ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 343

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 64
26 ta' Awwissu 2021


Werrej

Paġna

 

III   Atti preparatorji

 

IL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

2021/C 343/01

Opinjoni tal-Bank Centrali Ewropew tal-4 ta’ Ġunju 2021 dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reżiljenza operazzjonali diġitali għas-settur finanzjarju (CON/2021/20)

1


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2021/C 343/02

Rata tal-kambju tal-euro — Il-25 ta’ Awwissu 2021

14

2021/C 343/03

Deċiżjoni tal-Kummissjoni Tal-4 ta’ Awwissu 2021 li tistabbilixxi l-grupp ta’ esperti biex jagħti pariri tekniċi dwar il-produzzjoni organika (EGTOP)

15

 

INFORMAZZJONI DWAR IŻ-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

 

L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA

2021/C 343/04

Għajnuna mill-Istat – Deċiżjoni li ma ssir ebda oġġezzjoni

23

2021/C 343/05

Għajnuna mill-Istat – Deċiżjoni li ma ssir ebda oġġezzjoni

24

2021/C 343/06

Għajnuna mill-Istat – Deċiżjoni li ma ssir ebda oġġezzjoni

25

2021/C 343/07

Għajnuna mill-Istat – Deċiżjoni li ma ssir ebda oġġezzjoni

26

2021/C 343/08

Għajnuna mill-Istat – Deċiżjoni li ma jsirux oġġezzjonijiet

27

2021/C 343/09

Għajnuna mill-Istat – Deċiżjoni li ma ssir ebda oġġezzjoni

28


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-EFTA

2021/C 343/10

Azzjoni ppreżentata fid-9 ta’ Lulju 2021 minn SÝN hf. kontra l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA (Il-Kawża E-4/21)

29

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2021/C 343/11

Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni ta’ approvazzjoni ta’ emenda standard għal Speċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33

30

2021/C 343/12

Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni ta’ approvazzjoni ta’ emenda standard għal Speċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33

38


MT

 


III Atti preparatorji

IL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

26.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 343/1


OPINJONI TAL-BANK CENTRALI EWROPEW

tal-4 ta’ Ġunju 2021

dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reżiljenza operazzjonali diġitali għas-settur finanzjarju

(CON/2021/20)

(2021/C 343/01)

Introduzzjoni u bażi legali

Fit-22, it-23 u d-29 ta’ Diċembru 2020, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) irċieva talbiet mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u mill-Parlament Ewropew, rispettivament, għal opinjoni dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reżiljenza operazzjonali diġitali għas-settur finanzjarju u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009, (UE) Nru 648/2012, (UE) Nru 600/2014 u (UE) Nru 909/2014 (1) (minn hawn ’il quddiem ir-“regolament propost”) u proposta għal direttiva li temenda d-Direttivi 2006/43/KE, 2009/65/KE 2009/138/KE, 2011/61/UE, 2013/36/UE, 2014/65/UE, (UE) 2015/2366 u (UE) 2016/2341 (2) (minn hawn ’il quddiem id-“Direttiva emendatorja proposta”, flimkien mar-“regolament propost”, l-“atti proposti”).

Il-kompetenza tal-BĊE li jagħti opinjoni hija bbażata fuq l-Artikoli 127(4) u 282(5) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, peress li l-atti proposti fihom dispożizzjonijiet li jaqgħu taħt l-oqsma ta’ kompetenza tal-BĊE, b’mod partikolari, id-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika monetarja, il-promozzjoni tal-funzjonament bla xkiel tas-sistemi ta’ pagament, il-kontribut għat-twettiq bla xkiel tal-politiki segwiti mill-awtoritajiet kompetenti relatati mal-istabbiltà tas-sistema tas-swieq finanzjarji, u l-kompiti tal-BĊE rigward is-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu skont l-ewwel u r-raba’ inċiżi tal-Artikolu 127(2), l-Artikolu 127(5) u l-Artikolu 127(6) tat-Trattat. F’konformità mal-ewwel sentenza tal-Artikolu 17.5 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-Kunsill Governattiv adotta din l-opinjoni.

1.   Osservazzjonijiet ġenerali

1.1

Il-BĊE jilqa’ r-regolament propost, li għandu l-għan li jsaħħaħ iċ-ċibersigurtà u r-reżiljenza operazzjonali tas-settur finanzjarju. B’mod partikolari, il-BĊE jilqa’ l-għan tar-regolament propost li jneħħi l-ostakli għas-suq intern għas-servizzi finanzjarji u jtejjeb l-istabbiliment u l-funzjonament tiegħu billi jarmonizza r-regoli applikabbli fil-qasam tal-ġestjoni tar-riskji tat-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni (ICT), ir-rapportar, l-ittestjar u r-riskji tal-ICT minn terzi. Barra minn hekk, il-BĊE jilqa’ l-għan tar-regolament propost li jissimplifika u jarmonizza kwalunkwe rekwiżit regolatorju jew aspettattiva superviżorja sovrapposta li l-entitajiet finanzjarji huma attwalment soġġetti għalihom skont id-dritt tal-Unjoni.

1.2

Il-BĊE jifhem li, fir-rigward tal-entitajiet finanzjarji identifikati bħala operaturi ta’ servizzi essenzjali (3), ir-regolament propost jirrappreżenta leġiżlazzjoni speċifika għas-settur (lex specialis) f’konformità mat-tifsira kif stabbilita fl-Artikolu 1(7) tad-Direttiva (UE) 2016/1148 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) (minn hawn ’il quddiem id-“Direttiva NIS”); dan jimplika li r-rekwiżiti skont ir-regolament propost, fil-prinċipju, jipprevalu fuq id-Direttiva NIS. Fil-prattika, l-entitajiet finanzjarji identifikati bħala operaturi ta’ servizzi essenzjali (5), fost l-oħrajn, ikunu jridu jirrapportaw inċidenti f’konformità mar-regolament propost aktar milli mad-Direttiva NIS. Filwaqt li l-BĊE jilqa’ t-tnaqqis ta’ rekwiżiti potenzjalment sovrapposti għall-entitajiet finanzjarji fil-qasam tar-rapportar tal-inċidenti, għandha tingħata aktar kunsiderazzjoni lill-interazzjoni bejn ir-regolament propost u d-Direttiva NIS. Pereżempju, skont ir-regolament propost, fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT (6) jista’ jkun soġġett għal rakkomandazzjonijiet maħruġa mis-sorveljant ewlieni (7). Fl-istess ħin, l-istess fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT jista’ jiġi kklassifikat bħala operatur ta’ servizzi essenzjali skont id-Direttiva NIS u jkun soġġett għal struzzjonijiet vinkolanti maħruġa mill-awtorità kompetenti (8). F’każ bħal dan, il-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT jista’ jkun soġġett għal rakkomandazzjonijiet konfliġġenti maħruġa skont ir-regolament propost u struzzjonijiet vinkolanti maħruġa skont id-Direttiva NIS. Il-BĊE jissuġġerixxi li l-korpi leġiżlattivi tal-Unjoni jirriflettu aktar dwar l-inkonsistenzi potenzjali bejn ir-regolament propost u d-Direttiva NIS li jistgħu jfixklu l-armonizzazzjoni u t-tnaqqis ta’ rekwiżiti sovrapposti u konfliġġenti għall-entitajiet finanzjarji.

1.3

Il-BĊE jifhem ukoll li skont il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri għal livell għoli komuni ta’ ċibersigurtà madwar l-Unjoni kollha, li tħassar id-Direttiva (UE) 2016/1148 (9) (minn hawn ’il quddiem id-“Direttiva proposta NIS2”), il-“kważi aċċidenti” (10) se jkunu soġġetti għal obbligi ta’ rapportar (11). Filwaqt li l-Premessa (39) tad-Direttiva proposta NIS2 tirreferi għat-tifsira tat-terminu “kważi aċċidenti”, ma huwiex ċar jekk l-intenzjoni hijiex li l-entitajiet finanzjarji elenkati fl-Artikolu 2 tar-regolament propost ikunu meħtieġa li jirrapportaw il-kważi aċċidenti. F’dan ir-rigward, u b’kont meħud ukoll tal-fatt li l-kważi aċċidenti jistgħu jiġu identifikati bħala tali biss wara li jkunu seħħew, il-BĊE jkun sodisfatt jekk jirċievi notifika ta’ kważi inċidenti sinifikanti fil-ħin, kif inhu l-każ bħalissa għall-inċidenti ċibernetiċi. Il-BĊE jissuġġerixxi li għandu jkun hemm koordinazzjoni akbar bejn ir-regolament propost u d-direttiva proposta NIS2 biex jiġi ċċarat il-kamp ta’ applikazzjoni preċiż tar-rapportar li għalih kwalunkwe entità finanzjarja partikolari tista’ tkun soġġetta taħt dawn iż-żewġ biċċiet distinti iżda konnessi tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. Fl-istess ħin, ikun jeħtieġ li l-“kważi aċċidenti” jiġu ddefiniti u jkun jeħtieġ li jiġu żviluppati dispożizzjonijiet li jiċċaraw is-sinifikat tagħhom.

1.4

Il-BĊE jilqa’ l-inċentivar tal-entitajiet finanzjarji biex jaqsmu bejniethom, fuq bażi volontarja, informazzjoni ta’ intelligence dwar it-theddid ċibernetiku biex itejbu u jsaħħu l-qagħdiet tagħhom tar-reżiljenza ċibernetika. Il-BĊE nnifsu għen fl-Inizjattiva għall-Kondiviżjoni ta’ Informazzjoni dwar l-Intelligence tat-Theddid Ċibernetiku(CIISI-EU) immexxija mis-suq u għamel disponibbli l-pjan dettaljat għal kull min jixtieq jibni u jrawwem inizjattiva bħal din (12).

1.5

Il-BĊE jappoġġa l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tar-regolament propost, l-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej (ASE), u l-Iskwadri ta’ Rispons għal Inċidenti relatati mas-Sigurtà tal-Kompjuters (CSIRTs) (13). Huwa essenzjali li jsir skambju ta’ informazzjoni sabiex tiġi żgurata r-reżiljenza operazzjonali tal-Unjoni, peress li l-kondiviżjoni tal-informazzjoni u l-kooperazzjoni fost l-awtoritajiet jistgħu jikkontribwixxu għall-prevenzjoni ta’ attakki ċibernetiċi u jgħinu biex jitnaqqas it-tixrid tat-theddid tal-ICT. Għandu jiġi mħeġġeġ fehim komuni tar-riskji relatati mal-ICT u għandu jiġi żgurat li dawn ir-riskji jiġu vvalutati b’mod konsistenti madwar l-Unjoni. Huwa ta’ importanza fundamentali li l-informazzjoni tiġi kondiviża mal-punt uniku ta’ kuntatt (14) u mas-CSIRTs nazzjonali mill-awtoritajiet kompetenti (15) biss meta jkun hemm mekkaniżmi ta’ klassifikazzjoni u kondiviżjoni tal-informazzjoni stabbiliti b’mod ċar, flimkien ma’ salvagwardji adegwati biex tiġi żgurata l-kunfidenzjalità.

1.6

Fl-aħħar nett, il-BĊE jkun sodisfatt bl-introduzzjoni skont ir-regolament propost ta’ regoli dwar id-data personali u ż-żamma tad-data. It-tul tal-perjodu taż-żamma għandu jqis l-investigazzjoni, l-ispezzjoni, it-talba għall-informazzjoni, il-komunikazzjoni, il-pubblikazzjoni, l-evalwazzjoni, il-verifika, il-valutazzjoni u l-abbozzar ta’ pjanijiet ta’ sorveljanza jew pjanijiet superviżorji li l-awtoritajiet kompetenti jista’ jkollhom iwettqu bħala parti mill-obbligi u d-dmirijiet rispettivi tagħhom skont ir-regolament propost. F’dan ir-rigward, perjodu ta’ żamma għal 15-il sena ikun adegwat. Dan il-perjodu taż-żamma tad-data jista’ jitqassar jew jiġi estiż, skont kif jeħtieġu każijiet speċifiċi. F’dan ir-rigward, il-BĊE jissuġġerixxi li l-korpi leġiżlattivi tal-Unjoni, fil-formulazzjoni tagħhom tad-dispożizzjoni rilevanti dwar id-data personali u ż-żamma tad-data, iqisu wkoll il-prinċipju tal-minimizzazzjoni tad-data, kif ukoll l-ipproċessar ulterjuri għal finijiet ta’ arkivjar fl-interess pubbliku, għal finijiet ta’ riċerka xjentifika jew storika jew għal finijiet ta’ statistika (16).

2.   Osservazzjonijiet speċifiċi dwar is-sorveljanza u l-ikklerjar u s-saldu tat-titoli

2.1   Kompetenzi ta’ sorveljanza tas-SEBĊ u tal-Eurosistema

2.1.1

B’rabta mill-qrib mal-kompiti bażiċi tal-politika monetarja tagħha, it-Trattat u l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (minn hawn ’il quddiem l-Istatut tas-SEBĊ) jipprevedu s-sorveljanza mill-Eurosistema fuq is-sistemi tal-ikklerjar u tal-pagamenti. Skont ir-raba’ inċiż tal-Artikolu 127(2) tat-Trattat, kif rifless fl-Artikolu 3.1 tal-Istatut tas-SEBĊ, wieħed mill-kompiti bażiċi li għandhom jitwettqu permezz tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ) huwa li jiġi promoss l-operat bla xkiel tas-sistemi ta’ pagament. Fit-twettiq ta’ dan il-kompitu bażiku, il-BĊE u l-banek ċentrali nazzjonali jistgħu jipprovdu faċilitajiet, u l-BĊE jista’ jagħmel regolamenti, biex jiżgura sistemi tal-ikklerjar u ta’ pagamenti effiċjenti u sodi fi ħdan l-Unjoni u ma’ pajjiżi oħrajn (17). Skont ir-rwol ta’ sorveljanza tiegħu, il-BĊE adotta r-Regolament (UE) Nru 795/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/28) (minn hawn ’il quddiem ir-“Regolament dwar is-SIPS”) (18). Ir-Regolament dwar is-SIPS jimplimenta, f’forma preskrittiva, il-Prinċipji ta’ April 2012 għall-infrastrutturi tas-swieq finanzjarji maħruġa mill-Kumitat dwar is-Sistemi ta’ Pagament u Saldu u l-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kummissjonijiet tat-Titoli (19), li huma legalment vinkolanti u jkopru kemm sistemi ta’ pagament ta’ importanza sistemika ta’ valur kbir kif ukoll bl-imnut, operati jew minn bank ċentrali tal-Eurosistema jew minn entità privata. Il-qafas ta’ politika ta’ sorveljanza tal-Eurosistema (20) jidentifika l-istrumenti ta’ pagament bħala “parti integrali mis-sistemi ta’ pagament” u għalhekk jinkludihom fil-kamp ta’ applikazzjoni tas-sorveljanza tagħha. Il-qafas ta’ sorveljanza għall-istrumenti ta’ pagament bħalissa qed jiġi rieżaminat (21). Taħt dak il-qafas, strument ta’ pagament (eż. kard, trasferiment ta’ kreditu, debitu dirett, trasferiment ta’ flus elettroniċi u token ta’ pagament diġitali (22)) huwa definit bħala apparat (jew sett ta’ apparati) personalizzat u/jew sett ta’ proċeduri miftehmin bejn l-utent u l-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jintuża sabiex ikun jista’ jsir trasferiment ta’ valur (23).

2.1.2

Fid-dawl ta’ dan, il-BĊE jilqa’ l-esklużjoni mill-artikolu tal-kamp ta’ applikazzjoni tar-regolament propost tal-operaturi tas-sistema kif definit fil-punt (p) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 98/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (24), sistemi ta’ pagament (inklużi dawk operati minn banek ċentrali), skemi ta’ pagament u arranġamenti ta’ pagament fid-dawl tal-applikazzjoni tal-oqfsa ta’ sorveljanza msemmija hawn fuq. Għal dawn ir-raġunijiet, il-kompetenzi tas-SEBĊ skont it-Trattat u l-kompetenzi tal-Eurosistema skont ir-Regolament SIPS għandhom jiġu spjegati b’mod ċar fil-premessi tar-regolament propost.

2.1.3

Bl-istess mod, il-BĊE jilqa’ l-esklużjoni mill-applikazzjoni tal-qafas ta’ sorveljanza stabbilit fir-regolament propost ta’ fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT li huma soġġetti għal oqfsa ta’ sorveljanza stabbiliti insostenn tal-kompiti msemmija fl-Artikolu 127(2) tat-Trattat (25). F’dan ir-rigward, il-BĊE jixtieq jenfasizza li l-banek ċentrali tas-SEBĊ li jaġixxu fil-kapaċità tagħhom bħala awtorità monetarja (26) u l-Eurosistema meta tipprovdi servizzi permezz tat-TARGET2, it-TARGET2-Securities (T2S) (27) u s-Saldu ta’ Pagamenti Istantanji TARGET (TIPS) (28) ma humiex soġġetti għall-artikolu tal-kamp ta’ applikazzjoni tar-regolament propost, lanqas ma jistgħu jitqiesu fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT u għalhekk potenzjalment ikklassifikati bħala fornituri terzi ta’ servizzi kritiċi tal-ICT għall-finijiet tar-regolament propost. L-Eurosistema tissorvelja t-T2S b’rabta mal-mandat tagħha li tiżgura sistemi ta’ kklerjar u ta’ pagament effiċjenti u sodi. Barra minn hekk, l-ESMA ċċarat li t-T2S ma hijiex fornitur ta’ servizzi kritiċi (29) skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (30) (minn hawn ’il quddiem ir-“Regolament dwar is-CSDs”). B’riżultat ta’ dan, is-sikurezza organizzattiva u operazzjonali, l-effiċjenza u r-reżiljenza tat-T2S huma żgurati permezz tal-qafas legali, regolatorju u operazzjonali applikabbli u l-arranġamenti ta’ governanza miftiehma jew it-T2S, minflok permezz tar-Regolament dwar is-CSDs.

2.1.4

Barra minn hekk, il-qafas tal-politika ta’ sorveljanza tal-Eurosistema (31) jkopri fornituri ta’ servizzi kritiċi bħas-Soċjetà għat-Telekomunikazzjoni Finanzjarja Interbankarja Dinjija (SWIFT). SWIFT hija kumpanija kooperattiva b’responsabbiltà limitata stabbilita fil-Belġju, li tipprovdi servizzi ta’ messaġġi siguri fuq livell internazzjonali. In-Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique jaġixxi bħala s-sorveljant ewlieni ta’ SWIFT, u jwettaq, fuq il-bażi ta’ arranġament ta’ sorveljanza kooperattiva, sorveljanza fir-rigward ta’ SWIFT, f’kooperazzjoni mal-banek ċentrali l-oħra tal-G10, inkluż il-BĊE. Is-sorveljanti tal-G10 jirrikonoxxu li l-fokus ewlieni tas-sorveljanza huwa r-riskju operazzjonali ta’ SWIFT, peress li dan huwa meqjus bħala l-kategorija tar-riskju primarju li permezz tiegħu SWIFT tista’ toħloq riskju sistemiku għas-sistema finanzjarja fl-Unjoni. F’dan ir-rigward, il-Grupp ta’ Sorveljanza Kooperattiva ta’ SWIFT żviluppa sett speċifiku ta’ prinċipji u aspettattivi ta’ livell għoli li japplikaw għal SWIFT, bħall-identifikazzjoni u l-ġestjoni tar-riskju, is-sigurtà tal-informazzjoni, l-affidabbiltà u r-reżiljenza, l-ippjanar tat-teknoloġija u l-komunikazzjoni mal-utenti. Is-sorveljanti tal-G10 jistennew li SWIFT taderixxi mal-Kumitat dwar is-sistemi ta’ pagament u saldu tal-banek ċentrali tal-pajjiżi tal-Grupp tal-Għaxra (CPMI) u mal-Gwida tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kummissjonijiet tat-Titoli (IOSCO) dwar ir-reżiljenza ċibernetika (32) kif ukoll ma’ standards internazzjonali oħra dwar is-sigurtà tal-ICT li, meta jitqiesu flimkien, jaqbżu r-rekwiżiti stabbiliti fir-regolament propost.

2.1.5

Wieħed ma jistax ikun ċert li SWIFT u forsi fornituri oħra ta’ servizzi soġġetti għall-qafas ta’ politika ta’ sorveljanza tal-Eurosistema, jistgħu jsiru soġġetti għar-regolament propost bħala fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT kieku kellhom jipprovdu servizzi mhux koperti taħt l-Artikolu 127(2) tat-Trattat. Il-BĊE għalhekk jilqa’ b’sodisfazzjon kbir il-fatt li l-fornituri ta’ servizzi diġà soġġetti għall-qafas ta’ politika ta’ sorveljanza tal-Eurosistema, inkluż iżda mhux limitat għal SWIFT, jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-qafas ta’ sorveljanza stabbilit skont ir-regolament propost.

2.2   Il-kompetenzi tas-SEBĊ fil-qasam tas-saldu tat-titoli

2.2.1

Id-depożitorji ċentrali tat-titoli (CSDs) huma infrastrutturi tas-suq finanzjarju (FMIs) li huma strettament regolati u ssorveljati minn awtoritajiet differenti skont ir-Regolament dwar is-CSDs, li jistabbilixxi rekwiżiti li għandhom x’jaqsmu mas-saldu ta’ strumenti finanzjarji kif ukoll regoli dwar l-organizzazzjoni u l-kondotta tas-CSDs. Barra minn hekk, is-CSDs għandhom jieħdu nota tal-Gwida tas-CPMI-IOSCO dwar ir-reżiljenza ċibernetika, li ġiet operazzjonalizzata mill-Aspettattivi ta’ sorveljanza dwar ir-reżiljenza ċibernetika għall-infrastrutturi tas-suq finanzjarju (Diċembru 2018) (33). Minbarra l-kompetenzi superviżorji fdati lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti (NCAs) skont ir-Regolament dwar is-CSDs, il-membri tas-SEBĊ jaġixxu bħala “awtoritajiet rilevanti”, fil-kapaċità tagħhom bħala sorveljanti ta’ sistemi ta’ saldu tat-titoli mħaddma minn CSDs, banek ċentrali li joħorġu l-aktar muniti rilevanti li fihom isir is-saldu u banek ċentrali li fil-kotba tagħhom tiġi saldata l-parti tal-flus tat-tranżazzjonijiet (34). F’dan ir-rigward, il-premessa 8 tar-Regolament dwar is-CSDs tiddikjara li r-Regolament għandu japplika mingħajr ħsara għar-responsabbiltajiet tal-BĊE u tal-banek ċentrali nazzjonali li jiżguraw sistemi ta’ kklerjar u sistemi ta’ pagament effiċjenti u sodi fl-Unjoni u f’pajjiżi oħrajn. Il-premessa 8 tiddikjara wkoll li r-Regolament dwar is-CSDs ma għandux jipprevjeni lill-membri tas-SEBĊ milli jaċċessaw l-informazzjoni rilevanti għat-twettiq tal-kompiti tagħhom (35), inkluża s-sorveljanza tas-CSDs u ta’ FMIs oħrajn (36).

2.2.2

Barra minn hekk, il-membri tas-SEBĊ spiss jaġixxu bħala aġenti tas-saldu għall-parti tal-flus tat-tranżazzjonijiet tat-titoli u l-Eurosistema toffri lis-CSDs servizzi ta’ saldu permezz tat-T2S. Is-sorveljanza tat-T2S mill-Eurosistema hija relatata mal-mandat tagħha li tiżgura sistemi ta’ kklerjar u pagament effiċjenti u sodi, filwaqt li l-awtoritajiet kompetenti u rilevanti tas-CSDs għandhom l-għan li jiżguraw il-funzjonament bla xkiel tagħhom, is-sikurezza u l-effiċjenza tas-saldu u l-funzjonament xieraq tas-swieq finanzjarji fil-ġuriżdizzjonijiet rispettivi tagħhom.

