ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 310

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 64
2 ta' Awwissu 2021


Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2021/C 310/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2021/C 310/02

Kawża C-597/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-17 ta’ Ġunju 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Ondernemingsrechtbank Antwerpen – il-Belġju) – Mircom International Content Management & Consulting (M.I.C.M.) Limited vs Telenet BVBA (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Proprjetà intellettwali – Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati – Direttiva 2001/29/KE – Artikolu 3(1) u (2) – Kunċett ta’ tqegħid għad-dispożizzjoni tal-pubbliku – Tniżżil permezz ta’ network peer-to-peer ta’ fajl li fih xogħol protett u tqegħid għad-dispożizzjoni simultanju tas-segmenti ta’ dan il-fajl sabiex jittellgħu minn utenti oħra – Direttiva 2004/48/KE – Artikolu 3(2) – Użu abbużiv tal-miżuri, tal-proċeduri u tar-rimedji – Artikolu 4 – Persuni intitolati li jitolbu l-applikazzjoni tal-miżuri, tal-proċeduri u tar-rimedji – Artikolu 8 – Dritt għal informazzjoni – Artikolu 13 – Kunċett ta’ dannu – Regolament (UE) 2016/679 – Il-punt (f) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(1) – Protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali – Legalità tal-ipproċessar – Direttiva 2002/58/KE – Artikolu 15(1) – Miżuri leġiżlattivi intiżi li jillimitaw il-portata tad-drittijiet u tal-obbligi – Drittijiet fundamentali – Artikoli 7 u 8, Artikolu 17(2) kif ukoll l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea)

2

2021/C 310/03

Kawża C-645/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-15 ta’ Ġunju 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hof van beroep te Brussel – il-Belġju) – Facebook Ireland Limited, Facebook Inc., Facebook Belgium BVBA vs Gegevensbeschermingsautoriteit (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali – Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Artikoli 7, 8 u 47 – Regolament (UE) 2016/679 – Ipproċessar transkonfinali ta’ data personali – Mekkaniżmu ta’ punt uniku ta’ servizz – Kooperazzjoni leali u effettiva bejn l-awtoritajiet superviżorji – Kompetenzi u setgħat – Setgħa li jinbdew proċeduri ġudizzjarji)

3

2021/C 310/04

Kawża C-800/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-17 ta’ Ġunju 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Apelacyjny w Warszawie – Il-Polonja) – Mittelbayerischer Verlag KG vs SM (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – Regolament (UE) Nru 1215/2012 – Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali – Punt 2 tal-Artikolu 7 – Ġurisdizzjoni speċjali fil-qasam ta’ delitt jew kważi delitt – Post fejn seħħ il-fatt dannuż jew fejn jista’ jitwettaq – Persuna li tallega ksur tad-drittijiet tagħha tal-personalità, li jirriżulta mill-pubblikazzjoni ta’ artiklu fuq l-internet – Post fejn seħħ id-dannu – Ċentru tal-interessi ta’ din il-persuna)

5

2021/C 310/05

Kawża C-862/19 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-17 ta’ Ġunju 2021 – Ir-Repubblika Ċeka vs Il-Kummissjoni Ewropea, Ir-Repubblika tal-Polonja (Appell – Fond Soċjali Ewropew (FSE) – Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) – Annullament parzjali ta’ għajnuna għal programmi operattivi fir-Repubblika Ċeka – Direttiva 2004/18/KE – Artikolu 16(b) – Esklużjoni speċifika – Kuntratti pubbliċi għal servizzi dwar programmi intiżi għal xandir)

5

2021/C 310/06

Kawża C-23/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-17 ta’ Ġunju 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Klagenævnet for Udbud – id-Danimarka) – Simonsen & Weel A/S vs Region Nordjylland og Region Syddanmark (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kuntratti pubbliċi – Ftehim qafas – Direttiva 2014/24/UE – Artikolu 5(5) – Artikolu 18(1) – Artikoli 33 u 49 – Il-punti 7, 8 u 10 tal-Parti C tal-Anness V – Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/1986 – It-Taqsimiet II.1.5 u II.2.6 tal-Anness II – Proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti – Obbligu li jiġi indikat, fl-avviż ta’ kuntratt jew fl-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt, minn naħa, il-kwantità stmata jew il-valur stmat u, min-naħa l-oħra, il-kwantità massima jew il-valur massimu tal-prodotti li għandhom jiġu pprovduti fil-kuntest ta’ ftehim qafas – Prinċipji ta’ trasparenza u ta’ ugwaljanza fit-trattament – Direttiva 89/665/KEE – Artikolu 2d(1) – Proċeduri ta’ reviżjoni fil-qasam tal-għoti ta’ kuntratti pubbliċi – Assenza ta’ effetti tal-kuntratt – Esklużjoni)

6

2021/C 310/07

Kawżi magħqudaC-58/20 u C-59/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-17 ta’ Ġunju 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzgericht – l-Awstrija) – K (C-58/20), DBKAG (C-59/20) vs Finanzamt Österreich, li qabel kienet Finanzamt Linz (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Direttiva 2006/112/KE – Artikolu 135(1) – Eżenzjonijiet – Immaniġġar ta’ fondi speċjali ta’ investiment – Esternalizzazzjoni – Servizzi pprovduti minn terz)

7

2021/C 310/08

Kawża C-153/20 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas-17 ta’ Ġunju 2021 – Ir-Repubblika tal-Litwanja vs Il-Kummissjoni Ewropea, Ir-Repubblika Ċeka (Appell – Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) – Infiq eskluż mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea – Infiq li sar mir-Repubblika tal-Litwanja – Regolament (UE) Nru 65/2011 – Kontroll amministrattiv – Kontroll fuq il-post – Kwalità tal-kontrolli – Kwalità tal-applikanti – Kundizzjonijiet maħluqa artifiċjalment – Infiq li sar fil-kuntest ta’ proġetti)

8

2021/C 310/09

Kawża C-641/20: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-5 ta’ Mejju 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal du travail de Liège – il-Belġju) – VT vs Centre public d’action sociale de Liège (CPAS) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Żona ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja – Direttiva 2008/115/KE – Ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi b’residenza illegali – Deċiżjoni ta’ ritorn – Rimedju ġudizzjarju – Dritt proviżorju ta’ residenza temporanju u dritt għall-assistenza soċjali matul il-perjodu li fih l-appell huwa pendenti)

8

2021/C 310/10

Kawża C-684/20 P: Appell ippreżentat fis-16 ta’ Diċembru 2020 minn Eleanor Sharpston mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fis-6 ta’ Ottubru 2020 fil-Kawża T-180/20, Sharpston vs Il-Kunsill u Il-Konferenza tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri

9

2021/C 310/11

Kawża C-685/20 P: Appell ippreżentat fis-16 ta’ Diċembru 2020 minn Eleanor Sharpston mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fis-6 ta’ Ottubru 2020 fil-Kawża T-550/20, Sharpston vs Il-Kunsill u Il-Konferenza tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri

9

2021/C 310/12

Kawża C-699/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Rejonowy w Nysie (il-Polonja) fil-21 ta’ Diċembru 2020 – Centraal Justitieel Incassobureau, Ministerie van Veiligheid en Justitie (CJIB) vs AP

10

2021/C 310/13

Kawża C-283/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landessozialgericht Nordrhein-Westfalen (il-Ġermanja) fl-4 ta’ Mejju 2021 – VA vs Deutsche Rentenversicherung Bund

10

2021/C 310/14

Kawża C-307/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Kleve (il-Ġermanja) fl-14 ta’ Mejju 2021 – AB et vs Ryanair DAC

11

2021/C 310/15

Kawża C-319/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte d’appello di Venezia (l-Italja) fil-21 ta’ Mejju 2021 – Agecontrol SpA vs ZR, Lidl Italia Srl

11

2021/C 310/16

Kawża C-334/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Rieti (l-Italja) fis-26 ta’ Mejju 2021 – Proċeduri kriminali kontra G.B., R.H.

12

2021/C 310/17

Kawża C-341/21 P: Appell ippreżentat fit-2 ta’ Ġunju 2021 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fl-24 ta’ Marzu 2021 fil-Kawża T-374/20, KM vs Il-Kummissjoni Ewropea

13

2021/C 310/18

Kawża C-357/21 P: Appell ippreżentat fis-7 ta’ Ġunju 2021 mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fl-24 ta’ Marzu 2021 fil-Kawża T-374/20, KM vs Il-Kummissjoni Ewropea

14

2021/C 310/19

Kawża C-371/21 P: Appell ippreżentat fl-14 ta’ Ġunju 2021 minn SGI Studio Galli Ingegneria Srl mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fl-14 ta’ April 2021 fil-Kawża T-285/19, SGI Studio Galli Ingegneria vs Il-Kummisjoni

15

 

Il-Qorti Ġenerali

2021/C 310/20

Kawżi T-695/17 u T-704/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ġunju 2021 – L-Italja u Spanja vs Il-Kummissjoni (Sistema lingwistika – Avviż ta’ kompetizzjonijiet miftuħa għar-reklutaġġ ta’ tradutturi tal-lingwa Ġermaniża, dik Franċiża, Taljana u Olandiża – Limitazzjoni tal-għażla tal-lingwi 2 u 3 tal-kompetizzjonijiet għall-Ġermaniż, l-Ingliż u l-Franċiż – Regolament Nru 1 – Artikolu 1d(1) u (6), Artikolu 27 u Artikolu 28(f) tar-Regolamenti tal-Persunal – Diskriminazzjoni bbażata fuq il-lingwa – Interessi tas-servizz – Proporzjonalità – Obbligu ta’ motivazzjoni)

18

2021/C 310/21

Kawża T-126/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ġunju 2021 – Krajowa Izba Gospodarcza Chłodnictwa i Klimatyzacji vs Il-Kummissjoni (Ambjent – Regolament (UE) Nru 517/2014 – Gassijiet serra fluworurati – Allokazzjoni ta’ kwoti għat-tqegħid ta’ idrofluworokarburi fis-suq – Eċċezzjoni ta’ illegalità – Artikolu 16 u Annessi V u VI tar-Regolament Nru 517/2014 – Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni – Obbligu ta’ motivazzjoni)

18

2021/C 310/22

Kawżi magħquda T-281/19 u T 351/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ġunju 2021 – Ċipru vs EUIPO – Filotas Bellas & Yios (Halloumi Vermion) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattivi Halloumi χαλλούμι Vermion grill cheese/grill est/grill kase M BELAS PREMIUM GREEK DAIRY SINCE 1927 – Trade marks ta’ ċertifikazzjoni nazzjonali verbali preċedenti ΧΑΛΛΟΥΜΙ HALLOUMI – Mala fide – Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001) – Raġuni relattiva għal invalidità – Artikolu 53(1)(a) u Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament Nru 207/2009 (li saru l-Artikolu 60(1)(a) u l-Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament 2017/1001))

19

2021/C 310/23

Kawża T-316/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ġunju 2021 – Lucaccioni vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku – Uffiċjali – Sigurtà soċjali – Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal – Regoli komuni dwar l-assigurazzjoni għar-riskji ta’ inċidenti u ta’ mard ikkaġunat mix-xogħol – Mard ikkaġunat mix-xogħol – Artikolu 9 – Talba għar-rimbors ta’ spejjeż mediċi – Artikolu 23 – Konsultazzjoni ma’ tabib ieħor – Rifjut ta’ riferiment lill-Kumitat Mediku abbażi tal-Artikolu 22 – Assenza ta’ applikazzjoni, b’analoġija, tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 22(1) – Regola ta’ konkordanza bejn ir-rikors u l-ilment – Applikazzjoni tal-liġi ratione temporis)

20

2021/C 310/24

Kawża T-355/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ġunju 2021 – CE vs Il-Kumitat tar-Reġjuni (Servizz pubbliku – Membri tal-persunal temporanju – Artikolu 2(c) tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg – Kuntratt għal żmien indeterminat – Xoljiment antiċipat b’avviż minn qabel – Artikolu 47(c)(i) tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg – Tkissir tar-rabta ta’ fiduċja – Metodi ta’ avviż minn qabel – Abbuż tal-proċedura – Dritt għal smigħ – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Drittijiet tad-difiża – Żball manifest ta’ evalwazzjoni)

20

2021/C 310/25

Kawża T-586/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ġunju 2021 – PL vs Il-Kummissjoni (Servizz ċivili – Uffiċjali – Rapport ta’ evalwazzjoni tal-karriera – Proċedura ta’ evalwazzjoni 2017 – Ħatra tal-evalwatur – Artikolu 22a tar-Regolamenti tal-Persunal – Dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implimentazzjoni tal-Artikolu 43 tar-Regolamenti tal-Persunal – Dmir ta’ premura – Terminu raġonevoli – Prinċipju ta’ imparzjalità – Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali – Obbligu ta’ nmotivazzjoni – Artikolu 26 tar-Regolamenti tal-Persunal – Drittijiet tad-difiża)

21

2021/C 310/26

Kawża T-678/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ġunju 2021 – Health Product Group vs EUIPO – Bioline Pharmaceutical (Enterosgel) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Unjoni Ewropea – Trade mark figurattiva Enterosgel – Assenza ta’ mala fide – Artikolu 51(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/49 (li sar l-Artikolu 59(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001))

22

2021/C 310/27

Kawża T-867/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ġunju 2021 – RA vs IL-Qorti Ewropea (Servizz pubbliku – Uffiċjali – Promozzjoni – Proċedura ta’ promozzjoni 2016 – Deċiżjoni li r-rikorrent ma jingħatax promozzjoni għall-grad AD 11 – Assenza ta’ rapport ta’ evalwazzjoni – Paragun tal-merti – Eżekuzzjoni ta’ sentenza tal-Qorti Ġenerali – Adozzjoni ta’ sentenza ġdida li ma jingħatax promozzjoni – Obbligu ta’ motivazzjoni – Artikolu 45 tar-Regolamenti tal-Persunal – Żball manifest ta’ evalwazzjoni)

22

2021/C 310/28

Kawża T-187/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ġunju 2021 – Davide Groppi vs EUIPO – Viabizzuno (Lampa tal-mejda) (Disinn Komunitarju – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta lampa tal-mejda – Disinn Komunitarju preċedenti – Raġuni għal invalidità – Assenza ta’ karattru individwali – Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 6/2002)

23

2021/C 310/29

Kawża T-196/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ġunju 2021 – Chanel vs EUIPO – Innovative Cosmetic Concepts (INCOCO) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea – Trade mark verbali INCOCO – Trade marks nazzjonali verbali preċedenti COCO – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001))

23

2021/C 310/30

Kawża T-215/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ġunju 2021 – Fidia farmaceutici vs EUIPO – Ioulia and Irene Tseti Pharmaceutical Laboratories (HYAL) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark verbali tal-Unjoni HYAL – Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 59(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001) – Raġuni assoluta għal rifjut – Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament 2017/1001) – Dritt għal smigħ – Prinċipju ta’ kontradittorju – Obbligu ta’ motivazzjoni – Amministrazzjoni tajba u ugwaljanza fit-trattament – Artikolu 165(1) tar-Regolament 2017/1001)

