ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 382

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 64
20 ta' Settembru 2021


Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2021/C 382/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2021/C 382/02

Kawża C-791/91: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-15 ta’ Lulju 2021 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Sistema dixxiplinari applikabbli għall-imħallfin – Stat tad-dritt – Indipendenza tal-imħallfin – Protezzjoni ġudizzjarja effettiva fl-oqsma koperti mid-dritt tal-Unjoni – It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE – Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Ksur dixxiplinari minħabba l-kontenut ta’ deċiżjonijiet ġudizzjarji – Qrati dixxiplinari indipendenti u stabbiliti bil-liġi – Osservanza tat-terminu raġonevoli u tad-drittijiet tad-difiża fil-proċeduri dixxiplinari – Artikolu 267 TFUE – Limitazzjoni tad-dritt u tal-obbligu tal-qrati nazzjonali li jressqu talbiet għal deċiżjoni preliminari quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja)

2

2021/C 382/03

Kawża C-911/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-15 ta’ Lulju 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État – Franza) – Fédération bancaire française (FBF) vs Autorité de contrôle prudentiel et de résolution (ACPR) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikoli 263 u 267 TFUE – Att tal-Unjoni mhux vinkolanti legalment – Stħarriġ ġudizzjarju – Linji gwida maħruġa mill-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA) – Arranġamenti għall-governanza u s-sorveljanza tal-prodotti għal prodotti bankarji bl-imnut – Validità – Kompetenza tal-EBA)

3

2021/C 382/04

Kawża C-262/21 PPU: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-2 ta’ Awwissu 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Korkein oikeus – il-Finlandja) – A vs B (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja – Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u eżekuzzjoni tas-sentenzi fil-qasam matrimonjali u fil-qasam tar-responsabbiltà tal-ġenituri – Regolament (KE) Nru 2201/2003 – Kamp ta’ applikazzjoni – Punt 11 tal-Artikolu 2 – Kunċett ta’ tneħħija jew żamma inġusta ta’ wild – Konvenzjoni ta’ Den Haag tal-25 ta’ Ottubru 1980 – Talba għar-ritorn ta’ wild ta’ età żgħira li tiegħu l-ġenituri għandhom il-kustodja konġunta – Ċittadini ta’ pajjiż terz – Trasferiment tal-wild u ta’ ommu lejn l-Istat Membru responsabbli għall-eżami ta’ applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali skont ir-Regolament (UE) Nru 604/2013 (Dublin III))

4

2021/C 382/05

Kawża C-81/20: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-22 ta’ Ġunju 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunalul Bucureşti – ir-Rumanija) – SC Mitliv Exim SRL vs Agenţia Naţională de Administrare Fiscală, Direcţia Generală de Administrare a Marilor Contribuabili (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 53(2) u Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Direttiva 2006/112/KE – Drittijiet fundamentali – Prinċipju ne bis in idem – Kumulu ta’ sanzjonijiet kriminali u amministrattivi – Inapplikabbiltà – Obbligi fiskali anċillari – Interessi fuq somma mħallsa mill-persuna taxxabbli fil-kuntest ta’ proċedura kriminali)

5

2021/C 382/06

Kawża C-206/20: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-22 ta’ Ġunju 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court of Justice Queen's Bench Division (Administrative Court) – ir-Renju Unit) – Eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ kontra VA (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali – Mandat ta’ arrest Ewropew – Deċiżjoni-Qafas 2002/584/ĠAI – Artikolu 8(1)(c) – Mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ mill-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku ta’ Stat Membru għall-finijiet ta’ proċeduri kriminali abbażi ta’ miżura li ċċaħħad il-libertà maħruġa mill-istess awtorità – Assenza ta’ stħarriġ ġudizzjarju qabel il-konsenja tal-persuna mfittxija – Konsegwenzi – Protezzjoni ġudizzjarja effettiva – Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Artikolu 47)

5

2021/C 382/07

Kawża C-636/20: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-1 ta’ Lulju 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Pécsi Törvényszék – l-Ungerija) – Tolnatext Bt. vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kodiċi doganali tal-Unjoni – Artikolu 22(6) – Artikolu 29 – Dritt għal smigħ – Proċeduri mibdija ex officio – Artikolu 53(2) u Artikolu 94 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Assenza ta’ informazzjoni dwar ir-raġunijiet li jiġġustifikaw il-bżonn ta’ risposta għad-domanda preliminari għall-finijiet tas-soluzzjoni tat-tilwima fil-kawża prinċipali – Inammissibbiltà manifesta tat-talba għal deċiżjoni preliminari)

6

2021/C 382/08

Kawża C-95/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Köln (il-Ġermanja) fis-16 ta’ Frar 2021 – Deutsche Lufthansa AG vs AirHelp Germany GmbH

6

2021/C 382/09

Kawża C-142/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Köln (il-Ġermanja) fil-5 ta’ Marzu 2021 – Deutsche Lufthansa AG vs AirHelp Germany GmbH

7

2021/C 382/10

Kawża C-173/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Köln (il-Ġermanja) fit-22 ta’ Marzu 2021 – Deutsche Lufthansa AG vs GE

7

2021/C 382/11

Kawża C-302/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de Primera Instancia no 4 de Castellón de la Plana (Spanja) fit-12 ta’ Mejju 2021 – Casilda vs Banco Cetelem SA

7

2021/C 382/12

Kawża C-312/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Mercantil no 3 de Valencia (Spanja) fid-19 ta’ Mejju 2021 – Tráficos Manuel Ferrer S.L. et vs Daimler AG

9

2021/C 382/13

Kawża C-326/21 P: Appell ippreżentat fil-25 ta’ Mejju 2021 minn PNB Banka AS mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (L-Għaxar Awla) fit-12 ta’ Marzu 2021 fil-Kawża T-50/20, PNB Banka vs BĊE

9

2021/C 382/14

Kawża C-333/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Mercantil no 17 de Madrid (Spanja) fis-27 ta’ Mejju 2021 – European Superleague Company, S.L. vs Unión de Federaciones Europeas de Fútbol (UEFA) u Fédération internationale de football association (FIFA)

10

2021/C 382/15

Kawża C-335/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de Primera Instancia no 10 bis de Sevilla (Spanja) fis-27 ta’ Mejju 2021 – Vicente vs Delia

12

2021/C 382/16

Kawża C-346/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal da Relação do Porto (il-Portugall) fl-4 ta’ Ġunju 2021 – ING Luxembourg SA vs VX

13

2021/C 382/17

Kawża C-368/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Hamburg (il-Ġermanja) fl-14 ta’ Ġunju 2021 – R.T. vs Hauptzollamt Hamburg

13

2021/C 382/18

Kawża C-372/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (l-Awstrija) fis-17 ta’ Ġunju 2021 – Freikirche der Siebenten-Tags-Adventisten in Deutschland KdöR

14

2021/C 382/19

Kawża C-386/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour d’appel de Mons (il-Belġju) fl-24 ta’ Ġunju 2021 – Ryanair DAC vs Happy Flights Srl, li kienet Happy Flights Sprl

14

2021/C 382/20

Kawża C-388/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Erfurt (il-Ġermanja) fit-23 ta’ Ġunju 2021 – A vs B

15

2021/C 382/21

Kawża C-396/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht München I (il-Ġermanja) fid-29 ta’ Ġunju 2021 – KT, NS vs FTI Touristik GmbH

16

2021/C 382/22

Kawża C-398/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fit-28 ta Ġunju 2021 – Conseil national des barreaux, Conférence des bâtonniers, Ordre des avocats du barreau de Paris vs Premier ministre, Ministre de l’Economie, des Finances et de la Relance

16

2021/C 382/23

Kawża C-413/21 P: Appell ippreżentat fis-6 ta’ Lulju 2021 mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Hames Awla) fil-21 ta’ April 2021 fil-Kawża T-322/19, El-Qaddafi vs Il-Kunsill

17

2021/C 382/24

Kawża C-441/21 P: Appell ippreżentat fis-16 ta’ Lulju 2021 minn Ryanair DAC mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Għaxar Awla Estiża) fid-19 ta’ Mejju 2021 fil-Kawża T-628/20, Ryanair vs Il-Kummissjoni (Spanja; Covid-19)

18

2021/C 382/25

Kawża C-442/21 P: Appell ippreżentat fil-15 ta’ Lulju 2021 minn ITD, Brancheorganisation for den danske vejgodstransport A/S, Danske Fragtmænd A/S mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fil-5 ta’ Mejju 2021 fil-Kawża T-561/18, ITD u Danske Fragtmænd vs Il-Kummissjoni

19

2021/C 382/26

Kawża C-444/21: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Lulju 2021 – Il-Kummissjoni Ewropea vs L-Irlanda

19

2021/C 382/27

Kawża C-454/21 P: Appell ippreżentat fit-22 ta’ Lulju 2021 minn Engie Global LNG Holding Sàrl, Engie Invest International SA, Engie SA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla Estiża) fit-12 ta’ Mejju 2021 fil-Kawżi magħquda T-516/18 u T-525/18, Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu et vs Il-Kummissjoni

21

2021/C 382/28

Kawża C-478/21 P: Appell ippreżentat fit-2 ta’ Awwissu 2021 minn China Chamber of Commerce for Import and Export of Machinery and Electronic Products, Cangzhou Qinghong Foundry Co. Ltd, Botou City Qinghong Foundry Co. Ltd, Lingshou County Boyuan Foundry Co. Ltd, Handan Qunshan Foundry Co. Ltd, Heping Cast Co. Ltd Yi County, Hong Guang Handan Cast Foundry Co. Ltd, Shanxi Yuansheng Casting and Forging Industrial Co. Ltd, Botou City Wangwu Town Tianlong Casting Factory, Tangxian Hongyue Machinery Accessory Foundry Co. Ltd mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (ir-Raba’ Awla Estiża) fid-19 ta’ Mejju 2021 fil-Kawża T-254/18, China Chamber of Commerce for Import and Export of Machinery and Electronic Products et vs Il-Kummissjoni

22

2021/C 382/29

Kawża C-345/20: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-25 ta’ Ġunju 2021 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża

23

2021/C 382/30

Kawża C-629/20: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-17 ta’ Ġunju 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Köln – il-Ġermanja) – Deutsche Lufthansa AG vs LE

23

2021/C 382/31

Kawża C-9/21: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta’ Ġunju 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Köln – il-Ġermanja) – AX vs Deutsche Lufthansa AG

23

2021/C 382/32

Kawża C-37/21: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-29 ta’ Ġunju 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Hamburg – il-Ġermanja) – flightright GmbH vs Ryanair DAC

23

2021/C 382/33

Kawża C-106/21: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-18 ta’ Ġunju 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Köln – il-Ġermanja) – Deutsche Lufthansa AG vs BC

24

2021/C 382/34

Kawża C-182/21: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-24 ta’ Ġunju 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Düsseldorf – il-Ġermanja) – Nokia Technologies Oy vs Daimler AG, fil-preżenza ta’: Continental Automotive GmbH et

24

 

Il-Qorti Ġenerali

2021/C 382/35

Kawża T-866/19: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2021 Ryanair u Laudamotion vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament – Trasport bl-ajru – Regolament (KE) Nru 1008/2008 – Regoli dwar id-distribuzzjoni tat-traffiku bejn l-ajruporti ta’ Schiphol u ta’ Lelystad – Prijorità fl-attribuzzjoni ta’ slots lill-ajruport ta’ Lelystad – Att regolatorju li jinkludi miżuri ta’ eżekuzzjoni – Assenza ta’ inċidenza individwali – Inammissibbiltà)

25

2021/C 382/36

Kawża T-79/20: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Lulju 2021 – AI vs ECDC (Rikors għal annullament u għad-danni – Servizz pubbliku – Persunal tal-ECDC – Fastidju psikoloġiku – Artikolu 12a tar-Regolamenti tal-Persunal – Preġudizzju għall-onorabbiltà – Talba għal assistenza – Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal – Ċaħda tat-talba – Dritt għal smigħ – Assenza ta’ bidu ta’ prova – Dmir ta’ premura – Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt)

25

2021/C 382/37

Kawża T-455/20: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Lulju 2021 – Roxtec vs EUIPO – Wallmax (Rappreżentazzjoni ta’ kaxxa oranġjo li fiha seba’ ċrieki suwed konċentriċi) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tirrappreżenta kaxxa oranġjo li fiha seba’ ċrieki suwed konċentriċi – Raġuni assoluta għal rifjut – Sinjal ikkostitwit esklużivament mill-forma tal-prodott neċessarju għall-ksib ta’ riżultat tekniku – Artikolu 7(1)(e)(ii) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(e)(ii) tar-Regolament (UE) 2017/1001))

26

2021/C 382/38

Kawża T-230/21 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2021 – Jalkh vs Il-Parlament (Proċeduri għal miżuri provviżorji – Dritt istituzzjonali – Membru tal-Parlament Ewropew – Privileġġi u immunitajiet – Tneħħija tal-immunità parlamentari – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Nuqqas ta’ urġenza)

27

2021/C 382/39

Kawża T-449/21: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Lulju 2021 – Natixis vs Il-Kummissjoni

27

2021/C 382/40

Kawża T-458/21: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Awwissu 2021 – Quantic Dream vs EUIPO – Quentia (Q)

28

2021/C 382/41

Kawża T-459/21: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Awwissu 2021 – Calrose Rice vs EUIPO – Ricegrowers (Sunwhite)

29

2021/C 382/42

Kawża T-465/21: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Awwissu 2021 – Ionfarma vs EUIPO – LG Electronics (AION)

30

2021/C 382/43

Kawża T-466/21: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Awwissu 2021 – Baumberger vs EUIPO – Nube (Lío)

31

2021/C 382/44

Kawża T-467/21: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Awwissu 2021 – DBM Videovertrieb vs EUIPO – Nube (Lío)

31

2021/C 382/45

Kawża T-472/21: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Awwissu 2021 – RTE vs ACER

32

2021/C 382/46

Kawża T-474/21: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Awwissu 2021 – Schenk Italia vs EUIPO – Consorzio per la tutela dei vini Valpolicella (AMICONE)

33

2021/C 382/47

Kawża T-477/21: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Awwissu 2021 – Glaxo Group vs EUIPO – Cipla Europe (Forma ta’ inalatur)

34

2021/C 382/48

Kawża T-478/21: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Awwissu 2021 – Les Éditions P. Amaury vs EUIPO – Golden Balls (BALLON D’OR)

35

2021/C 382/49

Kawża T-482/21: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Awwissu 2021 – TenneT TSO u TenneT TSO vs ACER

35

2021/C 382/50

Kawża T-49/21: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Lulju 2021 – PZ vs Il-Kummissjoni

37


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

20.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 382/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2021/C 382/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 368, 13.9.2021

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 357, 6.9.2021

ĠU C 349, 30.8.2021

ĠU C 338, 23.8.2021

ĠU C 329, 16.8.2021

ĠU C 320, 9.8.2021

ĠU C 310, 2.8.2021

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

20.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 382/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-15 ta’ Lulju 2021 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja

(Kawża C-791/91) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Sistema dixxiplinari applikabbli għall-imħallfin - Stat tad-dritt - Indipendenza tal-imħallfin - Protezzjoni ġudizzjarja effettiva fl-oqsma koperti mid-dritt tal-Unjoni - It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE - Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Ksur dixxiplinari minħabba l-kontenut ta’ deċiżjonijiet ġudizzjarji - Qrati dixxiplinari indipendenti u stabbiliti bil-liġi - Osservanza tat-terminu raġonevoli u tad-drittijiet tad-difiża fil-proċeduri dixxiplinari - Artikolu 267 TFUE - Limitazzjoni tad-dritt u tal-obbligu tal-qrati nazzjonali li jressqu talbiet għal deċiżjoni preliminari quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja)

(2021/C 382/02)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrent: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment K. Banks, S. L. Kalėda u H. Krämer, sussegwentement K. Banks, S. L. Kalėda u P. J. O. Van Nuffel, aġenti)

Konvenut: Ir-Reppubblika tal-Polonja (rappreżentanti: B. Majczyna, D. Kupczak, S. Żyrek, A. Dalkowska u A. Gołaszewska, aġenti)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrent: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentanti: C. Pochet, M. Jacobs u L. Van den Broeck, aġenti), ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentanti: inizjalment M. Wolff, M. Jespersen u J. Nymann-Lindegren, sussegwentement M. Wolff u J. Nymann-Lindegren, aġenti), ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: M. K. Bulterman u J. Langer, aġenti), ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentanti: M. Pere u H. Leppo, aġenti), ir-Renju tal-Isvezja (rappreżentanti: C. Meyer-Seitz, H. Shev, A. Falk, J. Lundberg u H. Eklinder, aġenti)

Dispożittiv

1)

Billi ma ggrantixxietx l-indipendenza u l-imparzjalità tal-Izba Dyscyplinarna (l-Awla Dixxiplinari), tas-Sąd Najwyższy (il-Qorti Suprema, il-Polonja), li għandha l-kompitu tal-istħarriġ tad-deċiżjonijiet mogħtija fil-proċeduri dixxiplinari kontra l-imħallfin (il-punt 5 tal-Artikolu 3, Artikolu 27 u Artikolu 73(1) tal-ustawa o Sądzie Najwyższym (il-Liġi dwar il-Qorti Suprema), tat-8 ta’ Diċembru 2017, fil-verżjoni konsolidata tagħha kif ippubblikata fid-Dziennik Ustaw Rzeczpospolitej Polskiej tal-2019 (pożizzjoni 825) (iktar ’il quddiem, il-“Liġi dwar il-Qorti Suprema”), moqrija flimkien mal-Artikolu 9a tal-ustawa o Krajowej Radzie Sądownictwa (il-Liġi dwar il-Kunsill Nazzjonali tal-Ġudikatura) tat-12 ta’ Mejju 2011, kif emendata mill-ustawa o zmianie ustawy o Krajowej Radzie Sądownictwa oraz niektórych innych ustaw (il-Liġi li Temenda l-Liġi dwar il-Kunsill Nazzjonali tal-Ġudikatura u Ċerti Liġijiet Oħra) tat-8 ta’ Diċembru 2017);

billi ppermettiet li l-kontenut tad-deċiżjonijiet ġudizzjarji jista’ jiġi kkwalifikat bħala ksur dixxiplinari li jikkonċerna l-imħallfin tal-qrati ordinarji (Artikolu 107(1) tal-ustawa – Prawo o ustroju sądów powszechnych (il-Liġi dwar l-Organizzazzjoni tal-Qrati Ordinarji), tas-27 ta’ Lulju 2001 fil-verżjoni tagħha li tirriżulta mill-emendi suċċessivi ppubblikati fid-Dziennik Ustaw Rzeczypospolitej Polskiej tal-2019 (pożizzjonijiet 52, 55, 60, 125, 1469 u 1495) u Artikolu 97(1) u (3) tal-Liġi dwar il-Qorti Suprema, fil-verżjoni kkonsolidata tagħha kif ippubblikata fid-Dziennik Ustaw Rzeczypospolitej Polskiej tal-2019 (pożizzjoni 825));

billi tat lill-President tal-Izba Dyscyplinarna (l-Awla Dixxiplinari) tas-Sąd Najwyższy (il-Qorti Suprema) is-setgħa diskrezzjonali li jaħtar il-Qorti Dixxiplinari kompetenti fl-ewwel istanza fil-kawżi dwar l-imħallfin tal-qrati ordinarji (Artikolu 110(3) u Artikolu 114(7) tal-Liġi dwar l-Organizzazzjoni tal-Qrati Ordinarji, fil-verżjoni tagħha li tirriżulta mill-emendi suċċessivi ppubblikati fid-Dziennik Ustaw Rzeczypospolitej Polskiej tal-2019 (pożizzjonijiet 52, 55, 60, 125, 1469 u 1495)) u, b’dan il-mod, billi ma ggarantixxietx li l-kawżi dixxipinari jiġu eżaminati minn qorti “stabbilita mil-liġi”, u

billi ma ggarantixxietx li l-kawżi dixxiplinari kontra l-imħallfin tal-qrati ordinarji jiġu eżaminati fi żmien raġjonevoli (it-tieni sentenza tal-Artikolu 112b(5) ta’ din il-liġi), kif ukoll billi pprevediet li l-atti marbuta mal-ħatra ta’ avukat u l-patroċinju tad-difiża min-naħa tiegħu ma jkollhomx effett sospensiv fuq l-iżvolġiment tal-proċedura dixxiplinari (Artikolu 113a tal-imsemmija liġi) u li l-Qorti Dixxiplinari tmexxi l-proċedura anki fil-każ ta’ assenza ġġustifikata tal-imħallef imqiegħed inkwistjoni, informat, jew tal-avukat tiegħu (Artikolu 115a(3) tal-istess liġi), u, b’dan il-mod, billi ma żguratx ir-rispett tad-drittijiet tad-difiża tal-imħallfin tal-qrati ordinarji li huma mqiegħda inkwistjoni,

ir-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha bis-saħħa tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 19(1) TUE.

2)

Billi ppermettiet li d-dritt tal-qrati li jressqu talbiet għal deċiżjoni preliminari quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja jiġi limitat bil-possibbiltà li tinbeda proċedura dixxiplinari, ir-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha bis-saħħa tat-tieni u t-tielet paragrafi tal-Artikolu 267 TFUE.

3)

Ir-Repubblika tal-Polonja hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea, inklużi dawk relatati mal-proċedura għal miżuri provviżorji.

4)

Ir-Renju tal-Belġju, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju tal-Isvezja għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 413, 9.12.2019.


20.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 382/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-15 ta’ Lulju 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État – Franza) – Fédération bancaire française (FBF) vs Autorité de contrôle prudentiel et de résolution (ACPR)

(Kawża C-911/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikoli 263 u 267 TFUE - Att tal-Unjoni mhux vinkolanti legalment - Stħarriġ ġudizzjarju - Linji gwida maħruġa mill-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA) - Arranġamenti għall-governanza u s-sorveljanza tal-prodotti għal prodotti bankarji bl-imnut - Validità - Kompetenza tal-EBA)

(2021/C 382/03)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Fédération bancaire française (FBF)

Konvenut: Autorité de contrôle prudentiel et de résolution (ACPR)

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 263 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li atti bħal-Linji gwida tal-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA) tat-22 ta’ Marzu 2016 dwar l-arranġamenti għall-governanza u s-sorveljanza tal-prodotti għal prodotti bankarji bl-imnut (EBA/GL/2015/18), ma jistgħux ikunu s-suġġett ta’ rikors għal annullament skont dan l-artikolu.

2)

L-Artikolu 267 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li, bis-saħħa ta’ dan l-artikolu, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha ġurisdizzjoni sabiex tevalwa l-validità ta’ atti bħal-Linji gwida tal-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA) tat-22 ta’ Marzu 2016 dwar l-arranġamenti għall-governanza u s-sorveljanza tal-prodotti għal prodotti bankarji bl-imnut (EBA/GL/2015/18).

3)

Id-dritt tal-Unjoni ma jimponix li l-ammissibbiltà, quddiem qorti nazzjonali, ta’ eċċezzjoni ta’ illegalità kontra att tal-Unjoni tkun suġġetta għall-kundizzjoni li dan l-att ikun jikkonċerna direttament u individwalment lill-parti fil-kawża li tinvoka din l-eċċezzjoni.

4)

L-eżami tat-tielet domanda preliminari ma rrileva l-ebda element ta’ natura li jaffettwa l-validità tal-Linji gwida tal-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA) tat-22 ta’ Marzu 2016 dwar l-arranġamenti għall-governanza u s-sorveljanza tal-prodotti għal prodotti bankarji bl-imnut (EBA/GL/2015/18).


(1)  ĠU C 61, 24.2.2020.


20.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 382/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-2 ta’ Awwissu 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Korkein oikeus – il-Finlandja) – A vs B

(Kawża C-262/21 PPU) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja - Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u eżekuzzjoni tas-sentenzi fil-qasam matrimonjali u fil-qasam tar-responsabbiltà tal-ġenituri - Regolament (KE) Nru 2201/2003 - Kamp ta’ applikazzjoni - Punt 11 tal-Artikolu 2 - Kunċett ta’ “tneħħija jew żamma inġusta ta’ wild” - Konvenzjoni ta’ Den Haag tal-25 ta’ Ottubru 1980 - Talba għar-ritorn ta’ wild ta’ età żgħira li tiegħu l-ġenituri għandhom il-kustodja konġunta - Ċittadini ta’ pajjiż terz - Trasferiment tal-wild u ta’ ommu lejn l-Istat Membru responsabbli għall-eżami ta’ applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali skont ir-Regolament (UE) Nru 604/2013 (Dublin III))

(2021/C 382/04)

Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

Qorti tar-rinviju

Korkein oikeus

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: A

Konvenut: B

Dispożittiv

Il-punt 11 tal-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 tas-27 ta’ Novembru 2003 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma tistax tikkostitwixxi tneħħija inġusta jew żamma inġusta, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, is-sitwazzjoni li fiha wieħed mill-ġenituri, mingħajr il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor, ikollu jieħu lill-wild tiegħu mill-Istat ta’ residenza abitwali tiegħu lejn Stat Membru ieħor b’eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni ta’ trasferiment meħuda mill-ewwel Stat Membru fuq il-bażi tar-Regolament (UE) Nru 604/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida, u mbagħad ikollu jibqa’ f’dan it-tieni Stat Membru, wara li din id-deċiżjoni ta’ trasferiment tkun ġiet annullata mingħajr ma l-awtoritajiet tal-ewwel Stat Membru jkunu, madankollu, iddeċidew li jieħdu mill-ġdid taħt ir-responsabbiltà tagħhom lill-persuni ttrasferiti jew li jawtorizzawhom jirrisjedu hemmhekk.


(1)  ĠU C 252, 28.6.2021.


20.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 382/5


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-22 ta’ Ġunju 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunalul Bucureşti – ir-Rumanija) – SC Mitliv Exim SRL vs Agenţia Naţională de Administrare Fiscală, Direcţia Generală de Administrare a Marilor Contribuabili

(Kawża C-81/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 53(2) u Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Drittijiet fundamentali - Prinċipju ne bis in idem - Kumulu ta’ sanzjonijiet kriminali u amministrattivi - Inapplikabbiltà - Obbligi fiskali anċillari - Interessi fuq somma mħallsa mill-persuna taxxabbli fil-kuntest ta’ proċedura kriminali)

(2021/C 382/05)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Tribunalul Bucureşti

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: SC Mitliv Exim SRL

Konvenuti: Agenţia Naţională de Administrare Fiscală, Direcţia Generală de Administrare a Marilor Contribuabili

Dispożittiv

L-Artikoli 2 u 63 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, meta tranżazzjonijiet taxxabbli seħħew u t-taxxa fuq il-valur miżjud relatata hija dovuta, ħlas, anki provviżorju, intiż sabiex jonora d-dejn fiskali korrispondenti ma jistax jitqies bħala mhux dovut u ma jistax inissel interessi favur il-persuna taxxabbli li wettqet il-ħlas.


(1)  ĠU C 279, 24.8.2020.


20.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 382/5


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-22 ta’ Ġunju 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court of Justice Queen's Bench Division (Administrative Court) – ir-Renju Unit) – Eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ kontra VA

(Kawża C-206/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali - Mandat ta’ arrest Ewropew - Deċiżjoni-Qafas 2002/584/ĠAI - Artikolu 8(1)(c) - Mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ mill-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku ta’ Stat Membru għall-finijiet ta’ proċeduri kriminali abbażi ta’ miżura li ċċaħħad il-libertà maħruġa mill-istess awtorità - Assenza ta’ stħarriġ ġudizzjarju qabel il-konsenja tal-persuna mfittxija - Konsegwenzi - Protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 47)

(2021/C 382/06)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court of Justice Queen's Bench Division (Administrative Court)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: VA

fil-preżenza ta’: Prosecutor of the regional prosecutor’s office in Ruse, Bulgaria

Dispożittiv

L-Artikolu 8(1)(c) tad-Deċiżjoni-Qafas tal-Kunsill 2002/584/ĠAI tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri, kif emendata bid-Deċiżjoni-Qafas tal-Kunsill 2009/299/ĠAI tas-26 ta’ Frar 2009, ikkunsidrat fid-dawl tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, għandu jiġi interpretat fis-sens li r-rekwiżiti relatati mal-protezzjoni ġudizzjarja effettiva li minnhom tibbenefika persuna suġġetta għal mandat ta’ arrest Ewropew għall-finijiet tal-proċeduri kriminali ma humiex issodisfatti meta kemm il-mandat ta’ arrest Ewropew kif ukoll id-deċiżjoni ġudizzjarja li fuqha hija ibbażata huma maħruġa minn uffiċċju tal-prosekutur pubbliku, li jista’ jiġi kklassifikat bħala “awtorità ġudizzjarja emittenti”, fis-sens tal-Artikolu 6(1) ta’ din id-deċiżjoni-qafas, kif emendata bid-Deċiżjoni-Qafas 2009/299, mingħajr ma l-imsemmi mandat ta’ arrest Ewropew jew l-imsemmija deċiżjoni ġudizzjarja jistgħu jkunu s-suġġett ta’ stħarriġ ġudizzjarju fl-Istat Membru emittenti qabel il-konsenja tal-persuna mfittxija mill-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni.


(1)  ĠU C 262, 10.8.2020.


