|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 369 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 64 |
|
Werrej |
Paġna |
|
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2021/C 369/01 |
|
|
V Avviżi |
|
|
|
ATTI OĦRAJN |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2021/C 369/02 |
|
|
Rettifika |
|
|
|
Rettifika għal Avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali ( ĠU C 363, 9.9.2021 ) |
|
MT |
|
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
14.9.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 369/1 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
It-13 ta’ Settembru 2021
(2021/C 369/01)
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,1780 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
129,62 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4362 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,85120 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
10,1853 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,0873 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
151,40 |
|
NOK |
Krona Norveġiża |
10,1885 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
25,348 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
349,58 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,5518 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,9453 |
|
TRY |
Lira Turka |
9,9468 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,6015 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,4931 |
|
HKD |
Dollaru ta’ Hong Kong |
9,1641 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,6575 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,5821 |
|
KRW |
Won tal-Korea t’Isfel |
1 383,74 |
|
ZAR |
Rand ta’ l-Afrika t’Isfel |
16,7103 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,6059 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,4775 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
16 787,94 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,8893 |
|
PHP |
Peso Filippin |
58,819 |
|
RUB |
Rouble Russu |
85,8875 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
38,762 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
6,1563 |
|
MXN |
Peso Messikan |
23,4010 |
|
INR |
Rupi Indjan |
86,8440 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta’ referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
V Avviżi
ATTI OĦRAJN
Il-Kummissjoni Ewropea
|
14.9.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 369/2 |
Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni dwar l-approvazzjoni ta’ emenda standard għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33.
(2021/C 369/02)
Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata f’konformità mal-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1).
KOMUNIKAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD LI TEMENDA D-DOKUMENT UNIKU
Cava
PDO-ES-A0735-AM10
Data tal-komunikazzjoni: 25 ta’ Ġunju 2021
DESKRIZZJONI TAL-EMENDA APPROVATA U R-RAĠUNIJIET GĦALIHA
1. introduzzjoni ta’ kundizzjonijiet għall-vinji li jipproduċu “guarda superior”
DESKRIZZJONI
Huma stabbiliti r-rekwiżiti li ġejjin: il-vinji użati għall-produzzjoni tal-Cava “Guarda Superior” (“Reserva”, “Gran Reserva” u “Paraje Calificado”) iridu jkunu ċċertifikati bħala organiċi, b’perjodu ta’ tranżizzjoni ta’ ħames snin għall-implimentazzjoni effettiva tal-istatus organiku, u l-vinja trid tkun ilha stabbilita mill-inqas 10 snin.
It-Taqsima 3.a tal-Ispeċifikazzjoni ġiet emendata. L-emenda tikkonċerna l-punt 5(a) [sic] tad-Dokument Uniku.
Din hija emenda standard billi billi titqies li ma taqa’ taħt l-ebda waħda mill-kategoriji previsti fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33.
RAĠUNIJIET
Il-klima speċifika tar-reġjun ta’ Cava, definita minn fatturi bħax-xita, it-temperaturi moderati u x-xemx, tagħmilha possibbli li d-dwieli jitkabbru skont ir-regoli dwar il-biedja organika, biex tingħata spinta lill-bijodiversità fiż-żona tal-madwar. Barra minn hekk, il-konsumaturi qegħdin ifittxu dejjem aktar prodotti organiċi li jiġu prodotti b’mod sostenibbli, u li jirrispettaw iż-żona, il-pajsaġġ u l-ambjent tal-madwar.
Minħabba dan ta’ hawn fuq, il-fatt li s-segment ta’ produzzjoni ta’ livell għoli jiġi esklużivament minn vinji li huma kklassifikati bħala organiċi jagħti lil Cava vantaġġ fuq il-kompetituri diretti tiegħu tal-inbid frizzanti madwar id-dinja, li se jkollhom diffikultà biex jiksbu status organiku, essenzjalment minħabba l-kundizzjonijiet tal-klima naturali taż-żoni ġeografiċi fejn huma bbażati.
Ġie stabbilit perjodu ta’ tranżizzjoni ġeneruż ta’ ħames snin sabiex l-operaturi kollha jkunu jistgħu jagħmlu kull aġġustament li jqisu meħtieġ, biex jiġi ffaċilitat il-proċess ta’ adattament f’termini ta’ proporzjonalità, spejjeż aktar baxxi u ugwaljanza.
Vinja li tkun ilha stabbilita 10 snin ikollha sistema ta’ għeruq żviluppata biżżejjed biex id-dwieli jkunu jistgħu jifilħu għall-flutwazzjonijiet fix-xita li huma tipiċi tal-klima lokali. Wara 10 snin, il-produzzjoni ta’ dielja hija meqjusa regolari u kemm il-vitikultur kif ukoll il-kantina tal-inbid ikunu mmonitorjaw il-kwalità u l-potenzjal tal-għeneb tul numru ta’ snin, biex ikunu jistgħu jiddeċiedu jekk l-għeneb huwiex xieraq għall-produzzjoni tal-inbejjed Cava li għandhom żmien twil ta’ tqaddim.
2. Żieda fiż-żmien minimu tat-tqaddim għall-cava “Reserva”
DESKRIZZJONI
Iż-żmien minimu tat-tqaddim għall-inbejjed Cava “Reserva” żdied minn 15-il xahar għal 18-il xahar.
It-Taqsima 3.b.3 tal-Ispeċifikazzjoni ġiet emendata. Id-Dokument Uniku jibqa’ l-istess.
Din hija emenda standard billi titqies li ma taqa’ taħt l-ebda waħda mill-kategoriji previsti fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33.
RAĠUNIJIET
L-għan huwa li l-inbid Cava “Reserva” jingħata żmien ta’ tqaddim itwal u kwalità ogħla, u b’hekk ukoll isir jintgħaraf aktar mis-segment tal-prodott “Guarda”.
