ISSN 1977-0987 |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 386A |
|
![]() |
||
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 64 |
Werrej |
Paġna |
|
|
V Avviżi |
|
|
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI |
|
|
L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) |
|
2021/C 386 A/01 |
MT |
|
V Avviżi
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI
L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO)
23.9.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CA 386/1 |
AVVIŻ TA’ KOMPETIZZJONIJIET ĠENERALI
TEKNIĊI U ĦADDIEMA TA’ APPOĠĠ
EPSO/AST/150/21 — Tekniċi (AST 3)
Qasam 1: Tekniċi awdjoviżivi u tal-konferenzi
Qasam 2: Tekniċi tal-bini
Qasam 3: Tekniċi tal-laboratorju
EPSO/AST-SC/11/21 — Ħaddiema ta’ appoġġ fil-laboratorju (AST-SC 1)
(2021/C 386 A/01)
Id-data tal-għeluq għar-reġistrazzjoni: is-26 ta’ Ottubru 2021 f’12.00 (nofsinhar), ħin ta’ Brussell
L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) qed jorganizza kompetizzjonijiet ġenerali, ibbażati fuq kwalifiki u testijiet, biex ifassal listi ta’ riżerva li minnhom il-Kummissjoni Ewropea, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-UE, il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, il-Qorti tal-Awdituri u l-Kumitat tar-Reġjuni jistgħu jirreklutaw membri ġodda tas-servizz ċivili bħala “ tekniċi ” (grupp ta’ funzjoni AST) jew “ ħaddiema ta’ appoġġ ” (grupp ta’ funzjoni AST-SC).
Il-kandidati magħżula u reklutati mill-kompetizzjoni EPSO/AST/150/21 jaħdmu fit-tliet oqsma msemmija hawn fuq. Il-kandidati ta’ suċċess tal-oqsma 1 u 2 tal-kompetizzjoni EPSO/AST/150/21 jiġu reklutati prinċipalment fi Brussell u l-Lussemburgu (għall-Kummissjoni Ewropea, tingħata prijorità lir-reklutaġġi fil-Lussemburgu). Il-kandidati ta’ suċċess tal-qasam 3 tal-kompetizzjoni EPSO/AST/150/21 kif ukoll tal-kompetizzjoni EPSO/AST-SC/11/21 jiġu reklutati prinċipalment fil-bini taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni Ewropea f’Ispra (IT), Karlsruhe (DE), Petten (NL) u Geel (BE).
Dan l-Avviż ta’ Kompetizzjonijiet u l-annessi tiegħu jifformaw il-qafas legalment vinkolanti għal dawn il-proċeduri ta’ selezzjoni.
Ara l-ANNESS III għar-regoli ġenerali li jirregolaw il-kompetizzjonijiet ġenerali.
Numru ta’ kandidati ta’ suċċess mfittxija skont il-kompetizzjoni u skont il-qasam:
EPSO/AST/150/21
Qasam 1: |
Tekniċi awdjoviżivi u tal-konferenzi: 92 |
Qasam 2: |
Tekniċi tal-bini: 114 |
Qasam 3: |
Tekniċi tal-laboratorju: 20 |
EPSO/AST-SC/11/21
Ħaddiema ta’ appoġġ fil-laboratorju: 15
Dan l-Avviż ikopri żewġ kompetizzjonijiet, li waħda minnhom fiha tliet oqsma. Tista’ tapplika biss għal qasam wieħed f’kull kompetizzjoni. Din l-għażla trid tagħmilha meta tkun qed tapplika online u ma tistax tibdilha ġaladarba tkun ikkonfermajt u vvalidajt l-applikazzjoni online tiegħek.
Matul din il-proċedura ta’ selezzjoni, tiġi mistieden tagħmel bosta testijiet kif indikat f’dan l-Avviż ta’ Kompetizzjonijiet. L-EPSO jiżgura li l-kundizzjonijiet li bihom tagħmel dawn it-testijiet ikunu konformi mar-rakkomandazzjonijiet stabbiliti mill-Awtoritajiet tas-Saħħa Pubblika relevanti (iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard / awtoritajiet oħra internazzjonali / Ewropej u nazzjonali).
LIEMA KOMPITI GĦANDI NISTENNA LI NWETTAQ?
EPSO/AST/150/21
Qasam 1: Tekniċi awdjoviżivi u tal-konferenzi
It-tekniċi awdjoviżivi u tal-konferenzi huma responsabbli għat-tfassil, l-ikkummissjonar u l-konfigurazzjoni ta’ infrastrutturi awdjoviżivi bħal faċilitajiet ta’ laqgħat u dawk orjentati lejn ix-xandir kif ukoll il-ġestjoni ta’ proġetti relatati u, jekk meħtieġ, l-operat u s-sejbien ta’ problemi f’infrastrutturi bħal dawn.
Qasam 2: Tekniċi tal-bini
It-tekniċi tal-bini jassistu fil-ġestjoni tal-proġetti fl-oqsma tal-kostruzzjoni u r-rinnovazzjoni tal-bini, il-ġestjoni tal-faċilitajiet, it-teknoloġija speċjalizzata (pereż. it-tisħin, il-ventilazzjoni u l-arja kundizzjonata — HVAC u l-inġinerija elettromekkanika, elettrika), xogħol strutturali u rfinar, il-ġestjoni tal-enerġija u tal-ambjent tal-bini, il-ġestjoni tas-saħħa u tas-sikurezza u kwistjonijiet ta’ prevenzjoni.
Qasam 3: Tekniċi tal-laboratorju
It-tekniċi tal-laboratorju huma responsabbli għad-disinn, l-installazzjoni, il-ġestjoni u l-manutenzjoni ta’ installazzjonijiet tekniċi u laboratorji użati prinċipalment miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni Ewropea. L-installazzjonijiet tekniċi jinkludu l-laboratorji tal-kimika / tax-xjenza materjali / tal-bijoloġija / tal-elettriku / tal-elettronika, in-networks elettriċi, is-sistemi idrawliċi u ta’ ventilazzjoni, il-workshops mekkaniċi u s-sistemi tal-mekatronika.
EPSO/AST-SC/11/21 — Ħaddiema ta’ appoġġ fil-laboratorju
Il-ħaddiema ta’ appoġġ fil-laboratorju jwettqu l- kompiti operazzjonali relatati mad-disinn, l-installazzjoni, il-ġestjoni u l-manutenzjoni ta’ installazzjonijiet tekniċi u laboratorji użati prinċipalment miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni Ewropea. L-installazzjonijiet tekniċi jinkludu l-laboratorji tal-kimika / tax-xjenza materjali / tal-bijoloġija / tal-elettriku / tal-elettronika, in-networks elettriċi, is-sistemi idrawliċi u ta’ ventilazzjoni, il-workshops mekkaniċi u s-sistemi tal-mekatronika.
Ara l-ANNESS I għal aktar informazzjoni dwar id-dmirijiet tipiċi li għandhom jitwettqu.
JIEN ELIĠIBBLI BIEX NAPPLIKA?
Trid tkun tissodisfa l-kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi KOLLHA li ġejjin sad-data tal-għeluq għall-applikazzjonijiet online:
1) Kundizzjonijiet ġenerali
— |
Tkun tgawdi mid-drittijiet kollha bħala ċittadin ta’ Stat Membru tal-UE |
— |
Tkun wettaqt kull obbligu impost mil-liġijiet nazzjonali dwar is-servizz militari |
— |
Tissodisfa r-rekwiżiti tal-karattru għad-dmirijiet ikkonċernati |
2) Kundizzjonijiet speċifiċi – lingwi
Irid ikollok għarfien ta’ mill-inqas żewġ lingwi uffiċjali tal-UE; waħda minnhom b’minimu ta’ livell C1 (għarfien profond) u b’livell minimu ta’ B2 fl-oħra (għarfien sodisfaċenti).
Ta’ min jinnota li l-livelli minimi meħtieġa hawn fuq iridu japplikaw għal kull ħila lingwistika (taħdit, kitba, qari u smigħ) mitluba fil-formola ta’ applikazzjoni. Dawn il-kapaċitajiet jirriflettu dawk tal-Qafas Komuni Ewropew ta’ Referenza għal-Lingwi: https://rm.coe.int/CoERMPublicCommonSearchServices/DisplayDCTMContent?documentId=090000168045bb60
F’dan l-Avviż ta’ Kompetizzjonijiet nagħmlu referenza għal-lingwi bħala:
— |
Lingwa 1: il-lingwa użata għat-testijiet tal-Mistoqsijiet b’Ġħażla Multipla bbażati fuq il-kompjuter, |
— |
Lingwa 2: il-lingwa użata għas-selezzjoni bbażata fuq il-kwalifiki (Talent Screener), u għat-testijiet taċ-ċentru ta’ evalwazzjoni. Din il-lingwa trid tkun differenti mil-lingwa 1. |
Il-komunikazzjoni permezz tal-profil tal-EPSO bejn l-EPSO u l-kandidati li jkunu ppreżentaw applikazzjoni valida ssir f’waħda mil-lingwi li jkunu ddikjaraw fil-formola tal-applikazzjoni tagħhom fil-livell B2 jew ogħla.
Il-Lingwa 2 trid tkun l-Ingliż jew il-Franċiż.
Il-kandidati li jirnexxu jiġu rreklutati għal dawn iż-żewġ kompetizzjonijiet huma meħtieġa li jkollhom għarfien sodisfaċenti (livell minimu B2) tal- Ingliż jew tal-Franċiż . Dan ir-rekwiżit jaqbel mar-realtà tal-ambjent tax-xogħol, kif speċifikat hawn taħt fir-rigward ta’ kull qasam.
EPSO/AST/150/21, Qasam 1: Tekniċi awdjoviżivi u tal-konferenzi
L-Ingliż huwa l-aktar lingwa użata fil-qasam awdjoviżiv, kemm mad-dinja kollha kif ukoll fi ħdan l-istituzzjonijiet tal-UE. L-għarfien tajjeb tal-Ingliż huwa indispensabbli f’każijiet fejn it-tekniċi li jaħdmu fl-istituzzjonijiet tal-UE huma f’kuntatt ma’ tekniċi f’organizzazzjonijiet internazzjonali oħra bħan-Nazzjonijiet Uniti, l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, jew l-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi, biex jitħejja l-istabbiliment tekniku ta’ laqgħat ta’ livell għoli. Il-lingwa komuni użata għall-komunikazzjoni mas-servizzi ta’ interpretazzjoni ta’ dawn l-organizzazzjonijiet hija wkoll l-Ingliż.
Gwidi u standards tekniċi, manwali tat-tagħmir u dokumenti oħra ta’ referenza kif ukoll materjali ta’ taħriġ maħruġa mill-manifatturi tat-tagħmir użat f’dan il-qasam huma l-aktar disponibbli bl-Ingliż u l-Franċiż. L-għodda tal-IT użata mit-tekniċi tal-konferenzi — Coralin — li sservi għall-ippjanar tas-servizzi tal-kmamar, teżisti biss bl-Ingliż u bil-Franċiż. It-taħriġ mill-fornituri esterni tat-taħriġ jingħata bl-Ingliż, filwaqt li t-taħriġ bejn il-pari u t-taħriġ fuq il-post tax-xogħol jingħataw bl-Ingliż u bil-Franċiż.
L-Ingliż u l-Franċiż huma l-lingwi ewlenin użati għall-abbozzar ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi u operattivi għal faċilitajiet ta’ konferenzi u awdjoviżivi ġodda jew għat-titjib tal-faċilitajiet eżistenti. Fil-kuntratti qafas eżistenti kollha li ġew stabbiliti għall-forniment ta’ servizzi awdjoviżivi, kif ukoll għax-xiri, l-installazzjoni u s-servizzi tal-manutenzjoni, l-Ingliż u l-Franċiż huma l-lingwi imposti fil-kuntratt qafas. Dan ifisser li t-timijiet ipprovduti mill-kuntratturi esterni qed jaħdmu biss bl-Ingliż jew bil-Franċiż. Fil-każ ta’ kuntatti ma’ fornituri lokali, l-aktar fi Brussell, il-Franċiż huwa l-aktar lingwa komuni użata.
