ISSN 1977-0987 |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 380 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 64 |
Werrej |
Paġna |
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2021/C 380/01 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10059 — SK hynix/Intel’s NAND and SSD business) ( 1 ) |
|
IV Informazzjoni |
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2021/C 380/02 |
||
|
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI |
|
2021/C 380/03 |
|
V Avviżi |
|
|
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI |
|
|
Il-Bank Ewropew tal-Investiment |
|
2021/C 380/04 |
||
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2021/C 380/05 |
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
20.9.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 380/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.10059 — SK hynix/Intel’s NAND and SSD business)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2021/C 380/01)
Fit 20 ta’ Mejju 2021, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32021M10059. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
20.9.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 380/2 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
Is-17 ta’ Settembru 2021
(2021/C 380/02)
1 euro =
|
Munita |
Rata tal-kambju |
USD |
Dollaru Amerikan |
1,1780 |
JPY |
Yen Ġappuniż |
129,61 |
DKK |
Krona Daniża |
7,4360 |
GBP |
Lira Sterlina |
0,85363 |
SEK |
Krona Żvediża |
10,1553 |
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,0931 |
ISK |
Krona Iżlandiża |
151,40 |
NOK |
Krona Norveġiża |
10,1208 |
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
CZK |
Krona Ċeka |
25,296 |
HUF |
Forint Ungeriż |
351,49 |
PLN |
Zloty Pollakk |
4,5804 |
RON |
Leu Rumen |
4,9488 |
TRY |
Lira Turka |
10,1323 |
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,6111 |
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,4913 |
HKD |
Dollaru ta’ Hong Kong |
9,1691 |
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,6658 |
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,5851 |
KRW |
Won tal-Korea t’Isfel |
1 386,26 |
ZAR |
Rand ta’ l-Afrika t’Isfel |
17,1891 |
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,6044 |
HRK |
Kuna Kroata |
7,5092 |
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
16 762,90 |
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,9140 |
PHP |
Peso Filippin |
58,819 |
RUB |
Rouble Russu |
85,4338 |
THB |
Baht Tajlandiż |
39,145 |
BRL |
Real Brażiljan |
6,2039 |
MXN |
Peso Messikan |
23,4722 |
INR |
Rupi Indjan |
86,5335 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta’ referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI
20.9.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 380/3 |
Aġġornament tal-lista ta’ postijiet ta’ qsim il-fruntiera msemmija fl-Artikolu 2(8) tar-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (1)
(2021/C 380/03)
Il-pubblikazzjoni tal-lista ta’ postijiet ta’ qsim il-fruntiera msemmija fl-Artikolu 2(8) tar- Regolament (KE) Nru 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 li jistabbilixxi Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Il-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (2) hija bbażata fuq l-informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 39 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen.
Minbarra l-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali, huwa disponibbli aġġornament fuq is-sit web tad-Direttorat Ġenerali għall-Migrazzjoni u l-Affarijiet Interni.
LISTA TA’ PUNTI TA’ QSIM BEJN IL-FRUNTIERI
IL-ĠERMANJA
Sostituzzjoni tal-informazzjoni ppubblikata fil-ĠU C 290, 20.7.2021, p.10.
Portijiet tal-Baħar tat-Tramuntana
(1) |
Baltrum |
(2) |
Bensersiel |
(3) |
Borkum |
(4) |
Brake |
(5) |
Brunsbüttel |
(6) |
Büsum |
(7) |
Bützflether Sand |
(8) |
Buxtehude |
(9) |
Bremen |
(10) |
Bremerhaven |
(11) |
Carolinensiel (Harlesiel) |
(12) |
Cuxhaven |
(13) |
Eckwarderhörne |
(14) |
Elsfleth |
(15) |
Emden |
(16) |
Fedderwardersiel |
(17) |
Glückstadt |
(18) |
Greetsiel |
(19) |
Großensiel |
(20) |
Hamburg |
(21) |
Hamburg-Neuenfelde |
(22) |
Herbrum |
(23) |
Helgoland |
(24) |
Hooksiel |
(25) |
Horumersiel |
(26) |
Husum |
(27) |
Juist |
(28) |
Langeoog |
(29) |
Leer |
(30) |
Lemwerder |
(31) |
List/Sylt |
(32) |
Neuharlingersiel |
(33) |
Norddeich |
(34) |
Nordenham |
(35) |
Norderney |
(36) |
Otterndorf |
(37) |
Papenburg |
(38) |
Spiekeroog |
(39) |
Stade |
(40) |
Stadersand |
(41) |
Varel |
(42) |
Wangerooge |
(43) |
Wedel |
(44) |
Weener |
(45) |
Westeraccumersiel |
(46) |
Wewelsfleth |
(47) |
