ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 357

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 64
6 ta' Settembru 2021


Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2021/C 357/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2021/C 357/02

Kawża C-103/19: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-2 ta’ Ġunju 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado Contencioso-Administrativo no 24 de Madrid) – Spanja – Sindicato Único de Sanidad e Higiene (SUSH) de la Comunidad de Madrid, Sindicato de Sanidad de Madrid de la Confederación General del Trabajo (CGT) vs Consejería de Sanidad de la Comunidad de Madrid (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Ftehim qafas bejn CES, UNICE u CEEP fuq ix-xogħol għal żmien determinat – Il-punt 1 tal-Klawżola 5 – Kuntratti suċċessivi ta’ xogħol għal żmien determinat fis-settur pubbliku tas-saħħa – Kunċett ta’ raġunijiet oġġettivi – Kunċett ta’ miżuri legali ekwivalenti intiżi sabiex jiġi evitat l-abbuż – Sostituzzjoni tal-istatus ta’ membri tal-persunal okkażjonali rregolati mir-Regolamenti tal-Persunal bl-istatus ta’ membri tal-persunal ta’ sostituzzjoni rregolati mir-Regolamenti tal-Persunal – Ħtieġa permanenti ta’ membri tal-persunal temporanju rregolati mir-Regolamenti tal-Persunal)

2

2021/C 357/03

Kawża C-268/19: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-1 ta’ Ġunju 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de Primera Instancia no 7 de Orense) – Spanja – UP vs Banco Santander SA, li kienet Banco Pastor SAU (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Protezzjoni tal-konsumaturi – Direttiva 93/13/KEE – Kuntratt ta’ self ipotekarju – Klawżoli inġusti – Klawżola ta’ limitazzjoni tal-varjabbiltà tar-rata ta’ interessi (klawżola ta’ rata minima) – Kuntratt ta’ novazzjoni – Assenza ta’ natura vinkolanti)

3

2021/C 357/04

Kawża C-198/20: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-10 ta’ Ġunju 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Rejonowy dla Warszawy-Woli w Warszawie- Il-Polonja) – MN, DN, JN, ZN vs X Bank S.A. (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Protezzjoni tal-konsumaturi – Direttiva 93/13/KEE – Artikolu 2(b) – Kunċett ta’ konsumatur – Kreditu għal self ipotekarju indiċjat f’valuta barranija – Artikoli 3 u 4 – Evalwazzjoni tan-natura inġusta ta’ klawżola)

4

2021/C 357/05

Kawża C-359/20 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Alwa) tad-29 ta’ Ġunju 2021 – Talanton AE – Symvouleftiki-Ekpaideftiki Etaireia Dianomon, Parochis Ypiresion Marketing kai Dioikisis Epicheiriseon vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell – Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Klawżola ta’ arbitraġġ – Seba' Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta' riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta' dimostrazzjoni (2007-2013) – Ftehim ta’ għotja – Spejjeż mhux eliġibbli – Deċiżjoni ta’ rkupru – Rikors tal-benefiċjarju quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea abbażi tal-Artikolu 272 TFUE – Żnaturament tal-fatti – Terminu raġonevoli – Prinċipju ta’ bona fide – Aspettattivi leġittimi – Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat)

4

2021/C 357/06

Kawżi magħquda C-456/20 P sa C-458/20 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tas-16 ta’ Ġunju 2021 – Crédit agricole SA (C-456/20 P), Crédit agricole Corporate and Investment Bank (C-457/20 P), CA Consumer Finance (C-458/20 P) vs Il-Bank Ċentrali Ewropew (Appell – Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Politika ekonomika u monetarja – Regolament (UE) Nru 1024/2013 – Artikolu 18(1) – Superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu – Kompiti speċifiċi fdati lill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) – Impożizzjoni ta’ sanzjoni pekunjarja amministrattiva għall-ksur tar-rekwiżiti prudenzjali – Regolament (UE) Nru 575/2013 – Artikolu 26(3) – Rekwiżiti ta’ fondi proprji – Strumenti kapitali – Ħruġ ta’ azzjonijiet ordinarji – Klassifikazzjoni bħala elementi ta’ ekwità komuni tal-grad 1 (CET 1) – Assenza ta’ awtorizzazzjoni minn qabel tal-awtorità kompetenti – Ksur b’negliġenza)

5

2021/C 357/07

Kawża C-186/21 PPU: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-3 ta’ Ġunju 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Upravno sodišče Republike Slovenije – Is-Slovenja) – J.A. vs Republika Slovenija (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Politika ta’ immigrazzjoni u ta’ ażil – Protezzjoni internazzjonali – Direttiva 2013/33/UE – Il-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8(3) – Detenzjoni tal-applikanti għall-protezzjoni internazzjonali – Applikant detenut fil-kuntest ta’ proċedura ta’ ritorn abbażi tad-Direttiva 2008/115/KE u li fir-rigward tiegħu hemm raġunijiet raġonevoli li wieħed jemmen li huwa ppreżenta l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali sempliċement sabiex itawwal jew jipprevjeni l-infurzar tad-deċiżjoni ta’ ritorn – Kriterji oġġettivi li jiġġustifikaw tali raġunijiet – Applikant li diġà kellu l-possibbiltà li jaċċedi għall-proċedura ta’ ażil)

5

2021/C 357/08

Kawża C-329/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Törvényszék (l-Ungerija) fis-26 ta’ Mejju 2021 – DIGI Communications NV vs Nemzeti Média- és Hírközlési Hatóság Hivatala

6

2021/C 357/09

Kawża C-332/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul Bucureşti (ir-Rumanija) fis-27 ta’ Mejju 2021 – Quadrant Amroq Beverages SRL vs Agenţia Naţională de Administrare Fiscală – Direcţia Generală de Administrare a Marilor Contribuabili

7

2021/C 357/10

Kawża C-355/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Najwyższy (il-Polonja) fis-7 ta’ Ġunju 2021 – Procter & Gamble International Operations SA vs Perfumesco.pl sp. z o.o., sp. k.

8

2021/C 357/11

Kawża C-362/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad – Veliko Tarnovo (il-Bulgarija) fid-9 ta’ Ġunju 2021 – EKOFRUKT EOOD vs Direktor na Direktsia Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika Veliko Tarnovo

9

2021/C 357/12

Kawża C-366/21 P: Appell ippreżentat fid-9 ta’ Ġunju 2021 minn Maxime Picard mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (l-Ewwel Awla Estiża) fl-24 ta’ Marzu 2021 fil-Kawża T-769/16, Picard vs Il-Kummissjoni

9

2021/C 357/13

Kawża C-374/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal Administrativo (il-Portugall) fit-18 ta’ Ġunju 2021 – Instituto de Financiamento da Agricultura e Pescas IP (IFAP) vs AB, CD, EF

10

2021/C 357/14

Kawża C-383/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (il-Belġju) fl-24 ta’ Ġunju 2021 – Société de Logement de Service public (SLSP) Sambre & Biesme, SCRL vs Société wallonne du logement

11

2021/C 357/15

Kawża C-384/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (il-Belġju) fl-24 ta’ Ġunju 2021 – Commune de Farciennes vs Société wallonne du logement

12

2021/C 357/16

Kawża C-397/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Törvényszék (L-Ungerija) fid-29 ta’ Ġunju 2021 – HUMDA Magyar Autó-Motorsport Fejlesztési Ügynökség Zrt. vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága

13

2021/C 357/17

Kawża C-404/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Ordinario di Asti (L-Italja) fit-30 ta’ Ġunju 2021 – WP vs Istituto nazionale della previdenza sociale, Ir-Repubblika Taljana

14

2021/C 357/18

Kawża C-407/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fit-2 ta’ Lulju 2021 – Union fédérale des consommateurs – Que choisir (UFC – Que choisir), Consommation, logement et cadre de vie (CLCV) vs Premier ministre, Ministre de l’Économie, des Finances et de la Relance

14

2021/C 357/19

Kawża C-103/20: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-3 ta’ Ġunju 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD) – Il-Portugall) – RC vs Autoridade Tributária e Aduaneira

15

2021/C 357/20

Kawża C-104/20: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta’ Ġunju 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal du travail de Nivelles – il-Belġju) – SD vs Habitations sociales du Roman Païs SCRL, TE, fil-kwalità ta’ kuratur tar-Régie des Quartiers de Tubize ASBL

15

2021/C 357/21

Kawża C-392/20: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-4 ta’ Ġunju 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Rejonowy dla Warszawy-Mokotowa w Warszawie – il-Polonja) – Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi vs Miejskie Przedsiębiorstwo Energetyki Cieplnej sp. z o.o.,

16

2021/C 357/22

Kawża C-516/20: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-17 ta Ġunju 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Köln- il-Ġermanja) – JT, NQ vs Ryanair DAC

16

2021/C 357/23

Kawża C-618/20: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-31 ta’ Mejju 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de lo Mercantil no 1 de Córdoba – Spanja) – ZU, TV vs Ryanair Ltd

16

2021/C 357/24

Kawża C-672/20: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-24 ta’ Mejju 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landesgericht Korneuburg – L-Awstrija) – L GmbH vs FK

16

2021/C 357/25

Kawża C-76/21: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta’ Ġunju 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgericht Berlin – Il-Ġermanja) – Wacher Chemie AG vs Bundesrepublik Deutschland vertreten durch das Umweltbundesamt

17

2021/C 357/26

Kawża C-172/21: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-31 ta’ Mejju 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Köln – Il-Ġermanja) – EF vs Deutsche Lufthansa AG

17

2021/C 357/27

Kawża C-287/21: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta’ Ġunju 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landesgericht Salzburg – l-Awstrija) – FC vs FTI Touristik GmbH

17

 

Il-Qorti Ġenerali

2021/C 357/28

Kawża T-65/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Lulju 2021 – AI vs ECDC (Servizz pubbliku – Persunal tal-ECDC – Fastidju psikoloġiku – Artikolu 12a tar-Regolamenti tal-Persunal – Talba għal assistenza – Portata tad-dmir ta’ assistenza – Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal – Riżenja tal-awtur tal-aġir ikkritikat – Assenza ta’ ftuħ ta’ proċedura dixxiplinari – Artikolu 86 tar-Regolamenti tal-Persunal – Risposta għat-talba għal assistenza – Rikors għal annullament – Att li jikkawża preġudizzju – Ksur tad-dritt għal smigħ – Nuqqas ta’ motivazzjoni – Rifjut ta’ aċċess għar-rapport ta’ investigazzjoni u għal dokumenti oħra – Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali – Responsabbiltà)

18

2021/C 357/29

Kawża T-164/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Lulju 2021 – AQ vs eu-LISA (Servizz pubbliku – Membri tal-persunal temporanju – Leave tal-mard – Xoljiment tal-kuntratt mingħajr avviż tat-temm ta’ impjieg – Artikolu 16 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg – Artikolu 48(b) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg – Dmir ta’ premura – Artikolu 34 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Responsabbiltà – Dannu materjali – Dannu morali – Rabta kawżali)

19

2021/C 357/30

Kawża T-253/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Lulju 2021 – BG vs Il-Parlament (Servizz pubbliku – Assistenti parlamentari akkreditati – Xoljiment tal-kuntratt – Ksur tar-rabta ta’ fiduċja – Obbligu ta’ motivazzjoni – Dritt għal smigħ – Fastidju psikoloġiku – Talba għal assistenza – Vittimizzazzjoni – Żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni – Responsabbiltà)

19

2021/C 357/31

Kawża T-670/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Lulju 2021 – Carbajo Ferrero vs Il-Parlament (Servizz pubbliku – Uffiċjali – Proċedura għall-ħatra ta’ pożizzjoni ta’ direttur – Avviż ta’ pożizzjoni vakanti – Ċaħda tal-kandidatura tar-rikorrent u ħatra ta’ kandidat ieħor – Obbligu ta’ motivazzjoni – Eċċezzjoni ta’ illegalità tal-atti li jistabbilixxu r-regoli interni ta’ proċedura – Irregolarità tal-proċedura ta’ reklutaġġ – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Ineżattezza tal-informazzjoni kkomunikata lill-Awtorità tal-Ħatra – Trasparenza – Ugwaljanza fit-trattament – Responsabbiltà – Dannu materjali u morali)

