ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 337

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 64
23 ta' Awwissu 2021


Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2021/C 337/01

Rata tal-kambju tal-euro — L-20 ta’ Awwissu 2021

1

 

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

2021/C 337/02

Sommarju tal-Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data rigward il-Proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar l-istabbiliment u t-tħaddim ta’ mekkaniżmu ta’ evalwazzjoni u monitoraġġ biex jivverifika l-applikazzjoni tal-acquis ta’ Schengen (It-test sħiħ ta’ din l-Opinjoni jista’ jinstab bl-Ingliż, bil-Franċiż u bil-Ġermaniz fuq is-sit web tal-EDPS www.edps.europa.eu)

2

2021/C 337/03

Sommarju tal-Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar il-Proposta għal Regolament dwar is-swieq fil-kriptoassi, u li jemenda d-Direttiva (UE) 2019/1937 (It-test sħiħ ta’ din l-Opinjoni jinsab bl-Ingliż, bil-Franċiż u bil-Ġermaniz fuq is-sit web tal-EDPS www.edps.europa.eu)

4

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2021/C 337/04

Informazzjoni vinkolanti dwar l-oriġini

6


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2021/C 337/05

Avviż dwar l-iskadenza imminenti ta’ ċerti miżuri antidumping

12


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

23.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 337/1


Rata tal-kambju tal-euro (1)

L-20 ta’ Awwissu 2021

(2021/C 337/01)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1671

JPY

Yen Ġappuniż

127,97

DKK

Krona Daniża

7,4368

GBP

Lira Sterlina

0,85750

SEK

Krona Żvediża

10,3263

CHF

Frank Żvizzeru

1,0711

ISK

Krona Iżlandiża

149,40

NOK

Krona Norveġiża

10,6000

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,559

HUF

Forint Ungeriż

350,92

PLN

Zloty Pollakk

4,5895

RON

Leu Rumen

4,9344

TRY

Lira Turka

9,9571

AUD

Dollaru Awstraljan

1,6373

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5069

HKD

Dollaru ta’ Hong Kong

9,0924

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,7108

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5907

KRW

Won tal-Korea t’Isfel

1 380,66

ZAR

Rand ta’ l-Afrika t’Isfel

17,8750

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,5854

HRK

Kuna Kroata

7,4990

IDR

Rupiah Indoneżjan

16 887,06

MYR

Ringgit Malażjan

4,9456

PHP

Peso Filippin

58,765

RUB

Rouble Russu

86,9259

THB

Baht Tajlandiż

38,946

BRL

Real Brażiljan

6,3622

MXN

Peso Messikan

23,6848

INR

Rupi Indjan

86,8025


(1)  Sors: rata tal-kambju ta’ referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

23.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 337/2


Sommarju tal-Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data rigward il-Proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar l-istabbiliment u t-tħaddim ta’ mekkaniżmu ta’ evalwazzjoni u monitoraġġ biex jivverifika l-applikazzjoni tal-acquis ta’ Schengen

(It-test sħiħ ta’ din l-Opinjoni jista’ jinstab bl-Ingliż, bil-Franċiż u bil-Ġermaniz fuq is-sit web tal-EDPS www.edps.europa.eu)

(2021/C 337/02)

Iż-żona Schengen hija waħda mill-kisbiet l-aktar sinifikanti u l-aktar viżibbli tal-Unjoni Ewropea. Il-qafas legali tagħha, l-acquis ta’ Schengen, jinkludi diversi miżuri, inkluż mekkaniżmu ta’ evalwazzjoni u monitoraġġ.

Fit-2 ta’ Ġunju 2021, il-Kummissjoni ppreżentat Proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar l-istabbiliment u t-tħaddim ta’ mekkaniżmu ta’ evalwazzjoni u monitoraġġ biex jivverifika l-applikazzjoni tal-acquis ta’ Schengen u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1053/2013. Il-proposta għandha l-għan li: (1) iżżid il-fokus strateġiku tal-Mekkaniżmu u tiżgura użu aktar proporzjonat tal-għodod ta’ evalwazzjoni differenti; (2) tqassar u tissimplifika l-proċeduri biex il-proċess isir aktar effettiv u effiċjenti, u żżid il-pressjoni bejn il-pari; (3) tottimizza l-parteċipazzjoni tal-esperti tal-Istati Membri u l-kooperazzjoni mal-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni; u (4) issaħħaħ l-evalwazzjoni tar-rispett għad-drittijiet fundamentali skont l-acquis ta’ Schengen.

Fl-Opinjoni tiegħu, l-EDPS jilqa’ l-attenzjoni partikolari fil-Proposta dwar ir-rispett għad-drittijiet fundamentali, inkluża l-implimentazzjoni korretta tar-rekwiżiti tal-protezzjoni tad-data tal-acquis ta’ Schengen, meta jitwettqu l-evalwazzjonijiet ta’ Schengen. Fl-istess ħin, huwa jagħmel żewġ rakkomandazzjonijiet speċifiċi, bil-għan li jiġu żgurati ċ-ċertezza legali u r-rispett tal-indipendenza tal-awtoritajiet superviżorji tal-protezzjoni tad-data.

