ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 313

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 64
5 ta' Awwissu 2021


Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2021/C 313/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10283 — MEF 4/CDC/3i EOPF Topco/NGM) ( 1 )

1

2021/C 313/02

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni — Ingawdu l-benefiċċji kollha taċ-Ċertifikati COVID Diġitali tal-UE: — Nappoġġjaw il-moviment liberu taċ-ċittadini u l-irkupru tas-settur tat-trasport bl-ajru permezz ta’ linji gwida u rakkomandazzjonijiet għall-Istati Membri tal-UE

2


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2021/C 313/03

Rata tal-kambju tal-euro — L-4 ta’ Awwissu 2021

8


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2021/C 313/04

Notifika ta’ bidu ta’ rieżami interim parzjali tal-miżuri anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ ħbula u kejbils tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, kif estiżi għall-importazzjonijiet ta’ ħbula u kejbils tal-azzar ikkonsenjati mir-Repubblika tal-Korea, sew jekk iddikjarati li joriġinaw mir-Repubblika tal-Korea u sew jekk le

9

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2021/C 313/05

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10383 — Blackstone/Vista/Ellucian) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

14

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2021/C 313/06

Pubblikazzjoni ta’ talba għall-kanċellazzjoni skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel flimkien mal-Artikolu 7(1) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 664/2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-istabbiliment ta’ simboli tal-Unjoni għal denominazzjonijiet protetti tal-oriġini, indikazzjonijiet ġeografiċi protetti u speċjalitajiet tradizzjonali ggarantiti u fir-rigward ta’ ċerti regoli dwar il-ksib, ċerti regoli proċedurali u ċerti regoli tranżitorji oħrajn

16

2021/C 313/07

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda, li mhijiex minuri, fi Speċifikazzjoni tal-Prodott skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

18

2021/C 313/08

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal emenda tal-Unjoni għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid skont l-Artikolu 97(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

25


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

5.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 313/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.10283 — MEF 4/CDC/3i EOPF Topco/NGM)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 313/01)

Fi 29 ta’ Lulju 2021, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fil-Franċiż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali.

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32021M10283. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


5.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 313/2


KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

Ingawdu l-benefiċċji kollha taċ-Ċertifikati COVID Diġitali tal-UE:

Nappoġġjaw il-moviment liberu taċ-ċittadini u l-irkupru tas-settur tat-trasport bl-ajru permezz ta’ linji gwida u rakkomandazzjonijiet għall-Istati Membri tal-UE

(2021/C 313/02)

1.   Introduzzjoni

Iċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE (1) (“EU Digital COVID Certificate, EU DCC”) beda jiġi applikat fl-Istati Membri kollha tal-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Lulju 2021. Bdiet tintuża b’suċċess sistema diġitali tal-UE biex mingħajr ħlas jinħarġu, jiġu vverifikati u aċċettati ċ-ċertifikati li jagħtu prova tat-tilqim, ta’ riżultat negattiv tat-test tas-SARS-COV-2 jew tal-irkupru mill-COVID-19. Il-Kummissjoni Ewropea, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, u l-awtoritajiet nazzjonali b’mod kollettiv bnew sistema mix-xejn biex jgħinu r-ritorn tal-moviment liberu fl-Unjoni u din bdiet taħdem fi żmien rekord. Flimkien ma’ kampanja ta’ tilqim li rnexxiet u li timmarka pass importanti fil-ġlieda kontra l-pandemija, iċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE se jkollu impatt pożittiv sinifikanti fuq il-ħajja ta’ kuljum taċ-ċittadini u tar-residenti tal-UE. Dan huwa kkumplimentat minn inizjattivi oħra li jgħinu liċ-ċittadini jeżerċitaw id-dritt tagħhom għall-moviment liberu bħall-approċċ komuni għar-restrizzjonijiet fuq il-moviment liberu minħabba l-COVID-19, li ntlaħaq qbil dwarhom fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1475 (2) u l-mappa bil-kuluri tas-sinjali tad-dawl tat-traffiku kull ġimgħa ppubblikata miċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard li tistabbilixxi (3), “il-pjattaforma ta’ Informazzjoni Re-Open EU” (4), u t-tabella “Siġill tas-Sikurezza kontra l-COVID-19 għat-Turiżmu Ewropew” għall-istabbilimenti tat-turiżmu (5).

Bilkemm għaddew erba’ xhur bejn il-preżentazzjoni tal-proposta leġiżlattiva mill-Kummissjoni Ewropea u t-tħaddim taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE – għal darb’ oħra xhieda tal-valur miżjud reali tal-kooperazzjoni Ewropea. Dan kien possibbli bis-saħħa tal-impenn u d-dedikazzjoni tal-leġiżlaturi tal-UE u l-esperti tekniċi fil-livelli Ewropej u nazzjonali, f’kull Stat Membru, kif ukoll fl-industrija. L-użu taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE issa qed jilħaq rekords ġodda wkoll: Diġà nħarġu aktar minn 270 miljun ċertifikat diġitali, u dan juri l-interess qawwi għall-użu taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE. Iċ-ċertifikati diġà huma jitħaddmu f’aktar minn 30 pajjiż. L-objettiv ewlieni li jiġi ffaċilitat l-eżerċizzju tad-dritt għall-moviment liberu fi ħdan l-Unjoni waqt il-pandemija tal-COVID-19, stabbilit fir-Regolamenti dwar ċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE, wasal biex jintlaħaq bis-saħħa tat-tħaddim taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE.

Iċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE tlesta fi żmien meta kważi żewġ terzi tal-popolazzjoni adulta tal-Unjoni rċivew mill-inqas doża waħda ta’ vaċċin kontra l-COVID-19, u meta l-Unjoni rċeviet biżżejjed dożi tal-vaċċini biex tilħaq il-mira tagħha li tlaqqam kompletament mill-inqas 70 % tal-popolazzjoni adulta qabel tmiem is-sajf tal-2021.

L-ivvjaġġar bl-ajru huwa wieħed mill-ewwel każijiet ta’ użu fuq skala kbira taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE. Sa Lulju tal-2021, it-traffiku tal-ajru żdied b’ 20 %, u mistenni jilħaq aktar minn 60 % tal-livelli tat-traffiku tal-2019 matul ix-xahar ta’ Lulju. (6) Il-volumi tat-traffiku tal-ajru qed ikomplu jiżdiedu progressivament matul is-sajf hekk kif iċ-ċittadini u r-residenti tal-UE qed ifittxu li jerġgħu jgawdu l-libertà tal-moviment tagħhom - kemm jekk għall-btajjel, kemm biex iżuru l-qraba u l-ħbieb, kif ukoll għal raġunijiet professjonali. Is-setturi tal-ivvjaġġar u tat-turiżmu huma mistennija li jibbenefikaw bil-bosta mill-użu taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE. L-ivvjaġġar bl-ajru li qed jikber b’rata mgħaġġla huwa xhieda tal-potenzjal taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE biex jissaħħaħ l-irkupru filwaqt li l-pandemija tinżamm taħt kontroll. Fl-istess ħin, in-numri ta’ passiġġiera tal-ajru dejjem jiżdiedu jitolbu li l-atturi kollha involuti jiżguraw implimentazzjoni bla xkiel, partikolarment f’dak li jirrigwarda l-verifika taċ-ċertifikati. Kif stabbilit hawn taħt, l-istħarriġ tal-Kummissjoni wera li bħalissa hemm 15-il kombinazzjoni differenti ta’ verifika taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE, u xi wħud minnhom jidher li jinvolvu d-duplikazzjoni evitabbli. Kif hemm iddikjarat fil-Protokoll tas-Sikurezza tas-Saħħa għall-Avjazzjoni kontra l-COVID-19 tal-EASA/ECDC, jekk il-verifika tkun tlestiet b’mod affidabbli qabel it-tluq, ma hemm ebda raġuni medika li jsiru verifiki addizzjonali tal-istess ċertifikat aktar tard matul il-vjaġġ. Approċċ ikkoordinat jgħin biex jiġi evitat stress potenzjali fuq is-sistemi tat-trasport bl-ajru u jippermetti li jitwasslu l-benefiċċji sħaħ taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE f’termini kemm tal-politika tas-saħħa kif ukoll tal-konvenjenza u s-saħħa tal-vjaġġaturi individwali.

Għad ma hemmx wisq ivvjaġġar bl-ajru minn u lejn pajjiżi terzi. Minkejja li ċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE ġie żviluppat prinċipalment biex jiffaċilita l-ivvjaġġar fi ħdan l-Unjoni, għandu l-potenzjal li jsir l-istandard globali li jiffaċilita l-ivvjaġġar internazzjonali. Mill-bidu nett, is-sistema tfasslet biex tkun soluzzjoni b’sors miftuħ biex tikkontribwixxi għall-ġlieda konġunta kontra l-pandemija.

Is-sħab kollha fiż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) u l-Iżvizzera diġà huma integrati fis-sistema taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE (7). Kif previst fir-Regolament, il-Kummissjoni hija wkoll impenjata attivament f’ħidma multilaterali dwar iċ-ċertifikati diġitali, b’mod partikolari mal-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO) u l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO), sabiex tiżgura standards għoljin u interoperabbiltà. Barra minn dan, bosta sħab internazzjonali avviċinaw lill-UE bilateralment sabiex jitgħallmu dwar is-sistema taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE. L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi kollha huma disponibbli (8) għall-pubbliku u l-Kummissjoni Ewropea diġà qed taħdem ma’ sħab internazzjonali interessati li jixtiequ jużaw sistema ta’ verifika sikura għaċ-ċertifikati diġitali tal-COVID-19 u li jużaw is-sistema taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE.

2.   Verifika taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE fil-kuntest tal-ivvjaġġar bl-ajru

Iċ-ċertifikat COVID Diġitali tal-UE għandu l-mira li jagħmilha iżjed faċli għad-detenturi li jeżerċitaw id-dritt tagħhom ta’ moviment liberu (9) matul il-pandemija tal-COVID-19. Lill-Istati Membri jipprovdilhom għodda affidabbli biex tiġi vverifikata l-konformità mar-restrizzjonijiet tal-moviment liberu stabbiliti bħala rispons għall-pandemija tal-COVID-19 (10).

Il-verifika sikura hija element ewlieni li joffri ċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE. Fil-qafas stabbilit mir-Regolament (UE) Nru 2021/953 (11), l-Istati Membri tal-UE qegħdin jiddeċiedu jekk, meta u kif għandhom jiġu vverifikati ċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE. Approċċ ikkoordinat jista’ jgħin biex dan il-proċess isir aktar sempliċi. L-Istati Membri tal-UE qed iwettqu tali verifika b’modi diversi sabiex jiġu implimentati ċerti miżuri tas-saħħa pubblika bħar-rekwiżiti għad-dħul fl-ivvjaġġar transfruntier. L-Artikolu 3(9) tar-Regolament (UE) 2021/953 jistabbilixxi li l-operaturi tas-servizzi tat-trasport transfruntier li jkunu nħatru biex jagħmlu l-verifi għandhom jiżguraw li l-verifika taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE tiġi integrata fit-tħaddim tal-infrastruttura transfruntiera tat-trasport bħall-ajruporti, il-portijiet marittimi u l-istazzjonijiet tal-ferrovija u l-vendi, kif xieraq.

Huwa ta’ importanza kbira li l-Istati Membri jinfurmaw minnufih liċ-ċittadini u lill-operaturi dwar il-miżuri li jieħdu biex jitneħħew jew jiddaħħlu r-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar. L-Istati Membri fin-Network tas-Saħħa elettronika, bl-appoġġ tal-Kummissjoni, qablu li jikkodifikaw sett ta’ Linji gwida (12) għar-regoli ta’ validazzjoni li jgħinu b’mod sinifikanti fil-proċess ta’ verifika.

Apparti r-rekwiżit li jiġu ssodisfati l-Formoli tal-Lokalizzazzjoni tal-Passiġġieri (PLF) introdott mill-Istati Membri tal-UE, il-verifika diġitali taċ-ċertifikati diġitali hija intiża biex tevita l-punti ta’ konġestjoni, u għalhekk li tnaqqas l-iffullar u l-ħinijiet ta’ stennija possibbli fl-ajruporti, speċjalment fl-eqqel ħinijiet. L-iffullar għandu jiġi evitat biex jitnaqqas ir-riskju ta’ infezzjonijiet potenzjali tal-COVID-19. Il-mod u l-ħin tal-verifika speċifiċi se jkollhom impatt fuq kemm jiġu evitati l-punti ta’ konġestjoni. Sa issa, l-ajruporti u l-linji tal-ajru ħadu passi biex jipproċessaw il-fluss dejjem jiżdied tal-passiġġieri, pereżempju billi jerġgħu jiftħu terminals li kienu magħluqa u billi jżidu n-numru ta’ persunal mal-bankijiet taċ-check-in jew tal-informazzjoni. Dan għen biex tiġi ġestita l-ewwel żieda fin-numru ta’ passiġġiera iżda hemm riskju li wieħed ma jlaħħaqx mal-ħtiġijiet tal-kapaċità mistennija iktar tard matul is-sajf tal-2021. L-ajruporti li kienu diġà ffullati fl-2019 x’aktarx li jilħqu l-limitu tal-kapaċità tagħhom b’50 % sa 60 % tal-livelli tat-traffiku tal-2019. Filwaqt li s-sitwazzjoni għadha ma wasslitx għal konġestjoni kbira, fil-bidu ta’ Lulju 2021, l-ajruporti tal-UE diġà qed joperaw b’madwar 45 % tal-volumi tat-traffiku tal-passiġġieri meta mqabbel mal-2019. Esperjenza bla xkiel għall-passiġġieri mingħajr interruzzjonijiet tippermetti lill-operaturi jlaħħqu ma’ żieda fit-traffiku tal-passiġġieri bl-ajru fil-ġimgħat li ġejjin.

F’xi Stati Membri tal-UE, l-operaturi tal-linji tal-ajru qed jivverifikaw iċ-Ċertifikati COVID Diġitali tal-UE, u qed jinsistu li jingħataw is-software ta’ verifika neċessarja. Skont stħarriġ reċenti tal-Kunsill Internazzjonali tal-Ajruporti tal-Ewropa (ACI Europe), il-kwistjonijiet ewlenin li ltaqgħu magħhom l-operaturi huma ż-żieda tal-kontrolli (64 %) u l-verifika fil-bini tal-ajruport (54 %). Fl-istess stħarriġ, 82 % tal-operaturi ddikjaraw li ċ-Ċertifikati COVID Diġitali tal-UE mhumiex ivverifikati barra mill-ajruport qabel it-tluq (13). F’xi Stati Membri tal-UE, ċerti regoli għadhom differenti mil-linji gwida tan-Network tas-Saħħa elettronika addottati mal-UE kollha.

Stħarriġ fost l-Istati Membri tal-UE dwar kif jiġi vverifikat ċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE għall-ivvjaġġar bl-ajru wera li bħalissa hemm 15-il mod differenti ta’ kif qed jiġi organizzat il-proċess ta’ verifika. Pereżempju xi Stati Membri tal-UE ddeċidew li jgħaddu r-responsabbiltà li jivverifikaw ċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE lill-ajruporti, filwaqt li oħrajn poġġew dan l-obbligu fuq il-linji tal-ajru, u xi wħud fuq it-tnejn. Bosta Stati Membri tal-UE għażlu wkoll lill-awtoritajiet pubbliċi biex jivverifikaw ċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE tal-passiġġieri li jaslu. Filwaqt li ċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE ġie żviluppat fost l-oħrajn bħala għodda biex jiġi ffaċilitat l-ivvjaġġar mingħajr ostakli, b’mod partikolari fiż-żona Schengen, huwa importanti li jiġi enfasizzat li ċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE la huwa dokument tal-ivvjaġġar u lanqas ma hu prerekwiżit għall-ivvjaġġar (14).

Image 1

Is-suq uniku tal-avjazzjoni tal-UE jeħtieġ iċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE bħala għodda biex ilaħħaq maż-żieda fil-flussi tal-passiġġieri tul ix-xhur tas-sajf tal-2021 u matul l-irkupru. Wara s-suċċess kollettiv tat-tħaddim taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE, il-pass li jmiss għandu jkun li jiġi ffaċilitat l-ivvjaġġar sikur u bla xkiel matul il-pandemija.

Fit-28 ta’ Ġunju 2021, is-servizzi tal-Kummissjoni Ewropea ppubblikaw rakkomandazzjonijiet operazzjonali f’nota ta’ informazzjoni bit-titlu “Making the most of the EU Digital COVID Certificates in aviation: Recommendations and guidance for Member State [Nagħmlu l-aħjar użu miċ-Ċertifikati COVID Diġitali tal-UE fl-avjazzjoni: Rakkomandazzjonijiet u gwida għall-Istati Membri]” (15). Fit-30 ta’ Ġunju 2021, in-Network tas-Saħħa elettronika, komposta minn esperti nazzjonali tas-saħħa, adottat dokument ta’ gwida (16) li jistabbilixxi l-elementi tekniċi u operazzjonali għall-użu taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE fl-ivvjaġġar bl-ajru. Id-dokument jippreżenta diversi għażliet ta’ kif tista’ ssir il-verifika, li huma possibbli kemm legalment (minn perspettiva tal-protezzjoni tad-data tal-UE, f’konformità sħiħa mal-GDPR tal-UE (17)) kif ukoll teknikament.

Din il-Komunikazzjoni għandha l-għan li tipprovdi l-prinċipji ġenerali, l-aħjar prattiki, rakkomandazzjonijiet u gwida għall-Istati Membri tal-UE sabiex tiġi ffaċilitata l-verifika taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE fl-avjazzjoni fl-eqqel tal-istaġun tal-ivvjaġġar tas-sajf u lil hinn minnu. Dan se jkun l-aktar rilevanti l-ewwel għall-ivvjaġġar bl-ajru iżda għandu jiġi adottat gradwalment minn modi oħra ta’ trasport (p.eż. laneċ, bastimenti tal-kruċieri, trasport bil-ferrovija u bit-triq) meta dan ikun possibbli, u meta jitqiesu l-ispeċifiċitajiet tagħhom.

3.   Approċċ rakkomandat

Din it-taqsima tistabbilixxi sensiela ta’ linji gwida u rakkomandazzjonijiet, li huma indirizzati lill-Istati Membri tal-UE. Billi l-linji tal-ajru u l-ajruporti huma l-eqreb kuntatt mal-passiġġiera, se jkollhom rwol u responsabbiltà importanti biex iwasslu l-benefiċċji kollha taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE fl-avjazzjoni.

Ir-Regolament 2021/953 jispeċifika li mingħajr preġudizzju għall-kompetenza tal-Istati Membri li jimponu restrizzjonijiet għal raġunijiet ta’ saħħa pubblika, meta l-Istati Membri tal-UE jaċċettaw ċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE, huma għandhom iżommu lura milli jimponu restrizzjonijiet addizzjonali għall-moviment liberu, bħall-ittestjar addizzjonali għall-infezzjoni mis-SARS-CoV-2 relatat mal-ivvjaġġar, jew il-kwarantina jew l-awtoiżolament marbuta mal-ivvjaġġar, dment li dawn ikunu meħtieġa u jkunu proporzjonati biex titħares is-saħħa pubblika b’reazzjoni għall-pandemija tal-COVID-19, filwaqt li titqies ukoll l-evidenza xjentifika disponibbli, inkluża d-data epidemjoloġika ppubblikata mill-ECDC abbażi tar-Rakkomandazzjoni (UE) 2020/1475. Ir-Rakkomandazzjoni 2020/1475 tispeċifika li meta jadottaw u japplikaw ir-restrizzjonijiet għall-moviment liberu, l-Istati Membri tal-UE għandhom jirrispettaw il-prinċipji tad-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-proporzjonalità u n-nondiskriminazzjoni u għandhom jaġixxu b’mod ikkoordinat.

