment ta’ obbligi tas-servizz pubbliku fir-rigward ta’ servizzi tal-ajru skedati
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2021/C 396/07)
|
Stat Membru |
In-Norveġja |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Rotot ikkonċernati |
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Data tad-dħul fis-seħħ tal-obbligi tas-servizz pubbliku |
1.4.2022 |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Indirizz minn fejn jistgħu jinkisbu t-test u kull informazzjoni u / jew dokumentazzjoni rilevanti marbuta mal-obbligi tas-servizz pubbliku modifikati |
Il-Ministeru Norveġiż tat-Trasport Sib id-dokument - regjeringen.no |
|
30.9.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 396/8 |
Komunikazzjoni tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità
Stedina għall-preżentazzjoni tal-offerti fir-rigward it-tħaddim ta’ servizzi tal-ajru skedati f’konformità mal-obbligi tas-servizz pubbliku
(2021/C 396/08)
|
Stat Membru |
In-Norveġja |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Rotot ikkonċernati |
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Perjodu ta’ validità tal-kuntratt |
Mill-1.4.2022 sal-31.3.2024 |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Skadenza għall-preżentazzjoni tal-offerti |
It-30.11.2021 |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
L-indirizz minn fejn jista’ jinkiseb it-test tas-sejħa għall-offerti u kull informazzjoni rilevanti u / jew dokumentazzjoni marbuta mal-offerta pubblika u mal-obbligi modifikati tas-servizz pubbliku |
Il-Ministeru Norveġiż tat-Trasport Sib id-dokument - regjeringen.no |
|
30.9.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 396/9 |
Komunikazzjoni tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità
Stedina għall-preżentazzjoni tal-offerti fir-rigward tat-tħaddim ta’ servizzi tal-ajru skedati f’konformità mal-obbligi tas-servizz pubbliku
(2021/C 396/09)
|
Stat Membru |
L-Iżlanda |
||||||||
|
Rotot ikkonċernati |
Rotot tat-titjira:
|
||||||||
|
Perjodu ta’ validità tal-kuntratt |
Mill-1 ta’ April 2022 sal-31 ta’ Marzu 2025 bil-possibbiltà ta’ sentejn estensjoni. |
||||||||
|
Skadenza għall-preżentazzjoni tal-offerti |
Xahrejn mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż |
||||||||
|
L-indirizz minn fejn jista’ jinkiseb it-test tas-sejħa għall-offerti u kull informazzjoni rilevanti u / jew dokumentazzjoni marbuta mal-offerta pubblika u mal-obbligi modifikati tas-servizz pubbliku |
Kuntatt: Ólafur Þór Leifsson, Email: othl@vegagerdin.is, Tel. +354 8921516. https://tendsign.is/
|
|
30.9.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 396/10 |
Avviż ta’ informazzjoni tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għat-tħaddim ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità
Revoka tal-obbligi ta’ servizz pubbliku imposti fuq is-servizzi tal-linji tal-ajru skedati
(2021/C 396/10)
|
L-Istat Membru |
In-Norveġja |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Ir-rotot ikkonċernati |
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Data oriġinali tad-dħul fis-seħħ tal-obbligi tas-servizz pubbliku |
Fl-1.4.2017, fl-1.1.2021, u fl-1.10.2021 |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Data tar-revoka |
Fl-1.4.2022 |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
L-indirizz minn fejn jistgħu jinkisbu t-test u kull informazzjoni rilevanti u / jew dokumentazzjoni marbuta mal-obbligu ta’ servizz pubbliku |
L-obbligi ta’ servizz pubbliku mħabbra fit-2 ta’ Ġunju 2016 f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 195 u s-Suppliment ŻEE Nru 31 huma b’dan revokati fuq ir-rotot ikkonċernati. L-obbligi ta’ servizz pubbliku mħabbra fl-4 ta’ Ġunju 2020 f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-UE Nru C 185 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 37 huma b’dan imħassra fuq ir-rotta kkonċernata (Harstad/Narvik - Bodø u lura). L-obbligi ta’ servizz pubbliku mħabbra fil-15 ta’ April 2021 f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-UE Nru C 132 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 27 huma b’dan imħassra fuq ir-rotot ikkonċernati (Stokmarknes - Bodø u Stokmarknes - Tromsø u lura). Il-Ministeru Norveġiż tat-Trasport Sib id-dokument - regjeringen.no |
|
30.9.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 396/11 |
Għajnuna mill-Istat — Deċiżjoni li ma ssir ebda oġġezzjoni
(2021/C 396/11)
L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA ma tqajjem l-ebda oġġezzjoni għall-miżura ta’ għajnuna mill-Istat li ġejja:
|
Data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni |
18.6.2021 |
|||||
|
Każ Nru |
86974 |
|||||
|
Deċiżjoni Nru |
130/21/COL |
|||||
|
Stat tal-EFTA |
In-Norveġja |
|||||
|
Titlu (u/jew isem il-benefiċjarju) |
Estensjoni tal-iskema ta’ Garanzija tal-COVID-19 |
|||||
|
Bażi ġuridika |
Forskrift om endring i forskrift 27. mars 2020 nr. 490 til lov om statlig garantiordning for lån til små og mellomstore bedrifter, FOR-2020-03-27-490 |
|||||
|
Tip ta’ miżura |
Skema |
|||||
|
Objettiv |
Li jiġi żgurat l-aċċess għal-likwidità għal impriżi li jiffaċċjaw nuqqas f’daqqa ta’ likwidità minħabba t-tifqigħa tal-COVID-19 |
|||||
|
Forma tal-għajnuna |
Garanziji Pubbliċi |
|||||
|
Baġit |
NOK 50 biljun (għall-iskema kif emendata) |
|||||
|
Validità |
Mill- 1.7.2021 sal- 31.10.2021 |
|||||
|
Setturi ekonomiċi |
Is-setturi kollha |
|||||
|
Isem u indirizz tal-awtorità awtorizzanti |
|
It-test awtentiku tad-deċiżjoni, li minnu tneħħiet l-informazzjoni kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit web tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA: http://www.eftasurv.int/state-aid/state-aid-register/decisions/
V Avviżi
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
30.9.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 396/12 |
Avviż dwar l-iskadenza imminenti ta’ ċerti miżuri anti-dumping
(2021/C 396/12)
1.