24

2021/C 310/31

Kawża T-368/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ġunju 2021 – Smiley Miley vs EUIPO – Cyrus Trademarks (MILEY CYRUS) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għal trade mark verbali tal-Unjoni MILEY CYRUS – Trade mark figurattiva preċedenti tal-Unjoni CYRUS – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001])

25

2021/C 310/32

Kawża T-415/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ġunju 2021 – KT vs BEI (Servizz pubbliku – Persunal tal-BEI – Proċedura dixxiplinari – Tkeċċija għal raġuni gravi – Drittijiet tad-difiża – Smigħ tax-xhieda – Delega ta’ setgħat – Preparazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata – Terminu raġjonevoli – Imparzjalità – Protezzjoni tad-data personali – Proporzjonalità)

25

2021/C 310/33

Kawża T-481/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta' Ġunju 2021 – Magnetec vs EUIPO (CoolTUBE) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea CoolTUBE – Raġuni assoluta għal rifjut – Karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)

26

2021/C 310/34

Kawża T-487/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ġunju 2021 – Rezon vs EUIPO (imot.bg) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva imot.bg – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Assenza ta’ karattru distintiv – Karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 – Obbligu ta’ motivazzjoni – L-ewwel sentenza tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament 2017/1001 – Deċiżjoni parzjalment konfermatorja)

26

2021/C 310/35

Kawża T-198/20: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Ġunju 2021 – Shindler et vs Il-Kunsill (Rikors għal annullament – Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja – Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni u mill-Euratom – Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar il-ħruġ – Ċittadini tar-Renju Unit – Telf taċ-ċittadinanza tal-Unjoni – Nuqqas ta’ inċidenza individwali – Att mhux regolatorju – Inammissibbiltà)

27

2021/C 310/36

Kawża T-231/20: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Ġunju 2021 – Price vs Il-Kunsill (Rikors għal annullament – Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja – Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni u mill-Euratom – Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-ftehim dwar il-ħruġ – Ċittadini tar-Renju Unit – Telf taċ-ċittadinanza tal-Unjoni – Nuqqas ta’ inċidenza individwali – Att mhux regolatorju – Inammissibbiltà)

28

2021/C 310/37

Kawża T-252/20: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Ġunju 2021 – Silver et vs Il-Kunsill (Rikors għal annullament – Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja – Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni u mill-Euratom – Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar il-Ħruġ – Ċittadini tar-Renju Unit – Telf taċ-ċittadinanza tal-Unjoni – Nuqqas ta’ inċidenza individwali – Att mhux regolatorju – Inammissibbiltà)

29

2021/C 310/38

Kawża T-420/20: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ġunju 2021 – Sony Interactive Entertainment Europe vs EUIPO – Huawei Technologies (GT8) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea GT8 – Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea preċedenti GT – Raġuni relattiva għal rifjut – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001) – Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(5) tar-Regolament 2017/1001) – Pubbliku rilevanti – Livell ta’ attenzjoni – Rikors manifestament fondat)

29

2021/C 310/39

Kawża T-421/20: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ġunju 2021 – Sony Interactive Entertainment Europe vs EUIPO – Huawei Technologies (GT3) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea GT3 – Trade mark figurattiva preċedenti tal-Unjoni Ewropea GT – Raġuni relattiva għal rifjut – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001) – Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(5) tar-Regolament 2017/1001) – Pubbliku rilevanti – Livell ta’ attenzjoni – Rikors manifestament fondat)

30

2021/C 310/40

Kawża T-422/20: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ġunju 2021 – Sony Interactive Entertainment Europe vs EUIPO – Huawei Technologies (GT5) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea GT5 – Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea preċedenti GT – Raġuni relattiva għal rifjut – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001) – Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(5) tar-Regolament 2017/1001) – Pubbliku relevanti – Livell ta’ attenzjoni – Rikors manifestament fondat)

31

2021/C 310/41

Kawża T-423/20: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ġunju 2021 – Sony Interactive Entertainment Europe vs EUIPO – Huawei Technologies (GT9) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea GT9 – Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea preċedenti GT – Raġuni relattiva għal rifjut – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001) – Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(5) tar-Regolament 2017/1001) – Pubbliku relevanti – Livell ta’ attenzjoni – Rikors manifestament fondat)

31

2021/C 310/42

Kawża T-512/20: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Ġunju 2021 – TrekStor vs EUIPO – Zagg (Koperturi protettivi għall-hardware tal-kompjuter) (Disinn Komunitarju – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta koperturi protettivi għall-hardware tal-kompjuter – Raġuni għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Użu mhux awtorizzat ta’ xogħol protett mil-leġiżlazzjoni dwar id-drittijiet tal-awtur ta’ Stat Membru – Artikolu 25(1)(f) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 – Talba għal smigħ ta’ xhieda – Rikors manifestament infondat fid-dritt)

32

2021/C 310/43

Kawża T-558/20: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ġunju 2021 – Sony Interactive Entertainment Europe vs EUIPO – Huawei Technologies (GT9) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea GT10 – Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea preċedenti GT – Raġuni relattiva għal rifjut – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001) – Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(5) tar-Regolament 2017/1001) – Pubbliku relevanti – Livell ta’ attenzjoni – Rikors manifestament fondat)

33

2021/C 310/44

Kawża T-564/20: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Ġunju 2021 – TrekStor vs EUIPO – Zagg (Koperturi protettivi għall-hardware tal-kompjuter) (Disinn Komunitarju – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta koperturi protettivi għall-hardware tal-kompjuter – Raġuni ta’ invalidità – Użu mhux awtorizzat ta’ xogħol protett mil-leġiżlazzjoni dwar id-drittijiet tal-awtur ta’ Stat Membru – Artikolu 25(1)(f) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 – Talba għal smigħ ta’ xhieda – Rikors manifestament infondat fid-dritt)

33

2021/C 310/45

Kawża T-565/20: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Ġunju 2021 – TrekStor vs EUIPO – Zagg (Koperturi protettivi għall-hardware tal-kompjuter) (Disinn Komunitarju – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta koperturi protettivi għall-hardware tal-kompjuter – Raġuni għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Użu mhux awtorizzat ta’ xogħol protett mil-leġiżlazzjoni dwar id-drittijiet tal-awtur ta’ Stat Membru – Artikolu 25(1)(f) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 – Talba għal smigħ ta’ xhieda – Rikors manifestament infondat fid-dritt)

34

2021/C 310/46

Kawża T-663/20: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Ġunju 2021 – One Voice vs ECHA (Rikors għal annullament – REACH – Sustanza homosalate – Użu esklużiv għall-manifattura ta’ prodotti kożmetiċi – Kontroll tal-konformità tar-reġistrazzjonijiet – Artikolu 41(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 – Terminu għall-preżentata ta’ rikors – Artikolu 21(5) tar-Regolament (KE)Nru 771/2008 – Artikolu 59 tar-Regoli tal-Proċedura – Inammissibbiltà)

35

2021/C 310/47

Kawża T-664/20: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Ġunju 2021 – One Voice vs ECHA (Rikors għal annullament – REACH – Sustanza salicylate ta’ 2-ethylhexyl – Użu esklużiv għall-manifattura ta’ prodotti kożmetiċi – Stħarriġ tal-konformità tar-reġistrazzjonijiet – Artikolu 41(1) tar-Regolament (KE) Nru 1097/2006 – Terminu għall-preżentata ta’ rikors – Artikolu 21(5) tar-Regolament (KE) Nru 771/2008 – Artikolu 59 tar-Regoli tal-Proċedura – Inammissibbiltà)

35

2021/C 310/48

Kawża T-312/21: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Ġunju 2021 – SY vs Il-Kummissjoni

36

2021/C 310/49

Kawża T-323/21: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Ġunju 2021 – Castel Frères vs EUIPO – Shanghai Panati (Rappreżentazzjoni ta’ karattri Ċiniżi)

37

2021/C 310/50

Kawża T-332/21: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Ġunju 2021 – Wizz Air Hungary vs Il-Kummissjoni

37

2021/C 310/51

Kawża T-333/21: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Ġunju 2021 – Ryanair vs Il-Kummissjoni

38

2021/C 310/52

Kawża T-335/21: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Ġunju 2021 – PJ vs EIT

39


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 310/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2021/C 310/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 297, 26.7.2021

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 289, 19.7.2021

ĠU C 278, 12.7.2021

ĠU C 263, 5.7.2021

ĠU C 252, 28.6.2021

ĠU C 242, 21.6.2021

ĠU C 228, 14.6.2021

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 310/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-17 ta’ Ġunju 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Ondernemingsrechtbank Antwerpen – il-Belġju) – Mircom International Content Management & Consulting (M.I.C.M.) Limited vs Telenet BVBA

(Kawża C-597/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Proprjetà intellettwali - Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati - Direttiva 2001/29/KE - Artikolu 3(1) u (2) - Kunċett ta’ “tqegħid għad-dispożizzjoni tal-pubbliku” - Tniżżil permezz ta’ network peer-to-peer ta’ fajl li fih xogħol protett u tqegħid għad-dispożizzjoni simultanju tas-segmenti ta’ dan il-fajl sabiex jittellgħu minn utenti oħra - Direttiva 2004/48/KE - Artikolu 3(2) - Użu abbużiv tal-miżuri, tal-proċeduri u tar-rimedji - Artikolu 4 - Persuni intitolati li jitolbu l-applikazzjoni tal-miżuri, tal-proċeduri u tar-rimedji - Artikolu 8 - Dritt għal informazzjoni - Artikolu 13 - Kunċett ta’ “dannu” - Regolament (UE) 2016/679 - Il-punt (f) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(1) - Protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali - Legalità tal-ipproċessar - Direttiva 2002/58/KE - Artikolu 15(1) - Miżuri leġiżlattivi intiżi li jillimitaw il-portata tad-drittijiet u tal-obbligi - Drittijiet fundamentali - Artikoli 7 u 8, Artikolu 17(2) kif ukoll l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea)

(2021/C 310/02)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Ondernemingsrechtbank Antwerpen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Mircom International Content Management & Consulting (M.I.C.M.) Limited

Konvenut: Telenet BVBA

fil-preżenza ta’: Proximus NV, Scarlet Belgium NV

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 3(1) u (2) tad-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet ta’ l-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà ta’ l-informazzjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li jikkostitwixxi tqegħid għad-dispożizzjoni tal-pubbliku, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, it-tlugħ, mit-tagħmir terminali ta’ utent ta’ network peer-to-peer lejn tali tagħmir ta’ utenti oħra ta’ dan in-network, ta’ segmenti mniżżla preċedentement mill-imsemmi utent, ta’ fajl tal-media li jkun jinkludi xogħol protett, minkejja li dawn is-segmenti jistgħu jintużaw fihom innifishom biss sa minn ċerta rata ta’ tniżżil. Huwa irrilevanti l-fatt li, minħabba l-konfigurazzjonijiet tas-software ta’ kondiviżjoni client-BitTorrent, dan it-tlugħ huwa ġġenerat awtomatikament minnu, meta l-utent, li mit-tagħmir terminali tiegħu jiġi prodott l-imsemmi tlugħ, ikun abbona għal dan is-software filwaqt li jkun ta l-kunsens tiegħu għall-applikazzjoni tiegħu wara li jkun ġie debitament informat dwar il-karatteristiċi tiegħu.

2)

Id-Direttiva 2004/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali għandha tiġi interpretata fis-sens li persuna kuntrattwalment detentriċi ta’ ċerti drittijiet ta’ proprjetà intellettwali, li madankollu ma tużahomx hija stess, iżda sempliċement titlob danni lil persuni li allegatament ikunu wettqu l-ksur, tista’ tibbenefika, bħala prinċipju, mill-miżuri, mill-proċeduri u mir-rimedji previsti fil-Kapitolu II ta’ din id-direttiva, sakemm ma jiġix stabbilit, skont l-obbligu ġenerali previst fl-Artikolu 3(2) tagħha, u abbażi ta’ eżami globali u ddettaljat, li t-talba tagħha hija abbużiva. B’mod partikolari, għal dak li jirrigwarda talba għal informazzjoni bbażata fuq l-Artikolu 8 tal-imsemmija direttiva, din għandha wkoll tiġi miċħuda jekk din tkun mhux iġġustifikata jew mhux proporzjonata, fatt li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.

3)

Il-punt (f) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data), moqri flimkien mal-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika), kif emendata bid-Direttiva 2009/136/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix, bħala prinċipju, la r-reġistrazzjoni sistematika, mid-detentur ta’ drittijiet ta’ proprjetà intellettwali kif ukoll minn terz għan-nom tiegħu, ta’ indirizzi IP ta’ utenti ta’ networks peer-to-peer li l-konnessjonijiet tal-internet tagħhom allegatament intużaw fl-attivitajiet ta’ kontrafazzjoni u lanqas għall-komunikazzjoni tal-ismijiet u tal-indirizzi postali ta’ dawn l-utenti lil dan id-detentur jew lil terz sabiex ikun jista’ jippreżenta rikors għal kumpens quddiem qorti ċivili għal dannu allegatament ikkawżat mill-imsemmija utenti, bil-kundizzjoni madankollu, li l-inizjattivi u t-talbiet f’dan is-sens tal-imsemmi detentur jew ta’ tali terz ikunu ġġustifikati, proporzjonati u mhux abbużivi u jkollhom bħala bażi legali miżura leġiżlattiva nazzjonali, fis-sens tal-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2002/58, kif emendata bid-Direttiva 2009/136, li tillimita l-portata tar-regoli msemmija fl-Artikoli 5 u 6 ta’ din id-direttiva, kif emendata.


(1)  ĠU C 383, 11.11.2019.


2.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 310/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-15 ta’ Ġunju 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hof van beroep te Brussel – il-Belġju) – Facebook Ireland Limited, Facebook Inc., Facebook Belgium BVBA vs Gegevensbeschermingsautoriteit

(Kawża C-645/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikoli 7, 8 u 47 - Regolament (UE) 2016/679 - Ipproċessar transkonfinali ta’ data personali - Mekkaniżmu ta’ “punt uniku ta’ servizz” - Kooperazzjoni leali u effettiva bejn l-awtoritajiet superviżorji - Kompetenzi u setgħat - Setgħa li jinbdew proċeduri ġudizzjarji)

(2021/C 310/03)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hof van beroep te Brussel

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Facebook Ireland Limited, Facebook Inc., Facebook Belgium BVBA

Konvenut: Gegevensbeschermingsautoriteit

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 55(1) u l-Artikoli 56 sa 58 u 60 sa 66 tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data), moqrija flimkien mal-Artikoli 7, 8 u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandhom jiġu interpretati fis-sens li awtorità superviżorja ta’ Stat Membru li, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali adottata b’eżekuzzjoni tal-Artikolu 58(5) ta’ dan ir-regolament, għandha s-setgħa li tressaq kull allegat ksur tal-imsemmi regolament għall-attenzjoni ta’ qorti ta’ dan l-Istat Membru u, jekk ikun il-każ, tibda proċeduri ġudizzjarji, tista’ teżerċita din is-setgħa fir-rigward ta’ pproċessar transkonfinali ta’ data, minkejja li ma tkunx l-“awtorità superviżorja ewlenija”, fis-sens tal-Artikolu 56(1) tal-istess regolament, fir-rigward ta’ dan l-ipproċessar ta’ data, sakemm dan isir f’waħda mis-sitwazzjonijiet li fihom ir-Regolament 2016/679 jagħti lil din l-awtorità superviżorja kompetenza sabiex tadotta deċiżjoni li tikkonstata li l-imsemmi pproċessar jikser ir-regoli li jinsabu fih kif ukoll b’osservanza tal-proċeduri ta’ kooperazzjoni u ta’ konsistenza previsti f’dan ir-regolament.