20

2021/C 357/32

Kawża T-716/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Lulju 2021 – Interpipe Niko Tube u Interpipe Nizhnedneprovsky Tube Rolling Plant vs Il-Kummissjoni (Dumping – Importazzjoni ta’ ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi, tal-ħadid jew tal-azzar, li joriġinaw fir-Russja u fl-Ukrajna – Reviżjonijiet temporanji – Kalkolu tal-valur normali – Spejjeż ta’ bejgħ, spejjeż amministrattivi u spejjeż ġenerali oħra – Bejgħ bejn kumpanniji relatati – Tranżazzjonijiet kummerċjali normali – Entità ekonomika waħda – Artikolu 2(3), (4) u (6) tar-Regolament (UE) 2016/1036 – Prezz tal-esportazzjoni – Aġġustament – Funzjonijiet li jistgħu jiġu assimilati ma’ dawk ta’ aġent li jaħdem fuq il-bażi ta’ kummissjonijiet – Artikolu 2(10)(i) tar-Regolament 2016/1036 – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Metodu differenti minn dak użat waqt investigazzjoni preċedenti – Artikolu 11(9) tar-Regolament Nru 2016/1036 – Aspettattivi leġittimi – Drittijiet tad-difiża)

21

2021/C 357/33

Kawża T-810/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Lulju 2021 – Victoria’s Secret Stores Brand Management vs EUIPO – Yiwu Dearbody Cosmetics (BODYSECRETS) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva BODYSECRETS – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Assenza ta’ karattru distintiv – Karattru deskrittiv – Karattru normali – Artikolu 7(1)(b), (c) u (d) u Artikolu 52(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li saru l-Artikolu 7(1)(b), (c) u d) u Artikolu 59(1)(a) tar-Regolament 2017/1001))

21

2021/C 357/34

Kawża T-65/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Lulju 2021 – Kneissl Holding vs EUIPO – LS 9 (KNEISSL) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ revoka – Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea KNEISSL – Dikjarazzjoni parzjali ta’ revoka – Assenza ta’ użu serju tat-trade mark – Importanza tal-użu – Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001] – Regola 22(3) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95 [li saret l-Artikolu 10(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2018/625] – Abbuż ta’ dritt)

22

2021/C 357/35

Kawża T-119/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Lulju 2021 – IN vs Eismea (Servizz pubbliku – Membri tal-persunal temporanju – Kuntratt għal żmien determinat – Deċiżjoni ta’ nuqqas ta’ tiġdid – Rapport ta’ evalwazzjoni – Dritt għal smigħ – Dmir ta’ premura – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Terminu raġonevoli – Responsabbiltà – Dannu morali)

23

2021/C 357/36

Kawża T-170/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Lulju 2021 – Rochefort vs Il-Parlament (Dritt istituzzjonali – Regolamenti dwar l-ispejjeż u l-allowances tal-Membri tal-Parlament Ewropew – Allowance ta’ assistenza parlamentari – Irkupru tas-somom imħallsa indebitament – Oneru tal-prova – Obbligu ta’ motivazzjoni – Drittijiet tad-difiża – Żball ta’ liġi – Żball ta’ evalwazzjoni – Proporzjonalità)

23

2021/C 357/37

Kawża T-171/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Lulju 2021 – Rochefort vs Il-Parlament (Dritt istituzzjonali – Regolamenti dwar l-ispejjeż u l-allowances tal-Membri tal-Parlament Ewropew – Allowance ta’ assistenza parlamentari – Irkupru tas-somom imħallsa indebitament – Oneru tal-prova – Obbligu ta’ motivazzjoni – Drittijiet tad-difiża – Żball ta’ liġi – Żball ta’ evalwazzjoni – Proporzjonalità)

24

2021/C 357/38

Kawża T-172/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Lulju 2021 – Rochefort vs Il-Parlament (Dritt istituzzjonali – Regolamenti dwar l-ispejjeż u l-allowances tal-Membri tal-Parlament Ewropew – Allowance ta’ assistenza parlamentari – Irkupru tas-somom imħallsa indebitament – Oneru tal-prova – Obbligu ta’ motivazzjoni – Drittijiet tad-difiża – Żball ta’ liġi – Żball ta’ evalwazzjoni – Proporzjonalità)

24

2021/C 357/39

Kawża T-357/20: Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Lulju 2021 – Kozhuvchanka uvoz-izvoz Kavadarci vs EUIPO (NASHE MAKEDONSKO PILSNER BEER MACEDONIAN PREMIUM BEER) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea NASHE MAKEDONSKO PILSNER BEER MACEDONIAN PREMIUM BEER – Raġuni assoluta għal rifjut – Karattru deskrittiv – Oriġini ġeografika – Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 – Rikors manifestament infondat fid-dritt)

25

2021/C 357/40

Kawża T-352/21: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Ġunju 2021 – Oi dromoi tis Elias vs Il-Kummissjoni

26

2021/C 357/41

Kawża T-361/21: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Ġunju 2021 – Syndesmos Tyrokomon Kyprou et vs Il-Kummissjoni

26

2021/C 357/42

Kawża T-416/21: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Lulju 2021 – Itinerant Show Room vs EUIPO – Save the Duck (ITINERANT)

27

2021/C 357/43

Kawża T-417/21: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Lulju 2021 – Itinerant Show Room vs EUIPO – Save the Duck (ITINERANT)

28

2021/C 357/44

Kawża T-423/21: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Lulju 2021 – Gioioso vs EUIPO – Maxi Di (MARE GIOIOSO di Sebastiano IMPORT EXPORT)

29

2021/C 357/45

Kawża T-429/21: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Lulju 2021 – Aldi Einkauf vs EUIPO – Cantina sociale Tollo (ALDIANO)

29

2021/C 357/46

Kawża T-430/21: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Lulju 2021 – Apex Brands vs EUIPO – Sartorius Werkzeuge (SATA)

30

2021/C 357/47

Kawża T-432/21: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Lulju 2021 – Sushi&Food Factor vs EUIPO (READY 4YOU)

31

2021/C 357/48

Kawża T-433/21: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Lulju 2021 – Vitronic vs EUIPO (Enforcement Trailer)

31

2021/C 357/49

Kawża T-438/21: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Lulju 2021 – TL vs Il-Kummissjoni

32

2021/C 357/50

Kawża T-439/21: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Lulju 2021 – Anglofranchise vs EUIPO – Bugrey (BOY LONDON)

33

2021/C 357/51

Kawża T-444/21: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Lulju 2021 – Ryanair vs Il-Kummissjoni

34

2021/C 357/52

Kawża T-552/20: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Lulju 2021 – MD vs Il-Kummissjoni

34


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

6.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 357/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2021/C 357/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 349, 30.8.2021

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 338, 23.8.2021

ĠU C 329, 16.8.2021

ĠU C 320, 9.8.2021

ĠU C 310, 2.8.2021

ĠU C 297, 26.7.2021

ĠU C 289, 19.7.2021

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

6.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 357/2


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-2 ta’ Ġunju 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado Contencioso-Administrativo no 24 de Madrid) – Spanja – Sindicato Único de Sanidad e Higiene (SUSH) de la Comunidad de Madrid, Sindicato de Sanidad de Madrid de la Confederación General del Trabajo (CGT) vs Consejería de Sanidad de la Comunidad de Madrid

(Kawża C-103/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Ftehim qafas bejn CES, UNICE u CEEP fuq ix-xogħol għal żmien determinat - Il-punt 1 tal-Klawżola 5 - Kuntratti suċċessivi ta’ xogħol għal żmien determinat fis-settur pubbliku tas-saħħa - Kunċett ta’ “raġunijiet oġġettivi” - Kunċett ta’ “miżuri legali ekwivalenti intiżi sabiex jiġi evitat l-abbuż” - Sostituzzjoni tal-istatus ta’ membri tal-persunal okkażjonali rregolati mir-Regolamenti tal-Persunal bl-istatus ta’ membri tal-persunal ta’ sostituzzjoni rregolati mir-Regolamenti tal-Persunal - Ħtieġa permanenti ta’ membri tal-persunal temporanju rregolati mir-Regolamenti tal-Persunal)

(2021/C 357/02)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado Contencioso-Administrativo no 24 de Madrid

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Sindicato Único de Sanidad e Higiene (SUSH) de la Comunidad de Madrid, Sindicato de Sanidad de Madrid de la Confederación General del Trabajo (CGT)

Konvenut: Consejería de Sanidad de la Comunidad de Madrid

Dispożittiv

1)

Il-klawżola 5 tal-Ftehim Qafas dwar ix-xogħol għal żmien determinat, konkluż fit-18 ta’ Marzu 1999, li jinsab fl-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP, għandha tiġi interpretata fis-sens li hija l-qorti nazzjonali li għandha tevalwa, skont ir-regoli applikabbli kollha tad-dritt nazzjonali tagħha, jekk miżuri nazzjonali li jipprevedu l-klassifikazzjoni mill-ġdid ta’ kategorija ta’ membri tal-persunal temporanju, bis-sostituzzjoni tal-istatus ta’ membri tal-persunal okkażjonali rregolati mir-Regolamenti tal-Persunal bl-istatus ta’ membri tal-persunal ta’ sostituzzjoni rregolati mir-Regolamenti tal-Persunal, u l-ħatra eventwali bħala uffiċjali ta’ dawn il-membri tal-persunal wara proċeduri ta’ selezzjoni sabiex jimtlew b’mod definittiv il-pożizzjonijiet okkupati proviżorjament minn dawn tal-aħħar jikkostitwixxux miżuri xierqa għall-prevenzjoni u, jekk ikun il-każ, għas-sanzjoni tal-abbużi li jirriżultaw mill-użu ta’ kuntratti jew ta’ relazzjonijiet suċċessivi ta’ xogħol għal żmien determinat jew miżuri legali ekwivalenti, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni. Fl-eventwalità li dan ma jkunx il-każ, hija din il-qorti li għandha tivverifika jekk jeżistux, fil-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli, miżuri effettivi oħra għall-prevenzjoni u għas-sanzjoni ta’ dan l-abbuż.

2)

Il-klawżola 5 tal-Ftehim Qafas dwar ix-xogħol għal żmien determinat, konkluż fit-18 ta’ Marzu 1999, li jinsab fl-Anness tad-Direttiva 1999/70, għandha tiġi interpretata fis-sens li ma tipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tillimita għall-membri tal-persunal bl-istatus ta’ membri tal-persunal okkażjonali rregolati mir-Regolamenti tal-Persunal biss il-possibbiltà li jiksbu s-sostituzzjoni ta’ dan l-istatus b’dak ta’ membri tal-persunal ta’ sostituzzjoni rregolati mir-Regolamenti tal-Persunal, fil-każ li din is-sostituzzjoni tikkostitwixxi miżura xierqa għall-prevenzjoni u, jekk ikun il-każ, għas-sanzjoni tal-abbużi li jirriżultaw mill-użu ta’ kuntratti jew ta’ relazzjonijiet suċċessivi ta’ xogħol għal żmien determinat jew miżuri legali ekwivalenti, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, sakemm ikunu jeżistu miżuri effettivi oħrajn fl-ordinament ġuridiku nazzjonali għall-prevenzjoni u għas-sanzjoni ta’ tali abbużi fir-rigward tal-ħaddiema b’kuntratt għal żmien determinat li ma jaqgħux fil-kategorija tal-membri tal-persunal okkażjonali rregolati mir-Regolamenti tal-Persunal, li hija l-qorti nazzjonali li għandha tivverifika.


(1)  ĠU C 319, 23.09.2019.


6.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 357/3


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-1 ta’ Ġunju 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de Primera Instancia no 7 de Orense) – Spanja – UP vs Banco Santander SA, li kienet Banco Pastor SAU

(Kawża C-268/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Protezzjoni tal-konsumaturi - Direttiva 93/13/KEE - Kuntratt ta’ self ipotekarju - Klawżoli inġusti - Klawżola ta’ limitazzjoni tal-varjabbiltà tar-rata ta’ interessi (klawżola “ta’ rata minima”) - Kuntratt ta’ novazzjoni - Assenza ta’ natura vinkolanti)

(2021/C 357/03)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de Primera Instancia no 7 de Orense

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: UP

Konvenut: Banco Santander SA, li kienet Banco Pastor SAU

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix li klawżola ta’ kuntratt konkluż bejn bejjiegħ jew fornitur u konsumatur li n-natura inġusta tagħha tista’ tiġi kkonstatata minn qorti, tista’ tkun is-suġġett ta’ kuntratt ta’ novazzjoni bejn dan il-bejjiegħ jew fornitur u dan il-konsumatur, bil-kundizzjoni li, waqt il-konklużjoni ta’ dan il-kuntratt ta’ novazzjoni, il-konsumatur kien konxju tan-natura mhux vinkolanti ta’ din il-klawżola kif ukoll tal-konsegwentzi li jirriżultaw minnha, b’tali mod li l-adeżjoni tiegħu għall-imsemmi kuntratt ta’ novazzjoni tkun konsegwenza ta’ kunsens liberu u informat, li hija l-qorti nazzjonali li għandha tivverifika.

