ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 392

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 64
28 ta' Settembru 2021


Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2021/C 392/01

Rata tal-kambju tal-euro — Is-27 ta’ Settembru 2021

1

2021/C 392/02

Avviż tal-Kummissjoni dwar ir-rati ta’ interess ta’ rkupru tal-għajnuna mill-Istat u r-rati ta’ referenza / ta’ skont applikabbli mill-1 ta’ Ottubru 2021 (Ippubblikat f’konformità mal-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE ) Nru 794 /2004)

2


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2021/C 392/03

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10375 — ArcelorMittal/Condesa Tubos) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

3

2021/C 392/04

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10247 — CVC/ Cooper ) ( 1 )

5

2021/C 392/05

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Każ M.10379 — HDT Automotive Solutions/Veritas) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

6

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2021/C 392/06

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda, mhux minuri, għal Speċifikazzjoni tal-Prodott skont l-Artikolu 50(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

8

2021/C 392/07

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda, mhux minuri, għal Speċifikazzjoni tal-Prodott skont l-Artikolu 50(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

13


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

28.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/1


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Is-27 ta’ Settembru 2021

(2021/C 392/01)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1698

JPY

Yen Ġappuniż

129,74

DKK

Krona Daniża

7,4360

GBP

Lira Sterlina

0,85420

SEK

Krona Żvediża

10,1738

CHF

Frank Żvizzeru

1,0850

ISK

Krona Iżlandiża

150,10

NOK

Krona Norveġiża

10,0655

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,443

HUF

Forint Ungeriż

358,13

PLN

Zloty Pollakk

4,5955

RON

Leu Rumen

4,9495

TRY

Lira Turka

10,3471

AUD

Dollaru Awstraljan

1,6129

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4812

HKD

Dollaru ta’ Hong Kong

9,1054

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6711

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5840

KRW

Won tal-Korea t’Isfel

1 382,04

ZAR

Rand ta’ l-Afrika t’Isfel

17,6179

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,5609

HRK

Kuna Kroata

7,5028

IDR

Rupiah Indoneżjan

16 673,16

MYR

Ringgit Malażjan

4,8991

PHP

Peso Filippin

59,881

RUB

Rouble Russu

84,9955

THB

Baht Tajlandiż

39,276

BRL

Real Brażiljan

6,2187

MXN

Peso Messikan

23,5043

INR

Rupi Indjan

86,4025


(1)  Sors: rata tal-kambju ta’ referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


28.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/2


Avviż tal-Kummissjoni dwar ir-rati ta’ interess ta’ rkupru tal-għajnuna mill-Istat u r-rati ta’ referenza / ta’ skont applikabbli mill-1 ta’ Ottubru 2021

(Ippubblikat f’konformità mal-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE ) Nru 794 /2004 (1))

(2021/C 392/02)

Ir-rati ta’ bażi huma kkalkulati f’konformità mal-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar ir-reviżjoni tal-metodu għall-istabbiliment tar-rati ta’ referenza u ta’ skont (ĠU C 14, 19.1.2008, p. 6). Skont l-użu tar-rata ta’ referenza, il-marġini xierqa għad iridu jkunu ddefiniti f’din il-komunikazzjoni. Għar-rata ta’ skont dan ifisser li kellu jiġi miżjud marġini ta’ 100 punti bażi. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 271/2008 tal-30 ta’ Jannar 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 794/2004 jipprevedi li, sakemm ma jkunx previst mod ieħor f’deċiżjoni speċifika, ir-rata ta’ rkupru tiġi kkalkulata wkoll biż-żieda ta’ 100 punti bażi għar-rata bażi.

Ir-rati modifikati huma indikati b’tipa grassa.

It-tabella preċedenti kienet ippubblikata fil-ĠU C 340, 24.8.2021, p. 3.

Minn

Sa

AT

BE

BG

CY

CZ

DE

DK

EE

EL

ES

FI

FR

HR

HU

IE

IT

LT

LU

LV

MT

NL

PL

PT

RO

SE

SI

SK

UK

1.10.2021

-0,45

-0,45

0,00

-0,45

1,03

-0,45

0,03

-0,45

-0,45

-0,45

-0,45

-0,45

0,22

1,46

-0,45

-0,45

-0,45

-0,45

-0,45

-0,45

-0,45

0,18

-0,45

1,75

-0,01

-0,45

-0,45

0,17

1.9.2021

30.9.2021

-0,45

-0,45

0,00

-0,45

0,82

-0,45

0,04

-0,45

-0,45

-0,45

-0,45

-0,45

0,22

1,22

-0,45

-0,45

-0,45

-0,45

-0,45

-0,45

-0,45

0,15

-0,45

1,75

-0,01

-0,45

-0,45

0,17

1.7.2021

31.8.2021

-0,45

-0,45

0,00

-0,45

0,60

-0,45

0,04

-0,45

-0,45

-0,45

-0,45

-0,45

0,22

0,93

-0,45

-0,45

-0,45

-0,45

-0,45

-0,45

-0,45

0,15

-0,45

1,75

0,01

-0,45

-0,45

0,15

1.6.2021

30.6.2021

-0,45

-0,45

0,00

-0,45

0,50

-0,45

0,04

-0,45

-0,45

-0,45

-0,45

-0,45

0,22

0,80

-0,45

-0,45

-0,45

-0,45

-0,45

-0,45

-0,45

0,15

-0,45

1,75

0,01

-0,45

-0,45

0,15

1.5.2021

31.5.2021

-0,45

-0,45

0,00

-0,45

0,50

-0,45

0,04

-0,45

-0,45

-0,45

-0,45

-0,45

0,22

0,80

-0,45

-0,45

-0,45

-0,45

-0,45

-0,45

-0,45

0,15

-0,45

1,75

0,01

-0,45

-0,45

0,11

1.4.2021

30.4.2021

-0,45

-0,45

0,00

-0,45

0,50

-0,45

0,04

-0,45

-0,45

-0,45

-0,45

-0,45

0,22

0,80

-0,45

-0,45

-0,45

-0,45

-0,45

-0,45

-0,45

0,15

-0,45

1,75

-0,02

-0,45

-0,45

0,11

1.3.2021

31.3.2021

-0,45

-0,45

0,00

-0,45

0,44

-0,45

0,04

-0,45

-0,45

-0,45

-0,45

-0,45

0,22

0,80

-0,45

-0,45

-0,45

-0,45

-0,45

-0,45

-0,45

0,15

-0,45

2,07

-0,02

-0,45

-0,45

0,11

1.2.2021

28.2.2021

-0,45

-0,45

0,00

-0,45

0,44

-0,45

0,05

-0,45

-0,45

-0,45

-0,45

-0,45

0,22

0,80

-0,45

-0,45

-0,45

-0,45

-0,45

-0,45

-0,45

0,19

-0,45

2,07

-0,02

-0,45

-0,45

0,12

1.1.2021

31.1.2021

-0,45

-0,45

0,00

-0,45

0,44

-0,45

0,06

-0,45

-0,45

-0,45

-0,45

-0,45

0,22

0,80

-0,45

-0,45

-0,45

-0,45

-0,45

-0,45

-0,45

0,23

-0,45

2,07

0,00

-0,45

-0,45

0,15


(1)  ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1.