L-Ingliż u l-Franċiż huma l-aktar lingwi użati mill-organizzaturi u l-parteċipanti f’konferenzi u avvenimenti oħra li għalihom it-tekniċi awdjoviżivi u tal-konferenzi jistgħu jintalbu jipprovdu assistenza. L-interlokuturi ewlenin tagħhom f’każijiet bħal dawn, pereżempju l-persunal tekniku inkarigat mis-swali tal-laqgħat, l-organizzaturi tal-konferenzi, eċċ, qed jużaw ukoll l-Ingliż u l-Franċiż bħala lingwi awtomatiċi.
Fl-aħħar nett, l-Ingliż u l-Franċiż huma wkoll il-lingwi interni ta’ komunikazzjoni fid-dipartimenti li jipprovdu servizzi awdjoviżivi u tal-konferenzi.
EPSO/AST/150/21, Qasam 2: Tekniċi tal-bini
L-uffiċjali reklutati bħala tekniċi tal-bini se jkunu meħtieġa jikkollaboraw ta’ kuljum ma’ kuntratturi, kumpaniji esterni, u awtoritajiet lokali, prinċipalment fi Brussell u l-Lussemburgu. Il-lingwa ta’ ħidma prinċipali ta’ dawn il-partijiet ikkonċernati esterni hija l-Franċiż u, sa ċertu punt, l-Ingliż. Pereżempju, l-Ingliż jintuża f’kuntatti ma’ kuntratturi li jitkellmu l-Olandiż u mal-kuntratturi li huma parti minn konsorzji multinazzjonali akbar. L-għarfien tal-Franċiż jippermetti lit-tekniċi tal-bini jifhmu u japplikaw il-leġiżlazzjoni lokali.
Il-Franċiż u l-Ingliż huma l-lingwi ewlenin użati biex jiġu abbozzati l-espressjonijiet tal-ħtiġijiet u l-ispeċifikazzjonijiet tal-offerta, relatati mal-manutenzjoni, il-manutenzjoni u l-ġestjoni tal-bini.
L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, il-manwali tal-proċedura, in-normi u l-istandards internazzjonali fil-qasam tal-kostruzzjoni u l-ġestjoni tal-bini huma disponibbli l-aktar bl-Ingliż. It-taħriġ fuq il-post tax-xogħol u bejn il-pari fis-servizzi rilevanti huwa pprovdut biss bil-Franċiż u bl-Ingliż.
L-Ingliż u l-Franċiż huma wkoll il-lingwi prinċipali tal-komunikazzjoni interna fid-dipartimenti li jipprovdu l-infrastruttura u s-servizzi loġistiċi, kif ukoll bejn dawk is-servizzi u d-dipartimenti tal-klijenti.
EPSO/AST/150/21, Qasam 3: Ħaddiema tekniċi fil-laboratorju, EPSO/AST-SC/11/21 — Ħaddiema ta’ appoġġ fil-laboratorju
L-uffiċjali reklutati bħala tekniċi tal-laboratorju u ħaddiema ta’ appoġġ fil-laboratorju se jiġu impjegati f’diversi siti taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka, li jinsabu f’diversi Stati Membri. F’ħafna minn dawn is-siti waħda mil-lingwi użati hija l-lingwa tal-Istat Membru ospitanti li għaliha l-uffiċjali kollha reklutati ġodda jgħaddu minn taħriġ. Madankollu, fis-siti kollha taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka, l-Ingliż u l-Franċiż huma l-aktar żewġ lingwi komuni użati. Dawn jintużaw biex jikkomunikaw bejn siti differenti, biex jikkomunikaw maċ-ċentri ta’ riċerka, kif ukoll ma’ istituzzjonijiet oħra tal-UE. Filwaqt li l-Ingliż jintuża l-aktar fil-komunikazzjoni bil-miktub madwar iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka, il-Franċiż jintuża ħafna f’għadd ta’ laboratorji.
It-taħriġ intern huwa pprovdut bl-Ingliż u bil-Franċiż, u l-manwali tal-għodod u t-tagħmir tal-IT użati mit-tekniċi tal-laboratorju u mill-ħaddiema ta’ appoġġ fil-laboratorju huma disponibbli bl-Ingliż u bil-Franċiż.
Għar-raġunijiet elenkati hawn fuq fir-rigward tal-oqsma koperti minn dawn il-kompetizzjonijiet, l-għarfien tal-Ingliż u/jew tal-Franċiż jippermetti lill-uffiċjali reklutati biex ikunu immedjatament operattivi u biex iwettqu bl-iktar mod effiċjenti d-dmirijiet tekniċi u ta’ appoġġ elenkati fl-Anness I għall-Avviż tal-Kompetizzjoni.
Din hi wkoll ir-raġuni għaliex, fir-rigward tal-punt 4) tat-Taqsima “KIF NINTGĦAŻEL”, l-Ingliż u l-Franċiż iridu jintużaw għas-selezzjoni bbażata fuq il-kwalifiki (Talent Screener), u għat-testijiet taċ-ċentru ta’ evalwazzjoni. Barra minn hekk, it-Talent Screener huwa soġġett għal valutazzjoni komparattiva mill-Bord tas-Selezzjoni. Dan jintuża bħala dokument ta’ referenza mill-Bord tas-Selezzjoni waqt l-intervista relatata mal-qasam fiċ-ċentru ta’ evalwazzjoni, u jintuża għal skopijiet ta’ reklutaġġ jekk kandidat jirnexxi. Huwa għalhekk fl-interess tas-servizz u tal-kandidati li t-Talent Screener jimtela bil-lingwa 2.
3) Kundizzjonijiet speċifiċi — kwalifiki u esperjenza ta’ xogħol
EPSO/AST/150/21
Qasam 1: Tekniċi awdjoviżivi u tal-konferenzi
— |
Livell ta’ edukazzjoni post-sekondarja attestat b’diploma f’qasam relatat mad-dmirijiet tal-qasam 1 kif indikat fl-Anness I u segwit minn mill-inqas tliet snin esperjenza professjonali rilevanti għal dawk l-istess dmirijiet, jew |
— |
Livell ta’ edukazzjoni sekondarja attestat b’diploma ta’ tmiem l-istudji li tagħti aċċess għal edukazzjoni post-sekondarja segwit minn mill-inqas sitt snin esperjenza professjonali rilevanti għad-dmirijiet tal-qasam 1 kif indikat fl-Anness I. |
Qasam 2: Tekniċi tal-bini
— |
Livell ta’ edukazzjoni post-sekondarja attestat b’diploma fis-sigurtà tal-bini, is-sikurezza okkupazzjonali u tal-bini, it-teknoloġija tal-bini, il-ġestjoni tal-enerġija u ambjentali tal-bini jew f’qasam ieħor direttament marbut mad-dmirijiet tal-qasam 2 kif indikat fl-Anness I, segwit minn mill-inqas tliet snin esperjenza professjonali rilevanti għal dawk l-istess dmirijiet, jew |
— |
Livell ta’ edukazzjoni sekondarja attestat b’diploma ta’ tmiem l-istudji li tagħti aċċess għal edukazzjoni post-sekondarja segwit minn mill-inqas sitt snin esperjenza professjonali rilevanti għad-dmirijiet tal-qasam 2 kif indikat fl-Anness I. |
Qasam 3: Tekniċi tal-laboratorju
— |
Livell ta’ edukazzjoni post-sekondarja attestat b’diploma f’qasam relatat mad-dmirijiet tal-qasam 3 kif indikat fl-Anness I u segwit minn mill-inqas tliet snin esperjenza professjonali rilevanti għal dawk l-istess dmirijiet, jew |
— |
Livell ta’ edukazzjoni sekondarja attestat b’diploma ta’ tmiem l-istudji li tagħti aċċess għal edukazzjoni post-sekondarja segwit minn mill-inqas sitt snin esperjenza professjonali rilevanti għad-dmirijiet tal-qasam 3 kif indikat fl-Anness I. |
EPSO/AST-SC/11/21 — Ħaddiema ta’ appoġġ fil-laboratorju
— |
Livell ta’ edukazzjoni post-sekondarja ta’ mill-inqas sena attestat b’diploma relatata direttament mad-dmirijiet kif indikat fl-Anness I, jew |
— |
Livell ta’ edukazzjoni sekondarja attestat b’diploma li tagħti aċċess għal edukazzjoni post-sekondarja segwit minn mill-inqas tliet snin esperjenza professjonali relatata direttament mad-dmirijiet kif indikat fl-Anness I, jew |
— |
Taħriġ professjonali (ekwivalenti għal-Livell 4 tal-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki — https://europa.eu/europass/mt/description-eight-eqf-levels) ta’ mill-inqas sena, segwit minn mill-inqas tliet snin esperjenza professjonali. Kemm it-taħriġ kif ukoll l-esperjenza jridu jkunu direttament relatati mad-dmirijiet kif indikat fl-Anness I. |
Jekk jogħġbok ara l-ANNESS IV għal eżempji ta’ kwalifiki minimi
KIF NINTGĦAŻEL?
1) Il-proċess tal-applikazzjoni
Meta timla l-applikazzjoni tiegħek, trid:
— |
tagħżel lingwa 1 u lingwa 2 għat-testijiet
|
— |
tikkonferma l-eliġibbiltà tiegħek għall-kompetizzjoni |
— |
tipprovdi aktar informazzjoni rilevanti għall-kompetizzjoni (pereżempju: diplomi, esperjenza ta’ xogħol, u tweġibiet għal mistoqsijiet speċifiċi għall-qasam (Talent Screener), ara l-punt 4 hawn taħt). |
Il-formola tal-applikazzjoni online hija disponibbli bl-24 lingwa uffiċjali tal-UE. Tista’ tagħżel kull waħda minn dawn il-lingwi minn dawn il-lingwi meta timlieha, ħlief fit-Taqsima tat- Talent Screener li trid timtela bil-lingwa 2 tiegħek .
Bil-validazzjoni tal-formola tal-applikazzjoni tiegħek, tkun qed tiddikjara fuq l-unur tiegħek li tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha msemmija fit-Taqsima “Jien eliġibbli biex napplika?” Meta tkun ivvalidajt il-formola tal-applikazzjoni tiegħek, ma tkunx tista’ tagħmel aktar tibdil. Hija r-responsabbiltà tiegħek li tara li timla u tivvalida l-applikazzjoni tiegħek sal-iskadenza .
2) Testijiet tal-Mistoqsijiet b’Ġħażla Multipla bbażati fuq il-kompjuter (MCQ)
Jekk in-numru ta’ kandidati:
— |
jaqbeż ċertu limitu , kif definit mid-Direttriċi tal-EPSO li taġixxi bħala l-Awtorità tal-Ħatra, il-kandidati kollha li jkunu vvalidaw il-formola tal-applikazzjoni tagħhom sal-iskadenza jkunu mistiedna jattendu sensiela ta’ testijiet MCQ ibbażati fuq il-kompjuter jew f’wieħed miċ-ċentri akkreditati tal-EPSO jew mill-bogħod. |
— |
ikun inqas mil-limitu , dawn it-testijiet minflok jiġu organizzati waqt iċ-ċentru ta’ evalwazzjoni (punt 5). |
Sakemm ma jkunx avżat mod ieħor, trid tibbukkja appuntament għat-testijiet MCQ skont l-istruzzjonijiet mill-EPSO. L-EPSO joffrilek tipikament diversi dati li fihom tista’ tagħmel it-testijiet f’diversi lokalitajiet. Inkella, l-EPSO jista’ jiddeċiedi li joffrilek il-possibbiltà li tagħmel it-testijiet online. Il-perjodi tal-ibbukkjar u l-ittestjar huma limitati .
