ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 370

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 64
15 ta' Settembru 2021

Werrej

Paġna

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

RAKKOMANDAZZJONIJIET

Il-Bank Ċentrali Ewropew

2021/C 370/01

Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-7 ta’ Settembru 2021 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Banca d’Italia (BĊE/2021/41)

1

II   Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

2021/C 370/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10261 — USTC/CM Biomass Partners) ( 1 )

2

2021/C 370/03

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10380 — Hg/TA/Insightsoftware) ( 1 )

3

2021/C 370/04

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ M.10232 — Brose/Sitech) ( 1 )

4

IV   Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

2021/C 370/05

Rata tal-kambju tal-euro — L-14 ta’ Settembru 2021

5

V   Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

2021/C 370/06

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10441 — Bridgepoint/FFL/ACT) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

6

2021/C 370/07

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10421 — Primonial/Société Générale/OPG Window) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

8

2021/C 370/08

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9987 – NVIDIA/Arm) ( 1 )

10

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

RAKKOMANDAZZJONIJIET

Il-Bank Ċentrali Ewropew

15.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 370/1

RAKKOMANDAZZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tas-7 ta’ Settembru 2021

lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Banca d’Italia

(BĊE/2021/41)

(2021/C 370/01)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro huma awditjati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

(2)

Il-mandat tal-awdituri esterni preżenti tal-Banca d’Italia, BDO Italia S.p.A., intemm wara l-awditu għas-sena finanzjarja 2020. Għalhekk jenħtieġ li jinħatru awdituri esterni mis-sena finanzjarja 2021.

(3)

Il-Banca d’Italia għażel lil Deloitte & Touche S.p.A. bħala l-awdituri esterni tiegħu għas-snin finanzjarji 2021 sa 2022,

ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

Huwa rrakkomandat illi Deloitte & Touche S.p.A. għandhom jinħatru bħala l-awdituri esterni tal-Banca d’Italia għas-snin finanzjarji 2021 sa 2022.

Magħmul fi Frankfurt am Main, is-7 ta’ Settembru 2021.

Il-President tal-BĊE

Christine LAGARDE

II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

15.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 370/2

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.10261 — USTC/CM Biomass Partners)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 370/02)

Fit 1 ta’ Settembru 2021, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32021M10261. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.

(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

15.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 370/3

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.10380 — Hg/TA/Insightsoftware)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 370/03)

Fit 30 ta’ Awwissu 2021, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32021M10380. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.

(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

15.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 370/4

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ M.10232 — Brose/Sitech)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 370/04)

Fi 28 ta’ Lulju 2021, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fil-Ġermaniż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt -dokument li jġib in-numru 32021M10232. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.

(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

15.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 370/5

Rata tal-kambju tal-euro (1)

L-14 ta’ Settembru 2021

(2021/C 370/05)

1 euro =

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1814

JPY

Yen Ġappuniż

130,08

DKK

Krona Daniża

7,4361

GBP

Lira Sterlina

0,85260

SEK

Krona Żvediża

10,1453

CHF

Frank Żvizzeru

1,0887

ISK

Krona Iżlandiża

151,20

NOK

Krona Norveġiża

10,1745

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,389

HUF

Forint Ungeriż

350,05

PLN

Zloty Pollakk

4,5542

RON

Leu Rumen

4,9485

TRY

Lira Turka

9,9848

AUD

Dollaru Awstraljan

1,6114

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4951

HKD

Dollaru ta’ Hong Kong

9,1899

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6625

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5870

KRW

Won tal-Korea t’Isfel

1 382,66

ZAR

Rand ta’ l-Afrika t’Isfel

16,8097

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,6168

HRK

Kuna Kroata

7,4760

IDR

Rupiah Indoneżjan

16 857,27

MYR

Ringgit Malażjan

4,9170

PHP

Peso Filippin

58,868

RUB

Rouble Russu

86,1062

THB

Baht Tajlandiż

38,927

BRL

Real Brażiljan

6,1788

MXN

Peso Messikan

23,5067

INR

Rupi Indjan

87,0370

(1)  Sors: rata tal-kambju ta’ referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.