2.2.3

Skont ir-regolament propost (37), il-banek ċentrali tas-SEBĊ ma humiex involuti fl-iżvilupp ta’ standards tekniċi fir-rigward tal-ispeċifikazzjoni tar-riskji tal-ICT. Bl-istess mod, skont ir-regolament propost (38), l-awtoritajiet rilevanti ma jiġux informati dwar kwalunkwe inċident relatat mal-ICT. Bank ċentrali tas-SEBĊ għandu jżomm l-istess livell ta’ involviment kif previst bħalissa skont ir-Regolament dwar is-CSDs u l-awtoritajiet rilevanti għandhom jiġu nnotifikati dwar inċidenti relatati mal-ICT. L-Eurosistema hija l-awtorità rilevanti għas-CSDs kollha taż-żona tal-euro u għal diversi CSDs oħra tal-UE. Ikun jeħtieġ li l-banek ċentrali tas-SEBĊ jiġu informati dwar inċidenti relatati mal-ICT li jkunu rilevanti għat-twettiq ta’ dmirijiethom, li jinkludu s-sorveljanza tas-CSDs u ta’ FMIs oħra. Ir-riskji li s-CSDs huma esposti għalihom, inklużi r-riskji tal-ICT, għandhom il-potenzjal li jheddu l-funzjonament tajjeb tas-CSDs. Għalhekk, ir-riskji tal-ICT huma importanti għall-awtoritajiet rilevanti, li għandhom jingħataw ħarsa ġenerali sħiħa u dettaljata ta’ dawn ir-riskji sabiex jivvalutawhom u jinfluwenzaw l-approċċ tal-ġestjoni tar-riskju tas-CSDs. Ir-regolament propost ma għandux jipprevedi rekwiżiti inqas restrittivi fir-rigward tar-riskji tal-ICT meta mqabbla ma’ dawk previsti fir-Regolament dwar is-CSDs u l-istandards tekniċi regolatorji attwali relatati.

2.2.4

Barra minn hekk, il-korpi leġiżlattivi tal-Unjoni għandhom jiċċaraw l-interazzjoni bejn ir-regolament propost (39) u l-istandards tekniċi regolatorji li jissupplimentaw ir-Regolament dwar is-CSDs. B’mod partikolari, ma huwiex ċar jekk CSD għandux jiġi eżentat mill-obbligu li jkollu s-sit sekondarju tiegħu stess meta l-fornitur terz tiegħu ta’ servizzi tal-ICT jżomm tali sit (40). Jekk CSD ikun eżentat minn dan l-obbligu li jżomm sit sekondarju, ma huwiex ċar x’valur legali jkollu dan ir-rekwiżit. Bl-istess mod, ir-regolament propost (41) jirreferi għal objettiv ta’ ħin ta’ rkupru u għal objettivi ta’ punt ta’ rkupru għal kull funzjoni (42), filwaqt li l-istandard tekniku regolatorju rilevanti jagħmel distinzjoni bejn il-funzjonijiet kritiċi (43) u l-operazzjonijiet kritiċi (44) fir-rigward tal-ħin ta’ rkupru stabbilit għall-operazzjonijiet kritiċi tas-CSDs. Aktar kjarifiki u riflessjoni mill-korpi leġiżlattivi tal-Unjoni dwar l-interazzjoni bejn ir-regolament propost u l-istandards tekniċi regolatorji li jissupplimentaw ir-Regolament dwar is-CSDs huma ġġustifikati sabiex jiġi evitat ir-riskju ta’ rekwiżiti konfliġġenti. Fl-aħħar nett, għandu jiġi ċċarat li l-eżenzjonijiet mogħtija lis-CSDs imħaddma minn ċerti entitajiet pubbliċi skont ir-Regolament dwar is-CSDs (45) huma estiżi skont ir-regolament propost.

2.3   Il-kompetenzi tas-SEBĊ fil-qasam tal-ikklerjar tat-titoli

2.3.1

Il-banek ċentrali tas-SEBĊ huma fdati b’kompetenzi ta’ sorveljanza fir-rigward ta’ kontropartijiet ċentrali (CCPs). F’dan ir-rigward, il-banek ċentrali nazzjonali tal-Eurosistema spiss jikkooperaw mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti rilevanti fil-funzjonijiet ta’ sorveljanza u dawk superviżorji tas-CCPs u jipparteċipaw fil-kulleġġ tas-CCP rispettiv stabbilit skont ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (46) (minn hawn ’il quddiem l-“EMIR”). Il-membri rilevanti tal-Eurosistema (47) jipparteċipaw fil-kulleġġi tal-EMIR fil-kapaċità tagħhom ta’ sorveljanti u jirrappreżentaw l-Eurosistema bħala bank ċentrali tal-ħruġ għas-CCPs fejn l-euro hija waħda mill-aktar muniti rilevanti għall-istrumenti finanzjarji kklerjati (u għal CCPs offshore li jikklerjaw proporzjon sinifikanti ta’ strumenti finanzjarji f’euro). Il-BĊE huwa l-bank ċentrali tal-ħruġ għal CCPs mhux fiż-żona tal-euro.

2.3.2

Skont ir-regolament propost (48), il-banek ċentrali tas-SEBĊ ma humiex involuti fl-iżvilupp ta’ standards tekniċi fir-rigward tal-ispeċifikazzjoni tar-riskji tal-ICT. Barra minn hekk, ir-regolament propost (49) ma għandu l-ebda referenza għall-objettiv ta’ ħin ta’ rkupru u r-rekwiżiti ta’ objettiv ta’ punt ta’ rkupru skont l-EMIR (50). L-istruttura regolatorja proposta ma għandhiex tipprevedi rekwiżiti inqas restrittivi fir-rigward tar-riskji tal-ICT minn dawk li jeżistu bħalissa. Għalhekk, huwa kruċjali li jiġu stabbiliti objettivi ċari ta’ ħin u ta’ punt ta’ rkupru sabiex ikun hemm qafas sod ta’ ġestjoni tal-kontinwità tan-negozju. Iż-żamma ta’ objettivi speċifiċi ta’ ħin u ta’ punt ta’ rkupru hija wkoll parti mill-Prinċipji tas-CPMI-IOSCO għall-Infrastrutturi tas-Suq Finanzjarju (51). Id-dispożizzjoni attwali skont l-EMIR għandha tinżamm, u r-regolament propost għandu jiġi adattat kif xieraq. Il-banek ċentrali tas-SEBĊ għandhom ikunu involuti fit-tħejjija ta’ kwalunkwe leġiżlazzjoni ta’ livell sekondarju, u huma meħtieġa wkoll aktar kjarifika u riflessjoni mill-korpi leġiżlattivi tal-Unjoni dwar l-interazzjoni bejn ir-regolament propost u l-istandards tekniċi regolatorji supplementari, sabiex jiġi evitat ir-riskju ta’ rekwiżiti konfliġġenti jew sovrapposti.

3.   Osservazzjonijiet speċifiċi dwar aspetti superviżorji prudenzjali

3.1

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 (52) (minn hawn ’il quddiem ir-“Regolament dwar l-MSU”) jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-BĊE fir-rigward tas-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona tal-euro u jżomm lill-BĊE responsabbli għall-funzjonament effettiv u konsistenti tal-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku (MSU), li fih jitqassmu responsabbiltajiet superviżorji speċifiċi bejn il-BĊE u l-NCAs parteċipanti. B’mod partikolari, il-BĊE għandu l-kompitu li jawtorizza u jirtira l-awtorizzazzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu kollha. Il-BĊE għandu wkoll il-kompitu, fost l-oħrajn, li jiżgura konformità mal-liġijiet rilevanti tal-Unjoni li jimponu rekwiżiti prudenzjali fuq l-istituzzjonijiet ta’ kreditu, inkluż ir-rekwiżit li jkun hemm fis-seħħ arranġamenti ta’ governanza robusti, bħal proċessi sodi ta’ ġestjoni tar-riskju u mekkaniżmi ta’ kontroll intern (53). Għal dan il-għan, il-BĊE jingħata s-setgħat superviżorji kollha meħtieġa għall-eżerċitar tal-funzjonijiet tiegħu biex jintervjeni fl-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu. Il-BĊE u l-NCAs rilevanti huma għalhekk l-awtoritajiet kompetenti li jeżerċitaw setgħat superviżorji prudenzjali speċifikati skont ir-Regolament 2013/575/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (54) (minn hawn ’il quddiem ir-“Regolament dwar ir-Rekwiżiti ta’ Kapital”) u d-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (55) (minn hawn ’il quddiem id-“Direttiva dwar ir-Rekwiżiti ta’ Kapital”).

3.2

Ir-regolament propost jiddikjara li l-ġabra unika tar-regoli u s-sistema unika ta’ superviżjoni għandhom jiġu żviluppati aktar biex ikopru r-reżiljenza operazzjonali diġitali u s-sigurtà tal-ICT, billi jestendu l-mandati tas-superviżuri finanzjarji inkarigati mill-monitoraġġ u l-protezzjoni tal-istabbiltà finanzjarja u l-integrità tas-suq (56). L-għan huwa li jitrawwem qafas komprensiv tar-riskju operazzjonali jew tal-ICT permezz tal-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ewlenin ta’ reżiljenza operazzjonali diġitali għall-entitajiet finanzjarji kollha (57). B’mod partikolari, ir-regolament propost għandu l-għan li jikkonsolida u jaġġorna r-rekwiżiti tar-riskji tal-ICT li, sal-lum, huma indirizzati separatament f’biċċiet differenti ta’ leġiżlazzjoni (58).

3.3

Ir-rekwiżiti relatati mar-riskji tal-ICT għas-settur finanzjarju bħalissa huma mifruxa fuq għadd ta’ atti tad-dritt tal-Unjoni, inkluża d-Direttiva dwar ir-Rekwiżiti ta’ Kapital, u strumenti legali nonvinkolanti (bħal-linji gwida tal-EBA), u huma varjati u kultant mhux kompluti. F’xi każijiet, ir-riskju tal-ICT ġie indirizzat biss b’mod impliċitu bħala parti mir-riskju operazzjonali, filwaqt li f’oħrajn ma ġie indirizzat xejn. Dan għandu jiġi rimedjat bl-allinjament tar-regolament propost u dawk l-atti. Għal dak il-għan, id-direttiva emendatorja proposta tressaq sett ta’ emendi li jidhru meħtieġa biex iġibu ċarezza legali u konsistenza fir-rigward tal-applikazzjoni tad-diversi rekwiżiti ta’ reżiljenza operazzjonali diġitali. Madankollu, l-emendi għad-Direttiva dwar ir-Rekwiżiti ta’ Kapital attwalment issuġġeriti mid-Direttiva emendatorja proposta (59) jirreferu biss għad-dispożizzjonijiet dwar il-pjanijiet ta’ kontinġenza u ta’ kontinwità tan-negozju (60), minħabba li, allegatament, dawn iservu b’mod impliċitu bħala bażi għall-indirizzar tal-ġestjoni tar-riskji tal-ICT.

3.4

Barra minn hekk, ir-regolament propost (61) jipprevedi li l-entitajiet finanzjarji, inklużi l-istituzzjonijiet ta’ kreditu, għandu jkollhom fis-seħħ oqfsa ta’ governanza u kontroll intern li jiżguraw ġestjoni effettiva u prudenti tar-riskji kollha tal-ICT. Ir-regolament propost (62) jipprevedi l-applikazzjoni fil-livell individwali u konsolidat tar-rekwiżiti stabbiliti fih, iżda mingħajr koordinazzjoni suffiċjenti mal-leġiżlazzjoni speċifika għas-settur imsemmija. Fl-aħħar nett, skont ir-regolament propost (63), huwa previst li mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet dwar il-qafas ta’ sorveljanza għall-fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT imsemmija fir-regolament propost (64), l-awtorità kompetenti maħtura f’konformità mal-Artikolu 4 tad-Direttiva dwar ir-Rekwiżiti ta’ Kapital, għandha tiżgura l-konformità tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-obbligi stabbiliti fih, mingħajr preġudizzju għall-kompiti speċifiċi mogħtija lill-BĊE mir-Regolament dwar l-MSU.

3.5

Fid-dawl ta’ dan li ntqal, il-BĊE jifhem li, fir-rigward tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu, u ħlief għad-dispożizzjonijiet tar-regolament propost dwar il-qafas ta’ sorveljanza għall-fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT (65), ir-regolament propost għandu l-għan li jistabbilixxi qafas ta’ governanza interna prudenzjali għall-ġestjoni tar-riskji tal-ICT li se jiġi integrat fil-qafas ta’ governanza interna ġenerali skont id-Direttiva dwar ir-Rekwiżiti ta’ Kapital. Barra minn hekk, minħabba n-natura prudenzjali tal-qafas propost, l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-superviżjoni tal-konformità mal-obbligi stabbiliti skont il-qafas propost, inkluż il-BĊE, se jkunu l-awtoritajiet responsabbli għas-superviżjoni bankarja skont ir-Regolament dwar l-MSU.

3.6

Il-korpi leġiżlattivi tal-Unjoni jista’ għalhekk jogħġobhom iqisu s-suġġerimenti li ġejjin biex tiżdied iċ-ċarezza u l-koordinazzjoni bejn ir-regolament propost u d-Direttiva dwar ir-Rekwiżiti ta’ Kapital. L-ewwel, ir-rekwiżiti skont ir-regolament propost jistgħu jiġu kkwalifikati b’mod espliċitu bħala prudenzjali, kif sar, fost l-oħrajn, fir-Regolament dwar is-CSDs (66). It-tieni, il-premessi tad-direttiva emendatorja proposta (67) jistgħu jwessgħu l-formulazzjoni tagħhom ladarba r-rekwiżiti skont ir-regolament propost imorru lil hinn mill-fażi unika tal-pjanijiet ta’ kontinġenza u ta’ kontinwità tan-negozju. Il-miżuri ta’ governanza tar-riskji tal-ICT, b’mod ġenerali, jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni aktar ġenerali ta’ arranġamenti robusti ta’ governanza skont l-Artikolu 74 tad-Direttiva dwar ir-Rekwiżiti ta’ Kapital (68). It-tielet, ir-regolament propost (69) għandu jiġi emendat sabiex fil-premessi jfakkar il-kompetenza tal-BĊE għas-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu skont it-Trattat u r-Regolament dwar l-MSU. Ir-raba’, ir-referenza għall-applikazzjoni fil-livell individwali u konsolidat tar-rekwiżiti previsti fih (70) għandha tiġi riveduta peress li l-livell subkonsolidat u konsolidat ma humiex definiti fir-regolament propost, u ċerti tipi ta’ intermedjarji ma humiex soġġetti għal superviżjoni konsolidata skont il-leġiżlazzjoni rilevanti (eż. l-istituzzjonijiet ta’ pagament). Barra minn hekk, il-livell ta’ applikazzjoni tar-rekwiżiti skont ir-regolament propost għandu joħroġ biss mil-leġiżlazzjoni applikabbli għal kull tip ta’ entità finanzjarja. Fil-każ tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu, hija prevista konnessjoni ċara bejn id-Direttiva dwar ir-Rekwiżiti ta’ Kapital u r-regolament propost, u għalhekk ir-rekwiżiti skont ir-regolament propost japplikaw awtomatikament fil-livell individwali, subkonsolidat jew konsolidat (71), skont il-każ. Fl-aħħar nett, il-korpi leġiżlattivi tal-Unjoni jistgħu jikkunsidraw li jipprovdu reġim tranżizzjonali għall-ġestjoni tal-perjodu bejn id-dħul fis-seħħ tar-regolament propost u d-dħul fis-seħħ tal-istandards tekniċi regolatorji previsti fir-regolament propost, peress li xi intermedjarji, inklużi l-istituzzjonijiet ta’ kreditu, diġà huma soġġetti għal regoli dwar ir-riskji tal-ICT li huma applikabbli għal setturi speċifiċi u huma aktar dettaljati mid-dispożizzjonijiet ġenerali tar-regolament propost.

3.7

Il-BĊE ġie fdat skont ir-Regolament dwar l-MSU bil-kompitu li jiżgura l-konformità mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu mar-rekwiżiti tad-dritt tal-Unjoni li jeħtieġu li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jkollhom fis-seħħ proċessi robusti ta’ ġestjoni tar-riskji u mekkaniżmi ta’ kontroll intern (72). Dan ifisser li l-BĊE jrid jiżgura li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jimplimentaw politiki u proċessi għall-evalwazzjoni u l-ġestjoni tal-iskopertura tagħhom għal riskji operazzjonali, inkluż ir-riskju tal-mudell, u biex ikopru l-avvenimenti severi ħafna mhux frekwenti. L-istituzzjonijiet ta’ kreditu huma meħtieġa jfissru x’inhu li jikkostitwixxi riskju operazzjonali għall-finijiet ta’ dawk il-politiki u l-proċeduri (73).

3.8

F’Lulju 2017 il-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) adotta l-Qafas ta’ Rapportar ta’ Inċidenti Ċibernetiċi tal-MSU (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ il-“Qafas”), fuq il-bażi ta’ abbozz ta’ proposta tal-Bord Superviżorju skont l-Artikolu 26(8) u l-Artikolu 6(2) tar-Regolament dwar l-MSU u l-Artikolu 21(1) tar-Regolament (UE) Nru 468/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/17) (74). Il-Qafas jikkonsisti f’talba vinkolanti (deċiżjonijiet individwali indirizzati lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu) għal informazzjoni u/jew rapportar abbażi tal-Artikolu 10 tar-Regolament dwar l-MSU (75). Xi pajjiżi diġà għandhom stabbilit proċess ta’ rapportar tal-inċidenti, li jirrikjedi li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jirrapportaw l-inċidenti ċibernetiċi sinifikanti kollha lill-NCAs tagħhom. F’dawk il-pajjiżi, istituzzjonijiet ta’ kreditu sinifikanti xorta waħda se jirrapportaw l-inċidenti lill-NCAs, li mbagħad jgħadduhom mingħajr dewmien żejjed lill-BĊE f’isem l-entitajiet taħt superviżjoni. Għalhekk, id-deċiżjonijiet imsemmija hawn fuq huma indirizzati wkoll lil dawn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti biex jibagħtu dik l-informazzjoni lill-BĊE abbażi tal-Qafas. Il-BĊE jappoġġa l-isforz tal-korpi leġiżlattivi tal-Unjoni biex jippromwovu l-armonizzazzjoni u s-simplifikazzjoni tas-sett ta’ regoli u obbligi applikabbli għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu dwar ir-rapportar tal-inċidenti, fost l-oħrajn. Fid-dawl ta’ dan, il-BĊE jinsab lest li jemenda (u potenzjalment jirrevoka) il-Qafas, fejn meħtieġ, fid-dawl tal-adozzjoni eventwali tar-regolament propost.

4.   Osservazzjonijiet speċifiċi dwar il-ġestjoni tar-riskji tal-ICT, ir-rapportar tal-inċidenti, l-ittestjar tar-reżiljenza operazzjonali u r-riskju tal-ICT minn terzi

4.1   Ġestjoni tar-riskji tal-ICT

4.1.1

Il-BĊE jilqa’ l-introduzzjoni mir-regolament propost ta’ qafas ta’ ġestjoni tar-riskji tal-ICT robust u komprensiv li jinkludi l-Gwida CPMI-IOSCO dwar ir-reżiljenza ċibernetika u huwa allinjat mill-qrib mal-aħjar prattiki, inklużi l-Aspettattivi tas-Sorveljanza tar-Reżiljenza Ċibernetika tal-Eurosistema għall-FMIs.

4.1.2

Il-BĊE jappoġġa l-kunċett li l-entitajiet finanzjarji għandhom iwettqu valutazzjonijiet tar-riskju ma’ kull “bidla kbira” fin-network u fl-infrastruttura tas-sistema tal-informazzjoni (76). Minkejja dan, ir-regolament propost ma fih l-ebda definizzjoni ta’ “bidla kbira”, li joħloq okkażjoni mhux mixtieqa għal interpretazzjonijiet diverġenti mill-entitajiet finanzjarji li fl-aħħar mill-aħħar jistgħu jfixklu l-għanijiet ta’ armonizzazzjoni tar-regolament propost. Għal raġunijiet ta’ ċertezza legali, il-korpi leġiżlattivi tal-Unjoni jista’ jogħġobhom jikkunsidraw l-introduzzjoni ta’ definizzjoni ta’ “bidla kbira” fir-regolament propost.

4.1.3

Il-BĊE ġeneralment jappoġġa l-idea li l-entitajiet finanzjarji li ma humiex mikrointrapriżi għandhom jirrapportaw il-kostijiet u t-telf rilevanti kkawżati mit-tfixkil fl-ICT u l-inċidenti relatati mal-ICT lill-awtoritajiet kompetenti (77). Madankollu, biex tiġi żgurata l-effettività ġenerali tas-sistema, u biex tiġi evitata l-possibbiltà li l-awtoritajiet kompetenti u l-entitajiet finanzjarji jkollhom għadd eċċessiv ta’ rapporti, il-korpi leġiżlattivi tal-Unjon jistgħu jesploraw l-introduzzjoni ta’ livelli limitu rilevanti, possibbilment ta’ natura kwantitattiva.

4.1.4

Il-BĊE jirrikonoxxi l-possibbiltà li l-entitajiet finanzjarji jiddelegaw il-kompiti ta’ verifika tal-konformità mar-rekwiżiti tal-ġestjoni tar-riskji tal-ICT lil impriżi intragrupp jew esterni, wara l-approvazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti (78). Fl-istess ħin, huwa importanti li l-korpi leġiżlattivi tal-Unjoni jiċċaraw kif se tingħata l-approvazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti f’każijiet fejn entità finanzjarja tkun soġġetta għal diversi awtoritajiet kompetenti. Dan jista’ jseħħ meta entità finanzjarja tkun istituzzjoni ta’ kreditu, fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi u/jew fornitur ta’ servizzi ta’ pagament. Fl-aħħar nett, fir-rigward tal-identifikazzjoni u l-klassifikazzjoni li għandhom iwettqu l-entitajiet finanzjarji skont ir-regolament propost (79), il-BĊE jikkunsidra prudenti, għall-finijiet tal-klassifikazzjoni tal-assi, li r-regolament propost jirrikjedi wkoll li l-entitajiet finanzjarji jqisu l-kritikalità ta’ tali assi (jiġifieri jekk jappoġġawx funzjonijiet kritiċi).

4.2   Rapportar ta’ inċidenti

4.2.1

Il-BĊE jilqa’ l-isforzi deskritti fir-regolament propost biex jiġi armonizzat ix-xenarju tar-rapportar tal-inċidenti tal-ICT fl-Unjoni u għal ħidma biex ikun hemm rapportar ċentralizzat ta’ inċidenti kbar relatati mal-ICT (80). L-introduzzjoni ta’ qafas armonizzat għar-rapportar ta’ inċidenti kbar relatati mal-ICT (81) lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti fil-prinċipju tissimplifika u tarmonizza l-piż tar-rapportar tal-entitajiet finanzjarji, inklużi l-istituzzjonijiet ta’ kreditu. L-awtoritajiet kompetenti jibbenefikaw mill-kamp ta’ applikazzjoni usa’ tal-inċidenti koperti, li jmur lil hinn mill-inċidenti relatati maċ-ċibersigurtà li bħalissa huma koperti mill-oqfsa eżistenti (82). L-adozzjoni futura tar-regolament propost tkun teħtieġ rieżami u potenzjalment revoka ta’ oqfsa eżistenti, inkluż tal-Qafas ta’ Rapportar ta’ Inċidenti Ċibernetiċi tal-MSU. Minkejja dan, sabiex tinkiseb simplifikazzjoni vera u allinjament sħiħ fl-oqfsa kollha, huwa kruċjali li jiġi żgurat li l-kamp ta’ applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar ir-rapportar tal-inċidenti skont ir-regolament propost, inklużi d-definizzjonijiet, il-limiti u l-parametri tar-rapportar rilevanti kollha, ikun allinjat bis-sħiħ mal-oqfsa rilevanti. B’mod partikolari, huwa ta’ importanza kbira li jiġi żgurat allinjament bejn, minn naħa, ir-regolament propost, u, min-naħa l-oħra, id-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (83) (minn hawn ’il quddiem il-“PSD2”) u l-Linji Gwida tal-EBA dwar ir-rapportar ta’ inċidenti kbar (minn hawn ’il quddiem il-“Linji Gwida tal-EBA”). Id-Direttiva emendatorja proposta (84) fiha emendi għall-PSD2 fir-rigward tad-delinjazzjoni tar-rapportar tal-inċidenti bejn ir-regolament propost u l-PSD2, li jaffettwaw prinċipalment lill-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament, li jistgħu jiġu awtorizzati wkoll bħala istituzzjonijiet ta’ kreditu, kif ukoll lill-awtoritajiet kompetenti. Hemm nuqqas ta’ ċarezza fir-rigward tal-proċess ta’ notifika tal-inċidenti, u hemm sovrapożizzjoni potenzjali bejn uħud mill-inċidenti li jridu jiġu rrapportati kemm skont ir-regolament propost kif ukoll skont il-Linji Gwida tal-EBA.