It-testijiet MCQ bil-kompjuter ikunu organizzati kif ġej:
Testijiet |
Lingwa |
Mistoqsijiet |
Tul ta’ żmien |
Marka |
Marka minima meħtieġa |
Raġunament verbali |
Lingwa 1 |
20 mistoqsija |
35 minuta |
Minn 20 punt |
10/20 |
Raġunament numeriku |
Lingwa 1 |
10 mistoqsijiet |
20 minuta |
Minn 10 punti |
Numeriku + astratt flimkien: 10/20 |
Raġunament astratt |
Lingwa 1 |
10 mistoqsijiet |
10 minuti |
Minn 10 punti |
Dawn it-testijiet huma eliminatorji, li jfisser li trid tikseb tal-anqas il-marki minimi meħtieġa indikati fit-tabella ta’ hawn fuq. Il-marki miksuba ma jiżdidux mal-marki tat-testijiet l-oħra fil-kalkolu tal-punteġġ totali tiegħek.
3) Kontrolli tal-eliġibbiltà
Ir-rekwiżiti tal-eliġibbiltà stabbiliti fit-Taqsima “Jien eliġibbli biex napplika?” hawn fuq jiġu ċċekkjati mad-data pprovduta fl-applikazzjonijiet online tal-kandidati. L-EPSO jiċċekkja jekk tissodisfax il-kundizzjonijiet ġenerali tal-eliġibbiltà filwaqt li l-Bord tas-Selezzjoni jivverifika l-konformità mal-kundizzjonijiet speċifiċi tal-eliġibbiltà fit-Taqsimiet “Edukazzjoni u Taħriġ” u “Esperjenza Professjonali” tal-applikazzjoni online tal-kandidati, filwaqt li jitqiesu d-dmirijiet indikati fl-Anness I.
Wieħed miż-żewġ xenarji li ġejjin jiġi applikat skont jekk inqabiżx il-limitu msemmi fil-punt 2 hawn fuq:
— |
Jekk it-testijiet MCQ ibbażati fuq il-kompjuter jiġu organizzati minn qabel , il-Bord tas-Selezzjoni jipproċedi bil-kontrolli tal-eliġibbiltà tal-files tal-kandidati li jkunu kisbu l-marki minimi meħtieġa fit-testijiet kollha, kif definit fl-Avviż tal-Kompetizzjonijiet, u f’ordni dixxendenti tal-marki rilevanti miksuba f’dawk it-testijiet. Il-files jiġu ċċekkjati sakemm in-numru ta’ kandidati eliġibbli jilħaq ċertu limitu, definit mid-Direttriċi tal-EPSO li taġixxi bħala Awtorità tal-Ħatra qabel l-ittestjar, u dawk il-kandidati biss jiġu mistiedna għall-fażi li jmiss tal-kompetizzjoni. Il-files l-oħrajn ma jiġux iċċekkjati. |
— |
Jekk it-testijiet MCQ ibbażati fuq il-kompjuter ma jiġux organizzati minn qabel , il-files tal-kandidati kollha li jkunu vvalidaw l-applikazzjoni tagħhom sal-iskadenza jiġu ċċekkjati għall-eliġibbiltà. |
Innota li d-dokumenti ta’ sostenn tal-kandidati jiġu ċċekkjati fi stadju aktar tard (ara l-punt 6 hawn taħt).
4) Selezzjoni bbażata fuq il-kwalifiki (Talent Screener)
Sabiex il-Bord tas-Selezzjoni jkun jista’ jagħmel valutazzjoni oġġettiva tal-merti komparattivi tal-kandidati kollha b’mod strutturat, kull kandidat fl-istess qasam irid iwieġeb l-istess sett ta’ mistoqsijiet fit-Taqsima “Talent Screener” tal-formola ta’ applikazzjoni bil-lingwa 2. Is-selezzjoni bbażata fuq il-kwalifiki ssir biss għal dawk il-kandidati li jitqies li jkunu eliġibbli kif deskritt hawn fuq fil-punt 3, bl-użu tal-informazzjoni pprovduta f’din it-Taqsima tat-Talent Screener biss. Għalhekk trid tinkludi l-informazzjoni kollha rilevanti fit-tweġibiet tiegħek fit-Taqsima Talent Screener, anki jekk tkun diġà semmejtha f’taqsimiet oħra tal-formola tal-applikazzjoni tiegħek. Il-mistoqsijiet huma bbażati fuq il-kriterji tas-selezzjoni elenkati fl-Anness II.
Ara l-ANNESS II għal-lista ta’ kriterji.
Biex jagħmel is-selezzjoni fuq il-bażi tal-kwalifiki, il-Bord tas-Selezzjoni l-ewwel jassenja piż lil kull kriterju tas-selezzjoni li jirrifletti l-importanza relattiva tiegħu (minn 1 sa 3) u t-tweġibiet ta’ kull kandidat jingħataw bejn 0 u 4 punti. Il-punti jiġu mbagħad immultiplikati bil-piż għal kull kriterju u magħduda flimkien biex jiġu identifikati dawk il-kandidati li l-profili tagħhom jaqblu l-aktar mad-dmirijiet li jridu jitwettqu.
Dawk il-kandidati li jkunu kisbu l-aħjar marki totali wara s-selezzjoni fuq il-bażi tal-kwalifiki (Talent Screener) biss jgħaddu għall-fażi li jmiss.
5) Ċentru ta’ evalwazzjoni
Għal din il-fażi, jiġi mistieden għadd ta’ kandidati li jkunu rnexxew li ma jkunx iktar minn tliet darbiet l-ammont ta’ kandidati ta’ suċċess imfittxija għal kull qasam. Jekk tissodisfa r-rekwiżiti tal-eliġibbiltà skont id-data fl-applikazzjoni online tiegħek u jekk għandek waħda mill- ogħla marki globali fis-selezzjoni fuq il-bażi tal-kwalifiki, tiġi mistieden sabiex tagħmel ġurnata jew bosta ġranet f’ċentru ta’ evalwazzjoni (online jew personalment) bil-lingwa 2 tiegħek . Innota li l-istudju tal-każ jista’ jiġi organizzat f’wieħed miċ-ċentri tat-testijiet akkreditati tal-EPSO jew mill-bogħod. Aktar dettalji u struzzjonijiet jiġu inklużi fl-ittra ta’ stedina tiegħek.
Jekk it-testijiet MCQ ibbażati fuq il-kompjuter deskritti fil-punt 2 ma jkunux ġew organizzati minn qabel , tagħmilhom waqt il-fażi taċ-ċentru ta’ evalwazzjoni f’wieħed miċ-ċentri akkreditati tal-EPSO jew mill-bogħod.
Sakemm ma tingħatax struzzjonijiet oħra, ikollok ittella’ kopji skennjati tad-dokumenti ta’ sostenn tiegħek fil-kont tal-EPSO tiegħek. Aktar dettalji u struzzjonijiet jiġu inklużi fl-ittra ta’ stedina tiegħek.
Seba’ kompetenzi ġenerali, kif ukoll il-kompetenzi relatati mal-qasam meħtieġa għal kull qasam tal-kompetizzjoni EPSO/AST/150/21 u għall-kompetizzjoni EPSO/AST-SC/11/21, jiġu ttestjati matul iċ-ċentru ta’ evalwazzjoni permezz ta’ tliet testijiet (Studju tal-każ, Intervista Sitwazzjonali Bbażata fuq il-Kompetenza u intervista relatata mal-qasam) kif deskritt fil-matriċijiet li ġejjin:
Kompetenza |
Test |
||
|
Studju tal-każ |
||
|
Studju tal-każ |
||
|
Studju tal-każ |
||
|
Intervista Sitwazzjonali Bbażata fuq il-Kompetenza |
||
|
Studju tal-każ |
||
|
Intervista Sitwazzjonali Bbażata fuq il-Kompetenza |
||
|
Intervista Sitwazzjonali Bbażata fuq il-Kompetenza |
Marki minimi meħtieġa : Kull kompetenza tiġi mmarkata minn 10 punti. Ma hemm l-ebda marka minima meħtieġa għal kull kompetenza, madankollu trid tilħaq il-marka minima meħtieġa ta’ mill-inqas 35/70 b’kollox. Il-marki miksuba f’dawn it-testijiet jingħaddu mal-marka globali finali.
Kompetenza |
Test |
Marka |
Marka minima meħtieġa |
Kompetenzi relatati mal-qasam |
Intervista relatata mal-qasam |
Minn 100 punt |
50/100 |
Għat-test tal-intervista relatata mal-qasam, trid tikseb mill-inqas il-marka minima meħtieġa indikata fit-tabella ta’ hawn. Il-marka miksuba f’dan it-test tingħadd mal-marka globali finali.
6) Lista ta’ riżerva
Wara li jiċċekkja d-dokumenti ta’ sostenn tal-kandidati vis-à-vis l-informazzjoni pprovduta fil-formola ta’ applikazzjoni online tagħhom, il-Bord tas-Selezzjoni jistabbilixxi erba’ listi ta’ riżerva għaż-żewġ kompetizzjonijiet – sakemm jintlaħaq l-għadd meħtieġ ta’ kandidati ta’ suċċess – minn dawk il-kandidati eliġibbli li jkunu kisbu l-marki minimi meħtieġa kollha kif ukoll l-ogħla marki, minn 170, wara ċ-ċentru ta’ evalwazzjoni. L-ismijiet jiġu elenkati f’ordni alfabetiku.
Il-listi ta’ riżerva u l-passaporti ta’ kompetenza, li jagħtu rispons kwalitattiv mill-Bord tas-Selezzjoni, tal-kandidati ta’ suċċess ikunu disponibbli għall-istituzzjonijiet Ewropej fil-proċeduri ta’ reklutaġġ u l-iżvilupp futur tal-karriera. L-inklużjoni f’lista ta’ riżerva ma tagħti l-ebda dritt jew garanzija li persuna tiġi rreklutata .
OPPORTUNITAJIET INDAQS U AĠĠUSTAMENTI SPEĊJALI
L-EPSO jagħmel l-almu tiegħu biex japplika opportunitajiet ugwali, ugwaljanza ta’ trattament u aċċess indaqs lill-kandidati kollha.
Jekk għandek diżabbiltà jew kundizzjoni medika li tista’ taffettwa l-kapaċità tiegħek li tagħmel it-testijiet, indika dan fil-formola tal-applikazzjoni tiegħek u segwi l-proċedura biex titlob aġġustamenti speċjali fit-testijiet tas-selezzjoni kif deskritt fir-regoli Ġenerali annessi ma’ dan l-avviż (skont il-punt 1.3 Opportunitajiet indaqs u aġġustamenti speċjali).
Skopri aktar dwar il-politika tagħna ta’ opportunitajiet indaqs u kif titlob aġġustamenti speċjali fuq is-sit web tagħna (https://epso.europa.eu/how-to-apply/equal-opportunities).
FEJN U META NISTA’ NAPPLIKA?
Biex tapplika, l-ewwel trid toħloq kont tal-EPSO. Kun af li trid toħloq kont tal-EPSO wieħed biss għal kull applikazzjoni tal-EPSO.
Applika online fuq il-website tal-EPSO http://jobs.eu-careers.eu/job-opportunities sa:
is-26 ta’ Ottubru 2021 f’12.00 (nofsinhar), ħin ta’ Brussell.
ANNESS I
DMIRIJIET
EPSO/AST/150/21
Qasam 1: Tekniċi awdjoviżivi u tal-konferenzi
1. |
Id-disinn, il-konfigurazzjoni u/jew l-implimentazzjoni ta’ faċilitajiet/tagħmir tal-konferenzi u awdjoviżiv, li jinkludu: is-sistemi ta’ interpretazzjoni tal-konferenzi u multilingwi; is-sistemi għall-qbid, l-ipproċessar, ir-reġistrazzjoni, id-distribuzzjoni u x-xandir ta’ flussi awdjo u / jew video; is-sistemi ta’ votazzjoni; l-awtomazzjoni tal-kmamar tal-laqgħat; sistemi ta’ kontroll lokali u ċentrali u infrastruttura lokali u ċentrali għall-ġestjoni ta’ kamra għal-laqgħat; is-sistemi ta’ parteċipazzjoni remota (vidjokonferenzi / konferenzi fuq l-internet).