Sabiex tiġi ffaċilitata ċ-ċarezza għall-passiġġieri u tiġi żgurata esperjenza tal-ivvjaġġar mingħajr xkiel u mingħajr interruzzjonijiet, l-aġenti kollha fil-proċess ta’ verifika jeħtieġ li jkunu konxji bis-sħiħ tar-rwol u tal-azzjonijiet tagħhom. Għall-implimentazzjoni bla xkiel taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE, huwa essenzjali li l-Istati Membri tal-UE jipprovdu informazzjoni ċara, komprensiva u f’waqtha dwar kull restrizzjoni għall-moviment liberu lill-partijiet ikkonċernati u lill-pubbliku ġenerali. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni ppubblikata fis-sit web Re-Open EU tkun sħiħa, aġġornata u faċli biex wieħed jifhimha, kemm fir-rigward tal-Istati Membri tal-UE kif ukoll tal-pajjiżi terzi.

L-Istati Membri għandhom jaġġornaw u jippubblikaw ukoll ir-regoli ta’ validazzjoni applikabbli bi trasparenza sħiħa. Ir-regoli għandhom jiġu ppubblikati fuq il-Gateway taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE, li tappoġġa din il-funzjonalità u tqassam l-informazzjoni lill-verifikatur u lill-apps Wallet. Barra minn hekk, ir-regoli għandhom ikunu disponibbli fuq Re-Open EU. Għal skopijiet ta’ trasparenza, ir-regoli għandhom jinkludu b’mod ċar l-informazzjoni relevanti kollha, bħal-listi tal-vaċċini li għalihom jiġu aċċettati ċ-ċertifikati. L-informazzjoni ppubblikata bħalissa mill-Istati Membri mhix dejjem ċara għall-passiġġieri.

L-Istati Membri tal-UE għandhom jiżguraw li l-linji tal-ajru, l-persunal tal-ajruport u l-aġenti l-oħra bis-setgħa li jivverifikaw iċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE ikunu infurmati bis-sħiħ dwar ir-rwoli rilevanti u l-azzjonijiet rikjesti. Din l-informazzjoni għandha wkoll tkun disponibbli għall-pubbliku sabiex il-passiġġieri jkunu infurmati bil-punti li fihom ikunu jistgħu jistennew il-verifiki rilevanti.

Rakkomandazzjoni 1: L-Istati Membri tal-UE għandhom jiżguraw li lill-operaturi u lill-vaġġaturi tingħatalhom informazzjoni sħiħa, li tinftiehem u f’waqtha dwar ir-rekwiżiti u l-proċessi ta’ verifika.

Rakkomandazzjoni 2: L-Istati Membri tal-UE għandhom jiżguraw li l-informazzjoni ppubblikata fis-sit web Re-Open EU tkun sħiħa, aġġornata u faċli biex wieħed jifhimha.

L-iżvilupp ta’ EU DCC interoperabbli tal-UE jimmarka pass bla preċedent li jipprevjeni li jkun hemm taħlita ta’ ċertifikati diġitali individwali bbażati fuq speċifikazzjonijiet tekniċi differenti f’kull Stat Membru tal-UE. Permezz tan-Network tas-Saħħa elettronika, l-Istati Membri tal-UE approvaw dokument ta’ gwida dwar ir-regoli ta’ validazzjoni għaċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE li jippermetti mhux biss il-verifika tal-awtentiċità taċ-ċertifikat iżda wkoll il-konformità tiegħu mar-regoli tal-ivvjaġġar korrispondenti. Meta l-operaturi ta’ linja tal-ajru jew ta’ ajruport ikunu mistennija li jivverifikaw huma ċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE, l-Istati Membri tal-UE għandhom jippubblikaw ir-regoli tal-validazzjoni u jżommuhom aġġornati. Filwaqt li jrid ikun hemm il-possibbiltà li ċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE jiġi ppreżentat personalment fl-ajruport tat-tluq u li ssir verifika manwali skont ir-regoli applikabbli tan-negozju, l-operaturi u l-awtoritajiet għandhom ikunu attrezzati biex joffru proċessi ta’ verifika elettronika tar-regoli tan-negozju. Dan iħaffef il-proċessi ta’ verifika.

Rakkomandazzjoni 3: L-Istati Membri tal-UE għandhom jintegraw ir-regoli applikabbli tal-ivvjaġġar fil-proċessi ta’ verifika u lill-operaturi joffrulhom applikazzjoni ta’ verifika li tivverifika r-regoli rispettivi f’konformità mal-linji gwida dwar ir-regoli ta’ validazzjoni li ntlaħaq qbil dwarhom fin-Network tas-Saħħa elettronika (18).

Rakkomandazzjoni 4: L-Istati Membri tal-UE għandhom jippubblikaw ir-regoli għall-validazzjoni tal-ivvjaġġar disponibbli u jżommuhom dejjem aġġornati fil-Gateway taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE.

Rakkomandazzjoni 5: L-Istati Membri tal-UE għandhom, fejn possibbli, jużaw mezzi elettroniċi ta’ verifika skont il-linji gwida rilevanti tan-Network tas-Saħħa elettronika

Iċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE huma mibnija fuq qafas ta’ fiduċja miftiehem, imfassal u miżmum mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri, f’konformità mar-regoli applikabbli stabbiliti fir-Regolament (UE) 2021/953. Il-qafas ta’ fiduċja jiżgura l-ħruġ u l-verifika affidabbli u sikuri taċ-ċertifikati. Kif iddikjarat fil-Protokoll tas-Sikurezza tas-Saħħa għall-Avjazzjoni kontra l-COVID-19 tal-EASA/ECDC (19), jekk il-verifika tkun tlestiet b’mod affidabbli qabel it-tluq, qajla hemm ġustifikazzjoni mil-lat epidemjoloġiku għal verifiki addizzjonali tal-istess ċertifikat aktar tard matul il-vjaġġ. Tali duplikazzjoni għandha tiġi evitata. Għaldaqstant, l-Istati Membri għandhom jivverifikaw iċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE bi prijorità qabel it-tluq. Mil-lat tas-sikurezza tas-saħħa, dan jgħin ukoll biex jitnaqqas ir-riskju li jivvjaġġaw passiġġiera morda. Il-verifika mal-wasla tista’ titwettaq b’approċċ ibbażat fuq ir-riskju.

Sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni tal-kontrolli minn bosta atturi (p.eż. mill-operaturi tal-linji tal-ajru u mill-awtoritajiet pubbliċi), għandhom jiġu implimentati kemm jista’ jkun arranġamenti “ta’ punt uniku”, bejn awtoritajiet, ajruporti u linji tal-ajru. L-Istati Membri tal-UE għandhom jevitaw li jirrikjedu l-verifika taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE f’iktar minn okkażjoni waħda matul il-vjaġġ bl-ajru (p.eż. tul iċ-check-in fl-ajruport u mill-ġdid waqt l-imbarkazzjoni). Ta’ min jinnota li kwalunkwe rekwiżit ta’ verifika taċ-ċertifikati stabbilit mir-Regolament (UE) 2021/953 ma jiġġustifikax għaldaqstant ir-riintroduzzjoni temporanja tal-kontroll fil-fruntieri interni.

Skont il-Protokoll dwar is-Sikurezza tas-Saħħa għall-Avjazzjoni kontra l-COVID-19 tal-EASA/ECDC, imsemmi hawn fuq, minn perspettiva medika, l-iktar għażla effettiva hija li ċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE jiġi vverifikat qabel il-wasla fl-ajruport tat-tluq. Madankollu, 82 % tal-operaturi tal-ajruporti jirrapportaw li ċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UEs mhux qed jiġu vverifikati barra mill-ajruport qabel it-tluq (20). L-Istati Membri tal-UE u l-operaturi tas-servizzi tat-trasport huma mħeġġa bil-qawwa biex jiżguraw li l-verifika ssir kmieni kemm jista’ jkun, preferibbilment matul il-proċess ta’ check-in ta’ linja tal-ajru jew permezz ta’ servizz/portal web ta’ Stat Membru tal-UE, dment li dan isir f’konformità mal-Artikolu 4(2) tar-Regolament UE 2021/953.

Meta l-Istat Membru tal-wasla jneħħi ċerti restrizzjonijiet marbuta mas-saħħa fuq l-ivvjaġġar għall-vjaġġaturi fil-pussess ta’ EU DCC jew prova oħra, l-Istat Membru tat-tluq għandu jiżgura li l-passiġġieri kollha jkunu ppreżentaw iċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE tagħhom qabel ma jirkbu l-ajruplan. Fil-waqt li l-verifiki barra l-ajruport għandhom dejjem jingħataw preferenza, iċ-ċertifikati tal-passiġġieri kollha li ma jkunux ippreżentawhom barra l-ajruport għandhom jiġu vverifikati fl-ajruport tat-tluq f’dawn il-każijiet. Fejn il-verifiki jsiru fl-ajruporti, għandhom jintużaw riżorsi li jkunu proporzjonati mal-ammont ta’ verifiki biex jiġu żgurati flussi tal-passiġġieri bla xkiel l-ħin kollu.

Il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-operaturi tas-servizzi tat-trasport hija essenzjali biex dawn is-soluzzjonijiet, li jirrikjedu iktar xogħol sabiex jiġi żgurat li jkunu bbażati fuq soluzzjonijiet ittestjati, jiġu implimentati. Dan jiżgura li l-effetti pożittivi taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE fuq il-konvenjenza u fuq il-flussi tal-passiġġieri ma jiġux imminati mill-proċess ta’ verifika fl-ajruport, u b’hekk jiġi limitat ir-riskju potenzjali għas-sikurezza tas-saħħa. Madankollu, fil-fehma tan-Network tas-Saħħa elettronika, din l-għażla “tista’ teħtieġ żvilupp u żmien ta’ ttestjar estensiv, li jista’ jwassal għal implimentazzjoni wara s-sajf tal-2021” (21).

Iċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE u l-protezzjoni tad-data

Il-qafas ta’ fiduċja taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE jiżgura l-ogħla livell ta’ protezzjoni tad-data, f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (22) (“GDPR”). L-operaturi tat-trasport, bħalma huma l-linji tal-ajru, huma permessi jipproċessaw l-informazzjoni meħtieġa biex jikkonformaw mal-obbligi ta’ verifika stabbiliti bil-liġi nazzjonali applikabbli dment li ma jżommu ebda data personali preżenti fil-kodiċijiet QR kif iddikjarat b’mod espliċitu fir-Regolament. Dan ifisser li l-bażi ġuridika meħtieġa biex il-linji tal-ajru jkunu jistgħu jivverifikaw ċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE diġà tapplika matul il-proċess taċ-check-in online, u dan jista’ jevita l-punti ta’ konġestjoni u l-iffullar fl-ajruporti.

Rakkomandazzjoni 6: L-Istati Membri tal-UE għandhom jiżguraw li l-verifika taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE ssir kmieni kemm jista’ jkun u preferibbilment qabel ma jasal il-passiġġier fl-ajruport tat-tluq.

Rakkomandazzjoni 7: L-Istati Membri tal-UE għandhom jiżguraw li l-operaturi jkollhom is-setgħa li jivverifikaw iċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE, u li jikkooperaw mal-linji tal-ajru biex jiffaċilitaw l-integrazzjoni tal-proċess ta’ verifika fil-proċeduri taċ-check-in, f’konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament dwar iċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE.

Il-miżuri relatati mal-ivvjaġġar, bħall-Formola tal-Lokalizzazzjoni tal-Passiġġieri (PLF) jew iċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE, huma għodod komplementari maħsuba biex jgħinu biex l-attivitajiet tal-ivvjaġġar jerġgħu jkomplu b’mod sikur filwaqt li jsaħħu l-kapaċitajiet ta’ traċċar tal-kuntatti tal-Istati Membri tal-UE u maħsuba biex inaqqsu r-riskji ta’ trażmissjoni. Idealment, ikunu jikkawżaw l-inqas inkonvenjent possibbli għall-vjaġġaturi u għall-esperjenza tal-ivvjaġġar tagħhom. Il-ġbir tal-PLF, bħall-verifika taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE, għandha ssir kmieni kemm jista’ jkun u preferibbilment qabel ma jasal il-passiġġier fl-ajruport tat-tluq, biex jiġu evitati proċeduri ripetuti għall-passiġġieri.

Xenarji possibbli

Qabel il-wasla fl-ajruport tat-tluq, jistgħu jiġu kkunsidrati żewġ xenarji possibbli għall-verifika taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE:

1)

Verifika waqt iċ-check-in online tal-linja tal-ajru:

Dan il-każ ta’ użu għandu l-vantaġġi operazzjonali li jivverifika d-dokumenti relatati mas-saħħa tal-passiġġier f’post wieħed u qabel dan jasal fl-ajruport, u ma jirrikjedix implimentazzjoni teknika kumplessa żżejjed. Barra minn hekk, ta’ min jiġi mfakkar li kemm ir-Regolament (UE) 2021/953 kif ukoll il-GDPR jippermettu li l-operaturi tat-trasport jipproċessaw id-data dwar is-saħħa dment li din ma tinżammx u dment li dan il-każ ta’ użu jkun stabbilit mil-liġi nazzjonali.

2)

Il-verifika tad-dokumenti tal-ivvjaġġar permezz ta’ applikazzjonijiet speċifiċi u servizz web żviluppat f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/953. F’dan ix-xenarju, tista’ titqies il-kombinazzjoni tal-verifika taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE flimkien mal-Formola tal-Lokalizzazzjoni tal-Passiġġieri tal-Istat Membru (f’format diġitali) barra minn miżuri/rekwiżiti oħra tas-saħħa. Dan il-każ ta’ użu jkollu wkoll il-vantaġġ li ssir il-verifika tad-dokumenti f’post wieħed u qabel il-wasla fl-ajruport tat-tluq.

Peress li t-tieni soluzzjoni ta’ hawn fuq mhix disponibbli fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri u tirrikjedi l-iżvilupp u ż-żmien għall-ittestjar, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jikkooperaw bil-ħsieb li ssir l-implimentazzjoni malajr kemm jista’ jkun wara s-sajf tal-2021 (ara t-Taqsima 6.1 tal-gwida tan-Network tas-Saħħa elettronika “Validation of EU Digital COVID Certificate in the context of air transport”) (23).

Rakkomandazzjoni 8: L-Istati Membri tal-UE għandhom jaħdmu lejn koordinazzjoni mtejba bejn il-PLF u l-verifika taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE. L-Istati Membri tal-UE għandhom jiżguraw kooperazzjoni mal-operaturi tas-servizzi tat-trasport biex jippermettu l-verifika taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE fl-istess ħin tal-ġbir ta’ informazzjoni oħra relatata mal-ivvjaġġar, bħall-PLF.

Rakkomandazzjoni 9: L-Istati Membri għandhom jaħdmu biex isibu soluzzjonijiet li jistgħu jappoġġaw il-verifika taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE u l-ġbir taddata tal-PLF bil-mira li din is-soluzzjoni tiġi introdotta fil-Ħarifa ta’ din is-sena.

4.   Konklużjoni

L-iżvilupp u l-operazzjonalizzazzjoni rapidi taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE tal-UE jimmarkaw pass importanti u kontribut ewlieni fil-ġlieda kontra l-pandemija. Huma tabilħaqq xhieda ta’ kemm l-Ewropa kapaċi twassal riżultati konkreti fi żmien rekord li jkollhom impatt pożittiv fuq il-ħajja ta’ mijiet ta’ miljuni ta’ ċittadini, u residenti tal-UE u viżitaturi oħra. Iċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE tappoġġa r-ritorn tal-moviment liberu fl-Ewropa filwaqt li jinżamm livell għoli ta’ kontroll tal-pandemija, bis-saħħa tal-affidabbiltà u l-faċilità tal-użu tiegħu, u huwa element ewlieni fit-tnedija mill-ġdid tas-setturi tal-ivvjaġġar u tat-turiżmu, li kienu fost l-aktar milquta mill-pandemija. Biċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE, il-Kummissjoni Ewropea, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, u l-Istati Membri tal-UE kollettivament immobilizzaw u għamlu sforzi kbar biex jiżviluppaw l-għodda meħtieġa biex dan isir realtà fil-ħin għall-istaġun tal-ivvjaġġar tas-sajf tal-2021. Qed isiru aktar sforzi biex jiġi estiż ir-rikonoxximent taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE u kredenzjali tas-saħħa simili lejn u minn pajjiżi terzi, bħala bażi għall-ftuħ mill-ġdid tal-ivvjaġġar internazzjonali reċiproku fejn tippermetti s-sitwazzjoni epidemjoloġika.

L-armonizzazzjoni u d-diġitalizzazzjoni tal-protokolli ta’ verifika huma essenzjali biex ikun hemm esperjenza bla xkiel għall-pubbliku Ewropew li jivvjaġġa. Il-gwida u l-prinċipji ġenerali ta’ din il-Komunikazzjoni għandhom l-għan li jikkontribwixxu għal esperjenza tal-ivvjaġġar bla xkiel. Il-Kummissjoni tappella lill-Istati Membri u lill-atturi kollha involuti fl-ekosistema tat-trasport bl-ajru biex jaħdmu flimkien għal implimentazzjoni kkoordinata aħjar taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE abbażi tar-rakkomandazzjonijiet deskritti f’din il-Komunikazzjoni. Dan l-approċċ rakkomandat għall-avjazzjoni jista’ jibda jintuża gradwalment minn modi oħra ta’ trasport.


(1)  Ir-Regolament (UE) 2021/953 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2021 dwar qafas għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni ta’ ċertifikati COVID-19 interoperabbli tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan (Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE) għall-faċilitazzjoni tal-moviment liberu waqt il-pandemija tal-COVID-19 (ĠU L 211, 15.6.2021, p. 1), u r-Regolament (UE) 2021/954 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2021 dwar qafas għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni ta’ ċertifikati COVID-19 interoperabbli tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan (Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE) fir-rigward ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li joqogħdu jew li jirrisjedu legalment fit-territorji tal-Istati Membri waqt il-pandemija tal-COVID-19 (ĠU L 211, 15.6.2021, p. 24).

(2)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1475 tat-13 ta’ Ottubru 2020 dwar approċċ ikkoordinat għar-restrizzjoni tal-moviment liberu b’reazzjoni għall-pandemija tal-COVID-19 (ĠU L 337, 14.10.2020, p. 3).

(3)  https://www.ecdc.europa.eu/en/covid-19/situation-updates/weekly-maps-coordinated-restriction-free-movement

(4)  https://reopen.europa.eu/

(5)  https://ec.europa.eu/growth/content/new-european-tourism-covid-19-safety-seal-available_mt

(6)  Eurocontrol, daily traffic variation, Network Manager Area, 8 ta’ Lulju 2021 (https://www.eurocontrol.int/Economics/DailyTrafficVariation-States.html?ectl-public).