V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

15.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 370/6

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10441Bridgepoint/FFL/ACT)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 370/06)

1.   

Fis-6 ta’ Settembru 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Bridgepoint Group plc, (“Bridgepoint”, ir-Renju Unit),

FFL B.V. (“FFL”, in-Netherlands),

Sustainable Market Solutions B.V u ACT Financial Solutions Group, (flimkien “ACT”, in-Netherlands).

Dan l-avviż jikkonċerna l-akkwist propost ta’ kontroll bi sħab, fis-sens tal-Artikoli 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, ta’ ACT minn Bridgepoint u FFL li hija kkontrollata mill-fundaturi ta’ ACT u l-azzjonisti maġġoritarji attwali.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Bridgepoint: Investimenti tal-portafoll,

FFL: kumpaniji holding,

ACT: tipprovdi soluzzjonijiet tal-enerġija sostenibbli bbażati fuq is-suq, relatati ma’ servizzi ta’ konformità ambjentali, sostenibbiltà korporattiva, fuels u materja prima, u strumenti finanzjarji.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jitqies għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja trid tiġi dejjem indikata:

M.10441 — Bridgepoint/FFL/ACT

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË

(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.

15.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 370/8

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10421 — Primonial/Société Générale/OPG Window)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 370/07)

1.   

Fis-7 ta’ Settembru 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Primonial Real Estate Investment Management (“Primonial REIM”, Franza), ikkontrollata mill-grupp Bridgepoint (“Bridgegroup”, ir-Renju Unit) u Latour Group (“Latour”, Franza);

Sogécap (Franza), ikkontrollata mill-grupp Société Générale (“Société Générale”, Franza); kif ukoll,

OPG Window (Franza).

Primonial REIM u Sogécap jakkwistaw, fis-sens tal-Artikoli 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab tal-Assi fil-Mira.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Primonial REIM: investimenti fi proprjetà immobbli inklużi r-riċerka, l-iżvilupp u d-distribuzzjoni ta’ soluzzjonijiet ta’ investiment strutturat, assi, u servizzi ta’ ġestjoni tal-investiment fil-proprjetà immobbli;

Sogecap: prodotti ta’ tfaddil u protezzjoni tal-assikurazzjoni tal-ħajja offruti lin-networks Bankarji għall-Konsumaturi u dawk Privati ta’ Société Générale;

OPG Window: assi ta’ proprjetà immobbli magħruf bħala l-bini “Window” li jinsab f’19 Parvis de La Défense, Puteaux, Franza (92).

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jitqies għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja trid tiġi dejjem indikata:

M.10421 — Primonial/Société Générale/OPG Window

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË

(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.

15.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 370/10

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9987 – NVIDIA/Arm)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 370/08)

1.   

Fit-8 ta’ Settembru 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 u wara referenza skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

NVIDIA Corporation (“NVIDIA”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

Arm Limited (“Arm”, ir-Renju Unit), li tappartjeni għas-SoftBank Group Corp. (il-Ġappun).

NVIDIA takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Arm kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

NVIDIA: id-disinn u l-provvista ta’ pjattaformi tal-informatika aċċellerati inklużi unitajiet tal-ipproċessar tal-grafika għal-logħob tal-azzard, ċentri tad-data, viżwalizzazzjoni professjonali, u applikazzjonijiet awtomobilistiċi. Permezz tal-akkwiżizzjoni tagħha ta’ Mellanox, li tlestiet f’April 2020, NVIDIA tipprovdi wkoll prodotti u soluzzjonijiet ta’ interkonnessjoni tan-network;

Arm: l-iżvilupp u l-liċenzjar tal-IP lill-fornituri tas-semikondutturi, għall-użu aħħari fl-apparati mobbli, is-servers taċ-ċentri tad-data, is-sistemi awtomobilistiċi, il-PC u l-Internet tal-Oġġetti, fost l-oħrajn.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja trid tiġi dejjem indikata:

M.9987 — NVIDIA/Arm