Wilhelmshaven |
Portijiet Baltiċi
(1) |
Eckernförde (Faċilitajiet tal-port Federali tal-Flotta Navali Ġermaniża) |
(2) |
Flensburg-port |
(3) |
Greifswald-Ladebow port |
(4) |
Jägersberg (Faċilitajiet tal-port Federali tal-Flotta Navali Ġermaniża) |
(5) |
Kiel |
(6) |
Kiel (Faċilitajiet tal-port Federali tal-Flotta Navali Ġermaniża) |
(7) |
Kiel-Holtenau |
(8) |
Lubmin |
(9) |
Lübeck |
(10) |
Lübeck-Travemünde |
(11) |
Mukran |
(12) |
Neustadt |
(13) |
Puttgarden |
(14) |
Rendsburg |
(15) |
Rostock-port (fużjoni tal-portijiet ta’ Warnemünde u Rostock) |
(16) |
Sassnitz |
(17) |
Stralsund |
(18) |
Surendorf |
(19) |
Vierow |
(20) |
Wismar |
(21) |
Wolgast |
ODERHAFF
(1) |
Ueckermünde |
Ajruporti, ajrudromi, mtajar
FL-ISTAT FEDERALI TA’ BADEN-WÜRTTEMBERG
(1) |
Aalen-Heidenheim-Elchingen |
(2) |
Baden Airport Karlsruhe Baden-Baden |
(3) |
Donaueschingen-Villingen |
(4) |
Freiburg/Brg. |
(5) |
Friedrichshafen-Löwental |
(6) |
Heubach (Krs. Schwäb. Gmünd) |
(7) |
Lahr |
(8) |
Laupheim |
(9) |
Leutkirch-Unterzeil |
(10) |
Mannheim-City |
(11) |
Mengen |
(12) |
Niederstetten |
(13) |
Schwäbisch Hall |
(14) |
Stuttgart |
FL-ISTAT FEDERALI TAL-BAVARJA
(1) |
Aschaffenburg |
(2) |
Augsburg-Mühlhausen |
(3) |
Bayreuth – Bindlacher Berg |
(4) |
Coburg-Brandebsteinsebene |
(5) |
Giebelstadt |
(6) |
Hassfurth-Mainwiesen |
(7) |
Hof-Plauen |
(8) |
Ingolstadt |
(9) |
Landshut-Ellermühle |
(10) |
Lechfeld |
(11) |
Memmingerberg |
(12) |
München “Franz Joseph Strauß” |
(13) |
Neuburg |
(14) |
Nürnberg |
(15) |
Oberpfaffenhofen |
(16) |
Roth |
(17) |
Straubing-Wallmühle |
FL-ISTAT FEDERALI TA’ BERLIN
(1) |
Berlin-Tegel |
FL-ISTAT FEDERALI TA’ BRANDENBURG
(1) |
Berlin Brandenburg “Willy Brandt” |
(2) |
Schönhagen |
FL-ISTAT FEDERALI TA’ BREMEN
(1) |
Bremen |
FL-ISTAT FEDERALI TA’ HAMBURG
(1) |
Hamburg |
FL-ISTAT FEDERALI TA’ HESSEN
(1) |
Allendorf/Eder |
(2) |
Egelsbach |
(3) |
Frankfurt/Main |
(4) |
Fritzlar |
(5) |
Kassel-Calden |
(6) |
Reichelsheim |
FL-ISTAT FEDERALI TA’ MECKLENBURG-VORPOMMERN
(1) |
Neubrandenburg-Trollenhagen |
(2) |
Rostock-Laage |
FL-ISTAT FEDERALI TAS-SASSONJA T’ISFEL
(1) |
Borkum |
(2) |
Braunschweig-Waggum |
(3) |
Bückeburg-Achum |
(4) |
Celle |
(5) |
Damme/Dümmer-See |
(6) |
Diepholz |
(7) |
Emden |
(8) |
Fassberg |
(9) |
Ganderkesee |
(10) |
Hannover |
(11) |
Leer-Nüttermoor |
(12) |
Norderney |
(13) |
Nordholz |
(14) |
Nordhorn-Lingen |
(15) |
Osnabrück-Atterheide |
(16) |
Wangerooge |
(17) |
Wilhelmshaven-Mariensiel |
(18) |
Wittmundhafen |
(19) |
Wunstorf |
Fl-ISTAT FEDERALI TA’ NORDRHEIN-WESTFALEN
(1) |
Aachen-Merzbrück |
(2) |
Arnsberg |
(3) |
Bielefeld-Windelsbleiche |
(4) |
Bonn-Hardthöhe |
(5) |
Dortmund-Wickede |
(6) |
Düsseldorf |
(7) |
Essen-Mülheim |
(8) |
Bonn Hangelar |
(9) |
Köln/Bonn |
(10) |
Marl/Loemühle |
(11) |
Mönchengladbach |
(12) |
Münster-Osnabrück |
(13) |
Nörvenich |
(14) |
Paderborn-Lippstadt |
(15) |
Porta Westfalica |
(16) |
Rheine-Bentlage |
(17) |
Siegerland |
(18) |
Stadtlohn-Wenningfeld |
(19) |
Weeze-Lahrbruch |
Fl-ISTAT FEDERALI TA’ RHEINLAND-PFALZ
(1) |
Büchel |
(2) |
Föhren |
(3) |
Hahn |
(4) |
Koblenz-Winningen |
(5) |
Mainz-Finthen |
(6) |
Pirmasens-Pottschütthöhe |
(7) |
Ramstein (US-Air Base) |
(8) |
Speyer |
(9) |
Spangdahlem (US-Air Base) |
(10) |
Zweibrücken |
FL-ISTAT FEDERALI TA’ SAARLAND
(1) |
Saarbrücken-Ensheim |
(2) |
Saarlouis/Düren |
FL-ISTAT FEDERALI TAS-SASSONJA
(1) |
Dresden |
(2) |
Leipzig-Halle |
(3) |
Rothenburg/Oberlausitz |
FL-ISTAT FEDERALI TAS-SASSONJA-ANHALT
(1) |
Cochstedt |
(2) |
Magdeburg |
FL-ISTAT FEDERALI TA’ SCHLESWIG-HOLSTEIN
(1) |
Helgoland-Düne |
(2) |
Hohn |
(3) |
Kiel-Holtenau |
(4) |
Lübeck-Blankensee |
(5) |
Schleswig/Jagel |
(6) |
Westerland/Sylt |
FL-ISTAT FEDERALI TA’ THÜRINGEN
(1) |
Altenburg-Nobitz |
(2) |
Erfurt-Weimar |
L-OLANDA
Sostituzzjoni tal-informazzjoni ppubblikata fil-ĠU C 316, 28.12.2007, p.1.
Fruntieri ta’ l-art
(1) |
Amsterdam Centraal Station |
(2) |
Rotterdam Centraal Station |
Fruntieri ta’ l-Ajru
(1) |
Amsterdam Schiphol |
(2) |
Breda |
(3) |
De Kooy |
(4) |
Eindhoven |
(5) |
Enschede Twente |
(6) |
Groningen Eelde |
(7) |
Kempen |
(8) |
Lelystad |
(9) |
Maastricht-Aachen |
(10) |
Midden Zeeland |
(11) |
Rotterdam |
Fruntieri tal-Baħar
(1) |
Amsterdam Ijmond |
(2) |
Den Helder |
(3) |
Dordrecht |
(4) |
Eemshaven |
(5) |
Gent-Terneuzen |
(6) |
Harlingen |
(7) |
Hoek van Holland/Europoort |
(8) |
Moerdijk |
(9) |
Rotterdam-Havens |
(10) |
Scheveningen |
(11) |
Vlissingen |
(12) |
Ijmuiden |
Lista ta’ pubblikazzjonijiet preċedenti
(1) Ara l-lista ta’ pubblikazzjonijiet preċedenti fl-aħħar parti ta’ dan l-aġġornament.