2)

L-Artikolu 58(5) tar-Regolament 2016/679 għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-każ ta’ pproċessar transkonfinali ta’ data, għall-eżerċizzju tas-setgħa ta’ awtorità superviżorja ta’ Stat Membru, li ma tkunx l-awtorità superviżorja ewlenija, li tibda proċeduri ġudizzjarji, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, ma huwiex meħtieġ li l-kontrollur jew il-proċessur fir-rigward tal-ipproċessar transkonfinali ta’ data personali li kontrihom jinbdew dawn il-proċeduri jkollhom stabbiliment ewlieni jew stabbiliment ieħor fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru.

3)

L-Artikolu 58(5) tar-Regolament 2016/679 għandu jiġi interpretat fis-sens li s-setgħa ta’ awtorità superviżorja ta’ Stat Membru, li ma tkunx l-awtorità superviżorja ewlenija, li tressaq kull allegat ksur ta’ dan ir-regolament għall-attenzjoni ta’ qorti ta’ dan l-Istat u, jekk ikun il-każ, tibda proċeduri ġudizzjarji, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, tista’ tiġi eżerċitata kemm fir-rigward tal-istabbiliment ewlieni tal-kontrollur li jkun jinsab fl-Istat Membru li taħtu taqa’ din l-awtorità u kemm fir-rigward ta’ stabbiliment ieħor ta’ dan il-kontrollur, sakemm il-proċeduri ġudizzjarji jkunu jikkonċernaw ipproċessar ta’ data mwettaq fil-kuntest tal-attivitajiet ta’ dan l-istabbiliment u sakemm l-imsemmija awtorità tkun kompetenti sabiex teżerċita din is-setgħa, konformement ma’ dak li huwa espost fir-risposta għall-ewwel domanda preliminari magħmula.

4)

L-Artikolu 58(5) tar-Regolament 2016/679 għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta awtorità superviżorja ta’ Stat Membru li ma tkunx l-“awtorità superviżorja ewlenija”, fis-sens tal-Artikolu 56(1) ta’ dan ir-regolament, tkun bdiet, qabel il-25 ta’ Mejju 2018, proċeduri ġudizzjarji dwar ipproċessar transkonfinali ta’ data personali, jiġifieri qabel id-data li fiha l-imsemmi regolament sar applikabbli, dawn il-proċeduri jistgħu, mill-perspettiva tad-dritt tal-Unjoni, jinżammu abbażi tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward ta’ l-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data, li tibqa’ applikabbli fir-rigward tal-ksur tar-regoli previsti fiha mwettaq sad-data li fiha tħassret din id-direttiva. Barra minn hekk, l-imsemmija proċeduri jistgħu jinbdew minn din l-awtorità fir-rigward ta’ ksur imwettaq wara din l-istess data, abbażi tal-Artikolu 58(5) tar-Regolament 2016/679, sakemm tkun f’waħda mis-sitwazzjonijiet li fihom, bħala eċċezzjoni, dan ir-regolament jagħti lil awtorità superviżorja ta’ Stat Membru li ma tkunx l-“awtorità superviżorja ewlenija” kompetenza sabiex tadotta deċiżjoni li tikkonstata li l-ipproċessar ta’ data kkonċernat jikser ir-regoli li jinsabu fl-imsemmi regolament dwar il-protezzjoni tad-drittijiet tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u b’osservanza tal-proċeduri ta’ kooperazzjoni u ta’ konsistenza previsti fl-istess regolament, punt dan li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.

5)

L-Artikolu 58(5) tar-Regolament 2016/679 għandu jiġi interpretat fis-sens li din id-dispożizzjoni għandha effett dirett, b’tali mod li awtorità superviżorja nazzjonali tista’ tinvoka l-imsemmija dispożizzjoni sabiex tibda jew tkompli proċedura ġudizzjarja kontra individwi, anki jekk l-istess dispożizzjoni ma tkunx ġiet speċifikament implimentata fil-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru kkonċernat.


(1)  ĠU C 406, 02.12.2019


2.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 310/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-17 ta’ Ġunju 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Apelacyjny w Warszawie – Il-Polonja) – Mittelbayerischer Verlag KG vs SM

(Kawża C-800/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Regolament (UE) Nru 1215/2012 - Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali - Punt 2 tal-Artikolu 7 - Ġurisdizzjoni speċjali fil-qasam ta’ delitt jew kważi delitt - Post fejn seħħ il-fatt dannuż jew fejn jista’ jitwettaq - Persuna li tallega ksur tad-drittijiet tagħha tal-personalità, li jirriżulta mill-pubblikazzjoni ta’ artiklu fuq l-internet - Post fejn seħħ id-dannu - Ċentru tal-interessi ta’ din il-persuna)

(2021/C 310/04)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Apelacyjny w Warszawie

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Mittelbayerischer Verlag KG

Konvenut: SM

Dispożittiv

Il-punt 2 tal-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali għandu jiġi interpretat fis-sens li l-qorti tal-post fejn jinsab iċ-ċentru tal-interessi ta’ persuna li tallega li d-drittijiet tal-personalità tagħha ġew miksura minn kontenut imqiegħed online fuq sit internet għandha ġurisdizzjoni sabiex tieħu konjizzjoni, fir-rigward tad-dannu allegat kollu, ta’ azzjoni għad-danni mressqa minn din il-persuna jekk dan il-kontenut jinkludi elementi oġġettivi u verifikabbli li jippermettu li tiġi identifikata, direttament jew indirettament, l-imsemmija persuna bħala individwu.


(1)  ĠU C 27, 27.01.2020.


2.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 310/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-17 ta’ Ġunju 2021 – Ir-Repubblika Ċeka vs Il-Kummissjoni Ewropea, Ir-Repubblika tal-Polonja

(Kawża C-862/19 P) (1)

(Appell - Fond Soċjali Ewropew (FSE) - Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) - Annullament parzjali ta’ għajnuna għal programmi operattivi fir-Repubblika Ċeka - Direttiva 2004/18/KE - Artikolu 16(b) - Esklużjoni speċifika - Kuntratti pubbliċi għal servizzi dwar programmi intiżi għal xandir)

(2021/C 310/05)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Partijiet

Appellant: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Smolek, O. Serdula, J. Vláčil u I. Gavrilová, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Ondrůšek u P. Arenas, aġenti), Ir-Repubblika tal-Polonja

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Ir-Repubblika Ċeka għandha tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 27, 27.01.2020.


2.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 310/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-17 ta’ Ġunju 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Klagenævnet for Udbud – id-Danimarka) – Simonsen & Weel A/S vs Region Nordjylland og Region Syddanmark

(Kawża C-23/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kuntratti pubbliċi - Ftehim qafas - Direttiva 2014/24/UE - Artikolu 5(5) - Artikolu 18(1) - Artikoli 33 u 49 - Il-punti 7, 8 u 10 tal-Parti C tal-Anness V - Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/1986 - It-Taqsimiet II.1.5 u II.2.6 tal-Anness II - Proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti - Obbligu li jiġi indikat, fl-avviż ta’ kuntratt jew fl-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt, minn naħa, il-kwantità stmata jew il-valur stmat u, min-naħa l-oħra, il-kwantità massima jew il-valur massimu tal-prodotti li għandhom jiġu pprovduti fil-kuntest ta’ ftehim qafas - Prinċipji ta’ trasparenza u ta’ ugwaljanza fit-trattament - Direttiva 89/665/KEE - Artikolu 2d(1) - Proċeduri ta’ reviżjoni fil-qasam tal-għoti ta’ kuntratti pubbliċi - Assenza ta’ effetti tal-kuntratt - Esklużjoni)

(2021/C 310/06)

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Qorti tar-rinviju

Klagenævnet for Udbud

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Simonsen & Weel A/S

Konvenut: Region Nordjylland og Region Syddanmark

fil-preżenza ta’: Nutricia A/S

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 49 tad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE, il-punti 7 u 8 kif ukoll il-punt 10(a) tal-Parti C tal-Anness V ta’ din id-direttiva, moqrija flimkien mal-Artikolu 33 tal-imsemmija direttiva u mal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ trasparenza stabbiliti fl-Artikolu 18(1) ta’ din tal-aħħar, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-avviż ta’ kuntratt għandu jindika l-kwantità stmata u/jew il-valur stmat kif ukoll kwantità massima u/jew valur massimu tal-prodotti li għandhom jiġu pprovduti bis-saħħa ta’ ftehim qafas u li ladarba jintlaħaq dan il-limitu, l-imsemmi ftehim qafas ikun eżawrixxa l-effetti tiegħu.

2)

L-Artikolu 49 tad-Direttiva 2014/24 kif ukoll il-punt 7 u l-punt 10(a) tal-Parti C tal-Anness V ta’ din id-direttiva, moqrija flimkien mal-Artikolu 33 tal-imsemmija direttiva u l-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ trasparenza stabbiliti fl-Artikolu 18(1) ta’ din tal-aħħar, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-avviż ta’ kuntratt għandu jindika l-kwantità stmata u/jew il-valur stmat kif ukoll il-kwantità massima u/jew il-valur massimu tal-prodotti li għandhom jiġu pprovduti bis-saħħa ta’ ftehim qafas b’mod globali u li dan l-avviż jista’ jiffissa rekwiżiti addizzjonali li l-awtorità kontraenti tiddeċiedi li żżid fih.

3)

L-Artikolu 2d(1)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/665/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1989 dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-applikazzjoni tal-proċeduri ta’ reviżjoni għall-għoti ta’ kuntratti ta’ provvista pubblika u xogħlijiet pubbliċi, kif emendata bid-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma huwiex applikabbli fil-każ fejn avviż ta’ kuntratt ġie ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, anki jekk, minn naħa, il-kwantità stmata u/jew il-valur stmat tal-prodotti li għandhom jiġu pprovduti bis-saħħa tal-ftehim qafas previst ma jirriżultax minn dan l-avviż ta’ kuntratt, iżda mill-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt u, min-naħa l-oħra, la l-imsemmi avviż ta’ kuntratt u lanqas dawn l-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt ma jsemmu kwantità massima u/jew valur massimu tal-prodotti li għandhom jiġu pprovduti bis-saħħa tal-imsemmi ftehim qafas.


(1)  ĠU C 95, 23.03.2020


2.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 310/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-17 ta’ Ġunju 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzgericht – l-Awstrija) – K (C-58/20), DBKAG (C-59/20) vs Finanzamt Österreich, li qabel kienet Finanzamt Linz

(Kawżi magħqudaC-58/20 u C-59/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 135(1) - Eżenzjonijiet - Immaniġġar ta’ fondi speċjali ta’ investiment - Esternalizzazzjoni - Servizzi pprovduti minn terz)

(2021/C 310/07)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: K (C-58/20), DBKAG (C-59/20)

Konvenut: Finanzamt Österreich, li qabel kienet Finanzamt Linz

Dispożittiv

L-Artikolu 135(1)(g) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li provvisti ta’ servizzi pprovduti minn terzi lil kumpanniji ta’ ġestjoni ta’ fondi speċjali ta’ investiment, bħal responsabbiltajiet fiskali li jikkonsistu f’li tiġi żgurata t-tassazzjoni skont il-liġi nazzjonali tad-dħul mill-fondi rċevut mill-parteċipanti u l-għoti ta’ dritt ta’ użu ta’ software li jservi esklużivament sabiex jitwettqu kalkoli essenzjali għall-ġestjoni ta’ riskji u għall-kejl tal-prestazzjonijiet, jaqgħu taħt l-eżenzjoni prevista f’din id-dispożizzjoni, jekk huma jkollhom rabta intrinsika mal-immaniġġar ta’ fondi speċjali ta’ investiment u jekk ikunu pprovduti esklużivament għall-finijiet tal-ġestjoni ta’ tali fondi, anki jekk dawn is-servizzi ma jkunux esternalizzati kollha kemm huma.


(1)  ĠU C 191, 8.6.2020


2.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 310/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas-17 ta’ Ġunju 2021 – Ir-Repubblika tal-Litwanja vs Il-Kummissjoni Ewropea, Ir-Repubblika Ċeka

(Kawża C-153/20 P) (1)

(Appell - Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) - Infiq eskluż mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea - Infiq li sar mir-Repubblika tal-Litwanja - Regolament (UE) Nru 65/2011 - Kontroll amministrattiv - Kontroll fuq il-post - Kwalità tal-kontrolli - Kwalità tal-applikanti - Kundizzjonijiet maħluqa artifiċjalment - Infiq li sar fil-kuntest ta’ proġetti)

(2021/C 310/08)

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Partijiet

Appellant: Ir-Repubblika tal-Litwanja (rappreżentanti: R. Dzikovič u K. Dieninio, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Sauka u A. Steiblytė, aġenti), Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Smolek, J. Pavliš u J. Vláčil, aġenti)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Ir-Repubblika tal-Litwanja hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

3)

Ir-Repubblika Ċeka għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.


(1)  ĠU C 215, 29.6.2020.


2.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 310/8


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-5 ta’ Mejju 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal du travail de Liège – il-Belġju) – VT vs Centre public d’action sociale de Liège (CPAS)

(Kawża C-641/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Żona ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja - Direttiva 2008/115/KE - Ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi b’residenza illegali - Deċiżjoni ta’ ritorn - Rimedju ġudizzjarju - Dritt proviżorju ta’ residenza temporanju u dritt għall-assistenza soċjali matul il-perjodu li fih l-appell huwa pendenti)

(2021/C 310/09)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal du travail de Liège

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: VT

Konvenut: Centre public d’action sociale de Liège (CPAS)

Dispożittiv

L-Artikoli 5 u 13 tad-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment, moqrija fid-dawl tal-Artikolu 19(2) u l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll l-Artikolu 14(1)(b) ta’ dik id-direttiva għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tagħtix effett sospensiv ipso jure lill-azzjoni mressqa minn ċittadin ta’ pajjiż terz kontra deċiżjoni ta’ ritorn, fis-sens tal-punt 4 tal-Artikolu 3 tal-imsemmija direttiva, li għalih kien suġġett wara l-irtirar, mill-awtorità kompetenti, tal-istatus ta’ refuġjat tiegħu, skont l-Artikolu 11 tad- Direttiva 2011/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar standards għall-kwalifika ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali, għal stat uniformi għar-refuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija, u korrispondentement, dritt proviżorju ta’ residenza u tipprovdih bil-bżonnijiet bażiċi tagħhom sakemm tittieħed deċiżjoni dwar din l-azzjoni, fil-każ eċċezzjonali fejn dan iċ-ċittadin, li jbati minn marda serja, bħala konsegwenza tal-eżekuzzjoni ta’ din id-deċiżjoni, jista’ jkun espost għal riskju serju u irreversibbli ta’ deterjorament tal-istat ta’ saħħa tiegħu. F'dan il-kuntest, il-qorti nazzjonali, adita b’tilwima li l-eżitu tagħha huwa marbut ma’ sospensjoni possibbli tal-effetti tad-deċiżjoni ta’ ritorn, għandha tikkunsidra li r-azzjoni mressqa kontra din id-deċiżjoni għandu ipso jure effett sospensiv, peress li din l-azzjoni fiha argumentazzjoni, li ma tidhirx manifestament infondata, intiża li tistabbilixxi li l-eżekuzzjoni ta’ din id-deċiżjoni tesponi liċ-ċittadin ta’ pajjiż terz għal riskju serju ta’ deterjorament graviu u irreversibbli tas-saħħa tal-istat ta’ saħħa tiegħu.