Il-kompiti relatati jinkludu wkoll:
|
2. |
L-iżgurar tal-ipprogrammar, il-konfigurazzjoni u t-tmexxija bla xkiel tal-faċilitajiet/tagħmir tal-konferenzi u awdjoviżiv fl-ispazji tal-konferenzi, tal-laqgħat u tax-xandir, |
3. |
L-armar u t-tpoġġija tat-tagħmir mobbli tal-awdjo u / jew tal-vidjo (pereżempju kameras, screens, proġetturi, mikrofoni, mixers, xkafef mobbli, eċċ.) matul avvenimenti, |
4. |
L-organizzazzjoni, is-superviżjoni u/jew l-iżgurar tal-manutenzjoni preventiva u korrettiva tal-faċilitajiet/tagħmir tal-konferenzi u awdjoviżiv u t-twettiq ta’ tiswijiet u modifiki elettroniċi, |
5. |
L-armar, l-installazzjoni, il-konfigurazzjoni ta’ tagħmir awdjoviżiv u tal-IT għat-trażmissjoni ta’ video u ta’ awdjo permezz tan-network tal-informatika u / jew tat-telekomunikazzjonijiet (streaming bil-video u bl-awdjo, vidjokonferenzi, eċċ.), |
6. |
It-tħaddim ta’ faċilitajiet/tagħmir għall-konferenzi u awdjoviżivi, jekk meħtieġ. |
Qasam 2: Tekniċi tal-bini
1. |
Il-ġestjoni ta’ aspetti amministrattivi u finanzjarji ta’ proġetti ta’ bini u attivitajiet ta’ manutenzjoni li jiżguraw li l-assenjazzjonijiet tat-termini u l-kundizzjonijiet tal-kuntratt jiġu segwiti (noti ta’ abbozzar u deskrizzjonijiet tekniċi, eċċ), |
2. |
It-twettiq ta’ dmirijiet eżekuttivi u superviżorji relatati mal-implimentazzjoni tal-istadji tekniċi kollha tal-proġetti tal-bini (l-abbozzar tal-espressjoni tal-ħtiġijiet, is-sorveljanza ta’: il-fattibbiltà, l-istudji preliminari, l-istudji tal-proġetti, l-ispeċifikazzjonijiet tal-offerti, ix-xogħlijiet, l-ikkummissjonar u l-aċċettazzjoni tax-xogħlijiet, it-tlestija u l-garanziji, eċċ), |
3. |
It-twettiq ta’ dmirijiet eżekuttivi u superviżorji relatati mal-manutenzjoni tal-bini, il-manutenzjoni u l-ġestjoni tal-faċilitajiet (il-valutazzjoni tal-ħtiġijiet, l-ippjanar pluriennali, is-sejħiet għall-offerti, is-superviżjoni tal-baġit, is-superviżjoni tax-xogħlijiet, l-organizzazzjoni ta’ spezzjonijiet, il-ġestjoni u s-superviżjoni ta’ kuntratturi esterni fil-post, l-għoti ta’ pariri dwar soluzzjonijiet tekniċi, it-tindif u l-ġestjoni tal-iskart, eċċ), |
4. |
It-twettiq ta’ dmirijiet eżekuttivi u superviżorji relatati mal-konsum fil-bini (il-monitoraġġ tal-konsum, l-ippjanar u l-organizzazzjoni tal-ekonomija), |
5. |
It-twettiq ta’ dmirijiet eżekuttivi u superviżorji relatati ma’ pjanijiet ta’ twaħħil jew armar mill-ġdid (it-tfassil, l-ippjanar, l-għoti ta’ pariri dwar l-ibbaġittjar għal soluzzjonijiet differenti, l-ispeċifikazzjonijiet, is-sejħiet għall-offerti, is-superviżjoni tax-xogħlijiet, l-ikkummissjonar u l-aċċettazzjoni tax-xogħlijiet), |
6. |
Is-segwitu u l-aġġornament tal-permessi ambjentali, il-konformità legali tal-bini, iċ-ċertifikazzjonijiet ambjentali u tal-enerġija tal-bini u l-EMAS (L-Iskema ta’ Mmaniġġar u Awditjar Ekoloġiċi), l-abbozzar tal-ispeċifikazzjonijiet tal-“Akkwist Pubbliku Ekoloġiku”, |
7. |
It-twettiq ta’ dmirijiet konsultattivi u superviżorji relatati ma’ kwistjonijiet ta’ sikurezza, saħħa u prevenzjoni, |
8. |
Il-koordinazzjoni u s-segwitu tal-ħidma eżekuttiva u superviżorja fir-rigward tal-manutenzjoni ta’ fittings u l-manutenzjoni tal-bini fis-sit, |
9. |
Għall-qasam imsemmi hawn fuq, iż-żamma tar-relazzjonijiet mad-dipartimenti kkonċernati u / jew istituzzjonijiet oħra u / jew fornituri esterni tas-servizzi, |
10. |
It-twettiq ta’ ħidma eżekuttiva u superviżorja dwar il-loġistika assoċjata mal-attivitajiet kollha msemmija hawn fuq. |
Qasam 3: Tekniċi tal-laboratorju
It-tekniċi tal-infrastruttura tal-laboratorji huma responsabbli għad-disinn, l-installazzjoni, il-ġestjoni u l-manutenzjoni ta’ installazzjonijiet tekniċi u laboratorji.
Id-dmirijiet jistgħu jinkludu:
1. |
Il-koordinazzjoni u l-organizzazzjoni ta’ infrastrutturi tal-laboratorju jew tal-workshops inkluża t-trasformazzjoni ta’ talbiet minn utenti finali fi tpinġijiet u / jew disinji għal esperimenti, |
2. |
L-abbozzar ta’ rapporti tekniċi f’qasam relatat mal-qasam tal-kompetizzjoni, |
3. |
L-abbozzar ta’ dokumenti tekniċi għall-manutenzjoni ta’ strumentazzjoni tal-laboratorju u teknika, |
4. |
L-abbozzar ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi għax-xiri ta’ materjal tal-laboratorju u fit-tqabbil ta’ tagħmir tal-ittestjar differenti sabiex jintgħażlu dawk l-aktar xierqa, |
5. |
Is-sorveljanza tal-attivitajiet ta’ segwitu mwettqa minn kuntratturi tal-laboratorju sabiex jivverifikaw il-konformità tagħhom ma’ ordnijiet / speċifikazzjonijiet tax-xiri, |
6. |
Is-superviżjoni tal-aderenza tal-laboratorju stabbilit skont ir-regoli applikabbli tas-sikurezza u s-sigurtà. |
EPSO/AST-SC/11/21 — Ħaddiema ta’ appoġġ fil-laboratorju
Il-ħaddiema ta’ appoġġ fil-laboratorju jassistu lit-tekniċi tal-laboratorju b’mod partikolari billi jwettqu l-kompiti operattivi u manwali relatati mad-disinn, l-installazzjoni, il-ġestjoni u l-manutenzjoni ta’ installazzjonijiet tekniċi u laboratorji.
Id-dmirijiet jistgħu jinkludu:
1. |
It-twettiq ta’ operazzjonijiet ta’ infrastruttura / workshop / appoġġ għal-laboratorju, |
2. |
It-twettiq tar-realizzazzjoni fiżika ta’ tpinġijiet skematiċi, |
3. |
It-twettiq ta’ operazzjonijiet ta’ ħażna inkluż id-distribuzzjoni ta’ materjal, il-kontroll ta’ ħażniet u x-xiri, |
4. |
It-twettiq ta’ manutenzjoni teknika tal-bini / workshops / laboratorju u tiswijiet relatati. |
Tmiem l-ANNESS I, agħfas hawnhekk biex tmur lura għat-test prinċipali
ANNESS II
KRITERJI TAS-SELEZZJONI
EPSO/AST/150/21
Qasam 1: Tekniċi awdjoviżivi u tal-konferenzi
Il-Bord tas-Selezzjoni jikkunsidra l-kriterji li ġejjin għas-selezzjoni bbażata fuq il-kwalifiki:
1. |
Esperjenza professjonali fid-disinn, il-konfigurazzjoni u/jew l-istabbiliment ta’ faċilitajiet/tagħmir tal-konferenzi u awdjoviżiv kif speċifikat fl-Anness I – Dmirijiet, punt 1, |
2. |
Esperjenza professjonali fil-manutenzjoni u/jew is-soluzzjoni ta’ problemi b’faċilitajiet/tagħmir tal-konferenzi u awdjoviżiv, |
3. |
Esperjenza professjonali fil-programmazzjoni tal-awtomazzjoni awdjoviżiva u s-sistemi ta’ kontroll għall-kmamar tal-laqgħat, il-kmamar tal-konferenzi, il-klassijiet jew il-faċilitajiet tax-xandir, |
4. |
Esperjenza professjonali fit-tfassil, l-ipprogrammar, il-konfigurazzjoni u/jew is-soluzzjoni ta’ problemi b’tagħmir awdjo u/jew vidjo (pereż. kameras, skrins, proġetturi, mikrofoni, xkafef mobbli), |
5. |
Esperjenza professjonali fil-koordinazzjoni (pereż. bħala maniġer tal-proġett) u / jew f’timijiet ta’ superviżjoni (inklużi s-sottokuntratturi) fil-qasam awdjoviżiv u / jew tal-konferenzi, |
6. |
Esperjenza professjonali fl-użu, l-iskjerament, il-konfigurazzjoni u d-debugging ta’ networks ta’ apparat u servizzi awdjoviżivi kif speċifikat fl-Anness I – Dmirijiet, punt 5. |
Qasam 2: Tekniċi tal-bini
Il-Bord tas-Selezzjoni jikkunsidra l-kriterji li ġejjin għas-selezzjoni bbażata fuq il-kwalifiki:
1. |
Esperjenza professjonali, minbarra dik meħtieġa biex wieħed ikun ammess għall-kompetizzjoni, direttament rilevanti għall-qasam u d-dmirijiet kif speċifikat fl-Anness I – Dmirijiet, |
2. |
Esperjenza professjonali fl-użu ta’ software speċifiku tal-IT fil-qasam tal-kostruzzjoni, l-ippjanar jew il-manutenzjoni tal-bini, |
3. |
Diploma(i) minbarra dik meħtieġa biex wieħed ikun ammess għall-kompetizzjoni jew taħriġ addizzjonali, relatat mal-qasam, |
4. |
Esperjenza professjonali u / jew taħriġ fil-ġestjoni tal-proġetti fil-qasam tal-kostruzzjoni tal-bini, |
5. |
Esperjenza professjonali u / jew taħriġ fl-applikazzjoni ta’ metodi ta’ kontroll tal-kwalità għal xogħlijiet ta’ bini, |
6. |
Esperjenza professjonali u / jew taħriġ fl-akkwist u / jew fil-ġestjoni tal-kuntratti jew fil-monitoraġġ tal-kuntratti fil-qafas tax-xogħlijiet tal-bini, |
7. |
Esperjenza professjonali u / jew taħriġ fis-sistemi ta’ ġestjoni ambjentali, |
8. |
Esperjenza professjonali u / jew taħriġ formali fis-saħħa u s-sikurezza, il-prevenzjoni u l-ġestjoni tar-riskji. |
Qasam 3: Tekniċi tal-laboratorju
Il-Bord tas-Selezzjoni jikkunsidra l-kriterji li ġejjin għas-selezzjoni bbażata fuq il-kwalifiki:
1. |
Esperjenza professjonali fid-disinn, l-installazzjoni, l-organizzazzjoni, l-operat u l-manutenzjoni ta’ laboratorji u installazzjonijiet tekniċi relatati, |
2. |
Esperjenza professjonali fl-implimentazzjoni tal-eżekuzzjoni ta’ esperimenti kimiċi u / jew bijoloġiċi u / jew mekkaniċi u / jew materjali-xjentifiċi u / jew elettriċi / elettroniċi, |
3. |
Esperjenza professjonali fl-iżvilupp u t-twettiq ta’ proċeduri operattivi standard f’ambjent ta’ laboratorju, |
4. |
Esperjenza professjonali fit-tfassil ta’ rapporti u / jew fil-kumpilazzjoni ta’ riżultati tekniċi ta’ esperimenti mwettqa relatati mal-qasam tal-kompetizzjoni, |
5. |
Esperjenza professjonali fit-twettiq tal-kalibrazzjoni tat-tagħmir skont proċedura definita minn qabel u pjan ta’ manutenzjoni, |
6. |
Esperjenza professjonali fl-abbozzar ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi għall-għażla u x-xiri ta’ materjal tal-laboratorju u tagħmir għall-ittestjar, |
7. |
Esperjenza professjonali fit-tfassil u t-twettiq tal-elementi meħtieġa għall-ħolqien / modifika / titjib tat-tagħmir u l-infrastruttura sperimentali tal-laboratorju, |
8. |
Esperjenza professjonali fil-verifika tal-konformità tal-installazzjonijiet tal-infrastruttura / laboratorju skont ir-regoli applikabbli tas-sikurezza u s-sigurtà u l-istandards tal-assigurazzjoni tal-kwalità. |
EPSO/AST-SC/11/21 — Ħaddiema ta’ appoġġ fil-laboratorju
Il-Bord tas-Selezzjoni jikkunsidra l-kriterji li ġejjin għas-selezzjoni bbażata fuq il-kwalifiki:
1. |
Esperjenza professjonali fit-twettiq ta’ kompiti ta’ appoġġ prattiku relatati mar-realizzazzjoni fiżika ta’ installazzjonijiet tekniċi fuq il-bażi ta’ disinn u speċifikazzjonijiet partikolari, |
2. |
Esperjenza professjonali prattika fit-twettiq ta’ kompiti ta’ appoġġ relatati mat-twettiq ta’ esperimenti, |
3. |
Esperjenza professjonali fil-modifikazzjoni / titjib / personalizzazzjoni ta’ installazzjonijiet fiżiċi, |
4. |
Esperjenza professjonali prattika fil-manifattura u l-manutenzjoni tal-komponenti mekkaniċi u / jew fit-teknoloġiji tal-assemblaġġ u tal-iwweldjar, |
5. |
Esperjenza professjonali fl-użu ta’ għodod tal-magni u / jew manipulaturi, |
6. |
Esperjenza professjonali prattika fl-istabbiliment jew il-manutenzjoni ta’ ċirkwiti elettriċi / elettroniċi biex jaqdu ħtiġijiet speċifiċi (organizzazzjoni u pjan tal-manutenzjoni, verifika tal-manutenzjoni, ġestjoni tal-ispares), |
7. |
Esperjenza professjonali prattika fit-twettiq ta’ kompiti ta’ appoġġ fit-twettiq ta’ infrastruttura idrawlika jew ta’ ventilazzjoni mid-disinn u l-ispeċifikazzjonijiet tas-sistema, |
8. |
Esperjenza professjonali fl-operat taħt protokolli ta’ sikurezza u sigurtà u fil-konformità ma’ standards ta’ kwalità. |
Tmiem tal-ANNESS II, agħfas hawnhekk biex tmur lura għat-test prinċipali
ANNESS III
REGOLI ĠENERALI LI JIRREGOLAW IL-KOMPETIZZJONIJIET ĠENERALI
INFORMAZZJONI ĠENERALI
Kull referenza, fil-qafas ta’ proċeduri ta’ selezzjoni organizzati mill-EPSO, għal persuna ta’ ġeneru speċifiku trid tkun ikkunsidrata wkoll li tikkostitwixxi referenza għal persuna ta’ kull ġeneru ieħor.