V Avviżi
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI
Il-Bank Ewropew tal-Investiment
20.9.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 380/12 |
Sejħa għal proposti
L-Istitut tal-Bank Ewropew tal-Investiment jipproponi sponsorship ġdid tal-EIBURS taħt il-Programm ta’ Għarfien tiegħu
(2021/C 380/04)
Il-Programm ta’ Għarfien tal-Istitut tal-Bank Ewropew tal-Investiment jiffinanzja l-għotjiet għar-riċerka tiegħu permezz ta’ skemi differenti, li waħda minnhom hija:
— |
EIBURS, il-Programm ta’ Sponsorship għar-Riċerka Universitarja tal-BEI (EIB University Research Sponsorship Programme) |
L-EIBURS jipprovdi għotjiet lil dipartimenti universitarji jew ċentri ta’ riċerka assoċjati ma’ universitajiet fl-Unjoni Ewropea, pajjiżi kandidati jew pajjiżi kandidati potenzjali li jaħdmu fuq suġġetti ta’ riċerka ta’ interess kbir għall-Bank. L-isponsorships tal-EIBURS – li jilħqu sa EUR 100 000 fis-sena għal perjodu ta’ tliet snin – jingħataw permezz ta’ proċess kompetittiv lil dipartimenti universitarji interessati jew ċentri ta’ riċerka b’ħila esperta rikonoxxuta fil-qasam magħżul. Il-proposti li jirnexxu jinvolvu t-twassil ta’ varjetà ta’ riżultati li jkunu s-suġġett ta’ ftehim kuntrattwali mal-Bank Ewropew tal-Investiment.
Għas-sena akkademika 2021/2022, il-programm EIBURS qed ifittex proposti dwar tema ġdida ta’ riċerka:
“Il-futur tal-iskola: nisfruttaw il-potenzjal tat-teknoloġija tal-edukazzjoni diġitali”
It-teknoloġija diġitali, meta tintuża b’ħila u b’mod ekwu u effettiv mill-edukaturi, tista’ tappoġġa bis-sħiħ l-aġenda ta’ edukazzjoni u taħriġ ta’ kwalità għolja u inklużivi għall-istudenti kollha. Tista’ tiffaċilita tagħlim aktar personalizzat, flessibbli u ċċentrat fuq l-istudent fil-fażijiet u l-istadji kollha tal-edukazzjoni u t-taħriġ. It-teknoloġija tista’ tkun għodda b’saħħitha u attraenti għat-tagħlim kollaborattiv u kreattiv. Tista’ tgħin lill-istudenti u lill-edukaturi jaċċessaw, joħolqu u jaqsmu l-kontenut diġitali. Tista’ tippermetti wkoll li t-tagħlim isir lil hinn mill-ħitan tas-sala tal-lekċers, mill-klassi jew mill-post tax-xogħol, u b’hekk ikun hemm aktar libertà mir-restrizzjonijiet tal-post fiżiku u l-iskeda ta’ żmien. It-tagħlim jista’ jseħħ b’mod kompletament online jew b’mod imħallat, f’ħin, f’post u b’pass adattati għall-ħtiġijiet tal-istudent individwali. (1)
Minkejja l-potenzjal għoli li għandha t-teknoloġija diġitali biex ittejjeb it-tagħlim, fis-settur tal-edukazzjoni hemm nuqqas ta’ diġitalizzat sinifikanti meta mqabbel ma’ setturi oħra, b’inqas minn 4 % tan-nefqa globali tiegħu allokata għall-hardware, is-software u s-servizzi ffaċilitati mit-teknoloġija (2). Bil-pandemija tal-COVID-19 u l-bidla f’daqqa sfurzata lejn tagħlim mill-bogħod ta’ emerġenza, l-użu ta’ għodod diġitali fl-edukazzjoni aċċellera b’mod sinifikanti u r-rilevanza tagħhom żdiedet. Madankollu, l-istruzzjoni mill-bogħod matul l-għeluq tal-iskejjel relatati mal-COVID esponiet nuqqasijiet kbar fir-rigward tal-prontezza diġitali tas-sistemi edukattivi. Minbarra l-limitazzjonijiet f’termini ta’ aċċess għar-rekwiżiti bażiċi għat-tagħlim remot, bħall-internet b’veloċità għolja u l-apparat diġitali, il-pandemija wriet li, anke meta dawn l-għodod kienu disponibbli, fil-biċċa l-kbira tal-pajjiżi l-użu tat-teknoloġija diġitali ma tejjibx it-tagħlim tradizzjonali. L-ostakli l-aktar prevalenti għal tagħlim remot effettiv irrappurtati matul l-għeluq tal-iskejjel fir-rebbiegħa tal-2020 kienu d-disponibbiltà limitata tar-riżorsi edukattivi diġitali u n-nuqqas ta’ ħiliet diġitali, kemm għall-għalliema biex jintegraw l-approċċi diġitali fit-tagħlim u l-apprendiment kif ukoll għall-istudenti biex jużaw it-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT) bħala mezz biex jiksbu l-għarfien u jimmaniġġjaw it-tagħlim tagħhom. (3)
Biex nimxu ‘l quddiem, il-pandemija tista’ taċċellera l-adozzjoni tat-teknoloġija diġitali fl-edukazzjoni. Ħafna esperti jaraw l-użu effettiv tat-teknoloġija diġitali fil-klassi bħala element ewlieni tal-isforzi biex jinbnew mill-ġdid sistemi edukattivi aħjar minn qabel il-kriżi sabiex ipattu għat-telf fit-tagħlim (4). Madankollu, biex jintlaħaq dan l-għan, huma meħtieġa investimenti sostanzjali. L-ispiża biex l-iskejjel madwar l-Unjoni Ewropea jiġu mgħammra b’teknoloġija diġitali bażika u biex jiġu żgurati l-manutenzjoni u l-operat tan-netwerks u t-tagħmir fuq perjodu ta’ ħames snin hija stmata li tkun ta’ EUR 29,7 biljun (5). Barra minn hekk, ta’ min iżomm f’moħħu li t-tip u d-disinn tal-għodod u l-pjattaformi teknoloġiċi, kif ukoll il-pedagoġija diġitali użata, għandhom impatt dirett fuq jekk l-individwi humiex inklużi jew esklużi mit-tagħlim. Sabiex tiġi żgurata allokazzjoni effiċjenti tar-riżorsi fis-settur, huwa importanti li jittieħdu t-tagħlimiet meħuda mill-esperjenza attwali ta’ tagħlim remot fuq skala kbira madwar id-dinja u li jiġi mifhum x’jaħdem biex jittejjeb it-tagħlim.