(1)  ĠU C 44, 8.2.2021.


2.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 310/9


Appell ippreżentat fis-16 ta’ Diċembru 2020 minn Eleanor Sharpston mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fis-6 ta’ Ottubru 2020 fil-Kawża T-180/20, Sharpston vs Il-Kunsill u Il-Konferenza tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri

(Kawża C-684/20 P)

(2021/C 310/10)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Eleanor Sharpston (rappreżentanti: N. Forwood, Barrister-at-Law, J. Robb, Barrister, J. Flynn QC u H. Mercer QC)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Konferenza tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri

B’digriet tas-16 ta’ Ġunju 2021, il-Qorti tal-Ġustizzja (l-Ewwel Awla) iddeċidiet li tiċħad l-appell, bħala parzjalment manifestament infondat u parzjalment manifestament inammissibbli u kkundannat lill-appellanti għall-ispejjeż tagħha stess.


2.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 310/9


Appell ippreżentat fis-16 ta’ Diċembru 2020 minn Eleanor Sharpston mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fis-6 ta’ Ottubru 2020 fil-Kawża T-550/20, Sharpston vs Il-Kunsill u Il-Konferenza tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri

(Kawża C-685/20 P)

(2021/C 310/11)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Eleanor Sharpston (rappreżentanti: N. Forwood, Barrister-at-Law, J. Robb, Barrister, J. Flynn QC u H. Mercer QC)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Konferenza tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri

B’digriet tas-16 ta’ Ġunju 2021, il-Qorti tal-Ġustizzja (l-Ewwel Awla) iddeċidiet li tiċħad l-appell, bħala parzjalment manifestament infondat u parzjalment manifestament inammissibbli u kkundannat lill-appellanti għall-ispejjeż tagħha stess.


2.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 310/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Rejonowy w Nysie (il-Polonja) fil-21 ta’ Diċembru 2020 – Centraal Justitieel Incassobureau, Ministerie van Veiligheid en Justitie (CJIB) vs AP

(Kawża C-699/20)

(2021/C 310/12)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Rejonowy w Nysie

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Centraal Justitieel Incassobureau, Ministerie van Veiligheid en Justitie (CJIB)

Konvenut: AP

B’digriet tat-8 ta’ Ġunju 2021, il-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) iddikjarat it-talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mis-Sąd Rejonowy w Nysie, II Wydział Karny (Polska) (il-Qorti Distrettwali f’Nysa, Sezzjoni II: Sezzjoni Kriminali, il-Polonja), manifestament inammissibbli.


2.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 310/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landessozialgericht Nordrhein-Westfalen (il-Ġermanja) fl-4 ta’ Mejju 2021 – VA vs Deutsche Rentenversicherung Bund

(Kawża C-283/21)

(2021/C 310/13)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landessozialgericht Nordrhein-Westfalen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: VA

Konvenut: Deutsche Rentenversicherung Bund

fil-preżenza ta’: RB

Domandi preliminari

1)

Skont il-leġiżlazzjoni tal-Pajjiżi l-Baxxi, bħala l-Istat Membru responsabbli taħt it-Titolu II tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (1), perijodu ta’ trobbija tat-tfal fis-sens tal-Artikolu 44(2) tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi ta’ sigurtà soċjali (2), għandu jiġi kkunsidrat mill-fatt li l-perijodu tat-trobbija tat-tfal fil-Pajjiżi l-Baxxi, purament bħala perijodu ta’ residenza, jistabbilixxi drittijiet għall-pensjoni?

Fil-każ li l-ewwel domanda tingħata risposta fin-negattiv:

2)

L-Artikolu 44(2) tar-Regolament Nru 987/2009, insegwitu għas-sentenzi tat-23 ta’ Novembru 2000, Elsen (3) u tad-19 ta’ Lulju 2012, Reichel-Albert (4), għandu jiġi interpretat b’mod wiesa’ fis-sens li jfisser li l-Istat Membru responsabbli għandu jqis ukoll il-perijodu tat-trobbija tat-tfal jekk il-persuna li trabbi t-tfal, qabel u wara l-perijodu tat-trobbija tat-tfal, għandha perijodi ta’ drittijiet għall-pensjoni minħabba taħriġ jew impjieg biss taħt l-iskema ta’ dan l-Istat, iżda ma għamlitx kontribuzzjonijiet f’din l-iskema immedjatament qabel jew wara li rabbiet it-tfal?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 72.

(2)  ĠU 2009, L 284, p. 1.

(3)  C-135/99, ECLI:EU:C:2000:647.

(4)  C-522/10, ECLI:EU:C:2012:475.


2.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 310/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Kleve (il-Ġermanja) fl-14 ta’ Mejju 2021 – AB et vs Ryanair DAC

(Kawża C-307/21)

(2021/C 310/14)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Kleve

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: AB et

Konvenut: Ryanair DAC

Domanda preliminari

L-Artikolu 5(1)(ċ) u l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li t-trasportatur tal-ajru li jopera huwa obbligat iħallas il-kumpens f’każ ta’ kanċellazzjoni ta’ titjira meta l-passiġġier ma kienx ġie informat b’dan mill-inqas ġimgħatejn qabel il-ħin tat-tluq skedat, inkluż meta dan it-trasportatur tal-ajru jkun bagħat l-informazzjoni fil-ħin qabel l-iskadenza ta’ ġimgħatejn lill-uniku indirizz elettroniku li kien ġie kkomunikat lilu fil-kuntest tar-reżervazzjoni, mingħajr madankollu ma kien jaf li r-reżervazzjoni kienet twettqet permezz ta’ aġent jew permezz tal-pjattaforma online tiegħu, u li l-indirizz elettroniku kkomunikat mill-pjattaforma ta’ reżervazzjoni kien jippermetti l-iktar li jiġi kkuntattjat l-aġent, iżda mhux il-passiġġier direttament?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10.


2.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 310/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte d’appello di Venezia (l-Italja) fil-21 ta’ Mejju 2021 – Agecontrol SpA vs ZR, Lidl Italia Srl

(Kawża C-319/21)

(2021/C 310/15)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte d’appello di Venezia (l-Italja)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Appellant: Agecontrol SpA

Konvenuti: ZR, Lidl Italia Srl

Domanda preliminari

L-Artikolu 5(4) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 għas-setturi tal-frott u l-ħaxix u tal-frott u l-ħaxix ipproċessat (1), moqri flimkien mal-Artikolu 5(1) u l-Artikolu 8 tal-istess regolament u mal-Artikoli 113 u 113a tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (2), għandu jiġi interpretat fis-sens li jimponi l-formulazzjoni ta’ dokument ta’ akkompanjament li jindika l-isem u l-pajjiż tal-oriġini tal-prodotti friski tas-settur tal-frott u tal-ħaxix, mibgħuta ppakkjati minn qabel jew fl-imballaġġ oriġinali ppreparat mill-produttur, waqt it-trasport tagħhom minn pjattaforma ta’ distribuzzjoni ta’ kumpannija ta’ kummerċjalizzazzjoni lejn punt ta’ bejgħ tal-istess kumpannija, indipendentement mill-fatt li d-dettalji tat-tagħrif esterni previsti fil-Kapitolu I tar-Regolament (UE) Nru 543/2001 (fosthom dawk dwar l-isem u l-pajjiż tal-oriġini tal-prodotti) ikunu indikati b’mod viżibbli u indelibbli fuq naħa waħda tal-imballaġġ, jew billi jkunu stampati direttament fuq il-pakkett, jew fuq tikketta li tkun parti integrali minnu jew li tkun imwaħħla miegħu u li dawn id-dettalji tat-tagħrif ikunu jinsabu wkoll fuq il-fatturi maħruġa mill-fornitur li mingħandu l-kumpannija li tikkummerċjalizza l-prodott tkun akkwistatu u miżmuma fl-uffiċċju tal-kontabbiltà ta’ din tal-aħħar kif ukoll fuq nota mqiegħda f’pożizzjoni viżibbli ġewwa l-mezz ta’ trasport li bih il-prodott ikun ġie ttrasportat?


(1)  ĠU 2011, L 157, p. 1.

(2)  ĠU 2007, L 299, p. 1 u rettifika fil-ĠU 2013, L 97, p. 4.


2.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 310/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Rieti (l-Italja) fis-26 ta’ Mejju 2021 – Proċeduri kriminali kontra G.B., R.H.

(Kawża C-334/21)

(2021/C 310/16)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale di Rieti.

Partijiet fil-proċeduri kriminali nazzjonali

G.B., R.H.

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2002/58/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika), moqri fid-dawl tal-Artikoli 7, 8 u 11 kif ukoll tal-Artikolu 52(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u skont il-prinċipji stabbiliti mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fis-sentenza tat-2 ta’ Marzu 2021, Prokuratuur (Kundizzjonijiet ta’ aċċess għad-data dwar il-komunikazzjonijiet elettroniċi) (C-746/18, EU:C:2021:152), għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, prevista fl-Artikolu 132(3) tad-decreto legislativo n. 196/2003 (id-Digriet Leġiżlattiv Nru 196/2003), li tagħti lill-Uffiċċju tal-Prosekutur, korp li l-indipendenza u l-awtonomija tiegħu huma ggarantiti b’mod sħiħ mid-dispożizzjonijiet previsti fit-Titolu IV tal-Kostituzzjoni Taljana, il-kompetenza li jordna, b’digriet motivat, il-ksib ta’ data dwar it-traffiku u data dwar is-sit għall-finijiet ta’ investigazzjoni kriminali?

2)

Fil-każ li tingħata risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda, huwa possibbli li jingħataw kjarifiki li jirrigwardaw applikazzjoni eventwali nonretroattiva tal-prinċipji stabbiliti fis-sentenza tat-2 ta’ Marzu 2021, Prokuratuur (Kundizzjonijiet ta’ aċċess għad-data dwar il-komunikazzjonijiet elettroniċi) (C-746/18, EU:C:2021:152), b’kunsiderazzjoni għall-ħtiġijiet predominanti ta’ ċertezza legali fil-kuntest tal-prevenzjoni, tal-konstatazzjoni u tal-ġlieda kontra l-kriminalità serja jew it-theddid kontra s-sigurtà?

3)

L-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2002/58, moqri fid-dawl tal-Artikoli 7, 8 u 11 kif ukoll tal-Artikolu 52(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, u skont il-prinċipji stabbiliti mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tat-2 ta’ Marzu 2021, Prokuratuur (Kundizzjonijiet ta’ aċċess għad-data dwar il-komunikazzjonijiet elettroniċi) (C-746/18, EU:C:2021:152), għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, prevista fl-Artikolu 132(3) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 196/2003, moqri fid-dawl tal-Artikolu 267(2) tal-Codice di procedura penale (il-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali), li tagħti lill-Uffiċċju tal-Prosekutur is-setgħa li jikseb immedjatament, f’każ ta’ urġenza, id-data dwar it-traffiku telefoniku, bi skrutinju u superviżjoni sussegwenti mill-qorti adita?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 514


2.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 310/13


Appell ippreżentat fit-2 ta’ Ġunju 2021 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fl-24 ta’ Marzu 2021 fil-Kawża T-374/20, KM vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-341/21 P)

(2021/C 310/17)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. S. Bohr u B. Mongin, bħala aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: KM, Il-Parlament Ewropew, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-24 ta’ Marzu 2021 (Is-Seba’ Awla)‚ KM vs Il-Kummissjoni‚ fil-Kawża T-374/20;

tiċħad ir-rikors;

tikkundanna lill-appellati għall-ispejjeż tal-proċeduri fl-ewwel istanza;

tikkundanna lill-appellati għall-ispejjeż tal-proċeduri tal-appell.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħha, il-Kummissjoni tinvoka tliet aggravji.

Permezz tal-ewwel aggravju tagħha, il-Kummissjoni tinvoka żball ta’ liġi fir-rigward tal-kriterji ta’ evalwazzjoni tal-legalità tad-deċiżjonijiet tal-leġiżlatur ikkontestati u ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni. Il-Qorti Ġenerali ma osservatx il-prinċipju, li abbażi tiegħu l-evalwazzjoni tal-legalità ta’ att tal-Unjoni fid-dawl tad-drittijiet fundamentali ma tistax tkun ibbażata fuq allegazzjonijiet relatati mal-konsegwenzi tal-att fil-każ individwali; il-legalità ta’ dispożizzjoni tar-Regolamenti tal-Persunal ma tistax tkun ibbażata fuq in-natura “inadegwata” tad-deċiżjoni tal-leġiżlatur. Il-Qorti Ġenerali kisret il-prinċipji stabbiliti fis-sentenza tad-19 ta’ Diċembru 2019 fil-Kawża C-460/18 P (1), sa fejn ma kkunsidratx l-elementi kollha li jikkaratterizzaw iż-żewġ sitwazzjonijiet li għandhom jiġu pparagunati.

Permezz tat-tieni aggravju tagħha, il-Kummissjoni tinvoka żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni tal-projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni, li abbażi tagħha s-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 18 jew fl-Artikolu 20 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal huma paragunabbli. Id-data taż-żwieġ ma huwiex l-uniku kriterju li jiddistingwi l-Artikolu 18 jew l-Artikolu 20 tal-Anness VIII. Id-distinzjoni hija bbażata fuq sensiela ta’ elementi, li l-Qorti Ġenerali rrifjutat li tikkunsidra. Il-Qorti Ġenerali kellha tikkunsidra l-iskop tal-kundizzjoni tat-tul minimu taż-żwieġ fl-Artikolu 18 jew l-Artikolu 20 tal-Anness VIII għandu jiġi kkunsidrat, li kien ikun wera’ d-distinzjoni bejniethom b’mod ċar. L-istess konklużjoni tapplika għall-diskriminazzjoni abbażi tal-età.

Fl-aħħar nett, permezz tat-tielet aggravju tagħha il-Kummissjoni tinvoka żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni tal-Artikolu 52(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali (2) u iktar ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni. Qabel kollox, hemm żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni tal-Artikolu 52(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, li jistabbilixxi tiegħu l-konsegwenzi tal-mewt tal-uffiċjal għall-konjuġi superstiti ma għandhomx jiġu ddeterminati abbażi ta’ jekk iż-żwieġ seħħx qabel jew wara t-tmiem tas-servizz. Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni tal-għan ta’ prevenzjoni ta’ frodi u kisret l-obbligu ta’ motivazzjoni.


(1)  Sentenza tad-19 ta’ Diċembru 2019, HK vs Il-Kummissjoni, ECLI:EU:C:2019:1119.

