ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 391

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 64
27 ta' Settembru 2021


Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2021/C 391/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2021/C 391/02

Kawża C-717/20 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-6 ta’ Lulju 2021 – Marina Karpeta-Kovalyova vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell – Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Servizz pubbliku – Membri tal-persunal bil-kuntratt – Konjuġi ta’ diplomatiku Grieg li rrisjeda f’Brussell qabel ir-reklutaġġ – Definizzjoni tal-post ta’ reklutaġġ u taċ-ċentru tal-interessi – Rifjut li jingħata lir-rikorrenti l-allowance tal-espatrijazzjoni u l-benefiċċji relatati – Appell manifestament infondat)

2

2021/C 391/03

Kawża C-24/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale ordinario di Pordenone (l-Italja) fl-14 ta’ Jannar 2021 – PH vs Regione Autonoma Friuli Venezia Giulia

2

2021/C 391/04

Kawża C-108/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Köln (il-Ġermanja) fit-22 ta’ Frar 2021 – Deutsche Lufthansa AG vs NB

3

2021/C 391/05

Kawża C-140/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Köln (il-Ġermanja) fil-5 ta’ Marzu 2021 – Deutsche Lufthansa AG vs ED

3

2021/C 391/06

Kawża C-167/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Köln (il-Ġermanja) fil-15 ta’ Marzu 2021 – PJ vs Deutsche Lufthansa AG

4

2021/C 391/07

Kawża C-337/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Frankfurt am Main (il-Ġermanja) fil-31 ta’ Mejju 2021 – FH vs SunExpress Günes Ekspres Havacilik A.S.

4

2021/C 391/08

Kawża C-356/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Rejonowy dla m.st. Warszawy w Warszawie (il-Polonja) fis-7 ta’ Ġunju 2021 – J.K. vs TP S.A.

5

2021/C 391/09

Kawża C-367/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Okręgowy w Warszawie (il-Polonja) fl-14 ta’ Ġunju 2021 – Hewlett Packard Development Company LP vs Senetic Spółka Akcyjna

5

2021/C 391/10

Kawża C-376/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Varhoven administrativen sad (il-Bulgarija) fis-17 ta’ Ġunju 2021 – Zamestnik-ministar na regionalnoto razvitie i blagoustroystvoto i rakovoditel na Upravlyavashtia organ na Operativna programa Regioni v rastezh 2014-2020 vs Obshtina Razlog

7

2021/C 391/11

Kawża C-377/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour du travail de Mons (il-Belġju) fil-21 ta’ Ġunju 2021 – Ville de Mons, Zone de secours Hainaut – Centre vs RM

7

2021/C 391/12

Kawża C-385/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Înalta Curte de Casaţie şi Justiţie (ir-Rumanija) fit-22 ta’ Ġunju 2021 – Zenith Media Communications SRL vs Consiliul Concurenţei

8

2021/C 391/13

Kawża C-392/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Cluj (ir-Rumanija) fl-24 ta’ Ġunju 2021 – TJ vs Inspectoratul General pentru Imigrări

8

2021/C 391/14

Kawża C-402/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (Il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-30 ta’ Ġunju 2021 – Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid, E, C; partijiet oħra: S, Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid

9

2021/C 391/15

Kawża C-410/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hof van Cassatie (Il-Belġju) fil-5 ta’ Lulju 2021 – FU, DRV Intertrans BV

10

2021/C 391/16

Kawża C-430/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Craiova (ir-Rumanija) fl-14 ta’ Lulju 2021 – RS

10

2021/C 391/17

Kawża C-437/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fis-16 ta’ Lulju 2021 – Liberty Lines SpA vs Ministero delle Infrastrutture e dei Trasporti

11

2021/C 391/18

Kawża C-438/21 P: Appell ippreżentat fl-14 ta’ Lulju 2021 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla Estiża) fil-5 ta’ Mejju 2021 fil-Kawża T-611/18, Pharmaceutical Works Polpharma vs EMA

12

2021/C 391/19

Kawża C-439/21 P: Appell ippreżentat fl-14 ta’ Lulju 2021 minn Biogen Netherlands BV mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla Estiża) fil-5 ta’ Mejju 2021 fil-Kawża T-611/18, Pharmaceutical Works Polpharma vs EMA

13

2021/C 391/20

Kawża C-440/21 P: Appell ippreżentat fil-15 ta’ Lulju 2021 mill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla Estiża) fil-5 ta’ Mejju 2021 fil-Kawża T-611/18, Pharmaceutical Works Polpharma vs EMA

13

2021/C 391/21

Kawża C-456/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank Den Haag, zittingsplaats ‘s-Hertogenbosch (Il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-23 ta’ Lulju 2021 – E, F vs Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid

14

2021/C 391/22

Kawża C-479/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supreme Court (l-Irlanda) fit-3 ta’ Awwissu 2021 – Proċeduri kriminali kontra SN u SD. Il-partijiet l-oħra: Governor of Cloverhill Prison, Ireland, Attorney General, Governor of Mountjoy prison

15

2021/C 391/23

Kawża C-480/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supreme Court (l-Irlanda) fit-3 ta’ Awwissu 2021 – W O, J L vs Minister for Justice and Equality

16

2021/C 391/24

Kawża C-500/21 P: Appell ippreżentat fit-13 ta’ Awwissu 2021 minn Health Information Management (HIM) mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Għaxar Awla) fid-9 ta’ Ġunju 2021 fil-Kawża T-235/19, Health Information Management (HIM) vs Il-Kummisjoni

16

 

Il-Qorti Ġenerali

2021/C 391/25

Kawża T-130/21 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Lulju 2021 – CCPL et vs Il-Kummissjoni (Proċeduri għal miżuri provviżorji – Kompetizzjoni – Akkordji – Suq tal-imballaġġ alimentari intiż għall-bejgħ bl-imnut – Deċiżjoni li timponi multi – Garanzija finanzjarja – Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006 – Kapaċità kontributtiva – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Assenza ta’ fumus boni juris)

18

2021/C 391/26

Kawża T-189/21 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Lulju 2021 – Aloe Vera of Europe vs Il-Kummissjoni (Proċeduri għal miżuri provviżorji – Regolament (KE) Nru 1925/2006 – Sustanzi projbiti, ristretti, jew taħt skrutinju Komunitarju – Regolament (UE) 2021/468 – Projbizzjoni ta’ preparati magħmulin minn weraq tal-ispeċijiet ta’ aloe li fihom derivati tal-idrossiantraċen – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Nuqqas ta’ urġenza)

18

2021/C 391/27

Kawża T-285/21 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Lulju 2021 – Alliance française de Bruxelles-Europe et vs Il-Kummissjoni Ewropea (Proċeduri għal miżuri provviżorji – Kuntratti pubbliċi għal servizzi – Provvista ta’ servizzi ta’ taħriġ lingwistiku – Talba għal miżuri provviżorji – Nuqqas ta’ urġenza)

19

2021/C 391/28

Kawża T-440/21: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Lulju 2021 – TM vs BĊE

20

2021/C 391/29

Kawża T-457/21: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Awwissu 2021 – Coulter Ventures vs EUIPO – iWeb (R)

20

2021/C 391/30

Kawża T-475/21: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Awwissu 2021 – Franza vs Il-Kummissjoni

21

2021/C 391/31

Kawża T-476/21: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Awwissu 2021 – TransnetBW vs ACER

22

2021/C 391/32

Kawża T-480/21: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Awwissu 2021 – British Airways vs Il-Kummissjoni

23

2021/C 391/33

Kawża T-487/21: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Awwissu 2021 – Neoperl vs EUIPO (rappreżentazzjoni ta’ komponent ċilindriku għall-viti tal-ima)

24

2021/C 391/34

Kawża T-492/21: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Awwissu 2021 –Aquind et vs ACER

25

2021/C 391/35

Kawża T-494/21: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Awwissu 2021 – Ryanair u Malta Air vs Il-Kummissjoni

25

2021/C 391/36

Kawża T-498/21: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Awwissu 2021 – Lotion vs EUIPO (BLACK IRISH)

26

2021/C 391/37

Kawża T-499/21: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Awwissu 2021 – Ryanair vs Il-Kummissjoni

27

2021/C 391/38

Kawża T-500/21: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Awwissu 2021 – Philip Morris Products vs EUIPO (TOGETHER. FORWARD.)

28

2021/C 391/39

Kawża T-501/21: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Awwissu 2021 – Philip Morris Products vs EUIPO (Apparat li fih kombinazzjoni ta’ linji suwed u bojod li jifformaw l-angolu ta’ kubu)

28

2021/C 391/40

Kawża T-502/21: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Awwissu 2021 – Philip Morris Products vs EUIPO (Apparat li fih kombinazzjoni ta’ linji suwed u bojod li jifformaw kwadrat)

29


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

27.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 391/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2021/C 391/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 382, 20.9.2021

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 368, 13.9.2021

ĠU C 357, 6.9.2021

ĠU C 349, 30.8.2021

ĠU C 338, 23.8.2021

ĠU C 329, 16.8.2021

ĠU C 320, 9.8.2021

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

27.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 391/2


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-6 ta’ Lulju 2021 – Marina Karpeta-Kovalyova vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-717/20 P) (1)

(Appell - Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Servizz pubbliku - Membri tal-persunal bil-kuntratt - Konjuġi ta’ diplomatiku Grieg li rrisjeda f’Brussell qabel ir-reklutaġġ - Definizzjoni tal-post ta’ reklutaġġ u taċ-ċentru tal-interessi - Rifjut li jingħata lir-rikorrenti l-allowance tal-espatrijazzjoni u l-benefiċċji relatati - Appell manifestament infondat)

(2021/C 391/02)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Marina Karpeta-Kovalyova (rappreżentant: S. Pappas, avocat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Dispożittiv

1.

L-appell huwa miċħud bħala manifestament infondat.

2.

Marina Karpeta-Kovalyova għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 329, 16.8.2021.


27.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 391/2


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale ordinario di Pordenone (l-Italja) fl-14 ta’ Jannar 2021 – PH vs Regione Autonoma Friuli Venezia Giulia

(Kawża C-24/21)

(2021/C 391/03)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale ordinario di Pordenone.

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: PH

Konvenut: Regione Autonoma Friuli Venezia Giulia

Domandi preliminari

1)

Il-projbizzjoni imposta mill-Artikolu 2.1 tal-Legge Regionale Friuli Venezia Giulia n. 5/2011 (il-Liġi Reġjonali Nru 5/2011), li ddaħħal miżuri ta’ koeżistenza li jirriżultaw fil-projbizzjoni li jiġu kkoltivati l-varjetajiet ta’ qamħirrun MON 810 fit-territorju tar-Reġjun Friuli Venezia Giulia (l-Italja), tikkonforma ruħha jew le mal-istruttura sħiħa tad-Direttiva 2001/18 (1), b’mod partikolari fid-dawl tar-Regolament Nru 1829/2003 (2) u l-preċiżazzjonijiet magħmula mir-Rakkomandazzjoni [2010]/C200/01 (3)?