L-attivitajiet ta’ riċerka proposti f’dan id-dokument għandhom l-għan li jinvestigaw b’mod konkret il-potenzjal tat-teknoloġija tal-edukazzjoni diġitali biex itejbu l-kwalità tal-edukazzjoni u jippromwovu t-tagħlim, billi jibdew minn valutazzjoni tas-sitwazzjoni attwali fil-pajjiżi Ewropej.
Din il-proposta hija allinjata bis-sħiħ mal-għan tal-politika pubblika tal-BEI “Innovazzjoni, Kapital Diġitali u Uman” u mal-Pjan ta’ Azzjoni għall-Edukazzjoni Diġitali 2021–2027 tal-Kummissjoni Ewropea. Minħabba r-rwol ewlieni li għandha l-edukazzjoni fil-promozzjoni tal-koeżjoni soċjali, it-tkabbir ekonomiku u l-innovazzjoni, is-sejbiet minn din ir-riċerka jistgħu jippromwovu l-irkupru tal-Unjoni Ewropea wara l-kriżi u jiżviluppaw ir-reżiljenza tagħha għal kriżijiet futuri.
Il-proposti ta’ riċerka għandu jkun fihom strateġija biex jiġu indirizzati l-elementi li ġejjin:
1. Analiżi tal-penetrazzjoni tat-teknoloġija diġitali fis-settur tal-edukazzjoni
a. |
Analiżi komprensiva tax-xejriet tal-investiment fit-teknoloġija tal-edukazzjoni diġitali matul l-aħħar ħames snin, bidliet fil-mudelli tal-investiment mill-bidu tal-pandemija u, jekk possibbli, tbassir tax-xejriet tal-investiment għall-ħames snin li ġejjin. |
b. |
Aħna nħeġġu, jekk tippermetti d-data, id-diżaggregazzjoni skont il-pajjiż, skont il-livell tal-edukazzjoni u skont it-tip ta’ teknoloġija, għall-pajjiżi kollha tal-UE, kif ukoll valutazzjoni komparattiva ma’ reġjuni oħra tad-dinja. |
2. L-immappjar tat-teknoloġiji tal-edukazzjoni diġitali fis-sistemi edukattivi tal-UE
a. |
Valutazzjoni tal-implimentazzjoni tat-teknoloġiji tal-edukazzjoni diġitali fis-sistemi edukattivi tal-UE. Sa liema punt l-iskejjel pubbliċi/il-ministeri tal-edukazzjoni adottaw soluzzjonijiet diġitali bħala parti mill-għażliet pedagoġiċi tagħhom? Liema minn dawn ġew adottati biex jirrispondu għall-pandemija? X’miżuri qegħdin jittieħdu biex l-għalliema jkunu jistgħu japproprijaw dawn it-teknoloġiji? F’każ ta’ penetrazzjoni bil-mod, x’inhuma l-ostakli? |
b. |
It-teknoloġiji kollha tal-edukazzjoni diġitali identifikati hawn fuq se jiġu kklassifikati, skont il-livell edukattiv (primarju, sekondarju u terzjarju), f’mill-inqas erba’ kategoriji (li għandhom jiġu rieżaminati mit-tim ta’ riċerka):
|
c. |
Kull soluzzjoni se tiġi vvalutata permezz ta’ kriterji differenti, inklużi:
|
3. Żvilupp ta’ għodda tal-ikkostjar
a. |
Abbażi tar-riżultati tal-valutazzjoni mwettqa fil-punt 2, it-timijiet tar-riċerka u tal-BEI se jagħżlu b’mod konġunt teknoloġija tal-edukazzjoni diġitali waħda billi jitgħallmu l-objettiv (tagħlim adattiv, tagħlim remot/imħallat u valutazzjonijiet formattivi) u l-livell edukattiv. |
b. |
It-tim ta’ riċerka se jiżviluppa, għal kull waħda mit-teknoloġiji tal-edukazzjoni diġitali magħżula, għodda tal-ispejjeż faċli għall-utent li aktar tard tista’ tintuża mill-promoturi biex jidentifikaw il-ħtiġijiet ta’ investiment tagħhom biex jadottaw it-teknoloġiji magħżula. |
4. Evalwazzjonijiet tal-impatt
a. |
It-tim ta’ riċerka se jevalwa b’mod rigoruż l-effett kawżali ta’ mill-inqas teknoloġija waħda tal-edukazzjoni diġitali skont il-livell edukattiv fuq ir-riżultati tat-tagħlim. |
b. |
L-analiżi kwantitattiva se tkun ikkumplimentata minn proċess ta’ evalwazzjoni biex jiġi ddokumentat kif jevolvi l-użu tagħha kif ukoll is-sodisfazzjon tal-partijiet ikkonċernati. |
L-imsieħeb fir-riċerka huwa mħeġġeġ jipproponi mistoqsijiet ta’ riċerka komplementari, suġġetti u metodoloġiji ta’ riċerka li jsaħħu l-analiżi ġenerali, sakemm jiġu inklużi l-erba’ punti ewlenin.
Il-proposti għandhom jitressqu bl-Ingliż sal-15 ta’ Novembru 2021 f’24: 00 (CET). Il-proposti mressqa wara din id-data mhux se jiġu kkunsidrati. Il-proposti għandhom jintbagħtu bil-posta elettronika lil:
Events.EIBInstitute@eib.org
Għal aktar informazzjoni eżawrjenti dwar il-proċess tal-għażla tal-EIBURS u dwar l-Istitut tal-BEI, jekk jogħġbok żur: http://institute.eib.org/
(1) Il-Pjan ta’ Azzjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Edukazzjoni Diġitali 2021–2027.
(2) 10 tabelli li jispjegaw is-Suq tat-Teknoloġija Edukattiva Globali – HolonIQ
(3) Ara, pereżempju: “ILO-UNESCO-WBG Stħarriġ Konġunt dwar l-Edukazzjoni u t-Taħriġ Tekniċi u Vokazzjonali (TVET) u l-Iżvilupp tal-Ħiliet matul iż-żmien tal-COVID-19”, kif ukoll l-Istħarriġ Rappreżentattiv fost 1 031 għalliem Ġermaniż fil-perjodu 2–8 ta’ April 2020. https://deutsches-schulportal.de/unterricht/das-deutsche-schulbarometer-spezial-corona-krise/
(4) Hanushek and Woessmann (2020), “The Economic Impacts of Learning Losses”.