3. stabbiliment ta’ unitajiet ġeografiċi żgħar (żoni u subżoni) u demarkazzjoni taż-żoni ta’ “paraje calificado”
DESKRIZZJONI
Iż-żona ġeografika tad-denominazzjoni ta’ oriġini Cava inqasmet fl-unitajiet ġeografiċi iżgħar li ġejjin: ŻONI, SUBŻONI U ŻONI TA’ “PARAJE CALIFICADO” (“PROPRJETÀ UNIKA KWALIFIKATA CAVA”). Iż-żoni ta’ “paraje calificado” diġà kienu previsti fl-Ispeċifikazzjoni iżda issa din tinkludi l-lista ta’ dawk li diġà ġew rikonoxxuti, flimkien mad-demarkazzjoni eżatta tagħhom.
It-Taqsima 4 tal-Ispeċifikazzjoni ġiet emendata. L-emenda tikkonċerna l-punt 6 tad-Dokument Uniku.
Din hija emenda standard billi titqies li ma taqa’ taħt l-ebda waħda mill-kategoriji previsti fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33.
RAĠUNIJIET
Wieħed mill-fatturi li jippermetti li l-valur tal-inbid jingħata rikonoxximent akbar, u jkun identifikabbli aktar faċilment, huwa l-oriġini tiegħu. Għalhekk kien meqjus meħtieġ li ż-żona tad-denominazzjoni tal-oriġini Cava tinqasam f’żoni, sabiex ikun aktar faċli għall-konsumatur u s-suq li jidentifikaw l-oriġini tal-inbid Cava li jikkunsmaw, u b’hekk il-prodott jingħata valur miżjud.
It-tqassim f’żoni għalhekk huwa maħsub bħala marka ta’ valur u ta’ kwalità għall-kantini tal-inbejjed li jixtiequ jipparteċipaw. Għaldaqstant, ir-referenza għaż-żona fuq it-tikketta hija volontarja.
Hemm tliet livelli ta’ żonar: Fl-ewwel livell, iż-żoni jinqasmu skont il-karatteristiċi klimatiċi u ġeografiċi wiesgħa abbażi tal-konfigurazzjoni tad-denominazzjoni tal-oriġini, li tirriżulta fi tliet żoni distinti. It-tieni livell huwa magħmul minn subżoni li jridu jiġu ddefiniti minn karatteristiċi klimatiċi, orografiċi, storiċi jew umani speċifiċi li jiġġustifikawhom. Fl-aħħar nett, it-tielet livell huwa l-“Paraje Calificado”, li huwa ddefinit mill-identifikazzjoni tal-irqajja’ li huwa magħmul minnhom. Il-karatteristiċi tal-ħamrija, tal-klima u tal-kultivazzjoni jridu jkunu distinti minn dawk taż-żona tal-madwar.
4. Limitazzjoni tar-rendiment massimu tal-vinji għall-cava “Guarda Superior”
DESKRIZZJONI
Ġie stabbilit li r-rendiment massimu tal-vinja għall-produzzjoni tal-Cava “Guarda Superior” (“Reserva”, “Gran Reserva” u “Paraje Calificado”) irid ikun 10 000 kg/ha.
It-Taqsima 5 tal-Ispeċifikazzjoni ġiet emendata. L-emenda tikkonċerna l-punt 5(b) [sic] tad-Dokument Uniku.
Din hija emenda standard billi titqies li ma taqa’ taħt l-ebda waħda mill-kategoriji previsti fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33.
RAĠUNIJIET
Huwa ċar li din hija miżura orjentata lejn il-kwalità, li l-għan tagħha huwa li jittieħed ħsieb tal-vinja u li tiġi ġestita b’tali mod li jinkiseb l-għeneb tal-aħjar kwalità b’konċentrazzjonijiet ta’ zokkor ogħla. Ir-rendimenti aktar baxxi jfissru li l-inbejjed prodotti mill-għeneb riżultanti jkunu aktar bilanċjati, b’livelli ta’ aċidità mistennija ogħla u qawwa alkoħolika probabbli akbar b’kontenut ogħla ta’ zokkor. Dawn il-fatturi huma ideali għal inbejjed b’ħinijiet ta’ tqaddim twal. Il-prattiki tal-ħdim tar-raba’ u tat-tkabbir se jkollhom jiġu adattati għal livelli ta’ produzzjoni aktar baxxi biex l-inbejjed li jirriżultaw ikunu aktar bilanċjati, u jitnaqqas l-istress fuq id-dwieli.
5. Ħolqien tar-reġistru tad-dwieli ta’ “Guarda Superior”
DESKRIZZJONI
Inħoloq reġistru ddedikat għall-vinji li l-għeneb tagħhom huwa xieraq għall-produzzjoni tal-Cava “Guarda Superior” (“Reserva”, “Gran Reserva” u “Paraje Calificado”). Ir-rekwiżiti marbuta mar-reġistrazzjoni u l-konsegwenzi ta’ nuqqas ta’ konformità ġew stabbiliti wkoll.
It-Taqsimiet 3.a u 8.b.i tal-Ispeċifikazzjoni ġew emendati. Id-Dokument Uniku ma huwiex mibdul.
Din hija emenda standard billi titqies li ma taqa’ taħt l-ebda waħda mill-kategoriji previsti fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33.
RAĠUNIJIET
Biex ikunu jistgħu jiġu identifikati l-vinji li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti għall-produzzjoni tal-Cava “Guarda Superior” u biex il-kontroll taċ-ċertifikazzjoni tal-prodott isir eħfef. L-għan huwa wkoll li titrawwem l-ispeċjalizzazzjoni mill-istadju tal-vitikultura, jiġifieri fis-sors, kif ukoll l-impenn li jitkabbru dwieli ta’ “Guarda Superior” u l-aspetti ta’ kwalità marbuta magħhom. Dan ifisser ukoll li l-prattiki taż-żbir, il-fertilizzazzjoni, il-ħdim tar-raba’, il-ħsad u prattiki oħra ta’ kultivazzjoni se jkunu ċċentrati fuq il-kisba ta’ għeneb ta’ kwalità – speċifikament għall-produzzjoni tal-inbid frizzanti Cava, b’fokus fuq aspetti li jissodisfaw id-domanda mill-kantini tal-inbid għal inbejjed bażi bi żminijiet twal ta’ tqaddim – u l-aċidità, il-qawwa alkoħolika u karatteristiċi oħra meħtieġa skont ir-regoli tad-DOP Cava.