4.2.2

Il-proċessi għan-notifika ta’ inċidenti kbar skont, rispettivament, ir-regolament propost (85), il-PSD2 u l-Linji Gwida korrispondenti tal-EBA jkunu jeħtieġu li l-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament jissottomettu rapport ta’ inċident lill-awtorità kompetenti rispettiva tagħhom ladarba l-inċident ikun ġie kklassifikat. Fil-fatt, ir-rapporti inizjali ma jaqbdux l-essenza, il-kawża jew il-qasam funzjonali affettwat mill-inċident u l-fornituri tas-servizzi ta’ pagament jistgħu jkunu biss f’pożizzjoni li jagħmlu tali distinzjonijiet fi stadju aktar tard, meta ssir disponibbli informazzjoni aktar dettaljata dwar l-inċident. B’riżultat ta’ dan, ir-rapporti inizjali dwar l-inċidenti jistgħu jiġu sottomessi kemm skont ir-regolament propost kif ukoll skont il-Linji Gwida tal-EBA, jew il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament jistgħu jiddeċiedu dwar qafas ta’ rapportar uniku u jikkoreġu s-sottomissjonijiet tagħhom f’data aktar tard. L-istess inċertezza (fir-rigward, pereżempju, tal-kawża ewlenija ta’ kwalunkwe inċident) tista’ tkun riflessa wkoll fir-rapporti intermedji u finali. Dan għal darba oħra jżid il-possibbiltà ta’ sottomissjoni parallela ta’ rapporti lill-awtoritajiet kompetenti skont ir-regolament propost u l-PSD2.

4.2.3

Xi inċidenti li jistgħu jiġu kkategorizzati bħala inċidenti relatati mal-ICT jista’ jkollhom ukoll impatt fuq oqsma oħra u, b’riżultat ta’ dan, ikun jeħtieġ li jiġu nnotifikati skont il-Linji Gwida tal-EBA. Dan jista’ jkun il-każ fejn inċident ikollu impatt minn perspettiva tal-ICT iżda, fl-istess ħin, ikun affettwa direttament ukoll il-forniment ta’ servizzi ta’ pagament u/jew oqsma jew mezzi funzjonali oħra li ma humiex tal-ICT. Barra minn hekk, jista’ jkun hemm każijiet fejn ma jkunx possibbli li ssir distinzjoni bejn inċidenti operazzjonali u dawk relatati mal-ICT. Barra minn hekk, fil-każ fejn l-istess entità finanzjarja tkun istituzzjoni ta’ kreditu sinifikanti u fornitur ta’ servizzi ta’ pagament, skont ir-regolament propost, l-istess entità jkollha tirrapporta l-inċident relatat mal-ICT darbtejn, ladarba tkun soġġetta għal żewġ awtoritajiet kompetenti. Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, ir-regolament propost għandu jispjega b’mod aktar ċar kif huwa maħsub li se taħdem fil-prattika l-interazzjoni bejn il-PSD2 u l-Linji Gwida tal-EBA. B’mod aktar sinifikanti, ikun importanti, għal raġunijiet ta’ armonizzazzjoni u simplifikazzjoni tal-obbligi ta’ rapportar, li l-korpi leġiżlattivi tal-Unjoni jirriflettu dwar kwistjonijiet residwi ta’ rapportar doppju, u li jiċċaraw jekk ir-regolament propost minn naħa, u l-Linji Gwida tal-EBA u l-PSD2 min-naħa l-oħra, humiex se jeżistu flimkien, jew jekk għandux ikun hemm sett uniku ta’ rekwiżiti ta’ rapportar tal-inċidenti.

4.2.4.

Ir-regolament propost jintroduċi r-rekwiżit għall-awtoritajiet kompetenti (86) li malli jirċievu rapport, jirrikonoxxu l-wasla tan-notifika u mill-aktar fis possibbli jipprovdu l-feedback jew il-gwida kollha meħtieġa lill-entità finanzjarja, b’mod partikolari biex jiġu diskussi r-rimedji fil-livell tal-entità jew modi kif jiġi mminimizzat l-impatt negattiv bejn is-setturi. Dan ikun ifisser li l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkontribwixxu b’mod attiv għall-ġestjoni u r-rimedjar ta’ inċidenti filwaqt li fl-istess ħin jivvalutaw ukoll ir-rispons ta’ entità taħt superviżjoni għal inċidenti kritiċi. Il-BĊE jenfasizza li r-responsabbiltà u s-sjieda tar-rimedju u l-konsegwenzi ta’ inċident għandhom jibqgħu unikament u b’mod ċar f’idejn l-entità finanzjarja kkonċernata. Il-BĊE għalhekk jipproponi li l-feedback u l-gwida jiġu limitati għal feedback u gwida prudenzjali ta’ livell għoli biss. Jekk il-feedback ikun usa’, ikun jeħtieġ professjonisti speċjalizzati b’għarfien tekniku konsiderevoli ħafna li tipikament ma jkunx disponibbli fir-riżerva ta’ talenti disponibbli għall-awtoritajiet prudenzjali.

4.3   L-ittestjar tar-reżiljenza operazzjonali diġitali

4.3.1

Il-BĊE jilqa’ r-rekwiżiti stabbiliti skont ir-regolament propost (87) dwar l-ittestjar tar-reżiljenza operazzjonali diġitali fl-entitajiet finanzjarji u l-ħtieġa li kull istituzzjoni jkollha l-programm ta’ ttestjar tagħha stess. Ir-regolament propost (88) jiddeskrivi tipi differenti ta’ testijiet bħala indikazzjoni għall-entitajiet finanzjarji. It-tipi ta’ testijiet ma humiex ċari ħafna u xi testijiet, bħal testijiet tal-kompatibbiltà, kwestjonarji, jew testijiet ibbażati fuq xenarji, huma miftuħa għall-interpretazzjoni mill-ASE, l-awtoritajiet kompetenti jew l-entitajiet finanzjarji. Barra minn hekk, ma hemm l-ebda gwida dwar il-frekwenza ta’ kull test. Approċċ possibbli jista’ jkun li r-regolament propost jistabbilixxi rekwiżiti ġeneriċi tal-ittestjar, filwaqt li tingħata deskrizzjoni aktar preċiża tat-tipi ta’ testijiet fi standards tekniċi regolatorji u ta’ implimentazzjoni.

4.3.2

L-ittestjar tal-penetrazzjoni ggwidat mit-theddid (TLPT) huwa għodda b’saħħitha biex jiġu ttestjati d-difiża u t-tħejjija tas-sigurtà. Il-BĊE għalhekk jinkoraġġixxi t-TLPT mill-entitajiet finanzjarji. B’din l-għodda jiġu ttestjati mhux biss il-miżuri tekniċi, iżda l-persunal u l-proċessi wkoll. Ir-riżultati ta’ dawn it-testijiet jistgħu jżidu b’mod sinifikanti l-għarfien dwar is-sigurtà tal-maniġment superjuri fl-entitajiet li jkunu qed jiġu ttestjati. Il-Qafas Ewropew għall-ħolqien ta’ Tim Aħmar Etiku Bbażat fuq l-Intelligence dwar it-Theddid (TIBER-EU) (89) u għodod oħra tat-TLPT li huma diġà disponibbli, barra mill-Unjoni, huma strumenti primarji għall-entitajiet infushom biex jivvalutaw, jittestjaw, jipprattikaw u jtejbu l-qagħda u d-difiża tar-reżiljenza ċibernetika tagħhom.

4.3.3

Fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri fejn ġie implimentat it-TIBER-EU, is-sorveljanti u s-superviżuri ma għandhomx rwol attiv fl-implimentazzjoni ta’ programm lokalizzat TIBER-XX u fi kważi kull każ, it-Tim Ċibernetiku tat-TIBER (TCT) huwa indipendenti minn dawn il-funzjonijiet. Għal din ir-raġuni, l-ittestjar avvanzat skont ir-regolament propost (90), permezz tat-TLPT, għandu jiġi implimentat bħala għodda biex tissaħħaħ l-ekosistema finanzjarja u titjieb l-istabbiltà finanzjarja aktar milli għodda purament superviżorja. Barra minn hekk, ma hemm l-ebda ħtieġa għall-iżvilupp ta’ qafas ta’ ttestjar avvanzat ġdid għar-reżiljenza ċibernetika peress li l-Istati Membri diġà adottaw b’mod wiesa’ TIBER-EU, l-uniku qafas bħal dan fl-UE bħalissa.

4.3.4

Ir-rekwiżiti għas-saġġaturi ma għandhomx ikunu inklużi fit-test ewlieni tar-regolament propost, peress li s-settur relatat mat-TLPT għadu qed jiżviluppa u l-innovazzjoni tista’ tiġi mfixkla mill-obbligu ta’ rekwiżiti speċifiċi. Minkejja dan, il-BĊE huwa tal-fehma li sabiex jiġi żgurat grad għoli ta’ indipendenza meta jwettqu t-testijiet, l-entitajiet finanzjarji ma għandhomx jimpjegaw jew jikkuntrattaw saġġaturi li jkunu impjegati jew ikkuntrattati minn entitajiet finanzjarji fil-grupp tagħhom stess jew li huma b’xi mod ieħor proprjetà ta’ entitajiet finanzjarji li għandhom jiġu ttestjati u/jew ikkontrollati minnhom.

4.3.5

Sabiex jitnaqqas ir-riskju ta’ frammentazzjoni u tiġi żgurata l-armonizzazzjoni, ir-regolament propost għandu jawtorizza qafas TLPT wieħed li japplika għas-settur finanzjarju madwar l-Unjoni. Il-frammentazzjoni tista’ twassal għal żidiet f’termini ta’ kostijiet u ta’ rekwiżiti tekniċi, operazzjonali u ta’ riżorsi finanzjarji, kemm għall-awtoritajiet kompetenti kif ukoll għall-istituzzjonijiet finanzjarji. Dawn il-kostijiet u r-rekwiżiti addizzjonali fl-aħħar mill-aħħar jista’ jkollhom impatt negattiv fuq ir-rikonoxximent reċiproku tat-testijiet. Dan in-nuqqas ta’ armonizzazzjoni u l-problemi li jinqalgħu bir-rikonoxximent reċiproku huma partikolarment kritiċi għall-entitajiet finanzjarji, li jista’ jkollhom liċenzji multipli u/jew joperaw f’diversi ġuriżdizzjonijiet madwar l-Unjoni. L-istandards tekniċi regolatorji u ta’ implimentazzjoni, li għandhom jiġu abbozzati għat-TLPT skont ir-regolament propost, għandhom ikunu konformi mat-TIBER-EU. Barra minn hekk, il-BĊE jilqa’ l-opportunità li jkun involut fit-tħejjija ta’ dawn l-istandards tekniċi regolatorji u ta’ implimentazzjoni f’kooperazzjoni mal-ASE.

4.3.6

L-involviment attiv tal-awtoritajiet kompetenti fit-testijiet jista’ jirriżulta f’kunflitt ta’ interess potenzjali mal-funzjoni l-oħra li jwettqu, jiġifieri l-valutazzjoni tal-qafas tal-ittestjar tal-entità finanzjarja. F’dan l-isfond, il-BĊE jipproponi li mir-regolament propost jitneħħa kwalunkwe obbligu għall-awtoritajiet kompetenti rigward il-validazzjoni tad-dokumenti u l-ħruġ ta’ attestazzjoni għal test tat-TLPT.

4.4   Riskji tal-ICT minn terzi

4.4.1

Il-BĊE jilqa’ l-introduzzjoni ta’ sett komprensiv ta’ prinċipji ewlenin u qafas ta’ sorveljanza robust biex jidentifika u jimmaniġġja r-riskji tal-ICT li jirriżultaw minn fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT, irrispettivament minn jekk dawn jappartjenux għall-istess grupp ta’ entitajiet finanzjarji. Minkejja dan, sabiex jinkisbu identifikazzjoni u ġestjoni effettiva tar-riskji tal-ICT, huwa importanti li jiġu identifikati u kklassifikati b’mod korrett, fost l-oħrajn, il-fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT. F’dan ir-rigward, għalkemm il-BĊE jilqa’ l-introduzzjoni ta’ atti delegati (91) li se jissupplimentaw il-kriterji li għandhom jintużaw għall-finijiet ta’ klassifikazzjoni (92), għandu jiġi kkonsultat qabel l-adozzjoni ta’ tali atti delegati.

4.4.2

Fir-rigward tal-istruttura tal-qafas ta’ sorveljanza (93), hija meħtieġa kjarifika ulterjuri fir-rigward tar-rwol li għandu jassumi l-Kumitat Konġunt. Fl-istess ħin, il-BĊE jilqa’ l-inklużjoni tiegħu fil-Forum ta’ Sorveljanza bħala osservatur, peress li dan ir-rwol se jipprovdi lill-BĊE bl-istess aċċess għad-dokumentazzjoni u l-informazzjoni bħall-membri votanti (94). Il-BĊE jixtieq jiġbed l-attenzjoni tal-korpi leġiżlattivi tal-Unjoni għall-fatt li l-BĊE, fir-rwol tiegħu bħala osservatur, jikkontribwixxi għall-ħidma tal-Forum ta’ Sorveljanza kemm fil-kapaċità tiegħu bħala bank ċentrali tal-ħruġ, responsabbli għas-sorveljanza tal-infrastrutturi tas-suq, kif ukoll bħala superviżur prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu. Barra minn hekk, il-BĊE jinnota li, minbarra li jkun osservatur fil-Forum ta’ Sorveljanza, il-BĊE jkun ukoll, bħala awtorità kompetenti, parti mit-tim ta’ eżami konġunt. F’dan ir-rigward, il-korpi leġiżlattivi tal-Unjoni jistgħu jirriflettu aktar fuq il-kompożizzjoni tat-timijiet ta’ eżami konġunti (95) sabiex jiġi żgurat involviment b’saħħtu kif xieraq tal-awtoritajiet kompetenti rilevanti. Bl-istess mod, il-BĊE jemmen li l-għadd massimu ta’ parteċipanti fit-timijiet ta’ eżami konġunti għandu jiżdied, filwaqt li jitqiesu l-kritikalità, il-kumplessità u l-kamp ta’ applikazzjoni tas-servizzi tal-ICT minn terzi.

4.4.3

Il-BĊE jinnota li skont ir-regolament propost, is-sorveljant ewlieni jista’ jipprevjeni lill-fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT milli jidħlu f’arranġamenti ta’ sottokuntrattar ulterjuri fejn (i) is-sottokuntrattur previst ikun fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT jew sottokuntrattur tal-ICT stabbilit f’pajjiż terz u (ii) is-sottokuntrattar jirrigwarda funzjoni kritika jew importanti tal-entità finanzjarja. Il-BĊE jixtieq jenfasizza li dawn is-setgħat jistgħu jiġu eżerċitati biss mis-sorveljant ewlieni fil-kuntest ta’ arranġamenti ta’ sottokuntrattar fejn fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT jissottokuntratta funzjoni kritika jew importanti lil entità legali separata stabbilita f’pajjiż terz. Il-BĊE jifhem li s-sorveljant ewlieni ma jistax jeżerċita setgħat simili biex jipprevjeni lil fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT milli jesternalizza funzjonijiet kritiċi jew importanti tal-entità finanzjarja lil faċilitajiet ta’ dak il-fornitur ta’ servizz li jinsabu f’pajjiż terz. Jista’ jkun il-każ, pereżempju, li, mil-lat operazzjonali, data u/jew informazzjoni kritika tista’ tinħażen jew tiġi pproċessata minn faċilitajiet li jinsabu barra miż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE). F’dan il-każ, is-setgħat tas-sorveljant ewlieni jistgħu ma jagħtux biżżejjed setgħa lill-awtoritajiet kompetenti biex jaċċessaw l-informazzjoni, il-bini, l-infrastrutturi u l-persunal kollha rilevanti għat-twettiq tal-funzjonijiet kritiċi jew importanti kollha tal-entità finanzjarja. Sabiex jiġi żgurat li l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jwettqu l-kompiti tagħhom mingħajr xkiel, il-BĊE jissuġġerixxi li s-sorveljant ewlieni għandu jingħata s-setgħa li jirrestrinġi wkoll l-użu minn fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT ta’ faċilitajiet li jinsabu barra miż-ŻEE. Din is-setgħa tista’ tiġi eżerċitata f’dawk il-każijiet speċifiċi fejn ma jkunux stabbiliti l-arranġamenti amministrattivi mal-awtoritajiet rilevanti ta’ pajjiżi terzi, kif previst fir-regolament propost (96), jew fejn ir-rappreżentanti tal-fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT jonqsu milli jipprovdu assigurazzjonijiet suffiċjenti skont il-qafas tal-pajjiż terz rilevanti dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-bini, l-infrastruttura u l-persunal li jkun meħtieġ biex jitwettqu kompiti ta’ sorveljanza jew superviżorji.

4.4.4

Fl-aħħar nett, ir-rekwiżit li l-awtoritajiet kompetenti jsegwu r-rakkomandazzjonijiet tas-sorveljant ewlieni (97) jista’ jirriskja li jkun ineffettiv, peress li l-awtoritajiet kompetenti jista’ ma jkollhomx stampa olistika tar-riskji ġġenerati minn kull fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT. Barra minn hekk, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jkunu meħtieġa jieħdu azzjonijiet kontra l-entitajiet finanzjarji tagħhom taħt superviżjoni meta r-rakkomandazzjonijiet ma jiġux indirizzati mill-fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi . Skont ir-regolament propost (98), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jitolbu lill-entitajiet finanzjarji tagħhom taħt superviżjoni jissospendu temporanjament is-servizz ta’ parti terza kritika jew jitterminaw kuntratti pendenti ma’ fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi. Huwa diffiċli li l-proċess ta’ segwitu previst jiġi tradott f’azzjonijiet konkreti. B’mod speċifiku, ma huwiex ċar jekk entità finanzjarja taħt superviżjoni hijiex se tkun f’pożizzjoni li tissospendi jew tittermina kuntratt ma’ fornitur terz kritiku ta’ servizz. Dan minħabba li l-fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT jista’ jkun fornitur sinifikanti għal dik l-entità finanzjarja, jew minħabba l-kostijiet u d-danni, kuntrattwali jew mod ieħor, li l-entità finanzjarja tista’ ġġarrab bħala konsegwenza ta’ tali sospensjoni jew terminazzjoni. Barra minn hekk, dan l-approċċ ma jappoġġax il-konverġenza tas-sorveljanza, peress li l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jinterpretaw l-istess rakkomandazzjoni b’mod differenti. Dan jista’ fl-aħħar mill-aħħar ixekkel l-armonizzazzjoni prevista u l-approċċ konsistenti fil-monitoraġġ tar-riskji tal-ICT minn terzi kritiċi fil-livell tal-Unjoni. Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-korpi leġiżlattivi tal-Unjoni jista’ jogħġobhom jikkunsidraw li jagħtu setgħat ta’ infurzar speċifiċi lis-sorveljanti legali vis-à-vis fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT, filwaqt li jqisu l-limiti imposti mid-duttrina Meroni, kif parzjalment mitigati mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tagħha fil-kawża ESMA (99).

Fejn il-BĊE jirrakkomanda li r-regolament propost jiġi emendat, il-proposti ta’ abbozzar speċifiċi huma mfassla f’dokument ta’ ħidma tekniku separat flimkien ma’ test ta’ spjegazzjoni f’dan is-sens. Id-dokument ta’ ħidma tekniku huwa disponibbli bl-Ingliż fuq EUR-Lex.

Magħmul fi Frankfurt am Main, l-4 ta’ Ġunju 2021.

Il-President tal-BĊE

Christine LAGARDE


(1)  COM(2020) 595 final.

(2)  COM(2020) 596 final.

(3)  Ara l-Artikolu 1(2) tar-regolament propost.

(4)  Id-Direttiva (UE) 2016/1148 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Lulju 2016 dwar miżuri għal livell għoli komuni ta’ sigurtà tan-networks u tas-sistemi tal-informazzjoni madwar l-Unjoni (ĠU L 194, 19.7.2016, p. 1).

(5)  Ara l-Artikolu 5 tad-Direttiva NIS.

(6)  Ara l-Artikolu 3(15) tar-regolament propost.

(7)  Ara l-Artikolu 31(1)(d) tar-regolament propost.

(8)  Ara l-Artikolu 15(3) tad-Direttiva NIS.

(9)  COM(2020) 823 final.

(10)  Avvenimenti li potenzjalment setgħu kkawżaw ħsara, iżda li ġie evitat b’suċċess milli jseħħu kompletament; ara l-Premessa (39) tad-Direttiva NIS2.

(11)  Ara l-Artikolu 11 tad-Direttiva NIS2.

(12)  Inizjattiva għall-Kondiviżjoni ta’ Informazzjoni dwar l-Intelligence tat-Theddid Ċibernetiku (CIISI-EU) disponibbli fuq is-sit web tal-BĊE www.ecb.europa.eu.

(13)  Ara l-Artikolu 42 tar-regolament propost.

(14)  Ara l-Artikolu 8(3) tad-Direttiva NIS.

(15)  Ara wkoll l-Artikoli 11, 26 u 27 tad-Direttiva NIS2.

(16)  Ara l-Artikoli 4(b) u 13 tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).

(17)  Ara l-Artikolu 22 tal-Istatut tas-SEBĊ.

(18)  Ir-Regolament (UE) Nru 795/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-3 ta’ Lulju 2014 dwar ir-rekwiżiti ta’ sorveljanza għal sistemi ta’ ħlas sistemikament importanti (BĊE/2014/28) (ĠU L 217, 23.7.2014, p. 16).

(19)  Disponibbli fuq is-sit web tal-Bank għall-Ħlasijiet Internazzjonali fuq www.bis.org.

(20)  Il-Eurosystem oversight policy framework, Verżjoni riveduta (Lulju 2016) disponibbli fuq is-sit web tal-BĊE fuq www.ecb.europa.eu.

(21)  Ara l-Eurosystem oversight framework for electronic payment instruments, schemes and arrangements (qafas PISA) ta’ Ottubru 2020, rivedut u kkonsolidat, disponibbli fuq is-sit web tal-BĊE fuq www.ecb.europa.eu.

(22)  Token ta’ pagament diġitali huwa rappreżentazzjoni diġitali ta’ valur iggarantit bi pretensjonijiet jew assi rreġistrati x’imkien ieħor u li jippermetti t-trasferiment ta’ valur bejn l-utenti finali. Skont id-disinn sottostanti, it-tokens ta’ pagament diġitali jistgħu jipprevedu trasferiment ta’ valur mingħajr ma neċessarjament jinvolvu terzi ċentrali u/jew jużaw kontijiet ta’ ħlas.

(23)  “Trasferiment ta’ valur”“L-att, mibdi minn min iħallas jew f’isem min iħallas jew minn min qed jitħallas, ta’ trasferiment ta’ fondi jew tokens ta’ pagament diġitali, jew it-tqegħid jew il-ġbid ta’ flus kontanti fuq/minn kont tal-utent, irrispettivament minn kwalunkwe obbligu sottostanti bejn min iħallas u min qed jitħallas. It-trasferiment jista’ jinvolvi fornitur wieħed jew aktar ta’ servizzi ta’ ħlas.” Din id-definizzjoni ta’ “trasferiment ta’ valur” skont il-qafas PISA titbiegħed mid-definizzjoni ta’ trasferiment ta’ “fondi” skont id-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar is-servizzi ta’ pagament fis-suq intern, li temenda d-Direttivi 2002/65/KE, 2009/110/KE u 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010, u li tħassar id-Direttiva 2007/64/KE (ĠU L 337, 23.12.2015, p. 35). “Trasferiment ta’ valur” fil-kuntest ta’ “strument ta’ pagament” kif definit f’dik id-Direttiva jista’ jirreferi biss għal trasferiment ta’ “fondi”. Taħt dik id-Direttiva, il-“fondi” ma jinkludux tokens ta’ pagament diġitali sakemm it-tokens ma jkunux jistgħu jiġu kklassifikati bħala flus elettroniċi (jew b’mod iktar ipotetiku bħala flus skritturali).

(24)  Id-Direttiva 98/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 1998 dwar finalità ta’ settlement fis-sistemi ta’ settlement ta’ pagamenti u titoli (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 3, p. 107).

(25)  Ara l-Artikolu 28(5) tar-regolament propost.

(26)  Ara l-paragrafu 1.3 tal-Opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta’ Frar 2021 dwar proposta għal regolament dwar is-Swieq fil-Kriptoassi, u li jemenda d-Direttiva (UE) 2019/1937 (CON/2021/4). L-Opinjonijiet kollha tal-BĊE huma ppubblikati fuq EUR-Lex.

(27)  Ara l-Anness IIa tal-Linja Gwida BĊE/2012/27 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-5 ta’ Diċembru 2012 dwar is-sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (TARGET2) (ĠU L 30, 30.1.2013, p. 1). Il-Linja Gwida BĊE/2012/13 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-18 ta’ Lulju 2012 dwar TARGET2-Securities (ĠU L 215, 11.8.2012, p. 19); id-Deċiżjoni BĊE/2011/20 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-16 ta’ Novembru 2011 li tistabbilixxi regoli u proċeduri dettaljati għall-implimentazzjoni tal-kriterji ta’ eliġibbiltà biex id-depożitorji ċentrali tat-titoli jaċċessaw servizzi tat-TARGET2-Securities (ĠU L 319, 2.12.2011, p. 117). Ara wkoll il-Ftehim Qafas T2S u l-Ftehim Kollettiv.