(5) Meta wieħed iqis li l-Unjoni Ewropea għandha 24,5 miljun student tal-iskola primarja u 36 miljun student tal-iskola sekondarja, u bl-użu tal-ispejjeż għal kull student stmati fil-Bertelsmann Foundation (2017): Tagħmir tal-IT fl-iskejjel. Il-muniċipalitajiet jeħtieġu appoġġ għal kompitu kontinwu ta’ diversi biljuni
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI
Il-Kummissjoni Ewropea
20.9.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 380/15 |
Notifika ta’ bidu ta’ rieżami interim parzjali tal-miżuri kompensatorji applikabbli għal importazzjonijiet ta’ ċerta trota qawsalla li toriġina mir-Repubblika tat-Turkija
(2021/C 380/05)
Il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) iddeċidiet, fuq inizjattiva tagħha stess, li tibda rieżami parzjali interim skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”).
1. Prodott taħt rieżami
Il-prodott suġġett għal rieżami huwa t-trota qawsalla (Oncorhynchus mykiss)
— |
ħajja, li tiżen 1,2 kg kull waħda jew anqas, jew |
— |
friska, imkessħa, iffriżata u/jew affumikata:
|
li joriġina mir-Repubblika tat-Turkija (il-pajjiż ikkonċernat) u li fil-preżent jaqa’ taħt il-kodiċijiet NM ex 0301 91 90, ex 0302 11 80, ex 0303 14 90, ex 0304 42 90, ex 0304 82 90 u ex 0305 43 00 (il-kodiċi TARIC 0301919011, 0302118011, 0303149011, 0304429010, 0304829010 u 0305430011) (“il-prodott taħt rieżami). Il-kodiċijiet NM u TARIC qed jingħataw għall-informazzjoni biss.
2. Miżuri eżistenti
Il-miżuri li hemm fis-seħħ bħalissa huma dazju kumpensatorju definittiv impost bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/823 (2).
3. Raġunijiet għar-rieżami
Hemm biżżejjed evidenza li turi li ċ-ċirkostanzi rigward is-sussidjar li abbażi tagħhom il-miżuri eżistenti ġew imposti nbidlu u li dawn il-bidliet huma ta’ natura dejjiema.
B’mod aktar speċifiku, saru bidliet sinifikanti fl-istruttura u t-termini tal-implimentazzjoni tas-sussidji mogħtija mill-Gvern Tork lill-produtturi tat-troti qawsalla mill-2016 ’l hawn. Dawn il-bidliet, li jidhru li għandhom natura dejjiema, wasslu għal tnaqqis ta’ sussidji diretti riċevuti mill-produtturi Torok tat-trota qawsalla.
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li hemm biżżejjed evidenza li turi li ċ-ċirkostanzi rigward is-sussidjar inbidlu ħafna, li l-bidliet huma ta’ natura dejjiema, u għalhekk jeħtieġ li jsir rieżami tal-miżuri għall-produtturi esportaturi kollha.
Il-Kummissjoni tirriżerva d-dritt li tinvestiga kull prattika oħra ta’ sussidju rilevanti li jistgħu jiġu żvelati matul l-investigazzjoni.
4. Proċedura
Meta stabbilixxiet, wara li infurmat lill-Istati Membri li hemm biżżejjed evidenza sabiex ikun iġġustifikat il-bidu ta’ rieżami interim parzjali limitat għall-eżami tal-livell ta’ sussidju, il-Kummissjoni qed tagħti bidu għal rieżami b’konformità mal-Artikolu 19(1) tar-Regolament bażiku. Nota li fiha l-informazzjoni relevanti kollha f’dan l-istadju hija disponibbli għall-partijiet interessati kollha għall-ispezzjoni. L-investigazzjoni se teżamina l-livell ta’ sussidjar sabiex tistabbilixxi l-ħtieġa għal impożizzjoni kontinwa tal-miżuri bir-rata attwali.
Il-Gvern tal-pajjiż ikkonċernat ġie mistieden għal konsultazzjonijiet f’konformità mal-Artikolu 10(7) tar-Regolament antisussidji bażiku.
Il-Kummissjoni tiġbed l-attenzjoni tal-partijiet li wara t-tifqigħa tal-COVID-19 ġiet ippubblikata Notifika (3) dwar il-konsegwenzi tat-tifqigħa tal-COVID-19 fuq l-investigazzjonijiet anti-dumping u antisussidji li jistgħu jkunu applikabbli għal dan il-proċediment.
4.1. Il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami
L-investigazzjoni tkopri l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2020 sal-31 ta’ Diċembru 2020 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami”).
4.2. Investigazzjoni fuq il-produtturi esportaturi
Il-proċedura għall-għażla tal-produtturi esportaturi li għandhom jiġu investigati fil-pajjiż ikkonċernat
(a)
Minħabba l-għadd kbir potenzjali ta’ produtturi esportaturi fil-pajjiż ikkonċernat li huma involuti f’dan il-proċediment, u sabiex l-investigazzjoni titlesta fil-limiti ta’ żmien statutorji, il-Kummissjoni tista’ tillimita l-għadd ta’ produtturi esportaturi li jridu jiġu investigati għal għadd raġonevoli billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “kampjunar”). Il-kampjunar se jsir f’konformità mal-Artikolu 27 tar-Regolament bażiku.
Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk huwiex meħtieġ il-kampjunar, u jekk dan ikun il-każ, biex tagħżel kampjun, il-produtturi esportaturi kollha, jew ir-rappreżentanti li jaġixxu f’isimhom, huma b’dan mitluba jipprovdu lill-Kummissjoni l-informazzjoni dwar il-kumpanija/i tagħhom fi żmien sebat (7) ijiem mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika. Din l-informazzjoni trid tingħata permezz ta’ TRON.tdi fl-indirizz li ġej:
https://tron.trade.ec.europa.eu/tron/tdi/form/R749_SAMPLING_FORM_FOR_EXPORTING_PRODUCER
L-informazzjoni dwar l-aċċess għal Tron tinstab fit-Taqsima 4.3.
Biex tikseb l-informazzjoni li jidhrilha li hija meħtieġa għall-għażla tal-kampjun ta’ produtturi esportaturi, il-Kummissjoni kkuntattjat ukoll lill-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat u tista’ tikkuntattja lil kwalunkwe assoċjazzjoni magħrufa ta’ produtturi esportaturi.
Jekk ikun meħtieġ kampjun, il-produtturi esportaturi jistgħu jintgħażlu skont l-akbar volum rappreżentattiv ta’ esportazzjonijiet lejn l-Unjoni li jista’ jiġi investigat b’mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli. Il-produtturi esportaturi kollha magħrufa, l-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat u l-assoċjazzjonijiet ta’ produtturi esportaturi se jiġu mgħarrfa mill-Kummissjoni, permezz tal-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat, jekk ikun xieraq, dwar il-kumpaniji magħżula biex ikunu fil-kampjun.