(7)  Iċ-ċertifikati tat-tilqim, tat-testijiet u tal-irkupru mill-COVID-19 maħruġa mill-Iżvizzera f’konformità mal-Ordni Żvizzera dwar iċ-Ċertifikat tal-COVID-19 huma ttrattati diġà bħala ekwivalenti għal dawk maħruġa f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/953, skont id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1126 tat-8 ta’ Lulju 2021 li tistabbilixxi l-ekwivalenza taċ-ċertifikati tal-COVID-19 maħruġa mill-Iżvizzera għaċ-ċertifikati maħruġa f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/953 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 243, 9.7.2021, p. 49).

(8)  L-ispeċifikazzjonijiet taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE li kopru l-istrutturi tad-data u l-mekkaniżmi ta’ kodifikazzjoni, inkluż il-kodiċi QR, li jiżgura li ċ-ċertifikati kollha, kemm dawk diġitali kif ukoll dawk stampati, jistgħu jinqraw u jiġu vverifikati, huma disponibbli fuq https://ec.europa.eu/health/ehealth/covid-19_mt

(9)  Kif stabbilit permezz tal-Artikolu 21 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u implimentat bid-Direttiva 2004/38/KE.

(10)  Il-premessa 6 tar-Regolament (UE) 2021/953.

(11)  Skont l-Artikolu 10(3) tar-Regolament (UE) 2021/953, id-data personali inkluża fiċ-ċertifikati msemmijin fl-Artikolu 3(1) trid tiġi pproċessata mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ destinazzjoni jew ta’ tranżitu, jew mill-operaturi tas-servizzi tat-trasport transfruntier tal-passiġġieri li huma meħtieġa mil-liġi nazzjonali jimplimentaw ċerti miżuri tas-saħħa pubblika matul il-pandemija tal-COVID-19, biex jivverifikaw u jikkonfermaw biss l-istat ta’ tilqim, ir-riżultat tat-test jew l-istat ta’ fejqan tad-detentur. Għal dak il-għan, id-data personali għandha tkun limitata għal dak li huwa strettament meħtieġ. Id-data personali li jinkiseb aċċess għaliha skont dan il-paragrafu ma għandhiex tinżamm. Skont il-Premessa 30 tar-Regolament, meta ċ-ċittadini tal-Unjoni jew il-membri tal-familja tagħhom ma jkollhomx fil-pussess tagħhom ċertifikat tat-tilqim li jikkonforma mar-rekwiżiti tar-Regolament, għandhom jingħataw kull opportunità raġonevoli biex jagħtu prova b’mezzi oħra li għandhom jibbenefikaw mit-tneħħija tar-restrizzjonijiet rilevanti għall-moviment liberu mogħtija minn Stat Membru lid-detenturi ta’ ċertifikati tat-tilqim

(12)  https://ec.europa.eu/health/sites/default/files/ehealth/docs/eu-dcc_validation-rules_en.pdf

(13)  Ibbażat fuq 27 operatur, 92 ajruport f’19-il pajjiż Ewropew (l-Awstrija, il-Belġju, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Ungerija, l-Irlanda, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, in-Netherlands, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, Spanja, l-Iżvezja, l-Iżvizzera). Dawn l-ajruporti jirrappreżentaw 58 % tan-numru totali ta’ passiġġieri fiż-żona UE+ŻEE+CH

(14)  Iċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE huwa mmirat li jiffaċilita l-eżerċizzju tad-dritt tal-moviment liberu u ta’ residenza libera fit-territorju tal-Istati Membri billi jistabbilixxi qafas komuni vinkolanti u applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha Dan il-qafas komuni għandu jikkontribwixxi wkoll għall-faċilitazzjoni tat-tneħħija gradwali tar-restrizzjonijiet għall-moviment liberu stabbiliti mill-Istati Membri, f’konformità mal-liġi tal-Unjoni, biex jiġi limitat it-tixrid tas-SARS-CoV-2, b’mod ikkoordinat. Fi kwalunkwe każ, skont il-punt 12 tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 2020/1475, jenħtieġ li l-Istati Membri ma jirrestrinġux il-moviment liberu ta’ persuni li jivvjaġġaw lejn jew minn żoni ta’ Stat Membru ieħor ikklassifikati bħala “ħodor”. Għaldaqstant, dawn ma għandhomx jintalbu jippreżentaw EU DCC.

(15)  https://ec.europa.eu/transport/modes/air/news/2021-06-28-eu-digital-covid-certificates-in-aviation_en

(16)  https://ec.europa.eu/health/sites/default/files/ehealth/docs/covid-certificate_air-transport_en.pdf

(17)  Ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data 2016/679 (GDPR).

(18)  https://ec.europa.eu/health/sites/default/files/ehealth/docs/eu-dcc_validation-rules_en.pdf

(19)  EASA/ECDC COVID-19 Aviation Health Safety Protocol: Operational Guidelines for the management of air passengers and aviation personnel in relation to the COVID-19 pandemic [Il-Protokoll tas-Sikurezza tas-Saħħa għall-Avjazzjoni kontra l-COVID-19 tal-EASA/ECDC: Linji gwida operazzjonali għall-immaniġġjar tal-passiġġieri tal-ajru u tal-persunal tal-avjazzjoni fir-rigward tal-pandemija tal-COVID-19], datat is-17 ta’ Ġunju 2021, disponibbli fuq https://www.easa.europa.eu/sites/default/files/dfu/Joint%20EASA-ECDC%20Aviation%20Health%20Safety%20Protocol%20issue%203.pdf

(20)  ACI Europe, Survey on Digital COVID Certificates Implementation [Stħarriġ dwar l-Implimentazzjoni taċ-Ċertifikati COVID Diġitali], 8 ta’ Lulju 2021.

(21)  Ara t-Taqsima 6.1 tan-Network tas-Saħħa elettronika, “Guidelines on Validation of EU Digital COVID Certificates in the context of air transport” [Linji gwida dwar il-Validazzjoni taċ-Ċertifikati COVID Diġitali tal-UE fil-kuntest tat-trasport bl-ajru], 30 ta’ Ġunju 2021

(22)  Ir-Regolament (UE) Nru 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

(23)  in-Network tas-Saħħa elettronika, “Guidelines on Validation of EU Digital COVID Certificates in the context of air transport” [Validazzjoni taċ-Ċertifikat COVID Diġitali fil-kuntest tat-trasport bl-ajru], 30 ta’ Ġunju 2021.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

5.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 313/8


Rata tal-kambju tal-euro (1)

L-4 ta’ Awwissu 2021

(2021/C 313/03)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1861

JPY

Yen Ġappuniż

129,31

DKK

Krona Daniża

7,4367

GBP

Lira Sterlina

0,85153

SEK

Krona Żvediża

10,1970

CHF

Frank Żvizzeru

1,0729

ISK

Krona Iżlandiża

147,60

NOK

Krona Norveġiża

10,4550

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,440

HUF

Forint Ungeriż

354,24

PLN

Zloty Pollakk

4,5438

RON

Leu Rumen

4,9185

TRY

Lira Turka

10,0115

AUD

Dollaru Awstraljan

1,6002

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4880

HKD

Dollaru ta’ Hong Kong

9,2236

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6784

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,6000

KRW

Won tal-Korea t’Isfel

1 355,44

ZAR

Rand ta’ l-Afrika t’Isfel

16,9211

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,6638

HRK

Kuna Kroata

7,5009

IDR

Rupiah Indoneżjan

16 965,65

MYR

Ringgit Malażjan

5,0077

PHP

Peso Filippin

58,988

RUB

Rouble Russu

86,5106

THB

Baht Tajlandiż

39,272

BRL

Real Brażiljan

6,1610

MXN

Peso Messikan

23,5576

INR

Rupi Indjan

87,9575


(1)  Sors: rata tal-kambju ta’ referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

Il-Kummissjoni Ewropea

5.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 313/9


Notifika ta’ bidu ta’ rieżami interim parzjali tal-miżuri anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ ħbula u kejbils tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, kif estiżi għall-importazzjonijiet ta’ ħbula u kejbils tal-azzar ikkonsenjati mir-Repubblika tal-Korea, sew jekk iddikjarati li joriġinaw mir-Repubblika tal-Korea u sew jekk le

(2021/C 313/04)

Il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) iddeċidiet fuq inizjattiva tagħha stess li tibda rieżami interim parzjali tal-miżuri anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ ħbula u kejbils tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“RPĊ”), kif estiżi għall-importazzjonijiet ta’ ħbula u kejbils tal-azzar ikkonsenjati mir-Repubblika tal-Korea, sew jekk iddikjarati bħala li joriġinaw mir-Repubblika tal-Korea u sew jekk le, skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), flimkien mal-Artikolu 13(4) tar-Regolament bażiku. Ir-rieżami interim parzjali huwa limitat għall-eżami tal-eżenzjoni mogħtija lil esportatur Korean wieħed, jiġifieri Young Heung Iron & Steel Co. Ltd. (“Young Heung”) (kodiċi addizzjonali TARIC A969).

1.   Prodott soġġett għal rieżami

Il-prodott soġġett għal dan ir-rieżami huwa ħbula u kejbils tal-azzar inklużi ħbula mibrumin issiġillati, esklużi l-ħbula u kejbils magħmula mill-azzar inossidabbli, b’dimensjoni trasversali massima ta’ aktar minn 3 mm, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“il-prodott soġġett għal rieżami”), li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 7312 10 81, ex 7312 10 83, ex 7312 10 85, ex 7312 10 89 and ex 7312 10 98 (kodiċijiet TARIC 7312108119, 7312108319, 7312108519, 7312108919 u 7312109819), kif estiż għall-istess ħbula u kejbils ikkonsenjati mir-Repubblika tal-Korea, sew jekk iddikjarati bħala li joriġinaw mir-Repubblika tal-Korea u sew jekk le (kodiċijiet TARIC 7312108113, 7312108313, 7312108513, 7312108913 u 7312109813). Il-kodiċijiet NM u TARIC qed jingħataw biss għall-informazzjoni.

2.   Miżuri eżistenti

L-eżenzjoni attwalment fis-seħħ għandha l-bażi ġuridika tagħha fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/607. (2) Oriġinarjament ġiet introdotta bħala eżenzjoni għall-miżuri kontra ċ-ċirkomvenzjoni imposti mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 400/2010 (3) u ġiet mġedda bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 102/2012 (4).

3.   Raġunijiet għar-rieżami

Hemm biżżejjed evidenza li ċ-ċirkostanzi li abbażi tagħhom ingħatat l-eżenzjoni lil Young Heung inbidlu b’mod sinifikanti u li dawn il-bidliet huma ta’ natura dejjiema.

Fit-6 ta’ Mejju 2020 Young Heung talab bidla fl-isem għal Youngwire. Madankollu, id-dokumentazzjoni pprovduta wriet li Young Heung għadda minn riorganizzazzjoni importanti, inkluż permezz tal-akkwist tal-assi ta’ esportatur Korean ieħor li jibbenefika mill-eżenzjoni, Dae Heung Industrial Co. Ltd. (“Dae Heung”).

Huwa kkunsidrat li dawn il-bidliet sinifikanti, li saru magħrufa fil-kuntest tat-talba għal bidla fl-isem, setgħu affettwaw l-intitolament tal-kumpanija għal eżenzjoni mill-miżuri kontra ċ-ċirkomvenzjoni fis-seħħ fuq l-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami mir-Repubblika tal-Korea.

4.   Proċedura

Wara li stabbiliet, wara li infurmat l-Istati Membri, li hemm biżżejjed provi sabiex ikun iġġustifikat il-bidu ta’ rieżami interim parzjali limitat għall-eżaminazzjoni tal-eżenzjoni mogħtija lil Young Heung, il-Kummissjoni b’dan qed tagħti bidu għal rieżami skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku flimkien mal-Artikolu 13(4). L-għan tar-rieżami huwa li jiġi stabbilit jekk Youngwire għadux intitolat għal eżenzjoni.

Il-Kummissjoni tiġbed ukoll l-attenzjoni tal-partijiet li wara t-tifqigħa tal-COVID-19, ġie ppubblikat Avviż (5) dwar il-konsegwenzi tat-tifqigħa tal-COVID-19 fuq investigazzjonijiet anti-dumping u antisussidji li jistgħu jkunu applikabbli għal dan il-proċediment.

4.1.   Perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami

L-investigazzjoni tkopri l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2015 sat-30 ta’ Ġunju 2021 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami”).

4.2.   Kwestjonarji

Biex tkun tista’ tikseb it-tagħrif li tqis neċessarju għall-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarji lil Youngwire. Il-produttur esportatur Youngwire huwa mitlub jibgħat kwestjonarju mimli fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Kopji tal-kwestjonarji huma disponibbli fil-fajl li jistgħu jikkonsultawh il-partijiet interessati u fuq is-sit web tad-DĠ Kummerċ https://trade.ec.europa.eu/tdi/case_details.cfm?id=2544

4.3.   Preżentazzjonijiet bil-miktub

Soġġett għad-dispożizzjonijiet ta’ din in-Notifika, il-partijiet interessati kollha huma b’dan mistiedna jesprimu l-opinjonijiet tagħhom, jippreżentaw l-informazzjoni u jipprovdu evidenza ta’ sostenn rigward l-adegwatezza li tinbidel l-eżenzjoni. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, din l-informazzjoni u l-evidenza ta’ sostenn iridu jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien 20 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

4.4.   Partijiet interessati

Sabiex jieħdu sehem fl-investigazzjoni, il-partijiet interessati, bħall-produtturi esportaturi, il-produtturi tal-Unjoni, l-importaturi u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, l-utenti u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, it-trade unions u l-organizzazzjonijiet tal-konsumatur rappreżentattivi, l-ewwel iridu juru li hemm rabta oġġettiva bejn l-attivitajiet tagħhom u l-prodott soġġett għal rieżami.

Il-fatt li wieħed jiġi kkunsidrat bħala parti interessata huwa mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.

L-aċċess għall-fajl li jistgħu jikkonsultawh il-partijiet interessati jsir permezz ta’ TRON.tdi f’dan l-indirizz: https://webgate.ec.europa.eu/tron/TDI. Jekk jogħġbok segwi l-istruzzjonijiet fuq dik il-paġna sabiex ikollok aċċess.

4.5.   Possibbiltà ta’ seduta ta’ smigħ mis-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni

Il-partijiet kollha interessati jistgħu jitolbu li jinstemgħu mis-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni.

Kwalunkwe talba għal seduta ta’ smigħ trid issir bil-miktub u trid tispeċifika r-raġunijiet għat-talba kif ukoll sommarju ta’ dak li l-parti interessata tixtieq tiddiskuti matul is-seduta ta’ smigħ. Is-seduta ta’ smigħ tkun limitata għall-kwistjonijiet stabbiliti minn qabel mill-partijiet interessati bil-miktub.

Fl-istadju tal-konstatazzjonijiet definittivi, jenħtieġ li ssir talba fi żmien tlett ijiem mid-data tad-divulgazzjoni finali, u s-seduta ta’ smigħ normalment issir fil-perjodu mogħti biex isiru kummenti dwar id-divulgazzjoni finali. Jekk ikun hemm divulgazzjoni finali addizzjonali, jenħtieġ li ssir talba minnufih malli tasal din id-divulgazzjoni finali addizzjonali, u s-seduta ta’ smigħ normalment issir sal-iskadenza sabiex isiru l-kummenti dwar din id-divulgazzjoni.

L-iskeda ta’ żmien deskritta hija mingħajr preġudizzju għad-dritt tas-servizzi tal-Kummissjoni li jaċċettaw seduti ta’ smigħ barra l-limitu ta’ żmien f’każijiet debitament ġustifikati u għad-dritt tal-Kummissjoni li tiċħad seduti ta’ smigħ f’każijiet debitament ġustifikati. Meta s-servizzi tal-Kummissjoni jiċħdu talba għal seduta ta’ smigħ, il-parti kkonċernata tiġi infurmata bir-raġunijiet għal tali ċaħda.

Fil-prinċipju, is-seduti ta’ smigħ ma jintużawx biex tiġi ppreżentata informazzjoni fattwali li tkun għadha mhijiex fil-fajl. Madankollu, fl-interess ta’ amministrazzjoni tajba u sabiex is-servizzi tal-Kummissjoni jkunu jistgħu jimxu ’l quddiem bl-investigazzjoni, il-partijiet interessati jistgħu jiġu mitluba jipprovdu informazzjoni fattwali ġdida wara seduta ta’ smigħ.

4.6.   Struzzjonijiet għat-tfassil ta’ preżentazzjonijiet bil-miktub u biex jintbagħtu l-kwestjonarji kompluti u l-korrispondenza

L-informazzjoni ppreżentata lill-Kummissjoni għall-fini ta’ investigazzjonijiet għad-difiża tal-kummerċ għandha tkun ħielsa mid-drittijiet tal-awtur. Il-partijiet interessati, qabel ma jippreżentaw lill-Kummissjoni informazzjoni u/jew data li jkunu soġġetti għad-drittijiet tal-awtur ta’ parti terza, iridu jitolbu permess speċifiku lid-detentur tad-drittijiet tal-awtur li jippermetti b’mod espliċitu li l-Kummissjoni a) tuża l-informazzjoni u d-data għall-finijiet ta’ dan il-proċediment tad-difiża tal-kummerċ u b) tipprovdi l-informazzjoni u/jew id-data lill-partijiet interessati f’din l-investigazzjoni f’għamla li tippermettilhom jeżerċitaw id-drittijiet tad-difiża tagħhom.

Il-preżentazzjonijiet kollha bil-miktub, fosthom l-informazzjoni mitluba f’din in-Notifika, il-kwestjonarji mimlija u l-korrispondenza pprovduta mill-partijiet interessati li għalihom jintalab trattament kunfidenzjali għandhom jiġu mmarkati bħala “Sensitive” (Sensittiva). (6) Il-partijiet li jippreżentaw informazzjoni matul din l-investigazzjoni huma mistiedna jagħtu raġunijiet għat-talba tagħhom għal trattament kunfidenzjali.

Il-partijiet li jipprovdu informazzjoni “Sensitive” (Sensittiva) huma mitluba jfasslu sommarji mhux kunfidenzjali tagħha skont l-Artikolu 19(2) tar-Regolament bażiku, li jiġu mmarkati “For inspection by interested parties” (Għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati). Dawn is-sommarji jenħtieġ li jkunu ddettaljati biżżejjed biex jippermettu li s-sustanza tal-informazzjoni ppreżentata b’mod kunfidenzjali tinftiehem b’mod raġonevoli.

Jekk parti li tipprovdi informazzjoni kunfidenzjali tonqos milli tagħti raġunijiet ġusti għal talba ta’ trattament kunfidenzjali jew ma tfassalx sommarju mhux kunfidenzjali tagħha fil-format u bil-kwalità mitluba, il-Kummissjoni tista’ tinjora tali informazzjoni sakemm ma jkunx jista’ jintwera b’mod sodisfaċenti minn sorsi xierqa li l-informazzjoni hija korretta.