2)

Il-projbizzjoni ċċitata iktar ’il fuq tista’ tikkostitwixxi miżura li għandha effett ekwivalenti u għaldaqstant, tmur kontra l-Artikoli 34, 35, u 36TFUE?


(1)  Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Marzu 2001 dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta’ organiżmi modifikati ġenetikament u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 6, p. 77).

(2)  Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 32, p. 432).

(3)  Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Lulju 2010 dwar linji gwida għall-iżvilupp ta’ miżuri ta’ koeżistenza nazzjonali biex tiġi evitata l-preżenza mhux intenzjonata ta’ OMĠ f’uċuħ konvenzjonali u organiċi (ĠU 2010 C 200, p. 1).


27.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 391/3


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Köln (il-Ġermanja) fit-22 ta’ Frar 2021 – Deutsche Lufthansa AG vs NB

(Kawża C-108/21)

(2021/C 391/04)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Köln

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Deutsche Lufthansa AG

Konvenut: NB

Domanda preliminari

Strajk mill-impjegati tat-trasportatur tal-ajru stess imsejjaħ minn sindakat jikkostitwixxi ċirkustanza straordinarja fis-sens tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (1)?

Il-kawża tħassret mir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja permezz tad-digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-17 ta’ Ġunju 2021.


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10.


27.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 391/3


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Köln (il-Ġermanja) fil-5 ta’ Marzu 2021 – Deutsche Lufthansa AG vs ED

(Kawża C-140/21)

(2021/C 391/05)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Köln

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Deutsche Lufthansa AG

Konvenut: ED

Domanda preliminari

Strajk mill-impjegati tat-trasportatur tal-ajru stess imsejjaħ minn sindakat jikkostitwixxi ċirkustanza straordinarja fis-sens tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (1)?

Il-kawża tħassret mir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja permezz tad-digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-18 ta’ Ġunju 2021.


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10.


27.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 391/4


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Köln (il-Ġermanja) fil-15 ta’ Marzu 2021 – PJ vs Deutsche Lufthansa AG

(Kawża C-167/21)

(2021/C 391/06)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Köln

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: PJ

Konvenut: Deutsche Lufthansa AG

Domanda preliminari

Strajk mill-impjegati tat-trasportatur tal-ajru stess imsejjaħ minn sindakat jikkostitwixxi ċirkustanza straordinarja fis-sens tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (1)?

Il-kawża tħassret mir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja permezz tad-digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-18 ta’ Ġunju 2021.


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10.


27.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 391/4


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Frankfurt am Main (il-Ġermanja) fil-31 ta’ Mejju 2021 – FH vs SunExpress Günes Ekspres Havacilik A.S.

(Kawża C-337/21)

(2021/C 391/07)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Frankfurt am Main

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: FH

Konvenut: SunExpress Günes Ekspres Havacilik A.S.

Domanda preliminari

L-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-każ ta’ titjiriet li ġew irriżervati b’riżervazzjoni waħda ma’ kumpanniji tal-ajru differenti permezz ta’ aġent online, hemm dritt ta’ kumpens kontra l-kumpannija tal-ajru li operat l-ewwel parti tat-titjira jekk it-titjira ttardjat fuq l-ewwel parti b’inqas minn tliet sigħat, iżda dan id-dewmien wassal sabiex it-titjira ta’ konnessjoni tintilef, u b’hekk il-passiġġier wasal fid-destinazzjoni finali tiegħu b’iktar minn tliet sigħat dewmien, u jekk il-kumpannija tal-ajru li operat l-ewwel parti tat-titjira ma kinitx parti fil-kuntratt tat-trasport tat-tieni parti tat-titjira u lanqas ma kienet taf bil-fatt li titjira ta’ konnessjoni kienet ukoll ġiet irriżervata ma’ kumpannija tal-ajru oħra?

Il-kawża tħassret mir-reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja b’digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-28 ta’ Ġunju 2021.


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10.


27.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 391/5


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Rejonowy dla m.st. Warszawy w Warszawie (il-Polonja) fis-7 ta’ Ġunju 2021 – J.K. vs TP S.A.

(Kawża C-356/21)

(2021/C 391/08)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Rejonowy dla m.st. Warszawy w Warszawie

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: J.K.

Konvenut: TP S.A.

Domanda preliminari

L-Artikolu 3(1)(a) u (ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (1), għandu jinftiehem fis-sens li jippermetti l-esklużjoni mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2000/78, u konsegwentement ukoll l-esklużjoni mill-applikazzjoni tas-sanzjonijiet introdotti fid-dritt nazzjonali fuq il-bażi tal-Artikolu 17 tad-Direttiva 2000/78, tal-libertà ta’ għażla tal-parti kontraenti, sa fejn din ma tkunx ibbażata fuq sess, razza, etniċità jew nazzjonalità, f’sitwazzjoni fejn diskriminazzjoni timmanifesta ruħha permezz ta’ rifjut li jiġi konkluż kuntratt taħt id-dritt ċivili li fuq il-bażi tiegħu jiġi pprovdut xogħol minn persuna fiżika li twettaq attività ekonomika bħala persuna li taħdem għal rasha, fejn il-premessa għal dan ir-rifjut tkun l-orjentazzjoni sesswali tal-parti kontraenti potenzjali?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79.


27.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 391/5


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Okręgowy w Warszawie (il-Polonja) fl-14 ta’ Ġunju 2021 – Hewlett Packard Development Company LP vs Senetic Spółka Akcyjna

(Kawża C-367/21)

(2021/C 391/09)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Okręgowy w Warszawie

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Hewlett Packard Development Company LP

Konvenut: Senetic Spółka Akcyjna

Domandi preliminari

1)

It-tieni sentenza tal-Artikolu 36 TFUE moqrija flimkien mal-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2017 dwar it-trademark tal-Unjoni Ewropea (1), kif ukoll mat-tieni sentenza tal-Artikolu 19(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu prassi tal-qrati nazzjonali tal-Istati Membri li skontha l-qrati:

meta jieħdu inkunsiderazzjoni pretensjonijiet tad-detentur ta’ trade mark intiżi sabiex jiġu pprojbiti l-importazzjoni, l-esportazzjoni, ir-reklamar tal-prodotti li jġorru trade mark tal-Unjoni jew sabiex jiġi ordnat l-irtirar ta’ tali prodotti mis-suq,

meta jordnaw, fi proċeduri kawtelatorji, il-qbid tal-prodotti li jġorru trade mark tal-Unjoni;

fid-deċiżjonijiet tagħhom jagħmlu riferiment għal “oġġetti li ma tqegħdux fis-suq fit-territorju taż-Żona Ekonomika Ewropea mid-detentur tat-trade mark jew bil-kunsens tiegħu”, u konsegwentement id-determinazzjoni ta’ liema oġġetti li jġorru trade mark tal-Unjoni huma kkonċernati mill-ordnijiet u mill-projbizzjonijiet imposti (jiġifieri d-determinazzjoni ta’ liema oġġetti ma tqegħidux fis-suq fit-territorju taż-Żona Ekonomika Ewropea mid-detentur tat-trade mark jew bil-kunsens tiegħu) titħalla, fid-dawl tal-formulazzjoni ġenerali tal-kontenut tad-deċiżjoni, f’idejn l-awtorità li teżegwixxi, liema awtorità, meta twettaq id-determinazzjoni msemmija, tibbaża ruħha fuq id-dikjarazzjonijiet tad-detentur tat-trade mark jew fuq il-mezzi pprovduti mid-detentur (fosthom mezzi informatiċi u databases), u l-ammissibbiltà tal-kontestazzjoni tad-determinazzjonijiet hawn fuq imsemmija, tal-awtorità li teżegwixxi, quddiem il-qorti fi proċeduri ta’ eżami hija eskluża jew limitata min-natura tar-rimedji legali disponibbli għall-konvenut fi proċedura kawtelatorja jew ta’ eżekuzzjoni?

2)

L-Artikoli 34, 35 u 36 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġu interpretati fis-sens li jeskludu l-possibbiltà li d-detentur tar-reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja (attwalment tal-Unjoni) jinvoka l-protezzjoni prevista fl-Artikolu 9 u fl-Artikolu 102 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 tas-26 ta’ Frar 2009 dwar it-trademark tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2009, L 78, p. 1) (attwalment l-Artikolu 9 u l-Artikolu 130 tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (UE) Nru 2017/1001 tal-14 ta’ Ġunju 2017 dwar it-trademark tal-Unjoni Ewropea), fil-każ fejn:

id-detentur ta’ reġistrazzjoni Komunitarja (trade mark tal-Unjoni) iwettaq, fi ħdan iż-Żona Ekonomika Ewropea u lil hinn minnha, id-distribuzzjoni ta’ prodotti li jġorru din it-trade mark b’tali mod li hija titwettaq minn distributuri awtorizzati li jistgħu sussegwentement ibigħu il-prodotti li jġorru t-trade mark, lil persuni li ma jkunux ir-riċevituri finali ta’ tali prodotti biss jekk dawn jagħmlu parti min-network uffiċjali ta’ distribuzzjoni, u fl-istess waqt id-distributuri awtorizzati huma obbligati jakkwistaw il-prodotti esklużivament mingħand distributuri awtorizzati oħra jew mingħand id-detentur tat-trade mark;

il-prodotti li jġorru t-trade mark ma fihom ebda marka jew fatturi distintivi oħra li jkunu jistgħu jippermettu li jiġi ddeterminat il-post tat-tqegħid tagħhom fis-suq mid-detentur tat-trade mark jew bil-kunsens tiegħu;

il-konvenut akkwista l-prodotti li jġorru t-trade mark fit-territorju taż-Żona Ekonomika Ewropea;

il-konvenut irċieva dikjarazzjonijiet mingħand il-bejjiegħa tal-prodotti li jġorru t-trade mark li, skont id-dispożizzjonijiet tal-liġi, dawn il-prodotti jistgħu jkunu kkummerċjalizzati fit-territorju taż-Żona Ekonomika Ewropea;

id-detentur tar-reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni ma jipprovdi ebda mezz informatiku (jew mezzi oħra) u lanqas ma juża sistema ta’ mmarkar li tippermetti lil xerrej potenzjali tal-prodott li jġorr trade mark li jwettaq verifika indipendenti tal-legalità tal-kummerċ ta’ tali prodotti fit-territorju taż-Żona Ekonomika Ewropea qabel ma jakkwista l-prodott, u jirrifjuta li jwettaq tali verifika fuq talba tax-xerrej?