Ladarba l-Kummissjoni tkun irċeviet l-informazzjoni meħtieġa biex tagħżel kampjun ta’ produtturi esportaturi, se tinforma lill-partijiet ikkonċernati bid-deċiżjoni tagħha dwar jekk ġewx inklużi fil-kampjun. Il-produtturi esportaturi fil-kampjun se jkollhom jippreżentaw kwestjonarju mimli fi żmien 30 jum mid-data tan-notifika li ġie deċiż li jiddaħħlu fil-kampjun, kemm-il darba ma jkunx speċifikat mod ieħor
Kopja ta’ dan il-kwestjonarju għall-produtturi esportaturi hija disponibbli fil-file li jistgħu jikkonsultawh il-partijiet interessati u fuq is-sit web tad-DĠ Kummerċ:
https://trade.ec.europa.eu/tdi/case_details.cfm?id=2543
Il-Kummissjoni se żżid nota li tirrifletti l-għażla tal-kampjun fil-file li jistgħu jikkonsultawh il-partijiet interessati. Kull kumment dwar l-għażla tal-kampjun irid jasal fi żmien tlett (3) ijiem mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni dwar il-kampjun.
Il-kwestjonarju se jkun disponibbli wkoll għal kwalunkwe assoċjazzjoni magħrufa tal-produtturi esportaturi, u għall-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat.
Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku, il-kumpaniji li jkunu qablu mal-inklużjoni possibbli tagħhom fil-kampjun iżda li ma jintgħażlux biex ikunu fil-kampjun se jitqiesu li qed jikkooperaw (“il-produtturi esportaturi mhux inklużi fil-kampjun li kkooperaw”). Mingħajr preġudizzju għat-Taqsima (b) hawn taħt, id-dazju kumpensatorju li jista’ jiġi applikat għall-importazzjonijiet mill-produtturi esportaturi mhux inklużi fil-kampjun li kkooperaw ma għandux jaqbeż l-ammont medju pponderat ta’ sussidju stabbilit għall-produtturi esportaturi fil-kampjun (4).
(b)
Skont l-Artikolu 27(3) tar-Regolament bażiku, il-produtturi esportaturi mhux inklużi fil-kampjun li kkooperaw jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi l-ammont individwali ta’ sussidjar kumpensabbli tagħhom. Il-produtturi esportaturi li jixtiequ jagħmlu talba għal ammont ta’ sussidjar kumpensabbli individwali jridu jimlew il-kwestjonarju u jirritornawh debitament mimli fi żmien 30 jum mid-data tan-notifika tal-għażla tal-kampjun, kemm-il darba ma jkunx speċifikat mod ieħor. Kopja tal-kwestjonarju għall-produtturi esportaturi hija disponibbli fil-file li jistgħu jikkonsultawh il-partijiet interessati u fis-sit web tad-DĠ Kummerċ:
https://trade.ec.europa.eu/tdi/case_details.cfm?id=2543
Il-Kummissjoni se teżamina jekk il-produtturi esportaturi mhux inklużi fil-kampjun li jikkooperaw jistgħux jingħataw ammont ta’ sussidjar kumpensabbli individwali f’konformità mal-Artikolu 27(3) tar-Regolament bażiku.
Madankollu, il-produtturi esportaturi mhux inklużi fil-kampjun li kkooperaw, li jitolbu ammont ta’ sussidjar kumpensabbli individwali, għandhom ikunu konxji li l-Kummissjoni xorta waħda tista’ tiddeċiedi li ma tikkalkulax l-ammont ta’ sussidjar kumpensabbli individwali tagħhom jekk, pereżempju, l-għadd ta’ produtturi esportaturi mhux inklużi fil-kampjun li kkooperaw tant ikun kbir li jkun wisq diffiċli biex dan jiġi stabbilit u minħabba f’hekk l-investigazzjoni ma tkunx tista’ titlesta fil-ħin.
4.3. Partijiet interessati
Il-partijiet jistgħu jipparteċipaw biss fl-investigazzjoni bħala parti interessata mill-mument meta jippreżentaw lilhom infushom, u dment li jkun hemm rabta oġġettiva bejn l-attivitajiet tagħhom u l-prodott taħt rieżami. Il-fatt li wieħed jitqies bħala parti interessata huwa mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku.
L-aċċess għall-file għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati jsir permezz ta’ Tron.tdi f’dan l-indirizz: https://webgate.ec.europa.eu/tron/TDI. Segwi l-istruzzjonijiet fuq din il-paġna sabiex tikseb aċċess.
4.4. Preżentazzjonijiet oħrajn bil-miktub
Soġġett għad-dispożizzjonijiet ta’ din in-Notifika, il-partijiet interessati kollha huma b’dan mistiedna jesprimu l-opinjonijiet tagħhom, jippreżentaw l-informazzjoni u jipprovdu evidenza ta’ sostenn. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, din l-informazzjoni u l-evidenza ta’ sostenn iridu jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Sabiex tikseb l-informazzjoni li tqis bħala meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarji lill-partijiet interessati li ppreżentaw ruħhom.
4.5. Possibbiltà ta’ smigħ mis-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni
Il-partijiet kollha interessati jistgħu jitolbu li jinstemgħu mis-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni. Kull talba għal seduta ta’ smigħ trid issir bil-miktub u trid tispeċifika r-raġunijiet għat-talba kif ukoll sommarju ta’ dak li l-parti interessata tixtieq tiddiskuti waqt is-seduta ta’ smigħ. Is-seduta ta’ smigħ tkun limitata għall-kwistjonijiet stabbiliti minn qabel mill-partijiet interessati bil-miktub.
Fil-prinċipju, is-seduti ta’ smigħ mhux se jintużaw biex tiġi ppreżentata informazzjoni fattwali li ma tkunx għadha ddaħħlet fil-file. Madankollu, fl-interess ta’ amministrazzjoni tajba u sabiex is-servizzi tal-Kummissjoni jkunu jistgħu jimxu ’l quddiem bl-investigazzjoni, il-partijiet interessati jistgħu jintalbu jipprovdu informazzjoni fattwali ġdida wara seduta ta’ smigħ.