Il-partijiet interessati huma mistiedna jressqu l-preżentazzjonijiet u t-talbiet kollha permezz ta’ TRON.tdi (https://tron.trade.ec.europa.eu/tron/TDI) inklużi d-dokumenti ta’ prokuri u ta’ ċertifikazzjoni skennjati. Meta jużaw TRON.tdi jew il-posta elettronika, il-partijiet interessati jesprimu l-qbil tagħhom mar-regoli applikabbli għall-preżentazzjonijiet elettroniċi li jinsabu fid-dokument “CORRESPONDENCE WITH THE EUROPEAN COMMISSION IN TRADE DEFENCE CASES” (KORRISPONDENZA MAL-KUMMISSJONI EWROPEA F’KAŻIJIET TA’ DIFIŻA TAL-KUMMERĊ) ippubblikat fuq is-sit web tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ: http://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2011/june/tradoc_148003.pdf Il-partijiet interessati jridu jindikaw isimhom, l-indirizz, in-numru tat-telefon u indirizz validu tal-posta elettronika u jenħtieġ li jiżguraw li l-indirizz tal-posta elettronika pprovdut ikun indirizz kummerċjali uffiċjali tal-posta elettronika li jiffunzjona u li jiġi vverifikat kuljum. Ladarba jiġu pprovduti d-dettalji ta’ kuntatt, il-Kummissjoni tikkomunika mal-partijiet interessati permezz ta’ TRON.tdi jew tal-posta elettronika biss, dment li ma jitolbux li jirċievu d-dokumenti kollha mingħand il-Kummissjoni b’mezz ieħor ta’ komunikazzjoni jew dment li n-natura tad-dokument li jrid jintbagħat ma tkunx teħtieġ l-użu tal-posta rreġistrata. Għal regoli u għal informazzjoni oħra dwar il-korrispondenza mal-Kummissjoni, inklużi l-prinċipji li japplikaw għas-sottomissjonijiet bi TRON.tdi u bil-posta elettronika, jenħtieġ li l-partijiet interessati jikkonsultaw l-istruzzjonijiet ta’ komunikazzjoni mal-partijiet interessati msemmija hawn fuq.

L-indirizz tal-Kummissjoni għall-korrispondenza:

European Commission

Directorate-General for Trade

Directorate G

Uffiċċju: CHAR 04/039

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

E-mail: TRADE-R750-SRC@ec.europa.eu

5.   Skeda tal-investigazzjoni

L-investigazzjoni għandha normalment tiġi konkluża fi żmien 12-il xahar, u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn 15-il xahar mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika, skont l-Artikolu 11(5) tar-Regolament bażiku anti-dumping.

6.   Possibbiltà għal kummenti dwar il-preżentazzjonijiet ta’ partijiet oħra

Sabiex jiġu ggarantiti d-drittijiet tad-difiża, jenħtieġ li l-partijiet interessati jkollhom il-possibbiltà li jikkummentaw dwar l-informazzjoni ppreżentata minn partijiet interessati oħra. Meta jagħmlu dan, il-partijiet interessati jistgħu biss jindirizzaw kwistjonijiet imqajma fil-preżentazzjonijiet ta’ partijiet interessati oħra u ma jistgħux iqajmu kwistjonijiet ġodda.

Jenħtieġ li l-kummenti dwar l-informazzjoni pprovduta minn partijiet interessati oħra b’reazzjoni għad-divulgazzjoni tas-sejbiet definittivi, jiġu ppreżentati fi żmien tlett ijiem mill-iskadenza għal kummenti dwar is-sejbiet definittivi, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Jekk ikun hemm divulgazzjoni finali addizzjonali, jenħtieġ li l-kummenti dwar l-informazzjoni pprovduta minn partijiet interessati oħra b’reazzjoni għal din id-divulgazzjoni jsiru fi żmien jum mill-iskadenza għal kummenti marbutin ma’ din id-divulgazzjoni, dment li ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Sabiex l-investigazzjoni titlesta fl-iskadenzi obbligatorji, il-Kummissjoni mhijiex se taċċetta iktar preżentazzjonijiet mingħand il-partijiet interessati wara l-iskadenza għal kummenti dwar id-divulgazzjoni finali.

7.   Estensjoni tal-limiti ta’ żmien speċifikati f’din in-Notifika

Jenħtieġ li kull estensjoni għal-limiti ta’ żmien previsti f’din in-Notifika tiġi rikjesta f’ċirkostanzi eċċezzjonali u tingħata biss jekk tkun debitament ġustifikata abbażi ta’ raġuni valida.

Fi kwalunkwe każ, kull estensjoni għall-iskadenza tat-tweġiba għall-kwestjonarji se tkun limitata għal tlett ijiem, u bħala regola ma taqbiżx is-sebat ijiem.

Fir-rigward tal-limiti ta’ żmien għall-preżentazzjoni ta’ informazzjoni oħra speċifikata fin-Notifika ta’ Bidu, l-estensjonijiet ikunu limitati għal tlett ijiem sakemm ma jintwerewx xi ċirkostanzi eċċezzjonali.

8.   Nuqqas ta’ kooperazzjoni

F’każijiet fejn xi parti interessata tirrifjuta l-aċċess għall-informazzjoni meħtieġa jew ma tipprovdihiex fil-limiti ta’ żmien, jew tfixkel b’mod sinifikanti l-investigazzjoni, jistgħu jiġu stabbiliti konklużjonijiet, sew jekk pożittivi kif ukoll jekk negattivi, abbażi tal-fatti disponibbli, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.

Fejn jinstab li xi parti interessata tkun ipprovdiet informazzjoni falza jew qarrieqa, l-informazzjoni tista’ tiġi injorata u jistgħu jintużaw il-fatti disponibbli.

Jekk parti interessata ma tikkooperax jew tikkoopera parzjalment biss u għalhekk is-sejbiet ikunu bbażati fuq il-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, ir-riżultat jista’ jkun inqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku tkun ikkooperat.

In-nuqqas ta’ tweġiba kompjuterizzata ma għandhiex tiġi kkunsidrata bħala nuqqas ta’ kooperazzjoni, dment li l-parti interessata kkonċernata turi li l-preżentazzjoni tat-tweġiba kif mitlub tkun tirriżulta f’piż żejjed mhux raġonevoli jew f’kost addizzjonali mhux raġonevoli. Jenħtieġ li din il-parti interessata tikkuntattja immedjatament lill-Kummissjoni.

9.   Uffiċjal tas-Seduta

Il-partijiet interessati jistgħu jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta għal proċedimenti tal-kummerċ. L-Uffiċjal tas-Seduta jirrieżamina t-talbiet għall-aċċess għall-fajl, it-tilwim fir-rigward tal-kunfidenzjalità tad-dokumenti, it-talbiet għal estensjoni tal-limiti ta’ żmien u kwalunkwe talba oħra dwar id-drittijiet tad-difiża tal-partijiet interessati u tal-partijiet terzi li jistgħu jfeġġu matul il-proċediment.

L-Uffiċjal tas-Seduta jista’ jorganizza seduti ta’ smigħ u jagħmilha ta’ medjatur bejn il-parti(jiet) interessata/i u s-servizzi tal-Kummissjoni sabiex jiżgura li d-drittijiet tad-difiża tal-partijiet interessati jkunu qed jiġu eżerċitati bis-sħiħ. Jenħtieġ li t-talba għal seduta ta’ smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta ssir bil-miktub u jenħtieġ li tispeċifika r-raġunijiet għat-talba. L-Uffiċjal tas-Seduta se jeżamina r-raġunijiet għat-talbiet. Jenħtieġ li dawn is-seduti ta’ smigħ isiru biss jekk il-kwistjonijiet ma jkunux ġew solvuti mas-servizzi tal-Kummissjoni fi żmien debitu.

Il-partijiet interessati huma mistiedna jsegwu l-iskedi ta’ żmien stabbiliti fit-taqsima 5.7 ta’ din in-Notifika anki fir-rigward tal-interventi, inklużi s-seduti ta’ smigħ, mill-Uffiċjal tas-Seduta. Kwalunkwe talba trid tiġi ppreżentata fi żmien raġonevoli u f’qasir żmien sabiex ma xxekkilx l-andament tajjeb tal-proċedimenti. Għal dan l-għan, jenħtieġ li l-partijiet interessati jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta minn kmieni kemm jista’ jkun wara li jseħħ l-avveniment li jiġġustifika tali intervent. L-Uffiċjal tas-Seduta jeżamina r-raġunijiet għat-talbiet ta’ interventi, in-natura tal-kwistjonijiet imqajma u l-impatt ta’ dawk il-kwistjonijiet fuq id-drittijiet tad-difiża, filwaqt li jqis kif dovut l-interessi ta’ amministrazzjoni tajba u t-tlestija tal-investigazzjoni fil-ħin. Għal aktar informazzjoni u dettalji ta’ kuntatt, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġni web tal-Uffiċjal tas-Seduta fis-sit web tad-DĠ Kummerċ: http://ec.europa.eu/trade/trade-policy-and-you/contacts/hearing-officer/

10.   Ipproċessar ta’ data personali

Kwalunkwe data personali li tinġabar f’din l-investigazzjoni se tiġi trattata skont ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7).

Notifika dwar il-protezzjoni tad-data li tinforma lill-individwi kollha dwar l-ipproċessar tad-data personali fil-qafas tal-attivitajiet tad-difiża tal-kummerċ tal-Kummissjoni huwa disponibbli fis-sit web tad-DĠ Kummerċ: http://trade.ec.europa.eu/doclib/html/157639.htm


(1)  ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/607 tad-19 ta’ April 2018 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ħbula u kejbils tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina kif estiż għal importazzjonijiet ta’ ħbula u kejbils tal-azzar ikkonsenjati mill-Marokk u mir-Repubblika tal-Korea, sew jekk iddikjarati bħala li joriġinaw minn dawn il-pajjiżi u sew jekk le, wara rieżami tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 101, 20.4.2018, p. 40).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 400/2010 tas-26 ta’ April 2010 li jestendi d-dazju definittiv anti-dumping impost mir-Regolament (KE) Nru 1858/2005 fuq l-importazzjonijiet ta’ ħbula tal-azzar u kejbils li joriġinaw, inter alia, fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għall-importazzjonijiet ta’ ħbula tal-azzar u kejbils ikkonsenjati mir-Repubblika tal-Korea, sew jekk iddikjarati li joriġinaw mir-Repubblika tal-Korea kif ukoll jekk le, u li jtemm l-investigazzjoni fir-rigward tal-importazzjonijiet ikkonsenjati mill-Malasja (ĠU L 117, 11.5.2010, p. 1).

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 102/2012 tas-27 ta’ Jannar 2012 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ħbula u kejbils tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u mill-Ukraina kif estiż għal importazzjonijiet ta’ ħbula u kejbils tal-azzar mibgħutin mill-Marokk, mill-Moldova u mir-Repubblika tal-Korea, sew jekk iddikjarati bħala li joriġinaw minn dawn il-pajjiżi u sew jekk le, wara reviżjoni tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 u li ttemm il-proċediment tar-reviżjoni tal-iskadenza li jikkonċerna l-importazzjonijiet ta’ ħbula u kejbils tal-azzar li joriġinaw mill-Afrika t’Isfel skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 (ĠU L 36, 9.2.2012, p. 1).

(5)  Avviż Dwar il-konsegwenzi tat-tifqigħa tal-COVID-19 fuq investigazzjonijiet antidumping u antisussidji (ĠU C 86, 16.3.2020, p. 6).

(6)  Dokument “Sensitive” (Sensittiv) huwa dokument li jitqies li jkun kunfidenzjali skont l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku u l-Artikolu 6 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-GATT 1994 (il-Ftehim dwar l-Anti-Dumping). Huwa wkoll dokument protett skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).

(7)  Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

5.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 313/14


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10383 — Blackstone/Vista/Ellucian)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 313/05)

1.   

Fis-27 ta’ Lulju 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Blackstone Group Inc (“Blackstone”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

Vista Equity Partners Management, LLC (“Vista”, l-Istati Uniti tal-Amerka)

Ellucian Company L.P. (“Ellucian”, l-Istati Unita tal-Amerka).

Blackstone u Vista jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Ellucian kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Blackstone: ġestjoni ta’ assi alternattivi globali,

Vista: ditta ta’ investiment privat li tiġġestixxi għadd ta’ kumpaniji ta’ portafoll attivi fil-forniment ta’ servizzi tal-IT, iffukata fuq l-għoti tas-setgħa u t-tkabbir ta’ software għall-intrapriżi, negozji abilitati għad-data u t-teknoloġija,

Ellucian: fornitur ta’ software u servizzi tal-cloud lill-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja, bħal software għall-ippjanar tar-riżorsi tal-intrapriżi, sistemi ta’ informazzjoni għall-istudenti, software għall-ġestjoni tar-relazzjonijiet kostitwenti u l-analitika. Ellucian bħalissa hija kkontrollata minn TPG Capital.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jitqies għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja trid tiġi dejjem indikata:

M.10383 — Blackstone/Vista/Ellucian

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

5.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 313/16


Pubblikazzjoni ta’ talba għall-kanċellazzjoni skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel flimkien mal-Artikolu 7(1) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 664/2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-istabbiliment ta’ simboli tal-Unjoni għal denominazzjonijiet protetti tal-oriġini, indikazzjonijiet ġeografiċi protetti u speċjalitajiet tradizzjonali ggarantiti u fir-rigward ta’ ċerti regoli dwar il-ksib, ċerti regoli proċedurali u ċerti regoli tranżitorji oħrajn

(2021/C 313/06)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għat-talba għall-kanċellazzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), kif ukoll skont l-Artikolu 7(1) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 664/2014 (2), fi żmien tliet xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.

TALBA GĦALL-KANĊELLAZZJONI

Talba għal kanċellazzjoni skont l-Artikolu 54(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012

“Holsteiner Karpfen”

Nru tal-UE: PGI-DE-0343-CANCEL

DOP ( ) IĠP (X) STG ( )

1.   L-isem irreġistrat propost għall-kanċellazzjoni

Holsteiner Karpfen

2.   Stat membru jew pajjiż terz

Il-Ġermanja

3.   Tip ta’ prodott

Klassi 1.7.

4.   Il-persuna jew il-korp li qed tagħmel(jagħmel) it-talba għall-kanċellazzjoni

Isem:

Verband der Binnenfischerei und Teichwirte Schleswig-Holstein e.V.

Indirizz:

Grüner Kamp 15-17

24768 Rendsburg

IL-ĠERMANJA

Telefown:

+49 43319453432

Faks

+49 43319453439

Indirizz Elettroniku:

fischereiverband@lksh.de

Interess leġittimu:

L-assoċjazzjoni li qed tapplika hija identika għall-applikant oriġinali u l-utent tal-indikazzjoni ġeografika “Holsteiner Karpfen” u għalhekk għandha interess leġittimu f’din l-applikazzjoni għal kanċellazzjoni.

5.   Tip ta’ kanċellazzjoni u raġunijiet relatati

F’konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 54(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012

il-punt (a)

il-punt (b)

F’konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 54(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012

Raġunijiet:

Il-kundizzjonijiet għall-produzzjoni tal-karpjun iddeterjoraw b’mod stabbli minn meta ngħatat l-IĠP “Holsteiner Karpfen”. B’mod partikolari, il-protezzjoni qawwija għall-predaturi bħall-marguni, l-ajkli u, l-aktar reċenti, il-lontri żiedet it-telf finanzjarju, u b’hekk il-produzzjoni kummerċjali tal-karpjuni ma għadhiex vijabbli. Meta l-isem ġie rreġistrat fl-2007, ir-rendiment tal-karpjun tal-mejda kien għadu ta’ 250 tunnellata, iżda sal-2018 kien niżel għal 65 tunnellata. Din is-sena, xi kumpaniji ma għadhomx mistennija li jkunu jistgħu jkopru r-rekwiżiti tagħhom stess għall-karpjun tal-mejda għall-bejgħ dirett. Wara aktar minn sentejn ta’ konsultazzjoni u deliberazzjoni, il-pixxikulturi tal-karpjuni tal-assoċjazzjoni qablu li jitolbu l-kanċellazzjoni tal-IĠP “Holsteiner Karpfen”.


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 179, 19.6.2014, p. 17.


5.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 313/18


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda, li mhijiex minuri, fi Speċifikazzjoni tal-Prodott skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

(2021/C 313/07)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) fi żmien tliet xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.

APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA FL-ISPEĊIFIKAZZJONI TAL-PRODOTT TA’ DENOMINAZZJONIJIET TA’ ORIĠINI PROTETTI JEW TA’ INDIKAZZJONIJIET ĠEOGRAFIĊI PROTETTI LI MHIJIEX MINURI

Applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda f’konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012

“Nostrano Valtrompia”

Nru tal-UE: PDO-IT-0823-AM01 – 24 ta’ Novembru 2020

DOP (X) IĠP ( )

1.   Grupp applikant u interess leġittimu

Consorzio di Tutela del Nostrano Valtrompia (L-Assoċjazzjoni għall-Protezzjoni ta’ “Nostrano Valtrompia”). Indirizz reġistrat: Via G. Matteotti 327, 25063 Gardone Val Trompia. Indirizz tal-posta elettronika ċċertifikat: dopnostranovaltrompia@legalmail.it

L-Assoċjazzjoni għall-Protezzjoni ta’ “Nostrano Valtrompia” hija ffurmata minn produtturi tal-ġobon “Nostrano Valtrompia”. Hija intitolata tippreżenta applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 13(1) tad-Digriet Nru 12511 tal-14 ta’ Ottubru 2013 tal-Ministeru tal-Politika Agrikola, Alimentari u tal-Forestrija.

2.   Stat Membru jew Pajjiż Terz

L-Italja

3.   Intestatura fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott affettwata mill-emenda/i

Isem il-prodott

Deskrizzjoni tal-prodott

Żona ġeografika

Prova tal-oriġini

Metodu ta’ produzzjoni

Rabta

Tikkettar

Oħrajn [speċifika]

4.   Tip ta’ emenda/i

Emenda għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ DOP jew IĠP irreġistrata li ma għandhiex tikkwalifika bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

Emenda għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ DOP jew IĠP irreġistrata li għaliha ma jkun ġie rreġistrat l-ebda Dokument Uniku (jew ekwivalenti) u li ma għandhiex tikkwalifika bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

5.   Emenda/i

5.1.    Deskrizzjoni tal-prodott

Bidla fil-perċentwal ta’ xaħam fuq bażi xotta u tneħħija tal-kontenut ta’ xaħam fuq bażi mxarrba

Emenda għall-Artikolu 2 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u għall-punt 3.2 tad-Dokument Uniku

It-test ma għadux jiddikjara l-kontenut ta’ xaħam tal-ġobon fuq bażi mxarrba.

Verżjoni preċedenti:

“Il-kontenut tax-xaħam tal-ġobon bħala tali jvarja bejn 18 u 28 %,

, filwaqt li l-kontenut fuq is-sustanza niexfa jvarja bejn 27,5 u 42 %”

Verżjoni ġdida:

“Il-kontenut ta’ xaħam tal-ġobon fuq bażi niexfa huwa ta’ bejn 27,5 % u 45,0 %.”

Din iż-żieda fil-perċentwal ta’ xaħam fuq bażi niexfa hija spjegata mill-fatt li l-interess fil-ġobon minn meta nkiseb l-istatus ta’ DOP fl-2012 wassal biex daħlu ħafna farms tal-bhejjem tal-ifrat ibbażati fil-muntanji fil-katina ta’ produzzjoni ċċertifikata.