20.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 382/6


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-1 ta’ Lulju 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Pécsi Törvényszék – l-Ungerija) – Tolnatext Bt. vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága

(Kawża C-636/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kodiċi doganali tal-Unjoni - Artikolu 22(6) - Artikolu 29 - Dritt għal smigħ - Proċeduri mibdija ex officio - Artikolu 53(2) u Artikolu 94 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Assenza ta’ informazzjoni dwar ir-raġunijiet li jiġġustifikaw il-bżonn ta’ risposta għad-domanda preliminari għall-finijiet tas-soluzzjoni tat-tilwima fil-kawża prinċipali - Inammissibbiltà manifesta tat-talba għal deċiżjoni preliminari)

(2021/C 382/07)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Pécsi Törvényszék

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Tolnatext Bt.

Konvenut: Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága

Dispożittiv

It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Pécsi Törvényszék (il-Qorti ta’ Pécs, l-Ungerija), permezz tad-deċiżjoni tat-30 ta’ Ottubru 2020, hija manifestament inammissibbli.


(1)  ĠU C 62, 22.2.2021.


20.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 382/6


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Köln (il-Ġermanja) fis-16 ta’ Frar 2021 – Deutsche Lufthansa AG vs AirHelp Germany GmbH

(Kawża C-95/21)

(2021/C 382/08)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Köln

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Deutsche Lufthansa AG

Konvenut: AirHelp Germany GmbH

Din il-kawża tħassret mir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja permezz ta’ digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-17 ta’ Ġunju 2021.


20.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 382/7


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Köln (il-Ġermanja) fil-5 ta’ Marzu 2021 – Deutsche Lufthansa AG vs AirHelp Germany GmbH

(Kawża C-142/21)

(2021/C 382/09)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Köln

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Deutsche Lufthansa AG

Konvenut: AirHelp Germany GmbH

Din il-kawża tħassret mir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja permezz ta’ digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-18 ta’ Ġunju 2021.


20.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 382/7


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Köln (il-Ġermanja) fit-22 ta’ Marzu 2021 – Deutsche Lufthansa AG vs GE

(Kawża C-173/21)

(2021/C 382/10)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Köln

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Deutsche Lufthansa AG

Konvenut: GE

Din il-kawża tħassret mir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja permezz ta’ digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta’ Ġunju 2021.


20.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 382/7


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de Primera Instancia no 4 de Castellón de la Plana (Spanja) fit-12 ta’ Mejju 2021 – Casilda vs Banco Cetelem SA

(Kawża C-302/21)

(2021/C 382/11)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de Primera Instancia no 4 de Castellón de la Plana

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Casilda

Konvenut: Banco Cetelem SA

Domandi preliminari

L-ewwel domanda preliminari:

a)

Skont il-prinċipju ta’ supremazija tad-dritt tal-Unjoni Ewropea fl-ambitu tal-applikabbiltà tiegħu, b’mod partikolari fil-kuntest tar-regolamentazzjoni tal-kreditu għall-konsum u l-kuntratti konklużi mal-konsumaturi, il-qorti nazzjonali għandha tevalwa “ex officio” l-kompatibbiltà mad-dritt tal-Unjoni tal-ġurisprudenza tat-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema, Spanja), bħala l-ogħla qorti, fl-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-Ley de 23 de julio de 1908, sobre nulidad de los contratos de préstamos usurarios (il-Liġi tat-23 ta’ Lulju tal-1908 dwar in-nullità tal-kuntratti ta’ self bl-użura), bħala dispożizzjoni nazzjonali, sa fejn din il-ġurisprudenza ma tapplikax biss għall-invalidità tal-kuntratt konkluż, iżda wkoll għad-definizzjoni tas-“suġġett prinċipali” tal-kuntratt ta’ kreditu għall-konsum, fil-forma ta’ kreditu rotanti, u għall-adegwatezza tal-“kwalità/prezz” tas-servizz ipprovdut, jew, għall-kuntrarju, kif iddikjarat mit-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema), dan id-dmir li tiġi evalwata l-konformità mad-dritt tal-Unjoni u d-direttivi tagħha huwa kkundizzjonat jew suġġett għall-petitum tar-rikorrent (prinċipju ta’ dispożittiv), bir-riżultat li jekk id-dikjarazzjoni li l-kuntratt ta’ kreditu għall-konsum huwa null minħabba n-“natura użwarja tiegħu” hija mfittxija bħala azzjoni “unika jew prinċipali”, liema azzjoni hija dderivata minn dispożizzjoni nazzjonali, għandu jitqies li s-supremazija tad-dritt tal-Unjoni Ewropea u l-effetti armonizzanti tiegħu “ma humiex inkwistjoni”, anki jekk il-ġurisprudenza mogħtija mit-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema), fl-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-imsemmija liġi dwar l-użura, tapplika għad-definizzjoni tas-suġġett prinċipali u għall-adegwatezza tal-kwalità/prezz tal-kreditu għall-konsum li jifforma s-suġġett tal-każ li għandu jiġi deċiż mill-qorti nazzjonali?

b)

Skont l-effetti ta’ supremazija u ta’ armonizzazzjoni msemmija iktar ’il fuq tad-dritt tal-Unjoni fil-kuntest tar-regolamentazzjoni tal-kreditu għall-konsum u l-kuntratti ta’ kreditu konklużi mal-konsumaturi, meta jitqies li t-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema) innifisha qalet f’diversi sentenzi fil-ġurisprudenza tagħha li, peress li l-“esklużjoni” prevista fl-Artikolu 4(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (1), bħala dispożizzjoni armonizzata, ġiet trasposta b’mod sħiħ fl-ordinament ġuridiku Spanjol, ma huwiex xieraq li l-qorti nazzjonali twettaq stħarriġ ġudizzjarju tal-prezzijiet, u peress li l-ebda leġiżlazzjoni fi ħdan l-ordinament ġuridiku Spanjol, lanqas il-Ley de usura de 1908 (il-Liġi dwar l-Użuru tal-1908), ma tagħti permess jew tipprovdi bażi b’mod ġenerali għal tali stħarriġ ġudizzjarju tal-prezzijiet, u peress ukoll li ma kien hemm ebda evalwazzjoni dwar jekk id-dispożizzjoni li tiddetermina l-prezz tal-kreditu għall-konsum hijiex nieqsa minn trasparenza, huwa kuntrarju għall-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 93/13/KEE li l-qorti nazzjonali, li taġixxi skont dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali fil-forma tal-Liġi dwar l-Użura tal-1908 imsemmija iktar ’il fuq u li topera ’l barra mill-ġurisdizzjoni naturali tagħha fil-kuntest ta’ dikjarazzjoni dwar in-nullità tal-kuntratt konkluż, teżerċita, taħt setgħa “maħluqa b’mod ġdid”, “stħarriġ ġudizzjarju” tas-suġġett prinċipali tal-kuntratt fejn hija tiddetermina b’mod ġenerali jew il-prezz tal-kreditu għall-konsum, mifhum b’riferiment għall-interess remuneratorju (Rata tal-Interessi Nominali) applikat għalih, jew l-ispiża tal-kreditu għall-konsum, mifhuma b’riferiment għar-Rata Perċentwali Annwali (RPA) applikata għalih?

ċ)

Fid-dawl ta’ dan preċedenti, u meta jitqies il-qafas ta’ regolamentazzjoni u ta’ armonizzazzjoni stabbilit mit-Trattat FUE, partikolarment l-applikabbiltà tiegħu għall-funzjonament tas-suq intern, l-istħarriġ eżerċitat mill-qorti nazzjonali sabiex tistabbilixxi, b’mod ġenerali, il-prezz jew l-ispiża tal-kreditu għall-konsum, fl-assenza ta’ dispożizzjoni preċedenti tad-dritt nazzjonali li espressament tistabbilixxi bażi legali sabiex tagħmel dan, “jirriżulta kompatibbli” mal-Artikolu 120 TFUE, fil-kuntest ta’ekonomija tas-suq miftuħa u fid-dawl tal-prinċipju tal-libertà kuntrattwali li għandhom il-partijiet?

It-tieni domanda preliminari:

Skont il-prinċipju ta’ supremazija tad-dritt tal-Unjoni fil-qafas tal-armonizzazzjoni tal-kwistjonijiet fl-ambitu tiegħu, b’mod partikolari fil-kuntest tad-direttivi li jirregolaw il-kreditu għall-konsum u l-kuntratti ta’ kreditu mal-konsumaturi, peress li l-prinċipju ta’ ċertezza legali jikkostitwixxi kundizzjoni preċedenti neċessarja għall-funzjonament tajjeb u effettiv tas-suq intern fil-kreditu għall-konsum, huwa kuntrarju għall-imsemmi prinċipju ta’ ċertezza legali, għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern tal-kreditu għall-konsum, li jitpoġġa limitu fuq ir-RPA li jista’ jiġi impost, b’mod ġenerali, fuq il-konsumatur f’kuntratt ta’ kreditu għall-konsum sabiex tiġi miġġielda l-użura, bħal-limitu stabbilit mit-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema), mhux abbażi ta’ parametri oġġettivi u preċiżi, iżda biss b’riferiment approssimattiv, b’mod li kull qorti nazzjonali tibqa’ libera li tiddetermina l-valur speċifiku ta’ dan il-limitu sabiex tiddeċiedi t-tilwima pendenti quddiemha?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288


20.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 382/9


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Mercantil no 3 de Valencia (Spanja) fid-19 ta’ Mejju 2021 – Tráficos Manuel Ferrer S.L. et vs Daimler AG

(Kawża C-312/21)

(2021/C 382/12)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de lo Mercantil no 3 de Valencia

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Tráficos Manuel Ferrer S.L., Ignacio

Konvenut: Daimler AG

Domandi preliminari

1)

Ir-regoli previsti fl-Artikolu 394(2) tal-Ley de Enjuiciamiento Civil (il-Liġi dwar il-Kodiċi Ċivili), li jippermetti li l-parti li ġġarrab dannu għandha tbati parti mill-ispejjeż tal-proċeduri abbażi tal-ammont tas-somom imħallsa indebitament bħala sovrataxxa u li jitħallsu lura lilha wara li t-talba tagħha għal danni hija parzjalment milqugħa, fejn, bħala premessa għal dikjarazzjoni, ikun assumibbli li hemm ksur tad-dritt tal-kompetizzjoni u li dak il-ksur għandu rabta kawżali mad-dannu mġarrab, li fil-fatt huwa rikonoxxut, ikkwantifikat u mogħti bħala riżultat tal-proċeduri, huma kompatibbli mad-dritt għal kumpens sħiħ ta’ persuna mweġġa’ minn aġir antikompetittiv, kif imsemmi fl-Artikolu 101 TFUE u skont il-ġurisprudenza li tinterpretah?

2)

Is-setgħa tal-qorti nazzjonali li tagħti stima tal-ammont ta’ danni tippermetti li dawn id-danni jiġu kkwantifikati fl-alternattiv u b’mod indipendenti, fuq il-bażi li ġiet identifikata sitwazzjoni ta’ nuqqas ta’ simetrija ta’ informazzjoni jew diffikultajiet dwar il-kwantifikazzjoni li ma jissolvewx li ma għandhomx jimpedixxu d-dritt għal kumpens sħiħ tal-parti li ġġarrab dannu minħabba prattika antikompetittiva kif imsemmi fl-Artikolu 101 TFUE, flimkien mal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, inkluż meta l-persuna li ġġarrab dannu minħabba ksur tad-dritt tal-kompetizzjoni li jikkonsisti f’akkordju li jiġġenera sovrataxxa kellha aċċess matul il-proċeduri għad-data li l-konvenut jibbaża l-perizja fuqha għall-iskop li jeskludi l-eżistenza ta’ dannu eliġibbli għal kumpens?

3)

Is-setgħa tal-qorti nazzjonali li tagħti stima tal-ammont ta’ danni tippermetti li dawn id-danni jiġu kkwantifikati fl-alternattiv u b’mod indipendenti, fuq il-bażi li ġiet identifikata sitwazzjoni ta’ nuqqas ta’ simetrija ta’ informazzjoni jew diffikultajiet dwar il-kwantifikazzjoni li ma jissolvewx li ma għandhomx jimpedixxu d-dritt għal kumpens sħiħ tal-parti li ġġarrab dannu minħabba prattika antikompetittiva kif imsemmi fl-Artikolu 101 TFUE, flimkien mal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, inkluż meta parti li ġġarrab dannu minħabba ksur tad-dritt tal-kompetizzjoni li jikkonsisti f’akkordju li jiġġenera sovrataxxa ġġib azzjoni għal danni kontra wieħed mid-destinatarji tad-deċiżjoni amministrattiva, li huwa responsabbli in solidum għal dawn id-danni iżda li ma kkummerċjalizzax il-prodott jew servizz akkwistat mill-persuna li ġġarrab dannu inkwistjoni?


20.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 382/9


Appell ippreżentat fil-25 ta’ Mejju 2021 minn PNB Banka AS mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (L-Għaxar Awla) fit-12 ta’ Marzu 2021 fil-Kawża T-50/20, PNB Banka vs BĊE

(Kawża C-326/21 P)

(2021/C 382/13)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: PNB Banka AS (rappreżentant: O. Behrends, Rechtsanwalt)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE)

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla d-digriet appellat;

tiddikjara nulla skont l-Artikolu 264 TFUE d-deċiżjoni tal-BĊE tad-19 ta’ Novembru 2019 li tirrifjuta li tordna lill-amministratur ġudizzjarju tar-rikorrenti jagħti lill-avukat imqabbad mill-Bord tad-Diretturi tal-appellanti l-aċċess għall-bini tagħha, għall-informazzjoni fil-pussess tagħha kif ukoll għall-persunal u għar-riżorsi tagħha;

sa fejn il-Qorti tal-Ġustizzja ma tkunx f’pożizzjoni li tagħti deċiżjoni fil-mertu, tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex din tal-aħħar tiddetermina r-rikors għal annullament; u

tikkundanna lill-BĊE għall-ispejjeż tal-appellanti u għall-ispejjeż tal-appell.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti tinvoka tnax-il aggravju.

L-ewwel aggravju: il-Qorti Ġenerali wettqet żball meta bbażat ruħha fuq ġurisprudenza dwar rikorsi mressqa minn persuni mhux destinatarji kontra atti tal-Unjoni b’effett ġenerali li jeħtieġu traspożizzjoni jew jinvolvu atti ta’ implimentazzjoni nazzjonali u applikat din il-ġurisprudenża għal din il-kawża li tirrigwarda rikors dirett kontra att individwali tal-Unjoni li jista’ jiġi kkontestat biss permezz ta’ rikors għal annullament skont l-Artikolu 263 TFUE u li jipproduċi direttament effetti mingħajr ħtieġa ta’ implimentazzjoni.

It-tieni aggravju: id-digriet appellat jikser il-prinċipju li l-aċċess għall-Qorti tal-Ġustizzja fil-kuntest tal-Artikolu 263 TFUE ma jistax ikun dipendenti fuq l-Istati Membri.