(28)  Ara l-Anness IIb tal-Linja Gwida BĊE/2012/27.

(29)  Ara l-Artikolu 30(5) tar-Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar titjib fis-saldu tat-titoli fl-Unjoni Ewropea u dwar depożitorji ċentrali tat-titoli u li jemenda d-Direttivi 98/26/KE u 2014/65/UE u r-Regolament (UE) Nru 236/2012 (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 1) u l-Artikolu 68 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/392 tal-11 ta’ Novembru 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji dwar ir-rekwiżiti ta’ awtorizzazzjoni, superviżorji u operazzjonali għal depożitorji ċentrali tat-titoli (ĠU L 65, 10.3.2017, p. 48).

(30)  Ir-Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar titjib fis-saldu tat-titoli fl-Unjoni Ewropea u dwar depożitorji ċentrali tat-titoli u li jemenda d-Direttivi 98/26/KE u 2014/65/UE u r-Regolament (UE) Nru 236/2012 (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 1).

(31)  Il-Eurosystem oversight policyframework, Verżjoni riveduta (Lulju 2016) disponibbli fuq is-sit web tal-BĊE fuq www.ecb.europa.eu.

(32)  Disponibbli fuq is-sit web tal-Bank għall-Ħlasijiet Internazzjonali fuq www.bis.org.

(33)  Disponibbli fuq is-sit web tal-BĊE fuq www.ecb.europa.eu.

(34)  Ara l-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru 909/2014.

(35)  Ara wkoll l-Artikolu 13, u l-Artikoli 17(4) u 22(6) tar-Regolament (UE) Nru 909/2014.

(36)  Ara l-paragrafu 7.3 tal-Opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-6 ta’ April 2017 dwar l-identifikazzjoni ta’ infrastrutturi kritiċi għall-finijiet tas-sigurtà tat-teknoloġija tal-informazzjoni (CON/2017/10); il-paragrafu 7.2 tal-Opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-8 ta’ Novembru 2018 dwar id-deżinjazzjoni ta’ servizzi essenzjali u operaturi ta’ servizzi essenzjali għall-finijiet tas-sigurtà tan-networks u tas-sistemi tal-informazzjoni (CON/2018/47); il-paragrafu 3.5.2 tal-Opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-2 ta’ Mejju 2019 dwar is-sigurtà tan-networks u tas-sistemi tal-informazzjoni (CON/2019/17); u l-paragrafu 3.5.2 tal-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-11 ta’ Novembru 2019 dwar is-sigurtà tan-networks u tas-sistemi tal-informazzjoni (CON/2019/38).

(37)  Ara l-Artikolu 54(5) tar-regolament propost u l-Artikolu 45(7) tar-Regolament (UE) Nru 909/2014.

(38)  Ara l-Artikolu 54(4) tar-regolament propost u l-Artikolu 45(6) tar-Regolament (UE) Nru 909/2014.

(39)  Ara l-Artikolu 11(5) tar-regolament propost.

(40)  Ara l-Artikolu 78(3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/392 tal-11 ta’ Novembru 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji dwar ir-rekwiżiti ta’ awtorizzazzjoni, superviżorji u operazzjonali għal depożitarji ċentrali tat-titoli (ĠU L 65, 10.3.2017, p. 48).

(41)  Ara l-Artikolu 11(6) tar-regolament propost.

(42)  Ara l-Artikolu 3(17) tar-regolament propost.

(43)  Ara l-Artikolu 76(2)(d) u (e) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/392.

(44)  Ara l-Artikolu 78(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/392.

(45)  Ara l-Artikolu 1(4) tar-Regolament (UE) Nru 909/2014.

(46)  Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1).

(47)  Ara l-Artikolu 18(2)(g) u (h) tal-EMIR.

(48)  Ara l-Artikolu 53(2)(b) u (3) tar-regolament propost u l-Artikolu 34(3) tal-EMIR.

(49)  Ara l-Artikolu 53(2)(a) tar-regolament propost.

(50)  Ara l-Artikolu 34 tal-EMIR.

(51)  Ara l-prinċipji tas-CPMI-IOSCO għall-Infrastrutturi tas-Suq Finanzjarju disponibbli fuq is-sit web tal-Bank għall-Ħlasijiet Internazzjonali: www.bis.org.

(52)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta’ Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (ĠU L 287, 29.10.2013, p. 63).

(53)  Ara l-Artikoli 4(1)(e) u 6(4) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013.

(54)  Ir-Regolament (UE) 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).

(55)  Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).

(56)  Ara l-Premessa (8) tar-regolament propost.

(57)  Ara l-Premessa (11) tar-regolament propost.

(58)  Ara l-Premessa (12) tar-regolament propost.

(59)  Ara l-Premessi (4) u (5) tad-Direttiva emendatorja proposta.

(60)  Ara l-Artikolu 85 tad-Direttiva dwar ir-Rekwiżiti ta’ Kapital.

(61)  Ara l-Artikolu 4(1) tar-regolament propost.

(62)  Ara l-Artikolu 25(3)(4) tar-regolament propost.

(63)  Ara l-Artikolu 41 tar-regolament propost.

(64)  Ara t-Taqsima II tal-Kapitolu V tar-regolament propost.

(65)  Ara t-Taqsima II tal-Kapitolu V tar-regolament propost.

(66)  Ara t-titolu tal-Kapitolu II, Taqsima 4, “Rekwiżiti prudenzjali” tar-Regolament dwar is-CSDs.

(67)  Ara l-Premessa (4) tad-Direttiva emendatorja proposta.

(68)  L-Artikolu 85 tad-Direttiva 2013/36/UE huwa sempliċi speċifikazzjoni. F’dan ir-rigward, jekk jogħġbok ara wkoll il-paġni 4, 11 u 37 tal-Linji Gwida tal-Awtorità Bankarja Ewropea dwar l-ICT u l-ġestjoni tar-riskju tas-sigurtà tad-29 ta’ Novembru 2019 (minn hawn ’il quddiem il-“Linji Gwida tal-EBA”), fejn il-bażi ġuridika ġenerali tinsab espressament fl-Artikolu 74 tad-Direttiva 2013/36/UE.

(69)  Ara l-Artikolu 41(1) tar-regolament propost.

(70)  Ara l-Artikolu 25(3) u (4) tar-regolament propost.

(71)  Ara wkoll l-Artikolu 109 tad-Direttiva dwar ir-Rekwiżiti ta’ Kapital.

(72)  Ara l-Artikolu 4(1)(e) tar-Regolament dwar l-MSU.

(73)  Ara l-Artikolu 85 tad-Direttiva dwar ir-Rekwiżiti ta’ Kapital.

(74)  Ir-Regolament (UE) Nru 468/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-16 ta’ April 2014 li jistabbilixxi qafas għal kooperazzjoni fi ħdan il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u ma’ awtoritajiet nazzjonali nominati (Regolament Qafas tal-MSU) (BĊE/2014/17) (ĠU L 141, 14.5.2014, p. 1).

(75)  B’mod speċifiku, inċident ċibernetiku (ksur possibbli identifikat tas-sigurtà tal-informazzjoni, kemm jekk malizzjuż kif ukoll jekk aċċidentali) irid jiġi rrapportat lill-BĊE jekk tiġi ssodisfata tal-anqas waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin: (1) hemm impatt finanzjarju potenzjali ta’ EUR 5 miljun jew 0,1 % tas-CET1; (2) l-inċident jiġi rrapportat pubblikament jew jikkawża dannu għar-reputazzjoni; (3) l-inċident ġie eskalat fis-CIO barra mir-rapportar regolari; (4) il-bank innotifika l-inċident lis-CERT/CSIRT, lil aġenzija tas-sigurtà jew lill-pulizija; (5) ġew skattati proċeduri ta’ rkupru minn diżastri jew ta’ kontinwità tal-operat jew ġiet ippreżentata talba għal assigurazzjoni ċibernetika; (6) kien hemm ksur tar-rekwiżiti legali jew regolatorji; jew (7) il-bank juża kriterji interni u ġudizzju espert (inkluż impatt sistemiku potenzjali) u jiddeċiedi li jinforma lill-BĊE.

(76)  Ara l-Artikolu 7(3) tar-regolament propost.

(77)  Ara l-Artikolu 10(9) tar-regolament propost.

(78)  Ara l-Artikolu 5(10) tar-regolament propost.

(79)  Ara l-Artikolu 7 tar-regolament propost.

(80)  Ara l-Artikolu 19 tar-regolament propost.

(81)  Ara l-Artikoli 3(7), 17 u 18 tar-regolament propost.

(82)  Ara pereżempju l-Qafas.

(83)  Id-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar is-servizzi ta’ pagament fis-suq intern, li temenda d-Direttivi 2002/65/KE, 2009/110/KE u 2013/36/UE u r-Regolament (UE) 1093/2010, u li tħassar id-Direttiva 2007/64/KE (ĠU L 337, 23.12.2015, p. 35).

(84)  Ara l-Artikolu 7(9) tad-direttiva emendatorja proposta.

(85)  Ara l-Artikolu 17(3) tar-regolament propost.

(86)  Ara l-Artikolu 20 tar-regolament propost.

(87)  Ara l-Artikoli 21 u 22 tar-regolament propost.

(88)  Ara l-Artikolu 22(1) tar-regolament propost.

(89)  Disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-BĊE fuq www.ecb.europa.eu.

(90)  L-Artikoli 23 u 24 tar-regolament propost.

(91)  Ara l-Artikolu 28(3) tar-regolament propost.

(92)  Ara l-Artikolu 28(2) tar-regolament propost.

(93)  Ara l-Artikolu 29 tar-regolament propost.

(94)  Ara l-Artikolu 29(3) tar-regolament propost.

(95)  Ara l-Artikolu 35 tar-regolament propost.

(96)  Ara l-Artikolu 39(1) tar-regolament propost.

(97)  Ara l-Artikolu 29(4) u l-Artikolu 37 tar-regolament propost.

(98)  Ara l-Artikolu 37(3) tar-regolament propost.

(99)  Ara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-22 ta’ Jannar 2014, Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq vs Il-Parlament Ewropew u Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea Regolament (UE) Nru 236/2012 — Kawża C–270/12.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

26.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 343/14


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Il-25 ta’ Awwissu 2021

(2021/C 343/02)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1736

JPY

Yen Ġappuniż

129,00

DKK

Krona Daniża

7,4366

GBP

Lira Sterlina

0,85590

SEK

Krona Żvediża

10,2248

CHF

Frank Żvizzeru

1,0739

ISK

Krona Iżlandiża

148,60

NOK

Krona Norveġiża

10,3863

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,531

HUF

Forint Ungeriż

348,76

PLN

Zloty Pollakk

4,5779

RON

Leu Rumen

4,9290

TRY

Lira Turka

9,8787

AUD

Dollaru Awstraljan

1,6191

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4827

HKD

Dollaru ta’ Hong Kong

9,1357

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6900

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5901

KRW

Won tal-Korea t’Isfel

1 370,17

ZAR

Rand ta’ l-Afrika t’Isfel

17,5801

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,6031

HRK

Kuna Kroata

7,4925

IDR

Rupiah Indoneżjan

16 943,59

MYR

Ringgit Malażjan

4,9350

PHP

Peso Filippin

58,495

RUB

Rouble Russu

86,6276

THB

Baht Tajlandiż

38,465

BRL

Real Brażiljan

6,1707

MXN

Peso Messikan

23,7798

INR

Rupi Indjan

87,1520


(1)  Sors: rata tal-kambju ta’ referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


26.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 343/15


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

Tal-4 ta’ Awwissu 2021

li tistabbilixxi l-grupp ta’ esperti biex jagħti pariri tekniċi dwar il-produzzjoni organika (EGTOP)

(2021/C 343/03)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) jiddefinixxi l-objettivi u l-prinċipji applikabbli għall-produzzjoni organika u jistabbilixxi r-rekwiżiti bażiċi fir-rigward tal-produzzjoni, tat-tikkettar u tal-kontroll ta’ prodotti organiċi.

(2)

Il-Kummissjoni teħtieġ parir tekniku biex tieħu deċiżjonijiet dwar l-awtorizzazzjoni ta’ prodotti, sustanzi u tekniki għall-użu fil-biedja organika u fl-ipproċessar organiku f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/848. Il-Kummissjoni teħtieġ ukoll parir tekniku meta tikkunsidra l-iżvilupp jew it-titjib ta’ regoli oħra dwar il-produzzjoni organika u, b’mod aktar ġenerali, għal kwalunkwe kwistjoni teknika oħra dwar il-produzzjoni organika. Għal dan il-parir, jeħtieġ li l-Kummissjoni tappella għall-għarfien espert ta’ speċjalisti f’korp konsultattiv.

(3)

Għaldaqstant jeħtieġ li jitwaqqaf grupp ta’ esperti fil-qasam tal-produzzjoni organika u li jiġu ddefiniti l-ħidmiet u l-istruttura tiegħu, f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2016) 3301 final (2).

(4)

Jenħtieġ li l-grupp ikun jikkonsisti minn xjenzati b’għarfien espert dwar il-prodotti, is-sustanzi u t-tekniki rilevanti, u minn esperti b’kompetenzi relatati mal-produzzjoni organika, li jkunu kapaċi jagħtu pariri tekniċi indipendenti, eċċellenti u trasparenti lill-Kummissjoni.

(5)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/427/KE (3) stabbiliet grupp ta’ esperti għall-finijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 (4). Dak il-grupp wassal opinjonijiet dwar xi kategoriji ta’ sustanzi u prodotti użati fil-produzzjoni organika. Id-deċiżjonijiet dwar l-awtorizzazzjoni ta’ dawk is-sustanzi ġew posposti diversi drabi minħabba n-nuqqas ta’ esperti disponibbli. Skont il-qafas legali l-ġdid tar-Regolament (UE) 2018/848, jeħtieġ li jiġu evalwati aktar kategoriji ta’ sustanzi bħas-sustanzi għat-tindif u għad-diżinfezzjoni u metodi u tekniki speċjalizzati u innovattivi fl-ipproċessar tal-ikel. Għalhekk, in-numru ta’ opinjonijiet mitluba żdied drastikament, filwaqt li l-esperti disponibbli li lesti jipparteċipaw mingħajr ħlas fil-grupp ta’ esperti biex jassistu lill-Kummissjoni, naqas.

(6)

Jenħtieġ li l-grupp il-ġdid ta’ esperti jwassal lill-Kummissjoni l-opinjonijiet dwar dossiers tekniċi fir-rigward tal-awtorizzazzjoni tal-prodotti, tas-sustanzi u tat-tekniki għall-użu fil-biedja organika u fl-ipproċessar organiku u fir-rigward ta’ regoli oħra dwar il-produzzjoni organika u ta’ kwistjonijiet tekniċi oħra dwar il-produzzjoni organika. Dawk l-opinjonijiet huma essenzjali għall-iżvilupp u l-monitoraġġ tal-politika u l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-produzzjoni organika, partikolarment għall-adozzjoni ta’ atti ta’ implimentazzjoni mill-Kummissjoni, bħal dawk imsemmija fl-Artikoli 16(3), 17(3) u 24(9) tar-Regolament (UE) 2018/848. Mingħajr parir indipendenti mogħti minn esperti indipendenti, il-politika tal-Unjoni kkonċernata ma setgħetx tilħaq l-objettivi tagħha. Għalhekk, jenħtieġ li l-membri tal-grupp jirċievu gratifiki speċjali apparti mir-rimbors tal-ispejjeż, li jkunu proporzjonati għall-kompiti partikolari attribwiti lilhom u f’konformità ma’ standards internazzjonali.

(7)

Il-punt (a) tal-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) jipprevedi l-finanzjament tal-miżuri relatati mal-assistenza teknika u amministrattiva.

(8)

Jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli dwar l-iżvelar tal-informazzjoni minn membri tal-grupp.

(9)

Jenħtieġ li d-data personali tiġi pproċessata f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6).

(10)

Jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2009/427/KE titħassar,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Suġġett

Jitwaqqaf il-grupp ta’ esperti biex jagħti pariri tekniċi dwar il-produzzjoni organika, (“il-grupp”).

Artikolu 2

Kompiti

Il-kompiti tal-grupp għandhom ikunu:

(a)

li jassisti lill-Kummissjoni fl-evalwazzjoni ta’ kwistjonijiet tekniċi dwar il-produzzjoni organika, inkluż prodotti, sustanzi, metodi u tekniki li jistgħu jintużaw fil-produzzjoni organika, filwaqt li jitqiesu l-objettivi u l-prinċipji stabbiliti fir-Regolament (UE) 2018/848 u l-objettivi ta’ politika addizzjonali fir-rigward tal-produzzjoni organika;

(b)

li jassisti lill-Kummissjoni fit-titjib tar-regoli eżistenti u fl-iżvilupp ta’ regoli ġodda relatati mar-Regolament (UE) Nru 2018/848;

(c)

li jistimola skambju tal-esperjenza u ta’ prattiki tajbin fil-qasam tal-kwistjonijiet tekniċi dwar il-produzzjoni organika.

Artikolu 3

Konsultazzjoni

1.   Il-Kummissjoni tista’ tikkonsulta lill-grupp dwar kwalunkwe kwistjoni relatata mal-produzzjoni organika.

2.   Il-president tal-grupp jista’ jagħti parir lill-Kummissjoni biex tikkonsulta l-Grupp fuq xi kwistjoni speċifika.

Artikolu 4

Sħubija — Ħatra

1.   Il-Grupp għandu jkun magħmul minn massimu ta’ 13-il membru.

2.   Il-Membri għandhom ikunu individwi li jinħatru f’kapaċità’ personali u għandhom jaġixxu b’mod indipendenti u fl-interess tal-pubbliku.

3.   Il-membri li ma jkunux għadhom jistgħu jikkontribwixxu b’mod effettiv għad-deliberazzjonijiet tal-grupp, li, fl-opinjoni tad-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (“DĠ AGRI”) ma jikkonformawx mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 339 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jew li jirriżenjaw, ma għandhomx jibqgħu jagħmlu parti mill-grupp u jistgħu jiġu sostitwiti għall-bqija tal-mandat tagħhom.

Artikolu 5

Il-proċess tal-għażla

1.   L-għażla tal-membri tal-grupp għandha ssir permezz ta’ sejħa pubblika għall-applikazzjonijiet li għandha tiġi ppubblikata fir-Reġistru tal-gruppi ta’ esperti tal-Kummissjoni u ta’ entitajiet simili oħrajn (“ir-Reġistru tal-gruppi ta’ esperti”). Barra minn hekk, is-sejħa għall-applikazzjonijiet tista’ tiġi ppubblikata permezz ta’ mezzi oħra, inkluż fuq siti web apposta. Is-sejħa għall-applikazzjonijiet għandha tiddeskrivi b’mod ċar il-kriterji tal-għażla, inkluż l-għarfien espert meħtieġ fir-rigward tax-xogħol li għandu jitwettaq. L-iskadenza minima għall-applikazzjonijiet għandha tkun ta’ erba’ ġimgħat.

2.   Il-kandidati li japplikaw biex jinħatru bħala membri tal-grupp għandhom jiżvelaw kull ċirkostanza li tista’ tagħti lok għal kunflitt ta’ interess. B’mod partikolari, il-Kummissjoni teżiġi li bħala parti mill-applikazzjoni tagħhom, dawk l-individwi jippreżentaw formola tad-dikjarazzjoni tal-interessi (“DOI”) ibbażata fuq il-formola standard tad-dikjarazzjoni tal-interessi tal-gruppi ta’ esperti (7), flimkien ma’ curriculum vitae (CV) aġġornat. Sabiex kandidat ikun eliġibbli biex jinħatar f’kapaċità personali, dan jintalab jissottometti formola DOI mimlija kif suppost. Il-valutazzjoni tal-kunflitt ta’ interess għandha ssir mill-Kummissjoni f’konformità mar-regoli orizzontali tal-Kummissjoni dwar il-gruppi ta’ esperti (“ir-regoli orizzontali”).

3.   Il-membri tal-grupp għandhom jinħatru mid-Direttur Ġenerali tad-DĠ AGRI minn fost speċjalisti b’kompetenzi fl-oqsma msemmija fl-Artikoli 2 u 3(1) u li jkunu wieġbu għas-sejħa pubblika għall-applikazzjonijiet.

4.   Il-kandidati idonei l-oħra li wieġbu għas-sejħa pubblika għall-applikazzjonijiet u li mhumiex maħtura bħala membri tal-grupp għandhom jiġu elenkati f’lista ta’ riżerva. Il-Kummisjoni għandha tistaqsi lill-applikanti għall-kunsens tagħhom qabel ma tinkludi l-ismijiet tagħhom fil-lista ta’ riżerva.

5.   Il-membri tal-grupp għandhom jinħatru għal mandat ta’ erba’ snin li jista’ jiġġedded, u ma jistgħux iservu għal iktar minn tliet mandati wara xulxin. Huma għandhom jibqgħu fil-kariga sa tmiem il-mandat tagħhom jew sakemm jiġu sostitwiti f’konformità mal-Artikolu 4(3).

Artikolu 6

Il-President

Id-DĠ AGRI għandu jaħtar il-president u ż-żewġ viċi-presidenti tal-grupp.

Artikolu 7

Operazzjoni

1.   Il-grupp għandu jaġixxi fuq talba tad-DĠ AGRI.

2.   Il-laqgħat tal-grupp għandhom, fil-prinċipju, isiru fil-bini tal-Kummissjoni jew mill-bogħod jekk iċ-ċirkostanzi jirrikjedu dan. Bi qbil mad-DĠ AGRI, il-grupp jista’, b’maġġoranza sempliċi tal-membri tiegħu, jiddeċiedi li l-proċedimenti tal-laqgħat individwali għandhom jiġu rreġistrati, f’konformità mar-regoli rilevanti dwar il-protezzjoni tad-data.

3.   Id-DĠ AGRI għandu jipprovdi s-servizzi tas-segretarjat. Jistgħu jattendu l-laqgħat tal-grupp u tas-sottogruppi tiegħu uffiċjali tal-Kummissjoni minn dipartimenti oħrajn li jkollhom interess fil-proċedimenti.

4.   Bi ftehim mad-DĠ AGRI, b’maġġoranza sempliċi tal-membri tiegħu, il-grupp jista’ jiddeċiedi li jiftaħ il-laqgħat tiegħu għall-pubbliku.

5.   Il-minuti tad-diskussjoni ta’ kull punt fuq l-aġenda u tal-opinjonijiet mogħtija mill-grupp għandhom ikunu siewja u sħaħ. Il-minuti għandhom jitħejjew mis-segretarjat taħt ir-responsabbilità tal-president.

6.   Fil-prinċipju, il-grupp għandu jadotta l-opinjonijiet, ir-rakkomandazzjonijiet jew ir-rapporti tiegħu b’kunsens. F’każ ta’ votazzjoni, ir-riżultat tal-vot għandu jiġi deċiż b’maġġoranza sempliċi tal-membri. Il-membri li jkunu vvutaw kontra għandhom id-dritt li jkollhom dokument li jiġbor fil-qosor ir-raġunijiet għall-pożizzjoni tagħhom mehmuż mal-opinjonijiet, ir-rakkomandazzjonijiet jew ir-rapporti.

Artikolu 8

Sottogruppi

1.   Id-DĠ AGRI jista’ jistabbilixxi sottogruppi għall-iskop li jeżaminaw kwistjonijiet speċifiċi abbażi ta’ termini ta’ referenza ddefiniti minnu. Is-sottogruppi għandhom jaħdmu b’konformità mar-regoli orizzontali u għandhom jirrapportaw lura lill-grupp. Dawn għandhom jiġu xolti malli jintemm il-mandat tagħhom.

2.   Id-DĠ AGRI għandu jagħżel il-membri tas-sottogruppi mill-membri tal-grupp jew mil-lista ta’ riżerva msemmija fl-Artikolu 5(4).

Artikolu 9

Esperti mistiedna

Id-DĠ AGRI jista’ jistieden esperti b’kompetenza speċifika dwar suġġett fuq l-aġenda biex jieħdu sehem fil-ħidma tal-grupp jew tas-sottogruppi fuq bażi ad hoc.

Artikolu 10

Osservaturi

1.   L-organizzazzjonijiet jistgħu jingħataw status ta’ osservatur, f’konformità mar-regoli orizzontali, bi stedina diretta.