L-EDPS jemmen li r-Regolament previst għandu jiddefinixxi l-kamp ta’ applikazzjoni tal-evalwazzjonijiet ta’ Schengen billi jistabbilixxi lista mhux eżawrjenti ta’ oqsma ta’ politika rilevanti, li jkunu soġġetti għal evalwazzjoni. B’mod partikolari, il-mekkaniżmu l-ġdid ta’ Schengen għandu jkompli jipprevedi evalwazzjonijiet iddedikati esklussivament għall-protezzjoni tad-data, imwettqa minn esperti tal-protezzjoni tad-data.

Barra minn hekk, l-EDPS jissottolinja l-ħtieġa li ssir distinzjoni ċara tal-kompetenzi tad-diversi aġenziji, uffiċċji u korpi tal-Unjoni involuti fl-evalwazzjonijiet ta’ Schengen. F’dan il-kuntest, l-indipendenza tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, skont l-Artikolu 55 tar-Regolament (UE) 2018/1725, jenħtieġ li tiġi rispettata bis-sħiħ.

1.   Introduzzjoni u sfond

1.

Iż-żona Schengen (1) hija waħda mill-kisbiet l-aktar sinifikanti u l-aktar viżibbli tal-Unjoni Ewropea. Din tejbet il-libertà tal-moviment billi tippermetti lil aktar minn 420 miljun persuna jiċċaqalqu mingħajr ma jkunu soġġetti għal kontrolli fil-fruntieri interni.

2.

L-acquis ta’ Schengen jinkludi d-dispożizzjonijiet legali integrati fil-qafas tal-Unjoni f’konformità mal-Protokoll Nru 19 anness għat-TUE u għat-TFUE, flimkien mal-atti li jibnu fuqhom jew li huma relatati magħhom b’xi mod ieħor. Għalhekk l-acquis jinkludi (1) miżuri fil-fruntieri esterni (ġestjoni tal-fruntieri esterni), (2) miżuri ta’ kumpens (politika komuni dwar il-viżi, kooperazzjoni tal-pulizija, politika ta’ ritorn u s-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen), u (3) mekkaniżmu ta’ evalwazzjoni u monitoraġġ. L-acquis ta’ Schengen jinkludi wkoll rekwiżiti dwar il-protezzjoni tad-data u r-rispett għal drittijiet fundamentali oħra.

3.

L-għan tal-mekkaniżmu ta’ evalwazzjoni ta’ Schengen huwa li jiżgura żona Schengen li tiffunzjona tajjeb billi jiggarantixxi li l-Istati Membri japplikaw ir-regoli ta’ Schengen b’mod effettiv, inter alia billi jżomm livell għoli ta’ fiduċja reċiproka fost l-Istati Membri parteċipanti. Il-mekkaniżmu attwali ta’ evalwazzjoni u monitoraġġ ta’ Schengen ġie stabbilit bir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1053/2013 (2), li sar operazzjonali fl-2015.

4.

Biex tindirizza l-isfidi li qed tiffaċċja ż-żona Schengen, il-President tal-Kummissjoni von der Leyen ħabbret Strateġija dwar Schengen fid-diskors tagħha dwar l-Istat tal-Unjoni tal-2020. Waħda mill-inizjattivi f’dan il-kuntest hija r-reviżjoni tal-mekkaniżmu ta’ evalwazzjoni u monitoraġġ ta’ Schengen. Konsegwentement, fit-2 ta’ Ġunju 2021, il-Kummissjoni ppreżentat Proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar l-istabbiliment u t-tħaddim ta’ mekkaniżmu ta’ evalwazzjoni u monitoraġġ biex jivverifika l-applikazzjoni tal-acquis ta’ Schengen u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1053/2013 (3). Il-proposta għandha l-għan li: (1) iżżid il-fokus strateġiku fuq il-Mekkaniżmu u tiżgura użu aktar proporzjonat tal-għodod ta’ evalwazzjoni differenti; (2) tqassar u tissimplifika l-proċeduri biex il-proċess isir aktar effettiv u effiċjenti, u żżid il-pressjoni bejn il-pari; (3) tottimizza l-parteċipazzjoni tal-esperti tal-Istati Membri u l-kooperazzjoni mal-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni; u (4) issaħħaħ l-evalwazzjoni tar-rispett għad-drittijiet fundamentali skontl- acquis ta’ Schengen.

5.