Dawn il-farms ġodda spiss jitmexxew minn gabillotti li jiġġestixxu l-merħliet tagħhom b’tekniki li huma aktar razzjonali minn dawk tal-passat.

Tnaqqis fil-frekwenza tal-ħlib, titjib ġenetiku, daqs medju tal-merħliet akbar u dieta aktar ibbilanċjata, kif ukoll titjib fis-saħħa u l-iġjene tal-merħliet, wasslu għal titjib fil-kwalità tal-ħalib, inkluż kontenut ta’ xaħam kemxejn ogħla. Għalhekk, il-ġobon magħmul minn dak il-ħalib għandu t-tendenza li jkollu kontenut ta’ xaħam kemxejn ogħla fuq bażi niexfa.

Din iż-żieda fil-perċentwal ta’ xaħam fuq bażi niexfa ma taffettwax il-karatteristiċi tal-ġobon. Barra minn hekk, jibqa’ ġobon b’kontenut ta’ xaħam medju skont l-istandard tal-Codex Alimentarius.

Id-deċiżjoni li jitneħħa l-perċentwal ta’ xaħam fuq bażi mxarrba tirriżulta mill-fatt li f’dawn l-aħħar snin, il-preżenza ta’ żewġ referenzi – xaħam fuq bażi mxarrba u xaħam fuq bażi niexfa – wasslet għal problemi fl-interpretazzjoni waqt il-kontrolli meta jkun ġie ssodisfat biss wieħed miż-żewġ rekwiżiti.

Din l-għażla hija ġġustifikata mill-fatt li l-istandard tal-Codex Alimentarius li jipprovdi definizzjoni ġenerali ta’ ġobon (Codex Stan 283/1978) jikklassifika l-ġobnijiet skont il-kontenut ta’ xaħam fil-materja niexfa sabiex jagħti kejl aktar oġġettiv li mhuwiex influwenzat mill-kontenut ta’ ilma.

5.2.    Metodu ta’ produzzjoni

Bidliet fl-informazzjoni dwar il-kultura starter fl-Artikolu 5.2 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott

Verżjoni preċedenti:

“Kultura starter ibbażata fuq ix-xorrox, magħmula billi jittieħed ix-xorrox jaħraq minn mhux aktar mill-aħħar tlett ijiem tal-produzzjoni tal-ġobon u jiġi inkubat f’temperaturi li jonqsu b’mod naturali, tista’ tiżdied mal-ħalib fil-bettija li ssaħħan. Il-kwantità permessa tal-kultura starter hija sa 2 % tal-kwantità ta’ ħalib fil-bettija.”

Verżjoni ġdida:

“Kultura starter naturali, magħmula bl-inkubazzjoni tal-ħalib jew tax-xorrox jaħraq minn mhux aktar mill-aħħar tlett ijiem tal-produzzjoni tal-ġobon, tista’ tiżdied mal-ħalib fil-bettija li ssaħħan. Il-kwantità permessa tal-kultura starter hija sa 2 % tal-kwantità ta’ ħalib fil-bettija.”

Din l-emenda tintroduċi l-possibbiltà li tintuża kultura starter ibbażata fuq il-ħalib miksuba bit-tisħin ta’ parti mill-ħalib tal-produttur stess u billi titħalla ssir f’temperaturi jonqsu għal massimu ta’ 24 siegħa, minbarra l-kulturi lattiċi bbażati fuq ix-xorrox li diġà kienu permessi mill-verżjoni preċedenti tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, sabiex jitnaqqas l-għadd ta’ ġobnijiet misjuba li mhumiex konformi minħabba difetti strutturali (toqob, qsim, eċċ.) ikkawżati minn fermentazzjoni anormali minħabba l-preżenza ta’ mikrobi mhux mixtieqa.

Din it-teknika hija mod naturali kif jiġu sfruttati aħjar il-kulturi lattiċi preżenti fl-ambjenti tal-merħla u tal-ġobon, biex b’hekk tkun possibbli għażla naturali tal-aktar kulturi xierqa għall-produzzjoni ta’ ġobnijiet mingħajr difetti. B’hekk id-diversità mikrobika naturali kollha tista’ tintuża biex tittejjeb il-kwalità tal-prodott finali.

Peress li n-“Nostrano Valtrompia” huwa magħmul bil-ħalib mhux ipproċessat, li huwa rikk fil-flora mikrobika li tvarja flimkien ma’ bidliet fil-kundizzjonijiet ambjentali, il-proċess tal-produzzjoni tal-ġobon jista’ jiġi mfixkel minn fermentazzjoni anormali kkawżata minn mikroflora mhux mixtieqa.

Mhuwiex rari li sseħħ fermentazzjoni mhux mixtieqa hekk kif “Nostrano Valtrompia” jimmatura, speċjalment meta jkunu qed jinbidlu l-istaġuni u/jew ikun hemm bidliet fid-dieti tal-bhejjem tal-ifrat (eż. minn għalf niexef għal aħdar). Din il-fermentazzjoni taffettwa l-ebusija tal-ġobon, u twasslu biex jiżviluppa toqob, xi drabi sinifikanti biżżejjed biex il-ġobon ma jikkonformax mal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott. Sabiex jiġi evitat li jiġi eskluż għadd kbir ta’ ġobon, jiġifieri li l-produtturi tal-ġobon fuq skala żgħira bbażati fil-muntanji jġarrbu telf kważi insormontabbli minħabba li jkollhom jikkummerċjalizzaw il-prodott tagħhom mingħajr l-istatus protett, huwa propost l-użu ta’ kulturi starter ibbażati fuq il-ħalib. L-użu ta’ kultura starter naturali bbażata fuq il-ħalib jippermetti li l-mikroflora nattiva tiġi sfruttata direttament mill-ħalib, jiffaċilita l-għażla tal-mikroflora meta mqabbel mal-użu ta’ starter magħmul mix-xorrox li jifdal minn proċess ta’ produzzjoni tal-ġobon li fih il-baqta tissaħħan sa temperaturi sa 52 °C. Il-permess tal-użu taż-żewġ tipi ta’ starter naturali jfisser li kull produttur tal-ġobon ikun jista’ jikkontrolla l-flora mikrobika mhux mixtieqa aktar faċilment matul il-passi tal-produzzjoni u fil-bidu tal-perjodu ta’ maturazzjoni, b’garanziji akbar li tinżamm il-kwalità tan-“Nostrano Valtrompia”.

Bidliet fil-materjali użati biex isiru l-utensili tradizzjonali użati fil-proċess tal-produzzjoni fl-Artikolu 5.2 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott

Verżjoni preċedenti:

“Ladarba l-baqta tkun inqatgħat f’biċċiet daqs ħabba tar-ross b’għodda għat-tqattigħ tal-baqta spino, din titħawwad kontinwament b’rotella (għodda tradizzjonali tal-injam li tikkonsisti f’diska tal-injam immuntata fuq manku twil) u mbagħad tissajjar f’temperatura ta’ bejn 47 °C u 52 °C. Jiżdiedu bejn 0,05 g u 0,2 g ta’ żagħfran għal kull 100 kg ta’ ħalib, jew mal-ħalib fil-bettija tat-tisħin jew mat-taħlita ta’ baqta u xorrox qabel it-tisjir. Ladarba l-baqta msajra tkun tħalliet għal 15-60 minuta biex tinġema’ fil-qiegħ tal-bettija, titneħħa b’ċarruta jew b’reċipjent ċilindriku tradizzjonali tal-injam magħruf bħala mastella, fejn tibqa’ sakemm tiġi ttrasferita fil-forma.”

Verżjoni ġdida:

“Ladarba l-baqta tkun inqatgħat f’biċċiet daqs ħabba tar-ross b’għodda għat-tqattigħ tal-baqta spino, din titħawwad kontinwament b’rotella (għodda tradizzjonali tal-injam jew ta’ materjal ieħor xieraq għall-użu fil-produzzjoni tal-ġobon, li tikkonsisti f’diska mmuntata fuq manku twil) u mbagħad tissajjar f’temperatura ta’ bejn 47 °C u 52 °C. Jiżdiedu bejn 0,05 g u 0,2 g ta’ żagħfran għal kull 100 kg ta’ ħalib, jew mal-ħalib fil-bettija tat-tisħin jew mat-taħlita ta’ baqta u xorrox qabel it-tisjir.

Ladarba l-baqta msajra tkun tħalliet għal 15-60 minuta biex tinġema’ fil-qiegħ tal-bettija, titneħħa b’ċarruta jew b’reċipjent ċilindriku tradizzjonali magħruf bħala mastella, magħmul mill-injam jew minn materjal ieħor xieraq għall-produzzjoni tal-ġobon, fejn tibqa’ sakemm tiġi ttrasferita fil-forma.”

Sabiex in-negozji fuq skala żgħira bbażati fil-muntanji mmexxija minn produtturi tal-ġobon żgħażagħ, li jiġbru u jipproċessaw il-ħalib mingħand bdiewa lokali, ikunu jistgħu jiġu ċċertifikati għall-produzzjoni tad-DOP, l-għodod tradizzjonali bħar-rotella u l-mastella ma għadx għandhom għalfejn ikunu magħmula mill-injam iżda issa jistgħu jkunu magħmula wkoll minn materjali oħrajn użati b’mod komuni fil-produzzjoni tal-ġobon li huma permessi taħt ir-regoli tas-sikurezza alimentari.

Dan jagħmilha aktar faċli li jinħasel it-tagħmir, biex jitnaqqas il-piż tax-xogħol li diġà huwa kbir, b’mod partikolari għal dawk il-produtturi tal-ġobon li jużaw il-ħalib mill-merħliet tagħhom stess.

Bidliet fir-regoli dwar it-tmelliħ fl-Artikolu 5.3 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott

Verżjoni preċedenti:

“5.3

Tmelliħ

It-tmelliħ regolari, proċess li jikkonsisti fit-traxxix ta’ melħ niexef fuq l-uċuħ u l-ġnub tal-ġobnijiet bl-idejn, iseħħ fuq perjodu li jvarja minn 5 ijiem sa 20 jum skont id-daqs tal-ġobon.”

Verżjoni ġdida:

“5.3

Tmelliħ

Iż-żieda regolari tal-melħ, proċess li jikkonsisti jew fit-traxxix ta’ melħ niexef fuq l-uċuħ u fuq il-ġnub tal-ġobnijiet bl-idejn jew billi jitqiegħdu f’salmura, iseħħ fuq perjodu li jvarja minn 5 ijiem sa 20 jum skont id-daqs tal-ġobon.”

Din l-emenda tagħmilha possibbli li titnaqqas il-kwantità ta’ melħ fil-prodott billi tagħmilha aktar faċli li dan l-istadju jiġi kkontrollat. Is-salmura ma tikkompromettix il-karatteristiċi tal-ġobon li jirriżulta kif stipulati fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, u hija aktar faċli għall-produtturi żgħażagħ tal-ġobon li ma għandhomx esperjenza fiż-żieda ta’ melħ niexef.

Bidliet fir-rekwiżiti dwar il-maturazzjoni fl-Artikolu 5.4 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, l-Artikolu 3 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punt 3.2 tad-Dokument Uniku

Verżjoni preċedenti:

“5.4

Maturazzjoni

Il-ġobnijiet jinqalbu bejn kull 3 u 10 ijiem matul il-perjodu ta’ maturazzjoni. Barra minn hekk, mit-tielet xahar sat-tmiem tal-perjodu ta’ maturazzjoni, il-qoxra trid tingħorok u tindilek biż-żejt tal-kittien bejn kull 7 ijiem u 20 jum.

Il-ġobnijiet iridu jiġu mmaturati għal mill-inqas 12-il xahar minn meta jitqiegħdu fil-forma. Ladarba jkun tlesta l-perjodu minimu tal-maturazzjoni, il-logo msemmi fl-Artikolu 8 jitwaħħal fuq il-ġenb tal-ġobna.”

Verżjoni ġdida:

“5.4

Maturazzjoni

Il-proċess tal-produzzjoni tal-ġobon jitqies li jispiċċa bl-istadju tat-tmelliħ, u fi kwalunkwe każ mhux qabel ma jgħaddi 20 jum minn meta l-ġobon jitqiegħed fil-forma.

Waqt il-proċess ta’ maturazzjoni, li jdum 12-il xahar minn tmiem il-perjodu tat-tmelliħ, il-ġobnijiet jinqalbu bejn kull 3 u 10 ijiem. Barra minn hekk, mit-tielet xahar sa tmiem il-perjodu ta’ maturazzjoni, il-qoxra trid tingħorok u tindilek biż-żejt tal-kittien bejn kull 7 ijiem u 20 jum. Il-produzzjoni tal-ġobon ‘Nostrano Valtrompia’, li tinkludi kemm il-perjodu ta’ produzzjoni tal-ġobon kif ukoll il-perjodu ta’ maturazzjoni, iddum mill-inqas 13-il xahar. Ladarba jkun tlesta l-perjodu minimu tal-maturazzjoni, il-logo msemmi fl-Artikolu 8 jitwaħħal fuq il-ġenb tal-ġobna.”

Il-punt 3.2 tad-Dokument Uniku

Verżjoni preċedenti:

“it-tul tal-maturazzjoni minima huwa ta’ 12-il xahar.”

Verżjoni ġdida:

“Il-perjodu minimu ta’ maturazzjoni huwa ta’ 12-il xahar, u l-proċess tal-produzzjoni sħiħ sakemm il-ġobon jitqiegħed fis-suq – jiġifieri inkluż il-perjodu tal-produzzjoni tal-ġobon mit-taħlib tal-baqar sat-tmiem tal-proċess tat-tmelliħ – jieħu 13-il xahar.”

Xi produtturi tal-ġobon ma jimmaturawx il-ġobon tagħhom stess iżda minflok jibagħtuh lil partijiet terzi immedjatament wara t-tmiem tal-proċess tat-tmelliħ. Kien hemm nuqqasijiet ta’ qbil dwar l-istadji tal-produzzjoni tal-ġobon u l-maturazzjoni matul il-kontrolli f’dawn l-aħħar snin, u għalhekk hija meħtieġa distinzjoni aktar ċara.

Il-perjodu tal-produzzjoni tal-ġobon jitqies li tlesta ladarba l-ingredjenti kollha, inkluż il-melħ, ikunu żdiedu mal-ġobon. Il-maturazzjoni tibda ladarba l-passi kollha involuti fil-produzzjoni tal-ġobon ikunu tlestew.

Fuq il-bażi ta’ din id-distinzjoni, issa ġiet miżjuda sentenza mat-test li tirreferi għat-tul – 13-il xahar – tal-proċess kollu tal-produzzjoni, li jinkludi kemm il-produzzjoni tal-ġobon kif ukoll il-maturazzjoni (12-il xahar mit-tmiem tat-tmelliħ).

Huwa importanti li ssir distinzjoni ċara tal-istadju tal-produzzjoni tal-ġobon – li jinvolvi l-ħalib u l-baqta – mill-istadju tal-maturazzjoni għal ġestjoni aħjar tal-pjan ta’ kontroll u l-kompiti ta’ ċertifikazzjoni fdati lill-korp ta’ kontroll. Dan jagħmilha aktar faċli li ssir distinzjoni bejn l-operaturi differenti fis-settur (produttur tal-ġobon, affineur) fit-twettiq tal-pjan ta’ kontroll u li jiġu sseparati l-impenji rispettivi tagħhom.

DOKUMENT UNIKU

“Nostrano Valtrompia”

Nru tal-UE: PDO-IT-0823-AM01 – 24 ta’ Novembru 2020

DOP (X) IĠP ( )

1.   Isem/Ismijiet [tad-DOP jew tal-IĠP]

“Nostrano Valtrompia”

2.   Stat Membru jew Pajjiż Terz

L-Italja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott [bħal fl-Anness XI]

Klassi 1.3. – Ġobon

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)

Id-DOP “Nostrano Valtrompia” hija ġobon b’kontenut medju ta’ xaħam u iebes ħafna, prodott is-sena kollha mill-ħalib mhux ipproċessat biż-żieda taż-żagħfran. Il-prodott għandu l-karatteristiċi li ġejjin meta jitqiegħed fis-suq: Il-ġobnijiet huma ċilindriċi bi ġnub kważi dritti. Għandhom dijametru ta’ bejn 30 cm u 45 cm u huma twal bejn 8 cm u 12-il cm. Jiżnu bejn 8 kg u 18-il kg. Għandhom qoxra iebsa li tvarja minn lewn isfar jagħti fil-kannella għal kulur jagħti fl-aħmar. Il-pejst huwa iebes iżda mhux imrammel iżżejjed, u għandu mnejn ikollu toqob ta’ daqs li jvarja, bejn medji u żgħar, u li jkunu mqassmin b’mod uniformi. It-togħma u l-aroma huma mimlijin u intensi; il-ġobnijiet li kisbu l-maturità minima ma għandhomx noti ta’ aċidu li jistgħu jiġu pperċepiti filwaqt li l-ġobnijiet maturi ħafna għandhom ħjiel żgħir ħafna ta’ riħa punġenti. Il-pejst huwa isfar minn lewn it-tibna b’tendenza lejn l-isfar ħadrani. Il-kontenut ta’ xaħam tal-ġobon fuq bażi niexfa huwa ta’ bejn 27,5 % u 45 %. Il-kontenut tal-umdità massimu tal-ġobon fuq bażi mxarrba huwa ta’ 36 %. Il-perjodu minimu ta’ maturazzjoni huwa ta’ 12-il xahar, u l-proċess tal-produzzjoni sħiħ sakemm il-ġobon jitqiegħed fis-suq – jiġifieri inkluż il-perjodu tal-produzzjoni tal-ġobon mit-taħlib tal-baqar sat-tmiem tal-proċess tat-tmelliħ – jieħu 13-il xahar.

3.3.   Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

Mill-inqas 75% tat-total tal-materja niexfa tikkonsisti f’ħaxix jew f’ħuxlief minn foraġġ imħallat, filwaqt li l-konċentrati ta’ ċereali u legumi u sottoprodotti tal-ipproċessar ta’ ċereali u legumi, melħ tar-ragħa u kumplessi tal-minerali u tal-vitamini li jintużaw bħala supplimenti ma għandhomx jaqbżu l-25 % tal-materja niexfa tar-razzjon tal-għalf.

Mill-inqas 50 % tal-ħtiġijiet tad-dieta ta’ kuljum tal-baqar fuq bażi ta’ materja niexfa għandhom jiġu koperti minn ħaxix u/jew minn ħuxlief minn foraġġ imħallat – li jikkonsisti fi pjanti tal-mergħat selvaġġi fosthom Dactylis glomerata, Festuca ovina, Poa annua, Phleum pratense u Trifolium montanum – miż-żona ġeografika identifikata fil-punt 4. Fil-perjodu bejn Ġunju u Settembru jiġi pprattikat ir-ragħa fil-muntanji jew fl-art baxxa għal mill-inqas 60 jum, skont il-kundizzjonijiet tat-temp. Il-bhejjem ma jistgħux jiġu mitmugħa silaġġ tal-qamħirrum.