Kif previst fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1), il-Kummissjoni tavża li, sakemm ma jitnediex rieżami f’konformità mal-proċedura li ġejja, il-miżuri anti-dumping imsemmijin hawn taħt se jiskadu fid-data msemmija fit-tabella ta’ hawn taħt.
2. Proċedura
Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jippreżentaw talba bil-miktub għal rieżami. Din it-talba trid tinkludi biżżejjed evidenza li l-iskadenza tal-miżuri aktarx twassal għat-tkomplija jew għar-rikorrenza ta’ dumping u dannu. F’każ li l-Kummissjoni tiddeċiedi li tagħmel rieżami tal-miżuri kkonċernati, l-importaturi, l-esportaturi, ir-rappreżentanti tal-pajjiż tal-esportazzjoni u l-produtturi tal-Unjoni mbagħad jingħataw l-opportunità li jelaboraw, jirrifjutaw jew jikkummentaw dwar il-kwistjonijiet imsemmija fit-talba għal rieżami.
3. Limitu ta’ żmien
Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jippreżentaw talba bil-miktub għal rieżami abbażi ta’ dak imsemmi hawn fuq, li trid tasal għand: European Commission, Directorate-General for Trade (Unit G-1), CHAR 4/39, 1049 Brussels, Il-Belġju (2) fi kwalunkwe żmien mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż, iżda mhux aktar tard minn tliet xhur qabel id-data msemmija fit-tabella ta’ hawn taħt.
|
4. |
Dan l-avviż huwa ppubblikat f’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036.
|
(1) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.
(2) TRADE-Defence-Complaints@ec.europa.eu
(3) Il-miżura tiskadi f’nofsillejl (00:00) tal-jum imsemmi f’din il-kolonna
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
30.9.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 396/13 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10490 — Bain Capital/CTI/BBG Holding)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2021/C 396/13)
1.
Fil-21 ta’ Settembru 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ proposta, skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Bain Capital Investors L.L.C. (“Bain Capital”, l-Istati Uniti), |
|
— |
Chal-Tec Invest GmbH (“CTI”, il-Ġermanja), |
|
— |
Berlin Brands Group Holding GmbH (“BBG”, il-Ġermanja), ikkontrollata minn CTI. |
Bain Capital u CTI jakkwistaw fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ BBG.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
għal Bain Capital: ditta ta’ investiment ta’ ekwità privata f’varjetà ta’ industriji madwar id-dinja, inkluż fit-teknoloġija tal-informazzjoni, il-kura tas-saħħa, il-prodotti għall-konsumatur u għall-konsumatur, il-komunikazzjonijiet, is-servizzi finanzjarji u l-industrija/il-manifattura, |
|
— |
għal CTI: veikolu ta’ investiment privat li jżomm l-ishma f’BBG u impriżi oħra attivi globalment fis-settur tal-konsumaturi u tal-proprjetà immobbli, |
|
— |
għal BBG: it-tfassil, l-iżvilupp u l-bejgħ ta’ oġġetti tal-konsum, b’mod partikolari l-apparat elettriku u l-elettronika tal-konsumatur, fl-Ewropa, fl-Istati Uniti u fiċ-Ċina. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jitqies għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja trid tiġi dejjem indikata:
M.10490 — Bain Capital/CTI/BBG Holding
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles / Brussel |
|
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ATTI OĦRAJN
Il-Kummissjoni Ewropea
|
30.9.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 396/15 |
Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal emenda tal-Unjoni għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid skont l-Artikolu 97(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(2021/C 396/14)
Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) fi żmien xahrejn mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.
APPLIKAZZJONI GĦAL EMENDA TAL-UNJONI GĦALL-ISPEĊIFIKAZZJONI TAL-PRODOTT
TERRE TOLLESI/TULLUM
PDO-IT-A0742-AM04
Data tal-applikazzjoni: 29 ta’ Lulju 2019
1. Applikant u interess leġittimu
Assoċjazzjoni għall-Protezzjoni tat-Tullum/Terre Tollesi DOK (DOP)
Assoċjazzjoni interprofessjonali rikonoxxuta bħala tali skont il-liġi nazzjonali
2. Intestatura fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott affettwata mill-emenda/i
|
☒ |
Isem il-prodott |
|
☒ |
Kategorija tal-prodott tad-dwieli |
|
☒ |
Rabta |
|
☒ |
Restrizzjonijiet tal-kummerċjalizzazzjoni |
3. Deskrizzjoni u raġunijiet għall-emenda
3.1. Eliminazzjoni tal-kategoriji 4 (inbid frizzanti), 5 (inbid frizzanti ta’ kwalità) u 15 (inbid minn għeneb imqadded)
Intestatura fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott affettwata mill-emenda: Artikoli 1, 2, 4, 5, 6 u 9
Deskrizzjoni u raġunijiet
Il-kategoriji 4 (inbid frizzanti), 5 (inbid frizzanti ta’ kwalità) u 15 (inbid minn għeneb imqadded) tneħħew.
Ħafna mit-tipi ta’ prodotti elenkati bħalissa fl-Ispeċifikazzjoni għandhom jitneħħew, minħabba li ma jirrappreżentawx verament l-essenza u l-uniċità tal-inbejjed proposti għal status ta’ DOKG (DOP). Skont il-produtturi tal-inbid, huma biss l-inbejjed ħomor ibbażati fuq l-għeneb Montepulciano (it-tipi Rosso u Rosso Riserva) u l-inbejjed bojod ibbażati fuq l-għeneb Pecorino u Passerina li huma kapaċi jinkorporaw u jipprovdu b’mod sħiħ il-karatteristiċi distintivi taż-żona Tollo. Din l-għażla hija kkorroborata u kkonfermata sew minn studji dwar it-tqassim f’żoni tat-territorju li twettqu fis-snin riċenti, li juru li din hija għażla valida u tenfasizza l-ħtieġa li wieħed jiffoka biss fuq ċerti varjetajiet indiġeni li għalihom l-ambjent lokali huwa ideali għall-produzzjoni ta’ għeneb eċċezzjonalment tajjeb.