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

28.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/3


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10375 — ArcelorMittal/Condesa Tubos)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 392/03)

1.   

Fit-13 ta’ Settembru 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 u wara referenza skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

ArcelorMittal Aceralia Basque Holding, S.L. (“ArcelorMittal”, Spanja), sussidjarja ta’ ArcelorMittal, S.A. (“il-Grupp ArcelorMittal’, il-Lussemburgu”)

Condesa Tubos, S.L. (“Condesa Tubos”, Spanja).

ArcelorMittal takkwista, fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Għaqdiet il-kontroll tat-totalità ta’ Condesa Tubos.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal ArcelorMittal u l-Grupp ArcelorMittal: it-tħaffir fil-minjieri, il-manifattura u d-distribuzzjoni ta’ diversi prodotti tal-azzar lill-industriji tal-karozzi, tal-kostruzzjoni, tal-enerġija, tal-imballaġġ, tal-apparat, u tal-minjieri u tal-prodotti sekondarji.

għal Condesa Tubos: il-manifattura ta’ tipi differenti ta’ tubi tal-azzar tal-karbonju wweldjati żgħar fi tliet siti fi Spanja u sit wieħed fil-Ġermanja.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jitqies għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja trid tiġi dejjem indikata:

M.10375 — ArcelorMittal/Condesa Tubos

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, permezz tal-faks jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 122964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


28.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/5


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10247 — CVC/ Cooper )

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 392/04)

1.   

Fis-17 ta’ Settembru 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

CVC Capital Partners SICAV-FIS S.A. (“CVC”, il-Lussemburgu),

Cooper Consumer Health S.A.S. u s-sussidjarji tagħha (“Cooper”, Franza).

CVC takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll waħedha tat-totalità ta’ Cooper.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ titoli.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

CVC timmaniġġja fondi u pjattaformi ta’ investiment,

Cooper tipproduċi u tikkummerċjalizza diversi prodotti tal-kura personali użati għad-dijanjożi, il-prevenzjoni, it-trattament u t-titjib.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja trid tiġi dejjem indikata:

Il-Każ M.10247 CVC/ Cooper

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, permezz tal-faks jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 122964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


28.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/6


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.10379 — HDT Automotive Solutions/Veritas)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 392/05)

1.   

Fis-17 ta’ Settembru 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

HDT Automotive Solutions LLC (“HDT”, l-Istati Unit), ikkontrollata minn ARDIAN Holding S.A.S. (“ARDIAN”, Franza),

Veritas Group”, magħmula minn Veritas Aktiengesellschaft, Veritas Sachsen GmbH, Veritas Thüringen GmbH, (kollha mill-Ġermanja, flimkien “Veritas Germany”), u Veritas Austria GmbH (l-Awstrija), Veritas Dunakiliti Kft. (l-Ungerija), Veritas Automotive d.o.o. (il-Bożnija-Ħerzegovina), Veritas Otomotiv Sanayi Ltd. Sti. (it-Turkija), Veritas Automotive Systems (Kunshan) Co., Ltd., (iċ-Ċina), Automotive Veritas de México S.A. de C.V., (il-Messiku), Veritas Servicios S.A. de C.V., (il-Messiku) (flimkien “Veritas International Subsidiaries”).

HDT takkwista, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Veritas Group kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ assi u ishma.

2.   

L-attivitajiet ta’ negozju tal-impriżi kkonċernati huma:

għal HDT: il-manifattura u l-forniment tal-apparati tal-korp tal-valv, l-assemblaġġi tubulari ta’ preċiżjoni u l-prodotti ta’ funditura bi pressjoni għall-industrija tal-karozzi lill-OEMs u lill-fornituri tal-Grad 1,

għal Veritas Group: il-forniment ta’ teknoloġija ta’ fluwidi, inklużi s-sistemi tal-fjuwil, is-sistemi tal-emissjonijiet, l-arja tat-tkessiħ u l-fluwidu berried; u l-komponenti bbażati fuq polimeri, inklużi soluzzjonijiet tal-issiġillar u tal-ismorzament jew soluzzjonijiet oħra ta’ polimeru, lill-OEMs.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jitqies għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10379 — HDT Automotive Solutions/Veritas

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-fax jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Fax +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

28.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/8


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda, mhux minuri, għal Speċifikazzjoni tal-Prodott skont l-Artikolu 50(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

(2021/C 392/06)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fi żmien tliet xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.

APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA MHUX MINURI GĦALL-ISPEĊIFIKAZZJONI TAL-PRODOTT TA’ SPEĊJALITAJIET TRADIZZJONALI GARANTITI

Applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda f’konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012

“HEUMILCH”/“HAYMILK”/“LATTE FIENO”/“LAIT DE FOIN”/“LECHE DE HENO”

Nru tal-UE: TSG-AT-1035-AM01 – 25 ta’ Frar 2021

1.   Grupp applikant u interess leġittimu

Isem tal-grupp:

ARGE Heumilch Österreich

Indirizz:

Grabenweg 68

 

6020 Innsbruck

 

ÖSTERREICH

Numru tat-telefown:

+43 512345245

Indirizz elettroniku

office@heumilch.at

Dikjarazzjoni dwar l-interess leġittimu tal-grupp:

L-applikazzjoni għal emenda qed titressaq mill-grupp ta’ produtturi li ressaq l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tal-ħalib tat-tip “Heumilch”.

L-indikazzjoni tad-denominazzjoni tal-ħalib tat-tip “Heumilch” fil-lingwi tal-pajjiżi bit-tradizzjoni tal-produzzjoni tal-ħalib tat-tip “Heumilch” tikkostitwixxi impenn għall-metodu ta’ produzzjoni tradizzjonali u għall-ispeċjalità tradizzjonali garantita. B’hekk, hija tikkontribwixxi għat-tisħiħ tad-denominazzjoni protetta tal-ħalib tat-tip “Heumilch”, li jibbenefika wkoll lill-grupp applikant.

2.   Stat membru jew pajjiż terz

L-Awstrija

3.   Intestatura fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott affettwata mill-emendi

☒ Isem tal-prodott

☐ Deskrizzjoni tal-prodott

☐ Metodu ta’ produzzjoni

☐ Oħrajn [speċifika]

4.   Tip ta’ emenda/i

Emenda għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ STG irreġistrata li ma għandhiex tikkwalifika bħala minuri f’konformità mar-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

5.   Emendi

Żieda tad-denominazzjoni Slovena għal ħalib tat-tip “Heumilch”:

Fil-punt “3.1. Ismijiet li għandhom jiġu rreġistrati” (fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott skont il-mudell fl-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 668/2014, issa l-punt 1. “Isem/ismijiet li għandhom jiġu rreġistrati”), żdiedet id-denominazzjoni Slovena għall-ħalib tat-tip “Heumilch”:

“Heumilch” (de)/“Haymilk” (en)/“Latte fieno” (it)/“Lait de foin” (fr)/“Leche de heno” (es)/“Seneno mleko” (sl)

Raġuni: Peress li l-ħalib tat-tip “Heumilch” huwa prodott fis-Slovenja skont il-metodu ta’ produzzjoni tradizzjonali stabbilit fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, jenħtieġ li d-denominazzjoni Slovena tiġi protetta wkoll.