Il-ħalib użat jiġi miż-żona tal-produzzjoni u mill-inqas 90 % tiegħu irid jiġi minn baqar Kannella Taljani rreġistrati fil-ktieb tal-merħla. L-10 % li jibqa’ jistgħu jkunu ġejjin minn razez oħrajn jew minn razez inkroċjati. Iż-żieda taż-żagħfran hija prevista fi kwantitajiet li jvarjaw bejn 0,05 g u 0,2 g għal kull 100 kg ħalib.

3.4.   Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita

Il-produzzjoni tal-ħalib u l-użu tiegħu biex isir il-ġobon, u l-maturazzjoni, l-għorik u d-dlik biż-żejt tal-ġobon, għandhom isiru fiż-żona ġeografika ddefinita skont iż-żmien u l-metodi tal-produzzjoni tradizzjonali.

3.5.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.

Il-ġobon tad-DOP “Nostrano Valtrompia” jinbiegħ f’roti sħaħ jew imqatta’ f’porzjonijiet. Il-ġobon jista’ jinqata’ f’biċċiet, li jistgħu jvarjaw fil-piż iżda għandhom ikunu kbar biżżejjed biex jinkludu parti mill-ġenb li tagħti prova tal-oriġini tal-ġobon. Il-biċċiet jistgħu jiġu ppakkjati minn qabel jew f’imballaġġ bil-vakwu jew f’imballaġġ b’atmosfera modifikata.

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar

Il-ġobon tad-DOP “Nostrano Valtrompia” jiġi kkummerċjalizzat sħiħ u/jew imqatta’ f’porzjonijiet u huwa kkummerċjalizzat bil-logo, inkluż il-kliem “Nostrano Valtrompia” ripetut diversi drabi u n-numru tal-identifikazzjoni tal-produttur, stampat mal-ġenb tal-forma. Tista’ titwaħħal karta tonda fuq wiċċ minnhom, bil-logo ta’ identifikazzjoni u l-kliem “Nostrano Valtrompia” DOP, bil-logo tal-UE maġenbhom.

4.   Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

Iż-żona tal-produzzjoni u tal-maturazzjoni tal-ġobon tad-DOP “Nostrano Valtrompia” tikkonsisti fil-muniċipalitajiet tal-Provinċja ta’ Brescia li jinsabu fil-wied magħruf bħala Valle Trompia, li huma Bovegno, Bovezzo, Brione, Caino, Collio, Concesio, Irma, Gardone Val Trompia, Lodrino, Lumezzane, Marcheno, Marmentino, Nave, Pezzaze, Polaveno, Sarezzo, Tavernole sul Mella, Villa Carcina, kif ukoll iż-żona fil-muntanji tal-muniċipalità ta’ Gussago li tinkludi fiha s-subdiviżjonijiet ta’ Quarone u Civine.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

Il-ġobon tad-DOP “Nostrano Valtrompia” huwa prodott f’ambjent ġeografiku kkaratterizzat minn għoljiet weqfin, mergħat dojoq fil-qigħan tal-widien u mergħat muntanjużi fejn jikbru pjanti tal-mergħat selvaġġi bħal Dactylis glomerata, Festuca ovina, Poa annua, Phleum pratense, Trifolium montanum, eċċ. Dawn il-pjanti, li jittieklu friski mill-annimali (prinċipalment tar-razza kannella (bruna)) waqt li jkunu fil-mergħa matul il-perjodu ta’ ragħa fil-muntanji tas-sajf jew bħala tiben matul il-bqija tas-sena, jikkontribwixxu għall-karatteristiċi organolettiċi tal-ħalib, peress li l-kwalitajiet aromatiċi tagħhom jiġu trażmessi direttament lill-ħalib. L-istess fatturi ġeografiċi wasslu biex ikun hemm kontinwazzjoni ta’ struttura ta’ produzzjoni li hija ffurmata l-iktar minn azjendi individwali żgħar li jipproduċu l-ħalib u jagħmluh ġobon, li mbagħad jimmaturawh. B’dan il-mod, fil-Valle Trompia jissokta r-rwol tradizzjonali li min irabbi l-bhejjem fl-istess waqt ikun ukoll produttur tal-ġobon u affineur, u b’hekk tiġi żgurata identità qawwija ta’ produzzjoni b’katina qasira. Id-dimensjoni tal-familja fl-organizzazzjoni produttiva tiżgura li jinżammu l-bosta prattiki tradizzjonali fil-Valle Trompia, bħal pereżempju l-ħila li wieħed jipproduċi għodda għalih stess li tintuża fl-ipproċessar tal-ġobon jew għad-dlik tal-qoxra u finalment din id-dimensjoni tirrappreżenta l-mod ta’ kif l-għarfien jiġi trażmess oralment.

Il-ġobon tad-DOP “Nostrano Valtrompia” huwa kkaratterizzat minn kontenut baxx ħafna ta’ umdità u ta’ xaħam li jirriżultaw f’konsistenza iebsa, minkejja li mhix imrammla żżejjed. In-nuqqas ta’ ħjiel aċiduż fit-togħma, li huwa tipiku tal-bilanċ fil-fermentazzjoni tal-mikroflora indiġena tal-ħalib mhux ipproċessat, hija karatteristika oħra.

Il-kulur tal-pejst huwa isfar minn lewn it-tibna (anke minħabba l-użu taż-żagħfran) b’tendenza li jagħti lejn l-isfar ħadrani, filwaqt li l-qoxra hija iebsa u b’kulur li jvarja bejn isfar li jagħti fil-kannella għal isfar ħamrani, minħabba t-trattamenti tad-dlik biż-żejt tal-qoxra li jippreservaw il-ġobon milli jitlef wisq umdità.

L-istruttura irregolari u mħarbta tat-topografija wasslet għal frammentazzjoni forzata tal-attivitajiet produttivi u serviet ta’ diżinċentiv biex l-ipproċessar tal-ġobon isir b’mod industrijali. B’hekk, matul iż-żmien żviluppaw orgnizzazzjonijiet azjendali bbażati fuq ażjendi żootekniċi żgħar li jipproċessaw il-ħalib li jipproduċu huma stess. Fil-fatt is-sistema komplessa tal-orografija, li tinkludi żoni tal-mergħa fil-muntanji f’altitudini ta’ iktar minn 1 800 metru ’l fuq mil-livell tal-baħar kif ukoll id-diffikultajiet tat-trasport fiż-żona tal-produzzjoni, minn dejjem kienu jikkundizzjonaw il-metodi tal-ġbir tal-ħalib u ta’ kif isir ġobon, li sal-lum għadhom isiru bi bramel/tankijiet jew friskaturi fl-azjendi li jipproċessaw il-ħalib tagħhom stess. Dawn il-fatturi kollha flimkien marbutin maż-żona ġeografika u mat-tekniki tax-xogħol tradizzjonali jiddeterminaw l-ispeċifiċità tal-ħalib u jikkontribwixxu għalhekk għall-karatteristiċi tan-“Nostrano Valtrompia”. B’mod speċifiku, li l-ħalib jitħalla joqgħod biex il-krema titla’ fil-wiċċ tal-ħalib għall-ixkumar tippermetti tnaqqis sinifikanti fil-kontenut tax-xaħam tal-ħalib li jkun maħsub li jintuża għall-produzzjoni tal-ġobon u fl-istess waqt din tikkontribwixxi biex tiżviluppa mikroflora awtoktona fil-ħalib li hija importanti għall-proċessi ta’ maturazzjoni u għall-karatteristiċi tat-togħma tal-ġobon. L-azzjoni kombinata tal-mikroflora indiġena preżenti fil-ħalib mhux ipproċessat tal-bettija tat-tisħin tippermetti aċidifikazzjoni korretta tal-baqta u matul il-maturazzjoni tikkontribwixxi għall-produzzjoni ta’ kwantità importanti ta’ peptidi u amminoaċidi liberi li jikkaratterizzaw il-proprjetajiet tal-palat u tat-togħma filwaqt li jneħħu l-ħjiel aċiduż mit-togħma tal-ġobon.

Matul il-perjodu ta’ maturazzjoni tal-ġobon tad-DOP “Nostrano Valtrompia”, il-produtturi għadhom jużaw il-prattika tad-dlik biż-żejt biex jiġi evitat li jinxef wisq malajr (li jintlaħaq malajr wisq il-valur massimu tal-kontenut ta’ umdità ta’ 36%), li jaffettwa b’mod negattiv l-attività tal-enżimi, u b’hekk jikkomprometti l-karatteristiċi ta’ togħma qawwija.

Barra minn hekk, il-prattika taż-żieda taż-żagħfran fil-ħalib jew fit-taħlita tax-xorrox u baqta tippermetti li tittejjeb id-dehra tal-pejst tal-ġobon li, f’każ li ma jiżdiedx iż-żagħfran, jista’ jkun ħadrani żżejjed minħabba fatturi marbutin mal-ixkumatura parzjali tal-ħalib u l-għalf tal-baqar.

Fil-Valle Trompia, jiddomina r-rwol ta’ min irabbi l-bhejjem li jkun ukoll il-produttur tal-ġobon u l-affineur tiegħu. Għaldaqstant, il-biċċa l-kbira tal-katina tal-produzzjoni ssir minn persuna waħda. F’dan il-kuntest, isir użu minn tekniki komuni li jgħaddu minn ġenerazzjoni għall-oħra.

Iż-żieda taż-żagħfran, l-użu tal-btieti tat-tisħin tar-ram u ta’ għodda li spiss ikunu prodotti mill-istess produtturi tal-ġobon, bħalma huma l-għodda għat-tqattigħ tal-baqta spino, l-għodda tat-taħwid rotella u l-ixkumatur spannarola, u l-użu taż-żejt tal-kittien mill-produtturi matul il-maturazzjoni jixhdu ż-żamma tal-metodu tal-ipproċessar tal-ħalib kif kien fl-imgħoddi, li jippermetti li jinkiseb in-“Nostrano Valtrompia,” li huwa ġobon li jesprimi l-kultura umana u agrikola tat-territorju tal-produzzjoni.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott

(it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament)

It-test sħiħ tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott jista’ jiġi kkonsultat fuq is-sit web li ġej: http://www.politicheagricole.it/flex/cm/pages/ServeBLOB.php/L/IT/IDPagina/3335

jew inkella:

billi żżur direttament il-paġna ewlenija tal-Ministeru tal-Politika Agrikola, Alimentari u tal-Forestrija (www.politicheagricole.it) u tikklikkja fuq “Qualità” (fin-naħa ta’ fuq tal-lemin tal-iskrin), u mbagħad fuq “Prodotti DOP IGP STG” (fuq in-naħa tax-xellug tal-iskrin) u fl-aħħar tagħfas fuq “Disciplinari di Produzione all’esame dell’UE”.


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.


5.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 313/25


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal emenda tal-Unjoni għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid skont l-Artikolu 97(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(2021/C 313/08)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) fi żmien xahrejn mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.

APPLIKAZZJONI GĦAL EMENDA TAL-UNJONI GĦALL-ISPEĊIFIKAZZJONI TAL-PRODOTT

SOAVE

PDO-IT-A0472-AM04

Data tal-applikazzjoni: 21 ta’ Marzu 2019

1.   Applikant u interess leġittimu

Consorzio Tutela Vini Soave e Recioto di Soave

Associazione di produttori della DOP Soave

2.   Intestatura fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott affettwata mill-emenda/i

Isem il-prodott

Kategorija tal-prodott tad-dwieli

Rabta

Restrizzjonijiet tal-kummerċjalizzazzjoni

3.   Deskrizzjoni u raġunijiet għall-emenda

Dispożizzjonijiet dwar l-ibbottiljar fiż-żona ġeografika demarkata

L-intestatura fl-ispeċifikazzjoni affettwata mill-emenda

Artikolu 5(1)

Deskrizzjoni u raġunijiet

L-emenda tikkonċerna d-dispożizzjoni dwar l-ibbottiljar fiż-żona tal-produzzjoni demarkata.

B’din l-emenda, il-produtturi tad-DOP Soave għandhom l-għan li jikkoreġu nuqqas fit-test oriġinali tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott approvat fl-aħħar tal-1968, żmien meta r-regoli ġenerali dwar id-denominazzjonijiet tal-oriġini nazzjonali jew tal-UE kienu jispeċifikaw li l-ibbottiljar u l-ippakkjar iridu jsiru fiż-żona demarkata. Din ir-regoli ġenerali ġiet introdotta wara s-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea tas-16 ta’ Mejju 2000, il-kawża C-388/95.

Ir-raġuni għall-emenda hija l-ħtieġa li tiġi ppreżervata l-kwalità tal-inbejjed tad-DOP Soave, li tiġi ggarantita l-oriġini tagħhom u li jiġi żgurat li l-kontrolli jkunu effettivi u f’waqthom.

Jidher li t-trasport u l-ibbottiljar barra miż-żona tal-produzzjoni jistgħu jikkompromettu l-kwalità tal-inbid Soave, peress li jista’ jkun espost għal reazzjonijiet redox, bidliet f’daqqa fit-temperatura u kontaminazzjoni mikrobijoloġika. Dawn il-fenomeni b’mod partikolari jista’ jkollhom effetti negattivi fuq il-karatteristiċi fiżikokimiċi (l-aċidità totali minima, l-estratt minimu mingħajr zokkor, eċċ.) u organolettiċi (il-kulur, l-aroma u t-togħma).

Dawn ir-riskji jsiru aktar serji aktar ma tkun kbira d-distanza miż-żona tal-produzzjoni. Madankollu, l-ibbottiljar fiż-żona tal-oriġini jgħin jippreżerva l-karatteristiċi u l-kwalità tal-prodott, peress li l-konsenji tal-inbid ma jiġux ittrasportati jew jiġu ttrasportati fuq distanzi qosra biss.

Dawn l-aspetti, flimkien mal-esperjenza u l-għarfien teknikuxjentifiku profond tal-kwalitajiet partikolari tal-inbejjed miksuba mill-produtturi tad-denominazzjoni ta’ oriġini Soave matul is-snin, jippermettu li l-ibbottiljar jitlesta fiż-żona tal-oriġini bl-aħjar prekawzjonijiet teknoloġiċi bil-ħsieb li jiġu ppreżervati l-karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u organolettiċi kollha tal-inbejjed koperti mill-Ispeċifikazzjoni.

Objettiv ieħor tal-ibbottiljar fiż-żona tal-produzzjoni huwa li jiġi żgurat li l-korp kompetenti jkun jista’ jwettaq id-dmirijiet ta’ monitoraġġ tiegħu bl-akbar effiċjenza, effikaċja u kosteffettività. Dawn ir-rekwiżiti ma jistgħux jiġu assigurati bl-istess mod barra miż-żona tal-produzzjoni.

Il-korp ta’ kontroll li jwettaq il-verifika annwali tal-konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Ispeċifikazzjoni jista’ jiskeda malajr ħafna ż-żjarat ta’ spezzjoni għand l-impriżi kollha involuti fiż-żona ta’ produzzjoni fiż-żmien li l-inbid Soave jkun qed jiġi bbottiljat, f’konformità mal-pjan ta’ spezzjoni rispettiv.

L-għan huwa li jiġi żgurat b’mod sistematiku li l-konsenji tal-inbid Soave li l-ewwel ikunu ġew iċċertifikati li għaddew mit-testijiet fiżikokimiċi u organolettiċi mwettqa mill-korp ta’ spezzjoni biss ikunu jistgħu jiġu bbottiljati. Dan jagħmilha possibbli li jinkisbu riżultati aħjar f’termini tal-effikaċja tal-verifiki, bi spiża limitata għall-produtturi, bl-għan li joffru lill-konsumaturi l-garanziji massimi rigward l-awtentiċità tal-inbid.

Din l-emenda tikkonċerna t-taqsima 1.9 tad-Dokument Uniku.

DOKUMENT UNIKU

1.   Isem/ismijiet għar-reġistrazzjoni

Soave

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

DOP – Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta

3.   Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli

1.

Inbid

5.

Inbid frizzanti ta’ kwalità

4.   Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed

Soave (inklużi s-Soave Classico u s-Soave Colli Scaligeri)

kulur: isfar lewn it-tiben kultant jagħti fl-aħdar;

aroma: karatteristika b’aromaintensa u delikata;

togħma: xotta, b’palat medju, armonjuża, ftit morra;

qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 10,5% vol. għas-Soave u 11,0% vol. għas-Soave Classico u għas-Soave Colli Scaligeri;

estratt minimu mingħajr zokkor: 15,0 g/l għas-Soave u 16,0 g/l għas-Soave Classico u għas-Soave Colli Scaligeri;

Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella ta’ hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

 

Aċidità totali minima

4,5 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

Soave spumante (inklużi s-Soave spumante Classico u s-Soave spumante Colli Scaligeri)

ragħwa: fina u persistenti;

kulur: isfar lewn it-tiben kultant jagħti fl-aħdar, jgħajjat;

aroma: karatteristika b’aromaintensa u delikata;

togħma: b’palat medju, armonjuża, ftit morra fil-verżjonijiet extra brut jew brut jew extra dry jew dry;

qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 11 % vol.;

estratt minimu mingħajr zokkor: 15,0 g/l

Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella ta’ hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

 

Aċidità totali minima

5,0 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

5.   Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid

a.   Prattiki enoloġiċi speċifiċi

Il-metodu Taljan tal-produzzjoni ta’ nbid frizzanti (awtoklava) jew il-metodu klassiku

Prattika enoloġika speċifika

Fermentazzjoni naturali mill-ġdid f’awtoklavi, bl-użu tal-metodu Charmat jew Martinotti, jew il-metodu klassiku (fermentazzjoni sekondarja fil-flixkun) skont ir-regoli fis-seħħ dwar il-produzzjoni ta’ nbejjed frizzanti.

b.   Rendimenti massimi għal kull ettaru

Soave, Soave spumante

15 000 kg ta’ għeneb għal kull ettaru

Soave Classico, u spumante Soave Colli Scaligeri, u spumante

14 000 kg ta’ għeneb għal kull ettaru

6.   Żona ġeografika demarkata

A

- L-għeneb li jintuża għall-produzzjoni tal-inbejjed tad-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata Soave jrid jikber fiż-żona li tinkludi t-territorju kollu, jew parti minnu, tal-muniċipalitajiet ta’ Soave, Monteforte d’Alpone, San Martino Buon Albergo, Mezzane di Sotto, Roncà, Montecchia di Crosara, San Giovanni Ilarione, San Bonifacio, Cazzano di Tramigna, Colognola ai Colli, Caldiero, Illasi u Lavagno fil-provinċja ta’ Verona.

