|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 383 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 64 |
|
Werrej |
Paġna |
|
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2021/C 383/01 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10406 - CD&R/MCC Group) ( 1 ) |
|
|
2021/C 383/02 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10244 — Vodafone Group/Safaricom/Sumitomo/Ethiopia JV) ( 1 ) |
|
|
2021/C 383/03 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10405 — Alba/Swire/JV) ( 1 ) |
|
|
2021/C 383/04 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10331 — Caisse des dépôts/Bain Capital/Digital Aftermarket) ( 1 ) |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2021/C 383/05 |
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI |
|
|
|
Il-Bank Ewropew tal-Investiment |
|
|
2021/C 383/06 |
||
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2021/C 383/07 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10427 — KKR/Telefonica/Infraco) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
21.9.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 383/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.10406 - CD&R/MCC Group)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2021/C 383/01)
Fit 10 ta’ Settembru 2021, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32021M10406. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
|
21.9.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 383/2 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.10244 — Vodafone Group/Safaricom/Sumitomo/Ethiopia JV)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2021/C 383/02)
Fit 14 ta’ Settembru 2021, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32021M10244. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
|
21.9.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 383/3 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.10405 — Alba/Swire/JV)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2021/C 383/03)
Fit 13 ta’ Settembru 2021, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32021M10405. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
|
21.9.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 383/4 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.10331 — Caisse des dépôts/Bain Capital/Digital Aftermarket)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2021/C 383/04)
Fi 27 ta’ Lulju 2021, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fil-Franċiż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali. |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32021M10331. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
21.9.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 383/5 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
L-20 ta’ Settembru 2021
(2021/C 383/05)
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,1711 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
128,18 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4359 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,85705 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
10,2173 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,0883 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
152,00 |
|
NOK |
Krona Norveġiża |
10,2430 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
25,432 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
353,97 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,5997 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,9493 |
|
TRY |
Lira Turka |
10,1512 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,6201 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,5056 |
|
HKD |
Dollaru ta’ Hong Kong |
9,1188 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,6694 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,5839 |
|
KRW |
Won tal-Korea t’Isfel |
1 393,32 |
|
ZAR |
Rand ta’ l-Afrika t’Isfel |
17,3301 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,5726 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,5055 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
16 742,86 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,9098 |
|
PHP |
Peso Filippin |
58,845 |
|
RUB |
Rouble Russu |
86,0700 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
39,062 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
6,2495 |
|
MXN |
Peso Messikan |
23,6419 |
|
INR |
Rupi Indjan |
86,2720 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta’ referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
V Avviżi
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI
Il-Bank Ewropew tal-Investiment
|
21.9.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 383/6 |
Sejħa għal proposti
L-Istitut tal-Bank Ewropew tal-Investiment jipproponi sponsorship ġdid tal-EIBURS taħt il-Programm ta’ Għarfien tiegħu
(2021/C 383/06)
Il-programm ta’ Għarfien tal-Istitut tal-Bank Ewropew tal-Investiment jiffinanzja l-għotjiet ta’ riċerka tiegħu permezz ta’ skemi differenti, li waħda minnhom hija:
|
— |
EIBURS, il-Programm ta’ Sponsorship għar-Riċerka Universitarja tal-BEI (EIB University Research Sponsorship Programme) |
L-EIBURS jipprovdi għotjiet lil dipartimenti universitarji jew ċentri ta’ riċerka assoċjati ma’ universitajiet fl-Unjoni Ewropea, pajjiżi kandidati jew pajjiżi kandidati potenzjali li jaħdmu fuq suġġetti ta’ riċerka ta’ interess kbir għall-Bank. L-isponsorships tal-EIBURS – li jilħqu sa EUR 100 000 fis-sena għal perjodu ta’ tliet snin – jingħataw permezz ta’ proċess kompetittiv lil dipartimenti universitarji interessati jew ċentri ta’ riċerka b’ħila esperta rikonoxxuta fil-qasam magħżul. Il-proposti li jirnexxu jinvolvu t-twassil ta’ varjetà ta’ riżultati li jkunu s-suġġett ta’ ftehim kuntrattwali mal-Bank Ewropew tal-Investiment.