2.   L-organizzazzjonijiet maħtura bħala osservaturi għandhom jinnominaw lir-rappreżentanti tagħhom.

3.   Il-President jista’ jippermetti lir-rappreżentanti tal-osservaturi jieħdu sehem fid-diskussjonijiet tal-grupp u jipprovdu għarfien espert. Madankollu, ma għandhomx ikollhom id-dritt tal-vot u ma għandhomx jieħdu sehem fit-tfassil ta’ rakkomandazzjonijiet jew ta’ pariri tal-grupp.

Artikolu 11

Regoli ta’ proċedura

Fuq proposta mid-DĠ AGRI u bi qbil miegħu, il-grupp għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu b’maġġoranza sempliċi tal-membri tiegħu, abbażi tar-regoli standard ta’ proċedura għall-gruppi ta’ esperti, f’konformità mar-regoli orizzontali (8).

Artikolu 12

Segretezza professjonali u trattament ta’ informazzjoni kunfidenzjali

Il-membri tal-grupp u r-rappreżentanti tagħhom, kif ukoll l-esperti u l-osservaturi mistiedna, huma soġġetti għall-obbligu tas-segretezza professjonali, li skont it-Trattati u r-regoli ta’ implimentazzjoni tagħhom, japplika għall-membri kollha tal-istituzzjonijiet u għall-persunal tagħhom, u huma soġġetti wkoll għar-regoli tal-Kummissjoni dwar is-sigurtà fir-rigward tal-protezzjoni tal-informazzjoni klassifikata tal-Unjoni, stabbiliti fid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/443 (9) u 2015/444 (10). F’każ li dawn l-obbligi ma jiġux rispettati, il-Kummissjoni tista’ tieħu l-miżuri kollha xierqa.

Artikolu 13

Trasparenza

1.   Il-grupp u s-sottogruppi tiegħu għandhom jiġu reġistrati fir-Reġistru tal-gruppi ta’ esperti.

2.   Rigward il-kompożizzjoni tal-grupp u tas-sottogruppi, għandha tiġi ppubblikata d-data li ġejja fir-Reġistru tal-gruppi ta’ esperti:

(a)

l-ismijiet tal-individwi li jinħatru f’kapaċità personali;

(b)

l-ismijiet tal-osservaturi.

3.   Id-dokumenti rilevanti kollha, inkluż l-aġendi, il-minuti u s-sottomissjonijiet tal-parteċipanti, għandhom ikunu disponibbli jew fir-Reġistru tal-gruppi ta’ esperti jew permezz ta’ link mir-Reġistru għal sit web dedikat, fejn wieħed ikun jista’ jsib din l-informazzjoni. L-aċċess għal siti web iddedikati ma għandux ikun sottomess għal reġistrazzjoni tal-utent jew għal xi restrizzjoni oħra. B’mod partikolari, l-aġenda u dokumenti rilevanti oħra ta’ sfond, għandhom jiġu ppubblikati fiż-żmien propizju qabel il-laqgħa, u wara dan, il-minuti u l-opinjonijiet għandhom jiġu ppubblikati f’waqthom. Eċċezzjonijiet għall-pubblikazzjoni għandhom jiġu previsti biss fejn jitqies li l-iżvelar ta’ dokument idgħajjef il-ħarsien tal-interess pubbliku jew privat kif definit fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11).

Artikolu 14

Spejjeż tal-laqgħat

L-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tas-sussistenza mġarrba mill-membri tal-grupp u mill-esperti mistiedna bħala riżultat tal-parteċipazzjoni tagħhom fil-laqgħat tal-grupp jew tas-sottogruppi għandhom jiġu rimborżati mill-Kummissjoni f’konformità mad-dispożizzjonijiet fis-seħħ fi ħdan il-Kummissjoni, fil-limiti tal-approprjazzjonijiet disponibbli allokati skont il-proċedura annwali għall-allokazzjoni tar-riżorsi.

Artikolu 15

Kumpensi speċjali

Il-membri tal-grupp kif ukoll l-esperti mistiedna huma intitolati għal gratifiki speċjali għall-ħidma preparatorja u/jew il-parteċipazzjoni tagħhom fl-attivitajiet tal-grupp u f’laqgħat relatati, kif stabbilit fl-Anness.

Artikolu 16

Tħassir

Id-Deċiżjoni 2009/427/KE titħassar.

Ir-referenzi għad-Deċiżjoni mħassra għandhom jiġu mifhuma bħala referenzi għal din id-Deċiżjoni.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Awwissu 2021.

Għall-Kummissjoni

JanuszWOJCIECHOWSKI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  Ir-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 (ĠU L 150, 14.6.2018, p. 1).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2016) 3301 final tat-30 ta’ Mejju 2016 li tistabbilixxi regoli orizzontali dwar il-ħolqien u l-funzjonament tal-gruppi ta’ esperti tal-Kummissjoni.

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/427/KE tat-3 ta’ Ġunju 2009 li tistabbilixxi l-grupp ta’ esperti biex jagħti pariri tekniċi dwar il-produzzjoni organika (ĠU L 139, 5.6.2009, p. 29).

(4)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta’ Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 2092/91 (ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1).

(5)  Ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549).

(6)  Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, mill-korpi, mill-uffiċċji u mill-aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).

(7)  Ara l-Artikolu 11 tar-regoli orizzontali u l-Anness 4 tagħhom.

(8)  Ara l-Artikolu 17 tar-regoli orizzontali.

(9)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/443 tat-13 ta’ Marzu 2015 dwar is-Sigurtà fil-Kummissjoni (ĠU L 72, 17.3.2015, p. 41).

(10)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/444 tat-13 ta’ Marzu 2015 dwar ir-regoli tas-Sigurtà għall-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE (ĠU L 72, 17.3.2015, p. 53).

(11)  Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43). Dawn l-eċċezzjonijiet huma maħsuba biex jipproteġu s-sigurtà pubblika, l-affarijiet militari, ir-relazzjonijiet internazzjonali, il-politika finanzjarja, monetarja jew ekonomika, il-privatezza u l-integrità tal-individwu, l-interessi kummerċjali, il-proċeduri tal-qorti u l-pariri legali, l-ispezzjonijiet/l-investigazzjonijiet/l-awditi u l-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-istituzzjoni.


ANNESS

Gratifiki speċjali

(1)   

Il-membri tal-grupp jew ta’ sottogrupp u l-esperti mistiedna għandhom ikunu intitolati għal gratifika speċjali, bħala kumpens talli jipparteċipaw, personalment jew mill-bogħod, fil-laqgħat tal-grupp jew tas-sottogrupp. Il-gratifika speċjali għandha titħallas fil-forma ta’ kost ta’ unità ta’ kuljum għal kull jum sħiħ ta’ xogħol kif speċifikat fit-tabella ta’ hawn taħt. Il-gratifika totali għandha tiġi kkalkulata u ttondjata ’l fuq favur l-ammont li jikkorrispondi mal-eqreb nofs jum ta’ xogħol.

Laqgħat tal-grupp / Laqgħat tas-Sottogrupp

EUR għal kull jum sħiħ  (1)

President

450

Viċi President/rapporteur

450

Membri

300

Espert mistieden

300

(2)   

Il-membri tal-grupp jew ta’ sottogrupp għandhom ikunu intitolati għal gratifika speċjali meta jagħmlu x-xogħol ta’ rapporteur bħala kumpens għall-ħidma mwettqa f’attivitajiet bħalma huma t-tħejjija u l-finalizzazzjoni tal-kontribut għar-rapport tal-grupp jew tas-sottogrupp li huma jwettqu barra l-ħin tal-laqgħa. Il-gratifika speċjali għandha titħallas bis-somma ta’ EUR 450 fil-forma ta’ kost ta’ unità ta’ kuljum għal kull jum sħiħ ta’ xogħol.

(3)   

Il-membri tal-grupp jew ta’ sottogrupp u l-esperti mistiedna huma intitolati għal gratifika speċjali biex jaġixxu bħala rapporteur biex jipprovdu rapporti xjentifiċi (sommarji, mistoqsijiet u informazzjoni ta’ sfond) fit-tħejjija tal-laqgħat tal-grupp jew tas-sottogrupp, jew biex jiktbu r-rapport tal-laqgħat tal-grupp jew tas-sottogrupp wara l-laqgħat.

(4)   

Il-president huwa intitolat għal gratifika speċjali għas-sorveljanza xjentifika u għall-organizzazzjoni tal-ħidma li l-grupp iwettaq barra l-ħin tal-laqgħat tal-grupp.

Meta l-Kummissjoni titlob ħidma preparatorja li tikkonsisti partikolarment fit-tfassil tar-rapporti jew tal-opinjonijiet tal-grupp jew tas-sottogrupp u f’analiżijiet li jissostanzjaw il-valutazzjoni tal-impatt jew is-superviżjoni xjentifika, hija tispeċifika l-kompiti li jridu jsiru u ż-żmien li fih għandhom jitwettqu. Il-kalkolu tal-għadd ta’ jiem ta’ xogħol jiddependi partikolarment mill-ammont ta’ xogħol relatat mal-kumplessità tal-kwistjoni, mit-tul ta’ żmien meħtieġ biex jitlestew il-kompiti minħabba l-ammont u mill-aċċessibilità tad-data u tal-letteratura xjentifika u l-informazzjoni li trid tinġabar u tkun ipproċessata. Għalhekk, l-għadd indikattiv ta’ jiem ta’ xogħol mogħti hawn taħt jista’ jkun hemm deroga minnu biss f’każijiet eċċezzjonali u li jkunu sostanzjati tajjeb:

L-għadd indikattiv ta’ ġranet ta’ xogħol

It-tip ta’ kompiti mitluba

1 – 10 ijiem

Ix-xogħol ta’ tħejjija (ir-rapporti xjentifiċi, ir-riċerka, l-analiżijiet li jissostanzjaw il-valutazzjoni tal-impatt)

4 – 6 ijiem

Ir-rapport li jsegwi l-laqgħa tal-grupp jew tas-sottogrupp, l-opinjoni tal-EGTOP

10 – 30 jum

Is-sorveljanza xjentifika u l-organizzazzjoni tal-ħidma tal-grupp imwettqa barra l-ħin tal-laqgħat tal-grupp, partikolarment biex jingħataw pariri lill-Kummissjoni dwar l-ippjanar xjentifiku ġenerali, dwar il-mobilizzazzjoni ta’ esperti esterni, dwar id-definizzjoni ta’ termini ta’ referenza għar-rapporti xjentifiċi kif ukoll dwar il-laqgħat tal-grupp u tas-sottogrupp u biex jiġi żgurat li d-data eżistenti u r-riċerka xjentifika huma disponibbli għat-tħejjija u għall-koordinazzjoni tat-twaqqif u tal-laqgħat tas-sottogruppi, biex ikun hemm koordinazzjoni ma’ korpi konsultattivi u ma’ partijiet interessati oħra u mas-servizzi tal-Kummissjoni (kemm mad-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali kif ukoll mad-Direttorati Ġenerali l-oħra u maċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka)

Esperti li jaġixxu bħala rapporteur biex jipprovdu rapporti xejntifiċi bi tħejjija għal-laqgħat tal-grupp jew tas-sottogrupp, jew biex jiktbu r-rapport tal-laqgħat tal-grupp jew tas-sottogrupp wara l-laqgħat, u l-president għas-sorveljanza xjentifika u għall-organizzazzjoni tal-ħidma tal-grupp barra l-ħin tal-laqgħat tal-grupp, għandhom jitħallsu l-ammont ta’ EUR 450 fil-forma ta’ kost ta’ unità ta’ kuljum għal kull jum sħiħ ta’ xogħol.


(1)  Jekk il-parteċipazzjoni sseħħ filgħodu biss jew waranofsinhar biss, il-gratifika għandha tkun ta’ 50 % tal-gratifika ta’ jum sħiħ.


INFORMAZZJONI DWAR IŻ-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA

26.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 343/23


Għajnuna mill-Istat – Deċiżjoni li ma ssir ebda oġġezzjoni

(2021/C 343/04)

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA ma ssir l-ebda oġġezzjoni għall-miżura ta’ għajnuna mill-Istat li ġejja:

Data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni

It-12 ta’ Mejju 2020

Il-Każ Nru

86817

Id-Deċiżjoni Nru

041/21/COL

Stat tal-EFTA

In-Norveġja

Titlu (u / jew isem il-benefiċjarju)

Estensjoni u emendi għall-iskema ta’ kumpens għal avvenimenti pubbliċi kbar b’rabta mal-COVID-19

Il-bażi ġuridika

Deċiżjoni parlamentari li tawtorizza l-iskema u tistabbilixxi l-kundizzjonijiet ewlenin tagħha u ittra ta’ assenjazzjoni mill-Ministeru tal-Kummerċ, l-Industrija u s-Sajd lil Innovation Norway

It-tip ta’ miżura

Skema ta’ għajnuna

L-objettiv

Kumpens għal dannu kkawżat minħabba okkorrenza eċċezzjonali

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta

Baġit

NOK 260 miljun

Intensità

60 %

Għal kemm żmien

Sal-31 ta’ Diċembru 2021

Is-setturi ekonomiċi

Is-setturi kollha

L-isem u l-indirizz tal-awtorità awtorizzanti

Innovation Norway

Pb. 448 Sentrum

Akersgata 13

N-0104 Oslo

NORWAY

It-test awtentiku tad-deċiżjoni, li minnu tneħħiet l-informazzjoni kunfidenzjali kollha, jinsab fil-website tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA: http://www.eftasurv.int/state-aid/state-aid-register/decisions/


26.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 343/24


Għajnuna mill-Istat – Deċiżjoni li ma ssir ebda oġġezzjoni

(2021/C 343/05)

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA ma ssib l-ebda oġġezzjoni għall-miżura ta’ għajnuna mill-Istat li ġejja:

Id-data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni

L-10 ta’ Mejju 2021

Il-Każ Nru

86805

Id-Deċiżjoni Nru

037/20/COL

Stat tal-EFTA

L-Iżlanda

It-titlu (u / jew isem il-benefiċjarju)

Emendi u estensjonijiet tal-għotjiet għall-Għeluq u skemi ta’ għotjiet ta’ Reżiljenza b’rabta mal-COVID-19

Il-bażi ġuridika

L-Att Leġiżlattiv li jemenda l-Att Nru 38/2020 u l-Att Nru 160/2020

It-tip ta’ miżura

Skemi

L-objettiv

Biex jikkontribwixxu għall-attività ekonomika kontinwa tal-impriżi li sofrew telf ta’ introjtu matul il-pandemija tal-COVID-19 u l-miżuri ta’ konteniment imposti biex jiġi miġġieled it-tixrid tal-virus

Il-forma tal-għajnuna

Għotjiet diretti

Il-baġit

Skema ta’ għotjiet għar-reżiljenza: Baġit stmat ta’ EUR 20.5 biljun

Skema ta’ għotjiet tal-għeluq: Baġit stmat ta’ ISK 1 biljun u baġit massimu ta’ ISK 2 biljun

Għal kemm żmien

L-iskema ta’ għotjiet għar-reżiljenza: il-31 ta’ Diċembru 2021

L-iskema ta’ għotjiet tal-għeluq: it-30 ta’ Settembru 2021

Is-setturi ekonomiċi

Is-setturi kollha

L-isem u l-indirizz tal-awtorità awtorizzanti

Iceland Revenue and Customs

Tryggvagata 19

101 Reykjavík

ICELAND

It-test awtentiku tad-deċiżjoni, li minnu tneħħiet l-informazzjoni kunfidenzjali kollha, jinsab fuq il-website tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA: http://www.eftasurv.int/state-aid/state-aid-register/decisions/


26.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 343/25


Għajnuna mill-Istat – Deċiżjoni li ma ssir ebda oġġezzjoni

(2021/C 343/06)

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA ma ssib l-ebda oġġezzjoni għall-miżura ta’ għajnuna mill-Istat li ġejja:

Data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni

Il-11 ta’ Mejju 2021

Il-Każ Nru

86811

Id-Deċiżjoni Nru

039/21/COL

Stat tal-EFTA

L-Iżlanda

Titlu

Emendi għall-iskema ta’ kupuni diġitali għar-rigali b’rabta mal-COVID-19

Il-bażi ġuridika

L-Att leġiżlattiv li jemenda l-Att Nru 54/2020 dwar il-Kupuni Diġitali (lög um ferðagjöf)

It-tip ta’ miżura

Skema

L-objettiv

Li tiżdied id-domanda domestika għas-servizzi turistiċi, u b’hekk tkun ta’ benefiċċju għas-settur tas-servizzi turistiċi

Il-forma tal-għajnuna

Għotjiet (għajnuna indiretta)

Baġit

ISK 1,4 biljun

Għal kemm żmien

Mill-1 ta’ Ġunju 2021 sal-31 ta’ Awwissu 2021

Is-setturi ekonomiċi

It-turiżmu

L-isem u l-indirizz tal-awtorità li ħarġet l-għajnuna

The Ministry of Finance and Economic Affairs

Arnarhvoli við Lindargötu

101 Reykjavík

ICELAND

It-test awtentiku tad-deċiżjoni, li minnu tneħħiet l-informazzjoni kunfidenzjali kollha, jinsab fil-website tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA: http://www.eftasurv.int/state-aid/state-aid-register/decisions/


26.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 343/26


Għajnuna mill-Istat – Deċiżjoni li ma ssir ebda oġġezzjoni

(2021/C 343/07)

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA ma ssib l-ebda oġġezzjoni għall-miżura ta’ għajnuna mill-Istat li ġejja:

Data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni

It-12 ta’ Mejju 2021

Il-Każ Nru

86812

Id-Deċiżjoni Nru

040/21/COL

Stat tal-EFTA

In-Norveġja

It-Titlu (u / jew isem il-benefiċjarju)

Emendi u estensjoni tal-iskema ta’ għotjiet għall-appoġġ ta’ likwidità għal impriżi fis-settur tat-turiżmu b’rabta mal-COVID-19

Il-bażi ġuridika

Deċiżjoni Parlamentari, li tawtorizza l-emendi u l-estensjoni, u ittra ta’ assenjazzjoni addizzjonali lil Innovation Norway mill-Ministeru tal-Kummerċ, l-Industrija u s-Sajd.

It-tip ta’ miżura

Skema

L-objettiv

L-għoti ta’ aċċess għal-likwidità lill-impriżi tas-settur tat-turiżmu li qed jaffaċċjaw nuqqas ta’ likwidità f’daqqa minħabba l-impatt tat-tifqigħa COVID-19 fuq l-ekonomija.

Il-forma tal-għajnuna

Għotjiet

Baġit

NOK 1 550 miljun

Intensità

Sa 80 % tal-ispejjeż eliġibbli għan-negozji żgħar u ta’ daqs medju. Sa 70 % tal-ispejjeż eliġibbli għal impriża żgħira. L-ispejjeż għall-assi tanġibbli u intanġibbli meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-proġett sa massimu ta’ 50 %.

Għal kemm żmien

12.5.2021 – 31.12.2021

Is-setturi ekonomiċi

NACE 49, 50, 51, 55, 56, 74.903, 77, 79, 82.3, 90, 91 u 93.

L-isem u l-indirizz tal-awtorità awtorizzanti

Innovation Norway

Akersgata 13

N-0104 Oslo

NORWAY

Pb. 448 Sentrum

It-test awtentiku tad-deċiżjoni, li minnu tneħħiet l-informazzjoni kunfidenzjali kollha, jinsab fil-website tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA: http://www.eftasurv.int/state-aid/state-aid-register/decisions/


26.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 343/27


Għajnuna mill-Istat – Deċiżjoni li ma jsirux oġġezzjonijiet

(2021/C 343/08)

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA ma ssib l-ebda oġġezzjoni għall-miżura ta’ għajnuna mill-Istat li ġejja:

Data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni

18.5.2021

Il-Każ Nru

86828

Id-Deċiżjoni Nru

042/21/COL

Stat tal-EFTA

In-Norveġja

It-titlu (u / jew isem il-benefiċjarju)

L-emendi għall-iskema ta’ għajnuna għall-organizzazzjonijiet tas-settur tal-volontarjat b’rabta mal-COVID-19

Il-bażi ġuridika

Ir-regolament emendat dwar l-iskema għall-organizzazzjonijiet ta’ għajnuna fis-settur tal-volontarjat (għad ma hemmx numru ta’ referenza)

It-tip ta’ miżura

Skema

L-objettiv

Biex tiġi żgurata l-likwidità għall-organizzazzjonijiet volontarji u permezz ta’ din tiġi stimulata l-attività u tingħata għajnuna lill-organizzazzjonijiet volontarji matul il-kriżi attwali tal-COVID-19.

Il-forma tal-għajnuna

Għotjiet diretti

Baġit

NOK 1155 miljun

L-intensità

L-applikanti jistgħu jirċievu għotja ta’ 70 % tal-ispejjeż addizzjonali u / jew l-ispejjeż marbuta mal-iżvilupp u / jew l-aġġustament tal-attivitajiet

Għal avvenimenti u attivitajiet speċifiċi oħra li jsiru kif ippjanat, l-applikanti jistgħu jirċievu għotja ta’ 70 % tal-ispejjeż eliġibbli

Għal avvenimenti u attivitajiet speċifiċi oħra li jiġu kkanċellati, l-applikanti jistgħu jirċievu għotja ta’ 50 % tal-ispejjeż eliġibbli

Għal kemm żmien

Mit-18.5.2021 sal-31.12.2021

Is-setturi ekonomiċi

Is-settur volontarju

L-isem u l-indirizz tal-awtorità awtorizzanti

Norwegian Gaming and Foundation Authority

P.O. Box 800

N-6805 Førde

NORWAY

It-test awtentiku tad-deċiżjoni, li minnu tneħħiet l-informazzjoni kunfidenzjali kollha, jinsab fil-website tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA: http://www.eftasurv.int/state-aid/state-aid-register/decisions/


26.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 343/28


Għajnuna mill-Istat – Deċiżjoni li ma ssir ebda oġġezzjoni

(2021/C 343/09)

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA ma ssib l-ebda oġġezzjoni għall-miżura ta’ għajnuna mill-Istat li ġejja:

Data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni

L-20 ta’ Mejju 2020

Il-Każ Nru

86839

Id-Deċiżjoni Nru

051/21/COL

Stat tal-EFTA

In-Norveġja

It-titlu (u / jew isem il-benefiċjarju)

Skema ta’ għajnuna għal inventarju mitluf b’rabta mal-COVID-19

Il-bażi ġuridika

Ir-regolament emendat dwar l-ikkomplementar u l-eżekuzzjoni tal-liġi dwar l-iskema ta’ għajnuna temporanja għall-impriżi b’telf sostanzjali fil-fatturat wara Awwissu 2020 (għadu ma ġiex adottat).

It-tip ta’ miżura

Skema

L-objettiv

Biex jiġu kkumpensati ristoranti, kafetteriji, ħwienet tax-xorb u lukandi li joffru ikel lil klijenti oħra minbarra l-klijenti tal-lukandi, u bejjiegħa tal-fjuri, għat-telf tal-inventarju.

Il-forma tal-għajnuna

Għotjiet diretti

Baġit

NOK 25 miljun

L-intensità

100 %

Għal kemm żmien

Mid-9 ta’ Ġunju 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2021.

Is-setturi ekonomiċi

Is-servizzi tal-ikel u l-bejjiegħa bl-imnut tal-fjuri.

L-isem u l-indirizz tal-awtorità awtorizzanti

Brønnøysundregistrene

Postboks 900

N-8910 Brønnøysund

Norway

It-test awtentiku tad-deċiżjoni, li minnu tneħħiet l-informazzjoni kunfidenzjali kollha, jinsab fil-website tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA: http://www.eftasurv.int/state-aid/state-aid-register/decisions/


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-EFTA

26.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 343/29


Azzjoni ppreżentata fid-9 ta’ Lulju 2021 minn SÝN hf. kontra l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA

(Il-Kawża E-4/21)

(2021/C 343/10)

Azzjoni kontra l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA kienet ippreżentata quddiem il-Qorti tal-EFTA fid-9 ta’ Lulju 2021 minn SÝN hf., irrappreżentata minn Dóra Sif Tynes, Avukat fil-Liġi, ADVEL, Kalkofnsvegur 2, 101 Reykjavik, l-Iżlanda.

SÝN hf. titlob lill-Qorti tal-EFTA biex:

1.

Tannulla d-Deċiżjoni tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, Nru 023/21/COL, tas-26 ta’ Marzu 2021, għajnuna lil Farice ehf. għall-investiment fit-tielet cable taħt il-baħar.

2.

Tordna lill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA biex tħallas l-ispejjeż legali kollha.

