ISSN 1977-0987 |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 393I |
|
![]() |
||
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 64 |
Werrej |
Paġna |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
il–Kunsill |
|
2021/C 393 I/01 |
||
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2021/C 393 I/02 |
MT |
|
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
il–Kunsill
29.9.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CI 393/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-28 ta’ Settembru 2021
li taħtar president ta’ Bord tal-Appell u li testendi l-mandat ta’ president ta’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea
(2021/C 393 I/01)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2017 dwar it-trademark tal-Unjoni Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 166(1) u (3) tiegħu,
Billi:
(1) |
Fl-4 ta’ Ġunju 2021, il-Bord tat-Tmexxija tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) ppreżenta lill-Kunsill lista ta’ kandidati għall-kariga ta’ president ta’ Bord tal-Appell tal-EUIPO. |
(2) |
Fl-1 ta’ Ġunju 2021, il-Bord tat-Tmexxija tal-EUIPO ddeċieda li jipproponi lill-Kunsill l-estensjoni tal-mandat tas-Sur Sven STÜRMANN bħala president ta’ Bord tal-Appell tal-EUIPO għal perijodu addizzjonali ta’ ħames snin mill-1 ta’ Awwissu 2022, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. Is-Sa Nina Maria KORJUS, imwielda f’Joensuu (il-Finlandja) fit-30 ta’ Ġunju 1971, hija b’dan maħtura president ta’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) għal mandat ta’ ħames snin.
2. Id-data li fiha jibda l-mandat ta’ ħames snin imsemmi fil-paragrafu 1 għandha tiġi ddeterminata mill-Bord tat-Tmexxija tal-EUIPO.
Artikolu 2
Il-mandat tas-Sur Sven STÜRMANN bħala president ta’ Bord tal-Appell tal-EUIPO huwa b’dan estiż għall-perijodu ta’ ħames snin li jibda mill-1 ta’ Awwissu 2022 u li jispiċċa fil-31 ta’ Lulju 2027.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Settembru 2021.
Għall-Kunsill
Il-President
S. KUSTEC
Il-Kummissjoni Ewropea
29.9.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CI 393/3 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-16 ta’ Settembru 2021
li tistabbilixxi l-Awtorità għat-Tħejjija u għar-Rispons f’Każ ta’ Emerġenza tas-Saħħa
(2021/C 393 I/02)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Il-pandemija tal-COVID-19 uriet il-ħtieġa għal azzjoni kkoordinata fil-livell tal-Unjoni biex tirrispondi għal emerġenzi tas-saħħa, inklużi l-monitoraġġ tal-ħtiġijiet, l-iżvilupp rapidu, il-manifattura, l-akkwist pubbliku u d-distribuzzjoni ekwa tal-kontromiżuri mediċi. |
(2) |
Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill talbu għall-azzjoni proattiva tal-Unjoni u għall-iżgurar ta’ tħejjija u l-abbiltà li jaġixxu b’mod konġunt biex jirrispondu għall-kriżijiet tas-saħħa. |
(3) |
Fid-dawl tal-esperjenza tal-ewwel xhur tal-pandemija tal-COVID-19, il-President tal-Kummissjoni, fid-diskors dwar l-Istat tal-Unjoni tal-2020, talbet biex nisiltu tagħlimiet mill-kriżi attwali u biex nibnu Unjoni Ewropea tas-Saħħa, inkluża struttura Ewropea ddedikata għar-riċerka u għall-iżvilupp avvanzati fil-qasam bijomediku biex jiġu appoġġati l-kapaċità u t-tħejjija għar-rispons għat-theddid u għall-emerġenzi transfruntiera għas-saħħa — kemm jekk ikunu ta’ oriġini naturali, aċċidentali jew intenzjonati. |