Għas-sena akkademika 2021/2022, il-programm EIBURS qed ifittex proposti dwar tema ġdida ta’ riċerka:
“L-industrija Ewropea tal-Cleantech, il-Patt Ekoloġiku tal-UE u d-domanda għall-ekwità tal-SMEs”
1. Sfond
Billi approvat il-Ftehim ta’ Pariġi tal-2015 dwar it-tibdil fil-klima, l-Unjoni Ewropea wegħdet li tittrasforma l-ekonomija tagħha lejn futur b’emissjonijiet żero tal-karbonju, li jimmira għal newtralità klimatika sħiħa sal-2050 (Pjan dwar il-Mira Klimatika tal-UE), bħala parti mill-Patt Ekoloġiku Ewropew. Fl-2020, il-Patt Ekoloġiku ġie approvat mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill, u b’hekk ġiet ikkonfermata l-mira ta’ tnaqqis intermedju ta’ 55 %, li għandha tintlaħaq sal-2030 (il-Kummissjoni Ewropea, 2020). Il-ħruq tal-fjuwils fossili għall-produzzjoni tal-enerġija huwa l-kawża ewlenija tat-tisħin globali. Għalhekk, riforma sħiħa tas-sistema tal-enerġija Ewropea hija parti essenzjali mill-Patt Ekoloġiku. L-investimenti fl-enerġija meħtieġa biex tintlaħaq il-mira ta’ tnaqqis ta’ 55 % tal-emissjonijiet huma stmati għal EUR 400 biljun fis-sena, matul il-perjodu 2021–2030.
L-emissjonijiet ta’ gassijiet serra u l-miri ta’ tnaqqis tal-Patt Ekoloġiku fl-EU-27
Ir-rwol tal-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) fl-iffaċilitar tat-tranżizzjoni tal-Ewropa għan-newtralità karbonika huwa multidimensjonali: Minn naħa waħda, l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, bħal konsumaturi oħra tal-enerġija, huma mistennija li jinvestu ħafna fit-titjib tal-effiċjenza enerġetika, u fil-produzzjoni fuq skala żgħira tal-enerġija rinnovabbli. Dawn l-investimenti se jkunu relatati, fost affarijiet oħra, mal-modernizzazzjoni tal-istokk tal-bini korporattiv, jew ma’ rata miżjuda ta’ sostituzzjoni tal-istokk kapitali, li se sservi biex ittejjeb l-effiċjenza enerġetika tal-proċess tal-produzzjoni industrijali.
Min-naħa l-oħra, l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, li huma muturi tal-innovazzjoni, se jkollhom rwol importanti fl-iżvilupp ta’ teknoloġiji abilitanti li se jiffaċilitaw it-tranżizzjoni Ewropea lejn in-newtralità klimatika. Pereżempju, l-iżviluppi fit-teknoloġiji ta’ mitigazzjoni għandhom rwol importanti fit-tnaqqis tal-ispejjeż għat-tnaqqis marġinali, u fit-tħaffif tat-tranżizzjoni klimatika tal-Ewropa. Il-kumpaniji tal-Cleantech jista’ jkollhom rwol kruċjali fit-twassil ta’ soluzzjonijiet innovattivi biex jiksbu l-ambizzjoni tal-Unjoni Ewropea li tilħaq in-newtralità klimatika sal-2050.
2. Għanijiet
Dan il-proġett ta’ riċerka għandu l-għan li jtejjeb il-fehim tagħna tas-settur tal-Cleantech tal-UE. Dan ifittex li jipprovdi tweġiba għall-mistoqsija dwar kif il-kumpaniji tal-Cleantech jikkontribwixxu għall-ilħuq tal-għanijiet ta’ politika tal-UE, u x’jistgħu jagħmlu dawk li jfasslu l-politika biex jippromwovu ekosistema b’saħħitha. Fl-aħħar nett, dan iħares lejn l-implikazzjonijiet tal-Patt Ekoloġiku tal-UE fuq id-domanda għall-ekwità minn intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju.