Din l-emenda għalhekk tikkonsisti fl-eliminazzjoni tal-kategoriji 4 (inbid frizzanti), 5 (inbid frizzanti ta’ kwalità) u 15 (inbid minn għeneb imqadded) u t-tipi korrispondenti ta’ nbid inklużi fil-verżjoni preċedenti tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.
Din l-emenda tikkonċerna t-taqsima 3 tad-Dokument Uniku.
3.2. Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed
Intestatura fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott affettwata mill-emenda: Artikolu 6 - Karatteristiċi dwar il-konsum
Deskrizzjoni u raġunijiet
Il-karatteristiċi dwar il-konsum tal-inbejjed prodotti ġew deskritti f’aktar dettall. Din l-emenda tikkonċerna t-taqsima 4 tad-Dokument Uniku.
3.3. Kundizzjonijiet ulterjuri — Ippakkjar fiż-żona demarkata
Intestatura fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott affettwata mill-emenda: Artikolu 5 - Regoli tal-enoloġija
Deskrizzjoni u raġunijiet
Ġiet ipprovduta evidenza addizzjonali li ssostni l-ħtieġa li l-ibbottiljar jiġi ristrett għaż-żona demarkata. L-emenda tikkonċerna t-taqsima 9 tad-Dokument Uniku.
3.4. Rabta mal-ambjent
Intestatura fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott affettwata mill-emenda: Artikolu 9 — Rabta mal-ambjent ġeografiku
Deskrizzjoni u raġunijiet
Id-deskrizzjoni tar-rabta ġiet estiża, biex jiġu enfasizzati ulterjorment il-karatteristiċi speċifiċi tal-inbejjed tad-DOP Tullum/Terre Tollesi li huma direttament attribwibbli għall-ambjent ġeografiku u għal fatturi umani. Din l-emenda tikkonċerna t-taqsima 8 tad-Dokument Uniku.
DOKUMENT UNIKU
1. Isem/ismijiet għar-reġistrazzjoni
Terre Tollesi
Tullum
2. Tip ta’ indikazzjoni ġeografika
DOP – Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta
3. Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli
|
1. |
Inbid |
4. Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed
Terre Tollesi Rosso/Tullum Rosso u Terre Tollesi Rosso Riserva/Tullum Rosso Riserva
L-inbejjed ħomor tad-DOP Terre Tollesi/Tullum għandhom kulur qawwi lewn ir-rubin, b’noti ħfief ta’ vjola li jxaqleb lejn lewn il-granata biż-żmien; noti ta’ frott aħmar bħaċ-ċirasa, iċ-ċirasa qarsa, it-tuta tal-għollieq, l-għanbaqra, il-ġammijiet, tipiċi tal-varjetà ta’ għeneb Montepulciano kkultivata f’din iż-żona, u possibbilment ukoll noti ta’ vanilla, ħwawar, u tabakk li jirriżultaw mit-tqaddim fl-injam, jistgħu jiġu pperċepiti mill-imnieħer; it-togħma hija xotta, b’tannini abbundanti u kemxejn astrinġenti li maż-żmien isiru rotob u bellusija; qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 13 % vol. (13,5 % vol. għat-tipi “Riserva”).
Huma nbejjed armonjużi, strutturati tajjeb u dejjiema b’ammont sinifikanti ta’ estratt (minimu ta’ 26 g/l, 28 g/l għat-tipi “Riserva”).
Frott aħmar, b’noti possibbli ta’ ċirasa u mirtilli, għud is-sus, vjoli, tabakk, vanilla u ħwawar; togħma qawwija, ta’ nbid, ratba, u pjaċevoli.
Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella ta’ hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.
|
Karatteristiċi analitiċi |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
|
|
Aċidità totali minima |
5 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
Terre Tollesi Pecorino/Tullum Pecorino
L-inbid abjad monovarjetali Pecorino għandu kulur isfar lewn it-tiben ta’ intensità li tvarja; noti ta’ frott bħal-lanġas, it-tuffieħ, il-ħawħ abjad, u l-lewż, u fjuri bħas-salvja, il-lavanda, u s-sebuqa jistgħu jiġu pperċepiti mill-imnieħer; dawn huma nbejjed b’aċidità minn tajba sa eċċellenti, li tagħmilhom friski u pjaċevoli, b’togħma qawwija, pjaċevoli u dejjiema.
Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 13 % vol.
Estratt minimu mingħajr zokkor: 18 g/l
Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella ta’ hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.
|
Karatteristiċi analitiċi |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
|
|
Aċidità totali minima |
5 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
Terre Tollesi Passerina/Tullum Passerina
L-inbid abjad monovarjetali Passerina għandu kulur isfar lewn it-tiben ta’ intensità li tvarja; delikat fuq l-imnieħer, b’noti ta’ frott taċ-ċitru, ħawħ abjad, lewż jew sebuqa.
It-togħma hija xotta, b’aċidità tajba, friska u armonjuża, spiss b’finitura kemxejn morra tal-lewż.
Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 12,5 % vol.
Estratt minimu mingħajr zokkor: 18 g/l
Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella ta’ hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.
|
Karatteristiċi analitiċi |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
|
|
Aċidità totali minima |
5 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
5. Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid
a. Prattiki enoloġiċi speċifiċi
L-ebda
b. Rendimenti massimi għal kull ettaru:
Terre Tollesi Rosso/Tullum Rosso
14 000 kg ta’ għeneb għal kull ettaru
Terre Tollesi Rosso/Tullum Rosso
84 ettolitru għal kull ettaru
Terre Tollesi Rosso Riserva/Tullum Rosso Riserva
9 000 kg ta’ għeneb għal kull ettaru
Terre Tollesi Pecorino/Tullum Pecorino
63 ettolitru għal kull ettaru
Terre Tollesi Rosso Riserva/Tullum Rosso Riserva
63 ettolitru għal kull ettaru
Terre Tollesi Pecorino/Tullum Pecorino
9 000 kg ta’ għeneb għal kull ettaru
Terre Tollesi Passerina/Tullum Passerina
9 000 kg ta’ għeneb għal kull ettaru
Terre Tollesi Passerina/Tullum Passerina
63 ettolitru għal kull ettaru
6. Definizzjoni taż-żona demarkata
L-għeneb li għandu jintuża biex isiru l-inbejjed li jkollhom id-Denominazzjoni tal-Oriġini Kontrollata Terre Tollesi/Tullum għandu jinħasad esklussivament fiż-żona tal-produzzjoni, li tkopri l-muniċipalità kollha ta’ Tollo fil-provinċja ta’ Chieti.
7. Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid/jinkisbu l-inbejjed
Montepulciano N.
Passerina B.
Pecorino B.
8. Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet
Ambjent ġeografiku
L-art unika taż-żona ta’ Tollo, li fiha għoljiet wesgħin imżerżqin lejn il-Baħar Adrijatiku u l-massif imponenti ta’ Maiella, tipprovdi orjentazzjoni eċċellenti għall-vinji, ventilazzjoni tajba u nuqqas ta’ ilma qiegħed, tiżgura li d-dwieli li tradizzjonalment jitkabbru fiha – Montepulciano N., Pecorino B. u Passerina B. – jkunu f’kundizzjonijiet perfetti biex jipproduċu għeneb tajjeb ta’ kwalità għolja b’karatteristiċi distintivi.
Għalkemm it-tiswir tal-ħamrija jvarja xi ftit, ġeneralment hija magħmula minn trab ġulġlieni li joqrob lejn it-tafal; il-frazzjoni tat-tafal tammonta għal madwar 29 % bħala medja, b’valuri li jvarjaw minn 14,7 % sa 45 %, filwaqt li l-komponent tar-ramel huwa bħala medja 36,5 %, b’valuri li jvarjaw minn 12,3 % sa 59 %, b’dan tal-aħħar spiss jinstab fiż-żoni alluvjali fil-qiegħ tal-wied. Il-pH huwa subalkalin jew alkalin b’valur medju ta’ 7,88. Il-kontenut totali tal-karbonat ġeneralment huwa għoli ħafna, b’medja ta’ madwar 32 %. Il-komponent attiv tal-karbonati preżenti ġeneralment huwa għoli wkoll, b’medja ta’ 8,9 %. Il-kontenut tal-materja organika ġeneralment huwa baxx ħafna.
Il-klima hija moderata, b’temperaturi medji li jvarjaw minn 12 °C f’April sa 16 °C f’Ottubru, iżda f’Lulju u f’Awwissu għandha t-tendenza li tkun sħuna u niexfa b’temperaturi li jistgħu jaqbżu l-35 °C. Ix-xita medja hija ta’ madwar 700 mm/sena, ikkonċentrata prinċipalment fil-perjodu minn Novembru sa April.
L-indiċi termali Winkler, jiġifieri t-temperatura attiva medja minn April sa Ottubru, huwa ’l fuq minn 2 200 grad-jum, li jiżgura s-sajran ottimali kemm tal-varjetajiet ta’ għeneb abjad kif ukoll dawk ta’ għeneb aħmar.
Fatturi storiċi u umani
Il-preżenza tad-dwieli u tal-inbid f’din iż-żona tmur lura għal żmien ir-Rumani. Dan huwa muri mill-iskoperta, f’xi distretti ta’ Tollo, ta’ frammenti u kampjuni sħaħ ta’ dolja tal-inbid u kantini tal-inbid. Instabu wkoll fdalijiet li jagħtu xhieda tal-eżistenza ta’ xi “villae rusticae” Rumani, li huma l-ewwel eżempji ta’ artijiet kbar fejn il-kultivazzjoni tad-dwieli kienet waħda mill-attivitajiet ewlenin imwettqa, qrib Tollo.
Hemm għadd bla qies ta’ dokumenti storiċi li jirreferu għall-produzzjoni tal-inbejjed f’din iż-żona mill-Imperu Ruman sal-lum il-ġurnata, mid-dokument tal-1 062 li jirreferi għall-“castrum” jew forti ta’ Tullum, għad-dokument tal-1 300 fejn l-isem tal-post fil-forma ta’ Tullum jidher fir-“Registri Angioini”.
Hemm evidenza dokumentarja ta’ kummerċ robust sa mill-1 400 mill-port ta’ Ortona, li minnu kienu jbaħħru bastimenti mgħobbija b’“caratelli” jew krietel tal-inbid, inklużi nbejjed miż-żona ta’ Tollo.
Fl-1776, l-inbid Tollo kien iċċelebrat fir-Renju ta’ Napli f’xi kompożizzjonijiet poetiċi li ddefinixxew iż-żona ta’ Tollo bħala: “... reġjun żgħir f’Abruzzo Citeriore, mhux ’il bogħod ħafna mill-Baħar Adrijatiku, post pjaċevoli, u magħruf sew għall-inbid aħmar lewn ir-rubini tiegħu...” .
Madankollu, kien biss wara l-episodju ikrah tat-Tieni Gwerra Dinjija, li fih Tollo litteralment inqered għalkollox, li t-tkabbir tal-ekonomija agrikola sar essenzjalment ibbażat fuq il-produzzjoni tal-inbid. Illum Tollo huwa fost iż-żoni tal-vitikultura l-aktar importanti fir-reġjun.
Flimkien mat-tradizzjonijiet u mal-għeruq storiċi, irridu nenfasizzaw ir-rwol importanti ħafna li għandhom il-fatturi umani permezz tad-definizzjoni u t-titjib tal-prattiki tal-vitikultura.
Maż-żmien, il-produtturi rfinaw dejjem aktar it-tekniki ta’ kultivazzjoni tagħhom, u għamluha possibbli li tittejjeb il-kwalità tal-inbejjed tad-DOP, b’mod partikolari minħabba studji dwar it-tqassim f’żoni tal-art bil-mod l-aktar adattat għat-tkabbir tad-dwieli u għall-varjetajiet Montepulciano, Pecorino u Passerina li tradizzjonalment jitkabbru fiż-żona. Dan wassal biex il-vitikulturi tbiegħdu mis-sistemi ta’ kultivazzjoni espansivi, bl-eċċezzjoni ta’ ċerti vinji li jużaw is-sistema tradizzjonali ta’ kannizzati tal-pergola tal-istil ta’ Abruzzo, u l-adattament tal-mudelli tat-tħawwil, is-sistemi taż-żbir u l-forom ta’ tħarriġ użati, sabiex kontinwament jottimizzaw il-ġestjoni tal-vinji u jimmassimizzaw ir-rendiment tal-għeneb.
