|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 384I |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 64 |
|
Werrej |
Paġna |
|
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
il–Kunsill |
|
|
2021/C 384 I/01 |
||
|
2021/C 384 I/02 |
|
MT |
|
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
il–Kunsill
|
22.9.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CI 384/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-21 ta’ Settembru 2021
li tadotta l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 4 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021
(2021/C 384 I/01)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 314 tiegħu, flimkien mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 44 tiegħu,
Billi:
|
— |
il-baġit tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2021 kien adottat definittivament fit-18 ta’ Diċembru 2020 (2); |
|
— |
fit-2 ta’ Lulju 2021, il-Kummissjoni ppreżentat proposta li fiha l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 4 għall-baġit ġenerali għas-sena finanzjarja 2021; |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu Uniku
Il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 4 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021 ġiet adottata fil-21 ta’ Settembru 2021.
Jista’ jinkiseb aċċess għat-test sħiħ għall-konsultazzjoni jew għat-tniżżil mis-sit web tal-Kunsill: http://www.consilium.europa.eu/
Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Settembru 2021.
Għall-Kunsill
Il-President
G. DOVŽAN
|
22.9.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CI 384/3 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-21 ta’ Settembru 2021
li taħtar membri u membri supplenti fil-Kumitat Konsultattiv dwar il-Moviment Liberu tal-Ħaddiema għall-Ungerija
(2021/C 384 I/02)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2011 dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 23 u 24 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-listi ta’ kandidati ppreżentati lill-Kunsill mill-Gvern tal-Ungerija,
Billi:
|
(1) |
Bid-Deċiżjonijiet tiegħu tal-21 ta’ Settembru 2020 (2), tal-11 ta’ Diċembru 2020 (3) (4), tat-13 ta’ April 2021 (5), u tal-21 ta’ Ġunju 2021 (6), il-Kunsill ħatar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Moviment Liberu tal-Ħaddiema għall-perijodu mill-25 ta’ Settembru 2020 sal-24 ta’ Settembru 2022. |
|
(2) |
Il-gvern tal-Ungerija ppreżenta diversi nomini għal diversi karigi li għandhom jimtlew, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Dawn li ġejjin huma b’dan maħtura bħala membri u membri supplenti tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Moviment Liberu tal-Ħaddiema għall-perijodu li jintemm fl-24 ta’ Settembru 2022:
I. RAPPREŻENTANTI TAL-GVERN
|
Pajjiż |
Membri |
Membri supplenti |
|
L-Ungerija |
Is-Sa Rita ANTÓNI |
Is-Sa Katalin GERGELY |
|
Is-Sa Henriette GEDEI |
II. RAPPREŻENTANTI TAT-TRADE UNIONS
|
Pajjiż |
Membri |
Membri supplenti |
|
L-Ungerija |
Is-Sa Judit CZUGLERNÉ IVÁNY |
|
III. RAPPREŻENTANTI TAL-ASSOĊJAZZJONIJIET TA’ MIN IĦADDEM
|
Pajjiż |
Membri |
Membri supplenti |
|
L-Ungerija |
Is-Sa Júlia VARGA |
Is-Sa Terézia BOROSNÉ BARTHA |
|
Is-Sur István KOMORÓCZKI |
Artikolu 2
Il-membri u l-membri supplenti li għadhom mhumiex innominati ser jinħatru mill-Kunsill f’data aktar tard.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Settembru 2021
Għall-Kunsill
Il-President
G. DOVŽAN
(1) ĠU L 141, 27.5.2011, p. 1.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-21 ta’ Settembru 2020 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Moviment Liberu tal-Ħaddiema (ĠU C 315 I, 23.9.2020, p. 5).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2020 li taħtar membri u membri supplenti fil-Kumitat Konsultattiv dwar il-Moviment Liberu tal-Ħaddiema għal Ċipru (ĠU C 432 I, 14.12.2020, p. 1).
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2020 li taħtar membru u membru supplenti fil-Kumitat Konsultattiv dwar il-Moviment Liberu tal-Ħaddiema għall-Irlanda u għal Malta (ĠU C 432 I, 14.12.2020, p. 3).
(5) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-13 ta’ April 2021 li taħtar membru u membru supplenti fil-Kumitat Konsultattiv dwar il-Moviment Liberu tal-Ħaddiema għall-Italja (ĠU C 149 I, 27.4.2021, p. 1).
(6) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-21 ta’ Ġunju 2021 li taħtar membru u membru supplenti fil-Kumitat Konsultattiv dwar il-Moviment Liberu tal-Ħaddiema għall-Portugall (ĠU C 244 I, 22.6.2021, p. 1).