ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 367

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 64
13 ta' Settembru 2021


Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2021/C 367/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10158 — IHS Markit/CME Group/JV) ( 1 )

1

2021/C 367/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10315 — BCI/ABP/TIG/Certain assets of Arauco) ( 1 )

2

2021/C 367/03

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10377 — RAG-Stiftung/Open Grid Europe/H2UB) ( 1 )

3

2021/C 367/04

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10394 – Platinum Equity Group/Solenis) ( 1 )

4


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2021/C 367/05

Rata tal-kambju tal-euro — L-10 ta’ Settembru 2021

5


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2021/C 367/06

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-każ M.10413 — Apollo Management/Reno De Medici) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

6

2021/C 367/07

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10108 — S&P Global/IHS Markit) ( 1 )

8

2021/C 367/08

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10462 — H&F/zooplus) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

9


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

13.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 367/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.10158 — IHS Markit/CME Group/JV)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 367/01)

Fit 20 ta’ Lulju 2021, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32021M10158. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


13.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 367/2


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.10315 — BCI/ABP/TIG/Certain assets of Arauco)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 367/02)

Fit 30 ta’ Ġunju 2021, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32021M10315. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


13.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 367/3


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.10377 — RAG-Stiftung/Open Grid Europe/H2UB)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 367/03)

Fit 6 ta’ Settembru 2021, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32021M10377. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


13.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 367/4


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.10394 – Platinum Equity Group/Solenis)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 367/04)

Fit 7 ta’ Settembru 2021, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32021M10394. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

13.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 367/5


Rata tal-kambju tal-euro (1)

L-10 ta’ Settembru 2021

(2021/C 367/05)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1841

JPY

Yen Ġappuniż

130,03

DKK

Krona Daniża

7,4362

GBP

Lira Sterlina

0,85260

SEK

Krona Żvediża

10,1843

CHF

Frank Żvizzeru

1,0854

ISK

Krona Iżlandiża

151,40

NOK

Krona Norveġiża

10,2028

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,288

HUF

Forint Ungeriż

349,88

PLN

Zloty Pollakk

4,5417

RON

Leu Rumen

4,9413

TRY

Lira Turka

9,9558

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5986

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4919

HKD

Dollaru ta’ Hong Kong

9,2086

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6554

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5847

KRW

Won tal-Korea t’Isfel

1 380,55

ZAR

Rand ta’ l-Afrika t’Isfel

16,6627

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,6228

HRK

Kuna Kroata

7,4861

IDR

Rupiah Indoneżjan

16 812,55

MYR

Ringgit Malażjan

4,8998

PHP

Peso Filippin

59,045

RUB

Rouble Russu

86,1085

THB

Baht Tajlandiż

38,655

BRL

Real Brażiljan

6,1436

MXN

Peso Messikan

23,5404

INR

Rupi Indjan

86,9469


(1)  Sors: rata tal-kambju ta’ referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

13.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 367/6


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-każ M.10413 — Apollo Management/Reno De Medici)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 367/06)

1.   

Fit-3 ta’ Settembru 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Apollo Management, L.P. (“Apollo”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

Reno De Medici S.p.A. (“Reno De Medici”, l-Italja).

Apollo takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Reno de Medici kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Apollo: portafoll ta’ investimenti,

Reno De Medici: il-manifattura, il-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta’ prodotti tal-kartun riċiklati u speċjalizzati.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jitqies għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja trid tiġi dejjem indikata:

M.10413 — Apollo Management/Reno De Medici

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


13.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 367/8


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10108 — S&P Global/IHS Markit)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 367/07)

1.   

Fit-3 ta’ Settembru 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

S&P Global, Inc. (“S&P”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

IHS Markit (“IHSM”, ir-Renju Unit).

S&P takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Għaqdiet, il-kontroll ta’ IHSM kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

S&P, kumpanija tal-Istati Uniti tal-Amerka bil-kwartieri ġenerali fi New York, hija fornitur ta’ klassifikazzjonijiet tal-kreditu, valutazzjonijiet / parametri referenzjarji tal-prezzijiet, indiċijiet finanzjarji, analitika, u data għas-swieq tal-kapital u tal-komoditajiet madwar id-dinja.

IHSM, kumpanija Bermuda bil-kwartieri ġenerali tagħha f’Londra, hija fornitur internazzjonali ta’ informazzjoni (inklużi indiċijiet finanzjarji, data oħra relatata mal-finanzi u mat-trasport u valutazzjonijiet / punti ta’ riferiment tal-prezzijiet tal-komoditajiet), analitika u soluzzjonijiet għall-klijenti fin-negozju, il-finanzi u l-gvern globalment.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja trid tiġi dejjem indikata:

M.10108 – S&P Global/IHS Markit

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


13.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 367/9


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10462 — H&F/zooplus)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 367/08)

1.   

Fis-6 ta’ Settembru 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Hellman & Friedman LLC (“H & F”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

zooplus AG (“zooplus”, il-Ġermanja).

H&F takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ zooplus kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

H&F: ditta ta’ ekwità privata b’investimenti f’varjetà ta’ setturi madwar id-dinja, inkluż software, internet u media, servizzi finanzjarji, negozju u servizzi ta’ informazzjoni, enerġija u industrijali, bejgħ bl-imnut u konsumatur, u kura tas-saħħa;

zooplus: bejgħ bl-imnut online ta’ provvisti għall-annimali domestiċi permezz ta’ ħwienet fuq il-web lokalizzati u fuq livell nazzjonali madwar 30 pajjiż taż-ŻEE. Il-firxa ta’ prodotti mibjugħa miż-zooplus tinkludi madwar 8 000 oġġett tal-ikel u aċċessorju fil-kategoriji tal-klieb, tal-qtates, tal-annimali żgħar, tal-għasafar, tal-akkwarju u taż-żwiemel.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jitqies għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja trid tiġi dejjem indikata:

M.10462 — H&F/zooplus

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.