Hemm ukoll perjodu ta’ rfinar jew tqaddim – li hu itwal għal xi nbejjed u iqsar għal oħrajn – qabel ma l-inbejjed tad-DOKG (DOP) Terre Tollesi/Tullum jiġu rilaxxati għall-konsum. B’mod partikolari, l-inbejjed ħomor ma jistgħux jiġu rilaxxati għall-konsum qabel l-1 ta’ Jannar tat-tieni sena wara l-ħsad, filwaqt li r-“Rosso Riserva” għandu jitqaddem għal mill-inqas sentejn, inkluż għal sitt xhur f’kontenituri jew reċipjenti tal-injam.
Rabta kawżali maż-żona ġeografika
Kategoriji tal-inbid (1) - L-inbejjed ħomor tad-DOP Tullum/Terre Tollesi huma magħmula minn varjetajiet ta’ għeneb li akklimitizzaw għal din iż-żona u jispikkaw partikolarment fiha u li l-karatteristiċi speċifiċi tagħhom huma riflessi bis-sħiħ fl-inbejjed Terre Tollesi jew Tullum. Id-DOP tkopri t-tip Rosso, inkluż ir-Rosso Riserva, magħmul minn għeneb tal-varjetà Montepulciano, u nbejjed bojod prodotti minn għeneb tal-varjetajiet ta’ għeneb nattivi Pecorino u Passerina.
It-temperaturi medji fil-perjodu minn April sa Ottubru jiżguraw is-sajran ottimali kemm tal-għeneb abjad kif ukoll ta’ dak aħmar, b’konċentrazzjoni ogħla ta’ estratti u zokkor, filwaqt li l-varjazzjonijiet tajbin fit-temperatura jagħtu lill-inbejjed f’din iż-żona, li tinsab bejn il-muntanji u l-baħar, aċidità u freskezza.
Il-kompożizzjoni tal-ħamrija – kemm taflija kif ukoll ramlija-kalkarja – flimkien ma’ varjazzjonijiet tajbin fit-temperatura, tagħmilha possibbli li jinkisbu nbejjed aktar aromatiċi b’aċidità, freskezza u finezza xierqa, b’mod partikolari f’inbejjed bojod, filwaqt li l-ħamrija rikka fil-karbonati u baxxa fil-materja organika tagħmilha possibbli li jiġu prodotti nbejjed ħomor b’kuluri qawwija, b’ħafna struttura u konċentrazzjoni ta’ aromi.
Il-fatturi ambjentali relatati mal-klima u mal-kompożizzjoni tal-ħamrija, it-tekniki tal-kultivazzjoni (it-tqassim f’żoni, il-ġestjoni tal-vinji, ir-rendimenti baxxi, il-produzzjoni integrata) u t-tekniki tal-vinifikazzjoni (l-ippressar bil-mod, it-tqaddim fit-tul fil-flixkun u l-użu ta’ btieti tal-injam) għalhekk ippermettew lill-produtturi tal-inbejjed tad-DOP Tullum jilħqu livell ta’ kwalità ta’ fama kbira, inkluż fil-livell internazzjonali.
|
— |
L-inbejjed ħomor tad-DOP Terre Tollesi/Tullum għandhom kulur qawwi lewn ir-rubin, b’noti ħfief ta’ vjola li maż-żmien ixaqleb lejn lewn il-granata; irwejjaħ ta’ frott aħmar bħaċ-ċirasa, iċ-ċirasa qarsa, it-tuta tal-għollieq, l-għanbaqra, il-ġammijiet, tipiċi tal-varjetà tal-għeneb Montepulciano u amplifikati mill-kompożizzjoni tal-ħamrija kalkarja ta’ din iż-żona tal-produzzjoni; noti ta’ vanilla u ħwawar jistgħu jiżviluppaw bħala riżultat tat-tqaddim fl-injam; it-togħma hija xotta, b’tannini abbundanti u kemxejn astrinġenti li maż-żmien isiru rotob u bellusija; huma nbejjed armonjużi, strutturati tajjeb u dejjiema b’ammont sinifikanti ta’ estratt. |
|
— |
L-inbejjed bojod monovarjetali Pecorino għandhom kulur isfar lewn it-tiben ta’ intensità li tvarja; noti ta’ frott bħal-lanġas, it-tuffieħ, il-ħawħ abjad, u lewż, u aromi ta’ salvja, lavanda, u sebuqa jistgħu jiġu pperċepiti mill-imnieħer; il-ħamrija b’komponent tafli/ramli ogħla tippermetti l-produzzjoni ta’ nbejjed b’finezza kbira u b’aċidità tajba sa eċċellenti, li tagħmilhom friski u aċċettabbli, b’togħma intensa u dejjiema. |
9. Rekwiżiti oħra applikabbli
Ippakkjar fiż-żona demarkata
Qafas legali:
Fil-leġiżlazzjoni tal-UE
Tip ta’ rekwiżit ieħor:
L-ippakkjar fiż-żona ġeografika demarkata
Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:
L-operazzjonijiet kollha tal-ibbottiljar iridu jsiru fiż-żona tal-produzzjoni deskritta fit-taqsima 6 tad-Dokument Uniku biex jiġu ppreservati l-karatteristiċi speċifiċi u r-reputazzjoni tal-prodotti u biex tiġi ggarantita l-oriġini tagħhom. Minn mindu ġiet rikonoxxuta din id-denominazzjoni, dawn l-operazzjonijiet dejjem twettqu f’din iż-żona tal-produzzjoni ristretta ħafna, li fiha dejjem kien hemm faċilitajiet tal-ibbottiljar konsiderevoli.
Dan l-obbligu jagħmilha possibbli li l-kwalità tal-inbejjed tinżamm f’livell għoli, fid-dawl tal-fatt li l-għarfien espert tekniku tal-produtturi lokali jippermettilhom jattendu għall-istadji kollha tal-produzzjoni b’mod dirett, sal-ibbottiljar, u b’mod partikolari t-tqaddim u/jew l-irfinar sussegwenti tal-inbejjed mingħajr il-ħtieġa li jċaqalqu l-kunsinni tal-inbid, jew għall-inqas li l-ħinijiet tat-trasport jinżammu għal minimu.