It-tielet aggravju: id-digriet appellat huwa inkompatibbli mal-ġurisdizzjoni esklużiva tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea skont l-Artikolu 263 TFUE.

Ir-raba’ aggravju: id-digriet appellat huwa inkompatibbli mal-prinċipju li rimedju ma huwiex effettiv jekk, għal raġunijiet strutturali, dan huwa teoretiku u illużorju.

Il-ħames aggravju: id-digriet appellat jikser l-Artikolu 51 tal-Karta.

Is-sitt aggravju: id-digriet appellat huwa bbażat fuq tnaqqis teleoloġiku żbaljat tal-kompetenzi ta’ superviżjoni prudenzjali tal-BĊE.

Is-seba’ aggravju: il-Qorti Ġenerali naqset milli tikkunsidra li l-analiżi skont l-Artikolu 47 tal-Karta teħtieġ li tkun ibbażata fuq il-mod li bih istituzzjoni Ewropea fil-fatt taġixxi u tista’ taġixxi u mhux biss fuq il-fakultà tagħha li tagħti ordnijiet vinkolanti formali lil terzi.

It-tmien aggravju: id-digriet appellat huwa bbażat fuq distinzjoni żbaljata bejn id-dritt tas-superviżjoni prudenzjali u d-dritt tal-falliment.

Id-disa’ aggravju: il-Qorti Ġenerali wettqet żball meta assumiet li l-BĊE ma kellux il-kompetenza meħtieġa.

L-għaxar aggravju: id-digriet appellat huwa bbażat fuq suppożizzjoni żbaljata fir-rigward tal-effett tal-irtirar tal-liċenzja fuq il-kompetenza tal-BĊE.

Il-ħdax-il aggravju: il-Qorti Ġenerali wettqet żball meta assumiet li l-BĊE kkonforma mas-sentenza tal-5 ta’ Novembru 2019, ECB et vs Trasta Komercbanka et (C-663/17 P, C-665/17 P u C-669/17 P, EU:C:2019:923).

It-tnax-il aggravju: il-Qorti Ġenerali ma eżaminatx kif xieraq il-motivi tal-appellanti fir-rigward tad-dritt għal smigħ tagħha, tal-obbligu ta’ motivazzjoni u tal-prinċipju nemo auditur.


20.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 382/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Mercantil no 17 de Madrid (Spanja) fis-27 ta’ Mejju 2021 – European Superleague Company, S.L. vs Unión de Federaciones Europeas de Fútbol (UEFA) u Fédération internationale de football association (FIFA)

(Kawża C-333/21)

(2021/C 382/14)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de lo Mercantil no 17 de Madrid

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: European Superleague Company, S.L.

Konvenuti: Unión de Federaciones Europeas de Fútbol (UEFA) u Fédération internationale de football association (FIFA)

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 102 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li l-imsemmi artikolu jipprojbixxi abbuż ta’ pożizzjoni dominanti li jikkonsisti f’li l-FIFA u l-UEFA jistabbilixxu fl-istatuti tagħhom (b’mod partikolari, l-Artikoli 22 u 71 sa 73 tal-Istatuti tal-FIFA, l-Artikoli 49 u 51 tal-Istatuti tal-UEFA, kif ukoll kwalunkwe artikolu simili inkluż fl-istatuti tal-assoċjazzjonijiet membri u l-ligs nazzjonali) li hija meħtieġa awtorizzazzjoni minn qabel minn dawn l-entitajiet, li taw lilhom infushom il-kompetenza esklużiva sabiex jorganizzaw jew jawtorizzaw kompetizzjonijiet internazzjonali ta’ klabbs fl-Ewropa, sabiex entità terza tistabbilixxi kompetizzjoni ġdida ta’ klabbs pan-Ewropea bħas-Superliga, b’mod partikolari fejn ma teżisti ebda proċedura rregolata, ibbażata fuq kriterji oġġettivi, trasparenti u nondiskriminatorji, u fid-dawl ta’ kunflitt ta’ interessi potenzjali li jaffettwa lill-FIFA u lill-UEFA?

2)

L-Artikolu 101 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li l-imsemmi artikolu jipprojbixxi lill-FIFA u lill-UEFA milli jirrikjedu fl-istatuti tagħhom (b’mod partikolari l-Artikoli 22 u 71 sa 73 tal-Istatuti tal-FIFA, l-Artikoli 49 u 51 tal-Istatuti tal-UEFA, kif ukoll kwalunkwe artikolu simili inkluż fl-istatuti tal-assoċjazzjonijiet membri u l-ligs nazzjonali) awtorizzazzjoni minn qabel mingħand dawn l-entitajiet, li taw lilhom infushom il-kompetenza esklużiva sabiex jorganizzaw jew jawtorizzaw kompetizzjonijiet internazzjonali fl-Ewropa, sabiex entità terza tkun tista’ toħloq kompetizzjoni ta’ klabbs pan-Ewropea bħas-Superliga, b’mod partikolari fejn ma teżisti ebda proċedura rregolata, ibbażata fuq kriterji oġġettivi u nondiskriminatorji, u fid-dawl ta’ kunflitt ta’ interessi potenzjali li jaffettwa lill-FIFA u lill-UEFA?

3)

L-Artikoli 101 u/jew 102 għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-imsemmija artikoli jipprojbixxu aġir mill-FIFA, mill-UEFA, mill-assoċjazzjonijiet membri tagħhom u/jew mil-ligs nazzjonali li jikkonsisti fit-theddida li jiġu adottati sanzjonijiet kontra l-klabbs li jipparteċipaw fis-Superliga u/jew il-plejers tagħhom, minħabba d-deterrent li tali sanzjonijiet jistgħu joħolqu? Jekk jiġu adottati s-sanzjonijiet li jinvolvu esklużjoni minn kompetizzjonijiet jew projbizzjoni mill-parteċipazzjoni f’logħob ta’ timijiet nazzjonali, tali sanzjonijiet, jekk ma kinux ibbażati fuq kriterji oġġettivi, trasparenti u nondiskriminatorji, ikunu jikkostitwixxu ksur tal-Artikoli 101 u/jew 102 TFUE?

4)

L-Artikoli 101 u/jew 102 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li d-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 67 u 68 tal-Istatuti tal-FIFA huma inkompatibbli ma’ dawn l-artikoli sa fejn dawn jidentifikaw lill-UEFA u lill-federazzjonijiet nazzjonali membri tagħha bħala “sidien oriġinali tad-drittijiet kollha li joriġinaw mill-kompetizzjonijiet […] taħt il-ġurisdizzjoni rispettiva tagħhom” [traduzzjoni mhux uffiċjali], li jċaħħad lill-klabbs parteċipanti u lil kwalunkwe organizzaturi ta’ kompetizzjonijiet alternattivi mis-sjieda oriġinali ta’ dawn id-drittijiet u jagħtu lilhom infushom responsabbiltà esklużiva għall-kummerċjalizzazzjoni tagħhom?

5)

Jekk il-FIFA u l-UEFA, bħala entitajiet li taw lilhom infushom il-kompetenza esklużiva sabiex jorganizzaw u jawtorizzaw kompetizzjonijiet ta’ klabbs tal-futbol internazzjonali fl-Ewropa, kellhom jipprojbixxu jew jopponu, abbażi tad-dispożizzjonijiet imsemmija iktar ’il fuq tal-istatuti tagħhom, l-iżvilupp tas-Superliga, l-Artikolu 101 TFUE jkollu jiġi interpretat fis-sens li dawn ir-restrizzjonijiet fuq il-kompetizzjoni jkunu jistgħu jibbenefikaw mill-eċċezzjoni stabbilita f’din id-dispożizzjoni, abbażi tal-fatt li l-produzzjoni hija sostanzjalment limitata, il-ħolqien ta’ prodotti alternattivi għal dawk offruti mill-FIFA/UEFA fis-suq huwa prekluż u l-innovazzjoni hija ristretta, billi formats u arranġamenti oħrajn huma preklużi, u b’dan il-mod tiġi eliminata kompetizzjoni potenzjali fis-suq u tiġi limitata l-għażla tal-konsumatur? Tali restrizzjoni tkun tibbenefika minn ġustifikazzjoni oġġettiva li tkun tagħmilha possibbli li jitqies li ma hemmx abbuż ta’ pożizzjoni dominanti fis-sens tal-Artikolu 102 TFUE?

6)

L-Artikoli 45, 49, 56 u/jew 63 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li, billi tirrikjedi awtorizzazzjoni minn qabel tal-FIFA u l-UEFA għall-istabbiliment, minn operatur ekonomiku ta’ Stat Membru, ta’ kompetizzjoni ta’ klabbs pan-Ewropea bħas-Superliga, dispożizzjoni bħal dik inkluża fl-Istatuti tal-FIFA u tal-UEFA (b’mod partikolari, l-Artikoli 22 u 71 sa 73 tal-Istatuti tal-FIFA, l-Artikoli 49 u 51 tal-Istatuti tal-UEFA, kif ukoll kwalunkwe artikolu simili inkluż fl-istatuti tal-assoċjazzjonijiet nazzjonali membri [u] il-ligs nazzjonali) tikkostitwixxi restrizzjoni kuntrarja għal xi libertà fundamentali rrikonoxxuta f’dawn id-dispożizzjonijiet?


20.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 382/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de Primera Instancia no 10 bis de Sevilla (Spanja) fis-27 ta’ Mejju 2021 – Vicente vs Delia

(Kawża C-335/21)

(2021/C 382/15)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de Primera Instancia no 10 Bis de Sevilla

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Vicente

Konvenut: Delia

Domandi preliminari

1)

Proċedura sommarja għall-irkupru ta’ onorarji mibdija minn avukat li ma tippermettix lill-qorti teżamina ex officio jekk il-klawżoli inklużi fil-kuntratt mal-konsumatur humiex inġusti, peress li l-proċedura ma tipprovdix għall-intervent mill-qorti fi kwalunkwe stadju tal-iżvolġiment tagħha, ħlief meta l-klijent jikkontesta t-talba u wieħed mill-partijiet sussegwentement jappella mid-deċiżjoni finali tal-Letrado de la Administración de Justicia (ir-Reġistratur), hija konformi mad-Direttiva tal-Kunsill 93/13 KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (1) u mal-prinċipju ta’ effettività tagħha, moqrija flimkien mad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva prevista fl-Artikolu 47 tal-Karta?

2)

Il-fatt li, f’dan it-tip ta’ proċedura sommarja, kwalunkwe stħarriġ tal-klawżoli inġusti mill-qrati, ex officio jew fuq talba minn parti, issir fil-kuntest ta’ rikors għal reviżjoni kontra d-deċiżjoni mogħtija minn korp mhux ġudizzjarju bħal-Letrado de la Administración de Justicia (ir-Reġistratur), u li l-qrati bħala prinċipju għandhom jillimitaw l-kunsiderazzjoni tagħhom esklużivament għal dak li kien is-suġġett tad-deċiżjoni u ma jistgħux jeżaminaw provi ħlief provi dokumentali diġà prodotti mill-partijiet, huwa konformi mad-Direttiva 93/13 u mal-prinċipju ta’ effettività tagħha, moqrija flimkien mad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva prevista fl-Artikolu 47 tal-Karta?

3)

Klawżola inkluża f’kuntratt bejn avukat u konsumatur, bħal dik inkwistjoni, li tipprovdi għall-ħlas ta’ onorarji fil-każ speċifiku li l-klijent ma jkomplix il-proċedura ġudizzjarja qabel ma tintemm jew jasal għal ftehim mal-entità, mingħajr l-għarfien jew kontra l-parir tal-uffiċċju tal-avukati, għandha titqies li taqa’ taħt l-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 93/13, fuq il-bażi li hija klawżola prinċipali ta’ kuntratt li tirrigwarda s-suġġett tal-kuntratt, f’dan il-każ, il-prezz?

4)

Fil-każ li r-risposta għad-domanda preċedenti tkun fl-affermattiv, tali klawżola, li tiffissa l-onorarji b’riferiment għall-iskala ta’ onorarji ta’ Kamra tal-Avukati, li tistabbilixxi regoli differenti li għandhom jiġu applikati skont kull każ partikolari, u li ma ssemmewx fl-informazzjoni preċedenti, għandha titqies bħala ċara u li tinftiehem skont l-imsemmi Artikolu 4(2) tad-Direttiva 93/13?

5)

Fil-każ li r-risposta għad-domanda preċedenti tkun fin-negattiv, l-inklużjoni f’kuntratt konkluż bejn avukat u konsumatur ta’ klawżola bħal dik inkwistjoni, li tistabbilixxi l-onorarji tal-avukat billi sempliċement tagħmel riferiment għal skala ta’ onorarji ta’ Kamra tal-Avukati, li tistabbilixxi regoli differenti li għandhom jiġu applikati skont kull każ partikolari, u li ma ssemmewx fl-offerta kummerċjali jew fl-informazzjoni preċedenti, għandha titqies bħala prattika kummerċjali żleali fis-sens tad-Direttiva 2005/29 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2005 dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2)?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288.

(2)  ĠU 2005, L 149, p. 22, rettifika fil-ĠU 2006, L 114, p. 86.


20.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 382/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal da Relação do Porto (il-Portugall) fl-4 ta’ Ġunju 2021 – ING Luxembourg SA vs VX

(Kawża C-346/21)

(2021/C 382/16)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal da Relação do Porto

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: ING Luxembourg SA

Konvenut: VX

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1393/2007 tal-Parlament u tal-Kunsill dwar in-notifika fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali (notifika ta’ dokumenti) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1348/2000 (1), jista’ jiġi interpretat fis-sens li, għall-finijiet u ċ-ċirkustanzi ta’ din il-kawża, titqies li hija valida n-notifika permezz ta’ ittra rreġistrata ta’ kumpannija li l-uffiċċju rreġistrat tagħha jinsab fi Stat Membru ieħor mingħajr l-użu tal-formola li tinsab fl-Anness II tar-Regolament Nru 1391/2007?

2)

Ir-Regolament Nru 1393/2007 u l-prinċipji sottostanti tad-dritt tal-Unjoni jistgħu jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu l-applikazzjoni tal-Artikolu 191(2) tal-Código de Processo Civil Português (il-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili Portugiż), fil-każ inkwistjoni, sa fejn din id-dispożizzjoni tipprevedi li l-invokazzjoni tan-nullità tan-notifika għandha sseħħ f’terminu ta’ żmien determinat (jew li kien ġie indikat għall-kontestazzjoni)?


(1)  ĠU 2007, L 324, p. 79, rettifika fil-ĠU 2015, L 68, p. 91.


20.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 382/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Hamburg (il-Ġermanja) fl-14 ta’ Ġunju 2021 – R.T. vs Hauptzollamt Hamburg

(Kawża C-368/21)

(2021/C 382/17)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Hamburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: R.T.