3. Metodoloġija
Ir-riċerkaturi huma mistiedna jippreżentaw proposta li jkun fiha strateġija biex jiġu indirizzati l-pilastri ta’ riċerka li ġejjin:
|
A. |
Immappjar komprensiv tas-settur tal-Cleantech tal-UE, b’enfasi partikolari fuq l-objettiv ta’ mitigazzjoni li huwa ċentrali għall-Patt Ekoloġiku. Fil-bini ta’ tali mmappjar, ir-riċerkaturi huma mħeġġa ħafna jagħtu prominenza lit-tekniki innovattivi ta’ viżwalizzazzjoni. Elementi essenzjali li għandhom jiġu koperti:
|
|
B. |
Analiżi kawżali tal-impatt ambjentali tal-attività intraprenditorjali minn intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju fl-isfera tat-teknoloġija tal-Cleantech, li fiha r-riċerkaturi huma mistiedna jipproponu metodoloġija li tfittex li tistabbilixxi relazzjoni kawżali bejn l-attività intraprenditorjali ta’ intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju tal-UE (pereżempju, brevettar ta’ innovazzjonijiet tal-Cleantech, investimenti ta’ kapital ta’ riskju tal-Cleantech, negozji ġodda tal-Cleantech, eċċ.) u Indikaturi Ewlenin tal-Prestazzjoni (KPIs) ambjentali li huma ċentrali għall-Patt Ekoloġiku tal-UE. |
|
C. |
Analiżi kawżali li tfittex li tidentifika l-fatturi abilitanti tal-iżvilupp ta’ ekosistema tal-Cleantech, b’enfasi fuq l-aspett tal-finanzjament tal-ekwità. Filwaqt li jqisu l-konklużjonijiet li joħorġu mill-pilastru tar-riċerka 1, ir-riċerkaturi huma mistiedna jipproponu metodoloġija empirika li tfittex li tidentifika l-għodod ta’ politika li għandhom rwol kruċjali fl-iżvilupp tal-ekosistemi lokali tal-Cleantech. Għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-aspett tal-finanzjament tal-ekwità. |
|
D. |
Investigazzjoni dwar l-implikazzjonijiet tal-Patt Ekoloġiku tal-UE fuq id-domanda għall-ekwità tal-SMEs fid-deċennju 2020–2030. Filwaqt li jibni fuq il-konklużjonijiet li ħarġu mill-pilastri tar-riċerka 1, 2 u 3, il-pilastru finali tal-proġett għandu l-għan li jidentifika dawk l-oqsma u l-ġeografiji tal-Cleantech li fihom il-bidliet regolatorji pendenti assoċjati mal-Patt Ekoloġiku tal-UE x’aktarx li jirriżultaw f’żieda fid-domanda għall-ekwità. Ir-riċerkaturi huma mistiedna wkoll jipproponu metodoloġija li tfittex li tikkwantifika d-domanda impliċita għall-ekwità. |
4. Riżultati tanġibbli
Riżultati tanġibbli mistennija
|
A. |
Rapport/artiklu li fih tipoloġija ta’ kumpaniji tal-Cleantech tal-UE u mmappjar tas-settur tal-Cleantech tal-UE |
|
B. |
Rapport/artiklu li jiddeskrivi l-metodoloġija u r-riżultati tal-analiżi li jfittex li jikkwantifika r-relazzjoni bejn l-attività intraprenditorjali tal-Cleantech u l-Indikaturi Ewlenin tal-Prestazzjoni (KPIs) ambjentali li huma ċentrali għall-Patt Ekoloġiku |
|
C. |
Rapport/artiklu li jiddeskrivi l-metodoloġija u r-riżultati tal-analiżi li jfittex li jidentifika d-determinanti tal-iżvilupp tal-ekosistemi lokali tal-Cleantech. |
|
D. |
Rapport/artiklu li jiddeskrivi l-metodoloġija u r-riżultati tal-analiżi li tikkwantifika d-domanda għall-ekwità ekoloġika minn intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju fid-deċennju 2020–2030. |
Jekk jitqies ottimali, tista’ tiġi diskussa l-amalgamazzjoni ta’ żewġ riżultati tanġibbli (jew aktar) f’rapport/artiklu wieħed.
Il-proposti għandhom jitressqu bl-Ingliż sal-15 ta’ Novembru 2021 f’24: 00 (CET). Il-proposti mressqa wara din id-data mhux se jiġu kkunsidrati. Il-proposti għandhom jintbagħtu bil-posta elettronika lil:
Events.EIBInstitute@eib.org
Għal aktar informazzjoni eżawrjenti dwar il-proċess tal-għażla tal-EIBURS u dwar l-Istitut tal-BEI, jekk jogħġbok żur: http://institute.eib.org/
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
21.9.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 383/9 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10427 — KKR/Telefonica/Infraco)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2021/C 383/07)
1.
Fit-13 ta’ Settembru 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
KKR & Co. Inc. (l-Istati Uniti tal-Amerika, “KKR”), |
|
— |
Telefónica, S.A. (Spanja, “Telefónica”), |
|
— |
InfraCo (il-Kolombja), kumpanija li għadha ma ġietx inkorporata u li se topera n-netwerk tal-fibra ta’ Telefónica Colombia fil-Kolombja. |
KKR u Telefónica jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ InfraCo.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
għal KKR: ditta tal-investiment globali li toffri ġestjoni tal-assi alternattivi u soluzzjonijiet tas-swieq tal-kapital u tal-assigurazzjoni, |
|
— |
għal Telefónica: kumpanija globali tat-telekomunikazzjoni li topera netwerks ta’ komunikazzjoni fissi u mobbli, li toffri servizzi mobbli, ta’ linja fissa, tal-internet u tat-televiżjoni taħt għadd ta’ marki, |
|
— |
għal InfraCo: it-tħaddim u l-użu tal-infrastruttura tan-netwerk tal-fibra għall-provvista ta’ servizzi ta’ telekomunikazzjoni bl-ingrossa fil-Kolombja. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jitqies għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja trid tiġi dejjem indikata:
M.10427 — KKR/Telefónica/Infraco
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, permezz tal-faks jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).