L-isfond legali u fattwali u l-motivi miġjuba bħala sostenn:

Sýn (“l-applikant”) hija kumpanija tal-komunikazzjoni elettronika u tal-media attiva fis-swieq kollha tat-telekomunikazzjonijiet u tax-xandir fl-Iżlanda, bl-indirizz irreġistrat tagħha għan-negozju f’Suðurlandsbraut 8 f’Rejkjavik. Il-kumpanija taf l-għeruq tagħha fl-istabbiliment ta’ Íslandssími hf. u Tal hf. lejn l-aħħar tas-snin 90 wara l-liberalizzazzjoni tal-forniment tas-servizzi tat-telekomunikazzjonijiet fl-Iżlanda. L-applikant jipprovdi servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi komprensivi, inkluż il-forniment ta’ servizzi ta’ ċentru tad-data, bl-isem tal-marka tad-ditta Vodafone soġġett għal ftehim ta’ sħubija ma’ Vodafone Group plc.

Farice hf. ġiet stabbilita fl-2002 mill-partijiet Iżlandiżi u tal-Gżejjer Faeroe, bil-għan li tħejji, tibni u tħaddem sistema ta’ cable ta’ komunikazzjoni elettronika taħt il-baħar li tipprovdi konnettività internazzjonali bejn l-Iżlanda, il-Gżejjer Faeroe u r-Renju Unit.

Din l-applikazzjoni hija azzjoni għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Sorveljanza tal-EFTA Nru 023/21/COL (“id-deċiżjoni kkontestata”). Id-deċiżjoni kkontestata ġiet adottata fis-26 ta’ Marzu 2021, wara notifika mill-awtoritajiet Iżlandiżi ppreżentata fit-23 ta’ Marzu 2021.

L-applikant jitlob l-annullament tad-deċiżjoni kkontestata fuq il-bażi li l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA:

Kisret l-obbligu tagħha li tiftaħ proċedura ta’ investigazzjoni formali skont l-Artikolu 1(2) tal-Parti I tal-Protokoll 3 tal-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar it-Twaqqif ta’ Awtorità ta’ Sorveljanza u ta’ Qorti tal-Ġustizzja (“SCA”) billi kellu jkollha dubji fir-rigward tal-kompatibilità tal-miżura mal-Ftehim dwar iż-ŻEE.

Kisret l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 16 SCA li tiddikjara r-raġunijiet b’mod adegwat.


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

26.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 343/30


Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni ta’ approvazzjoni ta’ emenda standard għal Speċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33

(2021/C 343/11)

Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata f’konformità mal-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1).

KOMUNIKAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD FID-DOKUMENT UNIKU

Régnié

PDO-FR-A0912-AM02

Data tal-komunikazzjoni: 7 ta’ Ġunju 2021

DESKRIZZJONI TAL-EMENDA APPROVATA U R-RAĠUNIJIET GĦALIHA

1.   Żona ġeografika

Fil-Kapitolu I, it-taqsima IV, il-punt 1, il-kliem “abbażi tal-Kodiċi Ġeografiku Uffiċjali tal-2019” ġie miżjud wara “Rhone”.

Din l-emenda editorjali tippermetti li ż-żona ġeografika tiġi identifikata b’referenza għall-verżjoni tal-2019 tal-Kodiċi Ġeografiku Uffiċjali, li huwa aġġornat mill-Istitut Nazzjonali tal-Istatistika u l-Istudji Ekonomiċi (INSEE), u tagħti lid-definizzjoni taż-żona ġeografika ċertezza legali.

Il-konfini taż-żona ġeografika baqgħu l-istess.

Il-kelma “jitwettqu” ġiet sostitwita bi “jseħħu”.

Il-punt 6 tad-Dokument Uniku ġie emendat biex jinkludi dawn il-bidliet.

Ġiet miżjuda wkoll sentenza bl-informazzjoni li d-dokumenti kartografiċi li jappartjenu għaż-żona ġeografika huma disponibbli fuq is-sit web tal-INAO.

Id-Dokument Uniku ma jiġix affettwat minn din l-emenda.

2.   Żona fi prossimità immedjata

Fil-Kapitolu I, it-taqsima IV, il-punt 3, il-kliem “abbażi tal-Kodiċi Ġeografiku Uffiċjali tal-2019” ġie miżjud wara “il-muniċipalitajiet li ġejjin”.

Ġiet miżjuda referenza għall-Kodiċi Ġeografika Uffiċjali tal-2019 u l-lista tal-muniċipalitajiet ġiet aġġornata. Id-data tal-approvazzjoni taż-żona ġeografika tad-denominazzjoni mill-kumitat nazzjonali kompetenti tal-Istitut Nazzjonali tal-Oriġini u l-Kwalità wkoll ġiet miżjuda. Dawn l-emendi jibdlu l-formolazzjoni tal-kliem iżda ma għandhom l-ebda effett fuq il-konfini taż-żona ġeografika kkonċernata. Dawn huma meħtieġa bħala riżultat ta’ fużjonijiet u diviżjonijiet bejn il-muniċipalitajiet, jew partijiet ta’ muniċipalitajiet, jew bidliet fl-isem.

Il-formolazzjoni tal-kliem il-ġdida tiżgura li l-muniċipalitajiet fiż-żona ġeografika jkomplu jiġu identifikati b’mod ċar fl-Ispeċifikazzjoni.

It-taqsima tad-Dokument Uniku intitolat “Rekwiżiti oħra applikabbli” ġiet emendata kif xieraq.

3.   Dispożizzjonijiet relatati mal-maturazzjoni

Fil-Kapitolu I, it-taqsima IX, il-punt 2, “1 ta’ Marzu” ġiet sostitwita bi “15 ta’ Jannar”.

Id-data tat-tmiem tal-perjodu minimu ta’ maturazzjoni għall-inbejjed tressqet ’il quddiem mill-1 ta’ Marzu sal-15 ta’ Jannar tas-sena ta’ wara l-ħsad. Dan huwa dovut għall-ħsad bikri li qed isir aktar komuni bħala riżultat tat-tibdil fil-klima, li b’hekk jippermetti tlestija aktar bikrija tal-proċess tal-produzzjoni tal-inbid.

It-tressiq ’il quddiem tad-data tat-tmiem tal-perjodu minimu ta’ maturazzjoni ma jaffettwax il-kwalità tal-inbejjed prodotti minn dawn il-vinji. Il-prattiki fil-vinja u fil-fabbrika tal-inbid jintgħażlu biex jippreservaw il-potenzjal aromatiku tal-varjetà tal-għeneb gamay N imkabbra f’din il-ħamrija fqira. Dawn il-prattiki jirriżultaw fi nbejjed b’espressjoni ta’ frott meta ma jkunux maturi.

Il-punt 5 tad-Dokument Uniku ġie emendat. Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid

4.   It-tqegħid fis-suq għall-bejgħ lill-konsumaturi

Fil-Kapitolu I, it-taqsima IX, il-punt 5, “15 ta’ Marzu” ġiet sostitwita bl-“1 ta’ Frar”.

Peress li d-data tat-tmiem tal-perjodu minimu ta’ maturazzjoni tressqet ’il quddiem, id-data għat-tqegħid tal-inbejjed fis-suq għall-bejgħ lill-konsumaturi tressqet ’il quddiem ukoll, mill-15 ta’ Marzu għall-1 ta’ Frar.

Din l-emenda ma teħtieġx tibdil fid-Dokument Uniku.

5.   Trasport bejn l-imħażen awtorizzati

Il-punt 5(b), it-taqsima IX, il-kapitolu 1, dwar id-data li minnha l-inbejjed jistgħu jiġu ttrasportati bejn l-imħażen awtorizzati, tħassar.

Il-perjodu minimu ta’ maturazzjoni tnaqqas u d-data li fiha l-inbejjed jitqiegħdu fis-suq tressqet ’il quddiem. Huwa għalhekk meħtieġ li l-inbejjed jitħallew jiġu ttrasportati bejn l-operaturi aktar kmieni. Ma hemmx bżonn li tiġi stabbilita data aktar bikrija li qabilha l-inbejjed ma jistgħux jiġu ttrasportati.

It-titolu tal-Kapitolu I, it-taqsima IX, il-punt 5 għalhekk ġie emendat, bit-tneħħija tal-kliem “it-trasport tal-prodotti u”.

Id-Dokument Uniku mhuwiex affettwat minn dawn l-emendi għall-Ispeċifikazzjoni.

6.   Miżuri tranżitorji

Fil-Kapitolu I, taqsima XI, punt 1(a), il-frażi “mhux aktar tard minn” ġiet miżjuda qabel il-kliem “sal-ħsad tal-2034, inklużiv”, sabiex il-kundizzjonijiet għal din il-miżura jkunu aktar speċifiċi.

Il-punt 3 tħassar billi l-miżura speċifika kkonċernata ma għadhiex fis-seħħ.

Id-Dokument Uniku mhuwiex affettwat minn dawn l-emendi għall-Ispeċifikazzjoni.

7.   Kwistjonijiet li jikkonċernaw il-monitoraġġ tal-Ispeċifikazzjoni

L-operaturi issa huma ċċertifikati minn korp taċ-ċertifikazzjoni. Il-kliem “pjan ta’ spezzjoni” ġie sostitwit bil-kliem “pjanijiet ta’ monitoraġġ” fil-paragrafi rilevanti fil-kapitolu II tal-Ispeċifikazzjoni.

Id-Dokument Uniku ma jiġix affettwat minn din l-emenda.

Referenzi għall-korp ta’ spezzjoni

Fit-taqsima II tal-Kapitolu III: ir-regoli dwar il-formolazzjoni tal-kliem f’din it-taqsima ġew emendati wara l-approvazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott f’Diċembru 2011. L-għan kien li jitneħħew ir-referenzi sħaħ għall-awtorità ta’ spezzjoni fejn il-monitoraġġ jitwettaq minn korp ta’ ċertifikazzjoni.

Id-Dokument Uniku ma jiġix affettwat minn din l-emenda.

DOKUMENT UNIKU

1.   Isem/ismijiet għar-reġistrazzjoni

Régnié

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

DOP – Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta

3.   Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli

1.

Inbid

4.   Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed

Deskrizzjoni qasira bil-miktub

Dawn huma nbejjed mhux frizzanti, ħomor xotti.

L-inbejjed għandhom qawwa alkoħolika naturali minima skont il-volum ta’ 10,5 %.

Wara l-arrikkiment, il-qawwa alkoħolika totali tal-inbejjed skont il-volum ma taqbiżx it-13%.

Fil-mument tal-ippakkjar, l-inbejjed għandhom kontenut ta’ aċidu maliku ta’ 0,4 grammi għal kull litru.

L-inbejjed li huma kompleti u lesti biex jiġu rilaxxati għall-konsum jikkonformaw mal-istandards analitiċi li ġejjin:

Kontenut massimu ta’ zokkor fermentabbli (glukożju u fruttożju): 3 grammi għal kull litru

L-istandards previsti fir-regolamenti tal-UE japplikaw għall-qawwa alkoħolika totali massima, il-qawwa alkoħolika proprja minima, l-aċidità totali minima u l-kontenut massimu totali ta’ diossidu tal-kubrit.

Meta ma jkunux maturi, l-inbejjed ikollhom kulur aħmar vjola sabiħ li jiżviluppa maż-żmien għal aħmar granata. Bħala riħa, spiss ikollhom noti ta’ fjuri kif ukoll noti ta’ frott aħmar li jiksbu ħjiel ta’ ħwawar meta jiżviluppaw.

Bħala togħma, l-inbejjed huma qawwija iżda b’finezza u flessibbiltà abbundanti. Għandhom togħma qawwija ta’ frott.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

 

Aċidità totali minima

 

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

14,17

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

5.   Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid

5.1.   Prattiki enoloġiċi speċifiċi

1.   Prattika enoloġika speċifika

L-użu ta’ laqx tal-injam mhuwiex permess.

Wara l-arrikkiment, il-qawwa alkoħolika totali tal-inbejjed skont il-volum ma taqbiżx it-13 %.

It-tekniki tal-arrikkiment sottrattiv huma permessi sa rata tal-konċentrazzjoni ta’ 10 %.

L-inbejjed għandhom jiġi mqaddmin mill-inqas sal-15 ta’ Jannar tas-sena ta’ wara dik tal-ħsad.

Minbarra d-dispożizzjonijiet ta’ hawn fuq, il-prattiki kollha tal-produzzjoni tal-inbid segwiti jridu jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fil-livell tal-UE u fil-Kodiċi tas-Sajd Rurali u Marittimu.

2.   Metodu tal-kultivazzjoni

Densità tat-tħawwil

Id-densità minima tat-tħawwil tad-dwieli hija ta’ 6 000 pjanta għal kull ettaru.

L-ispazju bejn ir-ringieli huwa ta’ 2,1 metri jew inqas. Bejn pjanti fl-istess ringiela, l-ispazju huwa ta’ mill-inqas 0,8 metri.

Sakemm tinżamm id-densità minima ta’ 6 000 pjanta għal kull ettaru, għall-finijiet tal-mekkanizzazzjoni, l-ispazji bejn ringieli jistgħu jkunu ta’ massimu ta’ 3 metri.

Ir-regoli dwar l-iżbir

L-iżbir jitlesta sal-15 ta’ Mejju.

L-inbejjed huma magħmula minn dwieli soġġetti għal żbir b’fergħat qosra u mħarrġa għal “gobelet”, “éventail”, jew “cordon de Royat” singolu jew doppju, jew “Charmet”. Kull pjanta għandha massimu ta’ għaxar għejun.

Kull pjanta għandha bejn tliet u ħames fergħat qosra b’massimu ta’ żewġt għejun. Għal skopijiet ta’ riġenerazzjoni, kull pjanta jista’ jkollha wkoll fergħa b’massimu ta’ żewġt għejun maqtugħin minn rimja mhux produttiva li tikber mill-injam permanenti.

Matul iż-żbir inizjali, jew il-konverżjoni għal forma differenti ta’ żbir, id-dwieli jinżabru għal massimu ta’ 12-il rimja għal kull pjanta.

It-tisqija hija pprojbita.

Dispożizzjonijiet relatati mal-ħsad bil-magni

Il-ħsad jinġema’ mhux ogħla minn 0,5 metri fil-kontenituri li jittrasportawh mir-roqgħa għall-fabbrika tal-inbid.

Il-kontenituri huma magħmula minn materjal inert adattat għall-użu fl-ikel.

It-tagħmir għall-ġbir u t-trasport tal-ħsad jinkludi sistema speċjali ta’ skular tal-ilma u ta’ protezzjoni.

5.2.   Rendimenti massimi

1.

61 ettolitru għal kull ettaru

6.   Definizzjoni taż-żona demarkata

L-għeneb jinħasad u l-inbejjed jiġu prodotti, żviluppati u mmaturati fil-muniċipalitajiet li ġejjin tad-département ta’ Rhône, abbażi tal-Kodiċi Ġeografiku Uffiċjali tal-2019: Régnié-Durette u Lantignié.

7.   Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid / jinkisbu l-inbejjed

Gamay N

8.   Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet

8.1.   Deskrizzjoni tal-fatturi naturali rilevanti għar-rabta

Iż-żona ġeografika testendi għal fuq in-naħa tal-Lvant tal-għoljiet ta’ Beaujolais. L-għolja Fût d’Avenas togħla fuqha fi 842 metru. Iż-żona tinsab 50 kilometru fit-tramuntana ta’ Lyon u 22 kilometru “l bogħod minn Villefranche-sur-Saône.

Il-pajsaġġ fih ħafna tlajja” u nżul, u huwa mmarkat minn għoljiet mgħottija bid-dwieli. L-Ardières, xmara tributarja tas-Saône, tifforma l-konfini tagħha fin-Nofsinhar.

Iż-żona tinkludi wkoll il-muniċipalitajiet ta’ Régnié-Durette u Lantignié, fid-département tar-Rhône.

Iż-żona ġeografika hija parti mill-firxa kbira ta’ formazzjonijiet metamorfiċi mill-Era Paleożojka, fit-tarf tal-Punent tal-Massif Ċentrali. B’mod aktar speċifiku, tinsab fil-qalba tal-massif tal-granit magħruf bħala Fleurie. Dan il-granit bi frak oħxon jitfarrak biex jifforma żoni ta’ ramel permeabbli ħafna.

L-irqajja’ demarkati għall-ħsad tal-għeneb jestendu fuq l-għoljiet fuq substrat tal-granit, f’għoli ta’ bejn 250 metru u 450 metru. Dawn jinkludu:

ħamrija tal-wiċċ ramlija li hija effettiva ħafna fil-filtrazzjoni, iffurmata minn ramel tal-granit fuq l-għoljiet weqfin fiċ-ċentru u lejn it-Tramuntana;

ħamrija ffurmata fuq kolluvju u żoni ta’ trab ġulġlieni ramli fond, ġeneralment rikka fit-tafal, fil-parti tan-Nofsinhar, fuq l-għoljiet aktar ġentili;

ħamrija alluvjali, iffurmata fuq terrazzi antiki, b’konsistenza taflija u spiss ġeblija ħafna fil-wiċċ, xi drabi ta’ struttura kompatta.

Il-klima hija marittima, soġġetta għal influwenzi kontinentali u tan-Nofsinhar. Ix-xita hija mqassma b’mod ugwali matul is-sena, b’medja annwali ta’ 750 millimetru. It-temperatura annwali medja hija qrib il-11°C. L-għoljiet ta’ Beaujolais għandhom rwol essenzjali li jipprovdu protezzjoni mir-riħ tal-Punent, u b’hekk inaqqsu l-influwenza marittima. L-għoljiet jipproduċu effett ta’ Foehn li jnixxef l-arja umda, iżid id-dawl u jnaqqas ix-xita b’mod korrispondenti.

Il-wied wiesa’ ta’ Saône wkoll għandu rwol sinifikanti fl-iżvilupp tad-dwieli. Dan jipprovdi dawl abbundanti u jipprovdi passaġġ għall-influwenzi tan-Nofsinhar, ikkaratterizzati b’mod partikolari minn sħana qawwija fis-sajf.

8.2.   Deskrizzjoni tal-fatturi umani rilevanti għar-rabta ġeografika

Fix-xogħol tal-1907 Le vigneronnage en Beaujolais, dwar is-sistema tat-tkabbir tal-għelejjel ta’ Beaujolais fejn parti mill-ħsad tingħata lil sid l-art, l-awtur François Myard ikkonferma l-eżistenza ta’ villa Gallo-Rumana li kienet tappartjeni għal ċertu Réginus, li, wieħed jassumi, ta ismu lill-muniċipalità. Is-sistema ta’ dak iż-żmien tindika l-bidu tal-“għelejjel ibbażati fuq il-frott, is-sistema li fuqha hija bbażata l-vigneronnage attwali”.

L-Abbazija ta’ Cluny jidher li kellha dwieli ħdejn ir-raħal ta’ Régnié. Il-karta ta’ Cluny, fl-992, tgħid li ċertu Umfred ta bħala rigal lill-abbazija “il-kappella ta’ Sainte-Marie fir-raħal ta’ Dueri (Durette) fil-pajjiż ta’ Mâcon, u dak kollu li kellu f’dik il-parroċċa f’artijiet, dwieli, mergħat u mtieħen”. Huwa rreġistrat li, fl-1602, Durette kellu 15-il “bejta” (abitazzjonijiet), u l-art tiegħu kienet ikkunsidrata “tajba biss għall-inbid”.

L-inbejjed ta’ “Régnié” ilhom meqjusa tajbin ħafna. Sal-1769, Régnié u Durette kienu fost is-16-il parroċċa tar-reġjun ta’ Beaujolais li kellhom permess jibagħtu l-inbejjed tagħhom Pariġi.

Fix-xogħol tiegħu tal-1945 History of Régnié, Bonardet kellu dan xi jgħid dwar l-industrija tal-insiġ ta’ Rignyé (Régnié) fis-seklu 17: “is-snajja’ l-qodma, bħall-insiġ, gradwalment naqsu għax il-ħamrija ta’ Beaujolais tgħattiet bid-dwieli”. Fil-fatt, skont l-intendent tal-Pulizija, il-Ġustizzja u l-Finanzi, Lambert d’Antigny, kwart tat-territorju kien imħawwel bid-dwieli.

L-azjenda ta’ Grange Charton ġiet stabbilita f’Régnié. Din il-ġabra mill-isbaħ ta’ arkitettura rurali mis-seklu 19, inklużi l-akkomodazzjonijiet tal-ħaddiema tal-vinji, il-kantini u l-imħażen, hija l-kwartieri ġenerali tal-azjenda tal-Hospices de Beaujeu. Mogħtija lill-Hospices mill-aħwa de Millières fl-1809, matul is-snin l-azjenda kibret bis-saħħa ta’ rigali u legati ta’ dwieli. L-irkant ta’ nbejjed mill-Hospices huwa l-eqdem irkant għall-karità magħruf.

Xi darba l-aktar ġojjell prezzjuż tal-inbejjed bid-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata “Beaujolais” intitolati li jużaw it-terminu “Villages”, l-inbejjed ġew rikonoxxuti taħt id-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata “Régnié” b’digriet tal-20 ta’ Diċembru 1988.

Id-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata “Régnié” tippreżenta fużjoni tat-tradizzjonijiet reġjonali karatteristiċi ma’ tekniki moderni. Il-varjetà tal-għeneb gamay N għandha l-post ewlieni fil-produzzjoni tal-inbejjed ħomor. Magħruf bħala varjetà nieqsa mill-qawwa iżda fertili u li ssir kmieni, hija sensittiva għall-ġlata tardiva u vulnerabbli għal dawl tax-xemx aħrax.

Fit-tfittxija tagħhom għal inbejjed ta’ kwalità, il-produtturi tgħallmu jrażżnu t-tkabbir tiegħu, b’mod partikolari billi jużaw densità għolja ta’ tħawwil.

Sabiex l-għeneb isir sew, il-produtturi jiżguraw li l-kanupew ikun miftuħ biżżejjed. B’dan il-mod, id-dwieli jistgħu jiġu mħarrġa fuq kannizzati fissi, li jippermettu wkoll l-użu tal-magni.

Bl-istess mod, u f’konformità mal-prattika attwali, il-produtturi adottaw metodu partikolari ta’ produzzjoni tal-inbid li jinvolvi kemm il-fermentazzjoni tradizzjonali kif ukoll il-maċerazzjoni semikarbonika.

Fl-2010, xi 222 produttur ipproduċew 17 000 ettolitru minn vinji li jkopru erja ta’ 400 ettaru.

8.3.   Interazzjonijiet kawżali

Iż-żona ġeografika ta’ “Régnié” tinsab prinċipalment fuq substrat ta’ granit jew substrat ta’ granit mibdul.

Il-ħamrija hija ġeneralment ramlija, aċiduża, bi kwalitajiet tajbin ta’ filtrazzjoni u għalhekk baxxa fil-fertilità. F’dan l-ambjent naturali, il-varjetà tal-għeneb gamay N tilħaq l-espressjoni sħiħa tagħha, li tippermetti l-possibbiltà li jiġu prodotti nbejjed b’togħma ta’ frott u eleganti, b’konċentrazzjoni u bilanċ li jiggarantixxu kapaċità tajba ta’ tqaddim.

Il-ħamrija hija ta’ natura diversa b’ammonti li jvarjaw ta’ tafal u, f’xi postijiet, rikka fi frammenti kbar ta’ granit jew ta’ blat ramli. Din id-diversità tipproduċi differenzi sottili fl-inbejjed. Fejn l-għeneb jiġi minn irqajja’ b’ħamrija taflija, l-inbejjed huma aktar strutturati. Min-naħa l-oħra, meta l-għeneb ikun minn irqajja’ b’ħamrija ramlija, l-inbejjed huma aktar flessibbli u għandhom aktar togħma ta’ frott.

Fil-qalba ta’ pajsaġġ b’ħafna tlajja’ u nżul, id-dwieli jgawdu klima favorevoli, protetta minn irjieħ li jagħmlu ħsara mill-għolja afforestata ta’ Fût d’Avenas. Iż-żona, li tħares fuq il-pjanura wiesgħa tas-Saône, tibbenefika mid-dawl tax-xemx li jħeġġeġ l-azzjoni tal-klorofilla fid-dwieli. Il-pożizzjoni tagħhom fuq l-għoljiet tan-nofs tfisser li d-dwieli normalment jevitaw il-ġlata tar-rebbiegħa u ċ-ċpar ta’ filgħodu tal-pjanura tas-Saône. Huma jibbenefikaw minn xemx ottimali, filwaqt li l-għoljiet jiżguraw li kwalunkwe ilma tax-xita żejjed malajr jiġi skulat.

Il-wied ta’ Ardières, li jgawdi minn effett ta’ Foehn bis-saħħa tal-protezzjoni tal-għoljiet ta’ Beaujolais, bil-pożizzjoni Lvant-Punent, joffri aspett ġenerali li jippermetti t-tisjir ottimali u konsistenti tal-għeneb.