Konvenut: Hauptzollamt Hamburg

Domandi preliminari

1)

L-Artikoli 30 u 60 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li, għall-finijiet tat-taxxa fuq il-valur miżjud, il-post tal-importazzjoni ta’ mezz tat-trasport irreġistrat fi Stat terz, li jkun iddaħħal fl-Unjoni Ewropea bi ksur tad-dispożizzjonijiet tad-dritt doganali, jinsab fl-Istat Membru li fih twettaq il-ksur tad-dritt doganali u li fih il-mezz tat-trasport intuża għall-ewwel darba fl-Unjoni bħala mezz tat-trasport, jew dan il-post jinsab fl-Istat Membru li fih jirrisjedi u juża l-vettura l-awtur tan-nuqqas ta’ osservanza tal-obbligi li joħorġu mid-dritt doganali?

2)

Fil-każ li l-post tal-importazzjoni jkun Stat Membru differenti mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja: ikun hemm ksur tad-Direttiva 2006/112, b’mod partikolari tal-Artikoli 30 u 60 tagħha, meta dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali ta’ Stat Membru tiddikjara li l-Artikolu 87(4) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (2) japplika għat-taxxa fuq il-valur miżjud imposta fuq l-importazzjoni?


(1)  ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.

(2)  ĠU 2013, L 269, p. 1, rettifiki fil-ĠU 2013, L 287, p. 90 u fil-ĠU 2016, L 267, p. 2.


20.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 382/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (l-Awstrija) fis-17 ta’ Ġunju 2021 – Freikirche der Siebenten-Tags-Adventisten in Deutschland KdöR

(Kawża C-372/21)

(2021/C 382/18)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Freikirche der Siebenten-Tags-Adventisten in Deutschland KdöR

Konvenut: Bildungsdirektion für Vorarlberg

Domandi preliminari

1)

Sitwazzjoni li fiha soċjetà reliġjuża li hija rrikonoxxuta u stabbilita fi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea tressaq, fi Stat Membru ieħor, talba għal sussidju għal stabbiliment ta’ tagħlim skolastiku privat, li jinsab f’dan l-aħħar Stat Membru, li hija rrikonoxxiet inkwantu skola bbażata fuq twemmin reliġjuż u li hija operata fi Stat Membru ieħor minn assoċjazzjoni rreġistrata skont id-dritt tal-Istat Membru l-ieħor taqa’, fid-dawl tal-Artikolu 17 TFUE, taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Artikolu 56 TFUE?

Jekk l-ewwel domanda tingħata risposta fl-affermattiv:

2)

L-Artikolu 56 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali li tipprevedi, bħala prerekwiżit għas-sussidjar ta’ skejjel privati bbażati fuq twemmin reliġjuż, li l-applikant ikun irrikonoxxut bħala knisja jew soċjetà reliġjuża taħt id-dritt nazzjonali?


20.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 382/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour d’appel de Mons (il-Belġju) fl-24 ta’ Ġunju 2021 – Ryanair DAC vs Happy Flights Srl, li kienet Happy Flights Sprl

(Kawża C-386/21)

(2021/C 382/19)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour d’appel de Mons

Partijiet fil-kawża prinċipali

Appellant: Ryanair DAC

Appellat: Happy Flights Srl, li kienet Happy Flights Sprl

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (riformulazzjoni) (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ “kwistjonijiet relatati ma’ kuntratt”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, ikopri l-azzjoni għad-danni, mibdija fuq il-bażi tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiggieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kancellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (2), minn kumpannija ta’ rkupru ta’ dejn, parti terza għall-kuntratt ta’ trasport bl-ajru, li tinvoka l-kwalità tagħha ta’ ċessjonarja tad-dejn tal-passiġġier, minkejja li din il-kumpannija ma tagħtix prova li hija s-suċċessur tal-parti kontraenti inizjali fir-rigward tad-drittijiet u l-obbligi kollha tagħha?

2)

Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, l-Artikolu 7(1)(a) u (b) tar-Regolament Nru 1215/2012 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-post tal-eżekuzzjoni tal-obbligu li jservi ta’ bażi għat-talba huwa dak tal-eżekuzzjoni tal-kuntratt tat-trasport bl-ajru, jiġifieri l-post tat-tluq jew tal-wasla tat-titjira jew, jekk ikun il-każ, post ieħor?


(1)  ĠU 2012, L 351, p. 1.

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10.


20.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 382/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Erfurt (il-Ġermanja) fit-23 ta’ Ġunju 2021 – A vs B

(Kawża C-388/21)

(2021/C 382/20)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Erfurt

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: A

Konvenut: B

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 18(1), l-Artikolu 26(1) u l-Artikolu 46 tad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Direttiva Kwadru) (1), flimkien mal-Artikoli 4, 5 u 13 tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2007 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward ta’ l-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi (2), għandhom ukoll l-għan u l-finalità li jipproteġu l-interessi ta’ xerrej individwali ta’ vettura u l-patrimonju tiegħu? Dawn l-interessi jinkludu l-interess ta’ xerrej individwali li ma jixtrix vettura li ma tkunx konformi mar-rekwiżiti tad-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari li ma jixtrix vettura mgħammra b’apparat ta’ manipulazzjoni li huwa pprojbit skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament Nru 715/2007?

2)

Id-dritt tal-Unjoni, u b’mod partikolari l-prinċipju ta’ effettività u d-drittijiet fundamentali tal-Unjoni kif ukoll id-drittijiet proprji tan-natura, jeżiġi li x-xerrej ta’ vettura jkollu l-possibbiltà li jressaq talba għad-danni bbażata fuq ir-responsabbiltà ċivili tal-manifattur tal-vettura fil-każ ta’ aġir kolpevoli – b’negliġenza jew b’intenzjoni – mill-manifattur tal-vettura minħabba t-tqegħid fis-suq ta’ vettura mgħammra b’apparat ta’ manipulazzjoni li huwa pprojbit skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament Nru 715/2007?


(1)  ĠU 2007, L 263, p. 1

(2)  ĠU 2007, L 171, p. 1


20.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 382/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht München I (il-Ġermanja) fid-29 ta’ Ġunju 2021 – KT, NS vs FTI Touristik GmbH

(Kawża C-396/21)

(2021/C 382/21)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht München I

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: KT, NS

Konvenut: FTI Touristik GmbH

Domanda preliminari

Restrizzjonijiet fir-rigward ta’ marda infettiva prevalenti fid-destinazzjoni jikkostitwixxu nuqqas ta’ konformità fis-sens tal-Artikolu 14(1) tad-Direttiva (UE) 2015/2302 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar pakketti tal-ivvjaġġar u arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta, li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE (1) anki jekk, minħabba t-tixrid globali tal-marda infettiva, restrizzjonijiet bħal dawn ġew imposti kemm fil-post ta’ residenza tal-vjaġġatur kif ukoll f’pajjiżi oħra?


(1)  ĠU 2015, L 326, p. 1.


20.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 382/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fit-28 ta Ġunju 2021 – Conseil national des barreaux, Conférence des bâtonniers, Ordre des avocats du barreau de Paris vs Premier ministre, Ministre de l’Economie, des Finances et de la Relance

(Kawża C-398/21)

(2021/C 382/22)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Conseil national des barreaux, Conférence des bâtonniers, Ordre des avocats du barreau de Paris

Konvenuti: Premier ministre, Ministre de l’Economie, des Finances et de la Relance

Domanda preliminari

L-Artikolu 8ab(5) tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE tal-15 ta’ Frar 2011 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni u li tħassar id-direttiva 77/799/KEE (1):

jikser id-dritt għal smigħ xieraq iggarantit mill-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u mill-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali sa fejn ma jeskludix, bħala prinċipju, lill-avukati li jipparteċipaw sabiex iwettqu rwol ġudizzjarju mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-intermedjarji li għandhom jipprovdu lill-awtorità fiskali l-informazzjoni neċessarja għar-rappurtar ta’ arranġament fiskali transkonfinali jew li għandhom jinnotifikaw dan l-obbligu lil intermedjarju ieħor?

jikser id-drittijiet fir-rigward tal-korrispondenza u tal-ħajja privata ggarantiti mill-Artikolu 7 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u mill-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali sa fejn ma jeskludix, bħala prinċipju, lill-avukati li jipparteċipaw sabiex iwettqu evalwazzjoni tas-sitwazzjoni legali tal-klijent tagħhom mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-intermedjarji li għandhom jipprovdu lill-awtorità fiskali l-informazzjoni neċessarja għar-rappurtar ta’ arranġament fiskali transkonfinali jew li għandhom jinnotifikaw dan l-obbligu lil intermedjarju ieħor?


(1)  ĠU 2011, L 64, p. 1, rettifika fil-ĠU 2020, L 274, p. 58.


20.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 382/17


Appell ippreżentat fis-6 ta’ Lulju 2021 mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Hames Awla) fil-21 ta’ April 2021 fil-Kawża T-322/19, El-Qaddafi vs Il-Kunsill

(Kawża C-413/21 P)

(2021/C 382/23)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Piessevaux, M. Bishop, aġenti)

Parti oħra fil-proċedura: Aisha Muammer Mohamed El-Qaddafi

Talbiet

L-appellant jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza appellata tal-Qorti Ġenerali;

tiddeċiedi b’mod finali dwar il-kwistjonijiet li huma s-suġġett ta’ dan l-appell u tiċħad ir-rikors tar-rikorrent;

u

tikkundanna lir-rikorrent għall-ispejjeż ta’ dan l-appell u għal dawk tal-Kawża T-322/19.

Aggravji u argumenti prinċipali

Il-Kunsill isostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żbalji fis-sentenza appellata fil-Kawża T-322/19 fir-rigward tal-punti li ġejjin:

l-ewwel aggravju: ksur tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u tal-Artikolu 36, moqri flimkien mal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 53 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja u interpretazzjoni żbaljata tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1333 (1);

it-tieni aggravju: interpretazzjoni żbaljata tal-Artikoli 8(1) u 9(1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2015/1333 u tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament tal-Kunsill 2016/44 (2);

it-tielet aggravju: il-Qorti Ġenerali żnaturat l-argumenti tal-Kunsill, kisret il-prinċipju li n-noti għandhom jiġu interpretati skont il-kliem stess tagħhom, interpretat b’mod ħażin id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2015/1333 u r-Regolament tal-Kunsill 2016/44 u kisret l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali;

ir-raba’ aggravju: il-Qorti Ġenerali żnaturat il-provi, kisret il-prinċipju li d-dokumenti u n-noti għandhom jiġu interpretati skont il-kliem stess tagħhom, kisret l-Artikolu 36, moqri flimkien mal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 53 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja, u kisret l-Artikolu 263 TFUE u l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali.


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1333 tal-31 ta’ Lulju 2015 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja, u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/137/PESK (ĠU 2015, L 206, p. 34).

(2)  Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/44 tat-18 ta’ Jannar 2016 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 204/2011 (ĠU 2016, L 12, p. 1, rettifika fil-ĠU 2019, L 6, p. 10).


20.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 382/18


Appell ippreżentat fis-16 ta’ Lulju 2021 minn Ryanair DAC mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Għaxar Awla Estiża) fid-19 ta’ Mejju 2021 fil-Kawża T-628/20, Ryanair vs Il-Kummissjoni (Spanja; Covid-19)

(Kawża C-441/21 P)

(2021/C 382/24)

Lingwa tal-kawża: l-Inġliż

Partijiet

Appellant: Ryanair DAC (rappreżentanti: V. Blanc, E. Vahida u F.-C. Laprévote, avukati, S. Rating, abogado, u I. G. Metaxas-Maranghidis, dikigoros)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea, Ir-Renju ta’ Spanja, Ir-Repubblika Franċiża

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza appellata;

tannulla skont l-Artikoli 263 TFUE u 264 TFUE d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2020) 5414 final tal-31 ta’ Lulju 2020 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.57659 (2020/N) – Spanja – COVID-19 – Fond ta’ Rikapitalizzazzjoni; u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll għal dawk sostnuti minn Ryanair, u tikkundanna lill-intervenjenti fl-ewwel istanza u f’dan l-appell (jekk ikun hemm) għall-ispejjeż rispettivi tagħhom.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti tinvoka sitt aggravji.

L-ewwel aggravju bbażat fuq il-fatt li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ċaħdet l-allegazzjoni tal-appellanti li l-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni inkiser b’mod mhux ġustifikat.

It-tieni aggravju bbażat fuq il-fatt li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi u żnaturat b’mod manifest il-fatti li jirrigwardaw l-ilment tal-appellanti fuq il-ksur tal-libertà ta’ stabbiliment u tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi.

It-tielet aggravju bbażat fuq il-fatt li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi u żnaturat b’mod manifest il-fatti meta ċaħdet it-talba tal-appellanti dwar l-applikazzjoni żbaljata tat-test tal-ibbilanċjar.

Ir-raba’ aggravju bbażat fuq il-fatt li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi u wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni bil-klassifikazzjoni tal-għajnuna bħala skema ta’ għajnuna.

Il-ħames aggravju bbażat fuq il-fatt li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi u żnaturat b’mod manifest il-fatti li jirrigwardaw in-nuqqas tal-Kummissjoni li tiftaħ proċedura ta’ investigazzjoni formali.

Is-sitt aggravju bbażat fuq il-fatt li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi u żnaturat b’mod manifest il-fatti li jirrigwardaw in-nuqqas ta’ motivazzjoni tal-Kummissjoni.


20.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 382/19


Appell ippreżentat fil-15 ta’ Lulju 2021 minn ITD, Brancheorganisation for den danske vejgodstransport A/S, Danske Fragtmænd A/S mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fil-5 ta’ Mejju 2021 fil-Kawża T-561/18, ITD u Danske Fragtmænd vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-442/21 P)

(2021/C 382/25)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: ITD, Brancheorganisation for den danske vejgodstransport A/S, Danske Fragtmænd A/S (rappreżentant: L. Sandberg-Mørch, advokat)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea, Jørgen Jensen Distribution A/S, Dansk Distribution A/S, Ir-Renju tad-Danimarka

Talbiet

L-appellanti jitolbu li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Mejju 2021 fil-Kawża T-561/18 sa fejn din tiċħad il-motivi tal-appellanti li l-Kummissjoni kellha diffikultajiet serji sabiex tikkonkludi li l-kumpens għall-obbligu ta’ servizz postali universali (OSU) jikkostitwixxi għajnuna kompatibbli; li l-Kummissjoni kellha diffikultajiet serji li tistabbilixxi li l-garanzija tal-Istat kienet għajnuna eżistenti; u li l-Kummissjoni ltaqgħet ukoll ma’ diffikultajiet serji fir-rigward tal-evalwazzjoni tagħha tat-tqassim żbaljat tal-ispejjeż;

tikkundanna lill-appellata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-appellanti.

Aggravji u argumenti prinċipali

1.