Il-konfini ta’ din iż-żona huma definiti kif ġej:

Lejn in-Nofsinhar, min-naħa tal-Punent, tibda mill-post abitat ta’ San Martino Buon Albergo u ssegwi t-triq nazzjonali Nru 11 sa S. Pietro. Imbagħad iddur lejn in-Nofsinhar għat-triq li twassal għal Caldiero u minn hemm issegwi t-tarf tal-għoljiet Rocca u Gazzo “l fuq mill-altitudni 40 sakemm terġa’ lura għat-triq nazzjonali Nru 11 u ssegwi t-triq muniċipali li taqsam il-linja ferrovjarja Milan-Venezja permezz ta’ passaġġ minn fuqha; Minn hemm id-demarkazzjoni tikkoinċidi mat-triq nazzjonali Nru 11 sal-pont fuq ix-xmara Alpone viċin il-fabbrika taz-zokkor ta’ San Bonifacio minn fejn issegwi t-triq li tgħaddi minn San Lorenzo sakemm tiltaqa’ mal-awtostrada Serenissima, li min-naħa tagħha tiddemarka ż-żona fil-muniċipalità ta’ San Bonifacio sal-fruntiera mal-provinċja ta’ Vicenza. Id-demarkazzjoni tikkoinċidi mal-konfini mal-provinċja ta’ Vicenza tal-muniċipalitajiet ta’ Monteforte, Roncà u San Giovanni Ilarione sat-triq li taqsam il-konfini provinċjali, fin-Nofsinhar tal-Monte Madarosa; imbagħad tingħaqad ma’ dik it-triq fid-direzzjoni ta’ San Giovanni Ilarione, u tgħaddi minn Deruti, Lovati, Paludi u Rossetti sal-post abitat imsemmi qabel; minn hemm issegwi t-triq li tgħaddi minn Cereghi, Fornace u Tessari f’altitudni 250, tgħaddi tul il-Vaio Muni sa Soejo u mbagħad tkompli sal-punt fejn jiltaqgħu l-konfini tal-muniċipalitajiet ta’ Tregnago, San Giovanni Ilarione u Cazzano. Minn dak il-punt id-demarkazzjoni ssegwi l-konfini tal-muniċipalità ta’ Cazzano sa Soraighe; minn hemm issegwi t-triq li tgħaddi taħt l-għoljiet ta’ M. Bastia, l-ewwel lejn it-Tramuntana u mbagħad lejn il-Lvant taħt C. Andreani. Minn hemm issegwi t-triq li tgħaddi minn Montecchia di Crosara u tiltaqa’ max-xmara Albo. Wara li tingħaqad mat-triq minn Tolotti, iddur lejn in-Nofsinhar permezz tal-altitudni 300 li tgħaddi taħt C. Brustoloni u tingħaqad mat-triq li twassal għal Dami permezz tal-altitudni 326; minn hemm il-konfini bejn Soave, Cazzano u Montecchia jiltaqgħu fl-altitudni 418, minn fejn issegwi l-konfini bejn Cazzano u Montecchia lejn it-Tramuntana sakemm, wara 100 metru, taqsam linja tal-ferrovija li tkompli matulha lejn il-Punent sa C. Fontana Fora. Imbagħad issegwi l-linja tal-ferrovija lejn in-Nofsinhar sa Pissolo di Sopra u mbagħad it-triq li tgħaddi minn Faella, qabel ma ddur lejn il-Lvant biex tasal f’Pissolo di Sotto. Imbagħad issegwi l-linja tal-ferrovija lejn in-Nofsinhar sa Pissolo di Sopra u tkompli fid-direzzjoni ta’ Pissolo di Sotto sakemm tgħaddi mir-raħal. Tkompli għaddejja minn Chiavica u wara ssegwi t-triq li twassal minn Cazzano sa Canova. Tasal sar-raħal ta’ Canova u eżatt wara tipproċedi lejn il-Punent mill-altitudni 84 sal-altitudni 73, tmur lil hinn minn il Pissolo u tasal sa Cantina Sociale (ara d-dettall A1*). Minn hemm taqbad il-Via Monti u ssegwiha sa Cazzano.

Tul it-triq, fiċ-ċentru ta’ Cazzano (altitudni 100), iddur lejn il-Punent sa T. Tramigna u mbagħad tinżel lejn in-Nofsinhar sal-pont fit-triq għal Illasi. Issegwi dik it-triq lejn il-Punent sas-salib it-toroq ta’ S. Colombano u mbagħad issegwi t-triq sal-kappella (altitudni 135). Tkompli lejn in-Nofsinhar (ara d-dettall A2*) sa Grisi, u mbagħad lejn il-Lvant-Xlokk fejn tgħaddi minn Case Val dell’Oco u tkompli sa Cereolo di Sopra. Issegwi t-triq li twassal għal Cereolo di Sotto u mbagħad it-triq lejn il-Punent u t-triq li, lejn il-Lbiċ, tasal sa Bocca Scaluce u ssegwi l-ewwel il-linja tal-ferrovija lejn it-Tramuntana u mbagħad it-triq li lil hinn minn Pistoza tilħaq it-triq lejn Illasi. Issegwi ftit din it-triq lejn il-Punent (għal madwar 100 metru) u mbagħad issegwi l-linja tal-ferrovija madwar C.Troni lejn it-Tramuntana, u mbagħad, filwaqt li tibqa’ sejra lejn il-Punent, taqbad it-triq li tingħaqad mat-triq lejn Illasi. Taqbad dik it-triq lejn in-Nofsinhar għal madwar 250 metru u mbagħad, lejn il-Punent, it-triq li tgħaddi min-Nofsinhar ta’ Mormontea sa qrib km 16 fit-triq lejn Illasi. Taqbad dik it-triq lejn il-Lbiċ u ssegwiha għal ftit distanza lejn ix-xmara Illasi. Taqsam ix-xmara u tkompli minn Valnogara u mbagħad tul il-Via Montecurto, l-ewwel lejn il-Punent sal-intersezzjoni mal-Via Cara, u mbagħad, skont linja immaġinarja lejn il-Punent-Lbiċ (ara d-dettall A3*), taqsam il-konfini muniċipali ta’ Illasi, f’Montecurto di Sopra. Imbagħad issegwi din il-fruntiera lejn it-Tramuntana sa qrib l-altitudni 92 fit-triq lejn Lione. Issegwi dik it-triq lejn it-Tramuntana, tgħaddi minn Lione, lil hinn minn C. Spiazzi, u f’Leon S. Marco tieħu t-triq li lejn il-Grigal tilħaq C. Santi f’altitudni 135. Minn hemm issegwi t-triq għal Fratta għal madwar 300 metru lejn il-Punent u mbagħad lejn it-Tramuntana, tgħaddi minn Fratta u lejn il-Punent sa Mezzane di Sotto. Imbagħad issegwi t-triq lejn in-Nofsinhar madwar Casoni, Turano, Val di Mezzo, tmur lil hinn minn Boschetto u tilħaq l-altitudni 73 f’Villa Alberti. Imbagħad issegwi t-triq lejn il-Lbiċ sa Barco di Sopra u mbagħad tkompli l-ewwel lejn il-Punent u mbagħad lejn il-Majjistral sakemm tiltaqa’ mat-triq lejn S. Briccio. Issegwiha lejn il-Grigal sa Casetta u mbagħad issegwi l-linja tal-ferrovija lejn il-Punent sat-triq li tgħaddi ftit min-Nofsinhar ta’ S. Rocco, Ca” Brusà u mbagħad lejn in-Nofsinhar tul it-triq li, wara li tgħaddi minn l’Arcandole, tasal San Martino Buon Albergo minn fejn bdiet id-demarkazzjoni.

B

- L-għeneb li jintuża għall-produzzjoni tal-inbid Soave Classico jrid jikber fiż-żona approvata bid-Digriet Ministerjali tat-23 ta’ Ottubru 1931 (Gazzetta Uffiċjali Nru 289 tas-16 ta’ Diċembru 1931), li tinkludi parti mit-territorju tal-muniċipalitajiet ta’ Soave u Monteforte d’Alpone u hija definita kif ġej: Minn Porta Verona ta’ Soave, issegwi t-triq Soave-Monteforte sal-villaġġ ta’ San Lorenzo, fid-distrett ta’ Soave. Minn hemm, tmur lejn it-Tramuntana, billi ssegwi l-għoljiet ta’ Monte Tondo, sakemm tiltaqa’ mal-fruntiera bejn it-territorji tal-muniċipalitajiet ta’ Soave u Monteforte. Imbagħad issegwi l-għoljiet ta’ Monte Zoppega, inkluż ir-raħal ta’ Monteforte d’Alpone, f’din l-ordni: Via Zoppega, Via Novella, Via San Carlo, Via 27 Aprile. Imbagħad taqsam ix-xmara Alpone u terġa’ tingħaqad mal-Via Alpone. Tkompli lejn it-Tramuntana u finalment tieħu l-Via Roma biex tinkludi ż-żona ta’ Monticello (ara d-dettall B1*). Taqsam il-Via Santa Croce u tmur lejn il-Majjistral, biex tinkludi Cantina Sociale di Monteforte. Issegwi l-Via XX Settembre fid-direzzjoni tan-Nofsinhar u mbagħad tkompli lil hinn mix-xmara Alpone. Taqbad il-Via della Fontana li tgħaddi l-ewwel lejn il-Punent, imbagħad lejn in-Nofsinhar, imbagħad lejn il-Punent, u finalment lejn it-Tramuntana, u mbagħad issegwi l-għoljiet ta’ Monte Riondo (ara d-dettall B2*). Issegwi l-Via Monte Riondo għal madwar 530 metru u mbagħad iddur lejn it-Tramuntana biex teskludi l-parti alluvjali ta’ Torrente Ponsara. Imbagħad tieħu t-triq fid-direzzjoni tal-Lvant u tiltaqa’ mal-konfini tal-iskeda katastali 13 tal-muniċipalità ta’ Monte Forte d’Alpone li ssegwi l-Via Cervia għal madwar 110 metri. Tinkludi r-raħal ta’ Casotti (ara d-dettall B3*) u mbagħad tiltaqa’ mat-triq Monteforte-Brognoligo. Issegwi dik it-triq lejn it-Tramuntana sal-punt fejn tiltaqa’ max-xmara Torrente Carbonare, u (ara d-dettall B4*) lejn il-Punent tgħaddi tul l-għoljiet ta’ Monte Grande. Imbagħad tinżel lejn il-Lvant, fuq ix-xellug tal-wied ta’ Carbonare, u tinkludi l-post abitat ta’ Brognoligo, l-irħula ta’ Valle u Mezzavilla, u l-post abitat ta’ Costalunga. (ara d-dettall B5*) F’dan il-punt iddur lejn it-Tramuntana, u ssegwi t-triq muniċipali ta’ Sorte sakemm tiltaqa’ mal-intersezzjoni ta’ Roggia Viennega max-xmara Alpone. Imbagħad issegwi l-konfini tat-Tramuntana tat-territorju ta’ Monteforte sal-konfini tal-muniċipalità ta’ Soave f’Moscatello. Issegwi din il-konfini u tasal sa Valle Crivellara fil-punt fejn il-konfini ta’ Soave tifforma angolu. Minn hemm, il-linja tad-demarkazzjoni tissepara mill-konfini, tmur lejn il-Punent u tilħaq l-altitudni 331 f’Villa Visco. Imbagħad issegwi parti mil-linja tal-ferrovija li tinżel minn Monte Campano, tgħaddi mill-altitudni 250 u, ftit wara, f’Casa Nui, tilħaq il-fergħa sekondarja tal-Anguane (ara d-dettall B6*), li mbagħad tkompli sat-triq provinċjali ta’ Soave-Cazzano. Issegwi t-triq provinċjali lejn in-Nofsinhar sal-aħħar djar ta’ Battocchi. Minn hemm tmur lejn il-Lvant, billi ssegwi l-linja tal-ferrovija muniċipali li tgħaddi minn La Carcera sakemm taqsam, kemm kemm lil hinn mill-altitudni 54, it-triq provinċjali Soave-Castelcerino. Imbagħad tinżel lejn in-Nofsinhar permezz tal-linja tal-ferrovija muniċipali ta’ Monte Foscarino u Monte Cèrcene sal-intersezzjoni mat-triq provinċjali Soave-Castelcerino. Iddur lejn il-ġenb fin-naħa tal-Lbiċ u tinkludi l-post abitat ta’ Borgata Bassano, u tasal sal-ixmara skavata Tramigna. Issegwiha lejn in-Nofsinhar sat-triq provinċjali Soave-Borgo San Matteo, iddur lejn il-Punent tul il-ħitan tan-Nofsinhar ta’ Soave u tasal sal-Porta di Verona, fejn tibda ż-żona Classica.

C

- L-għeneb li jintuża għall-produzzjoni tal-inbid Soave bl-ispeċifikazzjoni addizzjonali tas-subżona “Colli Scaligeri” jrid jikber fiż-żona demarkata kif ġej: Miż-żona tal-punent (San Martino Buon Albergo), minn Marcellise f’San Rocco, tinżel fil-Bosco della Fratta sa Fenilon. Minn hemm, mal-ġenb tat-triq li taqsam il-pjanura mill-għolja, tasal Palù u mbagħad tmur sa Casette fid-direzzjoni ta’ San Giacomo. Minn hemm, maġenb l-għolja li tiddomina fuqha, iddur għal fuq it-triq provinċjali fid-direzzjoni ta’ Monticelli fil-muniċipalità ta’ Lavagno. Tgħaddi minn Fontana sa San Pietro (Lavagno). Mal-ġenb tat-triq li tifforma l-fruntiera bejn il-pjanura u l-għolja, tkompli għaddejja minn Villa Alberti, tgħaddi minn Boschetto, Turano, sakemm taqsam il-Progno di Mezzane fl-altitudni 92, u ssegwiha lejn it-Tramuntana sakemm tiltaqa’ mal-Via Leon li tmur lejn il-Lvant u mbagħad lejn in-Nofsinhar, fid-direzzjoni ta’ C. Spiazzi, u mbagħad minn Squarzego, Montecurto di Sopra, Canova u Casotti. Minn hemm tkompli lejn il-Lvant sa Calle fil-muniċipalità ta’ Illasi, lejn in-Nofsinhar permezz tat-triq provinċjali sal-knisja f’San Zeno, u mbagħad lejn il-Lvant sa Ceriani. Minn hemm tkompli lejn Villa u ssegwi t-triq li taqsam l-għolja mill-pjanura ħdejn Naronchi. Imbagħad tgħaddi lejn in-Nofsinhar minn San Pietro, maġenb it-triq sakemm tasal Pontesello u Caneva fit-tramuntana sa Orgnano. Minn Orgnano tmur lejn il-Grigal u ssegwi l-profil tal-għolja u tasal San Vittore. Minn hemm it-triq tgħaddi lejn it-Tramuntana minn Molini sakemm tasal fil-muniċipalità ta’ Cazzano di Tramigna fil-Cantina Sociale, u tgħaddi minn Fenil del Monte. Tkompli sal-Via Molini (minn Cazzano di Tramigna) u qabel taqsam il-Via Siro Conti ddur lejn in-Nofsinhar-Xlokk minn Chiavica, lil hinn minn Canova sakemm tasal fil-muniċipalità ta’ Soave f’Costeggiola. Titla “l fuq lejn il-Grigal u ssegwi l-konfini ta’ Soave Classico minn ġo Casa Nui, Villa Visco, Valle Crivellara, imbagħad tkompli lejn il-Lvant, dejjem maġenb iż-żona klassika minn Meggiano u Ca” Vecchie. Il-linja tad-demarkazzjoni mbagħad tgħaddi lejn it-tramuntana minn i Motti fil-muniċipalità ta’ Montecchia di Crosara, minn Castello, tgħaddi miċ-ċentru ta’ Montecchia, tgħaddi minn Biondari sa Lauri. Minn hemm it-triq taqsam it-triq provinċjali għall-barriera tal-bażalt u mbagħad lejn in-Nofsinhar fid-direzzjoni ta’ Danesi di Sotto, Casarotti u Dal Cero. Imbagħad tidħol fil-muniċipalità ta’ Roncà lejn il-Lvant, tgħaddi minn Prandi u tasal sal-post abitat ta’ Roncà (ara d-dettalji C1 u C2). Minn hemm tmur fid-direzzjoni ta’ Vittori u, fin-Nofsinhar, Momello, Binello, sakemm tasal Calderina fil-konfini mal-muniċipalità ta’ Gambellara. Id-demarkazzjoni ssegwi l-fruntiera mal-provinċja ta’ Vicenza tal-muniċipalitajiet ta’ Monteforte, Roncà u San Giovanni Ilarione sat-triq li taqsam il-fruntiera provinċjali, fin-Nofsinhar tal-Monte Madarosa; imbagħad tingħaqad ma’ dik it-triq fid-direzzjoni ta’ San Giovanni Ilarione, u tgħaddi minn Deruti, Lovati, Paludi u Rossetti sal-post abitat imsemmi qabel; minn hemm issegwi t-triq li tgħaddi minn Cereghi, Fornace u Tessari f’altitudni 250, tgħaddi tul il-Vaio Muni sa Soejo u mbagħad tkompli sal-punt fejn jiltaqgħu l-konfini tal-muniċipalitajiet ta’ Tregnago, San Giovanni Ilarione u Cazzano. Minn dak il-punt id-demarkazzjoni ssegwi l-konfini tal-muniċipalità ta’ Cazzano sa Soraighe; minn hemm issegwi t-triq li tgħaddi taħt l-għoljiet ta’ M. Bastia, l-ewwel lejn it-Tramuntana u mbagħad lejn il-Lvant taħt C. Andreani. Minn hemm issegwi t-triq li tgħaddi minn Montecchia di Crosara u tiltaqa’ max-xmara Albo. Wara li tingħaqad mat-triq minn Tolotti, iddur lejn in-Nofsinhar permezz tal-altitudni 300 li tgħaddi taħt C. Brustoloni u tingħaqad mat-triq li twassal għal Dami permezz tal-altitudni 326; minn hemm il-konfini bejn Soave, Cazzano u Montecchia jiltaqgħu fl-altitudni 418, minn fejn issegwi l-konfini bejn Cazzano u Montecchia lejn it-Tramuntana sakemm, wara 100 metru, taqsam linja tal-ferrovija li tkompli matulha lejn il-Punent sa C. Fontana Fora. Imbagħad issegwi l-linja tal-ferrovija lejn in-Nofsinhar sa Pissolo di Sopra u tkompli fid-direzzjoni ta’ Pissolo di Sotto sakemm tgħaddi mir-raħal. Tkompli għaddejja minn Chiavica u wara ssegwi t-triq li twassal minn Canova sa Cazzano di Tramigna. Tasal fiċ-ċentru ta’ Cazzano (altitudni 100), iddur lejn il-Punent sa T. Tramigna u mbagħad tinżel lejn in-Nofsinhar sal-pont fit-triq għal Illasi. Issegwi dik it-triq lejn il-Punent sas-salib it-toroq ta’ S. Colombano u mbagħad issegwi t-triq sal-kappella (altitudni 135). Tkompli lejn in-Nofsinhar (ara d-dettall A2*) sa Grisi, u mbagħad lejn il-Lvant-Xlokk fejn tgħaddi minn Case Val dell’Oco u tkompli sa Cereolo di Sopra. Issegwi t-triq li twassal għal Cereolo di Sotto u mbagħad it-triq li, lejn il-Punent, tasal sa Bocca Scaluce u ssegwi l-ewwel il-linja tal-ferrovija lejn it-Tramuntana u mbagħad it-triq li lil hinn minn Pistoza tilħaq it-triq lejn Illasi. Issegwi ftit din it-triq (għal madwar 100 metru) Punent u mbagħad issegwi l-linja tal-ferrovija madwar C.Troni lejn it-Tramuntana, u mbagħad, filwaqt li tibqa’ sejra lejn il-Punent, taqbad it-triq li tingħaqad mat-triq lejn Illasi. Taqbad dik it-triq lejn in-Nofsinhar għal madwar 250 metru u mbagħad, lejn il-Punent, it-triq li tgħaddi min-Nofsinhar ta’ Mormontea sa qrib km 16 fit-triq lejn Illasi. Taqbad dik it-triq lejn il-Lbiċ u ssegwiha għal ftit distanza lejn ix-xmara Illasi. Taqsam ix-xmara u tkompli tul it-triq lejn i Guerri minn fejn issegwi, lejn il-Punent, linja immaġinarja minn Montecurto di Sopra sa i Guerri (ara d-dettall A3*), u hi u ssegwi dik il-linja taqsam il-konfini muniċipali ta’ Illasi, f’Montecurto di Sopra. Imbagħad issegwi din il-fruntiera lejn it-Tramuntana sa qrib l-altitudni 92 fit-triq lejn Lione. Issegwi dik it-triq lejn it-Tramuntana, tgħaddi minn Lione, lil hinn minn C. Spiazzi, u f’Leon S. Marco tieħu t-triq li lejn il-Grigal tilħaq C. Santi f’altitudni 135. Minn hemm issegwi t-triq għal Fratta għal madwar 300 metru lejn il-Punent u mbagħad lejn it-Tramuntana, tgħaddi minn Fratta u lejn il-Punent sa Mezzane di Sotto. Imbagħad issegwi t-triq lejn in-Nofsinhar madwar Casoni, Turano, Val di Mezzo, tmur lil hinn minn Boschetto u tilħaq l-altitudni 73 f’Villa Alberti. Imbagħad issegwi t-triq lejn il-Lbiċ sa Barco di Sopra u mbagħad tkompli l-ewwel lejn il-Punent u mbagħad lejn il-Majjistral sakemm tiltaqa’ mat-triq lejn S. Briccio. Issegwiha lejn il-Grigal sa Casetta u mbagħad issegwi l-linja tal-ferrovija fil-Punent tat-triq li matulha tasal S. Rocco.