(4) |
Kif stabbilit fil-Komunikazzjoni “Il-bini ta’ Unjoni Ewropea tas-Saħħa: Rinfurzar tar-reżiljenza tal-UE għat-theddid transkonfinali għas-saħħa” (1) adottata f’Novembru 2020, l-Awtorità għat-Tħejjija u għar-Rispons f’Każ ta’ Emerġenza tas-Saħħa (“HERA”) se tkun element ewlieni għall-istabbiliment ta’ Unjoni Ewropea tas-Saħħa aktar b’saħħitha, flimkien ma’ qafas legali imsaħħaħ dwar it-theddid transfruntier għas-saħħa, u b’mandati relatati mal-kriżijiet estiżi u imtejba għaċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard, għall-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini u għall-Istrateġija Farmaċewtika għall-Ewropa. |
(5) |
Il-pjan ta’ tħejjija għall-bijodifiża l-“Inkubatur HERA” (2), huwa stabbilit biex jindirizza t-theddidiet imposti mill-varjanti emerġenti tas-SARS-CoV-2 bħalha l-pijunier tal-HERA, u qed jiffaċilita b’suċċess il-kuntatti u l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet regolatorji tal-Istati Membri, bejn awtoritajiet pubbliċi oħra u l-industrija, u bejn l-atturi tal-industrija involuti fil-katina ta’ provvista. Dan ix-xogħol huwa sinerġetiku mad-Djalogu Strutturat dwar is-sigurtà tal-provvista tal-mediċini billi jipprovdi għarfien dwar il-funzjonament tal-ktajjen tal-valur farmaċewtiċi u se jgħin jidentifika l-konġestjonijiet tagħhom. |
(6) |
Madankollu, il-kompitu li jiġi żgurat li l-provvista u l-aċċess fil-qasam tal-kontromiżuri mediċi, bħall-vaċċini, il-mediċini, it-tagħmir mediku u d-dijanjostika, sa issa nqasam bejn oqfsa ta’ politika u programmi ta’ finanzjament differenti tal-Unjoni. Il-ħtieġa li tiżdied l-effettività tat-tħejjija u tar-rispons għall-emerġenzi tas-saħħa teħtieġ l-istabbiliment ta’ struttura ċentrali ddedikata, il-HERA bħala servizz tal-Kummissjoni, tikkomplementa l-istrutturi u l-mekkaniżmi eżistenti tal-Unjoni u tinsab f’sinerġija magħhom, inkluża s-sistema ta’ ġestjoni u ta’ tħejjija għall-kriżi tal-Unjoni. |
(7) |
Jenħtieġ li l-HERA tikkoordina u tikkoopera b’mod estensiv mal-Istati Membri. Għal dak il-għan, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu rappreżentati fil-Bord tal-HERA, biex jikkontribwixxu għall-identifikazzjoni tal-prijoritajiet tal-Unjoni, filwaqt li jqiegħdu l-isforzi għad-dispożizzjoni ta’ xulxin u jingranaw ir-riżorsi eżistenti. Sabiex jiġu permessi l-iskambju tal-informazzjoni, il-ġenerazzjoni tal-għarfien u l-kooperazzjoni, jenħtieġ li l-HERA tiġbor f’daqqa l-esperti tal-Istati Membri mill-qasam tar-riċerka tas-saħħa fil-livell tekniku u lis-setturi industrijali fi ħdan il-Forum Konsultattiv tal-HERA. |
(8) |
Hekk kif inhu stabbilit fil-Komunikazzjoni dwar l-Awtorità għat-Tħejjija u għar-Rispons f’Każ ta’ Emerġenza tas-Saħħa, il-HERA se jkollha l-kompitu ta’ żewġ “modalitajiet” funzjonali: it-tħejjija u r-rispons għall-kriżijiet b’segwitu ta’ rikonoxximent ta’ emerġenza tas-saħħa pubblika fil-livell tal-Unjoni, |
IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Awtorità għat-Tħejjija u għar-Rispons f’Każ ta’ Emerġenza tas-Saħħa
L-Awtorità għat-Tħejjija u għar-Rispons f’Każ ta’ Emerġenza tas-Saħħa (“HERA”) hija b’dan stabbilita bħala servizz tal-Kummissjoni.