L-ewwel, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi ddeċidiet li l-Kummissjoni ma ltaqgħetx ma’ diffikultajiet serji fir-rigward tal-esklużjoni mill-ispejjeż netti evitati (SNE) tal-benefiċċji intanġibbli (li jikkonsistu fir-reputazzjoni u l-ubikwità azjendali) li kellha Post Danmark bħala konsegwenza tal-OSU.

2.

It-tieni, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi ddeċidiet li l-Kummissjoni ma ltaqgħetx ma’ diffikultajiet serji meta ddeċidiet li l-għajnuna kienet kompatibbli abbażi tal-qafas SIEĠ għat-twettiq tal-obbligu li jiġi pprovdut OSU, iżda mbagħad awtorizzat l-għajnuna għall-ispejjeż għat-tkeċċija tal-impjegati fil-kuntest tat-trasformazzjoni/ristrutturar ta’ Post Danmark.

3.

It-tielet, bi ksur tal-Artikoli 107(1) u 108(2) TFEU, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi ddeċidiet li l-Kummissjoni ma ltaqgħetx ma’ diffikultajiet serji meta kkonkludiet li l-allokazzjoni żejda tal-ispejjeż komuni fil-kont tal-OSU ta’ Post Danmark ma kinitx għajnuna tal-Istat.

L-appellanti jsostnu li l-konklużjoni żbaljata tal-Qorti Ġenerali hija bbażata fuq żewġ żbalji ta’ liġi, li jikkorrispondu għal żewġ subaggravji:

a.

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi, billi ddeċidiet li l-Artikolu 4(4)(c) tar-Regolament tal-Kontabbiltà tal-2006 u l-Artikolu 4(3)(c) tar-Regolament tal-Kontabbiltà tal-2011 huma biss applikazzjoni speċifika tal-prinċipji stabbiliti fl-Artikoli 4(4)(a) u 4(4)(b) tar-Regolamenti ta’ Kontabbiltà 2006 u 2011.

b.

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi ddeċidiet li l-adegwatezza tal-allokazzjoni ta’ spejjeż komuni ta’ Post Danmark hija evidenzjata mill-fatt li l-kontijiet ta’ Post Danmark kienu suġġetti għal verifiki regolari.


20.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 382/19


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Lulju 2021 – Il-Kummissjoni Ewropea vs L-Irlanda

(Kawża C-444/21)

(2021/C 382/26)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: C. Hermes u M. Noll-Ehlers, aġenti)

Konvenut: L-Irlanda

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara li l-Irlanda naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 4(4) u l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni ta’ l-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (1) (iktar ’il quddiem id-“Direttiva 92/43”) billi

naqset milli tikklassifika bħala żoni speċjali ta’ konservazzjoni (ŻSK), mill-iktar fis possibbli f’terminu massimu ta’ sitt snin, 217-il sit mill-423 sit ta’ interess Komunitarju fir-reġjun bijoġeografiku tal-Atlantiku fuq it-territorju tagħha li kienu ġew elenkati fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/813/KE tas-7 ta’ Diċembru 2004 (2), kif aġġornata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/23/KE tat-12 ta’ Novembru 2007 (3) u bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/96/KE tat-12 ta’ Diċembru 2008 (4);

naqset milli tistabbilixxi għanijiet ta’ konservazzjoni ddettaljati speċifiċi għas-sit għal 140 sit mill-423 sit elenkati fid-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni msemmija iktar ’il fuq; u

naqset milli tistabbilixxi l-miżuri ta’ konservazzjoni meħtieġa li jikkorrispondu mar-rekwiżiti ekoloġiċi tat-tipi ta’ habitats naturali fl-Anness I u tal-ispeċi fl-Anness II tad-Direttiva 92/43 għal ebda sit mill-423 sit elenkati fid-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni msemmija iktar ’il fuq.

tikkundanna lill-Irlanda għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-Kummissjoni tqis li l-Irlanda naqset milli tistabbilixxi u tmexxi n-network Natura 2000 tagħha skont ir-rekwiżiti legali stabbiliti mid-Direttiva 92/43.

L-ewwel, l-Irlanda naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 4(4) tad-Direttiva 92/43 billi ma kklassifikatx bħala ŻSK mill-iktar fis possibbli u f’terminu massimu ta’ sitt snin, l-423 sit kollha elenkati fid-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni msemmija iktar ’il fuq. Dan in-nuqqas kien jikkonċerna 217-il sit sa tmiem it-terminu stabbilit fl-opinjoni motivata addizzjonali.

It-tieni, l-Irlanda naqset milli tosserva l-Artikolu 4(4) tad-Direttiva 92/43 billi ma stabbilixxietx għanijiet ta’ konservazzjoni speċifiċi għas-sit għal kull wieħed mill-423 sit inkwistjoni. Dan in-nuqqas kien jikkonċerna 140 sit sa tmiem it-terminu stabbilit fl-opinjoni motivata addizzjonali.

It-tielet, l-Irlanda naqset milli tistabbilixxi l-miżuri ta’ konservazzjoni meħtieġa li jikkorrispondu mar-rekwiżiti ekoloġiċi tat-tipi ta’ habitats naturali fl-Anness I u tal-ispeċi fl-Anness II skont l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 92/43 għall-423 sit koperti minn dan il-ksur. Il-prattika tal-Irlanda fir-rigward tal-miżuri ta’ konservazzjoni wasslet għal sitwazzjoni li fiha l-ebda wieħed mill-423 sit koperti minn dan il-ksur ma kellu, sa tmiem it-terminu stabbilit fl-opinjoni motivata addizzjonali, miżuri ta’ konservazzjoni li jikkorrispondu mar-rekwiżiti legali tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 92/43. Ħafna siti ma kellhom l-ebda miżura ta’ konservazzjoni. Siti oħra kellhom miżuri ta’ konservazzjoni biss għal parti mit-tipi ta’ habitats naturali rilevanti tal-Anness I u tal-ispeċijiet tal-Anness II preżenti b’mod sinjifikattiv fis-siti. Barra minn hekk, numru kbir ta’ siti ma kellhomx miżuri ta’ konservazzjoni bbażati fuq għanijiet ta’ konservazzjoni speċifiċi għas-sit iddefiniti b’mod ċar. Minbarra dan, l-Irlanda b’mod ġenerali u persistenti naqset ukoll milli tosserva l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 92/43 billi stabbilixxiet miżuri ta’ konservazzjoni li ma humiex preċiżi u ddettaljati biżżejjed u li jonqsu milli jindirizzaw il-pressjonijiet u t-theddid sinjifikattivi kollha.


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 102.

(2)  2004/813/KE: id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Diċembru 2004 li tadotta, skond id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, l-elenku ta’ siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bioġeografiku Atlantiku (ĠU 2005, L 269M, p. 150).

(3)  2008/23/KE: id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Novembru 2007 li tadotta, skond id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, l-ewwel elenku aġġornat ta’ siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku Atlantiku (ĠU 2008, L 12, p. 1).

(4)  2009/96/KE: id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Diċembru 2008 li tadotta, skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, it-tieni lista aġġornata tas-siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku tal-Atlantiku (ĠU 2009, L 43, p. 466).


20.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 382/21


Appell ippreżentat fit-22 ta’ Lulju 2021 minn Engie Global LNG Holding Sàrl, Engie Invest International SA, Engie SA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla Estiża) fit-12 ta’ Mejju 2021 fil-Kawżi magħquda T-516/18 u T-525/18, Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu et vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-454/21 P)

(2021/C 382/27)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Engie Global LNG Holding Sàrl, Engie Invest International SA, Engie SA (rappreżentanti: C. Rydzynski, B Le Bret, M. Struys, F. Pili, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

L-appellanti jitolbu li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tiddikjara dan l-appell bħala ammissibbli u fondat;

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tat-12 ta’ Mejju 2021 fil-Kawżi magħquda T-516/18 u T-525/18, Il-Lussemburgu u Engie Global LNG Holding et vs Il-Kummissjoni;

tiddeċiedi definittivament fuq il-mertu, konformement mal-Artikolu 61 tal-Istatut tal-Qorti ta-Ġustizzja, u, prinċipalment, tilqa’ t-talbiet imressqa minn Engie fl-ewwel istanza, jew, sussidjarjament, tannulla l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/421 tal-20 ta’ Ġunju 2018 dwar għajnuna mill-Istat SA.44888 (2016/C) (ex 2016/NN) implimentata mil-Lussemburgu favur Engie (ĠU 2019, L 78, p. 1), sa fejn tordna l-irkupru tal-għajnuna;

sussidjarjament, tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell, Engie Global LNG Holding, Engie Invest International u Engie jinvokaw tliet aggravji.

Skont l-appellanti, il-Qorti Ġenerali kienet wettqet żbalji ta’ liġi u żnaturamenti tal-fatti fid-definizzjoni tal-qafas ta’ riferiment strett (i) billi eskludiet id-Direttiva omm-sussidjarji fid-definizzjoni ta’ dan il-qafas ta’ riferiment; (ii) billi ħolqot rabta bejn l-Artikoli 164 u 166 tal-Liġi dwar it-Taxxa fuq id-Dħul fil-Lussemburgu; (iii) billi kkunsidrat li l-akkumulazzjonijiet fuq ZORA kienu jikkostitwixxu distribuzzjonijiet tal-profitti; u (iv) billi qieset li d-deċiżjonijiet tat-taxxa inkwistjoni kienu jagħtu vantaġġ selettiv.

Minbarra dan, il-Qorti Ġenerali kienet wettqet żbalji ta’ liġi u żnaturamenti tal-fatti fid-dimostrazzjoni tal-eżistenza ta’ vantaġġ selettiv fir-rigward tad-dispożizzjoni Lussemburgiża dwar l-abbuż ta’ liġi (i) fir-rigward tal-qafas ta’ riferiment adottat; (ii) fl-identifikazzjoni ta’ vantaġġ selettiv; u (iii) fl-interpretazzjoni tad-dritt Lussemburgiż.

B’konsegwenza tal-ewwel u tat-tieni aggravju, l-appellenti jikkonkludu li l-Qorti Ġenerali kienet wettqet żball ta’ liġi meta ċaħdet l-argumenti żviluppati minnhom fil-kuntest tar-rikors għal annullament fir-rigward tal-kompetenza limitata tal-Kummissjoni skont l-Artikoli 2, 3, 4 u 5 TFUE dwar it-tqassim tal-kompetenzi bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri, flimkien mal-Artikoli 113 sa 117 TFUE.

Fl-aħħar nett, l-irkupru tal-għajnuna ordnata mill-Qorti Ġenerali kienet kuntrarja għall-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ aspettattivi leġittimi.


20.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 382/22


Appell ippreżentat fit-2 ta’ Awwissu 2021 minn China Chamber of Commerce for Import and Export of Machinery and Electronic Products, Cangzhou Qinghong Foundry Co. Ltd, Botou City Qinghong Foundry Co. Ltd, Lingshou County Boyuan Foundry Co. Ltd, Handan Qunshan Foundry Co. Ltd, Heping Cast Co. Ltd Yi County, Hong Guang Handan Cast Foundry Co. Ltd, Shanxi Yuansheng Casting and Forging Industrial Co. Ltd, Botou City Wangwu Town Tianlong Casting Factory, Tangxian Hongyue Machinery Accessory Foundry Co. Ltd mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (ir-Raba’ Awla Estiża) fid-19 ta’ Mejju 2021 fil-Kawża T-254/18, China Chamber of Commerce for Import and Export of Machinery and Electronic Products et vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-478/21 P)

(2021/C 382/28)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: China Chamber of Commerce for Import and Export of Machinery and Electronic Products (CCCME), Cangzhou Qinghong Foundry Co. Ltd, Botou City Qinghong Foundry Co. Ltd, Lingshou County Boyuan Foundry Co. Ltd, Handan Qunshan Foundry Co. Ltd, Heping Cast Co. Ltd Yi County, Hong Guang Handan Cast Foundry Co. Ltd, Shanxi Yuansheng Casting and Forging Industrial Co. Ltd, Botou City Wangwu Town Tianlong Casting Factory, Tangxian Hongyue Machinery Accessory Foundry Co. Ltd (rappreżentanti: R. Antonini, avvocato, E. Monard u B. Maniatis, avocats)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea, EJ Picardie, Fondatel Lecomte, Fonderies Dechaumont, Fundiciones de Odena, SA, Heinrich Meier Eisengießerei GmbH & Co. KG, Saint-Gobain Construction Products UK Ltd, Saint-Gobain Pam, Ulefos Oy

Talbiet

L-appellanti jitolbu li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza appellata;

tilqa’ t-talbiet imressqa mill-appellanti fir-rikors ippreżentat quddiem il-Qorti Ġenerali u tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/140 tad-29 ta’ Jannar 2018 li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti oġġetti tal-ħadid fondut li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jtemm l-investigazzjoni fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti oġġetti tal-ħadid fondut li joriġinaw fl-Indja (1), sa fejn jirrelata maċ-CCCME, mal-kumpanniji individwali u mal-membri kkonċernati, u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-istanza quddiem il-Qorti Ġenerali u l-Qorti tal-Ġustizzja, inkluż dawk tal-appellanti, u tikkundanna lill-intervenjenti għall-ispejjeż tagħhom.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-ewwel aggravju. Il-Qorti Ġenerali żbaljat billi ma kkonstatatx ksur tal-Artikoli 3(2), 3(3), 3(5), 3(6) u 3(7) tar-Regolament bażiku (2) u tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba fir-rigward tad-data ta’ importazzjoni.

It-tieni aggravju. Il-Qorti Ġenerali żbaljat billi ma kkonstatatx ksur tal-Artikoli 3(2), 3(3), 3(5), 3(6) u 3(7) tar-Regolament bażiku u tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba minħabba li d-determinazzjoni tal-eżistenza ta’ dannu u ta’ rabta kawżali ma kinitx ibbażata fuq provi pożittivi u fuq eżami oġġettiv.

It-tielet aggravju. Il-Qorti Ġenerali żbaljat billi kkonstatat li ma kienet meħtieġa l-ebda analiżi ssegmentata għall-osservanza tal-obbligi tal-Artikoli 3(6) u 3(7) tar-Regolament bażiku.

Ir-raba’ aggravju. Il-Qorti Ġenerali żbaljat billi ma kkonstatatx ksur tal-Artikoli 3(6) u 3(7) tar-Regolament bażiku fir-rigward tan-nuqqas ta’ twaqqigħ tal-prezz għal parti mill-bejgħ tal-Unjoni.

Il-ħames aggravju. Il-Qorti Ġenerali applikat il-kriterju legali żbaljat meta kkonstatat li t-tielet motiv kien parzjalment inammissibbli. Il-Qorti Ġenerali żbaljat billi ma kkonstatatx ksur tal-Artikoli 6(7), 19(1), 19(2), 20(2) u 20(4) tar-Regolament bażiku kif ukoll tad-drittijiet tad-difiża fir-rigward tar-rekwiżit ta’ żvelar tal-fatti u tal-kunsiderazzjonijiet essenzjali.