Għan addizzjonali huwa li tiġi stabbilita rabta aktar mill-qrib bejn il-vinja, il-vitikultur, l-enologu, il-kantina tal-inbid u l-prodott li għandu jinkiseb.
6. Introduzzjoni ta’ rekwiżiti rigward l-immaniġġjar separat tal-għeneb u l-inbid “Guarda Superior”
DESKRIZZJONI
Ġie stabbilit dan li ġej bħala rekwiżit għall-produzzjoni tal-Cava “Guarda Superior” (“Reserva”, “Gran Reserva” u “Paraje Calificado”): bħala parti mill-proċess ta’ traċċar tal-produzzjoni għall-prodott protett, meta l-għeneb mill-vinji ta’ “Guarda Superior” jasal fil-kantina tal-inbid, dan irid jinħatt b’mod separat mill-bqija tal-għeneb biex jiġi ttikkettat bħala “Guarda Superior” u “Reserva”, “Gran Reserva” jew “Paraje Calificado”.
Bl-istess mod, sabiex jiġi ttikkettat bħala “Guarda Superior” u “Reserva”, “Gran Reserva” jew “Paraje Calificado”, l-inbid bażi użat għall-Cava “Guarda Superior” irid jiġi prodott, ikklassifikat u offrut għall-bejgħ fil-kantina tal-inbid b’mod separat mill-bqija tal-inbid bażi maħsub għall-inbejjed Cava b’mod ġenerali.
It-Taqsima 8.b.iii tal-Ispeċifikazzjoni ġiet emendata. Id-Dokument Uniku ma huwiex mibdul.
Din hija emenda standard billi titqies li ma taqa’ taħt l-ebda waħda mill-kategoriji previsti fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33.
RAĠUNIJIET
Ir-rekwiżiti stabbiliti għall-vinji, jiġifieri r-reġistrazzjoni speċifika, iċ-ċertifikazzjoni organika, l-età minima ta’ 10 snin u t-tnaqqis fir-rendiment, huma fatturi li jridu joħolqu differenzjazzjoni, li jiddistingwu l-Cava “Guarda Superior” f’termini ta’ kwalità.
Huwa għalhekk li huwa meqjus neċessarju li l-għeneb imkabbar f’dawn l-irqajja’ jinħasad separatament minn għeneb imkabbar fi rqajja’ li ma jissodisfawx dawn ir-rekwiżiti. Għalhekk, meta jitgħabba fit-trejlers, l-għeneb mill-irqajja’ deżinjati għal “Guarda Superior” ma jistax jitħallat ma’ għeneb minn irqajja’ li ma humiex ikklassifikati bħala “Guarda Superior”. Għalhekk, fil-kantina tal-inbid, l-għeneb irid jinħatt b’mod separat f’tankijiet separati li jilqgħuh sabiex jiġu żgurati t-traċċabbiltà u l-ipproċessar separat tal-għeneb.
Peress li l-għeneb irid jinħatt b’mod separat u jitqiegħed f’tankijiet differenti fil-kantina tal-inbid, il-proċess kollu tal-produzzjoni tal-inbid bażi, il-klassifikazzjoni u t-tqegħid tiegħu fis-suq iridu jitwettqu b’mod separat, biex tiġi żgurata t-traċċabilità mill-vinja sal-mument li finalment jinkiseb l-inbid bażi Cava. It-taħlit tal-inbejjed mis-segment “Guarda Superior” ma’ nbejjed mis-segment “Guarda” ma huwiex permess. Jekk isir taħlit, it-taħlita titqies bħala nbid li jappartjeni għas-segment Guarda.
7. Introduzzjoni ta’ tapp speċifiku tat-tirage għall-cava “Guarda Superior”
DESKRIZZJONI
Ġie stabbilit li t-tappijiet użati fuq fliexken maħsuba biex jinkludu l-indikazzjonijiet “Guarda Superior” u “Reserva”, “Gran Reserva” u “Paraje Calificado” jridu jkunu mmarkati kif xieraq.
It-Taqsima 8.b.iii tal-Ispeċifikazzjoni ġiet emendata. Id-Dokument Uniku ma huwiex mibdul.
Din hija emenda standard billi titqies li ma taqa’ taħt l-ebda waħda mill-kategoriji previsti fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33.
RAĠUNIJIET
Għal finijiet ta’ traċċabbiltà u biex ikun żgurat li t-tqaddim ikun immonitorjat, huwa essenzjali li jkunu jistgħu jiġu ddifferenzjati l-lottijiet ta’ fliexken ta’ Cava fis-segment “Guarda Superior” li qed jiġu mqaddma mill-fliexken ta’ Cava fis-segment “Guarda”. Għalhekk huwa obbligatorju li t-tappijiet tal-kuruna fuq il-fliexken tal-Cava prodotti bl-inbid bażi mis-segment “Guarda Superior” ikollhom marka speċifika.
Din il-marka se tippermetti lis-servizzi ta’ konformità jimmonitorjaw il-lottijiet tul il-proċess ta’ produzzjoni u jiċċekkjaw l-istokkijiet tal-fliexken u t-tqaddim permezz tal-għadd fiżiku u l-valutazzjoni tad-dikjarazzjonijiet varji li l-operatur huwa meħtieġ li jagħmel.
8. Limitazzjoni dwar id-data tat-tirage għall-cava “Guarda Superior”
DESKRIZZJONI
Għal inbejjed awtorizzati li jkollhom l-indikazzjoni “Guarda Superior” (“Reserva”, “Gran Reserva” u “Paraje Calificado”), it-tirage għandu jsir wara l-1 ta’ Jannar tas-sena wara l-ħsad rilevanti.
It-Taqsima 8.b.iv tal-Ispeċifikazzjoni ġiet emendata. Id-Dokument Uniku ma huwiex mibdul.