(1)  ĠU 2017, L 154, p. 1.


27.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 391/7


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Varhoven administrativen sad (il-Bulgarija) fis-17 ta’ Ġunju 2021 – Zamestnik-ministar na regionalnoto razvitie i blagoustroystvoto i rakovoditel na Upravlyavashtia organ na Operativna programa “Regioni v rastezh” 2014-2020 vs Obshtina Razlog

(Kawża C-376/21)

(2021/C 391/10)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Varhoven administrativen sad

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Zamestnik-ministar na regionalnoto razvitie i blagoustroystvoto i rakovoditel na Upravlyavashtia organ na Operativna programa “Regioni v rastezh” 2014-2020

Konvenut: Obshtina Razlog

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 160(1) u (2) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (1) u l-Artikolu 102(1) u (2) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU 2012, L 298, p. 1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li japplikaw ukoll għall-awtoritajiet kontraenti tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea meta l-kuntratti pubbliċi konklużi minnhom ikunu ffinanzjati b’riżorsi tal-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej?

2)

Fil-każ li l-ewwel domanda tingħata risposta fl-affermattiv, il-prinċipji ta’ trasparenza, ta’ proporzjonalità, ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni, stabbiliti fl-Artikolu 160(1) tar-Regolament 2018/1046 u fl-Artikolu 102(1) tar-Regolament Nru 966/2012, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jippermettu l-limitazzjoni kompleta tal-kompetizzjoni fl-għoti ta’ kuntratti pubbliċi permezz ta’ proċedura nnegozjata mingħajr il-pubblikazzjoni minn qabel ta’ avviż dwar kuntratt meta s-suġġett tal-kuntratt pubbliku ma jkollux karatteristiċi distinti li oġġettivament ikunu jeżiġu l-eżekuzzjoni tiegħu esklużivament mill-operatur mistieden? B’mod partikolari, l-Artikolu 160(1) u (2), flimkien mal-Artikolu 164(1)(d) tar-Regolament 2018/1046, u l-Artikolu 102(1) u (2), flimkien mal-Artikolu 104(1)(d) tar-Regolament Nru 966/2012, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jippermettu dispożizzjoni legali nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprovdi li, wara l-għeluq ta’ proċedura għall-għoti ta’ kuntratt pubbliku minħabba l-fatt li l-unika offerta sottomessa ma hijiex adegwata, l-awtorità kontraenti tista’ toħroġ stedina għall-parteċipazzjoni fi proċedura nnegozjata mingħajr il-pubblikazzjoni minn qabel ta’ avviż dwar kuntratt lil operatur ekonomiku wieħed, f’sitwazzjoni fejn is-suġġett tal-kuntratt pubbliku ma jkollux karatteristiċi distinti li oġġettivament ikunu jeżiġu l-eżekuzzjoni tiegħu esklużivament mill-operatur mistieden?


(1)  ĠU 2018, L 193, p. 1, rettifika fil-ĠU 2019, L 60, p. 36.


27.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 391/7


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour du travail de Mons (il-Belġju) fil-21 ta’ Ġunju 2021 – Ville de Mons, Zone de secours Hainaut – Centre vs RM

(Kawża C-377/21)

(2021/C 391/11)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour du travail de Mons

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ville de Mons, Zone de secours Hainaut – Centre

Konvenut: RM

Domanda preliminari

Il-klawżola 4 tal-Ftehim Qafas implimentat permezz tad-Direttiva tal-Kunsill 97/81/KE tal-15 ta’ Diċembru 1997 li tikkonċerna il-Ftehim Qafas dwar ix-xogħol part-time konkluż mill-UNICE, miċ-CEEP u mill-ETUC (1), għandha tiġi interpretata fis-sens li ma tipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li, għall-kalkolu tas-salarju tal-ħaddiema tat-tifi tan-nar irreklutati full-time, tieħu inkunsiderazzjoni, bħala anzjanità pekunjarja, is-servizzi pprovduti part-time bħala ħaddiem tat-tifi tan-nar fuq bażi volontarja, abbażi tal-volum tax-xogħol, jiġifieri, it-tul tas-servizzi effettivament imwettqa, skont il-prinċipju “pro rata temporis”, u mhux abbażi tal-perijodu li fih twettqu s-servizzi?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 267.


27.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 391/8


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Înalta Curte de Casaţie şi Justiţie (ir-Rumanija) fit-22 ta’ Ġunju 2021 – Zenith Media Communications SRL vs Consiliul Concurenţei

(Kawża C-385/21)

(2021/C 391/12)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Înalta Curte de Casaţie şi Justiţie

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Zenith Media Communications SRL

Konvenut: Consiliul Concurenţei

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 4(3) TUE u l-Artikolu 101 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-awtorità tal-kompetizzjoni tal-Istat Membru għandha obbligu tinterpreta r-regola nazzjonali li tirregola l-impożizzjoni ta’ sanzjoni skont il-prinċipju ta’ proporzjonalità fis-sens li għandha tivverifika jekk id-dħul mill-bejgħ totali, kif indikat fir-rapport tal-introjtu tal-karta tal-bilanċ għas-sena finanzjarja preċedenti, jipprovdix riflessjoni korretta tat-tranżazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji, konformement mar-realtà ekonomika?

2)

L-Artikolu 4(3) TUE u l-Artikolu 101 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu, fid-dawl tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, il-prattika tal-awtorità tal-kompetizzjoni tal-Istat Membru li timponi multa fuq id-dħul mill-bejgħ indikat fir-rapport tal-introjtu tal-karta tal-bilanċ għas-sena finanzjarja preċedenti, li tinkludi l-ammonti ta’ fatturi li nħarġu mill-ġdid lill-klijenti finali għas-servizzi li fir-rigward tagħhom seħħet l-attività ta’ intermedjazzjoni għax-xiri ta’ ħin fil-media, u mhux biss il-kummissjonijiet relatati mal-attività ta’ intermedjazzjoni?

3)

L-Artikolu 4(3) TUE u l-Artikolu 101 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu l-interpretazzjoni ta’ regola tad-dritt nazzjonali fis-sens li r-responsabbiltà għar-reġistrazzjoni korretta tal-kontijiet u għall-preżentazzjoni korretta tat-tranżazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji konformement mar-realtà ekonomika taqa’ fuq l-impriża ssanzjonata u li l-awtorità tal-kompetizzjoni tal-Istat Membru hija responsabbli għall-mod li bih l-impriża ssanzjonata tissodisfa dan l-obbligu?


27.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 391/8


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Cluj (ir-Rumanija) fl-24 ta’ Ġunju 2021 – TJ vs Inspectoratul General pentru Imigrări

(Kawża C-392/21)

(2021/C 391/13)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel Cluj

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: TJ

Konvenut: Inspectoratul General pentru Imigrări

Domandi preliminari

1)

L-espressjoni “strument korrettiv speċjali” fl-Artikolu 9 tad-Direttiva tal-Kunsill 90/270/KEE tad-29 ta’ Mejju 1990 dwar il-ħtiġijiet minimi ta’ saħħa u sigurtà għax-xogħol b’tagħmir li għandu display screen (il-ħames Direttiva individwali fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (1) għandha tiġi interpretata fis-sens li tista’ ma tinkludix in-nuċċalijiet tal-vista?

2)

L-espressjoni “strument korrettiv speċjali” fl-Artikolu 9 tad-Direttiva 90/270 tfisser biss strument li jintuża esklużivament fuq ix-xogħol/fil-qadi ta’ dmirijiet professjonali?

3)

L-obbligu li jiġi pprovdut strument korrettiv speċjali previst fl-Artikolu 9 tad-Direttiva 90/270 jirreferi esklużivament għax-xiri tal-istrument mill-persuna li timpjega jew dan għandu jiġi interpretat b’mod wiesa’, sabiex jinkludi l-mod li permezz tiegħu l-persuna li timpjega tirrimborsa l-ispejjeż neċessarji mġarrba mill-impjegat għax-xiri tal-istrument?

4)

Huwa konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 9 tad-Direttiva 90/270 li l-persuna li timpjega tkopri dawn l-ispejjeż fil-forma ta’ allowance ġenerali mas-salarju, imħallsa b’mod permanenti taħt l-isem “allowance għal kundizzjonijiet tax-xogħol diffiċli”?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 391, rettifika fil-ĠU 2019, L 109, p. 29.


27.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 391/9


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (Il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-30 ta’ Ġunju 2021 – Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid, E, C; partijiet oħra: S, Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid

(Kawża C-402/21)

(2021/C 391/14)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Raad van State

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid, E, C

Partijiet oħra: S, Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid

Domandi preliminari

1)

Ċittadini Torok li għandhom id-drittijiet li hemm riferiment għalihom fl-Artikolu 6 jew fl-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni Nru 1/80 (1) għadhom jistgħu jinvokaw l-Artikolu 13 tad-Deċiżjoni Nru 1/80?

2)

Mill-Artikolu 14 tad-Deċiżjoni Nru 1/80 jirriżulta li ċ-ċittadini Torok ma għadhomx jistgħu jinvokaw l-Artikolu 13 tad-Deċiżjoni Nru 1/80 meta, minħabba l-aġir personali tagħhom, huma jirrappreżentaw theddida attwali, ġenwina u suffiċjentement serja għal interess fundamentali tas-soċjetà?

3)

Ir-restrizzjoni ġdida, li tipprovdi li jista’ jintemm id-dritt ta’ residenza taċ-ċittadini Torok, anki wara 20 sena, għal raġunijiet ta’ ordni pubbliku, tista’ tiġi ġġustifikata b’riferiment għall-evoluzzjoni fil-perċezzjonijiet soċjali li wasslet għal din ir-restrizzjoni ġdida? Huwa biżżejjed, f’dan ir-rigward, li r-restrizzjoni ġdida sservi l-għan ta’ ordni pubbliku, jew huwa wkoll mitlub li hija tkun xierqa sabiex jintlaħaq dan l-għan u ma tmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex dan iseħħ?


(1)  Deċiżjoni Nru 1/80 tad-19 ta’ Settembru 1980 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni, stabbilit mill-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija.


27.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 391/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hof van Cassatie (Il-Belġju) fil-5 ta’ Lulju 2021 – FU, DRV Intertrans BV

(Kawża C-410/21)

(2021/C 391/15)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hof van Cassatie

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: FU, DRV Intertrans BV

Domandi preliminari

1.