SPEĊIFIKAZZJONI TAL-PRODOTT TA’ SPEĊJALITÀ TRADIZZJONALI GARANTITA

“Heumilch”/“Haymilk”/“Latte fieno”/“Lait de foin”/“Leche de heno”/“Seneno mleko”

Nru tal-UE: TSG-AT-1035-AM01 – 25 ta’ Frar 2021

“L-Awstrija”

1.   Isem/ismijiet

“Heumilch”/“Haymilk”/“Latte fieno”/“Lait de foin”/“Leche de heno”/“Seneno mleko”

2.   Tip ta’ prodott

Klassi 1.4. Prodotti oħrajn li joriġinaw mill-annimali (bajd, għasel, diversi prodotti mill-ħalib għajr butir, eċċ.)

3.   Raġunijiet għar-reġistrazzjoni

3.1.   Jekk il-prodott:

jirriżultax minn modalità ta’ produzzjoni, ta’ pproċessar jew ta’ kompożizzjoni li tikkorrispondi għall-prattika tradizzjonali ta’ dak il-prodott jew oġġett tal-ikel;

huwiex prodott minn dik il-materja prima jew minn dawk l-ingredjenti li kienu jintużaw tradizzjonalment.

Il-produzzjoni tal-ħalib tat-tip “Heumilch” hija l-aktar forma naturali tal-produzzjoni tal-ħalib. Il-ħalib joriġina minn annimali li jitrabbew fi mħaleb tradizzjonali u sostenibbli. Id-differenza ewlenija bejn il-ħalib standard u l-ħalib tat-tip “Heumilch” u l-karattru tradizzjonali ta’ dan tal-aħħar, ġejja mill-fatt li, bħalma kien jiġri fl-iktar forma oriġinali tal-produzzjoni tal-ħalib, l-annimali ma jingħalfux foraġġ iffermentat. Sa mis-snin sittin (1960s), u minħabba l-mekkanizzazzjoni, l-industrijalizzazzjoni tal-agrikoltura bdiet tistrieħ dejjem aktar fuq il-produzzjoni tas-silaġġ (foraġġ iffermentat) u b’hekk naqset il-produzzjoni tal-foraġġ frisk. Barra minn hekk, ir-regolamenti jipprojbixxu l-użu ta’ annimali u ta’ għalf li għandhom jiġu identifikati bħala “ġenetikament modifikati” skont il-leġiżlazzjoni prevalenti. Il-proċedura tat-tagħlif tinbidel skont il-bidliet staġjonali: matul il-“perjodu tat-tagħlif bil-foraġġ aħdar”, l-annimali jingħalfu ħaxix frisk u faxxina kif ukoll xi ħuxlief u forom ta’ għalf permessi skont il-punt 4.2; fil-perjodu tax-xitwa, l-annimali jingħalfu ħuxlief, jew forom oħra ta’ għalf permessi skont il-punt 4.2.

3.2.   Jekk l-isem:

kienx jintuża tradizzjonalment biex jirreferi għall-prodott speċifiku;

jidentifikax il-karattru tradizzjonali jew il-karattru speċifiku tal-prodott.

4.   Deskrizzjoni

4.1.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem imsemmi fil-punt 1, inklużi l-karatteristiċi fiżiċi, kimiċi, mikrobijoloġiċi jew organolettiċi tiegħu li juru l-karattru speċifiku tal-prodott (l-Artikolu 7(2) ta’ dan ir-Regolament)

Ħalib tal-baqar li huwa f’konformità mal-leġiżlazzjoni applikabbli.

4.2.   Deskrizzjoni tal-metodu ta’ produzzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem imsemmi fil-punt 1 li l-produtturi jridu jsegwu, inkluż, fejn xieraq, in-natura u l-karatteristiċi tal-materja prima jew tal-ingredjenti użati, kif ukoll il-metodu li permezz tiegħu jitħejja l-prodott (l-Artikolu 7(2) ta’ dan ir-Regolament)

Il-ħalib tat-tip “Heumilch” huwa prodott skont il-kundizzjonijiet tal-produzzjoni tradizzjonali li jikkonformaw mal-“Heumilchregulativ” (ir-regolamenti dwar il-produzzjoni tal-“Heumilch”). Dan it-tip ta’ ħalib sar magħruf bis-saħħa ta’ regoli li jipprojbixxu l-użu ta’ foraġġ iffermentat, bħas-silaġġ, u ta’ regoli li jipprojbixxu l-użu ta’ annimali u ta’ għalf li għandhom jiġu identifikati bħala “ġenetikament modifikati” skont il-leġiżlazzjoni prevalenti.

“Heumilchregulativ”

Il-ħalib tat-tip “Heumilch” huwa forma ta’ ħalib tal-baqar estratt mill-baqar li jkunu qed ireddgħu, prodott minn bdiewa tal-ħalib li jkunu ntrabtu li jikkonformaw mal-kriterji li ġejjin. Ma jistgħux jintużaw annimali jew għalf li għandhom jiġu identifikati bħala “ġenetikament modifikati” skont il-leġiżlazzjoni prevalenti.

L-azjenda agrikola kollha trid titmexxa skont ir-regoli tal-produzzjoni tal-ħalib tat-tip “Heumilch”.

a)

L-azjenda tista’ madankollu tinqasam f’unitajiet tal-produzzjoni ddefiniti b’mod ċar, li mhux bilfors jitmexxew kollha skont dawn ir-regoli. Dawn iridu jinqasmu skont setturi tal-produzzjoni distinti.

b)

Jekk skont il-punt (a), mhux l-unitajiet kollha tal-azjenda jitmexxew skont ir-regoli tal-produzzjoni tal-ħalib tat-tip “Heumilch”, l-operatur irid iżomm l-annimali li jintużaw fl-unitajiet tal-produzzjoni tal-ħalib tat-tip “Heumilch” separati mill-annimali li jintużaw fl-unitajiet l-oħra, u jżomm rekord adegwat sabiex juri din is-separazzjoni.

Tipi ta’ għalf permessi

L-annimali jingħalfu prinċipalment ħaxix frisk, pjanti leguminużi u faxxina matul il-“perjodu tat-tagħlif bil-foraġġ aħdar”, u ħuxlief fil-perjodu tax-xitwa.

Dawn li ġejjin huma inklużi u permessi bħala għalf oħxon addizzjonali: il-kolza ħadra, il-qamħirrum aħdar, is-segala ħadra u l-pitravi għall-foraġġ, kif ukoll ħuxlief, nifel u pellets tal-qamħirrum u tipi simili ta’ għalf.

Mill-inqas 75 % tal-għalf niexef li jingħata lill-annimali kull sena, irid ikun għalf oħxon.

Jistgħu jintużaw ukoll l-għelejjel taċ-ċereali li ġejjin, kemm fil-forma konvenzjonali tagħhom ta’ kif jitqiegħdu fis-suq, kif ukoll fi prodotti komposti bin-nuħħala, pellets, eċċ.: il-qamħ, ix-xgħir, il-ħafur, it-tritikal, is-segala u l-qamħirrum.