Din hija emenda standard billi titqies li ma taqa’ taħt l-ebda waħda mill-kategoriji previsti fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33.
RAĠUNIJIET
L-għan huwa li l-proċess tal-produzzjoni jrendi nbejjed bażi ta’ livell għoli (“Guarda Superior”) b’aktar karattru, biex tiġi evitata l-ħtieġa ta’ interventi fil-kantina tal-inbid jew ta’ prattiki enoloġiċi li jista’ jkollhom impatt negattiv fuq il-kwalità.
9. Bidla fil-pożizzjoni tal-punt li jirrigwarda r-rekwiżit tas-sena tal-vendemmja għall-cava “Paraje Calificado” u emenda għal-limitazzjonijiet fuq il-moviment tal-inbid f’pożizzjoni orizzontali (“en rima”) jew invertita (“en punta”)
DESKRIZZJONI
Ir-rekwiżit li l-Cava “Paraje Calificado” jindika s-sena tal-vendemmja ġie mċaqlaq mit-Taqsima 8.b.iv tal-Ispeċifikazzjoni għat-Taqsima 8.b.vii, li hija l-post xieraq għalih peress li jirrelata mat-tikkettar.
Bl-istess mod, ir-rekwiżit li l-Cava “Paraje Calificado” u “Gran Reserva” ma jiġux offruti għall-bejgħ f’pożizzjoni orizzontali (“en rima”) jew invertita (“en punta”) ġie mċaqlaq għat-Taqsima 8.bx, li hija l-post xieraq għalih peress li jirrelata mal-moviment tal-prodotti.
It-Taqsimiet 8.b.iv, 8.b.vii u 8.b.x tal-Ispeċifikazzjoni ġew emendati. Id-Dokument Uniku ma huwiex mibdul.
Din hija emenda standard billi titqies li ma taqa’ taħt l-ebda waħda mill-kategoriji previsti fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33.
RAĠUNIJIET
Il-bidliet huma titjib editorjali: it-test fl-Ispeċifikazzjoni ġie riordnat għal aktar ċarezza u konsistenza.
10. Introduzzjoni ta’ kundizzjonijiet marbuta mal-użu ta’ unitajiet ġeografiċi iżgħar (żona, subżona u “Paraje Calificado”) dwar it-tikkettar
DESKRIZZJONI
Ingħatat deskrizzjoni ta’ kif u taħt liema kundizzjonijiet jistgħu jintużaw l-unitajiet ġeografiċi iżgħar fil-preżentazzjoni tal-inbid Cava.
Din żdiedet mal-punt 8.b.vi tal-Ispeċifikazzjoni. Id-Dokument Uniku ma huwiex mibdul.
Din hija emenda standard billi titqies li ma taqa’ taħt l-ebda waħda mill-kategoriji previsti fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33.
RAĠUNIJIET
Peress li ġew miżjuda żoni u subżoni ma’ din l-emenda tal-Ispeċifikazzjoni bħala unitajiet ġeografiċi iżgħar, huwa meħtieġ li jiġi rregolat kif dawn l-ismijiet jistgħu jintużaw fil-preżentazzjoni tal-inbid Cava.
11. Introduzzjoni ta’ rekwiżit li tiġi indikata s-sena tal-vendemmja fuq il-cava “Reserva”
DESKRIZZJONI
Ir-rekwiżit li tiġi indikata s-sena tal-ħsad fuq it-tikkettar tal-inbejjed “Cava”, li diġà japplika għall-Cava “Gran Reserva” u “Cava de Paraje”, ġie estiż għall-inbejjed Cava li jużaw it-terminu “Reserva”.
It-Taqsima 8.b.vii tal-Ispeċifikazzjoni ġiet emendata. L-emenda tikkonċerna l-punt 9 tad-Dokument Uniku.
Din hija emenda standard billi titqies li ma taqa’ taħt l-ebda waħda mill-kategoriji previsti fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33.
RAĠUNIJIET
L-indikazzjoni tas-sena tal-vendemmja hija kkunsidrata bħala rekwiżit, mhux biss għall-inbejjed Cava “Gran Reserva” u “Paraje Calificado” iżda wkoll għal “Reserva”. Għalhekk, is-segment “Guarda Superior” kollu jrid jindika s-sena tal-vendemmja fuq it-tikkettar tiegħu. L-għan ta’ din il-miżura huwa li turi l-prodotti fis-segment “Guarda Superior”, billi tenfasizza s-snin differenti tal-vendemmja, kif inhi prattika komuni bl-aqwa nbejjed ta’ denominazzjonijiet oħra kif ukoll fid-DOP Cava.
12. Ħolqien tas-segmenti tal-prodott “Guarda” u “Guarda Superior”
DESKRIZZJONI
Is-segmentazzjoni tinvolvi li ssir distinzjoni bejn żewġ segmenti maġġuri tal-prodotti fid-denominazzjoni ta’ kwalità “Cava”.
Is-segment tal-prodott bit-tikketta “Guarda” jżomm il-karatteristiċi attwali tal-produzzjoni ta’ Cava, filwaqt li nħoloq segment ġdid, “Guarda Superior”, biex jinkludi l-inbejjed Cava bl-indikazzjonijiet “Reserva”, “Gran Reserva” u “Paraje Calificado”.
It-Taqsima 8.b.vii tal-Ispeċifikazzjoni ġiet emendata. L-emenda tikkonċerna l-punt 9 tad-Dokument Uniku.
Din hija emenda standard billi titqies li ma taqa’ taħt l-ebda waħda mill-kategoriji previsti fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33.
RAĠUNIJIET
Qed issir distinzjoni aktar ċara bejn id-diversi tipi u firxiet ta’ prodotti stabbiliti fl-Ispeċifikazzjoni tad-DOP Cava. Dan sar biex ikun eħfef għall-konsumatur li jidentifika l-karatteristiċi ta’ kwalità li jiddefinixxu kull wieħed minn dawn it-tipi u firxiet. Din il-proposta tistabbilixxi regoli ġodda ta’ kwalità u tikkettar għal kull wieħed mit-tipi ta’ prodotti sabiex tagħmilha aktar faċli li tiġi identifikata u ddifferenzjata kull kategorija.