(1)  ĠU 2018, L 25, p. 6.

(2)  Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2016, L 176, p. 21).


20.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 382/23


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-25 ta’ Ġunju 2021 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża

(Kawża C-345/20) (1)

(2021/C 382/29)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 329, 5.10.2020.


20.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 382/23


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-17 ta’ Ġunju 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Köln – il-Ġermanja) – Deutsche Lufthansa AG vs LE

(Kawża C-629/20) (1)

(2021/C 382/30)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 72, 1.3.2021.


20.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 382/23


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta’ Ġunju 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Köln – il-Ġermanja) – AX vs Deutsche Lufthansa AG

(Kawża C-9/21) (1)

(2021/C 382/31)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tal-Qorti Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 88, 15.3.2021.


20.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 382/23


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-29 ta’ Ġunju 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Hamburg – il-Ġermanja) – flightright GmbH vs Ryanair DAC

(Kawża C-37/21) (1)

(2021/C 382/32)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 163, 3.5.2021.


20.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 382/24


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-18 ta’ Ġunju 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Köln – il-Ġermanja) – Deutsche Lufthansa AG vs BC

(Kawża C-106/21) (1)

(2021/C 382/33)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 182, 10.5.2021.


20.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 382/24


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-24 ta’ Ġunju 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Düsseldorf – il-Ġermanja) – Nokia Technologies Oy vs Daimler AG, fil-preżenza ta’: Continental Automotive GmbH et

(Kawża C-182/21) (1)

(2021/C 382/34)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 252, 28.6,2021.


Il-Qorti Ġenerali

20.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 382/25


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2021 Ryanair u Laudamotion vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-866/19) (1)

(“Rikors għal annullament - Trasport bl-ajru - Regolament (KE) Nru 1008/2008 - Regoli dwar id-distribuzzjoni tat-traffiku bejn l-ajruporti ta’ Schiphol u ta’ Lelystad - Prijorità fl-attribuzzjoni ta’ slots lill-ajruport ta’ Lelystad - Att regolatorju li jinkludi miżuri ta’ eżekuzzjoni - Assenza ta’ inċidenza individwali - Inammissibbiltà”)

(2021/C 382/35)

Lingwa tal-kawża: l-Inġliż

Partijiet

Rikorrenti: Ryanair DAC (Swords, l-Irlanda), Laudamotion GmbH (Schwechat, l-Awstrija) (rappreżentanti: E. Vahida u I.-G. Metaxas-Maranghidis, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Di Bucci u W. Mölls, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1585 tal-24 ta’ Settembru 2019 dwar l-istabbiliment ta’ regoli dwar id-distribuzzjoni tat-traffiku skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għall-ajruporti ta’ Amsterdam Schiphol u Amsterdam Lelystad (ĠU 2019, L 246, p. 24).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talba għal intervent tar-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi.

3)

Ryanair DAC u Laudamotion GmbH huma kkundannati għall-ispejjeż rispettivi tagħhom kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

4)

Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi għandu jbati l-ispejjeż tiegħu relatati mat-talba għal intervent.


(1)  ĠU C 68, 2.3.2020.


20.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 382/25


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Lulju 2021 – AI vs ECDC

(Kawża T-79/20) (1)

(“Rikors għal annullament u għad-danni - Servizz pubbliku - Persunal tal-ECDC - Fastidju psikoloġiku - Artikolu 12a tar-Regolamenti tal-Persunal - Preġudizzju għall-onorabbiltà - Talba għal assistenza - Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal - Ċaħda tat-talba - Dritt għal smigħ - Assenza ta’ bidu ta’ prova - Dmir ta’ premura - Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt”)

(2021/C 382/36)

Lingwa tal-kawża: l-Inġliż

Partijiet

Rikorrent: AI (rappreżentanti: L. Levi u A. Champetier, avukati)

Konvenut: Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (rappreżentanti: A. Iber u J. Mannheim, aġenti, assistiti minn D. Waelbroeck u A. Duron, avukati)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-ECDC tal-5 ta’ April 2019 li tiċħad it-talba għal assistenza mressqa mir-rikorrent fl-10 ta’ April 2018 u, sa fejn neċessarju, tad-deċiżjoni tal-ECDC tal-4 ta’ Novembru 2019 li tiċħad l-ilment dirett kontra d-deċiżjoni tal-5 ta’ April 2019 u, min-naħa l-oħra, għad-danni subiti minnu.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

AI huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 129, 20.4.2020.


20.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 382/26


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Lulju 2021 – Roxtec vs EUIPO – Wallmax (Rappreżentazzjoni ta’ kaxxa oranġjo li fiha seba’ ċrieki suwed konċentriċi)

(Kawża T-455/20) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tirrappreżenta kaxxa oranġjo li fiha seba’ ċrieki suwed konċentriċi - Raġuni assoluta għal rifjut - Sinjal ikkostitwit esklużivament mill-forma tal-prodott neċessarju għall-ksib ta’ riżultat tekniku - Artikolu 7(1)(e)(ii) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(e)(ii) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”)

(2021/C 382/37)

Lingwa tal-kawża: l-Inġliż

Partijiet

Rikorrent: Roxtec AB (Karlskrona, l-Isvezja) (rappreżentanti: J. Olsson u J. Adamsson, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: V. Ruzek, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Wallmax Srl (Milano, l-Italja) (rappreżentanti: A. Bergmann, F. Ferrari u L. Goglia, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-20 ta’ April 2020 (Każ R 2385/2018-2), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Wallmax u Roxtec.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Roxtec AB għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll l-ispejjeż tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).

3)

Wallmax Srl għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 304, 14.9.2020.


20.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 382/27


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2021 – Jalkh vs Il-Parlament

(Kawża T-230/21 R)

(“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Dritt istituzzjonali - Membru tal-Parlament Ewropew - Privileġġi u immunitajiet - Tneħħija tal-immunità parlamentari - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza”)

(2021/C 382/38)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Jean-François Jalkh (Gretz-Armainvilliers, Franza) (rappreżentant: F. Wagner, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: N. Lorenz u A.-M. Dumbrăvan, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 278 TFUE u intiża għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Parlament P9_TA(2021)0092 tal-25 ta’ Marzu 2021, dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità tar-rikorrent [2020/2110(IMM)].

Dispożittiv

1)

It-talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


20.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 382/27


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Lulju 2021 – Natixis vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-449/21)

(2021/C 382/39)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Natixis (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: J. Stratford, Barrister-at-law, u J.-J. Lemonnier, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara d-Deċiżjoni C(2021) 3489 finali adottata fl-20 ta’ Mejju 2021 dwar proċediment taħt l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE fil-Każ AT.40324: Bonds tal-Gvernijiet Ewropej (id- “Deċiżjoni kkontestata”) li tkun nulla fl-intier tagħha, sa fejn tikkonċerna r-rikorrenti, u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż legali u oħrajn fir-rigward ta’ din il-kwistjoni.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni ma kellhiex interess leġittimu fl-adozzjoni tad-Deċiżjoni kkontestata fis-sens tal-aħħar sentenza tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (1).

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt tal-ksur ta’: (a) id-drittijiet tar-rikorrenti tad-difiża; (b) Artikolu 27(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 u/jew (c) Artikoli 10(1) u 11(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 773/2004/KE (2).

Ir-rikorrenti tiddikjara li fid-Deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni bbażat ruħha fuq l-effetti legali u ta’ deterrent li ġejjin minn konstatazzjoni ta’ ksur insostenn tal-konstatazzjoni tagħha ta’ interess leġittimu; minkejja li din ma kinitx oġġezzjoni magħmula lir-rikorrenti li fuqha kellha opportunità li tagħmel rappreżentazzjonijiet b’mod sinjifikattiv.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li d-Deċiżjoni kkontestata kienet ibbażata fuq raġunijiet inadegwati u/jew kienet sproporzjonata. Barra minn hekk ir-rikorrenti tallega li:

Jekk kien hemm interess leġittimu (li r-rikorrenti tikkontendi) li ssir konstatazzjoni ta’ ksur kontra r-rikorrenti, il-Kummissjoni ma tat ebda raġuni adegwata li teżerċita id-diskrezzjoni tagħha li tagħmel din il-konstatazzjoni.

L-eżerċizzju tad-diskrezzjoni tal-Kummissjoni kisret il-prinċipju ta’ proporzjonalità billi d-Deċiżjoni kkontestata ma kienx hemm bżonnha sabiex jinkiseb l-għan ta’ infurzar effettiv tal-liġi tal-kompetizzjoni u l-iżvantaġġi għar-rikorrenti ta’ konstatazzjoni ta’ ksur kienu sproporzjonati għal dak l-għan.

Jekk xi wieħed tal-ewwel, tat-tieni u/jew tat-tielet motivi jew kollha kemm huma jintlaqgħu, ir-rikorrenti ssostni li d-Deċiżjoni kkontestata għandha tiġi annullata fl-intier tagħha. Sa fejn neċessarju, madankollu, ir-rikorrenti tressaq motiv ieħor.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni kkontestata kien illegali billi l-Kummissjoni:

eċċediet is-setgħat tagħha meta dderiġiet it-terminazzjoni ta’ ksur u pprojbit it-tkomplija tagħha, f’ċirkustanzi fejn dak il-ksur kien waqaf;

adottat oneru tal-prova bil-maqlub, bi ksur tal-preżunzjoni ta’ innoċenza, sa fejn eżerċitat is-setgħat tagħha billi ma setgħetx tkun żgura li l-ksur kien waqaf;

żbaljat fil-fatt billi kkonkludiet li l-ksur, min-naħa tar-rikorrenti u/jew kollha kemm hu, ma kienx waqaf; u/jew

aġixxiet b’mod sproporzjonat, billi ma kien la neċessarju u lanqas xieraq għall-Kummissjoni li teżerċita s-setgħat tagħha biex tipprevjeni ksur tal-liġi tal-kompetizzjoni mir-rikorrenti.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta’ Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205).

(2)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 773/2004 tas-7 ta’ April 2004 dwar it-tmexxija ta’ proċeduri mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 81 sa 82 tat-Trattat tal-KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 3, p. 81).


20.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 382/28


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Awwissu 2021 – Quantic Dream vs EUIPO – Quentia (Q)

(Kawża T-458/21)

(2021/C 382/40)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Quantic Dream (Pariġi, Franza) (rappreżentant: A. Grolée, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Quentia GmbH (Gersthofen, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: l-applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea “Q” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 069 734

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-2 ta’ Ġunju 2021 fil-Każ R 2070/2020-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

u, bħala rettifika, tiċħad l-oppożizzjoni NruoB 3 092 566 għar-reġistrazzjoni tal-applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea Q Nru 18 069 734 ippreżentata fil-21 ta’ Mejju 2019;

tikkundanna lill-EUIPO u/jew lil Quentia GmbH għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti fil-proċedimenti quddiem l-EUIPO u fil-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 71(1)(a) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/625;

Ksur tal-Artikolu 7 TFUE;

Ksur tal-Artikolu 58a tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja;

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


20.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 382/29


Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Awwissu 2021 – Calrose Rice vs EUIPO – Ricegrowers (Sunwhite)

(Kawża T-459/21)

(2021/C 382/41)

Lingwa tar-rikors: l-Inġliż

Partijiet

Rikorrent: Calrose Rice (Sofia, il-Bulgarija) (rappreżentant: H. Raychev, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Ricegrowers Ltd (Leeton, New South Wales, l-Awstralja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għal reġistrazzjoni għat-trade mark figurattivi tal-Unjoni Ewropea Sunwhite – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 115 808

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-4 ta’ Ġunju 2021 fil-Każ R 2465/2020-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tibgħat l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 18 115 808 SUNWHITE lill-EUIPO sabiex iwettaq ir-reġistrazzjoni;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-intervenjenti għall-ispejjeż rispettivi tagħhom u għall-ispejjeż tar-rikorrenti sostnuti f’dawn il-proċedimenti, kif ukoll għal dawk sostnuti fil-kuntest tal-appell quddiem ir-Raba’ Bord tal-Appell.

Motivi invokati

Il-Bord tal-Appell qies b’mod żbaljat li r-rikorrenti ammettiet, fin-nota tagħha li tesponi l-motivi, li l-prodotti mqabbla fil-Klassi 30 huma identiċi;

Il-Bord tal-Appell żbalja meta ddeċieda li s-sinjali mqabbla huma identiċi fl-elementi kollha tagħhom;

Il-Bord tal-Appell żbalja meta llimita, jew iffoka esklużivament, il-konklużjonijiet tiegħu dwar il-paragun tas-sinjali fuq l-elementi verbali tas-sinjali;

Il-Bord tal-Appell naqas milli jqis b’mod suffiċjenti d-differenza viżwali bejn it-trade marks u silet biss konklużjonijiet ġenerali f’dan ir-rigward mingħajr raġunament konkret.