L-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi ta’ sigurtà soċjali (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li:

jekk, wara li l-awtoritajiet tal-Istat Membru ta’ impjieg ikunu talbu l-irtirar retroattiv taċ-ċertifikati A1, l-awtoritajiet tal-Istat Membru li jkunu ħarġu ċ-ċertifikati A1 sempliċement jirtiraw b’mod provviżorju dawn iċ-ċertifikati billi jindikaw li huma ma għadx għandhom saħħa vinkolanti b’tali mod li l-proċedura kriminali tista’ titkompla fl-Istat Membru ta’ impjieg, u li l-Istat Membru li ħareġ iċ-ċertifikati A1 ser jieħu deċiżjoni definittiva biss wara li l-proċedura kriminali tkun ingħalqet b’mod definittiv fl-Istat Membru ta’ impjieg, il-preżunzjoni marbuta maċ-ċertifikati A1 tal-affiljazzjoni regolari tal-ħaddiema kkonċernati mas-sistema ta’ sigurtà soċjali ta’ dan l-Istat Membru ta’ ħruġ ma tibqax tapplika u dawn iċ-ċertifikati A1 ma jibqgħux jorbtu lill-awtoritajiet tal-Istat Membru ta’ impjieg?

jekk din id-domanda tingħata risposta fin-negattiv, fid-dawl tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, l-awtoritajiet tal-Istat Membru ta’ impjieg jistgħu ma jiħdux inkunsiderazzjoni l-imsemmija ċertifikati A1 għal frodi?

2.

L-Artikolu 13(1)(b)(i) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (2), l-Artikoli 3(1)(a) u 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kondizzjonijiet li għandhom jiġu rispettati għall-eżerċizzju tal-professjoni ta’ operatur tat-trasport bit-triq u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/26/KE (3), u l-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1072/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tat-trasport bit-triq tal-merkanzija (4) għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-fatt li impriża li tikseb liċenzja għat-trasport fi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea skont ir-Regolament (KE) Nru 1071/2009 u r-Regolament (KE) Nru 1072/2009 u għaldaqstant għandha tkun stabbilita b’mod effettiv u stabbilit f’dan l-Istat Membru, jimplika neċessarjament li b’dan il-mod hija ġabet il-prova inkonfutabbli li s-sede tagħha hija stabbilita f’dan l-Istat Membru fis-sens tal-Artikolu 13(1) tal-imsemmi Regolament (KE) Nru 883/2004 għall-finijiet tad-determinazzjoni tas-sistema ta’ sigurtà soċjali applikabbli u li l-awtoritajiet tal-Istat Membru ta’ impjieg huma marbuta b’din il-konstatazzjoni?


(1)  ĠU 2009, L 284, p. 1.

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 72.

(3)  ĠU 2009, L 300, p. 51.

(4)  ĠU 2009, L 300, p. 72, rettifika fil-ĠU 2018, L 241, p. 14.


27.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 391/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Craiova (ir-Rumanija) fl-14 ta’ Lulju 2021 – RS

(Kawża C-430/21)

(2021/C 391/16)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel Craiova

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: RS

Domandi preliminari

1)

Il-prinċipju ta’ indipendenza tal-imħallfin, stabbilit fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE, ikkunsidrat flimkien mal-Artikolu 2 TUE u mal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, jipprekludi dispożizzjoni nazzjonali, bħall-Artikolu 148(2) tal-Constituția României (il-Kostituzzjoni Rumena), kif interpretata mill-Curtea Constituțională (il-Qorti Kostituzzjonali, ir-Rumanija) fis-sentenza Nru 390/2021, li tipprovdi li l-qrati nazzjonali ma għandhomx is-setgħa li janalizzaw il-konformità ta’ dispożizzjoni nazzjonali, meqjusa kostituzzjonali permezz ta’ sentenza tal-Curtea Constituțională (il-Qorti Kostituzzjonali), mad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni Ewropea?

2)

Il-prinċipju ta’ indipendenza tal-imħallfin, stabbilit fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE, ikkunsidrat flimkien mal-Artikolu 2 TUE u mal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, jipprekludi dispożizzjoni nazzjonali, bħall-Artikolu 99(ș) tal-Legea nr. 303/2004 privind statutul judecătorilor și procurorilor (il-Liġi Nru 303/2004 dwar l-Istatus tal-Imħallfin u tal-Prosekuturi), li tippermetti l-ftuħ ta’ proċedura dixxiplinari u l-impożizzjoni ta’ sanzjoni dixxiplinari fil-konfront ta’ mħallef għal nuqqas ta’ osservanza ta’ sentenza tal-Curtea Constituțională (il-Qorti Kostituzzjonali), meta l-imħallef huwa mitlub jistabbilixxi s-supremazija tad-dritt tal-Unjoni, fir-rigward tal-kunsiderazzjonijiet ta’ sentenza tal-Curtea Constituțională (il-Qorti Kostituzzjonali), dispożizzjoni nazzjonali din li ċċaħħad lill-imħallef mill-possibbiltà li japplika s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea li huwa jqis li għandha prijorità?

3)

Il-prinċipju ta’ indipendenza tal-imħallfin, stabbilit fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE, ikkunsidrat flimkien mal-Artikolu 2 TUE u mal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, jipprekludi prattiki ġudizzjarji nazzjonali li jipprojbixxu lill-imħallef, taħt piena ta’ responsabbiltà dixxiplinari, milli japplika l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fi proċeduri kriminali bħall-kontestazzjoni tat-tul raġonevoli tal-proċeduri kriminali, irregolat mill-Artikolu 488 tal-Cod de procedură penală (il-Kodiċi tal-Proċeduri Kriminali) tar-Rumanija?


27.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 391/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fis-16 ta’ Lulju 2021 – Liberty Lines SpA vs Ministero delle Infrastrutture e dei Trasporti

(Kawża C-437/21)

(2021/C 391/17)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Liberty Lines SpA

Konvenut: Ministero delle Infrastrutture e dei Trasporti

Domanda preliminari

Il-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-prinċipji tal-moviment liberu tas-servizzi u l-ftuħ massimu tal-kompetizzjoni fil-kuntest tal-għoti ta’ kuntratti pubbliċi ta’ servizzi, jipprekludi dispożizzjoni bħall-Artikolu 47(11)bis, tad-Digriet Liġi Nru 50 tal-24 ta’ April 2017, mibdula f’liġi bil-Liġi Nru 96 tal-21 ta’ Ġunju 2017, li:

jassimila jew, għall-inqas, jippermetti li t-trasport marittimu mgħaġġel ta’ passiġġieri bejn il-port ta’ Messina u dak ta’ Reggio Calabria jiġi assimilat b’mezzi legali mat-trasport bil-ferrovija bil-baħar bejn il-peniżola u Sicilia, fis-sens tal-Artikolu 2(e) tad-Digriet tal-Ministeru għat-Trasport u t-Tbaħħir Nru 138 T tal-31 ta’ Ottubru 2000;

jirriserva jew jidher tali li jirriserva lil Rete ferroviaria italiana S.p.a. s-servizz ta’ konnessjoni bil-ferrovija bil-baħar bejn Sicilia u l-peniżola nnifisha permezz ta’ dgħajjes veloċi?


27.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 391/12


Appell ippreżentat fl-14 ta’ Lulju 2021 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla Estiża) fil-5 ta’ Mejju 2021 fil-Kawża T-611/18, Pharmaceutical Works Polpharma vs EMA

(Kawża C-438/21 P)

(2021/C 391/18)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Haasbeek, S. Bourgois, A. Sipos, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: Pharmaceutical Works Polpharma S.A., L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, Biogen Netherlands BV

Talbiet

tannulla s-sentenza appellata;

tiċħad ir-rikors ippreżentat fl-ewwel istanza; u

tikkundanna lil Pharmaceutical Works Polpharma S.A. għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Dan l-appell qiegħed jiġi ppreżentat kontra l-punti 181 sa 218, 224 sa 238, 248 sa 265, 273 sa 275, 280 sa 282, 288, 289 u 292 tas-sentenza appellata, kif ukoll il-konklużjonijiet tagħha fil-punti 295 u 296, u d-dispożittiv.

Il-Kummissjoni tqajjem erba’ aggravji:

1.

L-ewwel aggravju bbażat fuq li l-Qorti Ġenerali manifestament wettqet distorsjoni tal-fatti li wasslitha għal konklużjonijiet ġuridiċi manifestament ivvizzjati meta, fis-sentenza appellata, ibbażat ir-raġunament tagħha fuq il-premessa inkorretta li l-Fumaderm ġie evalwat mill-Bundesinstitut für Arzneimittel und Mediczinprodukte (“BfArM”) Ġermaniż għall-ewwel u l-unika darba fl-1994.

2.

It-tieni aggravju bbażat fuq li l-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2001/83/KE (1), kif interpretat mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, meta – bħala parti mill-evalwazzjoni tal-EMA u tal-Kummissjoni ta’ jekk żewġ prodotti mediċinali jappartjenux għall-istess awtorizzazzjoni globali għal tqegħid fis-suq – irrikjediet evalwazzjoni (mill-ġdid) tal-kompożizzjoni kwalitattiva f’termini ta’ sustanzi attivi tal-prodott mediċinali inizjali.

Fl-ewwel lok, il-Qorti Ġenerali b’mod illeċitu importat fl-evalwazzjoni tal-awtorizzazzjoni globali għal tqegħid fis-suq evalwazzjoni li tagħmel parti mill-proċedura li tagħti l-awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq għall-prodott mediċinali inizjali. Fit-tieni lok, il-Qorti Ġenerali b’mod illeċitu ħolqot żewġ kunċetti ta’ AGTS diverġenti, skont jekk l-evalwazzjoni tal-awtorizzazzjoni globali għal tqegħid fis-suq titwettaqx mill-Kummissjoni u mill-EMA jew minn awtorità kompetenti nazzjonali.

3.

Il-Qorti Ġenerali kisret is-sistema ta’ applikazzjoni deċentralizzata tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-prodotti mediċinali stabbilita permezz tar-Regolament Nru 726/2004 (2) u tad-Direttiva 2001/83, il-prinċipji ta’ għoti ta’ kompetenzi u ta’ sussidjarjetà kif stabbiliti fl-Artikolu 5 TUE, il-prinċipju ta’ fiduċja reċiproka, kif ukoll l-Artikoli 6(1), 30 u 31 tad-Direttiva 2001/83, u l-Artikoli 57(1) u 60 tar-Regolament Nru 726/2004 meta kkonkludiet li l-Kummisjoni u l-EMA għandhom il-kompetenza u l-obbligu – fi ħdan il-qafas tal-evalwazzjoni ta’ jekk żewġ prodotti mediċinali jappartjenux għall-istess awtorizzazzjoni globali għal tqegħid fis-suq – li jwettqu evalwazzjoni mill-ġdid jew verifika tal-evalwazzjoni preċedenti mwettqa minn awtorità kompetenti nazzjonali tal-kompożizzjoni kwalitattiva f’termini ta’ sustanzi attivi ta’ wieħed minn dawk il-prodotti mediċinali.