Skont l-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-EDPS wara l-adozzjoni ta’ proposta għal att leġiżlattiv, fejn ikun hemm impatt fuq il-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali. L-EDPS ġie kkonsultat formalment mill-Kummissjoni fit-3 ta’ Ġunju 2021. L-EDPS ġie kkonsultat ukoll b’mod informali matul il-proċess ta’ preparazzjoni tal-proposta, u kkomunika l-kummenti informali tiegħu f’Mejju 2021. Huwa jilqa’ l-fatt li l-fehmiet tiegħu ġew imfittxija fi stadju bikri tal-proċedura u jħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tkompli b’din il-prattika tajba.

6.

Din l-Opinjoni hija mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe kumment jew rakkomandazzjoni addizzjonali futuri mill-EDPS, b’mod partikolari jekk jiġu identifikati kwistjonijiet ulterjuri jew issir disponibbli informazzjoni ġdida. Barra minn hekk, din l-Opinjoni hija mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe azzjoni futura li tista’ tittieħed mill-EDPS fl-eżerċizzju tas-setgħat tiegħu skont l-Artikolu 58 tar-Regolament (UE) 2018/1725.

5.   Konklużjonijiet

19.

L-EDPS jilqa’ l-attenzjoni partikolari fil-Proposta dwar ir-rispett għad-drittijiet fundamentali, inkluż l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni korretti tar-rekwiżiti tal-protezzjoni tad-data tal-acquis ta’ Schengen, meta jitwettqu l-evalwazzjonijiet ta’ Schengen.

20.

Rigward il-kamp ta’ applikazzjoni tal-evalwazzjonijiet ta’ Schengen, l-EDPS jemmen li r-Regolament futur għandu jiddefinixxih billi jistabbilixxi lista mhux eżawrjenti ta’ oqsma ta’ politika rilevanti, li jkunu soġġetti għal evalwazzjoni. B’mod partikolari, il-mekkaniżmu l-ġdid ta’ Schengen għandu jkompli jipprevedi evalwazzjonijiet iddedikati esklussivament għall-protezzjoni tad-data, imwettqa minn esperti tal-protezzjoni tad-data.

21.

Fl-aħħar nett, l-EDPS jissottolinja li l-kompetenzi tad-diversi aġenziji, uffiċċji u korpi tal-Unjoni involuti fl-evalwazzjonijiet ta’ Schengen għandhom ikunu distinti b’mod ċar. B’mod partikolari, il-Proposta għandha tiżgura li l-indipendenza tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, skont l-Artikolu 55 tar-Regolament (UE) 2018/1725, tiġi rispettata bis-sħiħ.

Brussell, 27 ta’ Lulju 2021.

Wojciech Rafał WIEWIÓROWSKI


(1)  Iż-żona Schengen tkopri l-Istati Membri tal-UE, kif ukoll l-Iżlanda, in-Norveġja, l-Iżvizzera u l-Liechtenstein (l-hekk imsejħa “Pajjiżi Assoċjati ma’ Schengen”). Madankollu, il-Bulgarija, il-Kroazja, Ċipru u r-Rumanija huma marbuta bl-acquis ta’ Schengen iżda l-kontrolli fil-fruntieri interni għadhom ma tneħħewx fir-rigward ta’ dawn l-Istati Membri. Barra minn hekk, l-Irlanda mhijiex parti miż-żona Schengen iżda tapplika l-acquis ta’ Schengen parzjalment sa mill-1 ta’ Jannar 2021.

(2)  Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1053/2013 tas-7 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi mekkaniżmu ta’ evalwazzjoni u monitoraġġ biex jivverifika l-applikazzjoni tal-acquis ta’ Schengen u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tas-16 ta’ Settembru 1998 li stabbilixxiet Kumitat Permanenti għall-evalwazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ Schengen (ĠU L 295, 6.11.2013, p. 27).

(3)  COM(2021) 278 final.


23.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 337/4


Sommarju tal-Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar il-Proposta għal Regolament dwar is-swieq fil-kriptoassi, u li jemenda d-Direttiva (UE) 2019/1937

(It-test sħiħ ta’ din l-Opinjoni jinsab bl-Ingliż, bil-Franċiż u bil-Ġermaniz fuq is-sit web tal-EDPS www.edps.europa.eu)

(2021/C 337/03)

Fl-24 ta’ Settembru 2020, il-Kummissjoni Ewropea adottat Proposta għal Regolament dwar is-Swieq fil-kriptoassi, u li jemenda d-Direttiva (UE) 2019/1937 (il-“Proposta”). Il-Proposta tistabbilixxi rekwiżiti ta’ trasparenza u divulgazzjoni għall-ħruġ u l-ammissjoni għall-kummerċ tal-kriptoassi; regoli dwar l-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni ta’ fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi u emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi u emittenti ta’ tokens tal-flus elettroniċi; tirregola l-operat, l-organizzazzjoni u l-governanza tal-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi, tal-emittenti tat-tokens tal-flus elettroniċi u tal-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi; u tipprovdi regoli dwar il-protezzjoni tal-konsumatur għall-ħruġ, għall-kummerċ, għall-iskambju u għall-kustodja tal-kriptoassi, kif ukoll miżuri li jipprevjenu l-abbuż tas-suq biex tiġi żgurata l-integrità tas-swieq tal-kriptoassi.