Dawn li ġejjin jistgħu jintużaw ukoll bħala għalf: fażola, piżelli tal-għelieqi, lupini, frott żejtni, u grixa jew pasta estratti.

Tipi ta’ għalf ipprojbiti

It-tipi ta’ għalf li ġejjin huma pprojbiti: silaġġ (foraġġ iffermentat), ħuxlief umduż u ħuxlief iffermentat.

L-annimali ma għandhomx jingħalfu prodotti sekondarji mill-birreriji, mid-distilleriji u mill-għasir tal-frott, jew prodotti sekondarji oħra mill-agroindustrija, bħall-ħabbiet imxarrbin tal-birreriji jew biċċiet tal-pjanti mxarrbin. Eċċezzjoni: biċċiet tal-pjanti nexfin u melassa bħala prodott sekondarju tal-manifattura taz-zokkor, u għalf niexef tal-proteina prodott matul l-ipproċessar tal-ħabba.

L-annimali li jreddgħu ma għandhom jingħalfu l-ebda forma ta’ foraġġ imxarrab.

L-annimali ma għandhomx jingħalfu prodotti ta’ oriġini mill-annimali (ħalib, xorrox, frakass tal-fdal tal-laħam u tal-għadam, eċċ.), ħlief għall-baqar iż-żgħar li jistgħu jingħalfu ħalib u xorrox.

L-annimali ma għandhomx jingħalfu skart tal-ġonna, frott li jkun waqa’, patata jew urea.

Kundizzjonijiet tal-fertilizzazzjoni

L-użu tal-ħama tad-dranaġġ, ta’ prodotti tal-ħama tad-dranaġġ, jew ta’ kompost li jkun ġej mill-faċilitajiet muniċipali tat-trattament tal-iskart, bl-eċċezzjoni ta’ kompost ekoloġiku, huwa pprojbit fiż-żoni agrikoli kollha sfruttati mill-fornitur tal-ħalib.

Il-fornituri tal-ħalib iridu jistennew mill-inqas tliet ġimgħat minn wara t-tidmil qabel ma jużaw l-art sabiex jirgħu l-bhejjem fuqha.

Użu ta’ sustanzi awżiljarji kimiċi

Fi kwalunkwe żona tal-foraġġ aħdar tal-maħleb, l-użu selettiv tal-pestiċidi kimiċi sintetiċi taħt is-superviżjoni esperta ta’ speċjalisti agronomiċi, u l-immirar ta’ siti speċifiċi biss huma permessi.

L-isprej li huwa permess biex joqtol id-dubbien jista’ jintuża fl-imqawel għall-produzzjoni tal-ħalib biss meta fihom ma jkunx hemm il-baqar li jkunu qed ireddgħu.

Projbizzjonijiet fuq it-tqassim tal-ħalib

Il-ħalib ma jistax jitqassam bħala tat-tip “Heumilch” qabel ma jgħaddu għaxart ijiem mit-twelid.

Fil-każ li jintużaw baqar li jkunu ngħalfu s-silaġġ (foraġġ iffermentat), irid japplika perjodu ta’ stennija ta’ mill-inqas 14-il jum.

Fir-rigward tal-annimali alpini li jkunu ngħalfu silaġġ (foraġġ iffermentat) fil-farms tagħhom, dawn għandhom jew jingħalfu ikel li ma jkunx fih silaġġ għal 14-il jum qabel ma jittellgħu jirgħu fuq il-mergħat alpini, inkella l-ħalib tagħhom jkun jista’ jiġi kklassifikat bħala tat-tip “Heumilch” biss wara li dawn ikunu qattgħu 14-il jum fuq il-mergħat alpini (li l-proprjetarju tagħhom ikun il-fornitur tal-ħalib). Fil-mergħat alpini ma jistax jiġi prodott jew użat silaġġ bħala għalf.

Projbizzjoni ta’ ikel u għalf ġenetikament modifikati

Sabiex tinżamm il-produzzjoni tradizzjonali tal-ħalib tat-tip “Heumilch”, ma jistgħux jintużaw annimali jew għalf li għandhom jiġu identifikati bħala “ġenetikament modifikati” skont il-leġiżlazzjoni prevalenti.

Regolamenti oħrajn:

Ma jista’ jiġi prodott jew maħżun l-ebda silaġġ (foraġġ iffermentat).

Ma jistgħux jiġu prodotti jew maħżuna balal tondi ta’ kwalunkwe tip imkebbin fil-film.

Ma jistax jiġi prodott ħuxlief umduż jew ħuxlief iffermentat.

4.3.   Deskrizzjoni tal-elementi prinċipali li jistabbilixxu l-karattru tradizzjonali tal-prodott (l-Artikolu 7(2) ta’ dan ir-Regolament)

Karattru speċifiku

Il-ħalib tat-tip “Heumilch” ivarja mill-ħalib standard tal-baqar minħabba l-kundizzjonijiet speċjali tal-produzzjoni tiegħu skont il-punt 4.2 tal-“Heumilchregulativ”.

L-istudji li għamlu Dr Ginzinger u l-kollegi tiegħu fil-Bundesanstalt für alpenländische Milchwirtschaft (l-Aġenzija Federali għat-trobbija tal-bhejjem tal-ħalib fir-reġjuni alpini) f’Rotholz fl-1995 u fl-2001, urew li 65 % tal-kampjuni tal-ħalib li fih is-silaġġ kien fihom iktar minn 1 000 spora tal-Clostridium għal kull litru. L-analiżi li saret fuq il-ħalib imqassam lil manifattur kbir tal-ġobon uriet li 52 % tal-kampjuni kellhom iktar minn 10 000 spora tal-Clostridium għal kull litru. Studji wrew li 85 % tal-kampjuni tal-ħalib tat-tip “Heumilch” prodott minn baqar li l-għalf tagħhom ma kienx fih silaġġ, kellhom inqas minn 200 spora tal-Clostridium f’kull litru, filwaqt li 15 % tal-kampjuni kellhom bejn 200 u 300 spora għal kull litru. Minħabba l-metodi speċjali tat-tagħlif, il-ħalib tat-tip “Heumilch” fih livell partikolarment baxx ta’ spori tal-Clostridium. B’hekk, meta jiġi mmanifatturat ġobon iebes mill-ħalib mhux ipproċessat tat-tip “Heumilch”, dan ikollu inqas problemi serji marbutin mat-togħma u mat-toqob tiegħu.