13. Introduzzjoni ta’ siġilli ġodda
DESKRIZZJONI
Ġie stabbilit li t-termini “Guarda” jew “Guarda Superior” iridu jiġu indikati fuq is-siġilli, flimkien mal-oriġini jew l-unità ġeografika iżgħar. Billi t-tikkettar jindika l-unitajiet ġeografiċi iżgħar kif ukoll it-termini “Guarda” jew “Guarda Superior”, l-użu tas-siġill korrispondenti huwa obbligatorju.
It-Taqsima 8.b.viii tal-Ispeċifikazzjoni ġiet emendata. Id-Dokument Uniku ma huwiex mibdul.
Din hija emenda standard billi titqies li ma taqa’ taħt l-ebda waħda mill-kategoriji previsti fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33.
RAĠUNIJIET
Irid jiġi stabbilit disinn ġdid għas-siġill tal-kontroll innumerat, biex ikun aktar faċli għall-konsumaturi li jidentifikaw id-differenza bejn iż-żewġ segmenti, “Guarda” u “Guarda Superior”, kif ukoll l-unità ġeografika iżgħar, fejn xieraq. L-iskop huwa li l-konsumaturi jingħataw informazzjoni aktar ċara, l-ewwel u qabel kollox bil-garanzija mogħtija mis-siġill tad-DOP Cava.
14. Introduzzjoni tat-terminu “Produttur Integrali”
DESKRIZZJONI
Qed jiġi introdott terminu apposta ġdid biex jiddeskrivi kategorija ta’ kantini tal-inbid li l-mudell ta’ produzzjoni ta’ ċiklu sħiħ tagħhom jinvolvi li 100 % tal-proċess tal-ippressar u tal-produzzjoni tal-inbid isir internament, fil-bini tagħhom stess.
L-Anness 8.b.ix tat-terminu “Produttur integrali” jiżdied mal-Ispeċifikazzjoni. L-emenda tikkonċerna l-punt 9 tad-Dokument Uniku.
Din hija emenda standard billi titqies li ma taqa’ taħt l-ebda waħda mill-kategoriji previsti fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33.
RAĠUNIJIET
Inħolqot tikketta speċifika għal kull kantina tal-inbid. Din se titwaħħal mal-flixkun u tifforma parti mit-tikkettar tiegħu, biex tippermetti lill-konsumaturi jidentifikaw dawk il-kantini tal-inbid li jipproduċu 100 % tal-inbid bażi tagħhom fil-bini tagħhom stess. L-għan huwa li tinħoloq differenzazzjoni sabiex il-konsumaturi jkunu jistgħu jiddistingwu mhux bit-tip ta’ prodott iżda wkoll bit-tip ta’ kantina tal-inbid u l-mudell ta’ produzzjoni tagħha, assoċjat f’ċerti ċrieki tal-konsumaturi ma’ tip ta’ produzzjoni aktar artiġjanali u marbut ma’ żona speċifika, aspetti li jistgħu jkunu assoċjati mal-kwalità. Barra minn hekk tipprovdi protezzjoni u rikonoxximent, fi ħdan id-denominazzjoni tal-oriġini, għal dan it-tip ta’ produttur.
15. Kjarifika rigward id-dikjarazzjonijiet obbligatorji
DESKRIZZJONI
Ir-regoli interni dwar id-denominazzjoni tal-oriġini ġew miżjuda bħala ġustifikazzjoni għar-rekwiżit li l-operaturi rreġistrati jissottomettu dikjarazzjonijiet lill-Bord Regolatorju.
It-Taqsima 8.b.xi tal-Ispeċifikazzjoni ġiet emendata. Id-Dokument Uniku ma nbidilx.
Din hija emenda standard billi titqies li ma taqa’ taħt l-ebda waħda mill-kategoriji previsti fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33.
RAĠUNIJIET
Biex tissaħħaħ ir-rabta bejn l-operaturi u r-regoli interni tad-denominazzjoni tal-oriġini u l-obbligu strett li jiġu osservati dawn ir-regoli, sabiex jiġi żgurat kontroll aħjar tal-prodott protett fil-kuntest tal-produzzjoni.
DOKUMENT UNIKU
1. Isem/ismijiet għar-reġistrazzjoni
Cava
2. Tip ta’ indikazzjoni ġeografika
DOP – Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta
3. Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli
|
5. |
Inbid frizzanti ta’ kwalità |
4. Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed
Inbid frizzanti ta’ kwalità
Cava – Abjad jew Rożè: Inbejjed nodfa u luċidi, b’rilaxx kontinwu ta’ diossidu tal-karbonju fl-għamla ta’ bżieżaq żgħar b’forma ta’ żibeġ. Il-kulur tal-Cava abjad ivarja minn isfar ċar sa isfar kulur it-tiben; il-kulur tal-Cava rożè jvarja fl-intensità tiegħu, għajr ir-rożè ta’ kulur vjola. Il-Cava għandu aromi karatteristikament tal-frott, kemxejn aċidużi, friski u bilanċjati, bi ħjiel ta’ rwejjaħ ta’ ħmira.
Cava “Gran Reserva” – Abjad jew Rożè: Inbejjed bilanċjati, bi sfumaturi ta’ frott misjur u ġewż mixwi, b’aromi kumplessi u nodfa, u bi ħjiel tal-kuntatt fit-tul mal-karfa.
Cava “Paraje Calificado” – Abjad jew Rożè: Aromi kumplessi bi sfumaturi tal-minerali proprji taż-żona mħallta perfettament, flimkien ma’ ġewż mixwi. Fuq il-palat, jippreżenta bilanċ strutturali perfett, kremożità u aċidità.
Il-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE tapplika fir-rigward tal-parametri analitiċi, li l-limiti tagħhom ma humiex stabbiliti f’dan id-Dokument Uniku.