Artikolu 2
Missjoni u kompiti
1. Il-HERA għandha taħdem biex ittejjeb it-tħejjija u r-rispons għal theddid transfruntier serju fil-qasam tal-kontromiżuri mediċi, partikolarment billi:
(a) |
issaħħaħ il-koordinazzjoni tas-sigurtà tas-saħħa fl-Unjoni matul iż-żminijiet tat-tħejjija u tar-rispons għall-kriżijiet, u tgħaqqad lill-Istati Membri, lill-industrija u lill-partijiet ikkonċernati rilevanti flimkien fi sforz komuni; |
(b) |
tindirizza l-vulnerabbiltajiet u d-dipendenzi strateġiċi fl-Unjoni relatati mal-iżvilupp, mal-produzzjoni, mal-akkwist pubbliku, mal-kumulazzjoni ta’ riżerva ta’ kontromiżuri mediċi u mad-distribuzzjoni tagħhom; |
(c) |
tikkontribwixxi għar-rinfurzar tal-arkitettura globali għat-tħejjija u għar-rispons f’każ ta’ emerġenza tas-saħħa. |
2. Il-HERA għandha tkun responsabbli għall-kompiti li ġejjin:
(a) |
il-valutazzjoni ta’ theddid għas-saħħa u l-ġbir tal-intelligence rilevanti għall-kontromiżuri mediċi; |
(b) |
il-promozzjoni tar-riċerka avvanzata u tal-iżvilupp tal-kontromiżuri mediċi u tat-teknoloġiji relatati; |
(c) |
l-indirizzar tal-isfidi tas-suq u ż-żieda tal-awtonomija strateġika miftuħa tal-Unjoni fil-produzzjoni tal-kontromiżuri mediċi; |
(d) |
l-akkwist pubbliku rapidu u d-distribuzzjoni rapida tal-kontromiżuri mediċi; |
(e) |
iż-żieda tal-kapaċità ta’ kumulazzjoni ta’ riżerva tal-kontromiżuri mediċi; |
(f) |
it-tisħiħ tal-għarfien u tal-ħiliet fit-tħejjija u fir-rispons relatati mal-kontromiżuri mediċi. |
Dawn il-kompiti għandhom jiġu eżerċitati b’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri.
Artikolu 3
Organizzazzjoni
Il-HERA għandha tkun magħmula:
(a) |
mill-Kap tal-HERA; |
(b) |
mill-Kumitat ta’ Koordinament; |
(c) |
mill-Bord tal-HERA; |
(d) |
mill-Forum Konsultattiv tal-HERA. |
Artikolu 4
Kap tal-HERA
Il-HERA għandha tkun taħt l-awtorità tal-Kap tal-HERA, ikklassifikat bħala Direttur Ġenerali.
Il-Kap tal-HERA għandu jkun maħtur mill-Kummissjoni.
Il-Kap tal-HERA għandu jkun assistit minn Viċi Kap, ikklassifikat bħala Direttur, li jkun maħtur mill-Kummissjoni.
Il-Kap tal-HERA għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa għall-funzjonament effiċjenti tal-HERA, b’kooperazzjoni mill-qrib mad-Direttorat Ġenerali għas-Saħħa u s-Sikurezza Alimentari.
Il-Kap tal-HERA għandu;
(a) |
jipprepara pjan strateġiku pluriennali għall-HERA u abbozz annwali tal-programm ta’ ħidma għad-diversi oqsma ta’ attività tal-HERA, filwaqt li jqis il-kalendarju taċ-ċiklu ta’ programmazzjoni tal-programmi tal-Unjoni kontribwenti; |
(b) |
jinnegozja u jikkonkludi l-akkwist pubbliku u kuntratti oħra relatati mal-kontromiżuri mediċi mal-partijiet terzi; |
(c) |
ikun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-attivitajiet tal-HERA u tal-amministrazzjoni finanzjarja. L-attivitajiet tal-HERA għandhom jirrispettaw il-governanza tal-programmi tal-Unjoni kontribwenti, partikolarment il-programm l-UE għas-Saħħa, Orizzont Ewropa u l-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili; |
(d) |
jiddetermina l-organizzazzjoni interna tal-HERA, bir-restrizzjonijiet tal-baġit allokat lilha mill-awtorità tal-baġit; |
(e) |
jirrapporta lill-Membru tal-Kummissjoni inkarigat mis-Saħħa. |
Il-kompiti deskritti fil-punti a) sa d) għandhom jiġu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u r-regoli interni tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea (4).
Artikolu 5
Kumitat ta’ Koordinament
Il-Kumitat ta’ Koordinament għandu jipprovdi t-tmexxija politika dwar l-ippjanar u l-implimentazzjoni tal-kompiti tal-HERA, mingħajr preġudizzju għall-prerogattivi tal-Kulleġġ tal-Kummissarji.