(2)  Charta der Grundrechte der Europäischen Union (ABl. 2012, C 326, S. 391).


2.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 310/14


Appell ippreżentat fis-7 ta’ Ġunju 2021 mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fl-24 ta’ Marzu 2021 fil-Kawża T-374/20, KM vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-357/21 P)

(2021/C 310/18)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellant: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u M. Alver, bħala aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: KM, Il-Kummissjoni Ewropea, Il-Parlament Ewropew

Talbiet

L-appellant jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tilqa’ l-appell u tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-24 ta’ Marzu 2021 (Is-Seba’ Awla)‚ KM vs Il-Kummissjoni‚ fil-Kawża T-374/20;

tiddeċiedi l-kawża fuq il-mertu u tiċħad ir-rikors fl-ewwel istanza bħala infondat;

tikkundanna lir-rikorrenti fl-ewwel istanza għall-ispejjeż sostnuti mill-Kunsill fil-kuntest tal-proċedura tal-appell u tal-ewwel istanza.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tiegħu, il-Kunsill jinvoka erba’ aggravji.

Fl-ewwel aggravju tiegħu il-Kunsill jinvoka żball ta’ liġi mwettaq mill-Qorti Ġenerali minħabba nuqqas ta’ ugwaljanza fit-trattament, f’dak li jikkonċerna l-għoti ta’ pensjoni tas-superstiti skont l-Artikolu 18 jew l-Artikolu 20 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal, bejn il-konjuġi superstiti ta’ ex-uffiċjal li żżewweġ qabel ma’ telaq mis-servizz u l-konjuġi superstiti ta’ ex-uffiċjal li żżewweġ wara li telaq mis-servizz. Madankollu, il-Qorti Ġenerali ma evalwatx il-paragunabbiltà tas-sitwazzjonijiet inkwistjoni abbażi tal-elementi li jikkaratterizzawhom, b’mod partikolari s-sitwazzjonijiet legali rispettivi tagħhom, b’teħid inkunsiderazzjoni tal-għan u tal-iskop tal-miżura tal-Unjoni inkwistjoni. Konsegwentement, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi, meta ddeċidiet, li d-data taż-żwieġ hija l-uniku element li jiddetermina l-applikabbiltà tal-Artikolu 18 jew tal-Artikolu 20 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal, minkejja li d-differenza fit-trattament hija ġġustifikata abbażi tad-differenza fundamentali, fattwali u legali, bejn l-istatus ta’ uffiċjal li jokkupa waħda mill-pożizzjonijiet indikati fl-Artikolu 35 tar-Regolamenti tal-Persunal u dak ta’ ex-uffiċjal.

It-tieni u t-tielet aggravju huma invokati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea b’mod sussidjarju.

Permezz tat-tieni aggravju tiegħu, il-Kunsill jinvoka żball ta’ liġi f’dak li jirrigwarda l-portata tal-istħarriġ ġudizzjarju eżerċitat mill-Qorti Ġenerali fuq id-deċiżjonijiet tal-leġiżlatur tal-Unjoni. Il-Qorti Ġenerali rreferiet għall-eżistenza ta’ “sempliċi” marġni ta’ diskrezzjoni tal-leġiżlatur tal-Unjoni, li jimplika obbligu ta’ eżami, jekk jidhirx li huwa irraġonevoli li l-leġiżlatur tal-Unjoni jqis li d-differenza fit-trattament stabbilita hija xierqa u neċessarja għall-finijiet tat-twettiq tal-għan intiż. B’dan il-mod, il-Qorti Ġenerali naqset milli tqis is-setgħa diskrezzjonali wiesgħa rrikonoxxuta mill-qorti lill-leġiżlatur tal-Unjoni fil-kuntest tal-eżerċizzju tal-kompetenzi mogħtija lilu, fl-oqsma fejn l-azzjonijiet tiegħu jinvolvu deċiżjonijiet ta’ natura kemm politika kif ukoll ekonomika jew soċjali u li fihom ikollu jwettaq evalwazzjonijiet kumplessi, li huwa l-każ għall-ħolqien ta’ sistema ta’ sigurtà soċjali. Għalhekk, ma hijiex kwistjoni dwar jekk miżura adottata f’tali qasam kinitx l-unika jew l-aħjar waħda. Fil-fatt hija illegali biss meta tkun manifestament inadegwata sabiex jintlaħaq l-għan intiż mill-korpi kompetenti. Peress li l-Qorti Ġenerali wettqet iktar minn sempliċi eżami tal-kwistjoni dwar jekk l-imsemmija miżura hijiex inadegwata, hija ssostitwit l-evalwazzjoni tagħha għal dik tal-leġiżlatur u għalhekk eċċediet il-limiti tal-istħarriġ tal-legalità tagħha.

Permezz tat-tielet aggravju tiegħu, il-Kunsill jinvoka żball ta’ liġi f’dak li jirrigwarda l-eżami tal-validità tal-ġustifikazzjoni għad-differenza fit-trattament. Dan l-eżami huwa, qabel kollox, ivvizzjat bi żball ta’ liġi tal-Qorti Ġenerali fid-determinazzjoni tal-portata tal-istħarriġ ġudizzjarju tagħha tad-deċiżjonijiet tal-leġiżlatur. Sussegwentement, il-Qorti Ġenerali naqset ukoll milli tirrikonoxxi l-ġurisprudenza li tistabbilixxi li r-rikorrent għandu l-obbligu jipproduċi l-prova tan-nuqqas ta’ konformità ta’ dispożizzjoni legali mad-dritt primarju u li ma humiex l-istituzzjonijiet, bħala awturi tal-att, li għandhom jipproduċu l-prova tal-legalità tagħha. Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi, peress li eżaminat il-ġustifikazzjoni għad-differenza fit-trattament fuq il-bażi ta’ ġurisprudenza li tipprovdi li preżunzjoni ġenerali ta’ frodi ma hijiex suffiċjenti sabiex tiġġustifika miżura li l-iskop tagħha huwa li jippreġudika l-għanijiet t-Trattat FUE, u peress li kkonkludiet li l-Artikolu 20 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal jintroduċi preżunzjoni ġenerali u inkonfutabbli ta’ frodi fir-rigward ta’ żwiġijiet li jkunu damu inqas minn ħames snin. Minn dan isegwi, fl-aħħar nett, li l-possibbiltà invokata fis-sentenza appellata, ta’ produzzjoni ta’ evidenza oġġettiva intiża li tirribatti l-preżunzjoni ta’ frodi hija irrilevanti f’dan il-każ, peress li l-Artikolu 20 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal ma jistabbilixxi l-ebda preżunzjoni ta’ frodi jew preżunzjoni tal-assenza ta’ frodi b’rabta ma’ żwieġ.

Fl-aħħar nett, permezz tar-raba’ aggravju tiegħu, il-Kunsill jinvoka żball ta’ liġi u ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni f’dak li jirrigwarda l-konklużjoni tal-Qorti Ġenerali relatata mal-ksur tal-projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni abbażi tal-età. Il-Qorti Ġenerali tirreferi fis-sentenza appellata b’mod alternattiv għall-età tal-konjuġi superstiti, għall-età tal-uffiċjal jew tal-ex uffiċjal, b’tali mod li tikser l-obbligu ta’ motivazzjoni tagħha. Barra minn hekk, l-eżistenza ta’ żvantaġġ partikolari għall-persuni li għandhom ċerta età jew li jinsabu f’kategorija ta’ età partikolari tiddependendi fuq il-prova, li l-leġiżlazzjoni inkwistjoni għandha effetti sfavorevoli fuq proporzjon ikbar ta’ persuni ta’ ċerta età meta mqabbla ma’ persuni ta’ età differenti; din il-prova madankollu ma ġietx prodotta f’dan il-każ. Fl-aħħar nett, anki jekk jiġi preżunt li kien hemm tali differenza fit-trattament ibbażata indirettament fuq l-età tal-ex-uffiċjal fid-data taż-żwieġ tiegħu, il-Qorti Ġenerali naqset milli tikkunsidra jekk din id-differenza fit-trattament kinitx madankollu konformi mal-Artikolu 21(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali (1) u jekk kinitx tissodisfa l-kriterji tal-Artikolu 52(1) tal-Karta.


(1)  Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2012, C 326, p. 391).


2.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 310/15


Appell ippreżentat fl-14 ta’ Ġunju 2021 minn SGI Studio Galli Ingegneria Srl mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fl-14 ta’ April 2021 fil-Kawża T-285/19, SGI Studio Galli Ingegneria vs Il-Kummisjoni

(Kawża C-371/21 P)

(2021/C 310/19)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellant: SGI Studio Galli Ingegneria Srl (rappreżentanti: F.S. Marini, V. Catenacci, R. Viglietta, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza appellata mill-Qorti Ġenerali (id-Disa’ Awla), ippubblikata fl-14 ta’ April 2021 u nnotifikata lill-partijiet fl-istess jum, mogħtija fil-kawża SGI Studio Galli Ingegneria vs Il-Kummissjoni u, għalhekk, tilqa’ t-talbiet ifformulati quddiem il-Qorti Ġenerali minn SGI, fl-ordni li fiha ġew ifformulati u hekk:

Taqta’ u tiddeċiedi li l-appellanti ma għandhiex tħallas lill-Kummissjoni Ewropea s-somom mitluba minn din tal-aħħar permezz tan-nota ta’ debitu Nru 3241902288 li rċeviet fit-22 ta’ Frar 2019 u fl-aħħar lok permezz tal-ittra li rċeviet fid-29 ta’ April 2019 — Ref. Ares (2019) 2858540, mitluba għall-irkupru tal-kontribuzzjoni u għad-danni peress li Studio Galli Ingegneria allegatament naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt il-ftehim ta’ sussidju Nru 619120 dwar il-proġett imsejjaħ “MARSOL”;

Taqta’ u tiddeċiedi li n-nuqqasijiet invokati mill-Kummissjoni ma jeżistux;

Taqta’ u tiddeċiedi l-illegalità, l-invalidità u, fi kwalunkwe każ, in-natura infondata tal-ittra ta’ informazzjoni minn qabel tad-19 ta’ Diċembru 2018, tar-rapport ta’ spezzjoni tal-OLAF, tan-nota ta’ debitu tat-22 ta’ Frar 2019, tan-nota ta’ tfakkir sussegwenti tat-2 ta’ April 2019 u tal-ittra finali ta’ determinazzjoni mill-ġdid tal-ammont mitlub u ta’ ċaħda tat-talbiet sussegwenti ta’ SGI tad-29 ta’ April 2019 — Ref. Ares (2019) 2858540;

Taqta’ u tiddeċiedi l-ineżistenza tad-dejn invokat mill-Kummissjoni,

Taqta’ u tiddeċiedi li d-dritt tal-appellanti għall-kontribuzzjoni effettivament imħallsa mill-Kummissjoni taħt il-ftehim ta’ sussidju Nru 619120 għall-proġett “MARSOL”;

Sussidjarjament, taqta’ u tiddeċiedi li s-somma li hija s-suġġett tat-talba għal irkupru mill-Kummissjoni ma tistax teċċedi l-ammont ta’ EUR 100 044,99, kif jirriżulta mill-ispjegazzjonijiet mogħtija fil-kuntest tat-tielet motiv tar-rikors;

Iktar sussidjarjament, tikkundanna lill-Kummissjoni tħallas lil SGI l-ispejjeż imġarrba għall-eżekuzzjoni tal-proġett MARSOL, bħala arrikkiment indebitu..

Aggravji u argumenti prinċipali

1.

L-ewwel aggravju huwa bbażat fuq l-illegalità tas-sentenza peress li l-Qorti Ġenerali ċaħdet l-ewwel motiv, ksur jew applikazzjoni ħażina tal-Artikoli 41, 42 u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u ksur tal-prinċipju ta’ bona fide kuntrattwali, b’mod partikolari fis-sens tal-Artikolu 1134 tal-Kodiċi Ċivili Belġjan.

L-appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali huwa bbażat fuq il-fatt li din tal-aħħar iddeċidiet li l-Kummissjoni, filwaqt li injorat it-talba għal sospensjoni tal-proċedura u l-aċċess għall-fajl tal-proċedura ta’ spezzjoni tal-OLAF, ma kisritx id-drittijiet stabbiliti fl-Artikoli 41, 42 u 47 tal-Karta u l-prinċipju ta’ bona fide kuntrattwali. Madankollu, peress li l-kumpannija ma kellhiex il-possibbiltà materjali li tirrispondi għar-rapport finali tal-OLAF minħabba problemi interni, l-effettività ta’ dawn id-drittijiet ġiet ppreġudikata, kemm fil-fażi proċedurali amministrattiva, kif ukoll, konsegwentement, fil-fażi tal-proċedura ġudizzjarja.

2.

It-tieni aggravju huwa bbażat fuq l-illegalità tas-sentenza, peress li l-Qorti Ġenerali ċaħdet it-tieni motiv, bil-kksur jew l-applikazzjoni ħażina tal-Artikolu 317 TFUE, tal-Artikolu 172a(1) tar-Regolament Nru 2342/2002 (1), tal-Artikolu 31(3)(a) u (c) tar-Regolament Nru 1906/2006 (2), tal-Artikolu II.5 u l-Artikolu II.14(1) tal-kundizzjonijiet ġenerali tal-ftehim ta’ sussidju, il-ksur tal-prinċipji ta’ preżunzjoni ta’ innoċenza, tal-oneru tal-prova u ta’ ekwità previsti mir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 (3) kif ukoll l-eżistenza ta’ żball fl-evalwazzjoni tal-prova, u l-ksur tal-Artikolu 1315 tal-Kodiċi Ċivili Belġjan.

L-appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali huwa mmotivat mill-fatt li din tal-aħħar ċaħdet it-tieni motiv, u kkonkludiet li l-appellanti ma urietx l-eleġibbiltà tal-ispejjeż diretti u indiretti tal-persunal, u la fir-rigward tal-OLAF u tal-Kummissjoni, u lanqas fil-kuntest tal-proċedura ġudizzjarja. Madankollu, il-Qorti Ġenerali ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-fatt li l-ilmenti tal-OLAF ma kinux jirrigwardawx il-proġett li huwa s-suġġett tat-tilwima iżda proġetti oħra ssussidjati u għalhekk ma applikatx b’mod korrett il-prinċipji ta’ preżunzjoni ta’ innoċenza u ta’ oneru tal-prova. Barra minn hekk, ir-rekords tal-ħin tax-xogħol prodotti fit-tilwima, inkunsiderazzjoni tan-nuqqas ta’ kontestazzjonijiet oħra u l-konklużjoni kkonfermata tal-proġett għandhom jitqiesu bħala evidenza suffiċjenti biex jikkonfermaw l-eliġibbiltà tal-ispejjeż imġarrba mitluba mill-Kummissjoni.

3.

It-tielet aggravju huwa bbażat fuq l-illegalità tas-sentenza billi l-Qorti Ġenerali ċaħdet it-tielet motiv, il-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, tal-ekwità u ta’ bona fide kuntrattwali, il-ksur tal-Artikolu 5(4) TFUE, u l-ksur tal-Artikolu II.22 tal-ftehim ta’ ta’ sussidju.