4.

Il-Qorti Ġenerali marret lil hinn mil-limiti tal-istħarriġ ġudizzjarju meta ssostwixxiet l-evalwazzjoni xjentifika tal-awtoritajiet regolatorji kompetenti bl-evalwazzjoni xjentifika tagħha stess.


(1)  Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 27, p. 69).

(2)  Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 34, p. 229.


27.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 391/13


Appell ippreżentat fl-14 ta’ Lulju 2021 minn Biogen Netherlands BV mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla Estiża) fil-5 ta’ Mejju 2021 fil-Kawża T-611/18, Pharmaceutical Works Polpharma vs EMA

(Kawża C-439/21 P)

(2021/C 391/19)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Biogen Netherlands BV (rappreżentant: C. Schoonderbeek, advocaat)

Partijiet oħra fil-proċedura: Pharmaceutical Works Polpharma S.A., L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tilqa’ l-appell;

tannulla s-sentenza appellata.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-ewwel aggravju bbażat fuq li l-Qorti Ġenerali applikat l-Artikolu 277 TFUE b’mod żbaljat billi naqset milli tirrikonoxxi li l-eċċezzjoni ta’ illegaità mqajma fil-konfront tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Jannar 2014 li tagħti awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq għall-prodott mediċinali Tecfidera kienet inammissibbli minħabba li dik id-deċiżjoni setgħet tiġi kkontestata b’mod dirett minn Polpharma peress li hija att regolatorju li ma jinvolvix miżuri ta’ implimentazzjoni u li kien jirrigwarda lil Polpharma direttament.

It-tieni aggravju bbażat fuq li fl-evalwazzjoni tagħha tal-eċċezzjoni ta’ illegalità, il-Qorti Ġenerali interpretat b’mod żbaljat u applikat b’mod żbaljat il-kunċett ta’ awtorizzazzjoni globali għal tqegħid fis-suq stabbilit fl-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2001/83/KE (1).

It-tielet aggravju bbażat fuq li l-Qorti Ġenerali interpretat b’mod żbaljat ir-rekwiżiti ġuridiċi għall-awtorizzazzjoni ta’ prodotti mediċinali kkombinati tal-1994 u fl-eżaminazzjoni tagħha tal-kwistjoni naqset milli tirrikonoxxi t-tiġdid tal-awtorizzazzjoni tal-Fumaderm fl-2013.

Ir-raba’ aggravju bbażat fuq li l-Qorti Ġenerali interpretat b’mod żbaljat u applikat b’mod żbaljat il-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku tal-evalwazzjonijiet u tad-deċiżjonijiet adottati mill-awtoritajiet nazzjonali meta kkonkludiet li, fil-kawża ineżami, dan il-prinċipju ma kienx japplika għall-EMA u għall-Kummissjoni.

Il-ħames aggravju bbażat fuq li l-Qorti Ġenerali applikat b’mod żbaljat l-istandard applikabbli ta’ stħarriġ ġudizzjarju fir-rigward ta’ evalwazzjonijiet xjentifiċi u evidenza xjentifika billi wettqet l-evalwazzjoni tagħha stess tad-data xjentifika li tinsab fil-proċess.


(1)  Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 27, p. 69).


27.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 391/13


Appell ippreżentat fil-15 ta’ Lulju 2021 mill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla Estiża) fil-5 ta’ Mejju 2021 fil-Kawża T-611/18, Pharmaceutical Works Polpharma vs EMA

(Kawża C-440/21 P)

(2021/C 391/20)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (rappreżentanti: S. Marino, S. Drosos, H. Kerr, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: Pharmaceutical Works Polpharma S.A., Il-Kummissjoni Ewropea, Biogen Netherlands BV

Talbiet

tannulla s-sentenza appellata;

tiċħad ir-rikors għal annullament fil-Kawża T-611/18; u

tikkundanna lir-rikorrenti fl-ewwel istanza għall-ispejjeż relatati mal-Kawża T-611/18 u għall-ispejjeż relatati mal-appell preżenti.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-EMA tqajjem erba’ aggravji:

1.

L-ewwel aggravju bbażat fuq li l-Qorti Ġenerali wettqet żball doppju inkwantu, mill-fatt tat-tiġdid reċenti tal-awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq għal prodott mediċinali kkombinat, naqset milli tinferixxi li l-imsemmi tiġdid seħħ fid-dawl tal-evidenza disponibbli fiż-żmien li seħħ it-tiġdid u tal-istandards regolatorji applikabbli fiż-żmien tat-tiġdid.

2.

It-tieni aggravju bbażat fuq li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi inkwantu qieset li l-EMA u l-Kummissjoni jwettqu funzjoni partikolari li kienet teħtieġ lil din tal-aħħar tivverifika l-effett terapewtiku ta’ waħda mis-sustanzi attivi ta’ prodott ikkombinat li għandu awtorizzazzjoni nazzjonali, waqt li kienet qiegħda tevalwa d-drittijiet għal protezzjoni tad-data ta’ monoterapija, awtorizzata b’mod ċentralizzat, li tinkludi waħda mis-sustanzi attivi tal-prodott ikkombinat.

3.

It-tielet aggravju bbażat fuq li l-Qorti Ġenerali wettqet interpretazzjoni żbaljata tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2001/83/KE (1) sa fejn qieset li t-test għall-awtorizzazzjoni globali għal tqegħid fis-suq jinvolvi l-verifika, mill-Kummissjoni, tal-effett terapewtiku ta’ waħda mis-sustanzi attivi ta’ prodott ikkombinat li għandu awtorizzazzjoni nazzjonali.

4.

Ir-raba’ aggravju bbażat fuq li l-Qorti Ġenerali marret lil hinn mill-portata tas-setgħa ta’ stħarriġ ġudizzjarju tagħha, inkwantu hija wettqet evalwazzjoni de novo ta’ ċerta evidenza xjentifika, u inkwantu hija kkritikat lill-Kummissjoni talli ma investigatx id-dubji preżupposti li allegatament kien hemm dwar din l-evidenza xjentifika.


(1)  Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 27, p. 69).


27.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 391/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank Den Haag, zittingsplaats ‘s-Hertogenbosch (Il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-23 ta’ Lulju 2021 – E, F vs Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid

(Kawża C-456/21)

(2021/C 391/21)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank Den Haag, zittingsplaats ‘s-Hertogenbosch

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: E, F

Konvenut: Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 10(1)(d) tad-Direttiva 2011/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar standards għall-kwalifika ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali, għal stat uniformi għar-refuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (1) (iktar ’il quddiem id-“Direttiva dwar il-kwalifika”) għandu jiġi interpretat fis-sens li normi, valuri u aġir effettiv tal-Punent li ċittadini ta’ pajjiżi terzi jadottaw waqt li jirresjedu fit-territorju tal-Istat Membru filwaqt li jieħdu sehem b’mod sħiħ fis-soċjetà matul parti sostanzjali tal-fażi tal-ħajja tagħhom li fiha jifformaw l-identità tagħhom, għandhom jitqiesu bħala sfond komuni, li ma jistax jinbidel, jew jikkostitwixxu karatteristiċi tant essenzjali għall-identità li l-persuni kkonċernati ma jistgħux ikunu meħtieġa jirrinunzjaw għalihom?

2)

Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda tingħata fl-affermattiv, iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu adottaw normi u valuri tal-Punent analogi, indipendentement mir-raġunijiet għal dan, billi rrisjedew de facto fl-Istat Membru matul il-fażi tal-ħajja tagħhom li fiha huma fformaw l-identità tagħhom, għandhom jitqiesu bħala “membri ta’ grupp soċjali partikolari” fis-sens tal-Artikolu 10(1)(d) tad-Direttiva dwar il-kwalifika? Il-kwistjoni dwar jekk hemmx “grupp [li] għandu identità distinta fil-pajjiż rilevanti” għandha tiġi evalwata f’dan ir-rigward mill-perspettiva tal-Istat Membru jew din l-espressjoni, moqrija flimkien mal-Artikolu 10(2) tad-Direttiva dwar il-kwalifika, għandha tiġi interpretata fis-sens li jingħata piż deċiżiv lill-kapaċità tal-persuna barranija li turi li hija meqjusa, fil-pajjiż ta’ oriġini, li tappartjeni għal grupp soċjali partikolari jew mill-inqas li din l-appartenenza hija attribwita lilha? Huwa konformi mal-Artikolu 10 tad-Direttiva dwar il-kwalifika, moqri flimkien mal-prinċipju ta’ non-refoulement u mad-dritt għal ażil, ir-rekwiżit li l-adozzjoni ta’ normi u valuri tal-Punent tista’ twassal għall-istatus ta’ refuġjat biss jekk din tkun ibbażata fuq raġunijiet reliġjużi jew politiċi?

3)

Prassi legali nazzjonali li bis-saħħa tagħha awtorità deċiżjonali teżamina applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali billi tevalwa l-aħjar interessi tal-minuri mingħajr ma tiddetermina (jew titlob li jiġi ddeterminat) konkretament dawn l-interessi tal-minuri minn qabel (f’kull proċedura) hija konformi mad-dritt tal-Unjoni u b’mod iktar partikolari mal-Artikolu 24(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Karta”) moqri flimkien mal-Artikolu 51(1) tal-Karta? Ir-risposta għal din id-domanda tkun differenti jekk l-Istat Membru għandu jeżamina applikazzjoni għall-ammissjoni għar-residenza abbażi ta’ raġunijiet ordinarji u għandu jiddeċiedi fuq din l-applikazzjoni billi jieħu inkunsiderazzjoni l-aħjar interessi tal-minuri?

4)

Fid-dawl tal-Artikolu 24(2) tal-Karta, b’liema mod u f’liema fażi tal-eżami ta’ applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni u jiġu evalwati l-aħjar interessi tal-minuri u, b’mod iktar partikolari, il-ħsara li minuri jkun ġarrab minħabba li rrisjeda de facto għal żmien twil fi Stat Membru? Ir-regolarità ta’ din ir-residenza de facto hija rilevanti f’dan ir-rigward? Huwa rilevanti għall-evalwazzjoni tal-aħjar interessi tal-minuri fl-imsemmi eżami jekk l-Istat Membru ddeċidiex fuq l-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali fit-termini stabbiliti mid-dritt tal-Unjoni, jekk obbligu ta’ ħruġ mit-territorju impost qabel ġiex osservat u jekk l-Istat Membru wettaqx it-tneħħija wara l-adozzjoni ta’ ordni ta’ ħruġ mit-territorju b’tali mod li r-residenza tal-minuri fl-Istat Membru setgħet tkompli de facto?