Dan l-obbligu jevita wkoll il-possibbiltà ta’ riskji li t-trasport tal-inbid barra miż-żona jista’ joħloq għall-kwalità tal-inbejjed, bħal: ossidazzjoni u stress termali b’effetti avversi fuq il-karatteristiċi kimiċi, fiżiċi u organolettiċi u r-riskju possibbli ta’ kontaminazzjoni mikrobijoloġika (minn batterji, viruses, fungi, moffa u ħmira).
L-ibbottiljar fiż-żona jippermetti wkoll lill-korp kompetenti jagħmel is-sistema ta’ kontroll aktar effiċjenti, billi jtejjeb it-traċċabbltà sal-aħħar stadju tal-produzzjoni, u b’hekk jikkontribwixxi għall-garanzija massima tal-oriġini u l-identità tal-inbejjed.
Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott
https://www.politicheagricole.it/flex/cm/pages/ServeBLOB.php/L/IT/IDPagina/15566
|
30.9.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 396/22 |
Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda, mhux minuri, għal Speċifikazzjoni tal-Prodott skont l-Artikolu 50(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel
(2021/C 396/15)
Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fi żmien tliet xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.
APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA MHUX MINURI GĦALL-ISPEĊIFIKAZZJONI TAL-PRODOTT TA’ SPEĊJALITAJIET TRADIZZJONALI GARANTITI
Applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda f’konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012
“ZIEGEN-HEUMILCH”/“GOAT’S HAYMILK”/“LATTE FIENO DI CAPRA”/“LAIT DE FOIN DE CHÈVRE”/“LECHE DE HENO DE CABRA”
Nru tal-UE: TSG-AT-2290-AM01 – 25 ta’ Frar 2021
1. Grupp applikant u interess leġittimu
Isem tal-grupp: ARGE Heumilch Österreich
Indirizz: Grabenweg 68, A-6020 Innsbruck
Telefown: +43 (0) 512345245
Indirizz Email: office@heumilch.at
Dikjarazzjoni dwar l-interess leġittimu tal-grupp:
L-applikazzjoni għal emenda qed titressaq mill-grupp ta’ produtturi li ressaq l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tal-ħalib tat-tip “Ziegen-Heumilch”.
L-indikazzjoni tad-denominazzjoni tal-ħalib tat-tip “Ziegen-Heumilch” fil-lingwi tal-pajjiżi bit-tradizzjoni tal-produzzjoni tal-ħalib tat-tip “Ziegen-Heumilch” tikkostitwixxi impenn għall-metodu ta’ produzzjoni tradizzjonali u għall-ispeċjalità tradizzjonali garantita. B’hekk, hija tikkontribwixxi għat-tisħiħ tad-denominazzjoni protetta tal-ħalib tat-tip “Ziegen-Heumilch”, li huwa ta’ benefiċċju wkoll għall-grupp applikant.
2. Stat membru jew pajjiż terz
L-Awstrija
3. Intestatura fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott affettwata mill-emendi
|
☒ |
Isem tal-prodott |
|
☐ |
Deskrizzjoni tal-prodott |
|
☐ |
Metodu ta’ produzzjoni |
|
☒ |
Oħrajn. [speċifika] |
4. Tip ta’ emenda/i
|
☒ |
Emenda għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ STG irreġistrata li ma għandhiex tikkwalifika bħala minuri f’konformità mar-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012. |
5. Emendi
1. Żieda tad-denominazzjoni Slovena għal ħalib tat-tip “Ziegen-Heumilch”:
Fil-punt “1. Isem/ismijiet li għandhom jiġu rreġistrati”, tiżdied id-denominazzjoni Slovena għal ħalib tat-tip “Heumilch”, flimkien ma’ indikazzjoni tal-lingwi rispettivi (de, en, it, fr, es, sl):
“Ziegen-Heumilch” (de)/“Goat’s Haymilk” (en)/“Latte fieno di capra” (it)/“Lait de foin de chèvre” (fr)/“Leche de heno de cabra” (es)/ “Kozje seneno mleko” (sl)
Raġuni: Peress li l-ħalib tat-tip “Ziegen-Heumilch” huwa prodott fis-Slovenja skont il-metodu ta’ produzzjoni tradizzjonali stabbilit fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, jenħtieġ li d-denominazzjoni Slovena tiġi protetta wkoll. L-indikazzjoni tal-lingwi rispettivi tagħmilha ċara b’liema lingwi d-denominazzjoni hija protetta bħala STG.
2. Is-sostituzzjoni tal-kelma “azjenda” b’“azjenda tal-bhejjem” u ż-żieda tal-kelma “azjenda tal-bhejjem”:
|
— |
Fil-punt 4.2. “Heumilchregulativ”, it-tieni paragrafu, it-terminu “azjenda” huwa sostitwit bit-terminu “azjenda tal-bhejjem”: |
|
— |
Formulazzjoni preċedenti: “L-azjenda agrikola kollha trid titmexxa skont dawn ir-regoli tal-produzzjoni tal-ħalib tat-tip “Heumilch.” |
|
— |
Formulazzjoni ġdida: “L-azjenda agrikola kollha tal-bhejjem trid titmexxa skont dawn ir-regoli tal-produzzjoni tal-ħalib tat-tip ‘Heumilch’.” |
|
— |
Fil-punt 4.2., “Dispożizzjonijiet oħra”, jiżdied it-terminu “azjenda tal-bhejjem” taħt kull inċiż: Formulazzjoni preċedenti:
Formulazzjoni ġdida:
|
Raġuni: Il-bidliet huma għal skopijiet ta’ kjarifika.
SPEĊIFIKAZZJONI TAL-PRODOTT TA’ SPEĊJALITÀ TRADIZZJONALI GARANTITA
“Ziegen-Heumilch”/“Goat’s Haymilk”/“Latte fieno di capra”/“Lait de foin de chèvre”/“Leche de heno de cabra”/“Kozje seneno mleko”
Nru tal-UE: TSG-AT-2290-AM01 – 25 ta’ Frar 2021
“L-Awstrija”
1. Isem/ismijiet
“Ziegen-Heumilch”/“Goat’s Haymilk”/“Latte fieno di capra”/“Lait de foin de chèvre”/“Leche de heno de cabra”/“Kozje seneno mleko”
2. Tip ta’ prodott
Klassi 1.4. Prodotti oħrajn li joriġinaw mill-annimali (bajd, għasel, diversi prodotti mill-ħalib għajr butir, eċċ.)