L-appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali huwa bbażat fuq il-fatt li din tal-aħħar ċaħdet it-tielet motiv, meta kkunsidrat li l-Kummissjoni ma kisritx il-prinċipju tal-proporzjonalità billi talbet l-ispejjeż diretti u indiretti kollha tal-persunal. Issa, peress li l-proċedura ta’ spezzjoni kkonstatat biss ineżattezzi fir-rigward ta’ żewġ persuni assenjati għall-proġett, dawn l-ispejjeż biss kellhom ikunu mitluba u dan, inkunsiderazzjoni b’mod partikolari għat-twettiq ikkonfermat tal-proġett u l-verifika tal-ispejjeż imwettqa minn professjonisti esterni u aċċettata mill-Kummissjoni. Sussidjarjament, u dejjem b’applikazzjoni tal-prinċipju tal-proporzjonalità, il-Qorti Ġenerali kellha tilqa’ t-talba, ifformulata sussidjarjament, intiża għad-determinazzjoni tal-ammont li kellu jiġi rkuprat.

4.

Ir-raba’ aggravju huwa bbażat fuq l-illegalità tas-sentenza billi l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-raba’ motiv, bi ksur jew b’applikazzjoni ħażina tal-Artikolu 2(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 (4) tad-19 ta’ Diċembru 2002 u l-ftehim ta’ sussidju, minħabba n-nuqqas ta’ motivazzjoni u n-natura kontradittorja tas-sentenza billi tmur din kontra l-ġurisprudenza tal-Qorti Ġenerali u tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-qasam tal-arrikkiment indebitu.

L-appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali huwa bbażat fuq il-fatt li din tal-aħħar ċaħdet ir-raba’ motiv billi ċaħdet lill-appellanti id-dritt li żżomm is-sussidju mogħti għall-ispejjeż diretti u indiretti tal-persunal, li b’hekk wassal għal arrikkiment indebitu favur il-Kummissjoni. Peress li f’dan il-każ il-kundizzjonijiet tat-talba huma ssodisfatti, jiġifieri l-arrikkiment ta’ parti waħda fil-kuntratt, it-tfaqqir tal-parti l-oħra u r-rabta kawżali bejn l-arrikkiment u t-tfaqqir, id-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali hija illegali.


(1)  Regolament tal-Kummissjoni (KE, EURATOM) Nru 2342/2002 tat-23 ta’ Diċembru 2002 li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 fuq ir-Regolamenti Finanzjaru li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 4, p. 145).

(2)  Regolament (KE) Nru 1906/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi r-regoli għall-parteċipazzjoni ta' impriżi, ċentri tar-riċerka u universitajiet f'azzjonijiet taħt is-Seba' Programm Kwadru u għad-disseminazzjoni tar-riżultati tar-riċerka (2007-2013) (ĠU 2006 L 391, p. 1).

(3)  Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU 2013, L 248, p. 1).

(4)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta' Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 4, p. 235).


Il-Qorti Ġenerali

2.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 310/18


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ġunju 2021 – L-Italja u Spanja vs Il-Kummissjoni

(Kawżi T-695/17 u T-704/17) (1)

(“Sistema lingwistika - Avviż ta’ kompetizzjonijiet miftuħa għar-reklutaġġ ta’ tradutturi tal-lingwa Ġermaniża, dik Franċiża, Taljana u Olandiża - Limitazzjoni tal-għażla tal-lingwi 2 u 3 tal-kompetizzjonijiet għall-Ġermaniż, l-Ingliż u l-Franċiż - Regolament Nru 1 - Artikolu 1d(1) u (6), Artikolu 27 u Artikolu 28(f) tar-Regolamenti tal-Persunal - Diskriminazzjoni bbażata fuq il-lingwa - Interessi tas-servizz - Proporzjonalità - Obbligu ta’ motivazzjoni”)

(2021/C 310/20)

Lingwi tal-kawżi: it-Taljan u l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent fil-Kawża T-695/17: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, assistit minn P. Gentili, avvocato dello Stato)

Rikorrent fil-Kawża T-704/17: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: L. Aguilera Ruiz, aġent)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Gattinara, D. Milanowska, N. Ruiz García u L. Vernier, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tal-avviż ta’ kompetizzjonijiet miftuħa organizzati sabiex jinħolqu listi ta’ riserva għar-reklutaġġ ta’ tradutturi (AD 5) tal-lingwa Ġermaniża (EPSOAD/343/17), tal-lingwa Franċiża (EPSO/AD/344/17), tal-lingwa Taljana (EPSO/AD/345/17), u tal-lingwa Olandiża (EPSO/AD/346/17) (ĠU 2017, C 224 A, p. 1).

Dispożittiv

1)

Il-Kawżi T-695/17 u T-704/17 huma magħquda għall-finijiet tas-sentenza.

2)

L-avviż ta’ kompetizzjonijiet miftuħa organizzati bil-ħsieb li jiġu stabbiliti listi ta’ riserva għar-reklutaġġ ta’ tradutturi (AD 5) tal-lingwa Ġermaniża (EPSOAD/343/17), tal-lingwa Franċiża (EPSO/AD/344/17), tal-lingwa Taljana (EPSO/AD/345/17), u tal-lingwa Olandiża (EPSO/AD/346/17) hija annullata.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk sostnuti mir-Repubblika Taljana fil-Kawża T-695/17 u dawk sostnuti mir-Renju ta’ Spanja, fil-Kawża T-704/17.


(1)  ĠU C 424, 11.12.2017.


2.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 310/18


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ġunju 2021 – Krajowa Izba Gospodarcza Chłodnictwa i Klimatyzacji vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-126/19) (1)

(“Ambjent - Regolament (UE) Nru 517/2014 - Gassijiet serra fluworurati - Allokazzjoni ta’ kwoti għat-tqegħid ta’ idrofluworokarburi fis-suq - Eċċezzjoni ta’ illegalità - Artikolu 16 u Annessi V u VI tar-Regolament Nru 517/2014 - Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni - Obbligu ta’ motivazzjoni”)

(2021/C 310/21)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrent: Krajowa Izba Gospodarcza Chłodnictwa i Klimatyzacji (Varsavja, il-Polonja) (rappreżentant: A. Galos, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-F. Brakeland, A. Becker, K. Herrmann u M. Jáuregui Gómez, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-kovenuta: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: L. Visaggio, A. Tamás u W. Kuzmienko, aġenti), Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Michoel u I. Tchórzewska, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Diċembru 2018 li talloka lir-rikorrenti kwota ta’ 4 096 tunnellata ta’ ekwivalenza ta’ CO2 ta’ idrofluworokarburi għall-2019.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Krajowa Izba Gospodarcza Chłodnictwa i Klimatyzacji għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha u dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

3)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Parlament Ewropew għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 148, 29.4.2019.


2.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 310/19


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ġunju 2021 – Ċipru vs EUIPO – Filotas Bellas & Yios (Halloumi Vermion)

(Kawżi magħquda T-281/19 u T 351/19) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattivi Halloumi χαλλούμι Vermion grill cheese/grill est/grill kase M BELAS PREMIUM GREEK DAIRY SINCE 1927 - Trade marks ta’ ċertifikazzjoni nazzjonali verbali preċedenti ΧΑΛΛΟΥΜΙ HALLOUMI - Mala fide - Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Raġuni relattiva għal invalidità - Artikolu 53(1)(a) u Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament Nru 207/2009 (li saru l-Artikolu 60(1)(a) u l-Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament 2017/1001)”)

(2021/C 310/22)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Ir-Repubblika ta’ Ċipru (rappreżentanti: S. Malynicz, QC, S. Baran, barrister, u V. Marsland, solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Gája, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Filotas Bellas & Yios AE (Alexandreia Imathias, il-Greċja)

Suġġett

Rikorsi ippreżentati kontra d-deċiżjonijiet tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-15 ta’ Frar 2019 (Każ R 2298/2017-4), u tad-9 ta’ April 2019 (Każ R 2297/2017-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn ir-Repubblika ta’ Ċipru u Filotas Bellas & Yios

Dispożittiv

1)

Ir-rikorsi huma miċħuda.

2)

Ir-Repubblika ta’ Ċipru hija kkundannata għall-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).


(1)  ĠU C 213, 24.6.2019.


2.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 310/20


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ġunju 2021 – Lucaccioni vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-316/19) (1)

(“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Sigurtà soċjali - Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal - Regoli komuni dwar l-assigurazzjoni għar-riskji ta’ inċidenti u ta’ mard ikkaġunat mix-xogħol - Mard ikkaġunat mix-xogħol - Artikolu 9 - Talba għar-rimbors ta’ spejjeż mediċi - Artikolu 23 - Konsultazzjoni ma’ tabib ieħor - Rifjut ta’ riferiment lill-Kumitat Mediku abbażi tal-Artikolu 22 - Assenza ta’ applikazzjoni, b’analoġija, tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 22(1) - Regola ta’ konkordanza bejn ir-rikors u l-ilment - Applikazzjoni tal-liġi ratione temporis”)

(2021/C 310/23)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Arnaldo Lucaccioni (San Benedetto del Tronto, l-Italja) (rappreżentant: E. Bonanni, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Bohr u L. Vernier, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Awwissu 2018 li tiċħad it-talbiet tar-rikorrent tat-23 ta’ Marzu u tat-8 ta’ Ġunju 2018 għal riferiment lill-Kumitat Mediku skont l-Artikolu 22 tar-Regoli komuni dwar l-assigurazzjoni ta’ l-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej kontra r-riskju ta’ inċidenti u ta’ mard fuq il-post tax-xogħol u, min-naħa l-oħra, għall-kumpens għad-danni li r-rikorrent allegatament issubixxa minħabba din id-deċiżjoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Arnaldo Lucaccioni huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 238, 15.7.2019.


2.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 310/20


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ġunju 2021 – CE vs Il-Kumitat tar-Reġjuni

(Kawża T-355/19) (1)

(“Servizz pubbliku - Membri tal-persunal temporanju - Artikolu 2(c) tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg - Kuntratt għal żmien indeterminat - Xoljiment antiċipat b’avviż minn qabel - Artikolu 47(c)(i) tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg - Tkissir tar-rabta ta’ fiduċja - Metodi ta’ avviż minn qabel - Abbuż tal-proċedura - Dritt għal smigħ - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Drittijiet tad-difiża - Żball manifest ta’ evalwazzjoni”)

(2021/C 310/24)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: CE (rappreżentant: M. Casado García-Hirschfeld, avukat)

Konvenut: Il-Kumitat tar-Reġjuni (rappreżentanti: S. Bachotet u M. Esparrago Arzadun, aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur, avukat)

Suġġett

Talba abbażi tal-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament, prinċipalment, tad-deċiżjoni tas-16 ta’ April 2019 li permezz tagħha l-Kumitat tar-Reġjuni xolja l-kuntratt tar-rikorrenti u, sussidjarjament, tal-ittra tas-16 ta’ Mejju 2019 li permezz tagħha dan ġedded id-data sa meta r-rikorrenti setgħet tirkupra l-proprjetà personali u taċċedi għall messaġġi elettroniċi tagħha matul il-perijodu ta’ avviż minn qabel u, min-naħa l-oħra, għall-kumpens għad-danni materjali u morali allegatament subiti mir-rikorrenti minħabba dawn id-deċiżjonijiet.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tas-16 ta’ April 2019 li xxolji l-kuntratt ta’ xogħol ta’ CE hija annullata f’dak li jikkonċerna l-metodi partikolari ta’ eżekuzzjoni tal-avviż minn qabel.

2)

Ir-rikors huwa miċħud għall-bqija.

3)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess, inklużi dawk relatati mal-proċedura għal miżuri provviżorji.


(1)  ĠU C 255, 29.7.2019.


2.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 310/21


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ġunju 2021 – PL vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-586/19) (1)

(“Servizz ċivili - Uffiċjali - Rapport ta’ evalwazzjoni tal-karriera - Proċedura ta’ evalwazzjoni 2017 - Ħatra tal-evalwatur - Artikolu 22a tar-Regolamenti tal-Persunal - Dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implimentazzjoni tal-Artikolu 43 tar-Regolamenti tal-Persunal - Dmir ta’ premura - Terminu raġonevoli - Prinċipju ta’ imparzjalità - Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali - Obbligu ta’ nmotivazzjoni - Artikolu 26 tar-Regolamenti tal-Persunal - Drittijiet tad-difiża”)

(2021/C 310/25)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: PL (rappreżentanti: J.-N. Louis u J. Van Rossum, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: I. Melo Sampaio u L. Vernier, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Ottubru 2018 li tistabbilixxi r-rapport ta’ evalwazzjoni tal-karriera tar-rikorrent għall-2017.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

PL huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 363, 28.10.2019.


2.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 310/22


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ġunju 2021 – Health Product Group vs EUIPO – Bioline Pharmaceutical (Enterosgel)

(Kawża T-678/19) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Unjoni Ewropea - Trade mark figurattiva Enterosgel - Assenza ta’ mala fide - Artikolu 51(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/49 (li sar l-Artikolu 59(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”)

(2021/C 310/26)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Health Product Group sp. z o.o. (Varsavja, il-Polonja) (rappreżentanti: M. Kondrat, M. Stępień u A. Przytuła, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Markakis u V. Ruzek, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Bioline Pharmaceutical AG (Baar, l-Isvizzera) (rappreżentanti: T. Grucelski, H. Gajek u M. Furmańska, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ Awwissu 2019 (Każ R 482/2018-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Health Product Group u Bioline Pharmaceutical.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Health Product Group sp. z o.o. hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 399, 25.11.2019.


2.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 310/22


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ġunju 2021 – RA vs IL-Qorti Ewropea

(Kawża T-867/19) (1)

(“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Promozzjoni - Proċedura ta’ promozzjoni 2016 - Deċiżjoni li r-rikorrent ma jingħatax promozzjoni għall-grad AD 11 - Assenza ta’ rapport ta’ evalwazzjoni - Paragun tal-merti - Eżekuzzjoni ta’ sentenza tal-Qorti Ġenerali - Adozzjoni ta’ sentenza ġdida li ma jingħatax promozzjoni - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 45 tar-Regolamenti tal-Persunal - Żball manifest ta’ evalwazzjoni”)

(2021/C 310/27)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: RA (rappreżentant: S. Orlandi, avukat)

Konvenuta: Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri (rappreżentanti: C. Lesauvage u A. M. Feipel Cosciug, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tas-27 ta’ Frar 2019, li permezz tagħha l-Qorti tal-Awdituri ddeċidiet li ma tagħtix promozzjoni lir-rikorrent għall-grad AD 11 u, min-naħa l-oħra, għall-kumpens għad-dannu li r-rikorrent allegatament ġarrab minħabba din id-deċiżjoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

RA huwa kkundannat għad-danni.


(1)  ĠU C 68, 2.3.2020.


2.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 310/23


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ġunju 2021 – Davide Groppi vs EUIPO – Viabizzuno (Lampa tal-mejda)

(Kawża T-187/20) (1)

(“Disinn Komunitarju - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta lampa tal-mejda - Disinn Komunitarju preċedenti - Raġuni għal invalidità - Assenza ta’ karattru individwali - Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 6/2002”)

(2021/C 310/28)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Davide Groppi Srl (Piacenza, l-Italja) (rappreżentanti: F. Boscariol de Roberto, D. Capra u V. Malerba, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: L. Rampini, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Viabizzuno Srl (Bentivoglio, l-Italja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-23 ta’ Jannar 2020 (Każ R 126/2019-3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Viabizzuno u Davide Groppi.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Davide Groppi Srl hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 191, 8.6.2020.