Jekk kandidati jiksbu l-istess marka għall-aħħar post disponibbli f’kull stadju tal-kompetizzjoni, dawn kollha jgħaddu għall-istadju li jmiss tal-kompetizzjoni. Kull kandidat imdaħħal mill-ġdid wara appell b’suċċess jiġi mistieden għall-istadju li jmiss.
Jekk kandidati jkunu kisbu l-istess marka għall-aħħar post disponibbli fil-lista ta’ riżerva, dawn jiġu inklużi kollha fil-lista ta’ riżerva. Kull kandidat imdaħħal mill-ġdid wara appell b’suċċess f’dan l-istadju tal-proċedura jiżdied ukoll mal-lista ta’ riżerva.
1. MIN JISTA’ JAPPLIKA?
1.1. Il-kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi
Il-kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi (inkluż l-għarfien tal-lingwi) għal kull qasam jew profil huma indikati fit-Taqsima “Jien eliġibbli biex napplika?”.
Il-kundizzjonijiet speċifiċi rigward il-kwalifiki, l-esperjenza professjonali u l-għarfien tal-lingwi jvarjaw skont il-profil mitlub. Fl-applikazzjoni tiegħek, jinħtieġ li tinkludi kemm jista’ jkun informazzjoni dwar il-kwalifiki u l-esperjenza professjonali tiegħek (fejn meħtieġ) kif deskritt fit-Taqsima “Jien eliġibbli biex napplika?” ta’ dan l-avviż li hija rilevanti għall-kompiti .
(a) |
Diplomi u/jew ċertifikati: Diplomi, kemm jekk maħruġa f’pajjiżi tal-UE u kemm jekk le, iridu jiġu rikonoxxuti minn korp uffiċjali ta’ Stat Membru tal-UE, pereżempju Ministeru tal-Edukazzjoni ta’ Stat Membru tal-UE. F’dan ir-rigward, il-bord tas-selezzjoni jqis id-differenzi bejn is-sistemi tal-edukazzjoni. Għall-edukazzjoni postsekondarja u taħriġ tekniku, professjonali jew speċjalizzat, indika s-suġġetti koperti, it-tul ta’ żmien u jekk dan kienx kors full-time, kors part-time jew kors ta’ filgħaxija. |
(b) |
L-esperjenza professjonali (jekk meħtieġa), titqies biss jekk tkun rilevanti għall-funzjonijiet meħtieġa u:
|
1.2. Dokumenti ta’ sostenn
Fl-istadji differenti tal-proċedura tas-selezzjoni, ikollok tipprovdi dokument uffiċjali li juri ċ-ċittadinanza tiegħek (pereżempju passaport jew karta tal-identità) li jrid ikun validu fid-data tal-għeluq tal-applikazzjoni tiegħek (id-data tal-għeluq tal-ewwel parti tal-applikazzjoni tiegħek fil-każ ta’ xenarju ta’ applikazzjoni b’żewġ partijiet).
Il-perjodi kollha ta’ attività professjonali jridu jkunu koperti minn oriġinali jew fotokopji ċċertifikati ta’:
— |
dokumenti minn impjegatur(i) fil-passat kif ukoll mill-impjegatur(i) attwali li jiddikjaraw in-natura u l-livell tad-dmirijiet imwettqa, id-dati tal-bidu u tat-tmiem, it-timbru uffiċjali tal-kumpanija u l-isem u l-firma tal-persuna responsabbli; jew |
— |
il-kuntratt(i) tax-xogħol flimkien mal-ewwel u l-aħħar irċevuta tal-paga, b’deskrizzjoni dettaljata tad-dmirijiet imwettqa; |
— |
(għal xogħol mingħajr paga fissa pereżempju impjieg għal rasek jew professjonijiet liberali) fatturi jew formoli ta’ ordnijiet li jiddeskrivu x-xogħol imwettaq jew kull dokument uffiċjali ta’ prova ieħor rilevanti; |
— |
(għall-interpreti ta’ konferenzi, fejn l-esperjenza professjonali hija meħtieġa) dokumenti li juru l-għadd ta’ jiem, u l-lingwi interpretati minn u lejn, relatati speċifikament mal-interpretazzjoni ta’ konferenzi. |
B’mod ġenerali, ma huma meħtieġa l-ebda dokumenti ta’ prova sabiex tipprova l-għarfien tiegħek tal-lingwi, minbarra għal ċerti kompetizzjonijiet għal lingwisti jew speċjalisti.
Tista’ tintalab informazzjoni jew dokumenti addizzjonali f’kull stadju tal-proċedura. L-EPSO jinfurmak liema dokumenti ta’ sostenn għandek bżonn tipprovdi u meta.
1.3. Opportunitajiet indaqs u aġġustamenti speċjali
Jekk għandek diżabbiltà jew kundizzjoni medika li tista’ tfixkel l-abbiltà tiegħek li tagħmel it-testijiet, indika dan fl-applikazzjoni tiegħek u għarrafna bit-tip ta’ aġġustamenti speċjali li għandek bżonn. Jekk diżabilità jew kundizzjoni tiżviluppa wara li tkun ivvalidajt l-applikazzjoni tiegħek, trid tinforma lill-EPSO malajr kemm jista’ jkun billi tuża l-informazzjoni indikata hawn taħt.
Innota li jkollok tibgħat ċertifikat mill-awtorità nazzjonali tiegħek jew ċertifikat mediku lill-EPSO sabiex it-talba tiegħek tittieħed inkunsiderazzjoni. Id-dokumenti ta’ sostenn tiegħek jiġu eżaminati, b’tali mod li l-akkomodazzjoni raġonevoli tista’ ssir meta dan ikun meħtieġ.
Jekk tiltaqa’ ma’ xi kwistjonijiet ta’ aċċessibbiltà, jew jekk għandek bżonn aktar informazzjoni, ikkuntattja t-tim tal-aċċessibbiltà tal-EPSO bil-:
— |
posta elettronika (EPSO-accessibility@ec.europa.eu); jew |
— |
posta:
|
2. MINN MIN NIĠI VVALUTAT?
Jiġi maħtur bord tas-selezzjoni biex iqabbel lill-kandidati u jagħżel l-aħjar fosthom fuq il-bażi tal-kompetenzi, il-ħiliet u l-kwalifiki tagħhom fid-dawl tar-rekwiżiti stabbiliti f’dan l-avviż tal-kompetizzjoni. Il-membri tiegħu jiddeterminaw ukoll il-livell ta’ diffikultà tat-testijiet tal-kompetizzjoni u japprovaw il-kontenut tagħhom abbażi tal-proposti magħmula mill-EPSO.
Sabiex tiġi garantita l-indipendenza tal-bord tas-selezzjoni, huwa strettament ipprojbit għall-kandidati jew kull persuna barra mill-bord li tipprova tagħmel kuntatt ma’ wieħed mill-membri tiegħu, ħlief fil-kuntest tat-testijiet li jeħtieġu interazzjoni diretta bejn il-kandidati u l-bord.
Il-kandidati li jixtiequ jesprimu l-fehma tagħhom jew jaffermaw id-drittijiet tagħhom iridu jagħmlu dan bil-miktub, billi jindirizzaw il-korrispondenza għall-attenzjoni tal-bord tas-selezzjoni lill-EPSO, li mbagħad jgħaddiha lill-bord. L-interventi kollha diretti jew indiretti tal-kandidati li jsiru mingħajr ma jiġu segwiti dawn il-proċeduri huma pprojbiti u jistgħu jwasslu għall-esklużjoni mill-kompetizzjoni.
L-eżistenza ta’ relazzjoni familjari jew rabta ġerarkika bejn kandidat u membru tal-bord tas-selezzjoni, b’mod partikolari, tagħti lok għal konflitt ta’ interess. Il-bordijiet tas-selezzjoni huma mitluba jiddikjaraw kull sitwazzjoni bħal din lill-EPSO immedjatament meta jsiru jafu bihom. L-EPSO jevalwa kull każ individwalment u jieħu l-miżuri xierqa. In-nuqqas ta’ rispett tar-regoli msemmija hawn fuq jista’ jagħmel lill-membri tal-ġurija suġġetti għal azzjoni dixxiplinarja u jirriżulta fi skwalifika mill-kompetizzjoni għall-kandidati (ara t-Taqsima 4.4).
L-ismijiet tal-membri tal-ġurija huma ppubblikati fuq is-sit web tal-EPSO (www.eu-careers.eu) qabel il-bidu taċ-ċentru/fażi ta’ valutazzjoni.
3. KOMUNIKAZZJONI
3.1. Komunikazzjoni mal-EPSO
Jinħtieġ li tikkonsulta l-kont tal-EPSO tiegħek tal-inqas darbtejn fil-ġimgħa biex iżżomm kont tal-progress tiegħek matul il-kompetizzjoni. Jekk ma tkunx tista’ tagħmel dan minħabba problema teknika min-naħa tal-EPSO, trid tinnotifika lill-EPSO immedjatament u esklussivament permezz tas-sit web tal-EPSO (https://epso.europa.eu/help_mt).