2)

L-Artikolu 3(1) u l-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 93/13 għandhom jiġu interpretati fis-sens li r-rekwiżit ta’ trasparenza impost fuq bejjiegħ jew fornitur skont dawn id-dispożizzjonijiet jimplika li, waqt il-konklużjoni ta’ kuntratt ta’ novazzjoni bejn bejjiegħ jew fornitur u konsumatur li l-klawżoli tiegħu ma kinux ġew innegozjati individwalment, u li huwa intiż li jemenda klawżola potenzjalment inġusta ta’ kuntratt preċedenti konkluż bejn dawn l-istess partijiet, dan il-bejjiegħ jew fornitur għandu jagħti lil dan il-konsumatur l-informazzjoni rilevanti li tippermettilu jifhem il-konsegwenzi legali li jirriżultaw minnu għalih u, b’mod partikolari, il-fatt li l-klawżola inizjali setgħet kienet inġusta, li hija l-qorti nazzjonali li għandha tivverifika.


(1)  ĠU C 238, 15.07.2019.


6.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 357/4


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-10 ta’ Ġunju 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Rejonowy dla Warszawy-Woli w Warszawie- Il-Polonja) – MN, DN, JN, ZN vs X Bank S.A.

(Kawża C-198/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Protezzjoni tal-konsumaturi - Direttiva 93/13/KEE - Artikolu 2(b) - Kunċett ta’ “konsumatur” - Kreditu għal self ipotekarju indiċjat f’valuta barranija - Artikoli 3 u 4 - Evalwazzjoni tan-natura inġusta ta’ klawżola)

(2021/C 357/04)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Rejonowy dla Warszawy-Woli w Warszawie

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: MN, DN, JN, ZN

Konvenut: X Bank S.A.

Fil-preżenza ta’: Rzecznik Praw Obywatelskich

Dispożittiv

Il-protezzjoni prevista mid-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, għandha tapplika għal kull konsumatur u mhux biss għal dak li jista’ jiġi kkunsidrat bħala “konsumatur medju li jitqies li huwa informat b’mod normali u li huwa attentiv u avżat b’mod raġonevoli”.


(1)  ĠU C 304, 14.9.2020


6.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 357/4


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Alwa) tad-29 ta’ Ġunju 2021 – Talanton AE – Symvouleftiki-Ekpaideftiki Etaireia Dianomon, Parochis Ypiresion Marketing kai Dioikisis Epicheiriseon vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-359/20 P) (1)

(Appell - Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Klawżola ta’ arbitraġġ - Seba' Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta' riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta' dimostrazzjoni (2007-2013) - Ftehim ta’ għotja - Spejjeż mhux eliġibbli - Deċiżjoni ta’ rkupru - Rikors tal-benefiċjarju quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea abbażi tal-Artikolu 272 TFUE - Żnaturament tal-fatti - Terminu raġonevoli - Prinċipju ta’ bona fide - Aspettattivi leġittimi - Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat)

(2021/C 357/05)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Appellanti: Talanton AE – Symvouleftiki-Ekpaideftiki Etaireia Dianomon, Parochis Ypiresion Marketing kai Dioikisis Epicheiriseon (rappreżentanti: K. Damis u M Angelopoulos, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A Katsimerou u E. A. Stamate, aġenti)

Dispożittiv

1.

L-appell huwa miċħud bħala, parzjalment, manifestament inammissibbli u, parzjalment, manifestament infondat.

2.

Talanton Anonymi Emporiki – Symvouleftiki-Ekpaideftiki Etaireia Dianomon, Parochis Ypiresion Marketing kai Dioikisis Epicheiriseonest hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 320, 28.09.2020.


6.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 357/5


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tas-16 ta’ Ġunju 2021 – Crédit agricole SA (C-456/20 P), Crédit agricole Corporate and Investment Bank (C-457/20 P), CA Consumer Finance (C-458/20 P) vs Il-Bank Ċentrali Ewropew

(Kawżi magħquda C-456/20 P sa C-458/20 P) (1)

(Appell - Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Politika ekonomika u monetarja - Regolament (UE) Nru 1024/2013 - Artikolu 18(1) - Superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu - Kompiti speċifiċi fdati lill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) - Impożizzjoni ta’ sanzjoni pekunjarja amministrattiva għall-ksur tar-rekwiżiti prudenzjali - Regolament (UE) Nru 575/2013 - Artikolu 26(3) - Rekwiżiti ta’ fondi proprji - Strumenti kapitali - Ħruġ ta’ azzjonijiet ordinarji - Klassifikazzjoni bħala elementi ta’ ekwità komuni tal-grad 1 (CET 1) - Assenza ta’ awtorizzazzjoni minn qabel tal-awtorità kompetenti - Ksur b’negliġenza)

(2021/C 357/06)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Crédit agricole SA (C-456/20 P), Crédit agricole Corporate and Investment Bank (C-457/20 P), CA Consumer Finance (C-458/20 P) (rappreżentanti: A. Champsaur u A. Delors, avocats)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Bank Ċentrali Ewropew (rappreżentanti: C. Hernández Saseta, A. Pizzolla u D. Segoin, aġenti)

Dispożittiv

1.

L-appelli huma miċħuda bħala parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondati.

2.

Crédit agricole SA, Crédit agricole Corporate and Investment Bank u CA Consumer Finance huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 433, 14.12.2020.


6.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 357/5


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-3 ta’ Ġunju 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Upravno sodišče Republike Slovenije – Is-Slovenja) – J.A. vs Republika Slovenija

(Kawża C-186/21 PPU) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Politika ta’ immigrazzjoni u ta’ ażil - Protezzjoni internazzjonali - Direttiva 2013/33/UE - Il-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8(3) - Detenzjoni tal-applikanti għall-protezzjoni internazzjonali - Applikant detenut fil-kuntest ta’ proċedura ta’ ritorn abbażi tad-Direttiva 2008/115/KE u li fir-rigward tiegħu hemm raġunijiet raġonevoli li wieħed jemmen li huwa ppreżenta l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali sempliċement sabiex itawwal jew jipprevjeni l-infurzar tad-deċiżjoni ta’ ritorn - Kriterji oġġettivi li jiġġustifikaw tali raġunijiet - Applikant li diġà kellu l-possibbiltà li jaċċedi għall-proċedura ta’ ażil)

(2021/C 357/07)

Lingwa tal-kawża: is-Sloven

Qorti tar-rinviju

Upravno sodišče Republike Slovenije

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: J.A.

Konvenut: Republika Slovenija

Dispożittiv

Il-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8(3) tad-Direttiva 2013/33/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 li tistabbilixxi l-istandards dwar l-akkoljenza ta’ applikanti għall-protezzjoni internazzjonali, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-fatt li applikant għal protezzjoni internazzjonali diġà kellu l-possibbiltà li jaċċedi għall-proċedura ta’ ażil jikkostitwixxi kriterju oġġettiv, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.


(1)  ĠU C 206, 31.5.2021.


6.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 357/6


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Törvényszék (l-Ungerija) fis-26 ta’ Mejju 2021 – DIGI Communications NV vs Nemzeti Média- és Hírközlési Hatóság Hivatala

(Kawża C-329/21)

(2021/C 357/08)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Fővárosi Törvényszék

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: DIGI Communications NV

Konvenut: Nemzeti Média- és Hírközlési Hatóság Hivatala

Intervenjent: Magyar Telekom Nyrt.

Domandi preliminari

1)

1.1

Tista’ titqies bħala kompetitriċi ta’ impriżi destinatarji ta’ deċiżjoni tal-awtorità regolatorja nazzjonali, fis-sens tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi [networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi] (Direttiva Qafas) (1), impriża rreġistrata u li topera fi Stat Membru ieħor, li hija stess ma tipprovdix servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi fis-suq inkwistjoni mid-deċiżjoni, meta impriża li tikkontrolla direttament tkun preżenti f’dak is-suq bħala fornitur ta’ servizzi u tkun kompetitur tal-impriżi destinatarji tad-deċiżjoni?

1.2

Sabiex tingħata risposta għall-ewwel parti tal-ewwel domanda, huwa neċessarju li jiġi eżaminat jekk il-kumpannija omm li tixtieq tippreżenta rikors tifformax unità ekonomika mal-impriża li tikkontrolla u li hija preżenti fis-suq inkwistjoni bħala kompetitur?

2)

2.1

Il-proċedura ta’ rkant imwettqa mill-awtorità regolatorja nazzjonali fis-sens tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2002/21 u tal-Artikolu 7 tad-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni) (2), li għandha bħala għan drittijiet għall-użu ta’ frekwenzi marbuta ma’ sostenn għat-tnedija tal-5G u servizzi addizzjonali ta’ komunikazzjoni mingħajr fili u ta’ veloċità kbira, hija proċedura maħsuba sabiex tissalvagwardja l-kompetizzjoni? Id-deċiżjoni tal-awtorità regolatorja nazzjonali li tħabbar ir-riżultat ta’ din il-proċedura ta’ rkant tista’ tiġi interpretata ukoll bħala li, f’dan is-sens, għandha l-għan li tissalvagwardja l-kompetizzjoni?

2.2

Fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tagħti risposta fl-affermattiv lill-ewwel parti tat-tieni domanda, l-għan tad-deċiżjoni li tissalvagwardja l-kompetizzjoni hija affettwata mill-fatt li l-awtorità regolatorja nazzjonali, permezz ta’ deċiżjoni finali meħuda f’deċiżjoni separata, irrifjutat li tirreġistra l-offerta ssottomessa mill-impriża li ppreżentat ir-rikors, bil-konsegwenza li din tal-aħħar ma setgħetx tipparteċipa fil-proċedura ta’ rkant u għalhekk ma kinitx destinatarja tad-deċiżjoni li tħabbar ir-riżultat ta’ din il-proċedura?

3)

3.1

L-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2002/21 għandu jiġi interpretat fid-dawl tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, fis-sens li jagħti dritt ta’ rikors kontra deċiżjoni ta’ awtorità regolatorja nazzjonali biss lil impriża:

a)

li l-pożizzjoni tas-suq tagħha hija affettwata direttament u effettivament mid-deċiżjoni, jew

b)

li jidher li huwa probabbli ħafna li l-pożizzjoni tas-suq tagħha jkun affettwat mid-deċiżjoni, jew

c)

li l-pożizzjoni tas-suq tagħha tista’ tiġi affettwata direttament jew indirettament mid-deċiżjoni?

3.2

Il-fatt li l-impriża ssottomettiet offerta fil-proċedura ta’ rkant, fi kliem ieħor, li kienet lesta li tipparteċipa fiha iżda li ma’ setgħetx minħabba li ma ssodisfatx il-kundizzjonijiet, juri minnu nnifsu l-effett li tirreferi għalih l-ewwel parti tat-tielet domanda, jew il-qorti tista’, b’mod leġittimu, titlobha tipproduċi prova li hija fil-fatt affettwata?

4)

Fuq il-bażi tar-risposti mogħtija għal-ewwel sat-tielet domanda preliminari, l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2002/21, flimkien mal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, għandu jiġi interpretat fis-sens li impriża li toffri servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi li hija affettwata mid-deċiżjoni tal-awtorità regolatorja nazzjonali li tħabbar ir-riżultat tal-proċedura ta’ rkant li għandha bħala għan drittijiet għall-użu ta’ frekwenzi marbuta ma’ sostenn għat-tnedija tal-5G u servizzi addizzjonali ta’ komunikazzjoni mingħajr fili u ta’ veloċità kbira, u li għalhekk għandha id-dritt li tippreżenta rikors, impriża:

li ma teżerċitax attività ekonomika bħala fornitur tas-servizzi fis-suq inkwistjoni, iżda tikkontrolla direttament kumpanija li toffri servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi f’dan l-istess suq inkwistjoni; u

li ġiet irrifjutata r-reġistrazzjoni fil-proċedura tal-irkant permezz ta’ deċiżjoni finali tal-awtorità regolatorja nazzjonali, li seħħet qabel l-adozzjoni minn din l-istess awtorità tad-deċiżjoni li permezz tagħha tħabbar ir-riżultat tal-proċedura ta’ rkant ikkontestata, li eskludietha milli tipparteċipa sussegwentement fil-proċedura ta’ rkant?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol 29, p. 349.

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 337.