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum):
—
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum):
10,8
Aċidità totali minima:
5 g/l espressi bħala aċidu tartariku
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru):
10,83
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru):
160
5. Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid
5.1. Prattiki enoloġiċi essenzjali
Prattika enoloġika essenzjali
L-inbid bażi tal-Cava jista’ jsir biss bil-meraq tal-ewwel tagħsira, b’rendiment massimu ta’ ettolitru wieħed ta’ most/inbid għal kull 150 kg ta’ għeneb. Skont iż-żona, għandu jintuża għeneb b’saħħtu b’kontenut minimu ta’ alkoħol naturali ta’ 8,5 % vol. jew 9 % vol. L-inbejjed bażi għandhom jiġu prodotti biss mill-meraq tat-tagħsir u mill-ebda parti oħra tal-għenba; meta jiġi prodott ir-rożè, mill-inqas 25 % tal-għeneb użat irid ikun varjetajiet ta’ għeneb aħmar.
Meta jkun qed jiġi mmanifatturat Cava “Paraje Calificado”:
|
— |
ir-rendiment massimu huwa 0,6 hl ta’ most għal kull 100 kg ta’ għeneb. |
|
— |
huma pprojbiti dawn li ġejjin: żieda artifiċjali tal-qawwa alkoħolika naturali tal-most u/jew tal-inbid bażi, aċidifikazzjoni, u skulurazzjoni. |
|
— |
l-aċidità totali minima tal-inbid bażi għandha tkun ta’ 5,5 g/l (5 g/l għal inbejjed Cava oħra). |
|
— |
il-pH massimu tal-inbid bażi għandu jkun ta’ 3,3 (3,4 għal inbejjed Cava oħra). |
Prattika ta’ kultivazzjoni
L-irqajja’ ta’ vinji li jipproduċu l-għeneb għandhom jitqiesu bħala xierqa għall-produzzjoni tal-Cava mit-tielet staġun ta’ tkabbir tal-varjetà awtorizzata ’il quddiem. Id-densità tal-pjantaġġun għandha tkun minn 1 500 sa 3 500 stokkijiet għal kull ettaru, permezz tal-metodi tradizzjonali ta’ tħarriġ ma’ sġajriet jew ma’ kannizzati.
L-għeneb użat fil-produzzjoni ta’ nbejjed li huma awtorizzati li jkollhom l-indikazzjonijiet “Reserva”, “Gran Reserva” u “Paraje Calificado” jridu jiġu minn vinji li għandhom mill-inqas 10 snin u li huma ċċertifikati bħala organiċi mill-awtorità kompetenti.
5.2. Rendimenti massimi
|
1. |
Cava 12 000 kg għeneb għal kull ettaru |
|
2. |
80 ettolitru għal kull ettaru |
|
3. |
Cava “Paraje Calificado” 8 000 kg għeneb għal kull ettaru |
|
4. |
48 ettolitru għal kull ettaru |
|
5. |
Cava “Reserva” u “Gran Reserva” 10 000 kg għeneb għal kull ettaru |
|
6. |
66,66 ettolitru għal kull ettaru |
6. Definizzjoni taż-żona demarkata
Iż-żona ġeografika li fiha jista’ jitkabbar l-għeneb u jiġu prodotti l-inbid bażi u l-Cava tinsab fi ħdan il-limiti tal-muniċipalitajiet li ġejjin, separati fit-test skont il-provinċja li jappartjenu għaliha:
|
— |
Álava: Laguardia, Moreda de Álava, u Oyón. |
|
— |
Badajoz: Almendralejo. |
|
— |
Barċellona: Abrera, Alella, Artés, Avinyonet del Penedès, Begues, Cabrera d’Igualada, Cabrils, Canyelles, Castellet i la Gornal, Castellvi de la Marca, Castellvi de Rosanes, Cervelló, Corbera de Llobregat, Cubelles, El Masnou, Font-Rubí, Gelida, La Granada, La Llacuna, La Pobla de Claramunt, Les Cabanyes, Martorell, Martorelles, Masquefa, Mediona, Mongat, Odena, Olérdola, Olesa de Bonesvalls, Olivella, Pacs del Penedès, Piera, Els Hostelets de Pierola, El Pla del Penedès, Pontons, Premià de Mar, Puigdalber, Rubí, Sant Cugat Sesgarrigues, Sant Esteve Sesrovires, Sant fost de Campsentelles, Vilassar de Dalt, Sant Llorenç d’Hortons, Sant Martí Sarroca, Sant Pere de Ribes, Sant Pere de Riudevitlles, Sant Quintí de Mediona, Sant Sadurní d’Anoia, Santa Fe del Penedès, Santa Margarida i els Monjos, Santa Maria de Martorelles, Santa Maria de Miralles, Sitges, Subirats, Teià, Tiana, Torrelavit, Torrelles de Foix, Vallbona d’Anoia, Vallirana, Vilafranca del Penedès, Vilanova i la Geltrú u Vilobí del Penedès. |
|
— |
Girona: Blanes, Capmany, Masarac, Mollet de Perelada u Perelada. La Rioja: Alesanco, Azofra, Briones, Casalarreina, Cihuri, Cordovín, Cuzcurrita de Rio Tirón, Fonzaleche, Grávalos, Haro, Hormilla, Hormilleja, Nájera, Sajazarra, San Asensio, Tirgo, Uruñuela, u Villalba de Rioja. |
|
— |
Lleida: Lleida, Fulleda, Guimerà, L’Albi, L’Espluga Calva, Maldà, Sant Martí de Riucorb, Tarrés, Verdú, El Vilosell, u Vinaixa. |
|
— |
Navarra: Mendavia, u Viana. |
|
— |
Tarragona: Aiguamurcia, Albinyana, Alió, Banyeres del Penedès, Barberà de la Conca, Bellvei, Blancafort, Bonastre, Bràfim, Cabra del Camp, Calafell, Creixell, Cunit, El Catllar, El Pla de Santa Maria, El Vendrell, Els Garidells, Figuerola del Camp, Els Pallaresos, La Bisbal del Penedès, La Nou de Gaià, L’Arboç, La Riera de Gaià, La Secuita, L’Espluga de Francolí, Llorenç del Penedès, Masllorenç, Montblanc, Montferri, El Montmell, Nulles, Perafort, Pira, Puigpelat, Renau, Rocafort de Queralt, Roda de Berà, Rodonyà, Salomó, Sant Jaume dels Domenys, Santa Oliva, Sarral, Solivella, Vallmoll, Valls, Vespella, Vilabella, Vila-rodona, Vilaseca de Solcina, Vilaberd, u Vimbodí. |
|
— |
Valencia: Requena. |
|
— |
Zaragoza: Ainzón, u Cariñena. |
Ġew stabbiliti tliet żoni għal din iż-żona kollha (“COMTATS DE BARCELONA”, “VALLE DEL EBRO” u “VIÑEDOS DE ALMENDRALEJO”); l-ewwel tnejn huma maqsuma f’subżoni; jistgħu jiġu demarkati wkoll “parajes calificados”. Kollha huma unitajiet ġeografiċi iżgħar.