L-EDPS ifakkar fil-ħtieġa ta’ riflessjoni usa’ dwar kif jiġi żgurat aħjar li t-teknoloġija sottostanti tal-kriptoassi, jiġifieri l-blockchain u r-reġistri distribwiti jirrispettaw ir-regoli u l-prinċipji tal-protezzjoni tad-data, u jirreferi f’dan ir-rigward għall-kummenti ġenerali li saru fl-Opinjoni tiegħu dwar il-Proposta għal reġim pilota dwar l-infrastrutturi tas-suq tat-teknoloġija tar-reġistru distribwit (DLT) u jtenni l-ħtieġa li tali diskussjoni ssir qabel ma l-proposta/i rilevanti tidħol/jidħlu fis-seħħ.

Fl-istess ħin, l-EDPS jenfasizza r-responsabbiltà tal-leġiżlatura tal-UE li tiżgura li l-ipproċessar implikat fil-Proposta jista’ jiġi implimentat b’mod konformi mal-protezzjoni tad-data, kif ukoll ir-responsabbiltà tal-kontrolluri li jiżguraw konformità f’konformità mal-prinċipju tar-responsabbiltà.

L-EDPS iqis li l-emittenti ta’ kriptoassi tipikament ikunu kontrolluri skont il-GDPR, b’kont meħud tal-proġett tal-emittenti u sa fejn dan tal-aħħar jinvolvi l-ipproċessar ta’ data personali. Biex tiżdied iċ-ċertezza legali, l-EDPS jistieden lil-leġiżlatura biex tinnomina b’mod espliċitu l-emittenti bħala kontrolluri fil-Proposta. Barra minn hekk, l-ipproċessar ta’ data personali jista’ jissodisfa żewġ kriterji jew aktar li jindikaw li l-ipproċessar x’aktarx jirriżulta f’riskju għoli skont it-tifsira tal-liġi dwar il-protezzjoni tad-data. B’riżultat ta’ dan, l-emittent tal-kriptoassi jista’ jaqa’ taħt l-obbligu skont l-Artikolu 35 tal-GDPR li jwettaq Valutazzjoni tal-Impatt fuq il-Protezzjoni tad-Data (DPIA), qabel l-ipproċessar previst tad-data personali.

L-EDPS jilqa’ l-objettiv tal-Proposta biex tissaħħaħ il-protezzjoni tal-konsumaturi bħala xerrejja ta’ kriptoassi (investituri). Fl-istess ħin, l-EDPS iqis li l-Proposta għandha tinkludi wkoll l-obbligu għall-emittenti li jagħmlu ċerti garanziji partikolarment prominenti rigward il-protezzjoni tad-data sabiex is-suġġetti tad-data jiġu protetti aħjar. L-EDPS jirrakkomanda l-inklużjoni fil-Proposta, bħala parti mill-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta bħala kontenut tal-white paper dwar il-kriptoassi, informazzjoni dwar operazzjonijiet ta’ pproċessar previsti li jinvolvu data personali, kif ukoll ir-riskji ewlenin previsti u l-istrateġiji ta’ mitigazzjoni għal dak li jikkonċerna l-protezzjoni tad-data.

Rigward il-pubblikazzjoni ta’ penali amministrattivi, l-EDPS jirrakkomanda l-inklużjoni, fost il-kriterji għall-konsiderazzjoni tal-awtorità kompetenti, tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data personali tal-individwi. Barra minn hekk, l-EDPS ifakkar li l-prinċipju tal-limitazzjoni tal-ħżin jirrikjedi li d-data personali tinħażen għal mhux aktar milli jkun meħtieġ għall-finijiet li għalihom tiġi pproċessata d-data personali, u jirrakkomanda li jiġi stabbilit perjodu massimu minflok minimu ta’ żamma ta’ data skont l-Artikolu 95(4) tal-Proposta.

1.   Sfond

1.

Fl-24 ta’ Settembru 2020, il-Kummissjoni Ewropea adottat Proposta għal Regolament dwar is-Swieq fil-kriptoassi, u li jemenda d-Direttiva (UE) 2019/1937 (il-“Proposta”) (1). Il-Proposta hija qafas regolatorju żviluppat biex jirregola l-kriptoassi li bħalissa mhumiex koperti u l-fornituri tas-servizzi tagħhom fl-UE u biex jipprovdi reġim uniku ta’ liċenzjar fl-Istati Membri kollha sal-2024. Il-Proposta għandha l-għan li tarmonizza l-qafas Ewropew għall-ħruġ u l-kummerċ ta’ diversi tipi ta’ “crypto token” bħala parti mill-Istrateġija Ewropea dwar il-Finanzi Diġitali.