1. |
Il-Kumitat ta’ Koordinament għandu jkun magħmul:
|
2. |
Il-Kumitat ta’ Koordinament għandu jkun kopresedut mill-Viċi Kap u mill-Membru tal-Kummissjoni inkarigat mis-Saħħa. |
3. |
Il-Kap tal-HERA u d-Direttur Ġenerali inkarigati mis-Saħħa u s-Sikurezza Alimentari għandhom jattendu l-laqgħat ex officio. |
4. |
Il-Kumitat ta’ Koordinament għandu jiltaqa’ regolarment u mill-inqas erba’ darbiet fis-sena. |
Artikolu 6
Bord tal-HERA
1. Il-Bord tal-HERA għandu jkun magħmul minn rappreżentant wieħed ta’ livell għoli minn kull Stat Membru, maħtur mill-Kummissjoni abbażi tan-nomini mill-awtoritajiet nazzjonali rilevanti. Il-membri kollha tal-Bord tal-HERA għandhom ikunu maħtura għal mandat ta’ sentejn, li jiġġedded darba.
2. Il-Bord tal-HERA għandu jkun presedut mill-Kap tal-HERA.
3. Rappreżentant miċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard u rappreżentant mill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini jistgħu jipparteċipaw bħala osservaturi fil-laqgħat tal-Bord tal-HERA.
Rappreżentanti miċ-Ċentru ta’ Koordinazzjoni tar-Reazzjoni f’każ ta’ Emerġenza, aġenziji eżekuttivi rilevanti u deċentralizzati tal-Unjoni oħra u korpi oħra rilevanti għall-emerġenzi tas-saħħa pubblika jistgħu jipparteċipaw bħala osservaturi fil-laqgħat tal-Bord tal-HERA fuq stedina mill-Kummissjoni.
Il-Kummissjoni tista’ tistieden esperti li għandhom għarfien espert speċifiku dwar suġġett fl-aġenda biex jieħdu sehem fil-ħidma tal-Bord tal-HERA fuq bażi ad hoc.
Rappreżentant tal-Parlament Ewropew jista’ jipparteċipa bħala osservatur fil-laqgħat tal-Bord tal-HERA.
4. Il-Bord tal-HERA għandu jassisti u jagħti pariri lill-Kummissjoni fil-formulazzjoni ta’ deċiżjonijiet strateġiċi li jikkonċernaw lill-HERA u fir-rigward tal-ħtieġa li tiġi żviluppata kooperazzjoni mill-qrib bejn il-HERA u l-Istati Membri, filwaqt li jiġi żgurat li r-riżorsi u l-kapaċitajiet tal-Istati Membri jiġu ngranati kemm jista’ jkun lejn l-għanijiet konġunti tal-HERA, partikolarment fl-oqsma li ġejjin:
(a) |
il-funzjonijiet tal-HERA fi ħdan it-tħejjija u l-ġestjoni tar-rispons għall-kriżijiet tal-Unjoni, ir-riċerka u l-innovazzjoni kif ukoll l-istrateġija industrijali fil-qasam tal-kontromiżuri mediċi; |
(b) |
il-ġestjoni xjentifika/teknika tal-HERA; |
(c) |
il-prestazzjoni tal-kompiti fdati lill-HERA. |
5. Il-Bord tal-HERA għandu jagħti opinjonijiet partikolarment dwar:
(a) |
il-proposti għall-attivitajiet li għandhom jiġu implimentati mill-HERA, kif ukoll il-proposti għall-kompiti ġodda li għandhom jiġu assenjati lill-HERA, li jinkludu:
|
(b) |
il-koerenza tal-attivitajiet mal-programmi tal-Unjoni rilevanti; |
(c) |
l-ippjanar strateġiku multiannwali li jkopri l-attivitajiet kollha tal-HERA, u kull sena, il-pjan ta’ ħidma korrispondenti annwali għandu jiġi adottat mill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru; |
(d) |
il-formulazzjoni ta’ proposti għall-baġit annwali tal-HERA u l-monitoraġġ għall-implimentazzjoni tiegħu; |
6. Il-Bord tal-HERA għandu jiddiskuti r-rapport annwali ta’ attività mfassal mill-Kap tal-HERA.
7. Il-Bord tal-HERA għandu jiltaqa’ mill-inqas erba’ darbiet fis-sena.
8. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi s-servizzi ta’ segretarjat għall-Bord tal-HERA.