3. Raġunijiet għar-reġistrazzjoni
3.1. Jekk il-prodott:
|
☒ |
jirriżultax minn modalità ta’ produzzjoni, ta’ pproċessar jew ta’ kompożizzjoni li tikkorrispondi għall-prattika tradizzjonali ta’ dak il-prodott jew oġġett tal-ikel; |
|
☐ |
huwiex prodott minn dik il-materja prima jew minn dawk l-ingredjenti li kienu jintużaw tradizzjonalment. |
Il-produzzjoni tal-ħalib tat-tip “Heumilch” hija l-iktar forma naturali ta’ produzzjoni tal-ħalib. - Il-ħalib joriġina minn annimali li jitrabbew f’imħaleb tradizzjonali u sostenibbli. Id-differenza ewlenija bejn il-ħalib standard u l-ħalib tat-tip “Heumilch” u l-karattru tradizzjonali ta’ dan tal-aħħar, ġejja mill-fatt li, bħalma kien jiġri fl-iktar forma oriġinali tal-produzzjoni tal-ħalib, l-annimali ma jingħalfux għalf iffermentat. Sa mis-snin sittin (1960s), u minħabba l-mekkanizzazzjoni, l-industrijalizzazzjoni tal-agrikoltura bdiet tistrieħ dejjem aktar fuq il-produzzjoni tas-silaġġ (għalf iffermentat), u b’hekk naqset il-produzzjoni tal-foraġġ niexef. Barra minn hekk, ir-regolamenti jipprojbixxu l-użu ta’ annimali u ta’ għalf li għandhom jiġu identifikati bħala “ġenetikament modifikati” skont il-leġiżlazzjoni prevalenti. Il-proċedura tat-tagħlif tinbidel skont il-bidliet staġjonali: matul il-“perjodu tat-tagħlif bil-foraġġ aħdar”, l-annimali jingħalfu ħaxix frisk u faxxina kif ukoll xi ħuxlief u forom ta’ għalf permessi skont il-punt 4.2; fil-perjodu tax-xitwa, l-annimali jingħalfu ħuxlief, jew forom oħra ta’ għalf permessi skont il-punt 4.2.
3.2. Jekk l-isem:
|
☐ |
kienx jintuża tradizzjonalment sabiex jirreferi għall-prodott speċifiku; |
|
☒ |
jidentifikax il-karattru tradizzjonali jew il-karattru speċifiku tal-prodott. |
Il-produzzjoni u l-ipproċessar tal-ħalib tat-tip “Ziegen-Heumilch” ilhom jeżistu daqs kemm ilha t-tradizzjoni tat-trobbija tal-mogħoż (li tmur lura għal madwar is-seklu ħdax QK). It-trobbija tal-mogħoż kienet mifruxa fil-ktajjen minuri tal-Alpi u l-muntanji tat-Tirol fil-Medju Evu, f’imħaleb żgħar fl-Alpi, li jissejħu “Schwaighöfe”. Il-ħaddiema f’dawn il-farms spiss kienu jieħdu l-mogħoż magħhom bħala sors ta’ ħalib fuq bwar muntanjużi mħarbta li kienu partikolarment ’il bogħod mill-farms. Il-kelma “Schwaig” ġejja mill-Ġermaniż mitkellem fi żmien il-Medju Evu u tirreferi għal forma speċifika ta’ insedjament u, partikolarment, il-biedja fir-reġjun tal-Alpi.
Il-farms “Schwaighöfe” kienu spiss jiġu stabbiliti bħala insedjamenti permanenti mis-sidien tal-art u l-irziezet tal-baqar tagħhom kienu jintużaw l-iktar għat-trobbija ta’ bhejjem tal-ħalib (b’mod partikolari għall-produzzjoni tal-ġobon). L-evidenza tal-preżenza tagħhom fit-Tirol tmur lura għas-seklu tnax. F’ċerti żoni tal-Alpi fejn il-farms kienu jiġu kondiviżi ugwalment bejn il-werrieta, il-bdiewa b’azjenda agrikola żgħira fil-wied, kienu jrabbu l-mogħoż biex ifornuhom bil-ħalib.
4. Deskrizzjoni
4.1. Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem imsemmi fil-punt 1, inkluż il-karatteristiċi fiżiċi, kimiċi, mikrobijoloġiċi jew organolettiċi ewlenin tiegħu li juru l-karattru speċifiku tal-prodott (l-Artikolu 7(2) ta’ dan ir-Regolament)
Ħalib tal-mogħoż f’konformità mal-leġiżlazzjoni applikabbli.
4.2. Deskrizzjoni tal-metodu ta’ produzzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem isemmi fil-punt 1 li l-produtturi jridu jsegwu inkluż, fejn xieraq, in-natura u l-karatteristiċi tal-materja prima jew l-ingredjenti użati, u l-metodu li permezz tiegħu jiġi ppreparat il-prodott (l-Artikolu 7(2) ta’ dan ir-Regolament)
Il-ħalib tat-tip “Ziegen-Heumilch” huwa prodott skont il-kundizzjonijiet tal-produzzjoni tradizzjonali li jikkonformaw mal-“Heumilchregulativ” (ir-regolamenti dwar il-produzzjoni tal-ħalib tat-tip “Heumilch”). Dan it-tip ta’ ħalib sar magħruf bis-saħħa ta’ regoli li jipprojbixxu l-użu ta’ għalf iffermentat, bħas-silaġġ, u l-użu ta’ annimali u ta’ għalf li għandhom jiġu identifikati bħala “ġenetikament modifikati” skont il-leġiżlazzjoni prevalenti.
“”
Il-ħalib tat-tip “Ziegen-Heumilch” huwa forma ta’ ħalib tal-mogħoż prodott minn bdiewa tal-ħalib li jkunu ntrabtu li jikkonformaw mal-kriterji li ġejjin. Ma jistgħux jintużaw annimali jew għalf li għandhom jiġu identifikati bħala “ġenetikament modifikati” skont il-leġiżlazzjoni prevalenti.