2.

Il-Proposta hija parti mill-Pakkett dwar il-Finanzi Diġitali, pakkett ta’ miżuri li jippermettu u jappoġġjaw aktar il-potenzjal tal-finanzi diġitali f’termini ta’ innovazzjoni u kompetizzjoni filwaqt li jtaffu r-riskji. Il-pakkett dwar il-finanzi diġitali jinkludi Strateġija ġdida dwar il-finanzi diġitali għas-settur finanzjarju tal-UE (2) bil-għan li jiġi żgurat li l-UE tagħmel il-benefiċċji tal-finanzjament diġitali disponibbli għall-konsumaturi u n-negozji Ewropej. Minbarra din il-Proposta, il-pakkett jinkludi wkoll Proposta għal reġim pilota dwar l-infrastrutturi tas-suq tat-teknoloġija tar-reġistru distribwit (DLT) (il-“Proposta għal reġim pilota”) (3), Proposta dwar ir-reżiljenza operazzjonali diġitali (“DORA”) (4), u Proposta biex jiġu ċċarati jew emendati ċerti regoli relatati tas-servizzi finanzjarji tal-UE (5).

3.

L-EDPS ġie kkonsultat dwar il-Proposta dwar ir-reġim pilota u ta l-Opinjoni tiegħu fit-23 ta’ April 2021 (6). Huwa ġie kkonsultat ukoll dwar il-Proposta għal reżiljenza operazzjonali diġitali fid-29 ta’ April 2021 u ta l-Opinjoni tiegħu fl-10 ta’ Mejju 2021 (7).

4.

Fid-29 ta’ April 2021, il-Kummissjoni Ewropea talbet lill-EDPS biex joħroġ opinjoni dwar il-Proposta, f’konformità mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725. Dawn il-kummenti huma limitati għad-dispożizzjonijiet tal-Proposta li huma rilevanti mill-perspettiva tal-protezzjoni tad-data.

4.   Konklużjonijiet

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, l-EDPS:

ifakkar fil-ħtieġa ta’ riflessjoni u diskussjoni usa’, mhux biss relatati mal-kriptoassi, dwar il-kwistjoni ta’ kif jiġi żgurat li t-teknoloġija sottostanti tal-kriptoassi, jiġifieri l-blockchain u r-reġistri distribwiti, tirrispetta bl-aktar mod effettiv, ir-regoli u l-prinċipji tal-protezzjoni tad-data u jtenni l-ħtieġa li tali diskussjoni ssir qabel ma tidħol/jidħlu fis-seħħ il-proposta/i rilevanti;

jirrakkomanda li l-emittenti jiġu nnominati b’mod espliċitu bħala kontrolluri sabiex tiġi evitata kwalunkwe problema possibbli ta’ interpretazzjoni fil-valutazzjoni tar-rwol, b’mod partikolari fir-rigward tal-kumplessità tas-suġġett tal-Proposta u r-relazzjonijiet bejn l-atturi rilevanti;

jirrakkomanda l-inklużjoni skont l-Artikoli 5, 17 u 46 tal-Proposta, bħala parti mill-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta bħala kontenut tal-white paper dwar il-kriptoassi, dan li ġej: “fejn applikabbli, il-lista tal-operazzjonijiet ta’ pproċessar previsti li jinvolvu data personali, kif ukoll ir-riskji ewlenin previsti u l-istrateġiji ta’ mitigazzjoni għal dak li jikkonċerna l-protezzjoni tad-data”;

fir-rigward tal-pubblikazzjoni ta’ sanzjonijiet amministrattivi, l-EDPS jirrakkomanda l-inklużjoni, fost il-kriterji għall-konsiderazzjoni tal-awtorità kompetenti, tar-riskji għall-protezzjoni tad-data personali tal-individwi, u s-sostituzzjoni tal-perjodu minimu taż-żamma tad-data skont l-Artikolu 95(4) ta’ “mill-inqas ħames snin” b’perjodu massimu speċifikat ta’ żamma tad-data;

fir-rigward tal-kooperazzjoni amministrattiva bejn l-awtoritajiet kompetenti, l-EBA u l-ESMA, kif ukoll il-kooperazzjoni mal-awtoritajiet ta’ sorveljanza ta’ pajjiżi terzi, l-EDPS jirrakkomanda li jiġi kkunsidrat it-tħassir tar-referenza għall-EUDPR skont l-Artikolu 108(3), minħabba r-referenza “orizzontali” għall-applikabbiltà tal-EUDPR magħmula skont l-Artikolu 88(2) tal-Proposta.

Brussell, 24 ta’ Ġunju 2021.