6.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 357/7


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul Bucureşti (ir-Rumanija) fis-27 ta’ Mejju 2021 – Quadrant Amroq Beverages SRL vs Agenţia Naţională de Administrare Fiscală – Direcţia Generală de Administrare a Marilor Contribuabili

(Kawża C-332/21)

(2021/C 357/09)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Tribunalul Bucureşti

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Quadrant Amroq Beverages SRL

Konvenut: Agenţia Naţională de Administrare Fiscală – Direcţia Generală de Administrare a Marilor Contribuabili

Domandi preliminari

1)

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 27(1)(e) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/83/KEE tad-19 ta’ Ottubru 1992 dwar l-armonizzazzjoni ta’ l-istrutturi tat-taxxi tas-sisa fuq l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li jaqgħu taħt l-eżenzjoni mid-dazji tas-sisa dawk il-prodotti tat-tip tal-alkoħol etiliku biss li huma użati għall-produzzjoni ta’ ħwawar li huma min-naħa tagħhom użati fil-produzzjoni ta’ xorb mhux alkoħoliku b’qawwa alkoħolika li ma teċċedix il-1,2 % fil-volum, jew għandhom jiġu interpretati fis-sens li jibbenefikaw mill-imsemmija eżenzjoni anki l-prodotti tat-tip tal-alkoħol etiliku li diġà ntużaw għall-produzzjoni ta’ tali ħwawar li kienu jew li ser jintużaw għall-produzzjoni ta’ xorb mhux alkoħoliku b’qawwa alkoħolika li ma teċċedix il-1,2 % fil-volum?

2)

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 27(1)(e) tad-Direttiva 92/83, fil-kuntest tal-għanijiet u tal-iskema ġenerali tad-Direttiva, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, ladarba prodotti tat-tip tal-alkoħol etiliku maħsuba għall-bejgħ fi Stat Membru ieħor diġà tqiegħdu għall-konsum fl-ewwel Stat Membru, peress li huma kkunsidrati eżenti mid-dazji tas-sisa, minħabba li jintużaw għall-manifattura ta’ ħwawar użati fil-produzzjoni ta’ xorb mhux alkoħoliku b’qawwa alkoħolika li ma teċċedix il-1,2 % fil-volum, l-Istat Membru tad-destinazzjoni għandu jittrattahom bl-istess mod fit-territorju tiegħu?

3)

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 27(1)(e) u (2)(d) tad-Direttiva 92/83 u l-[prinċipji] ta’ effettività u ta’ [proporzjonalità] għandhom jiġu interpretati bħala li jippermettu lil Stat Membru jimponi kundizzjonijiet proċedurali, li jagħmlu l-applikazzjoni għall-eżenzjoni suġġetta għall-pussess tal-kwalità ta’ destinatarju rreġistrat mill-utent u tal-kwalità ta’ magazzinier awtorizzat tal-bejjiegħ ta’ prodotti suġġetti għad-dazji tas-sisa, anki jekk l-Istat Membru li minnu jinxtraw dawn il-prodotti ma jeħtieġx li l-operatur ekonomiku li jqiegħdhom fis-suq ikollu l-istatus ta’ maħżen tat-taxxa?

4)

Il-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ effettività, b’riferiment għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 27(1)(e) tad-Direttiva 92/83, fil-kuntest tal-għanijiet u tal-iskema ġenerali tad-Direttiva, jipprekludu ċ-ċaħda tal-eżenzjoni prevista f’dawn id-dispożizzjonijiet sakemm il-persuna taxxabbli mill-Istat Membru ta’ destinazzjoni li rċieva prodotti tat-tip tal-alkoħol etiliku u li bbaża ruħu fuq il-fatt li dawn il-prodotti ġew ikkunsidrati eżenti abbażi tal-interpretazzjoni uffiċjali ta’ dawn id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva mill-awtoritajiet tat-taxxa tal-Istat Membru ta’ oriġini, li kienet kostanti fuq perijodu twil ta’ żmien, trasposta f’liġi nazzjonali u applikata fil-prattika, iżda li sussegwentement irriżultat żbaljata, meta l-eżistenza ta’ frodi jew l-evitar tad-dazji tas-sisa hija eskluża wara li jiġu kkunsidrati ċ-ċirkustanzi tal-każ?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 206.


6.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 357/8


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Najwyższy (il-Polonja) fis-7 ta’ Ġunju 2021 – Procter & Gamble International Operations SA vs Perfumesco.pl sp. z o.o., sp. k.

(Kawża C-355/21)

(2021/C 357/10)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Najwyższy

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Procter & Gamble International Operations SA

Konvenut: Perfumesco.pl sp. z o.o., sp. k.

Domanda preliminari

L-Artikolu 10 tad-Direttiva 2004/48/KE fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi l-interpretazzjoni ta’ dispożizzjoni nazzjonali li skontha miżura ta’ protezzjoni fil-forma ta’ distruzzjoni ta’ oġġetti tikkonċerna esklużivament oġġetti mmanifatturati illegalment jew immarkati illegalment u ma tistax tiġi applikata fil-konfront ta’ oġġetti mqiegħda fis-suq illegalment fit-territorju taż-Żona Ekonomika Ewropea, li fir-rigward tagħhom ma jistax jiġi kkonstatat li dawn ġew immanifatturati illegalment jew immarkati illegalment?


(1)  Direttiva 2004/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 2, p. 32).


6.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 357/9


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad – Veliko Tarnovo (il-Bulgarija) fid-9 ta’ Ġunju 2021 – “EKOFRUKT EOOD” vs Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” Veliko Tarnovo

(Kawża C-362/21)

(2021/C 357/11)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Administrativen sad – Veliko Tarnovo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent:“EKOFRUKT” EOOD

Konvenut: Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” Veliko Tarnovo

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 25(1) tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal transazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li jħassar id-Direttiva 1999/93/KE (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li att amministrattiv stabbilit fil-forma ta’ dokument elettroniku ma jistax jiġi ddikjarat null meta jkun ġie ffirmat permezz ta’ firma elettronika li ma tkunx “firma elettronika kkwalifikata”?

2)

Sabiex jiġi ddeterminat jekk il-firma elettronika hijiex ikkwalifikata jew le, huwa biżżejjed li “firma elettronika kkwalifikata” tiġi inkluża fiċ-ċertifikat stabbilit mill-fornitur ta’ servizzi fiduċjarji jew inkella huwa meħtieġ li l-qorti tikkonstata li kienu ssodisfatti l-Artikolu 26 u l-Anness I tar-Regolament Nru 910/2014?

3)

F’sitwazzjoni bħal dik deskritta iktar ’il fuq, huwa biżżejjed li l-fornitur jiddeskrivi l-firma elettronika bħala waħda “professjonali” sabiex jitqies li ma hemmx “firma elettronika kkwalifikata”, fl-assenza ta’ ċertifikat ikkwalifikat tal-fornitur, jew inkella huwa meħtieġ li jiġi ddeterminat jekk il-firem jissodisfawx ir-rekwiżiti ta’ firma elettronika kkwalifikata?

4)

Fil-kuntest tal-istħarriġ tal-konformità tal-firma elettronika kkwalifikata mar-rekwiżiti previsti fl-Anness I tar-Regolament Nru 910/2014, il-fatt li l-ismijiet tal-firmatarju ma ngħatawx bl-alfabett Ċirilliku, kif jidentifika ruħu l-firmatarju, iżda bl-alfabett Latin, jikkostitwixxi ksur tal-imsemmi regolament li jfisser li ma hemmx firma elettronika kkwalifikata?


(1)  ĠU 2014, L 257, p. 73.


6.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 357/9


Appell ippreżentat fid-9 ta’ Ġunju 2021 minn Maxime Picard mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (l-Ewwel Awla Estiża) fl-24 ta’ Marzu 2021 fil-Kawża T-769/16, Picard vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-366/21 P)

(2021/C 357/12)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Maxime Picard (rappreżentant: S. Orlandi, avocat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

L-appellant jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-24 ta’ Marzu 2021, Picard vs Il-Kummissjoni (T-769/16, EU:T:2021:153);

tannulla d-deċiżjoni li tiffissa minn qabel ċerti elementi tad-drittijiet għall-pensjoni tal-appellant jew in-nuqqas li tiġi adottata tali deċiżjoni imposta mir-Regolamenti tal-Persunal b’riżultat tal-messaġġ mibgħut lilu fl-4 ta’ Jannar 2016 mill-amministratur tat-taqsima “Pensjonijiet” li jinformah, bi tweġiba għat-talba tiegħu tal-istess jum, li l-kalkolu tad-drittijiet għall-pensjoni tiegħu kien inbidel b’riżultat tal-ingaġġ tiegħu mill-ġdid fil-GF II b’effett mill-1 ta’ Ġunju 2014, li l-età pensjonabbli tiegħu kienet saret 66 sena u li r-rata annwali ta’ kisba ta’ drittijiet għall-pensjoni tiegħu kienet saret 1,8 % mill-1 ta’ Ġunju 2014;

tannulla, sa fejn ikun neċessarju, id-deċiżjoni tal-25 ta’ Lulju 2016 tad-Direttur tad-Direttorat E tad-DĠ “Riżorsi Umani” tal-Kummissjoni, sa fejn hija tiċħad bħala inammissibbli minħabba nuqqas ta’ att li jikkawża preġudizzju u sussidjarjament bħala infondat l-ilment tal-appellant tal-1 ta’ April 2016 kontra d-deċiżjoni jew l-assenza ta’ deċiżjoni li tirriżulta mit-tweġiba tal-4 ta’ Jannar 2016;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż taż-żewġ istanzi.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellant isostni li s-sentenza kkontestata hija vvizzjata bi żball ta’ liġi sa fejn il-Qorti Ġenerali llimitat il-portata tal-miżuri tranżitorji msemmija fl-Artikoli 21, 22, bl-eċċezzjoni tal-paragrafu 4 tiegħu, 23, 24a u 31(6) u (7) tal-Anness XIII għar-Regolamenti tal-Persunal li għandhom japplikaw “b’analoġija għal ħaddiema impjegati [għall-membri tal-persunal l-oħra fil-kariga] fil-31 ta’ Diċembru 2013” skont l-Artikolu 1(1) tal-Anness tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Unjoni (iktar ’il quddiem il-“Kondizzjonijiet tal-impjieg”).

Fil-fatt, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet b’mod żbaljat li l-konklużjoni ta’ kuntratt ġdid bħala membru tal-persunal bil-kuntratt, wara d-dħul fis-seħħ tar-riforma tar-Regolamenti tal-Persunal tal-2014, sabiex jaċċedi għal grupp ta’ funzjonijiet ogħla, kienet assimilata għal applikazzjoni b’analoġija ta’ regoli tranżitorji, fil-każ ta’ membri tal-persunal bil-kuntratt, mat-“tmiem definittiv mis-servizz” ta’ uffiċjal li jtemm l-applikazzjoni tal-imsemmija dispożizzjonijiet tranżitorji.

Meta għamlet dan, il-Qorti Ġenerali b’mod partikolari injorat l-għanijiet li għandhom jintlaħqu mil-leġiżlatur, il-karatteristiċi tal-iskema tal-pensjoni għall-uffiċjali u għall-aġenti l-oħra tal-Unjoni, it-terminoloġija użata fl-Artikolu 1(1) tal-anness tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg billi assimilat f’dan il-kuntest, b’mod żbaljat, il-konklużjoni ta’ kuntratt ġdid immedjatament wara wieħed preċedenti, ma’ “tmiem mis-servizz” jew “tmiem tal-impjieg” minkejja l-kontinwità kemm tal-affiljazzjoni mal-istess skema tal-pensjoni kif ukoll tas-servizz imwettaq fl-istess istituzzjoni bħala membru tal-persunal bil-kuntratt.


6.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 357/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal Administrativo (il-Portugall) fit-18 ta’ Ġunju 2021 – Instituto de Financiamento da Agricultura e Pescas IP (IFAP) vs AB, CD, EF

(Kawża C-374/21)

(2021/C 357/13)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Supremo Tribunal Administrativo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Instituto de Financiamento da Agricultura e Pescas IP (IFAP)

Konvenuti: AB, CD, EF

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (1), jipprekludi soluzzjoni tad-dritt intern, li skontha ma tistax tiġi applikata l-preskrizzjoni għad-dekorrenza tat-terminu ta’ erba’ jew tmien snin fi proċedura ġudizzjarja ta’ rkupru forzat miftuħa, minħabba li l-evalwazzjoni ta’ din il-kwistjoni hija permessa biss f’azzjoni relatata mal-att li jiddetermina l-ħlas tal-ammonti irċevuti indebitament għall-konstatazzjoni ta’ illegalità?

Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għal din id-domanda:

2)

It-terminu ta’ tliet snin previst fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament Nru 2988/95 għandu jitqies li huwa terminu ta’ preskrizzjoni tad-dejn li jiġi fis-seħħ bl-adozzjoni tal-att li jimponi l-ħlas tal-ammonti rċevuti indebitament fil-każ ta’ irregolaritajiet fil-finanzjament? Dan għandu jibda jiddekorri mid-data meta ġie adottat l-att?