5)

Prassi legali nazzjonali li bis-saħħa tagħha ssir distinzjoni bejn l-ewwel applikazzjoni u l-applikazzjonijiet sussegwenti għal protezzjoni internazzjoni fis-sens li r-raġunijiet ordinarji ma jittieħdux inkunsiderazzjoni għall-applikazzjonijiet sussegwenti għal protezzjoni internazzjonali hija konformi mad-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari mal-Artikolu 7 tal-Karta moqri flimkien mal-Artikolu 24(2) tal-Karta?


(1)  ĠU 2011, L 337, p. 9.


27.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 391/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supreme Court (l-Irlanda) fit-3 ta’ Awwissu 2021 – Proċeduri kriminali kontra SN u SD. Il-partijiet l-oħra: Governor of Cloverhill Prison, Ireland, Attorney General, Governor of Mountjoy prison

(Kawża C-479/21)

(2021/C 391/22)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Supreme Court

Proċeduri kriminali kontra

SN u SD

Domandi preliminari

1)

Id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim dwar il-Ħruġ, li jipprevedu ż-żamma tas-sistema tal-MAE (1) fir-rigward tar-Renju Unit, matul il-perijodu ta’ tranżizzjoni previst f’dan il-ftehim, jistgħu jitqiesu li huma vinkolanti għall-Irlanda b’teħid inkunsiderazzjoni tal-kontenut sinjifikattiv tiegħu fil-qasam tal-AFSJ (2); u

2)

Id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni li jipprevedu ż-żamma tas-sistema tal-MAE fir-rigward tar-Renju Unit wara l-perijodu rilevanti ta’ tranżizzjoni, jistgħu jitqiesu li huma vinkolanti għall-Irlanda b’teħid inkunsiderazzjoni tal-kontenut sinjifikattiv tiegħu fil-qasam tal-AFSJ?


(1)  Mandat ta’ arrest Ewropew.

(2)  Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja.


27.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 391/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supreme Court (l-Irlanda) fit-3 ta’ Awwissu 2021 – W O, J L vs Minister for Justice and Equality

(Kawża C-480/21)

(2021/C 391/23)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Supreme Court

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: W O, J L

Konvenut: Minister for Justice and Equality

Domandi preliminari

1)

Għandu jiġi applikat il-kriterju stabbilit fis-sentenza [tal-25 ta’ Lulju 2018, Minister for Justice and Equality (Nuqqasijiet tas-sistema ġudizzjarja) (C-216/18 PPU, EU:C:2018:586)] u kkonfermat mis-sentenza [tas-17 ta’ Diċembru 2020, Openbaar Ministerie (Indipendenza tal-awtorità ġudizzjarja emittenti) (C-354/20 PPU u C-412/20 PPU, EU:C:2020:1033)] meta jeżisti riskju reali li r-rikorrenti ser jiġu ġġudikati minn qrati li ma humiex stabbiliti mil-liġi?

2)

Għandu jiġi applikat il-kriterju stabbilit fis-sentenza [tal-25 ta’ Lulju 2018, Minister for Justice and Equality (Nuqqasijiet tas-sistema ġudizzjarja) (C-216/18 PPU, EU:C:2018:586)] u kkonfermat mis-sentenza [tas-17 ta’ Diċembru 2020, Openbaar Ministerie (Indipendenza tal-awtorità ġudizzjarja emittenti) (C-354/20 PPU u C-412/20 PPU, EU:C:2020:1033)] meta persuna li qiegħda tfittex li tikkontesta applikazzjoni fil-kuntest ta’ mandat ta’ arrest Ewropew ma tistax tissodisfa dan il-kriterju għar-raġuni li ma huwiex possibbli li tiġi ddeterminata, f’dan il-mument, il-kompożizzjoni tal-qrati li quddiemhom hija ser tiġi ġġudikata, minħabba modalitajiet ta’ attribuzzjoni każwali tal-kawżi?

3)

L-assenza ta’ rimedju effettiv sabiex tiġi kkontestata l-validità tal-ħatra tal-imħallfin fil-Polonja, f’ċirkustanzi fejn jidher li r-rikorrenti ma jistgħux jistabbilixxu, f’dan il-mument, li l-qrati li quddiemhom huma ser jiġu ġġudikati ser ikunu komposti minn imħallfin mhux maħtura validament, tikkostitwixxi ksur tal-kontenut essenzjali tad-dritt għal smigħ xieraq li jimplika l-obbligu għall-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni li jirrifjuta ċ-ċediment tar-rikorrenti?


27.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 391/16


Appell ippreżentat fit-13 ta’ Awwissu 2021 minn Health Information Management (HIM) mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Għaxar Awla) fid-9 ta’ Ġunju 2021 fil-Kawża T-235/19, Health Information Management (HIM) vs Il-Kummisjoni

(Kawża C-500/21 P)

(2021/C 391/24)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Health Information Management (HIM) (rappreżentant: P. Zeegers, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tiddikjara dan l-appell ammissibbli u fondat, u konsegwentement;

tannulla l-punti 93 sa 97 u 117 sa 185 tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tad-9 ta’ Ġunju 2021 mogħtija fil-Kawża T-235/19, Health Information Management vs Il-Kummissjoni;

tannulla l-punti 1, 2, 3 u 5 tad-dispożittiv tas-sentenza appellata;

tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex din tal-aħħar tkun tista’ tiddeċiedi fuq it-talba mressqa mill-appellanti fir-rikors tagħha ppreżentat fl-4 ta’ April 2019;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ħlas tal-ispejjeż kollha, inklużi dawk l-ispejjeż u l-onorarji tal-konsulent tagħha, li l-ammont tagħhom huwa b’mod provviżorju stabbilit għal EUR 15 000, mingħajr it-taxxa fuq il-valur miżjud.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell, Health Information Management tinvoka tliet aggravji: (i) il-ksur tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal amministrazzjoni tajba stabbiliti fl-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali; (ii) il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE; u (iii) il-ksur u l-applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 272 TFUE u, konsegwentement, ksur tal-prinċipji ta’ imparzjalità u ta’ proporzjonalità.


Il-Qorti Ġenerali

27.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 391/18


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Lulju 2021 – CCPL et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-130/21 R)

(Proċeduri għal miżuri provviżorji - Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-imballaġġ alimentari intiż għall-bejgħ bl-imnut - Deċiżjoni li timponi multi - Garanzija finanzjarja - Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006 - Kapaċità kontributtiva - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Assenza ta’ fumus boni juris)

(2021/C 391/25)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: CCPL – Consorzio Cooperative di Produzione e Lavoro SC (Reggio d’Émilie, l-Italja), Coopbox Group SpA (Bibbiano, l-Italja), Coopbox Eastern s.r.o. (Nové Mesto nad Váhom, is-Slovakkja) (rappreżentanti: E. Cucchiara u E. Rocchi, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Rossi u T. Baumé, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tas-17 ta’ Diċembru 2020, C(2020) 8940 finali, li tissostitwixxi l-multi stabbiliti bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C (2015) 4336 finali tal-24 ta’ Ġunju 2015 relatata mal-proċediment skont l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE f’dak li jirrigwarda lil CCPL – Consorzio Cooperative di Produzione e Lavoro SC, Coopbox Group SpA u Coopbox Eastern s.r.o. (Każ AT.39563 – Ippakkjar tal-ikel għall-bejgħ bl-imnut), sa fejn din timponi fuq ir-rikorrenti l-obbligu li jipprovdu garanzija finanzjarja jew li jagħmlu l-ħlas provviżorju tal-multi imposti.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


27.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 391/18


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Lulju 2021 – Aloe Vera of Europe vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-189/21 R)

(“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Regolament (KE) Nru 1925/2006 - Sustanzi projbiti, ristretti, jew taħt skrutinju Komunitarju - Regolament (UE) 2021/468 - Projbizzjoni ta’ preparati magħmulin minn weraq tal-ispeċijiet ta’ aloe li fihom derivati tal-idrossiantraċen - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza”)

(2021/C 391/26)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Aloe Vera of Europe BV (B. Van Vooren, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: W. Farrell u B. Rous Demiri, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2021/468 tat-18 ta’ Marzu 2021 li jemenda l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-ispeċijiet botaniċi li fihom derivati tal-idrossiantraċen (ĠU 2021, L 96, p. 6), għal disa’ xhur mid-data ta’ dan id-digriet.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


27.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 391/19


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Lulju 2021 – Alliance française de Bruxelles-Europe et vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża T-285/21 R)

(“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Provvista ta’ servizzi ta’ taħriġ lingwistiku - Talba għal miżuri provviżorji - Nuqqas ta’ urġenza”)

(2021/C 391/27)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Alliance française de Bruxelles Europe (Brussell, il-Belġju), u s-7 rikorrenti l-oħra li l-ismijiet tagħhom jidhru fl-anness għad-digriet (rappreżentant: E. van Nuffel d’Heynsbroeck, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Araujo Arce u M. Ilkova, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża, minn naħa, għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ April 2021 li tqiegħed għall-lott 4 (taħriġ lingwistiku fil-Franċiż) tal-kuntratt dwar il-kuntratti-qafas relatati mat-taħriġ lingwistiku għall-istituzzjonijiet, korpi u aġenziji tal-Unjoni Ewropea (Nru HR/2020/OP/0014), fl-ewwel post lill-grupp CLL Centre de Langues – Allingua u fit-tieni post lill-grupp Alliance Europe Multilingual, ikkostitwit mir-rikorrenti u, min-naħa l-oħra, għall-għoti ta’ kwalunkwe miżura provviżorja oħra li l-Qorti Ġenerali tqis xierqa.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


27.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 391/20


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Lulju 2021 – TM vs BĊE

(Kawża T-440/21)

(2021/C 391/28)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: TM (rappreżentanti: L. Levi u A. Champetier, avukati)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Bord Eżekuttiv tal-15 ta’ Diċembru 2020 li taħtar lil P. fil-pożizzjoni ta’ Direttur Ġenerali Sistemi ta’ Informazzjoni minflok ir-rikorrent;

tannulla, jekk ikun il-każ, id-deċiżjoni tal-Bord Eżekuttiv bid-data tal-11 ta’ Mejju 2021 li tiċħad l-appell speċjali ppreżentat mir-rikorrent mid-deċiżjoni li ma ħatritux;

li tikkumpensa lir-rikorrent għad-dannu materjali subit minnu minħabba d-deċiżjoni tal-15 ta’ Diċembru 2020 li jammontaw għal EUR 73 679,47;

tikkumpensa lir-rikorrent għad-dannu morali tiegħu fl-ammont ta’ euro simboliku.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni u fuq ksur tal-Artikolu 8a(c) tal-Kundizzjonijiet tax-Xogħol u tal-Artikoli 1a.1.1 (b), 1.a.2.1.1 u 1a.2.6.1 tar-Regoli Applikabbli għall-Persunal tal-BĊE; ksur tal-avviż ta’ pożizzjoni vakanti; ksur tal-interess tas-servizz.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq l-illegalità tal-proċedura ta’ reklutaġġ 2020-2738-EXT minħabba ksur tal-paragrafu 4 tal-Artikolu 1a.3.1.2, 1 tar-Regoli Applikabbli għall-Persunal tal-BĊE u użu ħażin ta’ poter.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikoli 1a.2.7.9, 1a.2.7.10 u 1a.2.7.11 tar-Regoli Applikabbli għall-Persunal tal-BĊE; nuqqas ta’ motivazzjoni; ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba.