Wojciech Rafał WIEWIÓROWSKI


(1)  Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-Swieq fil-Kriptoassi, u li jemenda d-Direttiva (UE) 2019/1937, 24 ta’ Settembru 2020, 2020/0265 (COD).

(2)  Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Bank Ċentrali Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar Strateġija għall-Finanzi Diġitali għall-UE, it-24 ta’ Settembru 2020, COM(2020)591.

(3)  Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Reġim Pilota għall-infrastrutturi tas-suq ibbażati fuq it-teknoloġija ta’ reġistru distribwit - COM(2020)594.

(4)  Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reżiljenza operazzjonali diġitali għas-settur finanzjarju u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009, (UE) Nru 648/2012, (UE) Nru 600/2014 u (UE) Nru 909/2014, COM(2020) 595.

(5)  Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 2006/43/KE, 2009/65/KE, 2009/138/UE, 2011/61/UE, UE/2013/36, 2014/65/UE, (UE) 2015/2366 u UE/2016/2341 - COM(2020)596.

(6)  Opinjoni 6/2021 dwar il-Proposta għal Reġim Pilota għal Infrastrutturi tas-Suq ibbażati fuq Teknoloġija tar-Reġistru Distribwit, disponibbli fuq https://edps.europa.eu/system/files/2021-06/2021-0219_d0912_opinion_on_pilot_regime_for_market_infrastructures_en.pdf.

(7)  Opinjoni 7/2021 dwar il-Proposta għal Regolament dwar ir-reżiljenza operazzjonali diġitali għas-settur finanzjarju u li jemenda r-Regolamenti (KE) 1060/2009, (UE) 648/2012, (UE) 600/2014 u (UE) 909/2014, disponibbli fuq https://edps.europa.eu/system/files/2021-05/2021-0203_d0943_opinion_digital_operational_resilience_for_the_financial_sector_en.pdf


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

23.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 337/6


Informazzjoni vinkolanti dwar l-oriġini

(2021/C 337/04)

Lista tal-awtoritajiet magħżula mill-Istati Membri u r-Renju Unit rigward l-Irlanda ta’ Fuq biex jirċievu applikazzjonijiet għal informazzjoni vinkolanti dwar l-oriġini, jew biex joħorġuha

Stat Membru

Awtorità doganali

Telefown

Email

IL-BELĠJU

 

 

 

Non-preferential origin

Service Public Fédéral Économie, PME, Classes Moyennes et Énergie

Direction générale des Analyses économiques et de l’Economie internationale

bâtiment Atrium C

Rue du Progrès 50

1210 Bruxelles

Belgique

Federale Overheidsdienst Economie, K.M.O., Middenstand en Energie

Algemene Directie Economische Analyses en Internationale Economie

City Atrium C

Vooruitgangsstraat 50

1210 Brussel

België

+32 22778467

+32 22776522

+32 22776211

Origine.oorsprong@economie.fgov.be

Preferential origin

Service Public Fédéral Finances

Service Public Fédéral Finances

Administration générale des Douanes et Accises

OPERATIONS

Composante Centrale-Douane 1

North Galaxy — Tour A/11

Boulevard du Roi Albert II, 33 — boîte 372

1030 Bruxelles

Belgique

Federale Overheidsdienst Financiën

Algemene Administratie van de Douane en Accijnzen

OPERATIES

Centrale Component-Douane 1

North Galaxy — Toren A11

Koning Albert II — laan 33, bus 372

1030 Brussel

België

+32 25760295

+32 25786794

Da.ops.douane1@minfin.fed.be

Il-BULGARIJA

National Customs Agency

Central Customs Directorate

47, G.S.Rakovski street

BG-1040 Sofia

+359 298594313

+359 298594145

origin@customs.bg

IL-KROAZJA

Customs Directorate of the Ministry of Finance of the Republic of Croatia

Central Office

Sector for customs Systems

Carinska uprava Ministarstva financija Republike Hrvatske

Središnji ured

Sektor za carinsku sustav

Služba za carinsku vrijednost i podrijetlo

Alexandera Von Humboldta 4a,

10000 Zagreb

+385 16211308

+385 16211321

podrijetlo@carina.hr

origin@carina.hr

IR-REPUBBLIKA ĊEKA

Celní úřad pro Olomoucký kraj

Oddělení – Závazných informací

Blanická 19

772 71 Olomouc

+420 585111111

podatelna580000@cs.mfcr.cz

ID-DANIMARKA

Toldstyrelsen

Toldbodvej 8

DK-6330 Padborg

+45 72221212

+45 72382641

oprindelse@toldst.dk

IL-ĠERMANJA

 

 

 

Oriġini preferenzjali

kif ukoll

Oriġini mhux preferenzjali

safejn l-aħħar ħidma jew ipproċessar iseħħ barra mill-UE

jew

fejn jirrigwarda prodotti li għalihom jeżistu organizzazzjonijiet komuni tas-swieq, li skonthom l-għoti ta’ benefiċċji jiddependi mill-oriġini mhux preferenzjali ddeterminata.