Fil-każ ta risposta fin-negattiv għal din id-domanda, ulterjorment:

3)

L-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 2988/95 jipprekludi soluzzjoni tad-dritt intern li minnha jirriżulta li t-terminu [ta’ preskrizzjoni] tad-dejn jiġi interrott meta, ladarba tiġi estiża l-eżekuzzjoni fis-seħħ kontra sussidjarji responsabbli tal-kumpannija benefiċjarja, dawn jiġu nnotifikati, filwaqt li l-imsemmi terminu jiġi sospiż meta ma jkunx hemm deċiżjoni definittiva u li tikseb l-awtorità ta’ res judicata u li li ġġib fi tmiemha l-oppożizzjoni magħmula minn dawn il-kumpanniji benefiċjarji?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 1, p. 340.


6.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 357/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (il-Belġju) fl-24 ta’ Ġunju 2021 – Société de Logement de Service public (SLSP) “Sambre & Biesme”, SCRL vs Société wallonne du logement

(Kawża C-383/21)

(2021/C 357/14)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Société de Logement de Service public (SLSP) “Sambre & Biesme”, SCRL

Konvenut: Société wallonne du logement

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 12(3) tad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (1), kif emendata bir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/2170 tal-24 ta’ Novembru 2015 li jemenda d-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-limiti ta’ applikazzjoni għall-proċeduri tal-għoti ta’ kuntratti (2), għandu jiġi interpretat fis-sens li jipproduċi effett dirett?

2)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għal din l-ewwel domanda, l-Artikolu 12(3) tad-Direttiva 2014/24/UE ppreċitata għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kundizzjoni għal awtorità kontraenti, f’dan il-każ kumpannija ta’ akkomodazzjoni ta’ servizz pubbliku, li tkun irrappreżentata fi ħdan korpi deċiżjonali tal-persuna ġuridika kkontrollata, f’dan il-każ soċjetà kooperattiva interkomunali, hija ssodisfatta għar-raġuni biss li persuna li tpoġġi fuq il-bord tad-diretturi ta’ din is-soċjetà kooperattiva interkomunali fil-kwalità tagħha ta’ kunsillier muniċipali ta’ awtorità kontraenti parteċipanti oħra, f’dan il-każ komun, tinsab, minħabba ċirkustanzi esklużivament fattwali u mingħajr garanzija ġuridika ta’ rappreżentanza, li hija wkoll amministratur fi ħdan il-kumpannija ta’ akkomodazzjoni ta’ servizz pubbliku filwaqt li l-komun huwa azzjonist (mhux esklużiv) kemm tal-entità kkontrollata (soċjetà kooperattiva interkomunali) kif ukoll tal-kumpannija ta’ akkomodazzjoni ta’ servizz pubbliku?

3)

Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda magħmula, għandu jitqies li awtorità kontraenti, f’dan il-każ kumpannija ta’ akkomodazzjoni ta’ servizz pubbliku, “tipparteċipa” fil-korpi deċiżjonali tal-persuna ġuridika kkontrollata, f’dan il-każ soċjetà kooperattiva interkomunali, għas-sempliċi raġuni li persuna li tpoġġi fuq il-bord tad-diretturi ta’ din is-soċjetà kooperattiva interkomunali fil-kwalità tagħha ta’ kunsillier muniċipali ta’ awtorità kontraenti parteċipanti oħra, f’dan il-każ komun, tinsab, minħabba ċirkustanzi esklużivament fattwali u mingħajr garanzija ġuridika ta’ rappreżentanza, li hija wkoll amministratur fi ħdan il-kumpannija ta’ akkomodazzjoni ta’ servizz pubbliku filwaqt li l-komun huwa azzjonist (mhux esklużiv) kemm tal-entità kkontrollata (soċjetà kooperattiva interkomunali) kif ukoll tal-kumpannija ta’ akkomodazzjoni ta’ servizz pubbliku?


(1)  ĠU 2014, L 94, p. 65, rettifika fil-ĠU 2015, L 275, p. 68.

(2)  ĠU 2015, L 307, p. 5.


6.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 357/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (il-Belġju) fl-24 ta’ Ġunju 2021 – Commune de Farciennes vs Société wallonne du logement

(Kawża C-384/21)

(2021/C 357/15)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Commune de Farciennes

Konvenut: Société wallonne du logement

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 12(3) tad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (1), kif emendata bir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2170 tal-24 ta’ Novembru 2015 li jemenda d-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-limiti ta’ applikazzjoni għall-proċeduri tal-għoti ta’ kuntratti (2), għandu jiġi interpretat fis-sens li jipproduċi effett dirett?

2)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għal din l-ewwel domanda, l-Artikolu 12(3) tad-Direttiva 2014/24 iċċitata iktar ’il fuq għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kundizzjoni għal awtorità kontraenti, f’dan il-każ kumpannija ta’ akkomodazzjoni ta’ servizz pubbliku, sabiex tkun irrappreżentata fi ħdan il-korpi deċiżjonali tal-persuna ġuridika kkontrollata, f’dan il-każ kooperattiva interkomunali, hija ssodisfatta għall-unika raġuni li persuna li tkun fuq il-bord tad-diretturi ta’ din il-kooperattiva interkomunali fil-kapaċità tagħha bħala kunsillier komunali ta’ awtorità kontraenti parteċipanti oħra, f’dan il-każ komun, tkun, minħabba ċirkustanzi esklużivament fattwali u mingħajr garanzija legali ta’ rappreżentanza, ukoll membru tal-bord fi ħdan il-kumpannija ta’ akkomodazzjoni ta’ servizz pubbliku waqt li l-komun ikun azzjonist (mhux esklużiv) kemm tal-entità kkontrollata (il-kooperattiva interkomunali) kif ukoll tal-kumpannija ta’ akkomodazzjoni ta’ servizz pubbliku?

3)

Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda magħmula, għandu jiġi kkunsidrat li awtorità kontraenti, f’dan il-każ kumpannija ta’ akkomodazzjoni ta’ servizz pubbliku, “tipparteċipa” fil-korpi deċiżjonali tal-persuna ġuridika kkontrollata, f’dan il-każ kooperattiva interkomunali, għall-unika raġuni li persuna li tkun fuq il-bord tad-diretturi ta’ din il-kooperattiva interkomunali fil-kapaċità tagħha bħala kunsillier komunali ta’ awtorità kontraenti parteċipanti oħra, f’dan il-każ komun, tkun, minħabba ċirkustanzi esklużivament fattwali u mingħajr garanzija legali ta’ rappreżentanza, ukoll membru tal-bord fi ħdan il-kumpannija ta’ akkomodazzjoni ta’ servizz pubbliku waqt li l-komun ikun azzjonist (mhux esklużiv) kemm tal-entità kkontrollata (il-kooperattiva interkomunali) kif ukoll tal-kumpannija ta’ akkomodazzjoni ta’ servizz pubbliku?

4)

L-Artikolu 12(4) tad-Direttiva 2014/24, kif emendat bir-Regolament Delegat 2015/2170 għandu jiġu interpretati fis-sens li jipproduċi effett dirett?

5)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għal din id-domanda, l-Artikolu 12(4) tad-Direttiva 2014/24 iċċitata iktar ’il fuq għandu jiġi interpretat fis-sens li jippermetti li jiġu fdati, mingħajr sejħa għal offerti minn qabel, missjonijiet ta’ għajnuna fil-ġestjoni ta’ proġetti, servizzi legali u ambjentali lil awtorità kontraenti, f’dan il-każ kooperattiva interkomunali, meta dawn il-missjonijiet jaqgħu fil-kuntest ta’ kooperazzjoni bejn żewġ awtoritajiet kontraenti oħra, f’dan il-każ komun u kumpannija ta’ akkomodazzjoni ta’ servizz pubbliku, li ma huwiex ikkontestat li l-komun jeżerċita kontroll “in-house konġunt” fuq il-kooperattiva interkomunali u li l-komun u l-kumpannija ta’ akkomodazzjoni ta’ servizz pubbliku jkunu membri tal-kooperattiva interkomunali fis-settur tal-attivitajiet ta’ “uffiċċju ta’ riċerka u ta’ ġestjoni u l-korp ċentrali għall-akkwisti” tal-għan soċjali tagħha li huwa preċiżament ikkonċernat mill-missjonijiet li jixtiequ jafdawlha, liema missjonijiet jikkorrispondu għal attivitajiet imwettqa fis-suq minn uffiċċji ta’ riċerka u ta’ ġestjoni li jispeċjalizzaw fit-tfassil, fit-twettiq u fl-implimentazzjoni ta’ proġetti?


(1)  ĠU 2014, L 94, p. 65, rettifika fil-ĠU 2015, L 275, p. 68.

(2)  ĠU 2015, L 307, p. 5.


6.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 357/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Törvényszék (L-Ungerija) fid-29 ta’ Ġunju 2021 – HUMDA Magyar Autó-Motorsport Fejlesztési Ügynökség Zrt. vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága

(Kawża C-397/21)

(2021/C 357/16)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Fővárosi Törvényszék

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: HUMDA Magyar Autó-Motorsport Fejlesztési Ügynökség Zrt.

Konvenut: Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága

Domandi preliminari

1)

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1), kif ukoll, b’ratba magħhom, il-prinċipji fundamentali, b’mod partikolari l-prinċipji ta’ effettività u ta’ newtralità fiskali, għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali u prattika nazzjonali, ibbażata fuq din il-leġiżlazzjoni, skont liema, meta persuna taxxabbli għall-VAT ħarġet, bi żball, fattura bil-VAT fir-rigward ta’ tranżazzjoni eżentata mill-VAT, li d-destinatarju tal-fattura ħallas il-VAT lill-emittent tal-fattura, u li rriżulta li dan tal-aħħar ħallas fil-baġit il-VAT relatata mat-tranżazzjoni inkwistjoni, l-awtorità fiskali nazzjonali ma tirrimborsax il-VAT, la lill-emittent tal-fattura u lanqas lid-destinatarju tagħha?

2)

Jekk il-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi fl-affermattiv għad-domanda preċedenti, f’dan il-każ, id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2006/112 kif ukoll, b’rabta magħhom, il-prinċipji fundamentali, b’mod partikolari l-prinċipji ta’ effettività, ta’ newtralità fiskali u ta’ projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni, għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li, fil-każ deskritt fid-domanda preċedenti, ma tippermettix lid-destinatarju tal-fattura li jintroduċi direttament it-talba tiegħu għal rimbors tal-VAT mal-awtorità fiskali nazzjonali, jew tippermettilu jagħmel dan biss jekk l-irkupru tas-somma ekwivalenti għall-ammont tal-VAT inkwistjoni huwa barra minn hekk impossibbli jew eċċessivament diffiċli fil-kuntest ta’ proċedura ta’ dritt ċivili, b’mod partikolari fil-każ fejn l-emittent tal-fattura sadanittant huwa s-suġġett ta’ likwidazzjoni?

3)

Jekk il-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi d-domanda preċedenti fl-affermattiv, l-awtorità fiskali tal-Istat Membru għandha f’dan il-każ l-obbligu li tħallas interessi minbarra l-VAT li għandha tiġi rrimborsata, u, jekk iva, għal liema perijodu, u r-regoli ġenerali fil-qasam tar-rimbors tal-VAT huma f’dan ir-rigward applikabbli?


(1)  ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.


6.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 357/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Ordinario di Asti (L-Italja) fit-30 ta’ Ġunju 2021 – WP vs Istituto nazionale della previdenza sociale, Ir-Repubblika Taljana

(Kawża C-404/21)

(2021/C 357/17)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Ordinario di Asti

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: WP

Konvenut: Istituto nazionale della previdenza sociale, Ir-Repubblika Taljana

Domandi preliminari

1)

L-Artikoli 45 u 48 TFUE, l-Artikolu 4 TUE, l-Artikolu 11 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali (tal-Unjoni Ewropea) u l-Artikolu 8 tal-Anness IIIa għall-Kundizzjonijiet tal-Impjieg għall-Persunal tal-Bank Ċentrali Ewropew għandhom jiġu interpretati li jipprekludu sett ta’ regoli nazzjonali jew prattika amministrattiva nazzjonali li ma tippermettix lill-ħaddiem li huwa nazzjonali ta’ Stat Membru li ħallas il-kontribuzzjonijiet lill-istituzzjoni tas-sigurtà soċjali nazzjonali u li bħalissa jaħdem għall-istituzzjoni tal-Unjoni Ewropea, bħall-BĊE, li jittrasferixxi l-iskema tal-pensjoni lil dik l-istituzzjoni l-kontribuzzjonijiet tal-pensjoni kkreditati lill-iskema tas-sigurtà soċjali tal-Istat tiegħu jew tagħha stess?