Bħala parti mill-proġett ta’ riċerka dwar “l-effett tas-silaġġ fuq il-kwalità tal-ħalib”, it-togħma tal-ħalib li joriġina mill-annimali li ngħalfu u dawk li ma ngħalfux silaġġ ġiet mistħarrġa (Ginzinger u Tschager, Bundesanstalt für alpenländische Milchwirtschaft, f’Rotholz, fl-1993). 77 % tal-kampjuni tal-ħalib eżaminati li joriġinaw minn annimali li ngħalfu ħuxlief, ma kellhomx problemi fit-togħma. Fil-każ tal-kampjuni tal-ħalib li joriġinaw minn annimali li ngħalfu silaġġ (ħalib standard), 29 % biss tal-kampjuni tal-ħalib ma kellhomx problemi fit-togħma. Kien hemm ukoll differenza sinifikanti bejn it-testijiet li saru fuq il-ħalib mit-tankijiet tat-trakkijiet li jwasslu l-ħalib. 94 % tat-testijiet fuq il-ħalib tat-tip “Heumilch” prodott minn baqar li l-għalf tagħhom ma kienx fih silaġġ, ma kellhomx problemi fit-togħma. Madanakollu, il-proporzjon ta’ kampjuni tal-ħalib prodott minn baqar li l-għalf tagħhom kien fih is-silaġġ u ma kellux problemi fit-togħma kien biss ta’ 45 %.

Fi studju ta’ teżi li saret fl-Università ta’ Vjenna (minn Schreiner, Seiz u Ginzinger, fl-2011), ġie ppruvat li l-ħalib tat-tip “Heumilch” fih kontenut ta’ bejn wieħed u ieħor id-doppju tal-aċidi xaħmin tal-omega-3 u tal-aċidi linolejki konjugati, meta mqabbel mal-ħalib standard, minħabba li t-tagħlif kien ibbażat fuq l-għalf oħxon u l-mergħa assoċjati ma’ dik il-forma ta’ ħalib

Karattru tradizzjonali

Il-produzzjoni tal-ħalib tat-tip “Heumilch” u l-ipproċessar tiegħu ilhom jeżistu minn kemm ilha teżisti t-tradizzjoni tat-trobbija ta’ bhejjem tal-ħalib (tmur lura għal madwar il-ħames seklu QK). Fil-Medju Evu, fil-ktajjen minuri tal-Alpi u l-muntanji tat-Tirol, kien diġà jiġi prodott il-ġobon mill-ħalib tat-tip “Heumilch” fil-“Schwaighöfe” (imħaleb żgħar fl-Alpi). Il-kelma “Schwaig” ġejja mill-Ġermaniż mitkellem fi żmien il-Medju Evu u tirreferi għal forma speċjali ta’ insedjament u, partikolarment, għall-biedja fir-reġjun tal-Alpi. Il-farms “Schwaighöfe” kienu spiss jiġu stabbiliti bħala insedjamenti permanenti mis-sidien tal-art u l-bhejjem tagħhom tal-ifrat u kienu jintużaw l-iktar għat-trobbija ta’ bhejjem tal-ħalib (b’mod partikolari għall-produzzjoni tal-ġobon). Dawn ilhom jeżistu fit-Tirol u f’Salzburg sa mis-seklu tnax. Fiż-żoni tal-muntanji, il-ħalib tat-tip “Heumilch” kien marbut oriġinarjament mal-produzzjoni tal-ġobon iebes li ġej mill-ħalib mhux ipproċessat. Sa mill-1900 diġà kien hemm liġijiet (regolamenti dwar il-ħalib) li kienu għaddew dwar il-ħalib prodott minn baqar li l-għalf tagħhom ma jkunx fih silaġġ adattat għall-produzzjoni tal-ġobon iebes . Fl-Awstrija, madwar is-sena 1950, tali liġijiet iffurmaw il-bażi tal-“Milchregulative”(regolamenti dwar il-ħalib) tal-provinċji ta’ Vorarlberg, ta’ Tirol u ta’ Salzburg. Fl-1975 dawn il-“Milchregulative” ġew armonizzati u adottati mill-korp Awstrijak tat-trobbija tal-bhejjem tal-ħalib bħala r-regoli dwar il-ħalib adattat għall-produzzjoni tal-ġobon iebes (ara: “Bestimmungen über die Übernahme von hartkäsetauglicher Milch” (ir-regoli dwar il-ħalib adattat għall-produzzjoni tal-ġobon iebes), Österreichische Milchwirtschaft Heft 14, Beilage 6 Nr. 23c, 21 ta’ Lulju 1975). Sal-1993, l-awtorità Awstrijaka li kien hemm qabel tat-trobbija tal-bhejjem tal-ħalib, kienet irregolat ċerti żoni tal-produzzjoni magħrufa bħala “żoni fejn l-użu tas-silaġġ huwa pprojbit”, sabiex tibqa’ tiġi ppreservata l-materja prima tal-ħalib tat-tip “Heumilch” (li huwa magħruf ukoll bħala “ħalib prodott minn baqar li l-għalf tagħhom ma jkunx fih silaġġ” u bħala “ħalib adattat għall-produzzjoni tal-ġobon iebes”) għall-manifatturi tal-ġobon li jiddependu mill-ħalib mhux ipproċessat. Fl-1995, iż-żona fejn l-użu tas-silaġġ huwa pprojbit għall-produzzjoni tal-ħalib tat-tip “Heumilch”, kompliet tiġi protetta permezz tal-“miżura ta’ rinunzja tas-silaġġ” inkluża fil-linji gwida speċjali tal-Ministeru Federali għall-Agrikoltura, il-Forestrija, l-Ilma u l-Ġestjoni Ambjentali sabiex tiġi promossa forma estensiva ta’ agrikoltura li ma tagħmilx ħsara lill-ambjent u li tħares il-ħabitat naturali (il-programm Awstrijak għal agrikoltura li ma tagħmilx ħsara lill-ambjent, magħruf bħala “ÖPUL”).

Fir-reġjuni tal-Alpi, l-annimali minn dejjem ingħalfu b’mod tradizzjonali skont il-kriterji għall-produzzjoni tal-ħalib tat-tip “Heumilch”. Il-produzzjoni tal-ġobon fir-reġjuni tal-Alpi tissemma f’dokumenti u ċertifikati dwar il-mergħat tal-Alpi Wildschönauer Holzalm fit-Tirol li jmorru lura sa mill-1544.

Sa mill-bidu tas-snin tmenin (1980s), xi bdiewa li jipproduċu l-ħalib tat-tip “Heumilch” kienu qed imexxu huma wkoll l-farms tagħhom skont kriterji organiċi/ekoloġiċi.


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.


28.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/13


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda, mhux minuri, għal Speċifikazzjoni tal-Prodott skont l-Artikolu 50(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

(2021/C 392/07)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fi żmien tliet xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.

APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA MHUX MINURI GĦALL-ISPEĊIFIKAZZJONI TAL-PRODOTT TA’ SPEĊJALITAJIET TRADIZZJONALI GARANTITI

Applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda f’konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012

“SCHAF-HEUMILCH”/“SHEEP’S HAYMILK”/“LATTE FIENO DI PECORA”/“LAIT DE FOIN DE BREBIS”/“LECHE DE HENO DE OVEJA”

Nru tal-UE: TSG-AT-2289-AM01 – 25 ta’ Frar 2021

1.   Grupp applikant u interess leġittimu

Isem tal-grupp:

ARGE Heumilch Österreich

Indirizz:

Grabenweg 68

 

6020 Innsbruck

 

AUSTRIA

Telefown:

+43 512345245

Indirizz elettroniku:

office@heumilch.at

Dikjarazzjoni dwar l-interess leġittimu tal-grupp:

L-applikazzjoni għal emenda qed titressaq mill-grupp ta’ produtturi li ressaq l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tal-ħalib tat-tip “Schaf-Heumilch”.