27.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 391/20


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Awwissu 2021 – Coulter Ventures vs EUIPO – iWeb (R)

(Kawża T-457/21)

(2021/C 391/29)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Coulter Ventures LLC (Columbus, Ohio, l-Istati Uniti) (rappreżentant: R. Dissmann, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: iWeb GmbH (Berlin, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Nru 13 750 849

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-2 ta’ Ġunju 2021 fil-Każ R 2789/2019-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti mir-rikorrenti fil-kuntest tal-proċedimenti quddiem l-EUIPO .

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


27.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 391/21


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Awwissu 2021 – Franza vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-475/21)

(2021/C 391/30)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: F. Alabrune, T. Stéhelin, A-L. Desjonquères, G. Bain, aġenti)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla parzjalment id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/988 tas-16 ta’ Ġunju 2021 li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nefqa mġarrba mill-Istati Membri fil-kuntest tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), sa fejn hija tapplika korrezzjoni ekwivalenti għal EUR 45 869 990,19, f’dak li jirrigwarda “Appoġġ Akkoppjat Volontarju” għal “Miżura 24 – sena tat-talba 2017 (sena finanzjarja 2018)” u “Miżura 24 – sena tat-talba 2017 (sena finanzjarja 2019)” għas-snin finanzjarji 2018 u 2019;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motiv uniku kontra d-deċiżjoni kkontestata.

Skont ir-rikorrenti, il-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi bbażat fuq interpretazzjoni żbaljata tal-Artikolu 52(2) tar-Regolament Nru 1307/2013 (1), meta qieset li l-legumi kkultivati f’taħlita ma’ ħxejjex ma setgħux ikunu eliġibbli għal skema ta’ appoġġ akkoppjat volontarju.

Fl-ewwel lok, l-Artikolu 52(2) tar-Regolament Nru 1307/2013 jippermetti lill-Istati Membri jistabbilixxu skema ta’ appoġġ akkoppjat volontarju għall-prattiki komuni u stabbiliti kollha fi Stat Membru fis-settur tal-uċuħ tar-raba’ li fihom il-proteini, li huwa intiż għal-legumi kkultivati għall-kontenut għoli ta’ proteini tagħhom.

Fit-tieni lok, l-Artikolu 52(2) tar-Regolament Nru 1307/2013 għandu jiġi interpretat fis-sens li s-settur tal-uċuh tar-raba’ li fihom il-proteini jinkludi l-prattika, li hija komuni b’mod partikolari fi Franza, tal-kultivazzjoni prinċipalment ta’ wċuħ tar-raba’ b’foraġġ leguminuż imħallat ma’ ħxejjex.

Għaldaqstant, peress li qieset, bl-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, li l-kultivazzjoni prinċipalment ta’ wċuħ tar-raba’ b’foraġġ leguminuż imħallat ma’ ħxejjex ma tistax tkun eliġibbli għall-appoġġ akkoppjat volontarju previst mill-Artikolu 52 tar-Regolament Nru 1307/2013, il-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi.


(1)  Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta’ appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (ĠU 2013 L 347, p. 608, rettifika fil-ĠU 2016, L 130, p. 7).


27.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 391/22


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Awwissu 2021 – TransnetBW vs ACER

(Kawża T-476/21)

(2021/C 391/31)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: TransnetBW GmbH (Stuttgart, il-Ġermanja) (rappreżentanti: T. Burmeister u P. Kistner, avukati)

Konvenut: L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tal-ACER tat-28 ta’ Mejju 2021, Każ A-001-2021 (ikkonsolidat), fir-rigward tal-appell kontra d-Deċiżjoni tal-ACER Nru 30/2020 dwar il-metodoloġija għat-tqassim tal-ispejjeż tar-ridispaċċ u tat-tpartit għar-reġjun prinċipali bil-kapaċità “Core” (iktar ’il quddiem id-“deċiżjoni kkontestata”);

tikkundanna lill-ACER għall-ispejjeż ta’ TransnetBW GmbH.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq l-illegalità tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-metodoloġija għat-tqassim tal-ispejjeż tar-ridispaċċ u tat-tpartit kif ikkonfermat mid-deċiżjoni kkontestata. Il-metodoloġija għat-tqassim tal-ispejjeż tar-ridispaċċ u tat-tpartit kif ikkonfermata mid-deċiżjoni kkontestata testendi b’mod illegali l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas għat-tqassim tal-ispejjeż għal azzjonijiet ta’ rimedju eżerċitati fuq prattikament l-elementi tan-networks ta’ trażmissjoni kollha fir-reġjun prinċipali bil-kapaċità “Core”, minkejja li dan huwa legalment intiż sabiex ikun eżenzjoni mill-obbligu ġenerali tas-sidien tan-networks li jżommu u jespandu n-networks tagħhom skont il-bżonnijiet tas-suq (il-prinċipju ta’ min huwa s-sid iħallas).

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq l-illegalità tad-determinazzjoni ta’ limitu komuni għall-flussi ċirkolari ta’ 10 % fil-metodoloġija għat-tqassim tal-ispejjeż tar-ridispaċċ u tat-tpartit kif ikkonfermat mid-deċiżjoni kkontestata. L-ACER ma kinitx kompetenti sabiex tiddetermina limitu komuni għall-flussi ċirkolari u, rispettivament, il-Bord tal-Appell tal-ACER ma kienx kompetenti sabiex jikkonferma l-limitu komuni għall-flussi ċirkolari. Il-limitu komuni għall-flussi ċirkolari ġie ffissat f’livell wisq baxx ta’ 10 % u kien ibbażat fuq data insuffiċjenti u kkontestata.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq l-illegalità tal-penalizzazzjoni tal-flussi ċirkolari ’l fuq mil-limitu. Il-penalizzazzjoni tal-flussi ċirkolari ’l fuq mil-limitu meta mqabbla mal-flussi interni ma għandha l-ebda bażi legali, tikser il-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas, il-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni kif ukoll il-prinċipju ta’ proporzjonalità u tistabbilixxi inċentivi ħżiena.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq it-twettiq illegali mill-Bord tal-Appell tal-ACER ta’ eżami limitat tal-evalwazzjonijiet tekniċi u ekonomiċi kumplessi, li kellhom jitwettqu mill-ACER matul il-proċedura ta’ awtorizzazzjoni tal-metodoloġija għat-tqassim tal-ispejjeż tar-ridispaċċ u tat-tpartit, li jikser l-intensità obbligatorja tal-istħarriġ mill-Bord tal-Appell tal-ACER kif iddefinita mill-Qorti Ġenerali fis-sentenza tagħha tat-18 ta’ Novembru 2020, Aquind vs ACER (T-735/18, ECLI:EU:T:2020:542).


27.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 391/23


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Awwissu 2021 – British Airways vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-480/21)

(2021/C 391/32)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: British Airways plc (Harmondsworth, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: A. Lyle-Smythe u R. O’Donoghue, avukati)

Konvenuta: Il-Kumissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tordna lill-Kummissjoni biex tħallas minnufih l-ammont ta’ interessi awtomatiċi, li jikkorrispondu għall-interessi awtomatiċi fuq l-ammont ta’ EUR 104 040 000 bir-rata ta’ ffinanzjar mill-ġdid tal-BĊE kif ukoll 3,5 % għall-perijodu mill-14 ta’ Frar 2011 sat-8 ta’ Frar 2016 (u jitnaqqas l-ammont diġà mħallas bħala “ritorn garantit”) jew, alternattivament, b’tali rata kif il-Qorti Ġenerali jidhrilha xieraq.

tordna lill-Kummissjoni biex tħallas l-interessi komposti (jew, alternattivament, l-interessi awtomatiċi) fuq l-ammont ta’ interessi awtomatiċi (jew xi ammont ieħor kif il-Qorti Ġenerali tordna lill-Kummissjoni li tħallas skont is-subparagrafu hawn fuq) bir-rata ta’ ffinanzjar mill-ġdid tal-BĊE kif ukoll 3,5 %, jew kull rata oħra li l-Qorti Ġenerali jidhrilha xieraq.

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirrifjuta li tħallas is-somom imsemmija hawn fuq fl-ittri tagħha bid-dati tat- 30 ta’ April u tat-2 ta’ Lulju 2021, u biex tiddikjaraha bħala nulla u mingħajr effett ex tunc.

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż legali u spejjeż oħrajn tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li British Airways hija intitolata tirkupra l-ammont ta’ interessi awtomatiċi b’azzjoni taħt l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 266 TFUE, billi l-Kummissjoni kienet obbligata tħallas dak l-ammont sabiex tosserva s-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-48/11.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li British Airways hija intitolata, alternattivament, tirkupra l-ammont ta’ interessi awtomatiċi b’azzjoni għal responsabbiltà mhux kuntrattwali skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 266, Artikolu 268 u Artikolu 340 TFUE.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li British Airways hija fi kwalunkwe każ intitolata għall-pagament ta’ interessi komposti skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 266 jew, alternattivament, it-tieni paragrafu tiegħu, l-Artikolu 268 u l-Artikolu 340 TFUE, fuq is-somma li kellha titħallas lilha fit-8 ta’ Frar 2016.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li r-rifjut tal-Kummissjoni li tħallas l-ammont ta’ interessi awtomatiċi u l-interessi komposti, irreġistrat fl-ittri tagħha tat-30 ta’ April 2021 (1) u tat-2 ta’ Lulju 2021 (2), huwa bbażat fuq ksur tat-Trattati (jiġifieri l-Artikolu 266 TFUE) u/jew il-prinċipju ġenerali tal-liġi tal-Unjoni Ewropea, li l-istituzzjonijiet tal-UE għandhom jagħtu restituzzjoni wara sentenza li tannulla miżura. Ir-rikorrenti b’hekk tallega li d-deċiżjoni ser tiġi annullata skont l-Artikolu 263 TFUE.


(1)  Ittra mill-Kummissjoni tat-30 ta’ April 2021 indirizzata lir-rikorrenti.