L-EPSO jirriżerva d-dritt li ma jagħtix informazzjoni li diġà hija ddikjarata b’mod ċar f’dan l-avviż tal-kompetizzjoni, fl-annessi tiegħu jew fis-sit web tal-EPSO inkluż fil-“mistoqsijiet li jsiru ta’ spiss”.
F’kull korrispondenza relatata ma’ applikazzjoni, semmi ismek kif mogħti fil-kont EPSO tiegħek, in-numru tal-applikazzjoni tiegħek u n-numru ta’ referenza tal-proċedura tas-selezzjoni.
L-EPSO japplika l-prinċipji tal-kodiċi ta’ mġiba amministrattiva tajba https://ec.europa.eu/info/about-european-union/principles-and-values/ethics-and-integrity/code-conduct-eu-staff_mt (kif ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea). Għaldaqstant, l-EPSO jirriserva d-dritt li jwaqqaf kull korrispondenza mhux xierqa (jiġifieri ripetittiva, abbużiva u/jew irrelevanti).
3.2. Aċċess għall-informazzjoni
Il-kandidati għandhom drittijiet speċifiċi ta’ aċċess għal ċerta informazzjoni li tikkonċerna lilhom personali, mogħtija fid-dawl tal-obbligu ta’ motivazzjoni, sabiex ikun jista’ jsir appell kontra deċiżjoni ta’ rifjut.
Dan l-obbligu ta’ motivazzjoni jrid ikun ibbilanċjat mal-kunfidenzjalità tal-proċedimenti tal-bord tas-selezzjoni, li jiżgura l-indipendenza tal-bord u l-oġġettività tas-selezzjoni. Minħabba l-kunfidenzjalità, l-attitudnijiet adottati mill-membri tal-bordijiet tas-selezzjoni dwar il-valutazzjonijiet individwali jew komparattivi tal-kandidati ma jistgħux jiġu żvelati.
Dawn id-drittijiet ta’ aċċess huma speċifiċi għall-kandidati f’kompetizzjoni ġenerali u l-leġiżlazzjoni dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tista’ ma tagħtihomx drittijiet usa’ minn dawk speċifikati f’din it-taqsima.
3.2.1. Żvelar awtomatiku
Se tirċievi awtomatikament l-informazzjoni li ġejja permezz tal-kont tiegħek tal-EPSO wara kull stadju tal-proċess ta’ selezzjoni organizzat għal kompetizzjoni partikolari:
— |
It-testijiet MCQ: ir-riżultati tiegħek u tabella bit-tweġibiet tiegħek u t-tweġibiet korretti skont in-numru ta’ referenza / l-ittra. L-aċċess għat-test tal-mistoqsijiet u t-tweġibiet huwa eskluż espliċitament; |
— |
eliġibbiltà: jekk ġejtx ammess; jekk le, il-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà li ma kinux issodisfati; |
— |
Talent Screener (Evalwatur tat-Talenti): ir-riżultati tiegħek u tabella bil-piżijiet tal-mistoqsijiet, il-punti mogħtija għat-tweġibiet tiegħek u l-punteġġ totali tiegħek; |
— |
testijiet preliminari: ir-riżultati tiegħek; |
— |
testijiet intermedji: ir-riżultati tiegħek jekk ma tkunx fost il-kandidati mistiedna għall-fażi li jmiss; |
— |
fażi / ċentru ta’ valutazzjoni: jekk ma tkunx skwalifikat, il-passaport tal-kompetenza tiegħek li juri l-marki globali tiegħek għal kull kompetenza u l-kumment tal-bord tas-selezzjoni li jipprovdi rispons kwantitattiv u kwalitattiv dwar il-prestazzjoni tiegħek fiċ-ċentru / fil-fażi ta’ valutazzjoni. |
Bħala regola, l-EPSO ma jikkomunikax lil kandidati l-ebda testi sors jew eżerċizzji tat-test, peress li dawn huma intiżi biex jintużaw mill-ġdid f’kompetizzjonijiet futuri. Għal ċerti testijiet, madankollu, f’ċerti eċċezzjonijiet ikun jista’ jippubblika t-testi sors jew eżerċizzji fuq is-sit web tiegħu jekk:
— |
it-testijiet ikunu tlestew; |
— |
ir-riżultati jkunu ġew stabbiliti u kkomunikati lill-kandidati; kif ukoll |
— |
it-testi sors / l-eżerċizzji mhumiex intiżi biex jintużaw mill-ġdid f’kompetizzjonijiet futuri. |
3.2.2. Informazzjoni fuq talba
Tista’ titlob kopja mhux ikkoreġuta tat-tweġibiet tiegħek fit-testijiet bil-miktub fejn il-kontenut mhux maħsub biex jerġa’ jintuża f’kompetizzjonijiet futuri. Dan jeskludi b’mod espliċitu tweġibiet għal eżerċizzji tal-e-tray u studji ta’ każijiet.
Il-karti tat-tweġibiet ikkoreġuti u d-dettalji tal-immarkar, b’mod partikolari, huma koperti mis-segretezza tal-proċedimenti tal-bord tas-selezzjoni u ma jiġux żvelati.
L-EPSO jagħmel l-almu tiegħu biex jagħmel l-iżjed informazzjoni possibbli disponibbli għall-kandidati kollha, skont l-obbligu ta’ motivazzjoni, in-natura kunfidenzjali tal-proċedimenti tal-bord tas-selezzjoni u r-regoli dwar il-protezzjoni tad-data personali. It-talbiet kollha għall-informazzjoni jiġu evalwati fid-dawl ta’ dawn l-obbligi.
Kull talba għal informazzjoni jinħtieġ li tkun mibgħuta permezz tas-sit web tal-EPSO (https://epso.europa.eu/help_mt) fi żmien għaxart (10) ijiem kalendarji mill-jum li fih ir-riżultati tiegħek jiġu ppubblikati fuq il-kont EPSO tiegħek.
4. ILMENTI U KWISTJONIJIET
4.1. Kwistjonijiet tekniċi u organizzattivi
Jekk, f’kull stadju tal-proċedura tas-selezzjoni, tiltaqa’ ma’ problema teknika jew organizzattiva serja, sabiex inkunu nistgħu ninvestigaw il-kwistjoni u nieħdu miżuri korrettivi, informa lill-EPSO immedjatament permezz tas-sit web tal-EPSO (https://epso.europa.eu/help_mt).
F’kull korrispondenza, indika ismek (kif mogħti fil-kont tal-EPSO tiegħek), in-numru tal-applikazzjoni tiegħek u n-numru tal-proċedura tas-selezzjoni.
Jekk il-problema sseħħ f’ċentru tat-testijiet:
— |
tavża lill-inviġilaturi immedjatament sabiex tkun tista’ tiġi investigata soluzzjoni fiċ-ċentru nnifsu. F’kull każ, itlobhom jirreġistraw l-ilment tiegħek bil-miktub; kif ukoll |
— |
ikkuntattja lill-EPSO mhux iktar tard minn tlett ijiem kalendarji wara t-testijiet tiegħek permezz tas-sit web tal-EPSO (https://epso.europa.eu/help_mt) b’deskrizzjoni qasira tal-problema. |
Għal problemi li jseħħu barra miċ-ċentri tat-testijiet (pereżempju prinċipalment dwar il-proċess tal-ibbukkjar tat-test), segwi l-istruzzjonijiet fil-kont EPSO tiegħek u fuq is-sit web tal-EPSO jew ikkuntattja lill-EPSO minnufih permezz tas-sit web tal-EPSO (https://epso.europa.eu/help_mt).
Għal kwistjonijiet bl-applikazzjoni tiegħek, trid tikkuntattja lill-EPSO immedjatament u f’kull każ qabel l-iskadenza għall-applikazzjonijiet permezz tas-sit web tal-EPSO (https://epso.europa.eu/help_mt). Mistoqsijiet mibgħuta inqas minn ħamest ijiem tax-xogħol qabel l-iskadenza għall-applikazzjonijiet jistgħu ma jitweġbux qabel l-iskadenza.
4.2. Proċeduri ta’ reviżjoni interna
4.2.1. Żball fil-mistoqsijiet b’għażla multipla bbażati fuq il-kompjuter (MCQs)
Il-bażi tad-data MCQ hija suġġetta għal kontroll ta’ kwalità fil-fond permanenti mill-EPSO u l-bordijiet tas-selezzjoni.
Jekk temmen li żball f’waħda jew aktar MCQs affettwa l-abbiltà tiegħek li twieġeb, għandek id-dritt li titlob li l-mistoqsija/ijiet tiġi/jiġu rieżaminata/i mill-bord tas-selezzjoni (bil-proċedura ta’ “newtralizzazzjoni”).
Taħt din il-proċedura, il-bord tas-selezzjoni jista’ jiddeċiedi li jannulla l-mistoqsija li fiha l-iżball u li jqassam il-punti mal-mistoqsijiet l-oħra tat-test. Dawk il-kandidati li jkunu rċevew din il-mistoqsija biss jiġu affettwati minn dan il-kalkolu mill-ġdid. L-immarkar tat-testijiet jibqa’ kif imsemmi fit-taqsimiet rilevanti ta’ dan l-avviż tal-kompetizzjoni.
L-arranġamenti għall-ilmenti dwar it-testijiet MCQs huma kif ġej:
— |
proċedura: ikkuntattja lil EPSO biss permezz tas-sit web tal-EPSO (https://epso.europa.eu/help_mt); |
— |
il-lingwa: fil-Lingwa 2 li għażilt għall-kompetizzjoni inkwistjoni; |
— |
data ta’ skadenza: fi żmien tlett ijiem kalendarji mid-data tat-testijiet tiegħek ibbażati fuq il-kompjuter; |
— |
tagħrif addizzjonali: iddeskrivi fuqiex kienet il-mistoqsija (il-kontenut) sabiex tiġi/jiġu identifikata/i l-mistoqsija/ijiet ikkonċernata/i, u spjega n-natura tal-iżball allegat b’mod ċar kemm jista’ jkun. |
Ma jiġux ikkunsidrati t-talbiet li jaslu wara l-iskadenza, jew li ma jiddeskrivux b’mod ċar il-mistoqsija(ijiet) ikkontestata/i u l-allegat żball.
B’mod partikolari, l-ilmenti li jindikaw biss allegati problemi ta’ traduzzjoni, u li ma jispeċifikawx b’mod ċar il-problema, ma jiġux ikkunsidrati.
L-istess proċedura ta’ eżami mill-ġdid tapplika fir-rigward ta’ żbalji fl-eżerċizzju tal-e-tray.
4.2.2. Talbiet għal rieżami
Tista’ titlob rieżami ta’ kull deċiżjoni meħuda mill-bord tas-selezzjoni jew mill-EPSO li tistabbilixxi r-riżultati tiegħek u/jew tiddetermina jekk tistax tipproċedi għall-istadju li jmiss tal-kompetizzjoni jew tiġix eskluż.
It-talbiet għal rieżami jistgħu jkunu bbażati fuq:
— |
irregolarità materjali fil-proċess tal-kompetizzjoni; u/jew |
— |
nuqqas ta’ konformità, mill-bord tas-selezzjoni jew l-EPSO, mar-Regolamenti tal-Persunal, l-avviż tal-kompetizzjoni, l-annessi tiegħu u/jew il-ġurisprudenza. |
Innota li ma tistax tikkontesta l-validità tal-valutazzjoni tal-bord tas-selezzjoni dwar il-kwalità tal-ħidma tiegħek fit-test jew ir-rilevanza tal-kwalifiki u l-esperjenza professjonali tiegħek. Din il-valutazzjoni hija ġudizzju ta’ valur magħmul mill-bord u jekk ma taqbilx ma’ din l-evalwazzjoni tat-testijiet, l-esperjenza u/jew il-kwalifiki tiegħek ma jfissirx li hija għamel żball. It-talbiet għal rieżami ppreżentati fuq din il-bażi ma jwasslux għal riżultat pożittiv.