L-azjenda agrikola kollha tal-bhejjem trid titmexxa skont dawn ir-regoli tal-produzzjoni tal-ħalib tat-tip “Heumilch”.
|
— |
L-annimali jingħalfu prinċipalment ħaxix frisk, pjanti leguminużi u faxxina matul il-“perjodu tat-tagħlif bil-foraġġ aħdar”, u ħuxlief fil-perjodu tax-xitwa. |
|
— |
Dawn li ġejjin huma inklużi u permessi bħala għalf oħxon addizzjonali: il-kolza ħadra, il-qamħirrum aħdar, is-segala ħadra u l-pitravi għall-foraġġ, kif ukoll ħuxlief, nifel u pellets tal-qamħirrum. |
|
— |
Mill-inqas 75 % tal-għalf niexef kollu li jingħata lill-annimali kull sena, irid ikun għalf oħxon. |
|
— |
L-għelejjel taċ-ċereali qamħ, xgħir, ħafur, tritikal, segala u qamħirrum ukoll huma permessi, fil-forma kummerċjali u konvenzjonali tagħhom kif ukoll fi prodotti komposti bil-minerali (eż. nuħħala, pellets). |
|
— |
Dawn li ġejjin jistgħu jintużaw ukoll bħala għalf: fażola, piżelli tal-għelieqi, frott żejtni u frakass jew pasta estratti. |
|
— |
It-tipi ta’ għalf li ġejjin huma pprojbiti: silaġġ (għalf iffermentat), ħuxlief umduż u ħuxlief iffermentat. |
|
— |
L-annimali ma għandhomx jingħalfu prodotti sekondarji li ġejjin mill-birreriji, mid-distilleriji u mill-għasir tal-frott, jew prodotti sekondarji oħra mill-agroindustrija, bħall-ħabbiet imxarrbin tal-birreriji jew biċċiet tal-pjanti mxarrbin. Eċċezzjoni: biċċiet tal-pjanti nexfin u melassa bħala prodott sekondarju tal-manifattura taz-zokkor, u għalf niexef tal-proteina prodott matul l-ipproċessar tal-ħabba. |
|
— |
L-annimali li jreddgħu ma għandhom jingħalfu l-ebda forma ta’ għalf imxarrab. |
|
— |
L-annimali ma għandhomx jingħalfu prodotti li joriġinaw mill-annimali ħlief għall-mogħoż iż-żgħar li jistgħu jingħalfu ħalib u xorrox. |
|
— |
L-annimali ma għandhomx jingħalfu skart tal-ġonna, frott li jkun waqa’, patata jew urea. |
|
— |
L-użu tal-ħama tad-dranaġġ, ta’ prodotti tal-ħama tad-dranaġġ jew ta’ kompost li jkun ġej minn faċilitajiet muniċipali tat-trattament tal-iskart, bl-eċċezzjoni ta’ kompost ekoloġiku (taħlita komposta ta’ materja veġetali), huwa pprojbit fiż-żoni agrikoli kollha sfruttati mill-maħleb. |
|
— |
L-azjendi tal-bhejjem iridu jistennew mill-inqas tliet ġimgħat wara t-tidmil qabel ma jużaw l-art sabiex jirgħu l-bhejjem fuqha. |
|
— |
Fi kwalunkwe żona tal-foraġġ aħdar tal-azjenda tal-bhejjem, l-użu selettiv tal-pestiċidi kimiċi sintetiċi taħt is-superviżjoni esperta ta’ speċjalisti agronomiċi, u l-immirar ta’ siti speċifiċi biss huma permessi. |
|
— |
L-isprej li huwa permess biex joqtol id-dubbien jista’ jintuża fl-imqawel għall-produzzjoni tal-ħalib biss meta fihom ma jkunx hemm il-mogħoż li jkunu qed ireddgħu. |
|
— |
Il-ħalib ma jistax jitqassam bħala ħalib tat-tip “Ziegen-Heumilch” qabel ma jgħaddu għaxart ijiem mit-twelid tal-gidjien. |
|
— |
Fil-każ tal-mogħoż li jkunu ngħalfu silaġġ (għalf iffermentat), irid japplika perjodu ta’ stennija ta’ mill-inqas 14-il jum. |
|
— |
Fir-rigward tal-annimali alpini li jkunu ngħalfu silaġġ (għalf iffermentat) fil-farms tagħhom, dawn għandhom jingħalfu għalf li ma jkunx fih silaġġ għal 14-il jum qabel ma jittellgħu jirgħu fuq il-mergħat alpini, inkella l-ħalib tagħhom jkun jista’ jiġi kklassifikat bħala ħalib tat-tip “Ziegen-Heumilch” biss wara li dawn ikunu qattgħu 14-il jum fuq il-mergħat alpini (li l-proprjetarju tagħhom ikun il-fornitur tal-ħalib). Ma jista’ jiġi prodott jew użat l-ebda għalf fuq il-mergħat alpini. |
|
— |
Sabiex tinżamm il-produzzjoni tradizzjonali tal-ħalib tat-tip “Ziegen-Heumilch”, ma jistgħux jintużaw annimali jew għalf li għandhom jiġu identifikati bħala “ġenetikament modifikati” skont il-leġiżlazzjoni prevalenti. |
|
— |
Ma jistax jiġi prodott jew maħżun silaġġ (għalf iffermentat) fl-azjenda tal-bhejjem. |
|
— |
Ma jistgħux jiġu prodotti jew maħżuna balal tondi ta’ kwalunkwe tip imkebbin fil-film fl-azjenda tal-bhejjem. |
|
— |
Ma jistax jiġi prodott ħuxlief umduż jew ħuxlief iffermentat fl-azjenda tal-bhejjem. |
4.3. Deskrizzjoni tal-elementi prinċipali li jistabbilixxu l-karattru tradizzjonali tal-prodott (l-Artikolu 7(2) ta’ dan ir-Regolament)
Il-ħalib tat-tip “Ziegen-Heumilch” ivarja mill-ħalib tal-mogħoż standard minħabba l-kundizzjonijiet speċjali tal-produzzjoni tiegħu skont il-punt 4.2 tal-“Heumilchregulativ”.