Hauptzollamt Hannover

Waterloostraße 5

30169 Hannover

+49 5111012480

poststelle.vzta-hza-hannover@zoll.bund.de

Oriġini mhux preferenzjali

safejn il-prodotti jinkisbu kollha kemm huma fl-UE jew jiġu mmanifatturati jew jinħadmu jew jiġu pproċessati fl-UE.

Dan mhuwiex applikabbli għal prodotti li għalihom jeżistu organizzazzjonijiet komuni tas-swieq, li skonthom l-għoti ta’ benefiċċji jiddependi mill-oriġini mhux preferenzjali ddeterminata.

Industrie- und Handelskammern

Deutscher Industrie- und Handelskammertag

Breite Straße 29

10178 Berlin

+49 30203082321

behm.steffen@dihk.de

L-IRLANDA

Office of the Revenue Commissioners

Classification, Origin and Valuation Section

Customs Division

St Conlon’s Road

Nenagh

County Tipperary

+353 6744260

origin&valuationsection@revenue.ie

L-ESTONJA

Maksu-ja Tolliamet

Tolliosakond

Tollitalitus

Lõõtsa 8A

15176 Tallinn

+372 6762607

emta@emta.ee

IL-GREĊJA

Hellenic Republic

Independent Authority for Public Revenue

General Directorate of Customs and Excise

Directorate of Tariff Issues, Special Procedures and Reliefs

Section B

Tariff Preferential Regimes & Origin

10, Karageorgi Servias Str.

101 84 Athens

Ελληνική Δημοκρατία

Ανεξάρτητη Αρχή Δημοσίων Εσόδων

Γενική Διεύθυνση Τελωνείων & Ε.Φ.Κ.

Διεύθυνση Δασμολογικών Θεμάτων Ειδικών Καθεστώτων και Απαλλαγών

Τμήμα Β Προτιμησιακών Δασμολογικών

Καθεστώτων και Καταγωγής

Καρ. Σερβίας 10

101 84 Αθήνα

+30 2106987487

+30 2106987493

+30 2106987541

+30 2106987513

+30 2106987486

d17-c@2001.syzefxis.gov.gr

SPANJA

Departamento de Aduanas e Impuestos Especiales

Avda. Llano Castellano, 17

28071 Madrid

+34 917289854/55/35

gestionaduanera@aeat.correo.es

FRANZA.

Direction Générale des Douanes et Droits Indirects

Bureau Politique tarifaire et commerciale

11, rue des Deux-Communes

93558 Montreuil Cedex

+33 157534372

dg-comint3-rco@douane.finances.gouv.fr

L-ITALJA.

Agenzia delle Dogane e dei Monopoli

Direzione Dogane

Ufficio origine e valore

Via Mario Carucci, 71

00143 Roma

+39 0650245216

dir.dogane.origine@adm.gov.it

ĊIPRU

Department of Customs and Excise

Ministry of Finance

M. Karaoli Str.

1096 Nicosia

Indirizz postali:

Customs Headquarters

1440 Nicosia

Τμήμα Τελωνείων

Υπουργείο Οικονομικών

Μ. Καραολή

1096 Λευκωσία

Ταχυδρομική Διεύθυνση:

Αρχιτελωνείο

1440 Λευκωσία

+357 22601665

+357 22601703

headquarters@customs.mof.gov.cy

IL-LATVJA

State Revenue Service of the Republic of Latvia

National Customs Board

Talejas Street 1

Riga, LV-1978

Latvijas Republikas

Valsts ieņēmumu dienesta

Muitas pārvalde

Talejas iela 1,

Rīga, LV-1978

+371 67121007

+371 67121011

MP.lietvediba@vid.gov.lv

IL-LITWANJA

Muitinės departamentas prie Lietuvos Respublikos finansų ministerijos

A. Jakšto g. 1

01105 Vilnius

+370 52666067

+370 52327480

muitine@lrmuitine.