9. Il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi gruppi ta’ ħidma biex jappoġġaw il-Bord tal-HERA fil-ħidma tiegħu bil-għan li jiġu eżaminati mistoqsijiet speċifiċi abbażi tal-kompiti definiti fil-paragrafi 4 u 5.
Artikolu 7
Forum Konsultattiv tal-HERA
1. Il-Forum Konsultattiv tal-HERA (“il-Forum”) għandu jkun magħmul minn mekkaniżmu għal skambju ta’ informazzjoni dwar it-tħejjija u r-rispons fil-qasam tal-kontromiżuri mediċi u l-ġbir flimkien tal-għarfien. Għandu jiżgura l-kooperazzjoni mill-qrib bejn il-HERA u l-korpi kompetenti tal-Istati Membri, partikolarment dwar l-ippjanar u l-implimentazzjoni tal-attivitajiet xjentifiċi, industrijali u tas-saħħa tal-HERA.
2. Il-Forum għandu jkun magħmul minn membri mill-korpi teknikament kompetenti maħtura minn kull Stat Membru. Il-membri tal-Forum ma għandhomx ikunu membri tal-Bord tal-HERA.
3. Il-Forum għandu jappoġġa l-Bord tal-HERA billi jipprovdi pariri xjentifiċi u tekniċi.
4. Il-Bord tal-HERA jista’ jistabbilixxi sottogruppi tal-Forum bil-għan li jiġu eżaminati mistoqsijiet speċifiċi fl-oqsma tax-xjenza, tar-riċerka u tal-kwistjonijiet industrijali. Partikolarment, għandu jiġi stabbilit sottogrupp bl-isem ta’ “Forum Konġunt ta’ Kooperazzjoni Industrijali” magħmul minn rappreżentanti tal-industrija u mill-Istati Membri.
Is-sottogruppi għandhom jirrappurtaw lill-Forum. Dawn jiġu xolti hekk kif jintemm il-mandat tagħhom.
5. Il-Forum u s-sottogruppi tiegħu għandhom jiġu preseduti minn rappreżentant tal-Kummissjoni. Għandu jiltaqa’ regolarment fuq stedina tal-Kap tal-HERA u mill-inqas erba’ darbiet fis-sena.
6. Rappreżentanti tad-dipartimenti tal-Kummissjoni jistgħu jipparteċipaw fil-ħidma tal-Forum.
7. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi s-servizzi ta’ segretarjat għall-Forum.
8. Il-Kap tal-HERA jista’ jistieden esperti jew rappreżentanti ta’ korpi xjentifiċi jew professjonali, jew organizzazzjonijiet mhux governattivi b’esperjenza rikonoxxuta f’dixxiplini relatati mal-ħidma tal-HERA, biex jikkooperaw fuq kompiti speċifiċi u jieħdu parti fl-attivitajiet rilevanti tal-Forum.
Artikolu 8
Rieżami
1. Sal-2025, il-Kummissjoni għandha twettaq rieżami fil-fond tal-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet tal-HERA, inklużi l-istruttura u l-governanza tagħha.
Dan ir-rieżami għandu jindirizza partikolarment kwalunkwe ħtieġa biex jiġi modifikat il-mandat tal-HERA u l-implikazzjonijiet finanzjarji ta’ kwalunkwe waħda minn dawn il-modifiki.
2. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Bord tal-HERA dwar is-sejbiet tar-rieżami msemmi fil-paragrafu 1. Dawk is-sejbiet għandhom isiru pubbliċi.
Artikolu 9
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-16 ta’ Settembru 2021.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Settembru 2021
Għall-Kummissjoni
Stella KYRIAKIDES
Membru tal-Kummissjoni
(1) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni “Il-bini ta’ Unjoni Ewropea tas-Saħħa: Rinforzar tar-reżiljenza tal-UE għat-theddid transkonfinali għas-saħħa”. COM(2020) 724 final.
(2) Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew u lill-Kunsill “l-Inkubatur HERA: Nantiċipaw flimkien it-theddida tal-varjanti tal-COVID-19.” COM(2021) 78 final.
(3) Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2018) 5120 tat-3 ta’ Awwissu 2018 dwar ir-Regoli Interni dwar l-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea (it-taqsima tal-Kummissjoni Ewropea) għall-attenzjoni tad-dipartimenti tal-Kummissjoni