2.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 310/23


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ġunju 2021 – Chanel vs EUIPO – Innovative Cosmetic Concepts (INCOCO)

(Kawża T-196/20) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea - Trade mark verbali INCOCO - Trade marks nazzjonali verbali preċedenti COCO - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”)

(2021/C 310/29)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Chanel (Neuilly-sur-Seine, Franza) (rappreżentant: J. Passa, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Pétrequin, J. Crespo Carrillo u V. Ruzek, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Innovative Cosmetic Concepts LLC (Clifton, New Jersey, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: I. Temiño Ceniceros, J. Oria Sousa-Montes u P. Revuelta Martos, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-16 ta’ Jannar 2020 (Każ R 194/2019-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Chanel u Innovative Cosmetic Concepts.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tas-16 ta’ Jannar 2020 (Każ R 194/2019-1) hija annullata.

2)

L-EUIPO u Innovative Cosmetic Concepts LLC huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 201, 15.6.2020.


2.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 310/24


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ġunju 2021 – Fidia farmaceutici vs EUIPO – Ioulia and Irene Tseti Pharmaceutical Laboratories (HYAL)

(Kawża T-215/20) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark verbali tal-Unjoni HYAL - Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 59(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Raġuni assoluta għal rifjut - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament 2017/1001) - Dritt għal smigħ - Prinċipju ta’ kontradittorju - Obbligu ta’ motivazzjoni - Amministrazzjoni tajba u ugwaljanza fit-trattament - Artikolu 165(1) tar-Regolament 2017/1001”)

(2021/C 310/30)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Fidia farmaceutici SpA (Abano Terme, l-Italja) (rappreżentanti: R. Kunz-Hallstein u H. P. Kunz Hallstein, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Sliwinska, V. Ruzek u H. O’Neill, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Ioulia and Irene Tseti Pharmaceutical Laboratories SA (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: C. Chrysanthis, P.-V. Chardalia u A. Vasilogamvrou, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat mid-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-24 ta’ Jannar 2020 (Każ R 613/2019-5) dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Ioulia and Irene Tseti Pharmaceutical Laboratories u Fidia farmaceutiċi.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Fidia farmaceutici SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 201, 15.6.2020.


2.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 310/25


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ġunju 2021 – Smiley Miley vs EUIPO – Cyrus Trademarks (MILEY CYRUS)

(Kawża T-368/20) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark verbali tal-Unjoni MILEY CYRUS - Trade mark figurattiva preċedenti tal-Unjoni CYRUS - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”)

(2021/C 310/31)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Smiley Miley, Inc. (Nashville, Tennessee, l-Istati Uniti) (rappreżentant: J.-B. Devaureix, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: V. Ruzek, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Cyrus Trademarks Ltd (Road Town, il-Gżejjer Verġni Brittaniċi)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-2 ta’ April 2020 (Każ R 2520/2018-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Cyrus Trademarks u Smiley Miley.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-2 ta’ April 2020 (Każ R 2520/2018-4) hija annullata.

2)

L’EUIPO huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 255, 3.8.2020.


2.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 310/25


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ġunju 2021 – KT vs BEI

(Kawża T-415/20) (1)

(Servizz pubbliku - Persunal tal-BEI - Proċedura dixxiplinari - Tkeċċija għal raġuni gravi - Drittijiet tad-difiża - Smigħ tax-xhieda - Delega ta’ setgħat - Preparazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata - Terminu raġjonevoli - Imparzjalità - Protezzjoni tad-data personali - Proporzjonalità)

(2021/C 310/32)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: KT (rappreżentant: L. Levi, avocate)

Konvenut: Il-Bank Ewropew għall-Investiment (rappreżentanti: K. Carr u M. Loizou, aġenti, assistiti minn A. Duron, avocate)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u fuq l-Artikolu 50a tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-BEI tal-24 ta’ Marzu 2020 li timponi fuq ir-rikorrenti, bħala sanzjoni dixxiplinarja, tkeċċija għal raġuni gravi, mingħajr avviż minn qabel, iżda b’allowance tat-tluq.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

KT hija kkundannata għall-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Bank Ewropew għall-Investiment (BEI).


(1)  ĠU C 297, 7.9.2020


2.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 310/26


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta' Ġunju 2021 – Magnetec vs EUIPO (CoolTUBE)

(Kawża T-481/20) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea CoolTUBE - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

(2021/C 310/33)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Magnetec – Gesellschaft für Magnettechnologie mbH (Langenselbold. il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Kloth, R. Briske u D. Havel, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Söder, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-15 ta’ Mejju 2020 (Każ R 1755/2019-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali CoolTUBE bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-15 ta’ Mejju 2020 (Każ R 1755/2019-1), hija annullata.

2)

L-EUIPO hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha stess kif ukoll għal dawk sostnuti minn Magnetec – Gesellschaft für Magnettechnologie mbH, inklużi l-ispejjeż indispensabbli sostnuti għall-finijiet tal-proċedimenti ta’ appell quddiem il-Bord ta’ Appell.


(1)  ĠU C 304, 14.9.2020.


2.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 310/26


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ġunju 2021 – Rezon vs EUIPO (imot.bg)

(Kawża T-487/20) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva imot.bg - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Obbligu ta’ motivazzjoni - L-ewwel sentenza tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament 2017/1001 - Deċiżjoni parzjalment konfermatorja”)

(2021/C 310/34)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Partijiet

Rikorrent: Rezon OOD (Sofija, il-Bulgarija) (rappreżentant: M. Yordanova-Harizanova, avukata)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Folliard-Monguiral u P. Angelova Georgieva, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-2 ta’ Ġunju 2020 (Każ R 2270/2019-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiva imot.bg bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Rezon OOD hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 329, 5.10.2020.


2.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 310/27


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Ġunju 2021 – Shindler et vs Il-Kunsill

(Kawża T-198/20) (1)

(“Rikors għal annullament - Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja - Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni u mill-Euratom - Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar il-ħruġ - Ċittadini tar-Renju Unit - Telf taċ-ċittadinanza tal-Unjoni - Nuqqas ta’ inċidenza individwali - Att mhux regolatorju - Inammissibbiltà”)

(2021/C 310/35)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Harry Shindler (Porto d’Ascoli, l-Italja) u d-9 rikorrenti l-oħra li isimhom jidher fl-anness tad-digriet (rappreżentant: J. Fouchet, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer, R. Meyer u J. Ciantar, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament, totali jew parzjali, minn naħa, tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (ĠU 2020, L 29, p. 7) u, min-naħa l-oħra, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/135 tat-30 ta’ Jannar 2020 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (ĠU 2020, L 29, p. 1).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet għal intervent tal-Kummissjoni Ewropea u ta’ British in Europe.

3)

Harry Shindler u r-rikorrenti l-oħra li isimhom jidher fl-anness huma kkundannati, minbarra għall-ispejjeż tagħhom, għal dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, bl-eċċezzjoni ta’ dawk relatati mat-talbiet għal intervent.

4)

H. Shindler u r-rikorrenti l-oħra li isimhom jidher fl-anness, il-Kunsill, il-Kummissjoni u British in Europe għandhom ibatu kull wieħed l-ispejjeż tagħhom relatati mat-talbiet għal intervent.


(1)  ĠU C 201, 15.6.2020.


2.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 310/28


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Ġunju 2021 – Price vs Il-Kunsill

(Kawża T-231/20) (1)

(“Rikors għal annullament - Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja - Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni u mill-Euratom - Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-ftehim dwar il-ħruġ - Ċittadini tar-Renju Unit - Telf taċ-ċittadinanza tal-Unjoni - Nuqqas ta’ inċidenza individwali - Att mhux regolatorju - Inammissibbiltà”)

(2021/C 310/36)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: David Price (Le Dorat, Franza) (rappreżentant: J. Fouchet, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer, R. Meyer u M.-M. Joséphidès, aġenti)

Suġġett

Talba abbażi tal-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament parzjali, minn naħa, tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (ĠU 2020, L 29, p. 7) u, min-naħa l-oħra, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/135 tat-30 ta’ Jannar 2020 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (ĠU 2020, L 29, p. 1).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għal intervent tal-Kummissjoni Ewropea.

3)

David Price għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu stess, dawk esposti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, inklużi dawk relattivi għall-proċedura għal miżuri provviżorji u bl-eċċezzjoni ta’ dawk relatati mat-talba għal intervent.

4)

D. Price, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom ibatu kull wieħed l-ispejjeż tagħhom stess relattivi għat-talba għal intervent.


(1)  ĠU C 209, 22.6.2020.


2.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 310/29


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Ġunju 2021 – Silver et vs Il-Kunsill

(Kawża T-252/20) (1)

(“Rikors għal annullament - Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja - Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni u mill-Euratom - Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar il-Ħruġ - Ċittadini tar-Renju Unit - Telf taċ-ċittadinanza tal-Unjoni - Nuqqas ta’ inċidenza individwali - Att mhux regolatorju - Inammissibbiltà”)

(2021/C 310/37)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Joshua Silver (Bicester, ir-Renju Unit) u s-6 rikorrenti l-oħrajn li isimhom jidher fl-anness tad-digriet (rappreżentanti: P. Tridimas, barrister, D. Harrison u A. von Westernhagen, solicitors)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer, R. Meyer u J. Ciantar, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/135 tat-30 ta’ Jannar 2020 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (ĠU 2020, L 29, p. 1).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet għal intervent tal-Kummissjoni Ewropea, ta’ British in Europe, ta’ Plaid Cymru – The Party of Wales, ta’ European Democracy Lab, ta’ ECIT u ta’ European Alternatives Ltd.

3)

Joshua Silver u r-rikorrenti l-oħrajn li isimhom jidher fl-Anness huma kkundannati jbatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom, dawk imġarrba mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, bl-eċċezzjoni ta’ dawk relatati mat-talbiet għal intervent.

4)

J. Silver u r-rikorrenti l-oħrajn li isimhom jidher fl-Anness, il-Kunsill, il-Kummissjoni, British in Europe, Plaid Cymru – The Party of Wales, European Democracy Lab, ECIT u European Alternatives Ltd għandhom kollha jbatu l-ispejjeż relatati mat-talbiet għal intervent.


(1)  ĠU C 215, 29.6.2020.


2.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 310/29


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ġunju 2021 – Sony Interactive Entertainment Europe vs EUIPO – Huawei Technologies (GT8)

(Kawża T-420/20) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea GT8 - Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea preċedenti GT - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(5) tar-Regolament 2017/1001) - Pubbliku rilevanti - Livell ta’ attenzjoni - Rikors manifestament fondat”)

(2021/C 310/38)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Sony Interactive Entertainment Europe Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: S. Malynicz, QC, u M. Maier, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: H. O’Neill u V. Ruzek, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Huawei Technologies Co. Ltd (Shenzhen, iċ-Ċina)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-24 ta’ April 2020 (Każ R 1611/2019-4), proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Sony Interactive Entertainment Europe u Huawei Technologies.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), tal-24 ta’ April 2020 (Każ R 1611/2019-4) hija annullata.

2)

L-EUIPO huwa kkundannat għall-ispejjeż tiegħu kif ukoll għal dawk sostnuti minn Sony Interactive Entertainment Europe Ltd.


(1)  ĠU C 287, 31.8.2020.


2.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 310/30


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ġunju 2021 – Sony Interactive Entertainment Europe vs EUIPO – Huawei Technologies (GT3)

(Kawża T-421/20) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea GT3 - Trade mark figurattiva preċedenti tal-Unjoni Ewropea GT - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(5) tar-Regolament 2017/1001) - Pubbliku rilevanti - Livell ta’ attenzjoni - Rikors manifestament fondat”)

(2021/C 310/39)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Sony Interactive Entertainment Europe Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: S. Malynicz, QC, u M. Maier, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: H. O’Neill u V. Ruzek, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Huawei Technologies Co. Ltd (Shenzhen, iċ-Ċina)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-24 ta’ April 2020 (Każ R 1609/2019-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Sony Interactive Entertainment Europe u Huawei Technologies.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-24 ta’ April 2020 (Każ R 1609/2019-4) hija annullata.

2)

L-EUIPO hija kkundannata għall-ispejjeż kif ukoll għal dawk sostnuti minn Sony Interactive Entertainment Europe Ltd.


(1)  ĠU C 287, 31.8.2020.


2.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 310/31


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ġunju 2021 – Sony Interactive Entertainment Europe vs EUIPO – Huawei Technologies (GT5)

(Kawża T-422/20) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea GT5 - Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea preċedenti GT - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001) - Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(5) tar-Regolament 2017/1001) - Pubbliku relevanti - Livell ta’ attenzjoni - Rikors manifestament fondat”)

(2021/C 310/40)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Sony Interactive Entertainment Europe Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: S. Malynicz, QC, u M. Maier, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: H. O’Neill u V. Ruzek, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Huawei Technologies Co. Ltd (Shenzhen, iċ-Ċina)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-24 ta’ April 2020 (Każ R 1600/2019-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Sony Interactive Entertainment Europe u Huawei Technologies.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-24 ta’ April 2020 (Każ R 1600/2019-4) hija annullata.

2)

L-EUIPO huwa kkundannat ibati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn Sony Interactive Entertainment Europe Ltd.


(1)  ĠU C 287, 31.8.2020.


2.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 310/31


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ġunju 2021 – Sony Interactive Entertainment Europe vs EUIPO – Huawei Technologies (GT9)

(Kawża T-423/20) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea GT9 - Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea preċedenti GT - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001) - Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(5) tar-Regolament 2017/1001) - Pubbliku relevanti - Livell ta’ attenzjoni - Rikors manifestament fondat”)

(2021/C 310/41)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Sony Interactive Entertainment Europe Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: S. Malynicz, QC, u M. Maier, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: H. O’Neill u V. Ruzek, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Huawei Technologies Co. Ltd (Shenzhen, iċ-Ċina)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-24 ta’ April 2020 (Każ R 1610/2019-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Sony Interactive Entertainment Europe u Huawei Technologies.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-24 ta’ April 2020 (Każ R 1610/2019-4) hija annullata.

2)

L-EUIPO huwa kkundannat ibati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn Sony Interactive Entertainment Europe Ltd.


(1)  ĠU C 287, 31.8.2020.


2.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 310/32


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Ġunju 2021 – TrekStor vs EUIPO – Zagg (Koperturi protettivi għall-hardware tal-kompjuter)

(Kawża T-512/20) (1)

(“Disinn Komunitarju - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta koperturi protettivi għall-hardware tal-kompjuter - Raġuni għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Użu mhux awtorizzat ta’ xogħol protett mil-leġiżlazzjoni dwar id-drittijiet tal-awtur ta’ Stat Membru - Artikolu 25(1)(f) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 - Talba għal smigħ ta’ xhieda - Rikors manifestament infondat fid-dritt”)

(2021/C 310/42)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: TrekStor GmbH (Bensheim, il-Ġermanja) (rappreżentanti: O. Spieker, A. Schönfleisch u N. Willich, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Zagg Inc. (Midvale, Utah, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: T. Schmitz u M. Breuer, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ Ġunju 2020 (Każ R 294/2019-3) dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn TrekStor u Zagg.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

TrekStor GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 378, 9.11.2020.