2)

Skont ir-risposta tad-domanda stabbilita hawn fuq, għandu jkun possibbli li jiġi eżerċitat id-dritt li jiġu ttrasferiti l-kontribuzzjonijiet anki fl-assenza tal-leġiżlazzjoni ta’ implimentazzjoni nazzjonali jew ftehim speċifiku bejn l-Istat Membru li tiegħu l-ħaddiem huwa nazzjonali jew l-istituzzjoni ta’ pensjoni tal-ħaddiem, minn naħa waħda, u l-istituzzjoni tal-Unjoni, min-naħa l-oħra?


6.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 357/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fit-2 ta’ Lulju 2021 – Union fédérale des consommateurs – Que choisir (UFC – Que choisir), Consommation, logement et cadre de vie (CLCV) vs Premier ministre, Ministre de l’Économie, des Finances et de la Relance

(Kawża C-407/21)

(2021/C 357/18)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Union fédérale des consommateurs – Que choisir (UFC – Que choisir), Consommation, logement et cadre de vie (CLCV)

Konvenuti: Premier ministre, Ministre de l’Économie, des Finances et de la Relance

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 12 tad-Direttiva (UE) 2015/2302 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar pakketti tal-ivvjaġġar u arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta, li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li jobbliga lill-organizzatur ta’ pakkett tal-ivvjaġġar, fil-każ ta’ xoljiment tal-kuntratt, jirrimborsa fi flus il-ħlasijiet kollha li saru fir-rigward tal-pakkett tal-ivvjaġġar, jew fis-sens li jawtorizza rimbors ekwivalenti, b’mod partikolari fil-forma ta’ vawċer ta’ ammont ugwali għall-ammont tal-ħlasijiet li saru?

2)

Fil-każ li dawn ir-rimborsi jitqiesu li huma rimbors fi flus, il-kriżi sanitarja marbuta mal-epidemija tal-covid-19 u l-konsegwenzi tagħha fuq l-operaturi ta’ vjaġġi li, minħabba din il-kriżi, ġarrbu tnaqqis fid-dħul mill-bejgħ tagħhom li jista’ jiġi stmat bejn 50 % u 80 %, u li jirrappreżentaw iktar minn 7 % tal-prodott domestiku gross fi Franza u li, fir-rigward ta’ operaturi tal-pakketti tal-ivvjaġġar, jimpjegaw 30 000 persuna fi Franza għal dħul mill-bejgħ ta’ kważi EUR 11-il biljun, huma ta’ natura li jiġġustifikaw u, skont il-każ f’liema kundizzjonijiet u f’liema limiti, deroga temporanja mill-obbligu għall-organizzatur li jirrimborsa lill-vjaġġatur il-ħlasijiet kollha li saru għall-pakkett tal-ivvjaġġar f’terminu ta’ erbatax-il jum wara x-xoljiment tal-kuntratt, previst fl-Artikolu 12(4) tad-Direttiva 2015/2302?

3)

Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għad-domanda preċedenti, huwa possibbli, fiċ-ċirkustanzi li għadhom kif tfakkru, li jiġu aġġustati l-effetti temporali ta’ deċiżjoni li tannulla att tad-dritt nazzjonali li jmur kontra l-Artikolu 12(4) tad-Direttiva 2015/2302?


(1)  ĠU 2015, L 326, p. 1.


6.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 357/15


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-3 ta’ Ġunju 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD) – Il-Portugall) – RC vs Autoridade Tributária e Aduaneira

(Kawża C-103/20) (1)

(2021/C 357/19)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 191, 8.6.2020.


6.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 357/15


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta’ Ġunju 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal du travail de Nivelles – il-Belġju) – SD vs Habitations sociales du Roman Païs SCRL, TE, fil-kwalità ta’ kuratur tar-Régie des Quartiers de Tubize ASBL

(Kawża C-104/20) (1)

(2021/C 357/20)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 161, 11.5.2020.


6.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 357/16


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-4 ta’ Ġunju 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Rejonowy dla Warszawy-Mokotowa w Warszawie – il-Polonja) – Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi vs Miejskie Przedsiębiorstwo Energetyki Cieplnej sp. z o.o.,

(Kawża C-392/20) (1)

(2021/C 357/21)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 423, 7.12.2020.


6.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 357/16


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-17 ta Ġunju 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Köln- il-Ġermanja) – JT, NQ vs Ryanair DAC

(Kawża C-516/20) (1)

(2021/C 357/22)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 28, 25.1.2021.


6.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 357/16


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-31 ta’ Mejju 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de lo Mercantil no 1 de Córdoba – Spanja) – ZU, TV vs Ryanair Ltd

(Kawża C-618/20) (1)

(2021/C 357/23)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 72, 1.3.2021.


6.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 357/16


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-24 ta’ Mejju 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landesgericht Korneuburg – L-Awstrija) – L GmbH vs FK

(Kawża C-672/20) (1)

(2021/C 357/24)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 72, 1.3.2021.


6.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 357/17


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta’ Ġunju 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgericht Berlin – Il-Ġermanja) – Wacher Chemie AG vs Bundesrepublik Deutschland vertreten durch das Umweltbundesamt

(Kawża C-76/21) (1)

(2021/C 357/25)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 182, 10.05.2021.


6.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 357/17


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-31 ta’ Mejju 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Köln – Il-Ġermanja) – EF vs Deutsche Lufthansa AG

(Kawża C-172/21) (1)

(2021/C 357/26)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 228, 14.6.2021.


6.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 357/17


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta’ Ġunju 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landesgericht Salzburg – l-Awstrija) – FC vs FTI Touristik GmbH

(Kawża C-287/21) (1)

(2021/C 357/27)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 278, 12.07.2021.


Il-Qorti Ġenerali

6.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 357/18


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Lulju 2021 – AI vs ECDC

(Kawża T-65/19) (1)

(“Servizz pubbliku - Persunal tal-ECDC - Fastidju psikoloġiku - Artikolu 12a tar-Regolamenti tal-Persunal - Talba għal assistenza - Portata tad-dmir ta’ assistenza - Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal - Riżenja tal-awtur tal-aġir ikkritikat - Assenza ta’ ftuħ ta’ proċedura dixxiplinari - Artikolu 86 tar-Regolamenti tal-Persunal - Risposta għat-talba għal assistenza - Rikors għal annullament - Att li jikkawża preġudizzju - Ksur tad-dritt għal smigħ - Nuqqas ta’ motivazzjoni - Rifjut ta’ aċċess għar-rapport ta’ investigazzjoni u għal dokumenti oħra - Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali - Responsabbiltà”)

(2021/C 357/28)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: AI (rappreżentanti: L. Levi u A. Champetier, avocates)

Konvenut: Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (rappreżentanti: J. Mannheim u A. Iber, aġenti, assistiti minn D. Waelbroeck u A. Duron, avocats)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal-ECDC tat-18 ta’ Mejju, tal-20 ta’ Ġunju u tas-26 ta’ Ottubru 2018 meħuda b’risposta għat-talba għal assistenza tar-rikorrent minħabba fastidju psikoloġiku kif ukoll għat-talba tiegħu ta’ aċċess għal ċerti dokumenti u, min-naħa l-oħra, għal kumpens għad-dannu li huwa ġarrab.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC) tat-18 ta’ Mejju 2018 adottata b’risposta għat-talba għal assistenza mressqa fl-20 ta’ Ġunju 2017 minn AI hija annullata.

2)

Id-deċiżjoni tal-ECDC tal-20 ta’ Ġunju 2018 hija annullata sa fejn irrifjutat lil AI l-aċċess għall-partijiet mhux kunfidenzjali u li jikkonċernawh tar-rapport ta’ investigazzjoni relatat mat-talba għal assistenza tiegħu tal-20 ta’ Ġunju 2017 u tal-ittra elettronika ta’ A tas-17 ta’ Jannar 2018.

3)

Id-deċiżjoni tal-ECDC tas-26 ta’ Ottubru 2018 li tiċħad l-ilment ta’ AI tat-2 ta’ Lulju 2018 hija annullata.

4)

It-talba għal kumpens għad-danni hija miċħuda.

5)

L-ECDC għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, tliet kwarti tal-ispejjeż ta’ AI.

6)

AI għandu jħallas kwart tal-ispejjeż tiegħu.


(1)  ĠU C 131, 8.4.2019.


6.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 357/19


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Lulju 2021 – AQ vs eu-LISA

(Kawża T-164/19) (1)

(“Servizz pubbliku - Membri tal-persunal temporanju - Leave tal-mard - Xoljiment tal-kuntratt mingħajr avviż tat-temm ta’ impjieg - Artikolu 16 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg - Artikolu 48(b) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg - Dmir ta’ premura - Artikolu 34 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Responsabbiltà - Dannu materjali - Dannu morali - Rabta kawżali”)

(2021/C 357/29)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: AQ (rappreżentanti: L. Levi u N. Flandin, avukati)

Konvenuta: Aġenzija Ewropea għat-Tmexxija Operattiva tas-Sistemi tal-IT Fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (rappreżentanti: M. Chiodi, aġent, assistit minn D. Waelbroeck u A. Duron, avukati)

Intervenjenti, insostenn tal-konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Meyer u M. Alver, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-eu-LISA tat-8 ta’ Mejju 2018 li xxolji l-kuntratt ta’ membru tal-persunal temporanju tar-rikorrenti u, min-naħa l-oħra, għall-kumpens għad-dannu li din tal-aħħar sostniet minħabba f’din id-deċiżjoni.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tat-8 ta’ Mejju 2018 li permezz tagħha d-direttur eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għat-Tmexxija Operattiva tas-Sistemi tal-IT Fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA) xolja l-ingaġġ ta’ AQ bħala membru tal-persunal temporanju, hija annullata.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

AQ u l-eu-LISA għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.

4)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu ibati l-ispejjeż rispettivi tiegħu.


(1)  ĠU C 164, 13.5.2019.


6.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 357/19


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Lulju 2021 – BG vs Il-Parlament

(Kawża T-253/19) (1)

(“Servizz pubbliku - Assistenti parlamentari akkreditati - Xoljiment tal-kuntratt - Ksur tar-rabta ta’ fiduċja - Obbligu ta’ motivazzjoni - Dritt għal smigħ - Fastidju psikoloġiku - Talba għal assistenza - Vittimizzazzjoni - Żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni - Responsabbiltà”)

(2021/C 357/30)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: BG (rappreżentanti: L. Levi, A. Champetier u A. Tymen, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: I. Lázaro Betancor u I. Terwinghe, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament tat-18 ta’ Mejju 2018 li l-kuntratt ta’ assistent parlamentari akkreditat tar-rikorrenti jiġi xolt u, min-naħa l-oħra, għall-kumpens tad-dannu morali li hija allegatament ġarrbet.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

BG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 213, 24.6.2019.


6.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 357/20


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Lulju 2021 – Carbajo Ferrero vs Il-Parlament

(Kawża T-670/19) (1)

(“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Proċedura għall-ħatra ta’ pożizzjoni ta’ direttur - Avviż ta’ pożizzjoni vakanti - Ċaħda tal-kandidatura tar-rikorrent u ħatra ta’ kandidat ieħor - Obbligu ta’ motivazzjoni - Eċċezzjoni ta’ illegalità tal-atti li jistabbilixxu r-regoli interni ta’ proċedura - Irregolarità tal-proċedura ta’ reklutaġġ - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Ineżattezza tal-informazzjoni kkomunikata lill-Awtorità tal-Ħatra - Trasparenza - Ugwaljanza fit-trattament - Responsabbiltà - Dannu materjali u morali”)

(2021/C 357/31)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Fernando Carbajo Ferrero (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: L. Levi u M. Vandenbussche, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: I. Terwinghe u C. González Argüelles, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament tal-10 ta’ Diċembru 2018 ta’ ċaħda tal-kandidatura tar-rikorent u ħatra ta’ kandidat ieħor għall-pożizzjoni ta’ direttur tal-midja tad-direttorat ġenerali tal-komunikazzjoni u, min-naħa l-oħra, sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu li r-rikorrent allegatament ġarrab minħabba din id-deċiżjoni.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Diċembru 2018 ta’ ċaħda tal-kandidatura tar-rikorent u ħatra ta’ kandidat ieħor għall-pożizzjoni ta’ direttur tal-midja tad-direttorat ġenerali tal-komunikazzjoni hija annullata.

2)

Il-Parlament huwa kkundannat iħallas lir-rikorrent, bħala kumpens għad-dannu materjali, somma ta’ EUR 40 000.

3)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

4)

Il-Parlament huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 399, 25.11.2019.