Il-produtturi adottaw prattiki, kemm fil-vinja kif ukoll fil-fabbrika tal-inbid, biex jagħmlu l-aħjar użu minn dawn il-kundizzjonijiet partikolari. Il-potenzjal aromatiku tal-varjetà gamay N huwa ppreservat billi jiġu adattati l-qawwa u l-produzzjoni tagħha għall-ħamrija ramlija fqira permezz tal-użu ta’ taħriġ speċjali u żbir b’fergħat qosra, kif ukoll bil-metodi fil-fabbrika tal-inbid. B’dan il-mod, huwa possibbli li jiġu prodotti nbejjed b’espressjoni ta’ frott meta ma jkunux maturi u bi kwalitajiet li jżommu tajjeb.

Mill-1967, il-produtturi ngħaqdu flimkien biex joffru firxa magħżula bir-reqqa ta’ nbejjed ta’ “Régnié” disponibbli fiċ-ċentru tad-dewqan ta’ Caveau des Deux Clochers. Huma jorganizzaw bosta wirjiet, spettakli u avvenimenti sportivi biex jirreklamaw ir-raħal u l-inbid tagħhom.

“Régnié” hija l-aktar denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata muniċipali riċenti rikonoxxuta fir-reġjun. Il-produtturi jippreżentawha bħala l-“Prinċep ta’ Beaujolais”.

9.   Rekwiżiti oħra applikabbli (ippakkjar, tikkettar, rekwiżiti addizzjonali)

Żona fi prossimità immedjata

Qafas ġuridiku

Leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit ulterjuri

Deroga dwar il-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata

Deskrizzjoni tar-rekwiżit

Iż-żona fi prossimità immedjata, iddefinita bid-deroga għall-produzzjoni, il-maturazzjoni u t-tqaddim tal-inbejjed, tinkludi t-territorju tal-muniċipalitajiet li ġejjin, abbażi tal-Kodiċi Ġeografiku Uffiċjali għall-2019:

id-Département ta’ Côte-d’Or:

Agencourt, Aloxe-Corton, Ancey, Arcenant, Argilly, Autricourt, Auxey-Duresses, Baubigny, Beaune, Belan-sur-Ource, Bévy, Bissey-la-Côte, Bligny-lès-Beaune, Boncourt-le-Bois, Bouix, Bouze-lès-Beaune, Brion-sur-Ource, Brochon, Cérilly, Chamboeuf, Chambolle-Musigny, Channay, Charrey-sur-Seine, Chassagne-Montrachet, Châtillon-sur-Seine, Chaumont-le-Bois, Chaux, Chenôve, Chevannes, Chorey-lès-Beaune, Clémencey, Collonges-lès-Bévy, Combertault, Comblanchien, Corcelles-les-Arts, Corcelles-les-Monts, Corgoloin, Cormot-Vauchignon, Corpeau, Couchey, Curley, Curtil-Vergy, Daix, Dijon, Ebaty, Echevronne, Epernay-sous-Gevrey, L’Etang-Vergy, Etrochey, Fixin, Flagey-Echézeaux, Flavignerot, Fleurey-sur-Ouche, Fussey, Gerland, Gevrey-Chambertin, Gilly-lès-Cîteaux, Gomméville, Grancey-sur-Ource, Griselles, Ladoix-Serrigny, Lantenay, Larrey, Levernois, Magny-lès-Villers, Mâlain, Marcenay, Marey-lès-Fussey, Marsannay-la-Côte, Massingy, Mavilly-Mandelot, Meloisey, Merceuil, Messanges, Meuilley, Meursanges, Meursault, Molesme, Montagny-lès-Beaune, Monthelie, Montliot-et-Courcelles, Morey-Saint-Denis, Mosson, Nantoux, Nicey, Noiron-sur-Seine, Nolay, Nuits-Saint-Georges, Obtrée, Pernand-Vergelesses, Perrigny-lès-Dijon, Plombières-lès-Dijon, Poinçon-lès-Larrey, Pommard, Pothières, Premeaux-Prissey, Prusly-sur-Ource, Puligny-Montrachet, Quincey, Reulle-Vergy, La Rochepot, Ruffey-lès-Beaune, Saint-Aubin, Saint-Bernard, Saint-Philibert, Saint-Romain, Sainte-Colombe-sur-Seine, Sainte-Marie-la-Blanche, Santenay, Savigny-lès-Beaune, Segrois, Tailly, Talant, Thoires, Vannaire, Velars-sur-Ouche, Vertault, Vignoles, Villars-Fontaine, Villebichot, Villedieu, Villers-la-Faye, Villers-Patras, Villy-le-Moutier, Vix, Volnay, Vosne-Romanée u Vougeot

id-Département ta’ Rhône:

Alix, Anse, L’Arbresle, Les Ardillats, Arnas, Bagnols, Beaujeu, Belleville-en-Beaujolais, Belmont-d’Azergues, Blacé, Le Breuil, Bully, Cercié, Chambost-Allières, Chamelet, Charentay, Charnay, Chasselay, Châtillon, Chazay-d’Azergues, Chénas, Chessy, Chiroubles, Cogny, Corcelles-en-Beaujolais, Dardilly, Denicé, Deux Grosnes (il-parti biss li tikkorrispondi għat-territorju tal-muniċipalità antika ta’ Avenas), Dracé, Emeringes, Fleurie, Fleurieux-sur-l’Arbresle, Frontenas, Gleizé, Juliénas, Jullié, Lacenas, Lachassagne, Lancié, Légny, Létra, Limas, Lozanne, Lucenay, Marchampt, Marcy, Moiré, Montmelas-Saint-Sorlin, Morancé, Odenas, Le Perréon, Pommiers, Porte des Pierres Dorées, Quincié-en-Beaujolais, Rivolet, Sain-Bel, Saint-Clément-sur-Valsonne, Saint-Cyr-le-Chatoux, Saint-Didier-sur-Beaujeu, Saint-Etienne-des-Oullières, Saint-Etienne-la-Varenne, Saint-Georges-de-Reneins, Saint-Germain-Nuelles, Saint-Jean-des-Vignes, Saint-Julien, Saint-Just-d’Avray, Saint-Lager, Saint-Romain-de-Popey, Saint-Vérand, Sainte-Paule, Salles-Arbuissonnas-en-Beaujolais, Sarcey, Taponas, Ternand, Theizé, Val d’Oingt, Vaux-en-Beaujolais, Vauxrenard, Vernay, Villefranche-sur-Saône, Ville-sur-Jarnioux, Villié-Morgon, Vindry-sur-Turdine(il-parti biss li tikkorrispondi għat-territorju tal-muniċipalitajiet antiki ta’ Dareizé, Les Olmes u Saint-Loup)

id-Département ta’ Saône-et-Loire:

Aluze, Ameugny, Azé, Barizey, Beaumont-sur-Grosne, Berzé-la-Ville, Berzé-le-Châtel, Bissey-sous-Cruchaud, Bissy-la-Mâconnaise, Bissy-sous-Uxelles, Bissy-sur-Fley, Blanot, Bonnay, Bouzeron, Boyer, Bray, Bresse-sur-Grosne, Burgy, Burnand, Bussières, Buxy, Cersot, Chagny, Chaintré, Chalon-sur-Saône, Chamilly, Champagny-sous-Uxelles, Champforgeuil, Chânes, Change, Chapaize, La Chapelle-de-Bragny, La Chapelle-de-Guinchay, La Chapelle-sous-Brancion, Charbonnières, Chardonnay, La Charmée, Charnay-lès-Mâcon, Charrecey, Chasselas, Chassey-le-Camp, Château, Châtenoy-le-Royal, Chaudenay, Cheilly-lès-Maranges, Chenôves, Chevagny-les-Chevrières, Chissey-lès-Mâcon, Clessé, Cluny, Cormatin, Cortambert, Cortevaix, Couches, Crêches-sur-Saône, Créot, Cruzille, Culles-les-Roches, Curtil-sous-Burnand, Davayé, Demigny, Dennevy, Dezize-lès-Maranges, Donzy-le-Pertuis, Dracy-le-Fort, Dracy-lès-Couches, Epertully, Etrigny, Farges-lès-Chalon, Farges-lès-Mâcon, Flagy, Fleurville, Fley, Fontaines, Fragnes-La-Loyère (il-parti biss li tikkorrispondi għat-territorju tal-muniċipalità antika ta’ La Loyère), Fuissé, Genouilly, Germagny, Givry, Granges, Grevilly, Hurigny, Igé, Jalogny, Jambles, Jugy, Jully-lès-Buxy, Lacrost, Laives, Laizé, Lalheue, Leynes, Lournand, Lugny, Mâcon, Malay, Mancey, Martailly-lès-Brancion, Massilly, Mellecey, Mercurey, Messey-sur-Grosne, Milly-Lamartine, Montagny-lès-Buxy, Montbellet, Montceaux-Ragny, Moroges, Nanton, Ozenay, Paris-l’Hôpital, Péronne, Pierreclos, Plottes, Préty, Prissé, Pruzilly, Remigny, La Roche-Vineuse, Romanèche-Thorins, Rosey, Royer, Rully, Saint-Albain, Saint-Ambreuil, Saint-Amour-Bellevue, Saint-Boil, Saint-Clément-sur-Guye, Saint-Denis-de-Vaux, Saint-Désert, Saint-Gengoux-de-Scissé, Saint-Gengoux-le-National, Saint-Germain-lès-Buxy, Saint-Gervais-sur-Couches, Saint-Gilles, Saint-Jean-de-Trézy, Saint-Jean-de-Vaux, Saint-Léger-sur-Dheune, Saint-Mard-de-Vaux, Saint-Martin-Belle-Roche, Saint-Martin-du-Tartre, Saint-Martin-sous-Montaigu, Saint-Maurice-de-Satonnay, Saint-Maurice-des-Champs, Saint-Maurice-lès-Couches, Saint-Pierre-de-Varennes, Saint-Rémy, Saint-Sernin-du-Plain, Saint-Symphorien-d’Ancelles, Saint-Vallerin, Saint-Vérand, Saint-Ythaire, Saisy, La Salle, Salornay-sur-Guye, Sampigny-lès-Maranges, Sancé, Santilly, Sassangy, Saules, Savigny-sur-Grosne, Sennecey-le-Grand, Senozan, Sercy, Serrières, Sigy-le-Châtel, Sologny, Solutré-Pouilly, Taizé, Tournus, Uchizy, Varennes-lès-Mâcon, Vaux-en-Pré, Vergisson, Vers, Verzé, Le Villars, La Vineuse sur Fregande (il-parti biss li tikkorrispondi għat-territorju tal-muniċipalitajiet antiki ta’ Donzy-le-National, Massy u La Vineuse), Vinzelles u Viré

id-Département ta’ Yonne:

Aigremont, Annay-sur-Serein, Arcy-sur-Cure, Asquins, Augy, Auxerre, Avallon, Bazarnes, Beine, Bernouil, Béru, Bessy-sur-Cure, Bleigny-le-Carreau, Censy, Chablis, Champlay, Champs-sur-Yonne, Chamvres, La Chapelle-Vaupelteigne, Charentenay, Châtel-Gérard, Chemilly-sur-Serein, Cheney, Chevannes, Chichée, Chitry, Collan, Coulangeron, Coulanges-la-Vineuse, Courgis, Cruzy-le-Châtel, Dannemoine, Deux Rivières, Dyé, Epineuil, Escamps, Escolives-Sainte-Camille, Fleys, Fontenay-près-Chablis, Gy-l’Evêque, Héry, Irancy, Island, Joigny, Jouancy, Junay, Jussy, Lichères-près-Aigremont, Lignorelles, Ligny-le-Châtel, Lucy-sur-Cure, Maligny, Mélisey, Merry-Sec, Migé, Molay, Molosmes, Montigny-la-Resle, Montholon (il-parti biss li tikkorrispondi għat-territorju tal-muniċipalitajiet antiki ta’ Champvallon, Villiers sur Tholon u Volgré), Mouffy, Moulins-en-Tonnerrois, Nitry, Noyers, Ouanne, Paroy-sur-Tholon, Pasilly, Pierre-Perthuis, Poilly-sur-Serein, Pontigny, Préhy, Quenne, Roffey, Rouvray, Saint-Bris-le-Vineux, Saint-Cyr-les-Colons, Saint-Père, Sainte-Pallaye, Sainte-Vertu, Sarry, Senan, Serrigny, Tharoiseau, Tissey, Tonnerre, Tronchoy, Val-de-Mercy, Vallan, Venouse, Venoy, Vermenton, Vézannes, Vézelay, Vézinnes, Villeneuve-Saint-Salves, Villy, Vincelles, Vincelottes, Viviers u Yrouerre.

Tikkettar

Qafas ġuridiku

Leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit ulterjuri

Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar

Deskrizzjoni tar-rekwiżit

a)

L-inbejjed bid-denominazzjoni ta’ oriġini rreġistrata jistgħu jispeċifikaw fuq it-tikketti tagħhom l-isem ta’ unità ġeografika iżgħar, sakemm:

ikun l-isem ta’ post fir-reġistru tal-artijiet;

jidher fid-dikjarazzjoni tal-ħsad.

L-isem tal-post irreġistrat jidher immedjatament wara d-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata, u jiġi stampat b’ittri mhux akbar kemm fl-għoli kif ukoll fil-wisa’ mill-ittri li bihom huwa miktub l-isem tad-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata.

b)

It-tikketti tal-inbejjed intitolati għad-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata jistgħu jsemmu l-entità ġeografika akbar “Vin du Beaujolais”, “Grand Vin du Beaujolais” jew “Cru du Beaujolais”.

Id-daqs tal-ittri għall-unità ġeografika usa’ ma għandux ikun akbar, la fl-għoli u lanqas fil-wisa’, minn żewġ terzi tad-daqs tal-ittri li jiffurmaw l-isem tad-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata.

Link għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott

https://info.agriculture.gouv.fr/gedei/site/bo-agri/document_administratif-cc8d10c6-1898-4714-a513-2186ca061280


(1)  ĠU L 9, 11.1.2019, p. 2.


26.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 343/38


Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni ta’ approvazzjoni ta’ emenda standard għal Speċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33

(2021/C 343/12)

Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata f’konformità mal-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1)

KOMUNIKAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD FID-DOKUMENT UNIKU

Fleurie

PDO-FR-A0930-AM02

Data tal-komunikazzjoni: 7 ta’ Ġunju 2021

DESKRIZZJONI TAL-EMENDA APPROVATA U R-RAĠUNIJIET GĦALIHA

1.   Żona ġeografika

Fil-Kapitolu I, it-taqsima IV, il-punt 1, il-kliem “abbażi tal-Kodiċi Ġeografiku Uffiċjali tal-2019” ġie miżjud wara “Rhone”.

Din l-emenda editorjali tippermetti li ż-żona ġeografika tiġi identifikata b’referenza għall-verżjoni tal-2019 tal-Kodiċi Ġeografiku Uffiċjali, li huwa aġġornat mill-Istitut Nazzjonali tal-Istatistika u l-Istudji Ekonomiċi (INSEE), u tagħti lid-definizzjoni taż-żona ġeografika ċertezza legali.

Il-konfini taż-żona ġeografika baqgħu l-istess.

Il-kelma “jitwettqu” ġiet sostitwita bi “jseħħu”.

Il-punt 6 tad-Dokument Uniku ġie emendat biex jinkludi dawn il-bidliet.

Ġiet miżjuda wkoll sentenza bl-informazzjoni li d-dokumenti kartografiċi li jappartjenu għaż-żona ġeografika huma disponibbli fuq is-sit web tal-INAO.

Id-Dokument Uniku ma jiġix affettwat minn din l-emenda.

2.   Żona fi prossimità immedjata

Fil-Kapitolu I, it-taqsima IV, il-punt 3, il-kliem “abbażi tal-Kodiċi Ġeografiku Uffiċjali tal-2019” ġie miżjud wara “il-muniċipalitajiet li ġejjin”.

Ġiet miżjuda referenza għall-Kodiċi Ġeografika Uffiċjali tal-2019 u l-lista tal-muniċipalitajiet ġiet aġġornata. Id-data tal-approvazzjoni taż-żona ġeografika tad-denominazzjoni mill-kumitat nazzjonali kompetenti tal-Istitut Nazzjonali tal-Oriġini u l-Kwalità wkoll ġiet miżjuda. Dawn l-emendi jibdlu l-formolazzjoni tal-kliem iżda ma għandhom l-ebda effett fuq il-konfini taż-żona ġeografika kkonċernata. Dawn huma meħtieġa bħala riżultat ta’ fużjonijiet u diviżjonijiet bejn il-muniċipalitajiet, jew partijiet ta’ muniċipalitajiet, jew bidliet fl-isem.

Il-formolazzjoni tal-kliem il-ġdida tiżgura li l-muniċipalitajiet fiż-żona ġeografika jkomplu jiġu identifikati b’mod ċar fl-ispeċifikazzjoni.

It-taqsima tad-Dokument Uniku intitolat “Rekwiżiti oħra applikabbli” ġiet emendata kif xieraq.

3.   Dispożizzjonijiet relatati mal-maturazzjoni

Fil-Kapitolu I, it-taqsima IX, il-punt 2, “1 ta’ Marzu” ġiet sostitwita bi “15 ta’ Jannar”.

Id-data tat-tmiem tal-perjodu minimu ta’ maturazzjoni għall-inbejjed tressqet ’il quddiem mill-1 ta’ Marzu sal-15 ta’ Jannar tas-sena ta’ wara dik tal-ħsad. Dan huwa dovut għall-ħsad bikri li qed isir aktar komuni bħala riżultat tat-tibdil fil-klima, li b’hekk jippermetti tlestija aktar bikrija tal-proċess tal-produzzjoni tal-inbid.

It-tressiq ’il quddiem tad-data tat-tmiem tal-perjodu minimu ta’ maturazzjoni ma jaffettwax il-kwalità tal-inbejjed. Il-kundizzjonijiet klimatiċi u tal-ħamrija taż-żona jfissru li l-għeneb gamay N jiżviluppa kmieni, u b’hekk jippermettu li l-inbejjed jitgawdew qabel il-maturazzjoni.

Il-punt 5 tad-Dokument Uniku ġie emendat.

4.   It-tqegħid fis-suq għall-bejgħ lill-konsumaturi

Fil-Kapitolu I, it-taqsima IX, il-punt 5, “15 ta’ Marzu” ġiet sostitwita bl-“1 ta’ Frar”.

Peress li d-data tat-tmiem tal-perjodu minimu ta’ maturazzjoni tressqet ’il quddiem, id-data għat-tqegħid tal-inbejjed fis-suq għall-bejgħ lill-konsumaturi tressqet ’il quddiem ukoll, mill-15 ta’ Marzu għall-1 ta’ Frar.

Din l-emenda ma teħtieġx tibdil fid-Dokument Uniku.

5.   Trasport bejn l-imħażen awtorizzati

Il-punt 5(b), it-taqsima IX, il-kapitolu 1, dwar id-data li minnha l-inbejjed jistgħu jiġu ttrasportati bejn l-imħażen awtorizzati, tħassar.

Il-perjodu minimu ta’ maturazzjoni tnaqqas u d-data li fiha l-inbejjed jitqiegħdu fis-suq tressqet ’il quddiem. Huwa għalhekk meħtieġ li l-inbejjed jitħallew jiġu ttrasportati bejn l-operaturi aktar kmieni. Ma hemmx bżonn li tiġi stabbilita data aktar bikrija li qabilha l-inbejjed ma jistgħux jiġu ttrasportati.

Din l-emenda ma teħtieġx tibdil fid-Dokument Uniku.

It-titolu tal-Kapitolu I, it-taqsima IX, il-punt 5 għalhekk ġie emendat, bit-tneħħija tal-kliem “it-trasport tal-prodotti u”.

Id-Dokument Uniku mhuwiex affettwat minn dawn l-emendi għall-Ispeċifikazzjoni.

6.   Miżuri tranżitorji

Fil-punt 2(a), it-taqsima XI, il-Kapitolu 1, il-frażi “mhux aktar tard minn” ġiet miżjuda qabel il-kliem “sal-ħsad tal-2034, inklużiv”, sabiex il-kundizzjonijiet għal din il-miżura jkunu aktar speċifiċi.

Il-punt 4 tħassar billi l-miżura speċifika kkonċernata ma għadhiex fis-seħħ.

Id-Dokument Uniku mhuwiex affettwat minn dawn l-emendi għall-Ispeċifikazzjoni.

7.   Kwistjonijiet li jikkonċernaw il-monitoraġġ tal-ispeċifikazzjoni

L-operaturi issa huma ċċertifikati minn korp taċ-ċertifikazzjoni. Il-kliem “pjan ta’ spezzjoni” ġie sostitwit bil-kliem “pjan ta’ monitoraġġ” fil-paragrafi rilevanti fil-kapitolu II tal-ispeċifikazzjoni.

Id-Dokument Uniku ma jiġix affettwat minn din l-emenda.

Referenzi għall-korp ta’ spezzjoni

Fit-taqsima II tal-Kapitolu III: ir-regoli dwar il-formolazzjoni tal-kliem f’din it-taqsima ġew emendati wara l-approvazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott f’Diċembru 2011. L-għan kien li jitneħħew ir-referenzi sħaħ għall-awtorità ta’ spezzjoni fejn il-monitoraġġ jitwettaq minn korp ta’ ċertifikazzjoni.

Id-Dokument Uniku ma jiġix affettwat minn din l-emenda.

DOKUMENT UNIKU

1.   Isem/ismijiet għar-reġistrazzjoni

Fleurie

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

DOP – Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta

3.   Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli

1.

Inbid

4.   Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed

Deskrizzjoni qasira bil-miktub

L-inbejjed huma nbejjed ħomor, mhux frizzanti u xotti. L-inbejjed għandhom qawwa alkoħolika naturali minima skont il-volum ta’ 10,5 %.

Il-qawwa alkoħolika totali tal-inbejjed skont il-volum wara l-arrikkiment ma taqbiżx it-13 %.

Fil-mument tal-ippakkjar, l-inbejjed għandhom kontenut ta’ aċidu maliku ta’ 0,4 grammi għal kull litru.

L-inbejjed li huma kompleti u lesti biex jiġu rilaxxati għall-konsum jikkonformaw mal-istandards analitiċi li ġejjin:

Kontenut massimu ta’ zokkor fermentabbli (glukożju u fruttożju): 3 grammi għal kull litru.

L-istandards previsti fir-regolamenti tal-UE japplikaw għall-qawwa alkoħolika totali massima, il-qawwa alkoħolika proprja minima, l-aċidità totali minima u l-kontenut massimu totali ta’ diossidu tal-kubrit.

L-inbejjed huma ta’ kulur aħmar vjola sabiħ li jiżviluppa sfumaturi ta’ aħmar granata maż-żmien. Bħala riħa, spiss ikollhom noti ta’ fjuri kif ukoll ta’ frott aħmar, u jiżviluppaw noti ta’ ħwawar bit-tqaddim. Bħala togħma, huma qawwija iżda mhux aggressivi. L-aċidità mhix ovvja. Dan l-inbid spiss jissejjaħ l-aktar “femminili” mill-“crus de Beaujolais”, minħabba li hu ħafif u minħabba l-finezza tiegħu.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

 

Aċidità totali minima

 

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

14,17

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

5.   Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid

5.1.   Prattiki enoloġiċi speċifiċi

1.   Prattika enoloġika speċifika

L-użu ta’ laqx tal-injam mhuwiex permess.

Il-qawwa alkoħolika totali tal-inbejjed skont il-volum wara l-arrikkiment ma taqbiżx it-13 %.

It-tekniki tal-arrikkiment sottrattiv huma permessi sa rata tal-konċentrazzjoni ta’ 10 %.

L-inbejjed għandhom jiġi mqaddmin mill-inqas sal-15 ta’ Jannar tas-sena ta’ wara l-ħsad.

Minbarra d-dispożizzjonijiet ta’ hawn fuq, il-prattiki kollha tal-produzzjoni tal-inbid segwiti jridu jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fil-livell tal-UE u fil-Kodiċi tas-Sajd Rurali u Marittimu.

2.   Metodu tal-kultivazzjoni

Densità tat-tħawwil

Id-densità minima tat-tħawwil tad-dwieli hija ta’ 6 000 pjanta għal kull ettaru.

L-ispazju bejn ir-ringieli huwa ta’ 2,1 metri jew inqas. Bejn pjanti fl-istess ringiela, l-ispazju huwa ta’ mill-inqas 0,8 metri.