L-arranġamenti għal talbiet għal rieżami huma kif ġej:
— |
proċedura: ikkuntattja lil EPSO biss permezz tas-sit web tal-EPSO (https://epso.europa.eu/help_mt); |
— |
il-lingwa: fil-Lingwa 2 li għażilt għall-kompetizzjoni inkwistjoni; |
— |
data ta’ skadenza: fi żmien għaxart (10) ijiem kalendarji mid-data li fiha d-deċiżjoni kkontestata ġiet ippubblikata fil-kont EPSO tiegħek; |
— |
tagħrif addizzjonali: indika b’mod ċar id-deċiżjoni li tixtieq tikkontesta, u fuq liema bażi. |
It-talbiet li jaslu wara l-iskadenza ma jiġux ikkunsidrati.
Tirċievi rikonoxximent tal-irċevuta fi żmien 15-il jum tax-xogħol. Il-korp li ħa d-deċiżjoni kkontestata (jew il-bord tas-selezzjoni jew l-EPSO) janalizza u jiddeċiedi dwar it-talba tiegħek u tirċievi tweġiba motivata malajr kemm jista’ jkun.
Jekk ir-riżultat ikun pożittiv, terġa’ tiddaħħal fil-proċess tas-selezzjoni fl-istadju li fih ġejt eskluż, irrispettivament minn kemm imxiet il-kompetizzjoni sadanittant.
4.3. Forom oħra ta’ kontestazzjoni
4.3.1. Ilmenti amministrattivi
Bħala kandidat f’kompetizzjoni ġenerali, għandek id-dritt li tindirizza lment amministrattiv lid-Direttur tal-EPSO bħala l-awtorità tal-ħatra.
Tista’ tippreżenta lment kontra deċiżjoni, jew in-nuqqas tagħha, li direttament u immedjatament taffettwa l-istatus legali tiegħek bħala kandidat, biss jekk ir-regoli li jirregolaw il-proċedura tas-selezzjoni ġew miksura b’mod ċar. Id-Direttur tal-EPSO ma jistax ibiddel ġudizzju ta’ valur magħmul minn bord tas-selezzjoni (ara t-Taqsima 4.2.2).
L-arranġamenti għal ilmenti amministrattivi huma kif ġej:
— |
proċedura: ikkuntattja lil EPSO biss permezz tas-sit web tal-EPSO (https://epso.europa.eu/help_mt); |
— |
il-lingwa: fil-Lingwa 2 li għażilt għall-kompetizzjoni inkwistjoni; |
— |
data ta’ skadenza: fi żmien tliet xhur min-notifika tad-deċiżjoni kkontestata jew mid-data li fiha d-deċiżjoni suppost saret; |
— |
tagħrif addizzjonali: indika b’mod ċar id-deċiżjoni li tixtieq tikkontesta, u fuq liema bażi. |
It-talbiet li jaslu wara l-iskadenza ma jiġux ikkunsidrati.
4.3.2. Appelli ġudizzjarji
Bħala kandidat f’kompetizzjoni ġenerali, għandek id-dritt tippreżenta appell ġudizzjarju lill-Qorti Ġenerali, skont l-Artikolu 270 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 91 tar-Regolamenti tal-Persunal.
Innota li l-appelli kontra d-deċiżjonijiet meħuda mill-EPSO minflok milli mill-bord tas-selezzjoni ma jkunux ammissibbli quddiem il-Qorti Ġenerali biss jekk ikun ippreżentat ilment amministrattiv skont l-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal (ara t-Taqsima 4.3.1). B’mod partikolari, dan huwa l-każ bid-deċiżjonijiet li jirrigwardaw il-kriterji ġenerali tal-eliġibbiltà, li huma meħuda mill-EPSO u mhux mill-bord tal-għażla.
L-arranġamenti għal appelli ġudizzjarji huma kif ġej:
— |
proċedura: ikkonsulta l-websajt tal-Qorti Ġenerali (http://curia.europa.eu/jcms/). |
4.3.3. L-Ombudsman Ewropew
Iċ-ċittadini u r-residenti kollha tal-UE jistgħu jippreżentaw ilment lill-Ombudsman Ewropew.
Qabel ma tippreżenta lment lill-Ombudsman, l-ewwel trid tieħu l-passi amministrattivi xierqa mal-istituzzjonijiet u l-korpi kkonċernati (ara t-Taqsimiet 4.1-4.3).
L-ilment lill-Ombudsman ma jestendix l-iskadenzi għat-tressiq ta’ lmenti jew appelli ġudizzjarji amministrattivi.
L-arranġamenti għall-ilmenti lill-Ombudsman huma kif ġej:
— |
proċedura: Ikkonsulta l-websajt tal-Ombudsman Ewropew (http://www.ombudsman.europa.eu/). |
4.4. Skwalifika mill-proċedura ta’ selezzjoni
Tista’ tiġi skwalifikat f’kull stadju ta’ proċedura tas-selezzjoni jekk l-EPSO jiskopri li int:
— |
ħloqt iktar minn kont tal-EPSO wieħed; |
— |
applikajt għal oqsma jew profili inkompatibbli; |
— |
ma tissodisfax il-kundizzjonijiet kollha ta’ eliġibbiltà; |
— |
għamilt dikjarazzjonijiet foloz jew dikjarazzjonijiet mhux sostnuti minn dokumenti xierqa; |
— |
ma bbukkjajtx jew ma għamiltx wieħed jew iżjed mit-testijiet tiegħek; |
— |
qarraqt waqt it-testijiet; |
— |
ma ddikjarajtx fil-formola ta’ applikazzjoni tiegħek il-lingwi meħtieġa f’dan l-Avviż ta’ Kompetizzjoni, jew ma ddikjarajtx il-livell(i) minimu/i meħtieġ(a) għal dawn il-lingwi; |
— |
ippruvajt tikkuntattja membru tal-bord tas-selezzjoni b’mod mhux awtorizzat; |
— |
inqast milli tinnotifika lill-EPSO b’possibilità ta’ kunflitt ta’ interess ma’ membru tal-bord tas-selezzjoni; |
— |
bgħatt l-applikazzjoni tiegħek b’lingwa differenti minn dik/dawk speċifikati fl-avviż tal-kompetizzjoni (jistgħu jsiru konċessjonijiet rigward l-użu ta’ lingwa oħra uffiċjali għal nomi proprji, titoli uffiċjali u titoli tal-impjiegi kif indikat fid-dokumenti ta’ sostenn jew tikketti/titoli ta’ diplomi); u/jew |
— |
iffirmajt jew ktibt marka distintiva fuq testijiet immarkati b’mod anonimu bil-miktub jew prattiċi. |
Il-kandidati għar-reklutaġġ mill-istituzzjonijiet tal-UE jridu juru l-ogħla livell possibbli ta’ integrità. Il-frodi jew it-tentattivi ta’ frodi jistgħu jesponuk għal penalitajiet u jippreġudikaw l-eliġibbiltà tiegħek għal kompetizzjonijiet futuri.
5. APPROVAZZJONI TAS-SIGURTÀ GĦAR-REKLUTAĠĠ FIL-KUMMISSJONI EWROPEA
Skont l-Artikolu 10(2) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/444 (1), il-persunal kollu tal-Kummissjoni Ewropea li jittratta informazzjoni sensittiva u klassifikata li teħtieġ livell għoli ta’ kunfidenzjalità (informazzjoni “klassifikata tal-UE”) għandu jkollu l-livell xieraq ta’ approvazzjoni ta’ sigurtà (“EU SECRET”).
Konsegwentement, il-kandidati li għaddew minn kompetizzjoni jistgħu jintalbu, bħala prerekwiżit għar-reklutaġġ f’ċerti karigi fil-Kummissjoni Ewropea, jissottomettu ruħhom għall-proċedura ta’ approvazzjoni tas-sigurtà stabbilita fid-Deċiżjoni. Prerekwiżit bħal dan se jiġi indikat b’mod ċar fl-avviż ta’ pożizzjoni vakanti għall-pożizzjoni kkonċernata. Kandidati li jirnexxu għandhom ikunu lesti li jgħaddu mill-proċedura ta’ approvazzjoni li titwettaq mill-awtorità nazzjonali kompetenti fl-Istat Membru taċ-ċittadinanza tagħhom. Qabel ma japplikaw għal din l-għażla, nagħtu parir li l-applikanti jinfurmaw ruħhom dwar din il-kompetizzjoni.
Tmiem tal-ANNESS III, agħfas hawnhekk biex tmur lura għat-test prinċipali
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/444 tat-13 ta’ Marzu 2015 dwar ir-regoli tas-Sigurtà għall-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata tal-UE (ĠU L 72, 17.3.2015, p. 53)
ANNESS IV
EŻEMPJI TA’ KWALIFIKI MINIMI SKONT L-ISTAT MEMBRU U R-RENJU UNIT U SKONT IL-GRAD LI, FIL-PRINĊIPJU, JIKKORRISPONDU GĦAL DAWK MITLUBA MILL-AVVIŻI TA’ KOMPETIZZJONIJIET
Agħfas hawnhekk għal verżjoni li tinqara faċilment ta’ dawn l-eżempji
PAJJIŻ |
Minn AST-SC 1 sa AST-SC 6 Minn AST 1 sa AST 7 |
Minn AST 3 sa AST 11 |
Minn AD 5 sa AD 16 |
|||||||||||||
Edukazzjoni sekondarja (li tagħti aċċess għall-edukazzjoni post-sekondarja) |
Edukazzjoni post-sekondarja (kors post-sekondarju iżda mhux universitarju jew kors universitarju qasir ta’ perjodu ta’ mill-inqas sentejn (2)) |
Edukazzjoni ta’ livell universitarju (mill-anqas tliet (3) snin) |
Edukazzjoni ta’ livell universitarju (erba’ (4) snin jew aktar) |
|||||||||||||
Belgique — België — Belgien |
Certificat de l’enseignement secondaire supérieur (CESS)/Diploma secundair onderwijs Diplôme d'aptitude à accéder à l'enseignement supérieur (DAES)/Getuigschrift van hoger secundair onderwijs Diplôme d'enseignement professionnel/Getuigschrift van het beroepssecundair onderwijs |
Candidature/Kandidaat Graduat/Gegradueerde Bachelor/Professioneel gerichte Bachelor |
Bachelor académique (180 crédits) Academisch gerichte Bachelor (180 ECTS) |
Licence/Licentiaat Master Diplôme d'études approfondies (DEA) Diplôme d'études spécialisées (DES) Diplôme d'études supérieures spécialisées (DESS) Gediplomeerde in de Voortgezette Studies (GVS) Gediplomeerde in de Gespecialiseerde Studies (GGS) Gediplomeerde in de Aanvullende Studies (GAS) Agrégation/Aggregaat Ingénieur industriel/Industrieel ingenieur Doctorat/Doctoraal diploma |
||||||||||||
България |
Диплома за завършено средно образование |
Специалист по … |
|
Диплома за висше образование Бакалавър Магистър |
||||||||||||
Česko |
Vysvědčení o maturitní zkoušce |
Vysvědčení o absolutoriu (Absolutorium) + diplomovaný specialista (DiS.) |
Diplom o ukončení bakalářského studia (Bakalář) |
Diplom o ukončení vysokoškolského studia Magistr Doktor |
||||||||||||
Danmark |
Bevis for: Studentereksamen Højere Forberedelseseksamen (HF) Højere Handelseksamen (HHX) Højere Afgangseksamen (HA) Bac pro: Bevis for Højere Teknisk Eksamen (HTX) |
Videregående uddannelser = Bevis for = Eksamensbevis som (erhvervsakademiuddannelse AK) |
Bachelorgrad (BA eller BS) Professionsbachelorgrad Diplomingeniør |
Kandidatgrad/Candidatus Master/Magistergrad (mag.art) Licenciatgrad ph.d.-grad |
||||||||||||
Deutschland |
Abitur/Zeugnis der allgemeinen Hochschulreife Fachabitur/Zeugnis der Fachhochschulreife |
|
Fachhochschulabschluss Bachelor |
Hochschulabschluss/Fachhochschulabschluss/Master Magister Artium/Magistra Artium Staatsexamen/Diplom Erstes Juristisches Staatsexamen Doktorgrad |
||||||||||||
Eesti |
Gümnaasiumi lõputunnistus + riigieksamitunnistus Lõputunnistus kutsekeskhariduse omandamise kohta |
Tunnistus keskhariduse baasil kutsekeskhariduse omandamise kohta |
Bakalaureusekraad (min 120 ainepunkti) Bakalaureusekraad (< 160 ainepunkti) |