L-indikazzjoni tad-denominazzjoni tal-ħalib tat-tip “Schaf-Heumilch” fil-lingwi tal-pajjiżi bit-tradizzjoni tal-produzzjoni tal-ħalib tat-tip “Schaf-Heumilch” tikkostitwixxi impenn għall-metodu ta’ produzzjoni tradizzjonali u għall-ispeċjalità tradizzjonali garantita. B’hekk, hija tikkontribwixxi għat-tisħiħ tad-denominazzjoni protetta tal-ħalib tat-tip “Schaf-Heumilch”, li jibbenefika wkoll lill-grupp applikant.

2.   Stat membru jew pajjiż terz

L-Awstrija

3.   Intestatura fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott affettwata mill-emendi

Isem tal-prodott

Deskrizzjoni tal-prodott

Metodu ta’ produzzjoni

Oħrajn. [speċifika]

4.   Tip ta’ emenda/i

Emenda għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ STG irreġistrata li ma għandhiex tikkwalifika bħala minuri f’konformità mar-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

5.   Emendi

5.1.   Żieda tad-denominazzjoni Slovena għal ħalib tat-tip “Schaf-Heumilch”:

Fil-punt “1. Isem/ismijiet li għandhom jiġu rreġistrati, tiżdied id-denominazzjoni Slovena għal ħalib tat-tip “Heumilch” flimkien ma’ indikazzjoni tal-lingwi rispettivi (de, en, it, fr, es, sl):

“Schaf-Heumilch” (de)/“Sheep’s Haymilk” (en)/“Latte fieno di pecora” (it)/“Lait de foin de brebis” (fr)/“Leche de heno de oveja” (es)/“Ovčje seneno mleko” (sl)

Raġuni: Peress li l-ħalib tat-tip “Schaf-Heumilch” huwa prodott fis-Slovenja skont il-metodu ta’ produzzjoni tradizzjonali stabbilit fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, jenħtieġ li d-denominazzjoni Slovena tiġi protetta wkoll. L-indikazzjoni tal-lingwi rispettivi tagħmilha ċara b’liema lingwi d-denominazzjoni hija protetta bħala STG.

5.2.   L-inklużjoni tal-patata fil-lista ta’ tipi ta’ għalf ipprojbiti

Fil-punt “4.2. Deskrizzjoni tal-metodu ta’ produzzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem imsemmi fil-punt 1 u li l-produtturi jridu jsegwu”, ġiet miżjuda il-kelma “patata” taħt il-ħames inċiż tal-punt “Tipi ta’ għalf ipprojbiti”.

Minflok “- L-annimali ma għandhomx jingħalfu skart tal-ġonna, skart tal-frott jew urea.”, il-ħames inċiż tal-punt “Tipi ta’ għalf ipprojbiti” issa jaqra kif ġej:

“-

L-annimali ma għandhomx jingħalfu skart tal-ġonna, skart tal-frott, patata jew urea.”

Raġuni: Il-patata qatt ma kienet tintuża b’mod komuni – lanqas kienet permessa – bħala għalf fil-produzzjoni tal-ħalib tat-tip “Schaf-Heumilch”. Il-fatt li dawn ma kinux speċifikament imsemmija fl-ispeċifikazzjoni kien biss nuqqas min-naħa tal-awtur, li issa jeħtieġ li tiġi kkoreġuta.

SPEĊIFIKAZZJONI TAL-PRODOTT TA’ SPEĊJALITÀ TRADIZZJONALI GARANTITA

“SCHAF-HEUMILCH”/“SHEEP’S HAYMILK”/“LATTE FIENO DI PECORA”/“LAIT DE FOIN DE BREBIS”/“LECHE DE HENO DE OVEJA”/“OVČJE SENENO MLEKO”

Nru tal-UE: TSG-AT-2289-AM01 – 25 ta’ Frar 2021

“L-Awstrija”

1.   Isem/ismijiet

“Schaf-Heumilch” / “Sheep’s Haymilk” / “Latte fieno di pecora” / “Lait de foin de brebis” / “Leche de heno de oveja” / “Ovčje seneno mleko”

2.   Tip ta’ prodott

Klassi 1.4. Prodotti oħrajn li joriġinaw mill-annimali (bajd, għasel, diversi prodotti mill-ħalib għajr butir, eċċ.)

3.   Raġunijiet għar-reġistrazzjoni

3.1.   Jekk il-prodott:

jirriżultax minn modalità ta’ produzzjoni, ta’ pproċessar jew ta’ kompożizzjoni li tikkorrispondi għall-prattika tradizzjonali ta’ dak il-prodott jew oġġett tal-ikel;

huwiex prodott minn dik il-materja prima jew minn dawk l-ingredjenti li kienu jintużaw tradizzjonalment.

Il-produzzjoni tal-ħalib tat-tip “Heumilch” hija l-aktar forma naturali ta’ produzzjoni tal-ħalib. Il-ħalib joriġina minn annimali li jitrabbew f’imħaleb tradizzjonali u sostenibbli. Id-differenza ewlenija bejn il-ħalib standard u l-ħalib tat-tip “Heumilch” u l-karattru tradizzjonali ta’ dan tal-aħħar, ġejja mill-fatt li, bħalma kien jiġri fl-iktar forma oriġinali tal-produzzjoni tal-ħalib, l-annimali ma jingħalfux foraġġ iffermentat. Sa mis-snin sittin (1960s), u minħabba l-mekkanizzazzjoni, l-industrijalizzazzjoni tal-agrikoltura bdiet tistrieħ dejjem aktar fuq il-produzzjoni tas-silaġġ (foraġġ iffermentat) u b’hekk naqset il-produzzjoni tal-foraġġ frisk. Barra minn hekk, ir-regolamenti jipprojbixxu l-użu ta’ annimali u ta’ għalf li għandhom jiġu identifikati bħala “ġenetikament modifikati” skont il-leġiżlazzjoni prevalenti. Il-proċedura tat-tagħlif tinbidel skont il-bidliet staġjonali: matul il-“perjodu tat-tagħlif bil-foraġġ aħdar”, l-annimali jingħalfu ħaxix frisk u faxxina kif ukoll xi ħuxlief u forom ta’ għalf permessi skont il-punt 4.2; fil-perjodu tax-xitwa, l-annimali jingħalfu ħuxlief, jew forom oħra ta’ għalf permessi skont il-punt 4.2.

3.2.   Jekk l-isem:

kienx jintuża tradizzjonalment biex jirreferi għall-prodott speċifiku;

jidentifikax il-karattru tradizzjonali jew il-karattru speċifiku tal-prodott.