4.6. Struzzjonijiet dwar il-preżentazzjonijiet bil-miktub u biex jintbagħtu l-kwestjonarji mimlijin u l-korrispondenza
L-informazzjoni ppreżentata lill-Kummissjoni għall-fini ta’ investigazzjonijiet għad-difiża tal-kummerċ għandha tkun ħielsa mid-drittijiet tal-awtur. Il-partijiet interessati, qabel ma jissottomettu lill-Kummissjoni informazzjoni u / jew data li hija soġġetta għal drittijiet ta’ awtur ta’ partijiet terzi, iridu jitolbu permess speċifiku lid-detentur tad-drittijiet tal-awtur biex jippermetti b’mod espliċitu lill-Kummissjoni:
a) |
tuża l-informazzjoni u d-data għall-iskop ta’ dan il-proċediment ta’ difiża tal-kummerċ u |
b) |
tipprovdi l-informazzjoni u / jew id-data lill-partijiet interessati f’din l-investigazzjoni f’forma li tippermettilhom jeżerċitaw id-drittijiet tad-difiża tagħhom. |
Il-preżentazzjonijiet bil-miktub kollha, inkluża l-informazzjoni mitluba f’din in-Notifika, il-kwestjonarji mimlija u l-korrispondenza pprovduta mill-partijiet interessati li għalihom jintalab trattament kunfidenzjali għandhom jiġu mmarkati “Sensitive (5)” (Informazzjoni Sensittiva). Il-partijiet li jippreżentaw informazzjoni matul din l-investigazzjoni huma mistiedna jagħtu raġunijiet għat-talba tagħhom għal trattament kunfidenzjali.
Il-partijiet li jipprovdu informazzjoni li tkun “Sensittiva” huma mitluba jipprovdu sommarji mhux kunfidenzjali tagħha skont l-Artikolu 29(2) tar-Regolament bażiku, filwaqt li jimmarkawha “For inspection by interested parties” (Għall-konsultazzjoni mill-partijiet interessati). Dawn is-sommarji jridu jkunu ddettaljati biżżejjed biex jippermettu li s-sustanza tal-informazzjoni ppreżentata b’mod kunfidenzjali tinftiehem b’mod raġonevoli.
Jekk il-parti li tipprovdi l-informazzjoni kunfidenzjali tonqos milli tagħti raġunijiet ġusti għal talba ta’ trattament kunfidenzjali jew ma tipprovdix sommarju mhux kunfidenzjali tagħha fil-format u bil-kwalità mitluba, il-Kummissjoni tista’ tinjora tali informazzjoni kemm-il darba ma jkunx jista’ jintwera b’mod sodisfaċenti minn sorsi xierqa li l-informazzjoni hija korretta.
Il-partijiet interessati huma mistiedna jressqu l-preżentazzjonijiet u t-talbiet kollha permezz ta’ TRON.tdi (https://tron.trade.ec.europa.eu/tron/TDI) inklużi dokumenti skennjati ta’ prokuri u ta’ ċertifikazzjoni. Meta jużaw TRON.tdi jew il-posta elettronika, il-partijiet interessati jkunu qed jesprimu l-qbil tagħhom mar-regoli applikabbli għall-preżentazzjonijiet elettroniċi li jinsabu fid-dokument “CORRESPONDENCE WITH THE EUROPEAN COMMISSION IN TRADE DEFENCE CASES” (KORRISPONDENZA MAL-KUMMISSJONI EWROPEA F’KAŻIJIET TA’ DIFIŻA TAL-KUMMERĊ) ippubblikat fis-sit web tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ: http://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2011/june/tradoc_148003.pdf.
Il-partijiet interessati jridu jindikaw isimhom, l-indirizz, in-numru tat-telefon u indirizz tal-posta elettronika validu u għandhom jiżguraw li l-indirizz tal-posta elettronika pprovdut ikun indirizz tal-posta elettronika tax-xogħol uffiċjali, li jaħdem u li jiġi vverifikat kuljum. Ladarba jiġu pprovduti d-dettalji ta’ kuntatt, il-Kummissjoni tikkomunika mal-partijiet interessati permezz ta’ TRON.tdi jew tal-posta elettronika biss, sakemm ma jitolbux li jirċievu d-dokumenti kollha mingħand il-Kummissjoni b’mezz ieħor ta’ komunikazzjoni jew sakemm in-natura tad-dokument li jrid jintbagħat ma tkunx teħtieġ l-użu tal-posta rreġistrata.
Għal regoli u għal informazzjoni ulterjuri dwar il-korrispondenza mal-Kummissjoni, inklużi l-prinċipji li japplikaw għall-preżentazzjonijiet bi TRON.tdi u bil-posta elettronika, jenħtieġ li l-partijiet interessati jikkonsultaw l-istruzzjonijiet ta’ komunikazzjoni mal-partijiet interessati msemmija hawn fuq.
L-indirizz tal-Kummissjoni għall-korrispondenza:
European Commission |
Directorate-General for Trade |
Directorate G |
Uffiċċju: CHAR 04/039 |
1049 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
TRON.tdi: https://tron.trade.ec.europa.eu/tron/tdi
Indirizz tal-posta elettronika: TRADE-R749-TROUT-SUBSIDY@ec.europa.eu
5. Skeda tal-investigazzjoni
L-investigazzjoni se tintemm, skont l-Artikolu 22(1) tar-Regolament bażiku, fi żmien 15-il xahar mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
6. Possibbiltà li jsiru kummenti dwar il-preżentazzjonijiet ta’ partijiet oħra
Sabiex jiġu ggarantiti d-drittijiet tad-difiża, jenħtieġ li l-partijiet interessati jkollhom il-possibbiltà li jikkummentaw dwar l-informazzjoni ppreżentata minn partijiet interessati oħra. Meta jagħmlu dan, il-partijiet interessati jistgħu biss jindirizzaw kwistjonijiet imqajma fil-preżentazzjonijiet ta’ partijiet interessati oħra u ma jistgħux jintroduċu kwistjonijiet ġodda.
Jenħtieġ li l-kummenti dwar l-informazzjoni pprovduta minn partijiet interessati oħra b’reazzjoni għall-iżvelar tas-sejbiet definittivi, jiġu ppreżentati fi żmien ħamest (5) ijiem mill-iskadenza għal kummenti dwar is-sejbiet definittivi, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Jekk ikun hemm żvelar finali addizzjonali, il-kummenti mressqa minn partijiet interessati oħra b’reazzjoni għal dan l-iżvelar ulterjuri għandhom isiru fi żmien ġurnata mill-iskadenza għall-kummenti dwar dan l-iżvelar ulterjuri, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.