Rakenduskõrghariduse diplom Bakalaureusekraad (160 ainepunkti) Magistrikraad Arstikraad Hambaarstikraad Loomaarstikraad Filosoofiadoktor Doktorikraad (120–160 ainepunkti) |
||||||||||||
Éire/Ireland |
Ardteistiméireacht, Grád D3, I 5 ábhar/Leaving Certificate Grade D3 in 5 subjects Gairmchlár na hArdteistiméireachta (GCAT)/Leaving Certificate Vocational Programme (LCVP) |
Teastas Náisiúnta/National Certificate Gnáthchéim bhaitsiléara/Ordinary bachelor degree Dioplóma náisiúnta (ND, Dip.)/National diploma (ND, Dip.) Ardteastas (120 ECTS)/Higher Certificate (120 ECTS) |
Céim onóracha bhaitsiléara (3 bliana/180 ECTS) (BA, B.Sc, B.Eng)/Honours bachelor degree (3 years/180 ECTS) (BA, B.Sc, B.Eng) |
Céim onóracha bhaitsiléara (4 bliana/240 ECTS)/Honours bachelor degree (4 years/240 ECTS) Céim ollscoile/University degree Céim mháistir (60-120 ECTS)/Master’s degree (60-120 ECTS) Dochtúireacht/Doctorate |
||||||||||||
Ελλάδα |
Απολυτήριο Γενικού Λυκείου Απολυτήριο Κλασικού Λυκείου Απολυτήριο Τεχνικού Επαγγελματικού Λυκείου Απολυτήριο Ενιαίου Πολυκλαδικού Λυκείου Απολυτήριο Ενιαίου Λυκείου Απολυτήριο Τεχνολογικού Επαγγελματικού Εκπαιδευτηρίου |
Δίπλωμα επαγγελματικής κατάρτισης (IΕΚ) |
|
Πτυχίο ΑΕI (πανεπιστημίου, πολυτεχνείου, ΤΕI) Μεταπτυχιακό Δίπλωμα Ειδίκευσης (2ος κύκλος) Διδακτορικό Δίπλωμα (3ος κύκλος) |
||||||||||||
España |
Bachillerato + Curso de Orientación Universitaria (COU) Bachillerato BUP Diploma de Técnico especialista |
FP grado superior (Técnico superior) |
Diplomado/Ingeniero técnico |
Licenciatura Máster Ingeniero Título de Doctor |
||||||||||||
France |
Baccalauréat Diplôme d'accès aux études universitaires (DAEU) Brevet de technicien |
Diplôme d'études universitaires générales (DEUG) Brevet de technicien supérieur (BTS) Diplôme universitaire de technologie (DUT) Diplôme d'études universitaires scientifiques et techniques (DEUST) |
Licence |
Maîtrise Maîtrise des sciences et techniques (MST), maîtrise des sciences de gestion (MSG), diplôme d'études supérieures techniques (DEST), diplôme de recherche technologique (DRT), diplôme d'études supérieures spécialisées (DESS), diplôme d'études approfondies (DEA), master 1, master 2 professionnel, master 2 recherche Diplôme des grandes écoles Diplôme d'ingénieur Doctorat |
||||||||||||
Hrvatska |
Svjedodžba o državnoj maturi Svjedodžba o završnom ispitu |
Stručni pristupnik/pristupnica |
Baccalaureus/Baccalaurea (sveučilišni prvostupnik/prvostupnica) |
Baccalaureus/Baccalaurea (sveučilišni prvostupnik/prvostupnica) Stručni specijalist Magistar struke Magistar inženjer/magistrica inženjerka (mag. ing) Doktor struke Doktor umjetnosti |
||||||||||||
Italia |
Diploma di maturità (vecchio ordinamento) Perito ragioniere Diploma di superamento dell’esame di Stato conclusivo dei corsi di studio di istruzione secondaria superiore |
Diploma universitario (DU) Certificato di specializzazione tecnica superiore Attestato di competenza (4 semestri) |
Diploma di laurea – L (breve) |
Diploma di laurea (DL) Laurea specialistica (LS) Master di I livello Dottorato di ricerca (DR) |
||||||||||||
Κύπρος |
Απολυτήριο |
Δίπλωμα = Programmes offered by Public/Private Schools of Higher Education (for the latter accreditation is compulsory) Higher Diploma |
|
Πανεπιστημιακό Πτυχίο/Bachelor Master Doctorat |
||||||||||||
Latvija |
Atestāts par vispārējo vidējo izglītību Diploms par profesionālo vidējo izglītību |
Diploms par pirmā līmeņa profesionālo augstāko izglītību |
Bakalaura diploms (min. 120 kredītpunktu) |
Bakalaura diploms (160 kredītpunktu) Profesionālā bakalaura diploms Maģistra diploms Profesionālā maģistra diploms Doktora grāds |
||||||||||||
Lietuva |
Brandos atestatas |
Aukštojo mokslo diplomas Aukštesniojo mokslo diplomas |
Profesinio bakalauro diplomas Aukštojo mokslo diplomas |
Aukštojo mokslo diplomas Bakalauro diplomas Magistro diplomas Daktaro diplomas Meno licenciato diplomas |
||||||||||||
Luxembourg |
Diplôme de fin d’études secondaires et techniques |
BTS Brevet de maîtrise Brevet de technicien supérieur Diplôme de premier cycle universitaire (DPCU) Diplôme universitaire de technologie (DUT) |
Bachelor Diplôme d'ingénieur technicien |
Master Diplôme d'ingénieur industriel DESS en droit européen |
||||||||||||
Magyarország |
Gimnáziumi érettségi bizonyítvány Szakközépiskolai érettségi-képesítő bizonyítvány |
Felsőfokú szakképesítést igazoló bizonyítvány (Higher Vocational Programme) |
Főiskolai oklevél Alapfokozat (Bachelor degree 180 credits) |
Egyetemi oklevél Alapfokozat (Bachelor degree 240 credits) Mesterfokozat (Master degree) (Osztatlan mesterképzés) Doktori fokozat |
||||||||||||
Malta |
Advanced Matriculation or GCE Advanced level in 3 subjects (2 of them grade C or higher) Matriculation certificate (2 subjects at Advanced level and 4 at Intermediate level including Systems of Knowledge with overall grade A-C) + Passes in the Secondary Education Certificate examination at Grade 5 2 A Levels (passes A-C) + a number of subjects at Ordinary level, or equivalent |
MCAST diplomas/certificates Higher National Diploma |
Bachelor’s degree |
Bachelor’s degree Master of Arts Doctorate |
||||||||||||
Nederland |
Diploma VWO Diploma staatsexamen (2 diploma's) Diploma staatsexamen voorbereidend wetenschappelijk onderwijs (Diploma staatsexamen VWO) Diploma staatsexamen hoger algemeen voortgezet onderwijs (Diploma staatsexamen HAVO) |
Kandidaatsexamen Associate degree (AD) |
Bachelor (WO) HBO bachelor degree Baccalaureus of “Ingenieur” |
HBO/WO Master's degree Doctoraal examen/Doctoraat |
||||||||||||
Österreich |
Matura/Reifeprüfung Reife- und Diplomprüfung Berufsreifeprüfung |
Kollegdiplom/Akademiediplom |
Fachhochschuldiplom/Bakkalaureus/Bakkalaurea |
Universitätsdiplom Fachhochschuldiplom Magister/Magistra Master Diplomprüfung, Diplom-Ingenieur Magisterprüfungszeugnis Rigorosenzeugnis Doktortitel |
||||||||||||
Polska |
Świadectwo dojrzałości Świadectwo ukończenia liceum ogólnokształcącego |
Dyplom ukończenia kolegium nauczycielskiego Świadectwo ukończenia szkoły policealnej |
Licencjat/Inżynier |
Magister/Magister inżynier Dyplom doktora |
||||||||||||
Portugal |
Diploma de Ensino Secundário Certificado de Habilitações do Ensino Secundário |
|
Bacharel Licenciado |
Licenciado Mestre Doutorado |
||||||||||||
România |
Diplomă de bacalaureat |
Diplomă de absolvire (colegiu universitar) Învățământ preuniversitar |
Diplomă de licenţă |
Diplomă de licenţă Diplomă de inginer Diplomă de urbanist Diplomă de master Certificat de atestare (studii academice postuniversitare) Diplomă de doctor |
||||||||||||
Slovenija |
Maturitetno spričevalo (spričevalo o poklicni maturi) (spričevalo o zaključnem izpitu) |
Diploma višje strokovne šole |
Diploma o pridobljeni visoki strokovni izobrazbi |
Univerzitetna diploma Magisterij Specializacija Doktorat |
||||||||||||
Slovensko |
Vysvedčenie o maturitnej skúške |
Absolventský diplom |
Diplom o ukončení bakalárskeho štúdia (Bakalár) |
Diplom o ukončení vysokoškolského štúdia Bakalár (Bc.) Magister Magister/Inžinier ArtD. |
||||||||||||
Suomi/Finland |
Ylioppilastutkinto tai peruskoulu + kolmen vuoden ammatillinen koulutus – Studentexamen eller grundskola + treårig yrkesinriktad utbildning Todistus yhdistelmäopinnoista (Betyg över kombinationsstudier) |
Ammatillinen opistoasteen tutkinto – Yrkesexamen på institutnivå |
Kandidaatin tutkinto – Kandidatexamen/Ammattikorkeakoulututkinto – Yrkeshögskoleexamen (min. 120 opintoviikkoa – studieveckor) |
Maisterin tutkinto – Magisterexamen/Ammattikorkeakoulututkinto – Yrkeshögskoleexamen (min. 160 opintoviikkoa – studieveckor) Tohtorin tutkinto (Doktorsexamen) joko 4 vuotta tai 2 vuotta lisensiaatin tutkinnon jälkeen – antingen 4 år eller 2 år efter licentiatexamen Lisensiaatti/Licentiat |
||||||||||||
Sverige |
Slutbetyg från gymnasieskolan (3-årig gymnasial utbildning) |
Högskoleexamen (80 poäng) Högskoleexamen, 2 år, 120 högskolepoäng Yrkeshögskoleexamen/Kvalificerad yrkeshögskoleexamen, 1–3 år |
Kandidatexamen (akademisk examen omfattande minst 120 poäng, varav 60 poäng fördjupade studier i ett ämne + uppsats motsvarande 10 poäng) Meriter på grundnivå: Kandidatexamen, 3 år, 180 högskolepoäng (Bachelor) |
Magisterexamen (akademisk examen omfattande minst 160 poäng, varav 80 poäng fördjupade studier i ett ämne + uppsats motsvarande 20 poäng eller två uppsatser motsvarande 10 poäng vardera)
Meriter på avancerad nivå:
Meriter på forskarnivå:
|
||||||||||||
United Kingdom |
General Certificate of Education Advanced level — 2 passes or equivalent (grades A to E) BTEC National Diploma General National Vocational Qualification (GNVQ), advanced level Advanced Vocational Certificate of Education, A level (VCE A level) |
Higher National Diploma/Certificate (BTEC)/SCOTVEC Diploma of Higher Education (DipHE) National Vocational Qualifications (NVQ) Scottish Vocational Qualifications (SVQ) level 4 |
(Honours) Bachelor degree NB: Master’s degree in Scotland |
Honours Bachelor degree Master’s degree (MA, MB, MEng, MPhil, MSc) Doctorate |
||||||||||||
NOTE: UK diplomas awarded in 2020 (until 31 December 2020) are accepted without an equivalence. UK diplomas awarded as from 1 January 2021 must be accompanied by an equivalence issued by a competent authority of an EU Member State. |
Tmiem tal-ANNESS IV, agħfas hawnhekk biex tmur lura għat-test prinċipali