6.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 357/21


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Lulju 2021 – Interpipe Niko Tube u Interpipe Nizhnedneprovsky Tube Rolling Plant vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-716/19) (1)

(“Dumping - Importazzjoni ta’ ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi, tal-ħadid jew tal-azzar, li joriġinaw fir-Russja u fl-Ukrajna - Reviżjonijiet temporanji - Kalkolu tal-valur normali - Spejjeż ta’ bejgħ, spejjeż amministrattivi u spejjeż ġenerali oħra - Bejgħ bejn kumpanniji relatati - Tranżazzjonijiet kummerċjali normali - Entità ekonomika waħda - Artikolu 2(3), (4) u (6) tar-Regolament (UE) 2016/1036 - Prezz tal-esportazzjoni - Aġġustament - Funzjonijiet li jistgħu jiġu assimilati ma’ dawk ta’ aġent li jaħdem fuq il-bażi ta’ kummissjonijiet - Artikolu 2(10)(i) tar-Regolament 2016/1036 - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Metodu differenti minn dak użat waqt investigazzjoni preċedenti - Artikolu 11(9) tar-Regolament Nru 2016/1036 - Aspettattivi leġittimi - Drittijiet tad-difiża”)

(2021/C 357/32)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Interpipe Niko Tube LLC (Nikopol, l-Ukraina), Interpipe Nizhnedneprovsky Tube Rolling Plant OJSC (Dnipro, l-Ukraina) (rappreżentant: B. Servais, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Němečková u G. Luengo, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1295 tal-1 ta’ Awwissu 2019 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1469 li jimponi dazju definittiv antidumping fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi, tal-ħadid jew tal-azzar, li joriġinaw mir-Russja u l-Ukrajna wara rieżami interim parzjali skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (UE) 2016/1036 (ĠU 2019, L 204, p. 22).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Interpipe Niko Tube LLC u Interpipe Nizhnedneprovsky Tube Rolling Plant OJSC huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 10, 13.1.2020.


6.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 357/21


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Lulju 2021 – Victoria’s Secret Stores Brand Management vs EUIPO – Yiwu Dearbody Cosmetics (BODYSECRETS)

(Kawża T-810/19) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva BODYSECRETS - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Karattru deskrittiv - Karattru normali - Artikolu 7(1)(b), (c) u (d) u Artikolu 52(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li saru l-Artikolu 7(1)(b), (c) u d) u Artikolu 59(1)(a) tar-Regolament 2017/1001)”)

(2021/C 357/33)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Victoria’s Secret Stores Brand Management, Inc. (Reynoldsburg, Ohio, l-Istati Uniti) (rappreżentant: J. Dickerson, solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Fischer u V. Ruzek, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Yiwu Dearbody Cosmetics Co. Ltd (Yiwu City, iċ-Ċina)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-5 ta’ Settembru 2019 (Każ R 2422/2018-5), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Victoria’s Secret Stores Brand Management u Yiwu Dearbody Cosmetics.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Victoria’s Secret Stores Brand Management, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 45, 10.2.2020.


6.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 357/22


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Lulju 2021 – Kneissl Holding vs EUIPO – LS 9 (KNEISSL)

(Kawża T-65/20) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ revoka - Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea KNEISSL - Dikjarazzjoni parzjali ta’ revoka - Assenza ta’ użu serju tat-trade mark - Importanza tal-użu - Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001] - Regola 22(3) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95 [li saret l-Artikolu 10(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2018/625] - Abbuż ta’ dritt”)

(2021/C 357/34)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Kneissl Holding GmbH (Ebbs, l-Awstrija) (rappreżentanti: O. Nilgen u A. Kockläuner, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Fischer, D. Hanf u D. Walicka, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: LS 9 GmbH (Munich, il-Ġermanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ Novembru 2019 (Każ R 2265/2018-2), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn LS 9 u Kneissl Holding.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Kneissl Holding GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 103, 30.3.2020.


6.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 357/23


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Lulju 2021 – IN vs Eismea

(Kawża T-119/20) (1)

(“Servizz pubbliku - Membri tal-persunal temporanju - Kuntratt għal żmien determinat - Deċiżjoni ta’ nuqqas ta’ tiġdid - Rapport ta’ evalwazzjoni - Dritt għal smigħ - Dmir ta’ premura - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Terminu raġonevoli - Responsabbiltà - Dannu morali”)

(2021/C 357/35)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: IN (rappreżentant: L. Levi, avukat)

Konvenut: L-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni u għall-SMEs (rappreżentanti: A. Galea, aġent, assistit minn A. Duron u D. Waelbroeck, avukati)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Intrapriżi Żgħar u Medji (EASME) tal-15 ta’ April 2019 li ma jiġġeddidx il-kuntratt tar-rikorrent kif ukoll tar-rapport ta’ evalwazzjoni ta’ dan tal-aħħar għas-sena 2018, kif iffinalizzat fit-3 ta’ Ġunju 2019, u, min-naħa l-oħra, għall-ksib ta’ kumpens għad-dannu allegatament imġarrab mir-rikorrent.

Dispożittiv

1)

L-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni u għall-SMEs (Eismea) hija kkundannata tħallas lil IN is-somma ta’ EUR 3 000.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 191, 8.6.2020.


6.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 357/23


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Lulju 2021 – Rochefort vs Il-Parlament

(Kawża T-170/20) (1)

(“Dritt istituzzjonali - Regolamenti dwar l-ispejjeż u l-allowances tal-Membri tal-Parlament Ewropew - Allowance ta’ assistenza parlamentari - Irkupru tas-somom imħallsa indebitament - Oneru tal-prova - Obbligu ta’ motivazzjoni - Drittijiet tad-difiża - Żball ta’ liġi - Żball ta’ evalwazzjoni - Proporzjonalità”)

(2021/C 357/36)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Robert Rochefort (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: M. Stasi, J.-L. Teheux u J.-M. Rikkers, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: N. Görlitz, T. Lazian u M. Ecker, aġenti)

Suġġett

Talba abbażi tal-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Diċembru 2019 dwar l-irkupru mingħand ir-rikorrent ta’ somma ta’ EUR 61 423,40 imħallsa indebitament abbażi tal-assistenza parlamentari u tan-nota korrispondenti tat-22 ta’ Jannar 2020.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Diċembru 2019 dwar l-irkupru mingħand Robert Rochefort ta’ somma ta’ EUR 61 423,40 imħallsa indebitament abbażi tal-assistenza parlamentari u tan-nota ta’ debitu korrispondenti tat-22 ta’ Jannar 2020 huma annullati sa fejn jirrigwardaw is-somom imħallsa matul il-perijodu inkluż bejn April u Ġunju 2010, Frar, Ġunju u Lulju 2011 u, finalment, il-perijodu inkluż bejn il-21 ta’ Mejju u s-27 ta’ Lulju 2012.

2)

Ir-rikors huwa miċħud għall-bqija.

3)

R. Rochefort u l-Parlament huma kkundannati għall-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 191, 8.6.2020.


6.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 357/24


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Lulju 2021 – Rochefort vs Il-Parlament

(Kawża T-171/20) (1)

(“Dritt istituzzjonali - Regolamenti dwar l-ispejjeż u l-allowances tal-Membri tal-Parlament Ewropew - Allowance ta’ assistenza parlamentari - Irkupru tas-somom imħallsa indebitament - Oneru tal-prova - Obbligu ta’ motivazzjoni - Drittijiet tad-difiża - Żball ta’ liġi - Żball ta’ evalwazzjoni - Proporzjonalità”)

(2021/C 357/37)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Robert Rochefort (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: M. Stasi, J.-L. Teheux u J.-M. Rikkers, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: N. Görlitz, T. Lazian u M. Ecker, aġenti)

Suġġett

Talba abbażi tal-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Diċembru 2019 dwar l-irkupru mingħand ir-rikorrent ta’ somma ta’ EUR 27 241 imħallsa indebitament abbażi tal-assistenza parlamentari u tan-nota korrispondenti tat-22 ta’ Jannar 2020.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Robert Rochefort huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 191, 8.6.2020.


6.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 357/24


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Lulju 2021 – Rochefort vs Il-Parlament

(Kawża T-172/20) (1)

(“Dritt istituzzjonali - Regolamenti dwar l-ispejjeż u l-allowances tal-Membri tal-Parlament Ewropew - Allowance ta’ assistenza parlamentari - Irkupru tas-somom imħallsa indebitament - Oneru tal-prova - Obbligu ta’ motivazzjoni - Drittijiet tad-difiża - Żball ta’ liġi - Żball ta’ evalwazzjoni - Proporzjonalità”)

(2021/C 357/38)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Robert Rochefort (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: M. Stasi, J.-L. Teheux u J.-M. Rikkers, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: N. Görlitz, T. Lazian u M. Ecker, aġenti)

Suġġett

Talba abbażi tal-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Diċembru 2019 dwar l-irkupru mingħand ir-rikorrent ta’ somma ta’ EUR 60 499,38 imħallsa indebitament abbażi tal-assistenza parlamentari u tan-nota korrispondenti tat-22 ta’ Jannar 2020.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Diċembru 2019 dwar l-irkupru mingħand Robert Rochefort ta’ somma ta’ EUR 60 499,38 imħallsa indebitament abbażi tal-assistenza parlamentari u tan-nota ta’ debitu korrispondenti tat-22 ta’ Jannar 2020 huma annullati sa fejn jirrigwardaw is-somom imħallsa għal April 2010, il-ġranet li ma jikkorrispondux mal-missjonijiet aċċettati mis-Segretarju Ġenerali tal-Parlament u l-perijodu mid-29 sal-31 ta’ Marzu 2011.

2)

Ir-rikors huwa miċħud għall-bqija.

3)

R. Rochefort u l-Parlament huma kkundannati għall-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 191, 8.6.2020.


6.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 357/25


Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Lulju 2021 – Kozhuvchanka uvoz-izvoz Kavadarci vs EUIPO (NASHE MAKEDONSKO PILSNER BEER MACEDONIAN PREMIUM BEER)

(Kawża T-357/20) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea NASHE MAKEDONSKO PILSNER BEER MACEDONIAN PREMIUM BEER - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Oriġini ġeografika - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Rikors manifestament infondat fid-dritt”)

(2021/C 357/39)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Partijiet

Rikorrenti: Drushtvo za proizvodvsto, trgovija I uslugi Kozhuvchanka d.o.o. uvoz-izvoz Kavadarci (Kavadarci, il-Maċedonja ta’ Fuq) (rappreżentant: A. Ivanova, avukata)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Hanf u P. Angelova Georgieva, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-2 ta’ April 2020 (Każ R 1729/2019-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv NASHE MAKEDONSKO PILSNER BEER MACEDONIAN PREMIUM BEER bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Drushtvo za proizvodvsto, trgovija I uslugi Kozhuvchanka d.o.o. uvoz-izvoz Kavadarci hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).


(1)  ĠU C 271, 17.8.2020.


6.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 357/26


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Ġunju 2021 – Oi dromoi tis Elias vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-352/21)

(2021/C 357/40)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrent: Organu kulturali “Oi dromoi tis Elias” (Kalamata, il-Greċja) (rappreżentant: S. Vardalas, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni ta’ ċaħda mingħajr data, irċevuta mir-rikorrent fit-23 ta’ April 2021, li permezz tagħha l-konvenuta ċaħdet it-talba għal parteċipazzjoni (iktar ’il quddiem il-“proposta”) tar-rikorrent, inkwantu sieħeb inkarigat milli jwettaq attivitajiet tal-programm EUROPE DIRECT fil-Greċja, konformement mas-sejħa għal proposti tal-konvenuta ED-GREECE-2020/SELECTION OF PARTNERS TO CARRY OUT EUROPE DIRECT ACTIVITIES (2021-2025) IN GREECE; u

taċċetta l-proposta ta’ parteċipazzjoni tar-rikorrent inkwantu sieħeb inkarigat milli jwettaq attivitajiet tal-programm EUROPE DIRECT fil-Greċja, konformement mas-sejħa għal proposti tal-konvenuta.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq li l-konvenuta evalwat b’mod żbaljat il-“proposta” tar-rikorrent f’dak li jirrigwarda l-kriterju 1 tas-sejħa għal proposti, billi indikat li r-rikorrent ma jiddeskrivix b’mod adegwat l-ambjent fiżiku taż-żona ta’ attività tal-EDIC ta’ Kalamata u li ma jieħux inkunsiderazzjoni t-trasformazzjoni diġitali.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq li l-konvenuta evalwat b’mod żbaljat il-“proposta” tar-rikorrent f’dak li jirrigwarda l-kriterju 2 tas-sejħa għal proposti, billi indikat li l-EDIC ta’ Kalamata għandha rabtiet limitati ma’ organizzazzjonijiet bħal mikroimpriżi u impriżi żgħar u ta’ daqs medju, NGOs, eċċ.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq li l-konvenuta evalwat b’mod żbaljat il-“proposta” tar-rikorrent f’dak li jirrigwarda l-kriterju 3 tas-sejħa għal proposti.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq li l-konvenuta evalwat b’mod żbaljat il-“proposta” tar-rikorrent f’dak li jirrigwarda l-kriterju 4 tas-sejħa għal proposti.