In-nagħġa hija wieħed mill-eqdem annimali domestikati fid-dinja. In-nagħaġ ilhom sa mill-Era Bikrija ta’ Żmien il-Ħaġar jipprovdu lill-bnedmin b’laħam, ħalib, ġlud u suf. It-tnissil tan-nagħaġ x’aktarx beda fl-isteppi tal-lbiċ tal-Asja u nġieb fl-Ewropa ċentrali mill-Persja u l-Balkani. Ir-reġjuni tal-Alpi kienu storikament adattati għat-tnissil tan-nagħaġ. Forma speċjali tal-produzzjoni intensiva tal-bhejjem, imsejħa “Schwaigen”, intużat b’mod komuni fit-Tirol minn nofs is-seklu tnax ’l hawn. Il-kelma “Schwaig” ġejja mill-Ġermaniż mitkellem fi żmien il-Medju Evu u tirreferi għal forma speċjali ta’ insedjament u, b’mod partikolari, għall-biedja fir-reġjun tal-Alpi. Il-farms “Schwaighof” ta’ spiss kienu stabbiliti bħala insedjamenti permanenti mis-sidien tal-art għall-finijiet tat-tnissil tal-bhejjem tal-ifrat u tan-nagħaġ. L-evidenza tal-eżistenza tagħhom fit-Tirol tmur lura għas-seklu tnax. Aktar tard, it-terminu “Schwaige” xi drabi ntuża sabiex jirreferi għal mergħat tal-muntanji kkultivati biss fix-xhur tas-sajf. Il-bdiewa tal-ħalib fir-reġjun tal-Alpi jissejħu wkoll “Schwaiger” jew “Schwaigerin”. Sal-aħħar tas-seklu erbatax, il-farms “Schwaighof” tat-Tirol kienu primarjament involuti fit-tnissil tan-nagħaġ. It-trobbija tan-nagħaġ fuq mergħat alpini wiesgħa hija għalhekk tradizzjoni fit-Tirol li tmur lura mijiet ta’ snin.

Madankollu, mis-seklu erbatax sas-seklu dsatax, it-tnissil tan-nagħaġ fl-Awstrija beda jonqos bil-kbir u ġie sostitwit gradwalment bit-tnissil tal-majjal. Illum il-ġurnata, in-nagħġa reġgħet bdiet tikseb l-importanza għall-produzzjoni tal-ħalib u tal-laħam tagħha.

4.   Deskrizzjoni

4.1.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem imsemmi fil-punt 1, inkluż il-karatteristiċi fiżiċi, kimiċi, mikrobijoloġiċi jew organolettiċi tiegħu li juru l-karattru speċifiku tal-prodott (l-Artikolu 7(2) ta’ dan ir-Regolament)

Ħalib tan-nagħaġ li huwa f’konformità mal-leġiżlazzjoni applikabbli.

4.2.   Deskrizzjoni tal-metodu ta’ produzzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem imsemmi fil-punt 1 u li l-produtturi jridu jsegwu, inkluż, fejn xieraq, in-natura u l-karatteristiċi tal-materja prima jew tal-ingredjenti użati, kif ukoll il-metodu li permezz tiegħu jitħejja l-prodott (l-Artikolu 7(2) ta’ dan ir-Regolament)

Il-ħalib tat-tip “Schaf-Heumilch” huwa prodott skont kundizzjonijiet tal-produzzjoni tradizzjonali li jikkonformaw mal-“Heumilchregulativ” (ir-regolamenti dwar il-produzzjoni tal-ħalib tat-tip “Heumilch”). Dan it-tip ta’ ħalib sar magħruf bis-saħħa ta’ regoli li jipprojbixxu l-użu ta’ foraġġ iffermentat, bħas-silaġġ, u ta’ regoli li jipprojbixxu l-użu ta’ annimali u ta’ għalf li għandhom jiġu identifikati bħala “ġenetikament modifikati” skont il-leġiżlazzjoni prevalenti.

“Heumilchregulativ”

Il-ħalib tat-tip “Schaf-Heumilch” huwa forma ta’ ħalib tan-nagħaġ estratt min-nagħaġ li jkunu qed ireddgħu, prodott minn bdiewa tal-ħalib li jkunu ntrabtu li jikkonformaw mal-kriterji li ġejjin. Ma jistgħux jintużaw annimali jew għalf li għandhom jiġu identifikati bħala “ġenetikament modifikati” skont il-leġiżlazzjoni prevalenti.

L-azjenda agrikola kollha tal-bhejjem trid titmexxa skont dawn ir-regoli tal-produzzjoni tal-ħalib tat-tip “Heumilch”.

Tipi ta’ għalf permessi

L-annimali jingħalfu prinċipalment ħaxix frisk, pjanti leguminużi u faxxina matul il-“perjodu tat-tagħlif bil-foraġġ aħdar” u ħuxlief fil-perjodu tax-xitwa.

Dawn li ġejjin huma inklużi u permessi bħala għalf oħxon addizzjonali: il-kolza ħadra, il-qamħirrum aħdar, is-segala ħadra u l-pitravi għall-foraġġ, kif ukoll ħuxlief, nifel u pellets tal-qamħirrum.

Mill-inqas 75 % tal-għalf niexef kollu li jingħata lill-annimali kull sena, irid ikun għalf oħxon.

L-għelejjel taċ-ċereali, bħall-qamħ, ix-xgħir, il-ħafur, it-tritikal, is-segala u l-qamħirrum huma wkoll permessi, fil-forma konvenzjonali tagħhom ta’ kif jitqiegħdu fis-suq, u f’kompożiti bil-minerali (eż. nuħħala, pellets).

Dawn li ġejjin jistgħu jintużaw ukoll bħala għalf: fażola, piżelli tal-għelieqi, frott żejtni u grixa jew pasta estratti.

Tipi ta’ għalf ipprojbiti

It-tipi ta’ għalf li ġejjin huma pprojbiti: silaġġ (foraġġ iffermentat), ħuxlief umduż u ħuxlief iffermentat.

L-annimali ma għandhomx jingħalfu prodotti sekondarji li ġejjin mill-birrieri, mid-distilleriji u mill-għasir tal-frott, jew prodotti sekondarji oħra mill-agroindustrija, bħall-ħabbiet imxarrbin tal-birrieri jew biċċiet tal-pjanti mxarrbin. Xi eċċezzjonijiet huma biċċiet tal-pjanti nexfin u melassa bħala prodott sekondarju tal-manifattura taz-zokkor, u għalf niexef tal-proteina li jiġi prodott matul l-ipproċessar tal-ħabba.

L-annimali li jreddgħu ma għandhom jingħalfu l-ebda forma ta’ foraġġ imxarrab.

L-annimali ma għandhomx jingħalfu prodotti ta’ oriġini mill-annimali ħlief għall-annimali żgħar fl-età, li jistgħu jingħataw ħalib u xorrox.

L-annimali ma għandhomx jingħalfu skart tal-ġonna, skart tal-frott, patata jew urea.

Kundizzjonijiet tal-fertilizzazzjoni

L-użu tal-ħama tad-dranaġġ, ta’ prodotti tal-ħama tad-dranaġġ, jew ta’ kompost li jkun ġej mill-faċilitajiet muniċipali tat-trattament tal-iskart, bl-eċċezzjoni tal-kompost ekoloġiku (taħlita komposta ta’ materja veġetali), huwa pprojbit fiż-żoni agrikoli kollha sfruttati mill-azjenda tal-bhejjem.

L-azjendi tal-bhejjem iridu jistennew mill-inqas tliet ġimgħat wara t-tidmil qabel ma jużaw l-art sabiex jirgħu l-bhejjem fuqha.