7. Varjetajiet ta’ għeneb tal-inbid ewlenin
|
|
CHARDONNAY |
|
|
RED GRENACHE |
|
|
MACABEO - VIURA |
|
|
PARELLADA |
|
|
PINOT NOIR |
|
|
TREPAT |
|
|
XARELLO |
8. Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet
a) Fatturi naturali u umani.
FATTURI NATURALI: Il-ħamrija hi pjuttost kalkarja, mhux ramlija ħafna u relattivament ibbażata fuq it-tafal. Għandha tendenza li jkollha kontenut baxx ta’ materjal organiku u mhijiex fertili ħafna.
Iż-żona għandha karatteristiki ġenerali li huma tipiċi ta’ ambjent Mediterranju: staġun tas-sajf twil ħafna b’sigħat twal ta’ xemx u temperaturi għoljin mir-rebbiegħa sas-sajf, filwaqt li tipproduċi wkoll varjazzjonijiet kbar fit-temperatura li jippermettu li l-għeneb isir sew, inklużi varjetajiet b’ċikli itwal. Barra minn hekk, tagħmel ftit xita u din ma hijiex imqassma tajjeb matul l-istaġuni, li jfisser li matul il-perjodu ta’ tkabbir tal-pjanti, ix-xita hija skarsa u l-umdità relattiva hija baxxa ħafna. B’riżultat ta’ dan, hemm nuqqas notevoli ta’ ilma, b’mod partikolari fil-fażi tas-sajran. Il-klima Mediterranja fiż-żona hija tranżizzjonali bejn il-klima aktar moderata fuq il-kosta, minħabba fil-prossimità tagħha għall-baħar, u l-klima kontinentali aktar ħarxa, li hija kiesħa fix-xitwa u aktar sħuna fis-sajf, bħalma hija t-tendenza ta’ żoni interni. Tinżel medja ta’ 500 mm xita kull sena, b’xita aktar frekwenti fil-ħarifa u fir-rebbiegħa. Huwa ambjent imdawwal ħafna, b’medja ta’ madwar 2 500 siegħa xemx, li huwa biżżejjed biex l-għeneb isir sew.
FATTURI UMANI: Fit-tieni nofs tas-seklu dsatax, diversi familji li jagħmlu l-inbid bdew jimmanifatturaw inbejjed frizzanti fil-kampanja tal-provinċja ta’ Barċellona, bl-użu ta’ dak li f’dak iż-żmien kien jissejjaħ il-metodu tax-xampanja, fejn it-tieni fermentazzjoni li tipproduċi l-bżieżaq isseħħ fil-flixkun. Kien fl-1872 li l-ewwel fliexken tal-Cava ġew immanifatturati fil-muniċipalità ta’ Sant Sadurní d’Anoia. Wara t-“tirage”, il-fliexken ta’ nbid frizzanti kienu jinħażnu f’għerien taħt l-art li kellhom livell suffiċjenti ta’ umdità relattiva u temperatura ambjentali li kienet tibqa’ madwar 13/15oC tul is-sena kollha, li kien jgħin biex jiġu eliminati l-vibrazzjonijiet, li għandhom jiġu evitati meta jiġu mmanifatturati nbejjed frizzanti ta’ kwalità tajba. Dawn huma kundizzjonijiet ideali biex it-tieni fermentazzjoni u l-proċess ta’ maturazzjoni tal-inbejjed frizzanti jseħħu b’mod korrett. Maż-żmien, l-isem “cava”, li kien jidentifika l-postijiet fejn il-fliexken tal-inbid frizzanti kienu jinħażnu għall-maturazzjoni, spiċċa biex sar isem l-inbid innifsu. Il-varjetajiet ta’ għeneb li jitkabbru l-aktar huma: Macabeo, Xarel•lo, u Parellada, li jirrappreżentaw 85 % minn dawk li jintużaw biex isir il-Cava. Dawn it-tliet varjetajiet huma dejjem preżenti fi proporzjonijiet differenti fl-inbejjed bażi miksuba miż-żona ġeografika demarkata. Id-densità baxxa tal-vinji, bejn 1 500 u 3 500 pjanta għal kull ettaru, tgħin biex titjieb il-kwalità tal-inbid bażi. Barra minn hekk, il-preċipitazzjoni limitata fiż-żona u l-metodi ta’ tħarriġ ma’ sġajriet jew ma’ kannizzati jippermettu ammont moderat ta’ rimjiet produttivi, li jillimita r-rendiment massimu għal kull ettaru għal 12 000 kg. Barra minn hekk, l-inbid bażi jista’ jiġi prodott biss mill-meraq tal-ewwel tagħsir, b’massimu ta’ 100 litru ta’ most għal kull 150 kg għeneb; b’sajran f’passi li jinvolvi l-ħsad separat tal-varjetajiet differenti, b’livell potenzjali ta’ alkoħol għall-inbid bażi ta’ bejn 9,5 u 11,5 % vol., aċidità totali ta’ > 5 g/l u indikaturi analitiċi li jiżguraw il-kwalità sanitarja tal-għalla. Irid ikun hemm ukoll relazzjoni bejn wieħed u ieħor ekwivalenti bejn l-aċidu maliku u l-aċidu tartariku; kundizzjonijiet ta’ produzzjoni li jippermettu żvilupp bil-mod tat-tieni fermentazzjoni, u interazzjoni bejn l-inbid u l-ħmira (awtoliżi), li tirriżulta fl-aromi delikati ta’ dawn l-inbejjed u tagħtihom kwalitajiet organolettiċi uniċi.
b) Informazzjoni dettaljata dwar il-kwalità jew il-karatteristiki tal-prodott.