L-iskeda ta’ żmien indikata hija mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Kummissjoni li titlob għal informazzjoni addizzjonali mingħand il-partijiet interessati f’każijiet debitament ġustifikati.
7. Estensjoni għal-limiti ta’ żmien speċifikati f’din in-Notifika
Kull estensjoni għal-limiti ta’ żmien previsti f’din in-Notifika għandha tintalab biss f’ċirkostanzi eċċezzjonali u għandha tingħata biss jekk tkun debitament ġustifikata abbażi ta’ raġuni valida. Fi kwalunkwe każ, kull estensjoni għall-iskadenza biex jitwieġbu l-kwestjonarji tkun normalment limitata għal tlett (3) ijiem, u bħala regola ma taqbiżx is-sebat (7) ijiem. Fir-rigward tal-limiti ta’ żmien għall-preżentazzjoni ta’ informazzjoni oħra speċifikata fin-Notifika ta’ Bidu, l-estensjonijiet ikunu limitati għal tlett (3) ijiem sakemm ma jintwerewx xi ċirkostanzi eċċezzjonali.
8. Nonkooperazzjoni
F’każijiet fejn xi parti interessata tirrifjuta l-aċċess għall-informazzjoni meħtieġa jew ma tipprovdihiex fil-limiti ta’ żmien, jew tfixkel b’mod sinifikanti l-investigazzjoni, jistgħu jiġu stabbiliti konklużjonijiet, sew jekk pożittivi kif ukoll jekk negattivi, abbażi tal-fatti disponibbli, skont l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku.
Fejn jinstab li xi parti interessata tkun ipprovdiet informazzjoni falza jew qarrieqa, l-informazzjoni tista’ tiġi injorata u jistgħu jintużaw il-fatti disponibbli.
Jekk parti interessata ma tikkooperax jew tikkoopera parzjalment biss u l-konklużjonijiet ikunu għalhekk ibbażati fuq il-fatti disponibbli f’konformità mal-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku, ir-riżultat jista’ jkun inqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku tkun ikkoperat.
In-nuqqas ta’ tweġiba kompjuterizzata ma għandux jiġi kkunsidrat bħala nuqqas ta’ kooperazzjoni, kemm-il darba l-parti interessata turi li l-preżentazzjoni tat-tweġiba kif mitlub tkun tirriżulta f’piż żejjed mhux raġonevoli jew fi spiża addizzjonali mhux raġonevoli. Jenħtieġ li l-parti interessata tikkuntattja immedjatament lill-Kummissjoni.
9. Uffiċjal tas-Seduta
Il-partijiet interessati jistgħu jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta għal proċedimenti kummerċjali. L-Uffiċjal tas-Seduta jeżamina t-talbiet għall-aċċess għall-file, it-tilwim marbut mal-kunfidenzjalità tad-dokumenti, it-talbiet għal estensjoni tal-limiti ta’ żmien u kull talba oħra dwar id-drittijiet tad-difiża tal-partijiet interessati u tal-partijiet terzi li jistgħu jirriżultaw matul il-proċediment.
L-Uffiċjal tas-Seduta jista’ jorganizza seduti ta’ smigħ u jagħmilha ta’ medjatur bejn il-parti(jiet) interessata/i u s-servizzi tal-Kummissjoni sabiex jiżgura li d-drittijiet tad-difiża tal-partijiet interessati jkunu qed jiġu eżerċitati bis-sħiħ. Jenħtieġ li t-talba għal seduta ta’ smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta ssir bil-miktub u jenħtieġ li tispeċifika r-raġunijiet għat-talba. L-Uffiċjal tas-Seduta jeżamina r-raġunijiet għat-talbiet. Jenħtieġ li dawn is-seduti ta’ smigħ isiru biss jekk il-kwistjonijiet ma jkunux ġew solvuti mas-servizzi tal-Kummissjoni fi żmien debitu.
Kull talba trid tiġi ppreżentata fi żmien raġonevoli u f’qasir żmien sabiex ma xxekkilx l-andament tajjeb tal-proċedimenti. Għal dan il-għan, jenħtieġ li l-partijiet interessati jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta minn kmieni kemm jista’ jkun wara li jseħħ il-każ li jiġġustifika tali intervent. L-Uffiċjal tas-Seduta jeżamina wkoll ir-raġunijiet għal talbiet għal interventi, in-natura tal-kwistjonijiet imqajma u l-impatt ta’ dawn il-kwistjonijiet fuq id-drittijiet tad-difiża, filwaqt li debitament iqis l-interessi ta’ amministrazzjoni tajba u t-tlestija f’waqtha tal-investigazzjoni.
Għal iktar informazzjoni u għad-dettalji ta’ kuntatt, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġni web tal-Uffiċjal tas-Seduta fuq is-sit web tad-DĠ Kummerċ:
http://ec.europa.eu/trade/trade-policy-and-you/contacts/hearing-officer/.
10. Ipproċessar ta’ data personali
Kull data personali li tinġabar f’din l-investigazzjoni se tiġi trattata skont ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. (6)
Notifika dwar il-protezzjoni tad-data li tinforma lill-individwi kollha dwar l-ipproċessar tad-data personali fil-qafas tal-attivitajiet tad-difiża tal-kummerċ tal-Kummissjoni tinsab fis-sit web tad-DĠ Kummerċ:
http://ec.europa.eu/trade/policy/accessing-markets/trade-defence
(1) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 55.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/823 tal-20 ta’ Mejju 2021 li jimponi dazju kompensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti troti qawsalla li joriġinaw mit-Turkija wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. (ĠU L 183, 25.5.2021, p. 5).
(3) https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX%3A52020XC0316%2802%29 “Dwar it-tifqigħa ta’ COVID-19 fuq investigazzjonijiet anti-dumping u antisussidji” (ĠU C86, 16.03.2020, p. 6).
(4) Skont l-Artikolu 15(3) tar-Regolament bażiku, ma għandhomx jitqiesu l-ammonti żero u de minimis kollha tas-sussidji kumpensabbli u l-ammonti tas-sussidji kumpensabbli stabbiliti fiċ-ċirkostanzi msemmijin fl-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku.
(5) Dokument immarkat ‘Sensitive’ huwa dokument li jitqies li hu kunfidenzjali skont l-Artikolu 29 tar-Regolament bażiku u l-Artikolu 12 tal-Ftehim dwar is-Sussidji u l-Miżuri Kompensatorji. Huwa wkoll dokument protett skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).
(6) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE ĠU L295, 21.11.2018, p. 39.