Użu ta’ sustanzi awżiljarji kimiċi

Fi kwalunkwe żona tal-foraġġ aħdar tal-azjenda tal-bhejjem, l-użu selettiv tal-pestiċidi kimiċi sintetiċi taħt is-superviżjoni esperta ta’ speċjalisti agronomiċi, u l-immirar ta’ siti speċifiċi biss huma permessi.

L-isprej li huwa permess biex joqtol id-dubbien jista’ jintuża fl-imqawel għall-produzzjoni tal-ħalib biss meta fihom ma jkunx hemm in-nagħaġ li jkunu qed ireddgħu.

Projbizzjonijiet fuq it-tqassim tal-ħalib:

Il-ħalib ma jistax jitqassam bħala ħalib tat-tip “Schaf-Heumilch” fi żmien 10 ijiem wara li n-nagħġa twelled.

Meta jintużaw nagħaġ li jkunu ngħalfu silaġġ (foraġġ iffermentat), irid japplika perjodu ta’ stennija ta’ mill-inqas 14-il jum.

Fir-rigward tal-annimali alpini li jkunu ngħalfu silaġġ (foraġġ iffermentat) fil-farms tagħhom, dawn għandhom jew jingħalfu ikel li ma jkunx fih silaġġ għal 14-il jum qabel ma jittellgħu jirgħu fuq il-mergħat alpini, inkella l-ħalib tagħhom jkun jista’ jiġi kklassifikat bħala tat-tip “Schaf-Heumilch” biss wara li dawn ikunu qattgħu 14-il jum fuq il-mergħat alpini (li l-proprjetarju tagħhom ikun il-fornitur tal-ħalib tat-tip “Schaf-Heumilch”). Fil-mergħat alpini ma jista’ jiġi prodott jew użat ebda silaġġ bħala għalf.

Projbizzjoni ta’ ikel u għalf ġenetikament modifikati:

Sabiex tinżamm il-produzzjoni tradizzjonali tal-ħalib tat-tip “Schaf-Heumilch”, ma jistgħux jintużaw annimali jew għalf li għandhom jiġu identifikati bħala “ġenetikament modifikati” skont il-leġiżlazzjoni prevalenti.

Regolamenti oħrajn:

Ma jistax jiġi prodott jew maħżun silaġġ (foraġġ iffermentat) fl-azjenda tal-bhejjem.

Ma jistgħux jiġu prodotti jew maħżuna balal tondi ta’ kwalunkwe tip imkebbin fil-film fl-azjenda tal-bhejjem.

Ma jistax jiġi prodott ħuxlief umduż jew ħuxlief iffermentat fl-azjenda tal-bhejjem.

4.3.   Deskrizzjoni tal-elementi prinċipali li jistabbilixxu l-karattru tradizzjonali tal-prodott (l-Artikolu 7(2) ta’ dan ir-Regolament)

Il-karattru tradizzjonali tal-ħalib tat-tip “Heumilch” ġej mill-fatt li, bħalma kien jiġri fl-eqdem forma tal-produzzjoni tal-ħalib, l-annimali ma jingħalfux foraġġ iffermentat. Sa mis-snin sittin (1960s), u minħabba l-mekkanizzazzjoni, l-industrijalizzazzjoni tal-agrikoltura bdiet tistrieħ dejjem aktar fuq il-produzzjoni tas-silaġġ (foraġġ iffermentat) u b’hekk naqset il-produzzjoni tal-foraġġ frisk.

It-trobbija tal-bhejjem kienet ibbażata, minn naħa waħda, fuq ir-ragħa fil-mergħat u, min-naħa l-oħra, fuq il-produzzjoni tal-ħaxix u tal-ħuxlief fil-mergħat. Skont ir-rekords bil-miktub, il-ħsad tal-ħuxlief — jew ħuxlief u “grummet” [foraġġ aħdar] — mill-inqas darbtejn fis-sena (fenum primum et secundum) kien prattika komuni fit-Tirol mis-seklu 13 ’il quddiem. (Stolz, O., Rechtsgeschichte des Bauernstandes und der Landwirtschaft in Tirol und Vorarlberg [L-istorja legali tal-bdiewa u tal-agrikoltura fit-Tirol u f’Vorarlberg], 1949.)

Ir-reġistru tal-artijiet tal-arċiveskovat ta’ Salzburg fih informazzjoni dettaljata ħafna dwar in-numru ta’ bhejjem fuq l-insedjamenti ta’ “Schwaig” u l-proprjetajiet l-oħrajn kollha li kienu jappartjenu lill-arċiveskovat fil-wied ta’ Ziller fl-1607. Speċifikament fi tmiem kull deskrizzjoni dettaljata tal-irqajja’ ta’ proprjetà individwali hemm dikjarazzjoni li tgħid: “matul ix-xitwa, joqogħdu tant żwiemel, bhejjem tal-ifrat, nagħaġ jew mogħoż”. Il-bdiewa alpini kellhom inqas bhejjem fix-xitwa milli fis-sajf, meta l-mergħat kienu disponibbli. Ma hemmx dubju li r-ragħa fuq il-mergħat tal-villaġġi kien ipprattikat b’mod intensiv fl-insedjamenti ta’ “Schwaig” u kien iservi bħala sors primarju ta’ għalf għall-bhejjem. Hemm prova dokumentarja minn saħansitra perjodu aktar kmieni, speċifikament is-sekli 13 u 14, li l-farms ta’ “Schwaighof” kienu jinkludu mergħat u għelieqi, kif ukoll mergħat u artijiet alpini bil-ħaxix. Dan ifisser li l-produzzjoni tal-ħaxix u tal-ħuxlief kienet issir fuq il-farms ta’ “Schwaighof” sa mill-aktar perjodi bikrin. F’ċerta distanza mill-farms, hemm meded ta’ muntanji li wkoll jappartjenu għall-insedjamenti ta’ “Schwaig”. Dawn il-meded kienu tradizzjonalment jikkonsistu f’mergħat fejn il-bhejjem kienu jintbagħtu biex jirgħu għal ftit ġimgħat fir-rebbiegħa u l-ħarifa, u li matul il-bqija tas-sena, kienu jintużaw sabiex isir il-ħuxlief. Fost id-diversi tipi ta’ mergħat, dawn il-mergħat muntanjużi jew f’altitudni għolja huma partikolarment karatteristiċi tal-Alpi. Dawn il-mergħat jiġu maħsuda mhux aktar minn darba fis-sena u, f’xi postijiet, darba kull sentejn sa erba’ snin. Il-kwantità li jipproduċu hija żgħira, iżda l-ħuxlief huwa fragranti u nutrittiv ħafna. (Stolz, O., Die Schwaighöfe in Tirol [Schwaighof farms in the Tyrol], 1930.)

Irid ikun hemm matmura disponibbli għall-ħuxlief. Il-provvista tal-ħuxlief trid tinħażen sar-rebbiegħa ta’ wara, minħabba li spiss ikun il-każ li l-borra tinżel ftit wara li l-bhejjem jinġiebu fil-mergħat alpini. (Trientl, A., Die Landwirtschaft in den Gebirgsländern [Agriculture in mountainous countries], 1892.)


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.