20.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 382/30


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Awwissu 2021 – Ionfarma vs EUIPO – LG Electronics (AION)

(Kawża T-465/21)

(2021/C 382/42)

Lingwa tar-rikors: l-Inġliż

Partijiet

Rikorrent: Ionfarma, SL (Barcelona, Spanja) (rappreżentant: S. Correa Rodríguez, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: LG Electronics, Inc. (Seul, il-Korea t’Isfel)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: l-applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “AION” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 892 367

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-25 ta’ Mejju 2021 fil-Każ R 2223/2020-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tiċħad it-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nruo17 892 367 AION għall-prodotti kollha;

tikkundanna lill-EUIPO u, fil-każ li LG Electronics tiddeċiedi tintervjeni f’dawn il-proċeduri, lil LG Electronics għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


20.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 382/31


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Awwissu 2021 – Baumberger vs EUIPO – Nube (Lío)

(Kawża T-466/21)

(2021/C 382/43)

Lingwa tar-rikors: l-Inġliż

Partijiet

Rikorrent: Dino Baumberger (Wesel, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. Fusbahn u D. Dawirs, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Nube, SL (Ibiza, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrent quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea “Lío” bil-kuluri deheb safrani u iswed – Trade mark tal-Unjoni Nru 14 194 872

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-2 ta’ Ġunju 2021 fil-Każ R 1221/2020-5

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u, konsegwentement, id-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni tat-28 ta’ April 2020 (Invalidità Nru 000025762 C);

tiċħad it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità u żżomm ir-reġistrazzjoni tat-trade mark ikkontestata Nru 14 194 872 rreġistrata;

tikkundanna lill-EUIPO u lil Nube SL għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 59(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


20.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 382/31


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Awwissu 2021 – DBM Videovertrieb vs EUIPO – Nube (Lío)

(Kawża T-467/21)

(2021/C 382/44)

Lingwa tar-rikors: l-Inġliż

Partijiet

Rikorrent: DBM Videovertrieb GmbH (Wesel, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. Fusbahn u D. Dawirs, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Nube, SL (Ibiza, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea “Lío” bil-kuluri deheb safrani u iswed – Trade mark tal-Unjoni Nru 17 225 939

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-22 ta’ Ġunju 2021 fil-Każ R 1220/2020-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u, konsegwentement, id-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni tat-28 ta’ April 2020 (Invalidità Nru 000025781 C);

tiċħad it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità u żżomm ir-reġistrazzjoni tat-trade mark ikkontestata Nru 17 225 939 irreġistrata;

tikkundanna lill-EUIPO u lil Nube SL għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 59(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


20.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 382/32


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Awwissu 2021 – RTE vs ACER

(Kawża T-472/21)

(2021/C 382/45)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: RTE Réseau de transport de l’électricité (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: M. Levitt, avukat, B. Byrne, Solicitor, u D. Vasbeck, avukat)

Konvenut: l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla, sa fejn jikkonċerna r-rikorrent, id-Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tal-konvenuta A-001-2021 (konsolidata) tat-28 ta’ Mejju 2021 (id- “Deċiżjoni”) li tilqa’ d-deċiżjoni tal-konvenuta 30/2020 tat-30 ta’ Novembru 2020;

tagħti l-eżenzjoni mitluba mir-rikorrent fin-Notifika tal-Appell quddiem il-Bord tal-Appell tal-konvenuta; u

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li d-Deċiżjoni hija vvizzjati minn żball ta’ liġi billi, meta laqgħet id-Deċiżjoni tal-konvenuta 30/2020 tat-30 ta’ Novembru 2020, il-Bord tal-Appell tal-konvenuta estenda illegalment il-portata tal-Artikolu 16(13) tar-Regolament tal-Elettriku (1) kif ukoll l-Artikolu 74, CACM (2), u kiser il-prinċipju fundamentali tal-għoti tal-kompetenzi mniżżel fl-Artikolu 5(2) TUE.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li d-Deċiżjoni hija vvizzjati minn żball ta’ liġi billi l-Bord tal-Appell tal-konvenuta interpreta b’mod żbaljat il-qafas legali rilevanti u naqas milli japplika korrettament il-parametri meħtieġa għall-adozzjoni ta’ metodoloġija komuni għall-kondiviżjoni tal-ispejjeż tad-dispaċċ mill-ġdid u t-tpartit għar-reġjun tal-kalkolu tal-kapaċità ewlenija.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li d-Deċiżjoni tikser il-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba u l-obbligu li tagħti raġunijiet, u tonqos milli twettaq l-obbligi legali tal-Bord tal-Appell tal-konvenuta bħala bord tal-appell.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li d-Deċiżjoni hija vvizzjati minn żball ta’ liġi billi l-Bord tal-Appell tal-konvenuta interpreta u applika b’mod żbaljat l-Artikolu 3 tar-Regolament (3) u dispożizzjonijiet u prinċipji relatati tal-liġi tal-UE li jirregolaw il-lingwi li bihom il-konvenuta hija meħtieġa li toħroġ id-deċiżjonijiet tagħha, inklużi l-Artikolu 342 TFUE, l-Artikolu 3(3) TUE, l-Artikolu 22 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, l-Artikolu 44(1) tar-Regolament tal-ACER (4), il-prinċipju ta’ ċertezza legali, u d-drittijiet ta’ difiża.


(1)  Regolament (UE) 2019/943 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019 dwar is-suq intern tal-elettriku (ĠU 2019, L 158, p. 54).

(2)  Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1222 tal-24 ta’ Lulju 2015 li jistabbilixxi Linji Gwida dwar l-Allokazzjoni tal-Kapaċità u l-Ġestjoni tal-Konġestjoni (ĠU 2015, L 197, p. 24).

(3)  Regolament Nru 1 li jistabbilixxi l-lingwi li għandhom jintużaw mill-Komunità Ekonomika Ewropea (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 1, p. 3) kif emendat l-iktar reċentement mir-Regolament tal-Kunsill 517/2013 tat-13 ta’ Mejju 2013 (ĠU 2013, L 158, p. 1).

(4)  Regolament (UE) 2019/942 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019 li jistabbilixxi Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ĠU 2019, L 158, p. 22).


20.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 382/33


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Awwissu 2021 – Schenk Italia vs EUIPO – Consorzio per la tutela dei vini Valpolicella (AMICONE)

(Kawża T-474/21)

(2021/C 382/46)

Lingwa tar-rikors: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Schenk Italia SpA (Ora, l-Italja) (rappreżentanti: D. Caneva u M. Lucchini, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Consorzio per la tutela dei vini Valpolicella (San Pietro in Cariano, l-Italja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “AMICONE” – Trade mark tal-Unjoni Nru 11 005 725

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-10 ta’ Ġunju 2021 fil-Każ R 2885/2019-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tivverifika u tiddikjara li t-trade mark tal-Unjoni Ewropea AMICONE Nru 11 005 725 ma tikkostitwixxix evokazzjoni ta’ denominazzjoni ta’ oriġini protetta (DOP) “Amarone della Valpolicella”, fis-sens tal-Artikolu 103(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 (1), u li ma hija effettwata minn l-ebda raġuni oħra assoluta jew relattiva ta’ invalidità mressqa mill-Consorzio per la tutela dei vini Valpolicella, u li għaldaqstant hija valida;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, inklużi dawk tal-Consorzio per la tutela dei vini Valpolicella u ta’ partijiet intervenjenti ulterjuri.

Motivi invokati

Identifikazzjoni żbaljata tal-parti sinjifikattiva tad-DOP “Amarone della Valpolicella”, għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 103(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013;

Applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 103(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 fir-rigward tal-evalwazzjoni tal-evokazzjoni tad-DOP mit-trade mark ikkontestata;

Applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 95(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ikkunsidrat flimkien mal-Artikolu 27(4) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/625;

It-trade mark AMICONE ma hija effettwata minn l-ebda raġuni oħra assoluta jew relattiva ta’ invalidità mressqa mill-Consorzio per la tutela dei vini Valpolicella.


(1)  Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU 2013, L 347, p. 671, rettifiki fil-ĠU 2014, L 189, p. 261, fil-ĠU 2016, L 130, p. 8, fil-ĠU 2020, L 1, p. 5).


20.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 382/34


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Awwissu 2021 – Glaxo Group vs EUIPO – Cipla Europe (Forma ta’ inalatur)

(Kawża T-477/21)

(2021/C 382/47)

Lingwa tar-rikors: l-Inġliż

Partijiet

Rikorrent: Glaxo Group Ltd (Brentford, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: T. de Haan u F. Verhoestraete, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Cipla Europe NV (Antwerpen, il-Belgju)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark tridimensjonali tal-Unjoni Ewropea (Forma ta’ inalatur) – Trade mark tal-Unjoni Nru 2 179 562

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ Mejju 2021 fil-Każ R 1835/2016-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-intervenjent għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti mir-rikorrenti quddiem l-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u tal-Artikolu 41(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) 40/94;

Ksur tal-Artikolu 52(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) 207/2009.


20.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 382/35


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Awwissu 2021 – Les Éditions P. Amaury vs EUIPO – Golden Balls (BALLON D’OR)

(Kawża T-478/21)

(2021/C 382/48)

Lingwa tar-rikors: l-Inġliż

Partijiet

Rikorrent: Les Éditions P. Amaury (Boulogne-Billancourt, Franza) (rappreżentanti: T. de Haan u M. Laborde, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Golden Balls Ltd (Londra, ir-Renju Unit)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “BALLON D’OR” – Trade mark tal-Unjoni Nru 4 226 148

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-7 ta’ Ġunju 2021 fil-Każ R 1073/2020-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla parzjalment id-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-intervenjenti għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti mir-rikorrenti quddiem ir-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) 207/2009.


20.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 382/35


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Awwissu 2021 – TenneT TSO u TenneT TSO vs ACER

(Kawża T-482/21)

(2021/C 382/49)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: TenneT TSO GmbH (Bayreuth, il-Ġermanja), TenneT TSO BV (Arnhem, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: D. Uwer, J. Meinzenbach, P. Rieger, R. Klein u S. Westphal, avukati)

Konvenut: L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni A-001-2021 (ikkonsolidata) tal-Bord tal-Appell tal-ACER tat-28 ta’ Mejju 2021, li tikkonferma d-Deċiżjoni tal-ACER 30/2020 tat-30. Novembru 2020 fuq il-proposta tat-TSO tar-reġjun prinċipali bil-kapaċità “Core” ikkalkolata dwar il-metodoloġija għat-tqassim tal-ispejjeż tar-ridispaċċ u tat-tpartit (RDCTCS), kollha kemm hi;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq l-illegalità tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-metodoloġija kkonfermata għat-tqassim tal-ispejjeż tar-ridispaċċ u tat-tpartit. Skont dan il-kamp ta’ applikazzjoni, l-elementi “kollha” tan-networks b’livell ta’ kilovolt ta’ 220 u ogħla għandhom ikunu eliġibbli għat-tqassim tal-ispejjeż skont il-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas skont l-Artikolu 16(13) tar-Regolament (UE) 2019/943 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019 dwar is-suq intern tal-elettriku (iktar ’il quddiem ir-“Regolament 2019/943”). Dan huwa illegali. Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-metodoloġija għat-tqassim tal-ispejjeż għandu josserva l-proċess tal-kalkolu tal-kapaċità, skont liema huma biss l-elementi tan-networks b’fattur ta’ distribuzzjoni tat-trasferiment ta’ mill-inqas 5 % li huma teknikament fattibbli sabiex jillimitaw il-kummerċ transkonfinali u, b’hekk, jeħtieġu miżuri ta’ ridispaċċ u ta’ tpartit li għandhom rilevanza transkonfinali.

Id-deċiżjoni kkontestata għandha tiġi annullata, minħabba li tikser, b’mod partikolari, l-Artikolu 16(13) tar-Regolament 2019/943 u l-Artikolu 74(2) u (4) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/122 tal-24 ta’ Lulju 2015 li jistabbilixxi Linji Gwida dwar l-Allokazzjoni tal-Kapaċità u l-Ġestjoni tal-Konġestjoni (ĠU 2015, L 21, p. 4) (iktar ’il quddiem “ir-Regolament 2015/122”). Il-Bord tal-Appell żbalja meta qies li kienet meħtieġa bażi legali sabiex it-tqassim tal-ispejjeż jiġi estiż ukoll skont il-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas lil elementi tan-networks b’fattur ta’ distribuzzjoni tat-trasferiment taħt il-5 %. Madankollu, tali bażi legali ma teżistix. Barra minn hekk, l-inklużjoni ta’ kważi kull element tan-networks fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-metodoloġija inkwistjoni tikser l-Artikolu 74 tar-Regolament 2015/122, peress li din tirriżulta f’inċentivi ħżiena u hija inkompatibbli mar-responsabbiltajiet u mal-obbligi legali tal-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni li huma involuti.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni kkontestata għandha tiġi annullata peress li l-Bord tal-Appell illegalment ikkonferma l-Power Flow Colouring Method (metodu tal-kolorazzjoni tal-fluss tal-elettriku, iktar ’il quddiem “PFC”) bħala l-metodu applikabbli ta’ dekompożizzjoni tal-flussi għall-metodoloġija inkwistjoni.

Il-PFC imur kontra l-għan tal-Artikolu 16(13) tar-Regolament 2019/943 li jistabbilixxi l-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas. Il-PFC ma huwiex ibbażat fuq flussi fiżiċi reali, iżda fuq riżultati tas-suq virtwali. Madankollu, huwa magħruf b’mod komuni li l-flussi fiżiċi jiddevjaw mir-riżultati tas-suq. Għalhekk, ir-riżultat tal-PFC ma jippermettix li tiġi identifikata b’mod affidabbli l-kawża reali tal-konġestjoni rispettiva. Bħala riżultat ta’ dan, il-PFC jonqos ukoll milli jistabbilixxi inċentivi korretti għall-ġestjoni ta’ konġestjonijiet, ta’ azzjonijiet ta’ rimedju u ta’ investimenti effiċjenti, li jmur kontra l-Artikolu 74 tar-Regolament 2015/122. Barra minn hekk, il-Bord tal-Appell ma evalwax kif xieraq l-aspetti tekniċi li jirriżultaw fl-illegalità tal-PFC u jisiltu konklużjonijiet implawżibbli minn provi inutli.

Fir-rigward tad-dekompożizzjoni tal-flussi, il-Bord tal-Appell illegalment ikkonferma wkoll suppożizzjonijiet speċifiċi li għandhom japplikaw biss għall-proċess ta’ dekompożizzjoni tal-flussi fuq elementi tan-networks HVDC. Dawn is-suppożizzjonijiet huma fiżikament infondati, huma f’kunflitt mal-Artikolu 16(13) tar-Regolament 2019/943 u jirriżultaw f’allokazzjoni tal-ispejjeż ikbar għall-elementi tan-networks HVDC. Barra minn hekk, dawn is-suppożizzjonijiet jistabbilixxu trattament diskriminatorju tal-elementi tan-networks HVDC meta mqabbla mal-elementi tan-networks AC. Il-Bord tal-Appell ma evalwax dawn is-suppożizzjonijiet dwar l-elementi tan-networks HVDC b’mod suffiċjenti u ma nissilx konklużjonijiet implawżibbli minn provi inutli.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni kkontestata għandha tiġi annullata, minħabba li din tikkonferma limitu komuni għall-flussi ċirkolari li l-ACER iffissat għal 10 % abbażi ta’ stimi tal-ispejjeż. Dan jikkontradixxi l-Artikolu 16(13) tar-Regolament 2019/943 minħabba li l-limitu ma huwiex ibbażat fuq data fattwali affidabbli dwar il-livell ta’ flussi ċirkolari li kien jeżisti fl-assenza ta’ konġestjonijiet strutturali. L-ACER ma kinitx kompetenti sabiex tiddetermina limitu ta’ 10 %. Il-limitu jinjora wkoll l-Artikolu 16(8) tar-Regolament 2019/943 li skontu l-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni jistgħu jużaw sa 30 % għall-flussi interni, għall-marġni ta’ affidabbiltà u għall-flussi ċirkolari. Barra minn hekk, l-evalwazzjoni tal-Bord tal-Appell hija bbażata fuq żbalji ta’ fatt u tistabbilixxi inċentivi żbaljati għall-investimenti fin-networks, li jmur kontra l-Artikolu 74 tar-Regolament 2015/122. Barra minn hekk, il-Bord tal-Appell wettaq żball ta’ liġi billi qies li l-Artikolu 16(13) tar-Regolament 2019/943 jeħtieġ limitu tal-flussi ċirkolari biss għal kull żona tal-offerta minflok għal kull fruntiera taż-żona tal-offerta.


20.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 382/37


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Lulju 2021 – PZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-49/21) (1)

(2021/C 382/50)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tal-Ewwel Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 128, 12.4.2021.