2.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 310/33


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ġunju 2021 – Sony Interactive Entertainment Europe vs EUIPO – Huawei Technologies (GT9)

(Kawża T-558/20) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea GT10 - Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea preċedenti GT - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001) - Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(5) tar-Regolament 2017/1001) - Pubbliku relevanti - Livell ta’ attenzjoni - Rikors manifestament fondat”)

(2021/C 310/43)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Sony Interactive Entertainment Europe Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: S. Malynicz, QC, u M. Maier, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: H. O’Neill u V. Ruzek, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Huawei Technologies Co. Ltd (Shenzhen, iċ-Ċina)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ Lulju 2020 (Każ R 2554/2019-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Sony Interactive Entertainment Europe u Huawei Technologies.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-8 ta’ Lulju 2020 (Każ R 2554/2019-4) hija annullata.

2)

L-EUIPO huwa kkundannat ibati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn Sony Interactive Entertainment Europe Ltd.


(1)  ĠU C 371, 3.11.2020.


2.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 310/33


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Ġunju 2021 – TrekStor vs EUIPO – Zagg (Koperturi protettivi għall-hardware tal-kompjuter)

(Kawża T-564/20) (1)

(“Disinn Komunitarju - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta koperturi protettivi għall-hardware tal-kompjuter - Raġuni ta’ invalidità - Użu mhux awtorizzat ta’ xogħol protett mil-leġiżlazzjoni dwar id-drittijiet tal-awtur ta’ Stat Membru - Artikolu 25(1)(f) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 - Talba għal smigħ ta’ xhieda - Rikors manifestament infondat fid-dritt”)

(2021/C 310/44)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: TrekStor GmbH (Bensheim, il-Ġermanja) (rappreżentanti: O. Spieker, A. Schönfleisch u N. Willich, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Zagg Inc. (Midvale, Utah, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: T. Schmitz u M. Breuer, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-17 ta’ Ġunju 2020 (Każ R 296/2019 3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn TrekStor u Zagg.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

TrekStor GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 378, 9.11.2020.


2.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 310/34


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Ġunju 2021 – TrekStor vs EUIPO – Zagg (Koperturi protettivi għall-hardware tal-kompjuter)

(Kawża T-565/20) (1)

(“Disinn Komunitarju - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta koperturi protettivi għall-hardware tal-kompjuter - Raġuni għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Użu mhux awtorizzat ta’ xogħol protett mil-leġiżlazzjoni dwar id-drittijiet tal-awtur ta’ Stat Membru - Artikolu 25(1)(f) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 - Talba għal smigħ ta’ xhieda - Rikors manifestament infondat fid-dritt”)

(2021/C 310/45)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: TrekStor GmbH (Bensheim, il-Ġermanja) (rappreżentanti: O. Spieker, A. Schönfleisch u N. Willich, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Zagg Inc. (Midvale, Utah, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: T. Schmitz u M. Breuer, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-17 ta’ Ġunju 2020 (Każ R 297/2019-3) dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn TrekStor u Zagg.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

TrekStor GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 378, 9.11.2020.


2.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 310/35


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Ġunju 2021 – One Voice vs ECHA

(Kawża T-663/20) (1)

(“Rikors għal annullament - REACH - Sustanza homosalate - Użu esklużiv għall-manifattura ta’ prodotti kożmetiċi - Kontroll tal-konformità tar-reġistrazzjonijiet - Artikolu 41(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 - Terminu għall-preżentata ta’ rikors - Artikolu 21(5) tar-Regolament (KE)Nru 771/2008 - Artikolu 59 tar-Regoli tal-Proċedura - Inammissibbiltà”)

(2021/C 310/46)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: One Voice (Strasbourg, Franza) (rappreżentant: A. Ghersi, avukat)

Konvenut: L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (rappreżentanti: W. Broere u L. Bolzonello, aġenti, assistiti minn S. Raes, avukat)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni A-009-2018 tal-Bord tal-Appell tal-ECHA, tat-18 ta’ Awwissu 2020, dwar il-kontroll tal-konformità ta’ fajl ta’ reġistrazzjoni għall-homosalate.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

One Voice hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 9, 11.1.2021.


2.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 310/35


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Ġunju 2021 – One Voice vs ECHA

(Kawża T-664/20) (1)

(“Rikors għal annullament - REACH - Sustanza salicylate ta’ 2-ethylhexyl - Użu esklużiv għall-manifattura ta’ prodotti kożmetiċi - Stħarriġ tal-konformità tar-reġistrazzjonijiet - Artikolu 41(1) tar-Regolament (KE) Nru 1097/2006 - Terminu għall-preżentata ta’ rikors - Artikolu 21(5) tar-Regolament (KE) Nru 771/2008 - Artikolu 59 tar-Regoli tal-Proċedura - Inammissibbiltà”)

(2021/C 310/47)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: One Voice (Strasbourg, Franza) (rappreżentant: A. Ghersi, avukat)

Konvenut: L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (rappreżentanti: W. Broere u L. Bolzonello, aġenti, assistiti minn S. Raes, avukat)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni A-010-2018 tal-Bord tal-Appell tal-ECHA tat-18 ta’ Awwissu 2020, dwar l-istħarriġ tal-konformità ta’ proċess ta’ reġistrazzjoni għas-salicylate ta’ 2-ethylhexyl.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

One Voice hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 9, 11.1.2021.


2.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 310/36


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Ġunju 2021 – SY vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-312/21)

(2021/C 310/48)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: SY (rappreżentant: T. Walberer, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Skont l-Artikolu 270 TFUE, l-Artikolu 91(1) tar-Regolamenti tal-Persunal u l-Artikoli 263 u 265 TFUE, ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla l-lista ta’ riżerva fil-kompetizzjoni EPSO/AD/374/19-1, id-deċiżjonijiet ta’ reklutaġġ ta’ kandidati fuq il-lista ta’ riżerva, id-deċiżjonijiet tal-bord tal-għażla tal-21 ta’ April 2021 u tal-14 ta’ Jannar 2021 sabiex ir-rikorrent ma jkunx inkluż fil-lista ta’ riżerva fil-qasam tad-dritt tal-kompetizzjoni, l-“addendum” għall-avviż ta’ kompetizzjoni EPSO/AD/374/19-1 tal-5 ta’ Novembru 2020 u l-konvokazzjoni tar-rikorrent tal-20 ta’ Novembru 2020,

sussidjarjament, tannulla d-deċiżjonijiet tal-bord tal-għażla tal-21 ta’ April 2021 u tal-14 ta’ Jannar 2021 dwar ir-rikorrent, u fis-sentenza tipprovdi lill-konvenuta b’linji gwida speċifiċi meħtieġa għall-istabbiliment mill-ġdid tal-pożizzjoni legali tar-rikorrent qabel il-ksur, li jippermetti lill-konvenuta tinkludi lir-rikorrent fil-lista ta’ riżerva immedjatament jew wara li tiġi evalwata mill-ġdid il-prestazzjoni tiegħu, tannulla l-“addendum” għall-avviż ta’ kompetizzjoni EPSO/AD/374/19-1 tal-5 ta’ Novembru 2020 u l-konvokazzjoni tar-rikorrent tal-20 ta’ Novembru 2020,

tiddikjara li l-konvenuta kisret l-Artikolu 265 TFUE peress li naqset milli tindirizza l-ilment amministrattiv tar-rikorrent tas-17 ta’ Jannar 2021,

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li l-modifika retroattiva tal-proċedura ta’ selezzjoni hija illegali minħabba nuqqas ta’ bażi legali u minħabba drittijiet kunfliġġenti kif ukoll ksur ta’ ċarezza legali, tal-obbligu ta’ motivazzjoni u tad-dritt ta’ parteċipazzjoni.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni fir-rigward ta’ marda tar-rikorrent li kienet diġà teżisti, minħabba li l-konvenuta naqset milli tipprovdi l-arranġamenti speċjali meħtieġa għall-eżami.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li r-rikorrent kien ġie diskriminat minħabba l-ħin ta’ dewmien meta mqabbel mal-parteċipanti fiċ-ċentru tal-evalwazzjoni li huwa purament elettroniku.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li r-rikorrent ġie ddiskriminat meta mqabbel mal-impjegati tal-konvenuta.


2.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 310/37


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Ġunju 2021 – Castel Frères vs EUIPO – Shanghai Panati (Rappreżentazzjoni ta’ karattri Ċiniżi)

(Kawża T-323/21)

(2021/C 310/49)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Castel Frères (Blanquefort, Franza) (rappreżentant: T. de Haan, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Shanghai Panati Co. (Shanghai, iċ-Ċina)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni (Rappreżentazzjoni ta’ karattri Ċinizi) – Trade mark tal-Unjoni Nru 6 785 109

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-22 ta’ Marzu 2021 fil-Każ R 753/2020-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-intervenjenti għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti mir-rikorrrenti quddiem il-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 58(1)(a) u l-Artikolu 18(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


2.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 310/37


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Ġunju 2021 – Wizz Air Hungary vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-332/21)

(2021/C 310/50)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Wizz Air Hungary Légiközlekedési Zrt. (Wizz Air Hungary Zrt.) (Budapest, l-Ungerija) (rappreżentanti: E. Vahida, S. Rating u I. G. Metaxas Maranghidis, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-konvenuta, tat-2 ta’ Ottubru 2020, dwar Għajnuna mill-Istat SA.56810 (2020/N) – ir-Rumanija – COVID-19: Għajnuna lil TAROM (1); u

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq il-fatt li l-konvenuta applikat ħażin l-Artikolu 107(2)(b) TFUE u li wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni fl-eżami tal-proporzjonalità tal-għajnuna fir-rigward tad-dannu kkawżat mill-kriżi tal-COVID-19.

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq il-fatt li l-konvenuta kisret dispożizzjonijiet speċifiċi tat-TFUE u l-prinċipji ġenerali tad-dritt Ewropew li rregolaw il-liberalizzazzjoni tat-trasport bl-ajru fl-Unjoni Ewropea sa mill-aħħar tat-tmeninijiet (jiġifieri n-nondiskriminazzjoni, il-libertà li jiġu pprovduti servizzi, applikati għat-trasport bl-ajru bir-Regolament Nru 1008/2008 (2), u l-libertà ta’ stabbiliment)

3.

It-tielet motiv huwa bbażat fuq il-fatt li l-konvenuta ma nidietx proċedura ta’ investigazzjoni uffiċjali minkejja diffikultajiet serji u injorat id-drittijiet proċedurali tar-rikorrenti.

4.

Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq il-fatt li l-konvenuta naqset mill-obbligu tagħha li tagħti l-motivi tad-deċiżjoni tagħha.


(1)  ĠU 2021, C 94, p. 1.

(2)  Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2008 dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi ta’ l-ajru fil-Komunità (ĠU 2008, L 293, p. 3).


2.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 310/38


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Ġunju 2021 – Ryanair vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-333/21)

(2021/C 310/51)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Ryanair DAC (Swords, l-Irlanda) (rappreżentanti: F. C. Laprévote, E. Vahida, V. Blanc, S. Rating u I. G. Metaxas Maranghidis, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-konvenuta tad-29 ta’ Diċemrbu 2020 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.59188 (2020/NN) – L-Italja – Alitalia COVID-19 Damage Compensation II (1); u

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq użu ħażin ta’ poter u ksur tal-Artikolu 107(2)(b) TFUE mill-konvenuta billi eżaminat l-għajnuna bħala kwistjoni ta’ prijorità u ffriżat l-investigazzjoni tal-għajnuna illegali għas-salvataġġ mogħtija lil Alitalia fl-2017 u fl-2019.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li l-konvenuta applikat ħażin l-Artikolu 107(2)(b) TFUE u wettqet żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni fl-eżami tagħha tal-proporzjonalità tal-għajnuna fir-rigward tad-danni kkawżati mill-kriżi tal-COVID-19.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li l-konvenuta kisret id-dispożizzjonijiet speċifiċi tat-TFUE u l-prinċipji ġenerali tad-dritt Ewropew li rregolaw il-liberalizzazzjoni tat-trasport bl-ajru fl-Unjoni Ewropea sa mill-aħħar tat-tmeninijiet (jiġifieri n-nondiskriminazzjoni, il-libertà li jiġu pprovduti servizzi – applikati għat-trasport bl-ajru bir-Regolament Nru 1008/2008 (2) – u l-libertà ta’ stabbiliment).

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li l-konvenuta naqset milli tibda proċedura ta’ eżami uffiċjali minkejja diffikultajiet serji u kisret id-drittijiet proċedurali tar-rikorrenti.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq il-fatt li l-konvenuta naqset milli tosserva l-obbligu tagħha ta’ motivazzjoni tad-deċiżjoni.


(1)  ĠU 2021, C 134, p. 2.

(2)  Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2008 dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi ta’ l-ajru fil-Komunità (Riformulazzjoni) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) (ĠU 2008, L 293, p. 3).


2.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 310/39


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Ġunju 2021 – PJ vs EIT

(Kawża T-335/21)

(2021/C 310/52)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: PJ (rappreżentant: N. de Montigny, avukat)

Konvenut: L-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tat-13 ta’ Ottubru 2020 tad-Direttur Eżekuttiv li abbażi tagħha ġie rrifjutat lilu l-benefiċċju tat-telexogħol mill-post tal-oriġini tiegħu;

sa fejn neċessarju, tannulla d-deċiżjoni tad-9 ta’ Marzu 2021 tad-Direttur Eżekuttiv li tiċħad l-ilment tar-rikorrent ippreżentat fl-10 ta’ Novembru 2020;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tmien motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tad-dmir ta’ imparzjalità, ta’ oġġettività u ta’ newtralità tal-awtorità awtorizzata li tikkonkludi l-kuntratti ta’ reklutaġġ u fuq l-adozzjoni tar-regoli interni minn awtorità inkompetenti.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tad-dritt għal smigħ.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq l-assenza ta’ motivazzjoni.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-ksur tar-regoli interni u fuq l-interpretazzjoni arbitrarja u irraġonevoli tagħhom, kif ukoll fuq l-assenza ta’ prevedibbiltà u ta’ ċertezza legali.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq il-ksur tad-dmir ta’ premura, tan-nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni tal-interessi kemm tal-istituzzjoni kif ukoll tar-rikorrent u fuq l-isproporzjonalità tad-deċiżjoni fir-rigward tal-interess reali tal-istituzzjoni.

6.

Is-sitt motiv ibbażat fuq il-ksur tad-dritt għar-rispett tal-ħajja privata u tal-familja stabbilit fl-Artikolu 7 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Karta”) kif ukoll tad-dritt għal bilanċ bejn il-ħajja privata u l-ħajja professjonali stabbilit fl-Artikolu 33 tal-Karta.

7.

Is-seba’ motiv ibbażat fuq il-ksur tad-dritt effettiv għal impjieg u għal kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti.

8.

It-tmien motiv ibbażat fuq l-assenza ta’ teħid inkunsiderazzjoni ta’ avveniment ta’ forza maġġuri.