6.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 357/26


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Ġunju 2021 – Syndesmos Tyrokomon Kyprou et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-361/21)

(2021/C 357/41)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Syndesmos Tyrokomon Kyprou (Nikosija, iċ-Ċipru) u l-ħdax-il rikorrent l-ieħor (rappreżentant: N. Korogiannakis, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2021/591 tat-12 ta’ April 2021 li jdaħħal isem fir-reġistru tad-Denominazzjonijiet ta’ Oriġini Protetti u Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti (“Χαλλούμι” (Halloumi)/“Hellim” (DOP)) (1); u

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw @@ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li l-konvenuta wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni fir-rigward tal-konformità tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru CY/PDO/0005/01243 mar-Regolament Nru 1151/2012 (2). Huwa sostnut li l-konvenuta kisret l-Artikoli 10, 49 u 50 tar-Regolament Nru 1151/2012 u naqset milli teżamina b’mod korrett l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ “Halloumi” bħala DOP (3).

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li l-konvenuta kisret l-Artikoli 10, 49 u 50 tar-Regolament Nru 1151/2012 billi ma vverifikatx jekk il-proċedura prevista mir-Regolament Nru 1151/2012 kinitx ġiet osservata.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li l-konvenuta kisret il-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba minħabba t-tul estrem tal-proċedura ta’ reġistrazzjoni.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li r-Regolament ikkontestat ma huwiex motivat b’mod suffiċjenti. Huwa sostnut li l-konvenuta kisret l-obbligu ta’ motivazzjoni tagħha skont l-Artikolu 296 TFUE u d-dritt tar-rikorrenti għal rimedju effettiv.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq il-ksur, mill-konvenuta, tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba minħabba li l-qrati Ċiprijotti annullaw l-atti interni nazzjonali li fuqhom huwa bbażat ir-Regolament ikkontestat.


(1)  ĠU 2021, L 125, p. 42.

(2)  Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU 2012, L 343, p. 1, rettifiki fil-ĠU 2013, L 55, p. 27, fil-ĠU 2015, L 191, p. 10, u fil-ĠU 2019, L 216, p. 40).

(3)  Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta.


6.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 357/27


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Lulju 2021 – Itinerant Show Room vs EUIPO – Save the Duck (ITINERANT)

(Kawża T-416/21)

(2021/C 357/42)

Lingwa tar-rikors: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Itinerant Show Room Srl (San Giorgio di Bosco, l-Italja) (rappreżentant: E. Montelione, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Save the Duck SpA (Milano, l-Italja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrent quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva ITINERANT – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 946 859

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-6 ta’ Mejju 2021 fil-Każ R 997/2020-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tordna lill-EUIPO tilqa’ l-applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 17 946 859 fil-Klassijiet 18 u 25

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Esklużjoni żbaljata tal-provi prodotti quddiem il-Bord tal-Appell;

Applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Interpretazzjoni żbaljata tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


6.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 357/28


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Lulju 2021 – Itinerant Show Room vs EUIPO – Save the Duck (ITINERANT)

(Kawża T-417/21)

(2021/C 357/43)

Lingwa tar-rikors: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Itinerant Show Room Srl (San Giorgio in Bosco, l-Italja) (rappreżentant: E. Montelione, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Save the Duck SpA (Milano, l-Italja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva ITINERANT – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 946 853.

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Mejju 2021 fil-Każ R 1017/2020-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tordna lill-EUIPO tilqa’ l-applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 17 946 853 fil-Klassijiet 18 u 25

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Esklużjoni żbaljata tal-provi prodotti quddiem il-Bord tal-Appell;

Applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Interpretazzjoni żbaljata tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


6.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 357/29


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Lulju 2021 – Gioioso vs EUIPO – Maxi Di (MARE GIOIOSO di Sebastiano IMPORT EXPORT)

(Kawża T-423/21)

(2021/C 357/44)

Lingwa tar-rikors: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Sebastiano Gioioso (Fasano, l-Italja) (rappreżentant: F. Amati, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Maxi Di Srl (Belfiore, l-Italja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrent

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea MARE GIOIOSO di Sebastiano IMPORT EXPORT – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 024 185

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-10 ta’ Mejju 2021 fil-Każ R 1650/2020-1

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż tal-proċediment ta’ oppożizzjoni u tal-appell.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


6.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 357/29


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Lulju 2021 – Aldi Einkauf vs EUIPO – Cantina sociale Tollo (ALDIANO)

(Kawża T-429/21)

(2021/C 357/45)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Aldi Einkauf SE & Co. OHG (Essen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. Fürsen, M. Minkner u A. Starcke, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Cantina sociale Tollo SCA (Tollo, l-Italja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “ALDIANO” – Trade mark tal-Unjoni Nru 10 942 274

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-18 ta’ Mejju 2021 fil-Każ R 1074/2020-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 64(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


6.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 357/30


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Lulju 2021 – Apex Brands vs EUIPO – Sartorius Werkzeuge (SATA)

(Kawża T-430/21)

(2021/C 357/46)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Apex Brands, Inc. (Wilmington, Delaware, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: S. Fröhlich, H. Lerchl u M. Hartmann, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Sartorius Werkzeuge GmbH & Co. KG (Ratingen, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea SATA – Applikazzjoni Nru 18 051 525

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-4 ta’ Mejju 2021 fil-Każ R 2322/2020-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tal-kawża, inklużi dawk tar-rikorrenti.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-prinċipju ġenerali ta’ ugwaljanza fit-trattament.


6.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 357/31


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Lulju 2021 – Sushi&Food Factor vs EUIPO (READY 4YOU)

(Kawża T-432/21)

(2021/C 357/47)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrent: Sushi&Food Factor sp. z o.o. (Robakowo, il-Polonja) (rappreżentant: J. Gwiazdowska, radca prawny)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-elementi verbali “READY 4YOU” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 209 237

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-13 ta’ Mejju 2021 fil-Każ R 2321/2020-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tagħti deċiżjoni definittiva billi tilqa’ r-reġistrazzjoni tal-applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 18 209 237;

sussidjarjament tannulla d-deċiżjoni kkontestata u terġa’ tibgħat il-kawża sabiex din tiġi eżaminata mill-ġdid.

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell kif ukoll id-Dipartiment tal-Operazzjonijiet tal-EUIPO.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) flimkien mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 94(1) u tal-Artikolu 95(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 20 u tal-Artikolu 41(1), (2)(a) u (2)(ċ) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari tad-dritt għal smigħ, tal-obbligu ta’ motivazzjoni tad-deċiżjonijiet min-naħa tal-amministrazzjoni, kif ukoll tal-prinċipji ta’ amministrazzjoni tajba, ta’ ċertezza legali u ta’ ugwaljanza fit-trattament.


6.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 357/31


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Lulju 2021 – Vitronic vs EUIPO (Enforcement Trailer)

(Kawża T-433/21)

(2021/C 357/48)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Vitronic Dr.-Ing. Stein Bildverarbeitungssysteme GmbH (Wiesbaden, il-Ġermanja) (rappreżentant: D. Tsoumanis, avukata)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Enforcement Trailer – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 281 599

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-18 ta’ Mejju 2021 fil-Każ R 236/2021-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tiddikjara li r-raġunijiet għal rifjut previsti fl-Artikolu 7(1)(b) u fl-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 jipprekludu reġistrazzjoni biss f’dawk l-Istati Membri fejn l-Ingliż huwa lingwa uffiċjali, jiġifieri l-Irlanda u Malta;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali u quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


6.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 357/32


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Lulju 2021 – TL vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-438/21)

(2021/C 357/49)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: TL (rappreżentanti: L. Levi u N. Flandin, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-konvenuta tad-29 ta’ Ottubru 2020 li l-kuntratt ta’ xogħol tar-rikorrenti ma jiġġeddidx (iktar ’il quddiem id-“Deċiżjoni ta’ nuqqas ta’ tiġdid”);

flimkien ma’ dan u sa fejn ikun neċessarju, tannulla d-deċiżjoni tal-konvenuta tal-5 ta’ Mejju 2021 li tiċħad l-ilment ippreżentat mir-rikorrenti kontra d-deċiżjoni tad-29 ta’ Ottubru 2020 (iktar ’il quddiem id-“Deċiżjoni kkontestata”);

tannulla l-avviż ta’ pożizzjoni vakanti tal-konvenuta tat-2 ta’ Ottubru 2020, sa fejn huwa joffri pożizzjoni b’kompiti identiċi għal dawk li r-rikorrenti kienet diġà twettaq.

tordna l-ħlas ta’ kumpens li jammonta għal 90 % tas-salarju gross tar-rikorrenti, inklużi l-kuntribuzzjonijiet għall-pensjoni, għat-telf ta’ possibbiltà serja li l-kuntratt ta’ impjieg eżistenti jiġġedded u tordna l-ħlas ta’ kumpens għad-dannu morali mġarrab mir-rikorrenti; u

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha r-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni tal-konvenuta inkwantu r-raġunijiet mogħtija fid-“Deċiżjoni kkontestata” u d-“Deċiżjoni ta’ nuqqas ta’ tiġdid” tal-kuntratt ta’ impjieg tar-rikorrenti ma humiex fondati. Barra minn hekk, ir-rikorrenti ssostni li l-fajls li hija ħadmet prinċipalment fuqhom ma sarux inqas importanti u li l-bżonnijiet ta’ persunal fi ħdan id-diviżjoni ma naqsux, bil-kontra ta’ dak li ssostni l-konvenuta.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tad-dmir ta’ diliġenza min-naħa tal-konvenuta minħabba li ma kien hemm ebda bilanċ bejn l-interess tas-servizz u l-interess tal-membru tal-persunal. Hija ssostni wkoll li l-konvenuta ma ħaditx inkunsideazzjoni elementi oħra li kienu jinsabu fil-fajl tar-rikorrenti (i.e., fastidju).


6.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 357/33


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Lulju 2021 – Anglofranchise vs EUIPO – Bugrey (BOY LONDON)

(Kawża T-439/21)

(2021/C 357/50)

Lingwa tar-rikors: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Anglofranchise Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: P. Roncaglia, F. Rossi, N. Parrotta, R. Perotti, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Yuliya Bugrey (Milano, l-Italja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea “BOY LONDON” – Trade mark tal-Unjoni Nru 11 708 773

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-23 ta’ April 2021 fil-Każ R 459/2020-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż ta’ din il-kawża, inklużi l-ispejjeż sostnuti quddiem il-Bord tal-Appell.

tikkundanna lil Yuliya Bugrey tirrimborsa l-ispejjeż tar-rikorrenti f’din il-kawża, inklużi l-ispejjeż sostnuti quddiem il-Bord tal-Appell.

Motiv(i) invokat(i)

Ksur tal-Artikolu 7(1)(f) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 94(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


6.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 357/34


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Lulju 2021 – Ryanair vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-444/21)

(2021/C 357/51)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Ryanair DAC (Swords, l-Irlanda) (rappreżentant: E. Vahida, F. C. Laprévote, V. Blanc, S. Rating u I. G. Metaxas Maranghidis, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-konvenuta tat-12 ta’ Marzu 2021 dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.60113 – Finnair – COVID-19 – self ibridu 107.2.b (1); u

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-konvenuta applikat b’mod ħażin l-Artikolu 107(2)(b) TFUE u wettqet żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni fl-investigazzjoni tagħha tal-proporzjonalità tal-għajnuna għad-dannu kkawżat mill-kriżi tal-COVID-19.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-konvenuta kisret dispożizzjonijiet speċifiċi tat-TFUE u l-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni Ewropea li sawru l-liberalizzazzjoni tat-trasport bl-ajru fl-Unjoni sa mill-aħħar tas-snin tmenin (jiġifieri, nondiskriminazzjoni, il-provvista libera ta’ servizzi – applikati għat-trasport bl-ajru permezz tar-Regolament 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2008 dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi ta’ l-ajru fil-Komunità (Riformulazzjoni) (2) – u stabbiliment liberu).

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-konvenuta naqset milli tniedi proċedura ta’ investigazzjoni formali minkejja diffikultajiet serji u kisret id-drittijiet proċedurali tar-rikorrenti.

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-konvenuta kisret id-dmir tagħha ta’ motivazzjoni skont l-Artikolu 296(2) TFUE.


(1)  ĠU 2021, C 240, p. 14.

(2)  ĠU 2008, L 293, p. 3.


6.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 357/34


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Lulju 2021 – MD vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-552/20) (1)

(2021/C 357/52)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Il-President tar-Raba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 371, 3.11.2020.