Sakemm tinżamm id-densità minima ta’ 6 000 pjanta għal kull ettaru, għall-finijiet tal-mekkanizzazzjoni, l-ispazji bejn ringieli jistgħu jkunu ta’ massimu ta’ 3 metri.

- Ir-regoli dwar l-iżbir

L-iżbir jitlesta sal-15 ta’ Mejju.

L-inbejjed huma magħmula minn dwieli soġġetti għal żbir b’fergħat qosra u mħarrġa għal “gobelet”, “éventail”, jew “cordon de Royat” singolu jew doppju, jew “Charmet”. Kull pjanta għandha massimu ta’ għaxar għejun.

Kull pjanta għandha bejn tliet u ħames fergħat qosra b’massimu ta’ żewġt għejun. Għal skopijiet ta’ riġenerazzjoni, kull pjanta jista’ jkollha wkoll fergħa b’massimu ta’ żewġt għejun maqtugħin minn rimja mhux produttiva li tikber mill-injam permanenti.

Matul iż-żbir inizjali, jew il-konverżjoni għal forma differenti ta’ żbir, id-dwieli jinżabru għal massimu ta’ 12-il rimja għal kull pjanta.

It-tisqija hija pprojbita.

- Dispożizzjonijiet relatati mal-ħsad bil-magni

Il-ħsad jinġema’ mhux ogħla minn għoli ta’ 0,5 metri fil-kontenituri li jittrasportawh mir-roqgħa tal-art għall-fabbrika tal-inbid.

Il-kontenituri huma magħmula minn materjal inert adattat għall-użu fl-ikel.

It-tagħmir għall-ġbir u t-trasport tal-ħsad jinkludi sistema speċjali ta’ skular tal-ilma jew ta’ protezzjoni.

5.2.   Rendimenti massimi

1.

61 ettolitru għal kull ettaru

6.   Definizzjoni taż-żona demarkata

L-għeneb jinħasad u l-inbejjed jiġu prodotti, żviluppati u mmaturati fil-muniċipalità li ġejja tad-département ta’ Rhône, abbażi tal-Kodiċi Ġeografiku Uffiċjali tal-2019: Fleurie

7.   Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid / jinkisbu l-inbejjed

Gamay N

8.   Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet

8.1.   Deskrizzjoni tal-fatturi naturali rilevanti għar-rabta

Iż-żona ġeografika tinsab fil-qalba tal-vinji ta’ “Beaujolais”, fit-tarf tal-Lvant tal-għoljiet ta’ Beaujolais.

Tokkupa l-unika muniċipalità ta’ Fleurie fid-département ta’ Rhône, fit-tramuntana ta’ Lyon.

F’pajsaġġ b’ħafna tlajja’ u nżul, l-għoljiet spiss weqfin huma kważi kompletament mgħottija bid-dwieli. Fl-isfond, il-foresta tkopri l-għoljiet l-aktar għoljin.

L-irqajja’ demarkati għall-ħsad tal-għeneb jinsabu fuq substrat tal-granit roża porfirojde, b’kontenut baxx ta’ majka, magħruf bħala “granit ta’ Fleurie”.

Hemm żewġ formazzjonijiet ġeoloġiċi differenti b’morfoloġija kuntrastanti:

’il fuq mir-raħal, f’altitudni ta’ bejn 300 metru u 450 metru, hemm inklinazzjonijiet weqfin b’saffi fil-wiċċ frekwenti ta’ sodda ta’ blat u ħamrija ramlija ħafna u fqira;

’l isfel mir-raħal, l-inklinazzjoni tinżel b’mod kostanti lejn is-Saône sa għoli ta’ 230 metru, fejn il-blat huwa mgħotti minn kolluvju li jinżel mill-għoljiet. Hawnhekk, il-ħamrija ssir aktar densa u rikka fit-tafal, fir-ramel fin u fix-xaħx.

In-nixxiegħa tal-mitħna “bief de Roclaine” u n-nixxiegħa Presle jinżlu mill-muntanja biex jingħaqdu ma’ Saône, filwaqt li jiffurmaw il-formazzjoni u jiddiversifikaw l-aspetti tagħha.

Il-klima hija semimarittima, b’temperatura annwali medja qrib il-11°C u xita moderata, 750 millimetru bħala medja, imqassma b’mod uniformi matul is-sena kollha. Iż-żona ġeografika hija suġġetta għal influwenzi kontinentali, bħal maltempati tas-sajf u ċpar tax-xitwa li jiffriża. Hemm ukoll influwenzi tan-Nofsinhar bis-sħana tas-sajf u ħafna mix-xita taqa’ fil-ħarifa u fir-rebbiegħa. Protetta mill-irjieħ tal-Punent mill-għoljiet ta’ Beaujolais, iż-żona ġeografika tokkupa wkoll sett sekondarju żgħir ta’ għoljiet. L-għoljiet li jħarsu lejn ix-Xlokk ġeneralment huma ppreferuti għall-aspett tagħhom. Hekk kif tibda titla’ x-xemx, l-ewwel raġġi tax-xemx iġibu sħana u dawl fuq l-għoljiet. Imħawla f’nofs l-għoljiet, id-dwieli ġeneralment jevitaw il-ġlata tar-rebbiegħa u ċ-ċpar ta’ filgħodu mill-pjanura ta’ Saône. Dawn jibbenefikaw minn ammont massimu ta’ xemx, u kull xita żejda malajr tiġi skulata.

8.2.   Deskrizzjoni tal-fatturi umani rilevanti għar-rabta ġeografika

Fleurie huwa raħal qadim. Billi kellu provvista ta’ ilma, is-sit kien adattat biex jiġi abitat mill-bnedmin sa minn żmien bikri ħafna, speċjalment fl-abitazzjonijiet fuq in-naħa tal-Punent.

L-evidenza tal-preżenza tad-dwieli fis-sit ta’ Fleurie tmur lura għas-sena 987 fil-forma ta’ att imfassal għall-Abbazija ta’ Arpayé, li tinsab taħt ir-raħal u tiddependi b’mod dirett fuq l-Abbazija ta’ Cluny. L-att jinkludi negozjati għal “curtil”, jew roqgħa art, b’“vinji”.

Mill-aħħar tas-seklu 15, wara li saret sinjura bis-saħħa tal-ħarir u l-banek, il-borġeżija ta’ Lyon żviluppat il-vitikultura.

Fis-seklu 18, l-inbejjed meqjusa ħafna ta’ Fleurie nġiebu Pariġi min-negozjanti tal-inbid ta’ Bourgogne. Imbagħad, bil-mod il-mod saru disponibbli għall-bejgħ fit-Tramuntana ta’ Franza u fl-Ingilterra. Fil-bidu tas-seklu 20, l-inbid kien jinbiegħ madwar Franza kollha u fi swieq barranin fl-Iżvizzera, il-Belġju u l-Ġermanja.

Fl-1927, grazzi għall-inizjattiva ta’ xi familji lokali intraprenditorjali, il-kantina tal-inbid kooperattiva ta’ Fleurie fetħet il-bibien tagħha. Marguerite Chabert, li l-familja tagħha kienet wara l-ħolqien tal-kantina tal-inbid kooperattiva fi Fleurie, għal xi żmien serviet bħala l-president tagħha u ħalliet l-impatt tagħha fuq l-istorja tal-“cru” (vinja).

Fl-1936, ġiet rikonoxxuta d-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata Fleurie. Hija fost l-aqwa mill- “crus du Beaujolais”. Is-suq Żvizzeru, b’mod partikolari, jixtri l-inbejjed bi prezzijiet għoljin ħafna.

Ir-raħal huwa miftuħ għat-turiżmu. Fl-2007, madwar 30 azjenda ikkollaboraw biex jiftħu kantina msejħa “La maison de Fleurie”.

In-nies ta’ Fleurie jidentifikaw ruħhom ma’ “la Madone”, l-istatwa tal-Madonna li tipproteġi l-vinji, fejn tħarishom mill-kappella ta’ Fleurie. Matul is-snin, saret is-simbolu tal-muniċipalità u l-vinja, u tidher fuq ħafna mit-tikketti u l-logos promozzjonali.

Id-dwieli huma kompletament iddedikati għall-produzzjoni ta’ nbejjed ħomor. Il-varjetà ewlenija tal-għeneb hija gamay N. Sabiex tiġi ristretta l-fertilità ta’ din il-varjetà, id-dwieli jinżabru b’fergħat qosra b’taħriġ gobelet.

Fil-biċċa l-kbira tagħhom l-azjendi huma ta’ familji. Huma involuti bosta ġenerazzjonijiet, li spiss jaħdmu flimkien. L-erja kkultivata medja ta’ kull azjenda hija ta’ madwar 9 ettari. Fl-2010, il-vinji ta’ Fleurie kienu jkopru erja ta’ madwar 1 400 ettaru. L-inbid huwa prodott minn 180 produttur, kantina kooperattiva u tużżana “négociants” jew negozjanti tal-inbid.

8.3.   Interazzjonijiet kawżali

Bi storja li tmur lura aktar minn millennju, matul is-snin il-vinji storiċi ta’ Fleurie ffurmaw pajsaġġ uniku li fih jokkupaw il-pożizzjoni ewlenija.

F’żona b’ħafna tlajja’ u nżul fuq substrat tal-granit, id-dwieli jinsabu f’għoli ta’ minn 200 metru sa 450 metru, fuq għoljiet li, xi drabi, huma weqfin ħafna. Huma jgawdu aspetti eċċellenti, li jippermettulhom jipproduċu nbejjed ta’ kumplessità aromatika mill-aqwa.

Il-pożizzjoni tagħhom li tħares fuq il-pjanura wiesgħa ta’ Saône tipprovdi d-dawl tax-xemx meħtieġ biex il-klorofilla fid-dwieli tiffunzjona. Dawn il-kundizzjonijiet, megħjuna mill-altitudni u mill-aspett prinċipalment tax-Xlokk, jiżguraw it-tisjir eċċellenti u konsistenti tal-għeneb.

Il-ħamrija ffurmata minn ramel tal-granit hija fqira bi kwalitajiet tajbin ta’ filtrazzjoni, ideali għal produzzjoni kkontrollata. Il-varjetà tal-għeneb gamay N hija sensittiva għall-ħamrija u adattata b’mod speċjali għal ħamrija b’fertilità baxxa. Tipproduċi nbid ħafif u mfewwaħ b’tannini delikati.

F’dawn il-kundizzjonijiet ġeografiċi partikolari, matul il-ġenerazzjonijiet il-produtturi ta’ Fleurie żviluppaw tekniki li jippermettulhom jagħmlu l-aħjar użu mill-gamay N.

L-għarfien tagħhom huwa evidenti fil-prattika tradizzjonali taż-żbir b’fergħat qosra, bid-dwieli mħarrġa gobelet, kif ukoll fit-tħawwil ta’ densità għolja, it-tekniki ta’ tkabbir biex jillimitaw l-erożjoni tal-ħamrija, il-prattiki tal-produzzjoni tal-inbid adattati biex jipproduċu prodott tal-aqwa kwalità kkulurit ħafna, filwaqt li dejjem tiġi ppreservata l-finezza, it-togħma ta’ frott u l-eleganza tal-inbejjed.

Ħafna qabel ma l-Beaujolais Nouveau kkonkwista d-dinja kollha, l-inbejjed ta’ Fleurie kien diġà apprezzati ħafna u jgawdu minn reputazzjoni soda. Fil-bidu tas-seklu 18, inġiebu Pariġi min-negozjanti tal-inbid ta’ Bourgogne. Fis-seklu 19, diversi awturi inklużi Jullien, Guyot u Danguy studjaw u kitbu dwar l-inbejjed ta’ Franza. L-inbejjed ta’ Fleurie dejjem kienu kklassifikati fost l-aqwa.

Il-konsumaturi fl-Iżvizzera u l-Ingilterra, attirati mix-xebh bejn l-isem Fleurie u l-kelma “flower” (fjura), ikkontribwew għar-reputazzjoni tiegħu madwar l-Ewropa kollha. Din ir-reputazzjoni għadha tidher matul il-fiera kummerċjali li ssir fi Fleurie kull sena, fi tmiem il-ġimgħa wara Jum il-Qaddisin kollha, u li tiġbed folla kbira.

9.   Rekwiżiti oħra applikabbli (ippakkjar, tikkettar, rekwiżiti addizzjonali)

Żona fi prossimità immedjata

Qafas ġuridiku

Leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit ulterjuri

Deroga dwar il-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata

Deskrizzjoni tar-rekwiżit

Iż-żona fi prossimità immedjata, iddefinita bid-deroga għall-produzzjoni, il-maturazzjoni u t-tqaddim tal-inbejjed, tinkludi t-territorju tal-muniċipalitajiet li ġejjin, abbażi tal-Kodiċi Ġeografiku Uffiċjali għall-2019:

id-Département ta’ Côte-d’Or:

Agencourt, Aloxe-Corton, Ancey, Arcenant, Argilly, Autricourt, Auxey-Duresses, Baubigny, Beaune, Belan-sur-Ource, Bévy, Bissey-la-Côte, Bligny-lès-Beaune, Boncourt-le-Bois, Bouix, Bouze-lès-Beaune, Brion-sur-Ource, Brochon, Cérilly, Chamboeuf, Chambolle-Musigny, Channay, Charrey-sur-Seine, Chassagne-Montrachet, Châtillon-sur-Seine, Chaumont-le-Bois, Chaux, Chenôve, Chevannes, Chorey-lès-Beaune, Clémencey, Collonges-lès-Bévy, Combertault, Comblanchien, Corcelles-les-Arts, Corcelles-les-Monts, Corgoloin, Cormot-Vauchignon, Corpeau, Couchey, Curley, Curtil-Vergy, Daix, Dijon, Ebaty, Echevronne, Epernay-sous-Gevrey, L’Etang-Vergy, Etrochey, Fixin, Flagey-Echézeaux, Flavignerot, Fleurey-sur-Ouche, Fussey, Gerland, Gevrey-Chambertin, Gilly-lès-Cîteaux, Gomméville, Grancey-sur-Ource, Griselles, Ladoix-Serrigny, Lantenay, Larrey, Levernois, Magny-lès-Villers, Mâlain, Marcenay, Marey-lès-Fussey, Marsannay-la-Côte, Massingy, Mavilly-Mandelot, Meloisey, Merceuil, Messanges, Meuilley, Meursanges, Meursault, Molesme, Montagny-lès-Beaune, Monthelie, Montliot-et-Courcelles, Morey-Saint-Denis, Mosson, Nantoux, Nicey, Noiron-sur-Seine, Nolay, Nuits-Saint-Georges, Obtrée, Pernand-Vergelesses, Perrigny-lès-Dijon, Plombières-lès-Dijon, Poinçon-lès-Larrey, Pommard, Pothières, Premeaux-Prissey, Prusly-sur-Ource, Puligny-Montrachet, Quincey, Reulle-Vergy, La Rochepot, Ruffey-lès-Beaune, Saint-Aubin, Saint-Bernard, Saint-Philibert, Saint-Romain, Sainte-Colombe-sur-Seine, Sainte-Marie-la-Blanche, Santenay, Savigny-lès-Beaune, Segrois, Tailly, Talant, Thoires, Vannaire, Velars-sur-Ouche, Vertault, Vignoles, Villars-Fontaine, Villebichot, Villedieu, Villers-la-Faye, Villers-Patras, Villy-le-Moutier, Vix, Volnay, Vosne-Romanée u Vougeot

id-Département ta’ Rhône:

Alix, Anse, L’Arbresle, Les Ardillats, Arnas, Bagnols, Beaujeu, Belleville-en-Beaujolais, Belmont-d’Azergues, Blacé, Le Breuil, Bully, Chambost-Allières, Chamelet, Charentay, Charnay, Chasselay, Châtillon, Chazay-d’Azergues, Chénas, Chessy, Chiroubles, Cogny, Corcelles-en-Beaujolais, Dardilly, Denicé, Deux Grosnes (il-parti biss li tikkorrispondi għat-territorju tal-muniċaplità antika ta’ Avenas), Dracé, Emeringes, Fleurieux-sur-l’Arbresle, Frontenas, Gleizé, Juliénas, Jullié, Lacenas, Lachassagne, Lancié, Lantignié, Légny, Létra, Limas, Lozanne, Lucenay, Marchampt, Marcy, Moiré, Montmelas-Saint-Sorlin, Morancé, Odenas, Le Perréon, Pommiers, Porte des Pierres Dorées, Quincié-en-Beaujolais, Régnié-Durette, Rivolet, Sain-Bel, Saint-Clément-sur-Valsonne, Saint-Cyr-le-Chatoux, Saint-Didier-sur-Beaujeu, Saint-Etienne-des-Oullières, Saint-Etienne-la-Varenne, Saint-Georges-de-Reneins, Saint-Germain-Nuelles, Saint-Jean-des-Vignes, Saint-Julien, Saint-Just-d’Avray, Saint-Lager, Saint-Romain-de-Popey, Saint-Vérand, Sainte-Paule, Salles-Arbuissonnas-en-Beaujolais, Sarcey, Taponas, Ternand, Theizé, Val d’Oingt, Vaux-en-Beaujolais, Vauxrenard, Vernay, Villefranche-sur-Saône, Ville-sur-Jarnioux, Villié-Morgon and Vindry-sur-Turdine (il-parti biss li tikkorrispondi għat-territorju tal-muniċaplitajiet antiki ta’ Dareizé, Les Olmes u Saint-Loup)

id-Département ta’ Saône-et-Loire:

Aluze, Ameugny, Azé, Barizey, Beaumont-sur-Grosne, Berzé-la-Ville, Berzé-le-Châtel, Bissey-sous-Cruchaud, Bissy-la-Mâconnaise, Bissy-sous-Uxelles, Bissy-sur-Fley, Blanot, Bonnay, Bouzeron, Boyer, Bray, Bresse-sur-Grosne, Burgy, Burnand, Bussières, Buxy, Cersot, Chagny, Chaintré, Chalon-sur-Saône, Chamilly, Champagny-sous-Uxelles, Champforgeuil, Chânes, Change, Chapaize, La Chapelle-de-Bragny, La Chapelle-de-Guinchay, La Chapelle-sous-Brancion, Charbonnières, Chardonnay, La Charmée, Charnay-lès-Mâcon, Charrecey, Chasselas, Chassey-le-Camp, Château, Châtenoy-le-Royal, Chaudenay, Cheilly-lès-Maranges, Chenôves, Chevagny-les-Chevrières, Chissey-lès-Mâcon, Clessé, Cluny, Cormatin, Cortambert, Cortevaix, Couches, Crêches-sur-Saône, Créot, Cruzille, Culles-les-Roches, Curtil-sous-Burnand, Davayé, Demigny, Dennevy, Dezize-lès-Maranges, Donzy-le-Pertuis, Dracy-le-Fort, Dracy-lès-Couches, Epertully, Etrigny, Farges-lès-Chalon, Farges-lès-Mâcon, Flagy, Fleurville, Fley, Fontaines, Fragnes-La-Loyère (il-parti biss li tikkorrispondi għat-territorju tal-muniċaplità antika ta’ La Loyère), Fuissé, Genouilly, Germagny, Givry, Granges, Grevilly, Hurigny, Igé, Jalogny, Jambles, Jugy, Jully-lès-Buxy, Lacrost, Laives, Laizé, Lalheue, Leynes, Lournand, Lugny, Mâcon, Malay, Mancey, Martailly-lès-Brancion, Massilly, Mellecey, Mercurey, Messey-sur-Grosne, Milly-Lamartine, Montagny-lès-Buxy, Montbellet, Montceaux-Ragny, Moroges, Nanton, Ozenay, Paris-l’Hôpital, Péronne, Pierreclos, Plottes, Préty, Prissé, Pruzilly, Remigny, La Roche-Vineuse, Romanèche-Thorins, Rosey, Royer, Rully, Saint-Albain, Saint-Ambreuil, Saint-Amour-Bellevue, Saint-Boil, Saint-Clément-sur-Guye, Saint-Denis-de-Vaux, Saint-Désert, Saint-Gengoux-de-Scissé, Saint-Gengoux-le-National, Saint-Germain-lès-Buxy, Saint-Gervais-sur-Couches, Saint-Gilles, Saint-Jean-de-Trézy, Saint-Jean-de-Vaux, Saint-Léger-sur-Dheune, Saint-Mard-de-Vaux, Saint-Martin-Belle-Roche, Saint-Martin-du-Tartre, Saint-Martin-sous-Montaigu, Saint-Maurice-de-Satonnay, Saint-Maurice-des-Champs, Saint-Maurice-lès-Couches, Saint-Pierre-de-Varennes, Saint-Rémy, Saint-Sernin-du-Plain, Saint-Symphorien-d’Ancelles, Saint-Vallerin, Saint-Vérand, Saint-Ythaire, Saisy, La Salle, Salornay-sur-Guye, Sampigny-lès-Maranges, Sancé, Santilly, Sassangy, Saules, Savigny-sur-Grosne, Sennecey-le-Grand, Senozan, Sercy, Serrières, Sigy-le-Châtel, Sologny, Solutré-Pouilly, Taizé, Tournus, Uchizy, Varennes-lès-Mâcon, Vaux-en-Pré, Vergisson, Vers, Verzé, Le Villars, La Vineuse sur Fregande ((il-parti biss li tikkorrispondi għat-territorju tal-muniċipalitajiet antiki ta’ Donzy-le-National, Massy u La Vineuse), Vinzelles u Viré

id-Département ta’ Yonne:

Aigremont, Annay-sur-Serein, Arcy-sur-Cure, Asquins, Augy, Auxerre, Avallon, Bazarnes, Beine, Bernouil, Béru, Bessy-sur-Cure, Bleigny-le-Carreau, Censy, Chablis, Champlay, Champs-sur-Yonne, Chamvres, La Chapelle-Vaupelteigne, Charentenay, Châtel-Gérard, Chemilly-sur-Serein, Cheney, Chevannes, Chichée, Chitry, Collan, Coulangeron, Coulanges-la-Vineuse, Courgis, Cruzy-le-Châtel, Dannemoine, Deux Rivières, Dyé, Epineuil, Escamps, Escolives-Sainte-Camille, Fleys, Fontenay-près-Chablis, Gy-l’Evêque, Héry, Irancy, Island, Joigny, Jouancy, Junay, Jussy, Lichères-près-Aigremont, Lignorelles, Ligny-le-Châtel, Lucy-sur-Cure, Maligny, Mélisey, Merry-Sec, Migé, Molay, Molosmes, Montigny-la-Resle, Montholon (il-parti biss li tikkorrispondi għat-territorju tal-muniċipalitajiet antiki ta’ Champvallon, Villiers sur Tholon u Volgré), Mouffy, Moulins-en-Tonnerrois, Nitry, Noyers, Ouanne, Paroy-sur-Tholon, Pasilly, Pierre-Perthuis, Poilly-sur-Serein, Pontigny, Préhy, Quenne, Roffey, Rouvray, Saint-Bris-le-Vineux, Saint-Cyr-les-Colons, Saint-Père, Sainte-Pallaye, Sainte-Vertu, Sarry, Senan, Serrigny, Tharoiseau, Tissey, Tonnerre, Tronchoy, Val-de-Mercy, Vallan, Venouse, Venoy, Vermenton, Vézannes, Vézelay, Vézinnes, Villeneuve-Saint-Salves, Villy, Vincelles, Vincelottes, Viviers u Yrouerre.

Tikkettar

Qafas ġuridiku

Leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit ulterjuri

Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar

Deskrizzjoni tar-rekwiżit

a)

L-inbejjed bid-denominazzjoni ta’ oriġini rreġistrata jistgħu jispeċifikaw fuq it-tikketti tagħhom l-isem ta’ unità ġeografika iżgħar, sakemm:

ikun l-isem ta’ post fir-reġistru tal-artijiet;

jidher fid-dikjarazzjoni tal-ħsad.

L-isem tal-post irreġistrat jidher immedjatament wara d-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata, u jiġi stampat b’ittri mhux akbar kemm fl-għoli kif ukoll fil-wisa’ mill-ittri li bihom huwa miktub l-isem tad-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata.

b)

It-tikketti tal-inbejjed intitolati għad-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata jistgħu jsemmu l-entità ġeografika akbar “Vin du Beaujolais”, “Grand Vin du Beaujolais” jew “Cru du Beaujolais”.

Id-daqs tal-ittri għall-unità ġeografika usa’ ma għandux ikun akbar, la fl-għoli u lanqas fil-wisa’, minn żewġ terzi tad-daqs tal-ittri li jiffurmaw l-isem tad-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata.

Link għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott

https://info.agriculture.gouv.fr/gedei/site/bo-agri/document_administratif-163ce6ee-43f3-40c6-b350-36ff801081a0


(1)  ĠU L 9, 11.1.2019, p. 2.