IL-LUSSEMBURGU

Direction des douanes et accises

Division TAXUD

BP 1605

1016 Luxembourg

+352 28182325

+352 28182347

ilona.fonck@do.etat.lu

Laurent.Thilges@do.etat.lu

L-UNGERIJA

Nemzeti Adó- és Vámhivatal Szakértői Intézete

Hősök fasora 20-24

1163 Budapest

+36 14022233

szi@nav.gov.hu

MALTA

Dipartiment Doganali

Xatt Laskri

Valletta. CMR02

+356 25685186

saviour.grima@gov.mt

IN-NETHERLANDS

Belastingdienst/Douane Arnhem

Landelijk Oorsprong Team

PB 3070

6401 DN HEERLEN

In-Netherlands

+31 243813701

helpdesk.oorsprongszaken@belastingdienst.nl

L-AWSTRIJA

Bundesministerium für Finanzen

Johannesgasse 5

1010 Wien

+43 151433/504189

origin@bmf.gv.at

IL-POLONJA

Izba Administracji Skarbowej w Warszawie

Dział Wiążących Informacji

ul. Erazma Ciołka 14 A

01-443 Warszawa

+48 225104652

wip.ias.warszawa@mf.gov.pl

IL-PORTUGAL

Autoridade Tributária e Aduaneira

Direcção de Serviços de Tributação Aduaneira

Rua de Alfãndega no 5 r/c

1149-006 Lisboa

+351 218813765

dsta@at.gov.pt

IR-RUMANIJA

Agenţia Naţională de Administrare Fiscală

Direcţia Generală a Vămilor

Str. Alexandru Ivasiuc nr. 34-40, sector 6

cod 060305

Bucuresti

+40 213155858

+40 213137969

origine@customs.ro

IS-SLOVENJA

Generalni carinski urad

Šmartinska 55

1523 Ljubljana

+386 14783921

ana.macek@gov.si

IS-SLOVAKKJA

Colný úrad Bratislava

Miletičova 42

824 59 Bratislava 26

+421 250263963

+421 250263960

martin.strbik@financnasprava.sk

sylvia.halaszova@financnasprava.sk

IL-FINLANDJA

Tulli

PL 512

FI-00101 Helsinki

Tullen

PB 512

FI-00101 Helsingfors

+358 2955200

leena.lehtinen@tulli.fi

minna.raitanen@tulli.fi

L-IŻVEZJA

Tullverket

Box 12854

112 98 Stockholm

+46 771520520

tullverket@tullverket.se

IR-RENJU UNIT

(rigward l-Irlanda ta’ Fuq)

HM Revenue & Customs

Excise, Customs, Stamps and Money

Duty Liability Team

10th Floor South-East

Alexander House

21 Victoria Avenue

Southend-on-Sea

Essex SS99 1AA

 

dutyliability.policy@hmrc.gov.uk


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

Il-Kummissjoni Ewropea

23.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 337/12


Avviż dwar l-iskadenza imminenti ta’ ċerti miżuri antidumping

(2021/C 337/05)

1.   Kif previst fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1), il-Kummissjoni tavża li, sakemm ma jitnediex rieżami f’konformità mal-proċedura li ġejja, il-miżuri antidumping imsemmijin hawn taħt se jiskadu fid-data msemmija fit-tabella ta’ hawn taħt.

2.   Proċedura

Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jippreżentaw talba bil-miktub għal rieżami. Din it-talba trid tinkludi biżżejjed evidenza li l-iskadenza tal-miżuri aktarx twassal għat-tkomplija jew għar-rikorrenza ta’ dumping u dannu. Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li tagħmel rieżami tal-miżuri kkonċernati, l-importaturi, l-esportaturi, ir-rappreżentanti tal-pajjiż tal-esportazzjoni u l-produtturi tal-Unjoni mbagħad jingħataw l-opportunità li jelaboraw, jirrifjutaw jew jikkummentaw dwar il-kwistjonijiet imsemmijin fit-talba għal rieżami.

3.   Limitu ta’ żmien

Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jippreżentaw talba bil-miktub għal rieżami fuq il-bażi ta’ dak imsemmi hawn fuq, li trid tasal għand: European Commission, Directorate-General for Trade (Unit G-1), CHAR 4/39, 1049 Brussels, Il-Belġju (2) fi kwalunkwe żmien mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż, iżda mhux aktar tard minn tliet xhur qabel id-data msemmija fit-tabella ta’ hawn taħt.

4.   Dan l-avviż huwa ppubblikat f’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036.

Prodott

Pajjiż(i) tal-oriġini jew tal-esportazzjoni

Miżuri

Referenza

Data ta’ skadenza (3)

Ċerti pajpijiet u tubi tal-ħadid mingħajr ġonġituri (ħlief tal-ħadid fondut) jew tal-azzar (ħlief tal-azzar inossidabbli), ta’ sezzjoni trasversali tonda, ta’ dijametru estern li jaqbeż l-406,4 mm

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Dazju antidumping

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/804 tal-11 ta’ Mejju 2017 li jimponi dazju antidumping proviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet u tubi tal-ħadid mingħajr ġonġituri (ħlief tal-ħadid fondut) jew tal-azzar (ħlief tal-azzar inossidabbli), ta’ sezzjoni trasversali tonda, ta’ dijametru estern li jaqbeż l-406,4 mm, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

(ĠU L 121, 12.5.2017, p. 3)

13.5.2022


(1)  ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.

(2)  TRADE-Defence-Complaints@ec.europa.eu

(3)  Il-miżura tiskadi f’nofsillejl (00:00) tal-jum imsemmi f’din il-kolonna