Dik iż-żona tinkludi wkoll l-għoljiet ta’ Monte Rocca u Monte Gazzo fil-muniċipalità ta’ Caldiero u ta’ Monte Bisson fil-muniċipalità ta’ Soave, li hija demarkata kif ġej:

Demarkazzjoni “Monte Gazzo”- “Monte Rocca” – Muniċipalità ta’ Caldiero.

Mit-triq nazzjonali Nru 11 ta’ Padana fil-banjijiet termali ta’ Giunone, taqbad it-triq li twassal għall-banjijiet termali, madwar l-għoljiet ta’ Monte Gazzo sal-altitudni 53. Minn hemm idur lejn ix-xellug u ssegwi l-profil tal-għolja li tifforma l-konfini ta’ Monte Rocca sakemm tiltaqa’ mat-triq muniċipali. Iddur fuq ix-xellug lejn iċ-ċentru ta’ Caldiero sal-pjazza. Imbagħad tkompli lejn il-lemin sakemm tiltaqa’ mat-triq muniċipali ta’ Zecconelli fuq ix-xellug, u tħalliha kważi immedjatament biex tkompli lejn it-Tramuntana billi ssegwi l-altitudni sakemm tingħaqad mal-linja tal-ferrovija. Minn hawn issegwi l-linja tal-ferrovija, u tkompli għaddejja lejn il-Lvant sal-bidu tad-demarkazzjoni.

Id-demarkazzjoni “Monte Bisson” – Il-Muniċipalità ta’ Soave.

Mill-kapitali f’Fornello tipproċedi f’direzzjoni skont l-arloġġ lejn it-Tramuntana u tkompli tul it-triq muniċipali ta’ Bisson, sal-intersezzjoni mat-triq li twassal għar-raħal ta’ San Vittore. Filwaqt li żżomm fuq il-lemin, tkompli ssegwi l-profil tal-għolja lejn in-Nofsinhar, sal-altitudni 42 sal-azjenda agrikola ta’ Bisson, u minn hemm, filwaqt li tibqa’ fl-altitudni 42, tipproċedi lejn il-Punent lejn it-triq muniċipali li twassal għal Fornello fil-muniċipalità ta’ Colognola ai Colli.

7.   Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid / jinkisbu l-inbejjed

Chardonnay B.

Garganega B.

Trebbiano di Soave B. - Trebbiano

8.   Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet

Id-DOP Soave – għall-kategoriji kollha (Inbid u Inbid Frizzanti ta’ Kwalità)

Dettalji taż-żona ġeografika;

Il-fatturi naturali li huma rilevanti għar-rabta

Iż-żona tal-produzzjoni tal-inbejjed tad-DOK Soave tinsab fil-parti tal-Punent taċ-ċentru tar-reġjun ta’ Monti Lessini qrib il-Wied Po. Il-ħamrija bit-tufa bażaltika ta’ oriġini vulkanika tikkonsisti prinċipalment f’substrati ta’ blat tal-bażalt dekompost li wasslu għal ħamrija ta’ trab ġulġlieni tafli ta’ kulur tipikament skur, b’livell baxx ta’ alkalini, rikka fis-sustanzi minerali, bi skular tajjeb iżda kapaċità tajba li żżomm l-ilma matul is-sena kollha. Dak il-karattru minerali jiffavorixxi l-proċess ta’ fermentazzjoni tal-most miksub mill-għeneb tal-Garganega u tat-Trebbiano di Soave.

F’termini ta’ klima, iż-żona ta’ Soave hija ffavorita minn klima ħafifa u moderata b’xita annwali ta’ bejn 700 u 1 000 mm, li hija prinċipalment ikkonċentrata fir-rebbiegħa u l-ħarifa. Il-klima tipikament hija moderata u umda bi sjuf sħan.

L-altitudni tal-vinji tvarja minn 35 m ’il fuq mil-livell tal-baħar fiż-żona tal-għoljiet baxxi għal 380 m ’il fuq mil-livell tal-baħar fl-ogħla għoljiet, bi gradjenti li jvarjaw u esponiment prinċipalment lejn il-Lvant, in-Nofsinhar u l-Punent;

Il-fatturi storiċi u umani rilevanti għar-rabta

Sa minn żmien ir-Rumani, it-territorju ta’ Soave kien diġà “pagus”, jiġifieri distrett agrikolu limitat għall-vitikultura magħruf għall-post tajjeb tiegħu u l-kultivazzjoni intensiva. L-għeneb tiegħu kien jintużaw biex isiru nbejjed speċjali msejħa “acinatici”, bl-użu ta’ metodu tradizzjonali ta’ tqaddid tal-għeneb. Dan issemma f’xi ittri minn żmien ir-Re Gotiku Teodoriku (503 A.D.), li jirrakkomandaw li l-produtturi ta’ Verona jfittxu dawn l-inbejjed “ħelwin ħafna u b’palat tajjeb” għall-Mejda Rjali u li ma jinsewx l-inbid magħmul mill-għeneb abjad, li “jleqq bħal xarba tal-ħalib u huwa ċarament pur... b’togħma pjaċevolment franka u estremament ħelwa”. Ir-rekords mis-680 A.D. isemmu l-użu tal-kannizzati ta’ Verona, metodu tradizzjonali ta’ tħarriġ tad-dwieli użat fiż-żona anki sal-lum.

Iż-żieda fil-produzzjoni u l-fama tal-inbejjed Soave wasslet fl-1924 għall-ewwel miżura biex tipproteġi u tiddefendi l-inbejjed tipiċi. Din kienet segwita mit-twaqqif tal-Consorzio per la difesa del Vino Tipico Soave (Il-Konsorzju għad-Difiża tal-Inbid Tipiku Soave). Fl-1931 il-Ministru Taljan irrikonoxxa l-ewwel żona demarkata għall-produzzjoni ta’ “Vino Típico Soave” (Inbid Tipiku Soave). Id-DOP ġiet rikonoxxuta fl-1968.

Il-produtturi tal-inbid ilhom sekli sħaħ iqisu l-kannizzati ta’ Verona bħala s-sistema ideali għat-tħarriġ tad-dwieli. Minbarra li hija karatteristika tal-pajsaġġ, din is-sistema ta’ tkabbir hija wkoll kruċjali għall-kwalità tal-inbejjed u l-kontinwità tal-produzzjoni tagħhom.

Fi snin reċenti, żviluppi f’din is-sistema ta’ tħarriġ tad-dwieli wasslu għal bidliet f’xi parametri fid-dawl tal-objettivi enoloġiċi segwiti: il-produtturi tal-inbid qalbu minn kannizzati bi spazju ta’ 4.5-5 m bejn ir-ringieli u investiment ta’ 0,8 sa 1,5 m fuq ir-ringieli (fejn l-ispazju bejn ir-ringieli tipikament kien kompletament mgħotti mill-veġetazzjoni) għal kannizzati b’distanzi ta’ tħawwil aktar dojoq u dwieli li jinżabru ħafna iqsar b’numru ħafna aktar baxx ta’ blanzuni għal kull pjanta.

Is-sistemi ta’ tħarriġ tad-dwieli tal-kannizzatti ta’ Verona għalhekk jippermettu lill-għeneb isir u jikseb saħħa ottimali.

Minbarra din is-sistema tradizzjonali ta’ tħarriġ tad-dwieli bbażata fuq il-kannizzati, hemm ukoll metodi ta’ ħitan jew espalier, b’mod partikolari f’żoni ta’ artijiet ċatti fejn huwa eħfef li jintużaw il-magni fuq id-dwieli waqt iż-żbir u l-ħsad.

F’terren bl-għoljiet, peress li huwa diffiċli li jiġu mekkanizzati l-operazzjonijiet fuq l-għoljiet weqfin, il-ħsad ġeneralment tardiv isir prinċipalment bl-idejn.

Iż-żona ta’ Soave attwalment tipproduċi numru sinifikanti ta’ nbejjed eċċellenti li jingħataw il-premji kull sena mill-gwidi internazzjonali ewlenin tas-settur. Tingħata wkoll premji eċċellenti u regolari fil-kompetizzjonijiet ewlenin tal-produzzjoni tal-inbid madwar id-dinja.

Id-DOP Soave – Kategoriji tal-Inbid

Rabta ta’ kawżalità bejn il-kwalità, il-karatteristiċi tal-prodott u l-ambjent ġeografiku, u l-fatturi naturali u umani.

L-inbid tad-DOP Soave, inklużi dawk il-varjazzjonijiet li għandhom l-indikazzjonijiet “Classico” u “Colli Scaligeri”, huma ta’ isfar lewn it-tiben li kultant jagħti fl-aħdar, b’aroma intensa pjaċevoli u togħma rikka b’aċidità bbilanċjata tajjeb; b’mod aktar speċifiku, hemm noti mmarkati ta’ lewż u fjuri bojod, frott eżotiku, ċitru u ħwawar.

L-għoljiet taż-żona ta’ Verona jipprovdu ambjent ideali għall-prodotti tad-DOP Soave kif ukoll għal dawk li għandhom l-indikazzjonijiet “Classico” u “Colli Scaligeri”. Il-ħamrija kalkarja u vulkanika hija rikka fin-nutrijenti u n-nixxigħat friski li jinżlu mill-Monti Lessini jippermettu li jintlaħaq sajran ottimali filwaqt li tinżamm l-aċidità tal-għeneb li hija meħtieġa għall-inbejjed bojod. Il-metodu tradizzjonali tat-tħarriġ tad-dwieli bil-kannizzati, l-għarfien espert tekniku tal-produtturi tal-inbid, is-sekli ta’ tradizzjoni u l-investimenti fit-teknoloġija moderna kollha jingħaqdu biex jipproduċu nbejjed ta’ kumplessità kbira ta’ aroma u rikkezza fit-togħma, b’firxa minn medja sa għolja ta’ zokkor u aċidità bbilanċjata tajjeb.

B’mod aktar speċifiku, l-inbid tad-DOP Soave li għandu l-indikazzjoni “Classico” huwa l-inbid bl-eqdem tradizzjoni fiż-żona, u għandu karatteristiċi organolettiċi minerali, togħma sħiħa u bbilanċjata tajjeb b’noti baxxi ta’ ħxejjex, olfattorji u retroolfattorji.

Id-DOP Soave – Kategorija ta’ Inbid Frizzanti ta’ Kwalità

Rabta ta’ kawżalità bejn il-kwalità, il-karatteristiċi tal-prodott u l-ambjent ġeografiku, u l-fatturi naturali u umani.

L-inbejjed frizzanti tad-DOP Soave, u dawk li għandhom l-indikazzjonijiet “Classico” u “Colli Scaligeri”, għandhom ragħwa fina u persistenti. Huma isfar lewn it-tiben kultant jagħti fl-aħdar, jgħajjat, b’aroma delikata u bilanċ pjaċevoli bejn l-estratti u z-zokkor f’termini ta’ togħma. Il-kontenut taz-zokkor ivarja minn extra brut għal xott.

Il-klima moderata u l-varjazzjonijiet fit-temperatura bejn il-ġurnata u l-lejl li huma tipiċi fiż-żona ta’ Soave huma strumentali fil-produzzjoni ta’ numru sinifikanti ta’ prekursuri aromatiċi li jtejbu l-karatteristiċi organolettiċi u n-noti tipiċi tad-dwieli varji li jiffurmaw il-varjetajiet tal-għeneb għad-DOP Soave.

L-inbid frizzanti huwa wkoll pjaċevolment vivaċi b’aċidità xotta u bilanċ pjaċevoli fit-togħma ta’ estratti u zokkor. L-għeneb jinħasad qabel dak maħsub għall-produzzjoni tal-verżjoni mhux frizzanti tal-inbid tad-DOP Soave, sabiex jiġi żgurat li l-livelli tal-aċidità jkunu għoljin biżżejjed. L-aċidità hija ggarantita wkoll mill-pH baxx tal-ħamrija u l-varjazzjonijiet fit-temperatura li huma tipiċi taż-żona.

9.   Rekwiżiti oħra speċifiċi

DOP Soave

Qafas ġuridiku :

Il-leġiżlazzjoni tal-UE

Tip ta’ rekwiżit ieħor:

Deroga għall-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata

Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:

Skont it-tifsira tal-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 2019/33, l-inbid jista’ jiġi prodott fit-territorju tal-provinċja ta’ Verona u fit-territorju tal-muniċipalitajiet ta’ Gambellara u Montebello fil-provinċja ta’ Vicenza.

DOP Soave

Qafas ġuridiku:

Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit ieħor:

Ibbottiljar fiż-żona ġeografika demarkata

Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:

Ir-raġuni għall-ibbottiljar fiż-żona ta’ produzzjoni demarkata hija l-ħtieġa li tiġi ppreżervata l-kwalità tal-inbejjed tad-DOP Soave, li tiġi ggarantita l-oriġini tagħhom u li jiġi żgurat li jistgħu jitwettqu kontrolli effikaċi u kosteffettivi f’waqthom.

Jidher li t-trasport u l-ibbottiljar barra miż-żona tal-produzzjoni jistgħu jikkompromettu l-kwalità tal-inbid Soave, peress li jista’ jkun espost għal reazzjonijiet redox, bidliet f’daqqa fit-temperatura u kontaminazzjoni mikrobijoloġika, li jista’ jkollhom effetti negattivi fuq il-karatteristiċi fiżikokimiċi (l-aċidità totali minima, l-estratt minimu mingħajr zokkor, eċċ.) u organolettiċi (il-kulur, l-aroma u t-togħma).

Dawn ir-riskji jsiru aktar serji aktar ma tkun kbira d-distanza miż-żona tal-produzzjoni.

Madankollu, l-ibbottiljar fiż-żona tal-oriġini jgħin jippreżerva l-karatteristiċi u l-kwalità tal-prodott, peress li l-konsenji tal-inbid ma jiġux ittrasportati jew jiġu ttrasportati fuq distanzi qosra biss.

Dawn l-aspetti, flimkien mal-esperjenza u l-għarfien teknikuxjentifiku profond tal-kwalitajiet partikolari tal-inbejjed miksuba mill-produtturi tad-denominazzjoni ta’ oriġini Soave matul is-snin, jippermettu li l-ibbottiljar jitlesta fiż-żona tal-oriġini bl-aħjar prekawzjonijiet teknoloġiċi bil-ħsieb li jiġu ppreżervati l-karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u organolettiċi kollha tal-inbejjed koperti mill-Ispeċifikazzjoni.

Objettiv ieħor tal-ibbottiljar fiż-żona tal-produzzjoni huwa li jiġi żgurat li l-korp kompetenti jkun jista’ jwettaq id-dmirijiet ta’ monitoraġġ tiegħu bl-akbar effiċjenza, effikaċja u kosteffettività. Dawn ir-rekwiżiti ma jistgħux jiġu assigurati bl-istess mod barra miż-żona tal-produzzjoni.

Il-korp ta’ kontroll jista’ jiskeda malajr ħafna ż-żjarat ta’ spezzjoni għand l-impriżi kollha involuti fiż-żona ta’ produzzjoni fiż-żmien li l-inbid Soave jkun qed jiġi bbottiljat, f’konformità mal-pjan ta’ spezzjoni rispettiv.

L-għan huwa li jiġi żgurat b’mod sistematiku li l-konsenji tal-inbid tad-DOP Soave biss ikunu jistgħu jiġu bbottiljati. Dan jippermetti li jinkisbu riżultati aħjar f’termini tal-effikaċja tal-verifiki, bi spiża limitata għall-produtturi, bl-għan li joffru lill-konsumaturi l-garanziji massimi rigward l-awtentiċità tal-inbid.

Barra minn hekk, f’konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali fis-seħħ u biex jiġu mħarsa d-drittijiet preeżistenti, il-kumpaniji tal-ibbottiljar jistgħu japplikaw għal deroga biex ikomplu jibbottiljaw fil-bini tagħhom li jinsab barra miż-żona demarkata, sakemm jissottomettu l-applikazzjoni rilevanti lill-Ministeru għall-Agrikoltura, l-Ikel u l-Forestrija u jipprovdu dokumentazzjoni li tipprova li bbottiljaw inbejjed tad-DOP Soave għal mill-inqas sentejn mill-ħames snin qabel id-dħul fis-seħħ tal-emenda li tintroduċi r-rekwiżit li l-ibbottiljar isir fiż-żona (dan ma għandux għalfejn ikun perjodu ta’ sentejn mingħajr interruzzjoni).

Id-DOP Soave – Referenza għall-Unitajiet Ġeografiċi Addizzjonali

Qafas ġuridiku:

Il-leġiżlazzjoni tal-UE

Tip ta’ rekwiżit ieħor:

Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar

Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:

Fid-deskrizzjoni u fil-preżentazzjoni tal-inbejjed Soave, Soave Classico u Soave Colli Scaligeri huwa awtorizzat li wieħed jirreferi għall-Unitajiet Ġeografiċi Addizzjonali li ġejjin:

1.

Brognoligo

2.

Broia

3.

Ca’ del vento

4.

Campagnola

5.

Carbonare

6.

Casarsa

7.

Castelcerino

8.

Castellaro

9.

Colombara

10.

Corte del Durlo

11.

Costalta

12.

Costalunga

13.

Coste

14.

Costeggiola

15.

Croce

16.

Duello

17.

Fittà

18.

Froscà

19.

Foscarino

20.

Menini

21.

Monte di Colognola

22.

Monte Grande

23.

Paradiso

24.

Pigno

25.

Ponsara

26.

Pressoni

27.

Roncà - Monte Calvarina

28.

Rugate

29.

Sengialta

30.

Tenda

31.

Tremenalto

32.

Volpare

33.

Zoppega

Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott

https://www.politicheagricole.it/flex/cm/pages/ServeBLOB.php/L/IT/IDPagina/16389


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.