(2)  Ittra mill-Kummissjoni tat-2 ta’ Lulju 2021 indirizzata lir-rikorrenti, Ref. ARES(2021)4317994.


27.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 391/24


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Awwissu 2021 – Neoperl vs EUIPO (rappreżentazzjoni ta’ komponent ċilindriku għall-viti tal-ima)

(Kawża T-487/21)

(2021/C 391/33)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Neoperl AG (Reinach, l-Isvizzera) (rappreżentanti: H. Börjes-Pestalozza u U. Kaufmann, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark ta’ pożizzjoni tal-Unjoni (Rappreżentazzjoni ta’ komponent ċilindriku għall-viti tal-ilma) – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 786 544

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-3 ta’ Ġunju 2021 fil-Każ R 2327/2019-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 95(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


27.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 391/25


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Awwissu 2021 –Aquind et vs ACER

(Kawża T-492/21)

(2021/C 391/34)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Aquind Ltd (Londra, ir-Renju Unit), Aquind Energy Sàrl (Lussemburgu, il-Lussemburgu) u Aquind SAS (Rouen, Franza) (rappreżentanti: S. Goldberg, L. Van den Hende, L. Malý u E. White, lawyers)

Konvenuta: L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tal-konvenuta tal-4 ta’ Ġunju 2021; u

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Bord tal-Appell tal-konvenuta wettaq żball meta ddeċieda li l-appell ippreżentat quddiemu kien inammissibbli. Il-konvenuti jsostnu li l-konvenuta żammet il-kompetenza li tissostitwixxi d-deċiżjoni annullata tagħha (1) b’deċiżjoni ġdida u li tagħti lill-AQUIND Interconnector l-eżenzjoni taħt l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 714/2009 (2). Iktar minn hekk, il-konvenuti jallegaw li l-Bord tal-Appell tal-konvenuta naqas milli josserva l-obbligu tiegħu li jiżgura eżekuzzjoni sħiħa u kompleta tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Novembru 2020 (3).

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Bord tal-Appell tal-konvenuta kiser ir-rekwiżiti imposti fl-Artikoli 25(3) u 28(4) tar-Regolament (UE) Nru 2019/942 (4) u fir-Regoli tal-Proċedura tal-Bord tal-Appell tal-konvenuta. Il-konvenuti jsostnu li l-Bord tal-Appell tal-konvenuta ma segwiex il-proċedura korretta sa fejn wieħed mill-membri tiegħu ma attendiex għas-seduta, sa fejn il-proċeduri orali tqiesu li ma jikkostitwixxux evidenza, u sa fejn ma ġie ppubblikati ebda verbal tas-seduta tad-deliberazzjoni.


(1)  Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tal-Konvenuta Nru A-001-2018, tad-19 ta’ Ġunju 2018.

(2)  Regolament (KE) 714/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar kondizzjonijiet għall-aċċess għan-networks għall-bdil bejn il-fruntieri fl-elettriku u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1228/2003 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) (ĠU 2009, L 211, p. 15)

(3)  Sentenza tat-18 ta’ Novembru 2020, Aquind v ACER, T-735/18, EU:T:2020:542.

(4)  Regolament (UE) 2019/942 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019 li jistabbilixxi Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) (ĠU 2019, L 158, p. 22).


27.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 391/25


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Awwissu 2021 – Ryanair u Malta Air vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-494/21)

(2021/C 391/35)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ryanair DAC (Swords, l-Irlanda) u Malta Air ltd. (Pietà, Malta) (rappreżentanti: F.-C. Laprévote, E. Vahida, V. Blanc, S. Rating u I.-G Metaxas-Maranghidis, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-konvenuta tal-5 ta’ April 2021 dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.59913 (2021/N) – Franza – COVID-19 – Rikapitalizzazzjoni ta’ Air France u ta’ Air France – KLM Holding (1); u

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw seba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv: il-konvenuta żbaljat meta eskludiet lil KLM mill-portata tad-deċiżjoni kkontestata.

2.

It-tieni motiv: il-konvenuta applikat b’mod żbaljat il-Qafas temporanju għal miżuri ta’ għajnuna mill-Istat biex jingħata sostenn lill-ekonomija matul it-tifqigħa preżenti tal-COVID-19.

3.

It-tielet motiv: il-konvenuta applikat b’mod żbaljat l-Artikolu 107(3)(b) TFUE.

4.

Ir-raba’ motiv: id-deċiżjoni kkontestata tikser dispożizzjonijiet speċifiċi tat-Trattat FUE u l-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni Ewropea li servew ta’ bażi għal-liberalizzazzjoni tat-trasport tal-ajru fl-Unjoni sa mill-aħħar tad-deċennju 1980 (jiġifieri, in-nondiskriminazzjoni, il-libertà li jiġu pprovduti servizzi (2) u l-libertà ta’ stabbiliment).

5.

Il-ħames motiv: il-konvenuta naqset milli tiftaħ proċedura ta’ investigazzjoni formali minkejja diffikultajiet serji u kisret id-drittijiet proċedurali tar-rikorrenti.

6.

Is-sitt motiv: il-konvenuta kisret l-obbligu ta’ motivazzjoni tagħha.

7.

Is-seba’ motiv: id-deċiżjoni kkontestata naqset milli tissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 342 TFUE u tar-Regolament Nru 1/58 dwar il-lingwa tal-atti uffiċjali tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni (3).


(1)  ĠU 2021 C 240, p. 13.

(2)  Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Settembru 2008 dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi ta’ l-ajru fil-Komunità (Riformulazzjoni) (ĠU 2008, L 293, p. 3).

(3)  Regolament tal-Kunsill Nru 1 li jistabbilixxi l-lingwi li għandhom jintużaw mill-Komunità Ekonomika Ewropea (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 1, p. 3).


27.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 391/26


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Awwissu 2021 – Lotion vs EUIPO (BLACK IRISH)

(Kawża T-498/21)

(2021/C 391/36)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Lotion LLC (Woodland Hills, California, l-Istati Uniti) (rappreżentant: A. Deutsch, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “BLACK IRISH” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 189 156

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-7 ta’ Ġunju 2021 fil-Każ R 199/2021-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tilqa’ r-rikors għar-reġistrazzjoni tal-prodotti inkwistjoni u tal-prodotti attwalment mitluba fl-applikazzjoni;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż sostnuti, inkluż fil-proċedura quddiem il-Bord tal-Appell.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001;

Ksur tal-Artikolu 94 tar-Regolament (UE) 2017/1001;

Ksur tal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament u tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba.


27.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 391/27


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Awwissu 2021 – Ryanair vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-499/21)

(2021/C 391/37)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Ryanair DAC (Swords, l-Irlanda) (rappreżentanti: E. Vahida, F.-C. Laprévote, V. Blanc, S. Rating u I.-G. Metaxas-Maranghidis, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-konvenuta tat-23 ta’ April 2021 dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.62304 (2021/N) – Il-Portugall – COVID-19: Kumpens għad-danni lil TAP Portugal (1); u

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv: il-konvenuta applikat b’mod żbaljat l-Artikolu 107(2)(b) TFUE u wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni fl-eżami tagħha tal-proporzjonalità tal-għajnuna mad-danni kkawżati mill-kriżi tal-COVID-19.

2.

It-tieni motiv: il-konvenuta kisret dispożizzjonijiet speċifiċi tat-Trattat FUE u l-prinċipji ġenerali tad-dritt ta-Unjoni Ewropea li servew ta’ bażi għal-liberalizzazzjoni tat-trasport tal-ajru fl-Unjoni sa mill-aħħar tad-deċennju 1980 (jiġifieri, in-nondiskriminazzjoni, il-libertà li jiġu pprovduti servizzi – applikata għat-trasport bl-ajru permezz tar-Regolament Nru 1008/2008 (2) – u l-libertà ta’ stabbiliment).

3.

It-tielet motiv: il-konvenuta naqset milli tiftaħ proċedura ta’ investigazzjoni formali minkejja diffikultajiet serji u kisret id-drittijiet proċedurali tar-rikorrenti.

4.

Ir-raba’ motiv: il-konvenuta kisret l-obbligu ta’ motivazzjoni tagħha.


(1)  ĠU 2021, C 240, p. 33.

(2)  Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Settembru 2008 dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi ta’ l-ajru fil-Komunità (Riformulazzjoni) (ĠU 2008, L 293, p. 3).


27.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 391/28


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Awwissu 2021 – Philip Morris Products vs EUIPO (TOGETHER. FORWARD.)

(Kawża T-500/21)

(2021/C 391/38)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Philip Morris Products SA (Neuchâtel, l-Isvizzera) (rappreżentant: L. Alonso Domingo, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: l-applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “TOGETHER. FORWARD.” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 288 035

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-2 ta’ Ġunju 2021 fil-Każ R 417/2021-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tiegħu u għal dawk tar-rikorrenti.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u konsegwentement tal-paragrafu 2 tal-imsemmi Artikolu 7 peress li evalwa l-perċezzjoni tal-konsumaturi rilevanti b’mod żbaljat;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għal dak li jirrigwarda t-trade mark inkwistjoni.


27.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 391/28


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Awwissu 2021 – Philip Morris Products vs EUIPO (Apparat li fih kombinazzjoni ta’ linji suwed u bojod li jifformaw l-angolu ta’ kubu)

(Kawża T-501/21)

(2021/C 391/39)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Philip Morris Products SA (Neuchâtel, l-Isvizzera) (rappreżentant: L. Alonso Domingo, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: l-applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea (Apparat li fih kombinazzjoni ta’ linji suwed u bojod li jifformaw l-angolu ta’ kubu) – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 252 130

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-3 ta’ Ġunju 2021 fil-Każ R 79/2021-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tiegħu u għal dawk tar-rikorrenti.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill minħabba li evalwa l-perċezzjoni tal-konsumaturi rilevanti b’mod żbaljat;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għal dak li jirrigwarda t-trade mark inkwistjoni.


27.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 391/29


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Awwissu 2021 – Philip Morris Products vs EUIPO (Apparat li fih kombinazzjoni ta’ linji suwed u bojod li jifformaw kwadrat)

(Kawża T-502/21)

(2021/C 391/40)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Philip Morris Products SA (Neuchâtel, l-Isvizzera) (rappreżentant: L. Alonso Domingo, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: l-applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea (Apparat li fih kombinazzjoni ta’ linji suwed u bojod li jifformaw kwadrat) – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 252 146

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-26 ta’ Mejju 2021 fil-Każ R 78/2021-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tiegħu u għal dawk tar-rikorrenti.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill minħabba li evalwa l-perċezzjoni tal-konsumaturi rilevanti b’mod żbaljat;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għal dak li jirrigwarda t-trade mark inkwistjoni.