L-inbejjed Cava DOP, ladarba l-proċess tal-produzzjoni jitlesta bit-tieni fermentazzjoni u tqaddim fil-flixkun f’kuntatt mal-karfa, għandhom kontenut ta’ alkoħol ta’ bejn 10,8 u 12,8 % vol. Il-Cava huwa kkaratterizzat minn livelli baxxi ta’ pH ta’ bejn 2,8 u 3,4, u b’hekk l-inbid jitqaddem b’mod korrett maż-żmien u jitnaqqsu r-riskji ta’ ossidazzjoni detrimentali. Dawn huma nbejjed b’livell baxx ta’ aċidu glukoniku, li jindika li jkun intuża għeneb b’saħħtu.
c) Rabta ta’ kawżalità bejn iż-żona ġeografika u l-karatteristiċi tal-prodott.
Il-ħamrija kkombinata mal-klima lejn tmiem is-sajf u fil-ħarifa, li hija relattivament moderata u niexfa, jippermettu li l-għeneb jiżviluppa b’mod korrett, b’mod partikolari fil-fażijiet ta’ qabel il-ħsad tagħhom, li jħeġġeġ lid-diversi varjetajiet awtorizzati biex isiru fi żminijiet differenti, u b’hekk jipproduċu nbejjed bażi tajbin biex jiġi mmanifatturat Cava b’saħħtu, b’qawwa alkoħolika moderata, b’aċidità għolja u b’pH baxx. L-aromi terzjarji rikki tal-prodott u r-rilaxx qawwi ta’ bżieżaq jiddependu kompletament fuq il-proċess ta’ produzzjoni, mit-“tirage” sal-iżbokkament fl-impjanti mgħammra apposta, li jippermetti li t-tieni fermentazzjoni u l-maturazzjoni tal-inbid jiżviluppaw bil-mod.
9. Rekwiżiti oħra applikabbli (ippakkjar, tikkettar, rekwiżiti addizzjonali)
|
|
Qafas legali: |
|
|
Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali |
|
|
Tip ta’ rekwiżit ieħor: |
|
|
Deroga fuq il-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata |
|
|
Deskrizzjoni tar-rekwiżit: |
Il-Cava jista’ jiġi prodott f’ħames kantini tal-inbid li jinsabu barra miż-żona ġeografika demarkata, billi dawn il-kantini kienu qed jipproduċu nbid bażi u/jew “Cava” qabel daħlet fis-seħħ l-Ordni tas-27 ta’ Frar 1986, u għalhekk ingħataw awtorizzazzjoni permezz tal-Ordnijiet Ministerjali tal-14 ta’ Novembru 1991 u tad-9 ta’ Jannar 1992.
|
|
Qafas legali: |
|
|
Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali |
|
|
Tip ta’ rekwiżit ieħor: |
|
|
Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar |
|
|
Deskrizzjoni tar-rekwiżit: |
It-tapp tas-sufra għandu juri l-isem CAVA u n-numru tal-bottiljatur.
Għandu jkun obbligatorju li tintuża trademark irreġistrata mar-Reġistru tal-Proprjetà Intellettwali ta’ Spanja (RPI) jew mal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern.
Huma biss il-Cava “Gran Reserva” u l-Cava “Paraje Calificado” li jistgħu jużaw it-termini “Brut Nature”, “Extra Brut” u “Brut”.
Għandu jkun obbligatorju li l-Cava “Reserva”, “Gran Reserva” u “Paraje Calificado” jindikaw is-sena tal-ħsad.
Hija stabbilita l-indikazzjoni “Guarda” għall-inbejjed Cava li ma humiex “Reserva”, “Gran Reserva” u “Paraje Calificado”.
Hija stabbilita l-indikazzjoni “Guarda Superior” għall-Cava “Reserva”, “Gran Reserva” u “Paraje Calificado”.
Huwa stabbilit it-terminu “Produttur integrali” biss għall-kantini tal-inbid li, bħala produtturi kemm tal-inbid bażi kif ukoll tal-Cava, jippressaw u jipproduċu 100 % tal-inbid bażi użat fil-Cava tagħhom u jipproduċu 100 % tal-inbejjed Cava tagħhom fl-istess bini (il-kantina tal-inbid) u ma jixtrux fliexken f’pożizzjoni orizzontali (“en rima”) jew invertita (“en punta”) mingħand produtturi oħra.
Huwa obbligatorju li jintużaw marki ta’ kontroll speċifiċi.
L-indikazzjoni “Paraje Calificado” ma għandhiex taqbeż għoli ta’ 4 mm, u lanqas għandha tkun ikbar mid-daqs tal-marka, u għandha tidher flimkien ma’ isem iż-żona inkwistjoni.
Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott
https://www.mapa.gob.es/es/alimentacion/temas/calidad-diferenciada/dop-igp/htm/documentos_dop_cava.aspx
Rettifika
|
14.9.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 369/13 |
Rettifika għal Avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 363 tad-9 ta’ Settembru 2021 )
(2021/C 369/03)
F’paġna 2:
minflok:
“L-avviż tal-kompetizzjoni huwa ppubblikat f’24 lingwa f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C ... A tad-9 ta’ Settembru 2021.”,
aqra:
“L-avviż tal-kompetizzjoni huwa ppubblikat f’24 lingwa f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 363 A tad-9 ta’ Settembru 2021.”.