ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 300

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 64
27 ta' Lulju 2021


Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

RIŻOLUZZJONIJIET

 

Il-Kumitat tar-Regjuni

 

Interactio – mill-bogħod – Il-144 Sessjoni Plenarja tal-KtR, 5.5.2021–7.5.2021

2021/C 300/01

Riżoluzzjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni dwar il-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa

1

2021/C 300/02

Riżoluzzjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni dwar il-moviment liberu matul il-pandemija tal-COVID-19 (Ċertifikat Aħdar Diġitali) u ż-żieda fil-produzzjoni tal-vaċċini

4

 

OPINJONIJIET

 

Il-Kumitat tar-Regjuni

 

Interactio – mill-bogħod – Il-144 Sessjoni Plenarja tal-KtR, 5.5.2021–7.5.2021

2021/C 300/03

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — L-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali minn perspettiva lokali u reġjonali

7

2021/C 300/04

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Il-Pakkett tat-Tkabbir 2020

13

2021/C 300/05

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Unjoni ta’ ugwaljanza: Pjan ta’ azzjoni tal-UE għall-ġlieda kontra r-razziżmu 2020–2025

19

2021/C 300/06

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Strateġija dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità 2021–2030

24

2021/C 300/07

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Sustanzi kimiċi sikuri u sostenibbli għal ambjent ħieles mit-tossiċità fil-bliet u r-reġjuni tal-Ewropa

29

2021/C 300/08

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — L-awtoritajiet lokali u reġjonali jħarsu l-ambjent tal-baħar

36

2021/C 300/09

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — L-esperjenzi u t-tagħlimiet miksuba mir-reġjuni u l-bliet matul il-kriżi tal-COVID-19

43

2021/C 300/10

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Unjoni Ewropea tas-Saħħa: Rinforzar tar-reżiljenza tal-UE

53

2021/C 300/11

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Nixprunaw ekonomija newtrali għall-klima: Strateġija tal-UE dwar l-Integrazzjoni tas-Sistema tal-Enerġija

58

2021/C 300/12

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Pjan ta’ Azzjoni għall-Edukazzjoni Diġitali 2021-2027

65

2021/C 300/13

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Il-Midja fid-Deċennju Diġitali: Pjan ta’ Azzjoni

69


 

III   Atti preparatorji

 

Il-Kumitat tar-Regjuni

 

Interactio – mill-bogħod – Il-144 Sessjoni Plenarja tal-KtR, 5.5.2021–7.5.2021

2021/C 300/14

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Theddid transkonfinali serju għas-saħħa u l-mandat taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard

76

2021/C 300/15

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Strateġija tal-UE għall-Farmaċewtika u proposta leġiżlattiva biex jinbidel il-mandat tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA)

87


MT

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

RIŻOLUZZJONIJIET

Il-Kumitat tar-Regjuni

Interactio – mill-bogħod – Il-144 Sessjoni Plenarja tal-KtR, 5.5.2021–7.5.2021

27.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 300/1


Riżoluzzjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni dwar il-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa

(2021/C 300/01)

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI (KtR)

1.

jappoġġja bis-sħiħ il-ħtieġa għal dibattitu wiesa’, ġenwinament inklużiv, trasparenti, ibbilanċjat ġeografikament u politikament, u deċentralizzat dwar il-futur tal-Unjoni Ewropea;

2.

jilqa’ t-tnedija tant mistennija tal-ħidma assoċjata mal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa, minkejja l-isfidi kontinwi minħabba l-pandemija tal-COVID-19, u jistenna bil-ħerqa li jikkontribwixxi għall-kisba ta’ riżultati ambizzjużi, estensivi u dejjiema b’benefiċċji tanġibbli għaċ-ċittadini kollha tal-UE;

3.

jiddispjaċih dwar id-dewmien fit-tnedija tal-Konferenza li se jwassal biex il-proċess, imfassal biex idum sentejn, jitnaqqas għal sena; iħeġġeġ, madankollu, l-irduppjar tal-isforzi sabiex il-Konferenza tkun suċċess tal-parteċipazzjoni demokratika u tal-involviment taċ-ċittadini;

4.

jenfasizza li l-Konferenza għandha tkun proċess li jagħti vuċi liċ-ċittadini kollha, irrispettivament mill-isfond, l-età, l-oriġini jew il-post ta’ residenza tagħhom; iħeġġeġ lill-atturi kollha jorganizzaw avvenimenti u jippromovu l-pjattaforma diġitali fis-soċjetà kollha, lil hinn mill-gruppi tas-soltu li jipparteċipaw fid-dibattiti dwar l-UE, sabiex din tirriżulta f’dibattitu kompletament inklużiv;

5.

jieħu nota tad-Dikjarazzjoni Konġunta ffirmata mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea u jilqa’ b’mod partikolari r-referenzi ċari tagħha għall-awtoritajiet reġjonali u lokali, il-parlamenti reġjonali u l-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità; itenni s-sejħa tiegħu biex isir firmatarju tad-Dikjarazzjoni Konġunta;

6.

jirrimarka li hemm madwar miljun rappreżentant elett fil-livell lokali u reġjonali fl-UE, li jaħdmu f’isem iċ-ċittadini tagħhom fi kważi 90 000 awtorità sottonazzjonali. Dawn jikkostitwixxu l-akbar livell ta’ rappreżentanza demokratika fl-UE u l-eqreb taċ-ċittadini tagħha, u li huma kollettivament responsabbli għal nofs l-investiment pubbliku fl-UE u għall-implimentazzjoni ta’ ħafna aktar minn nofs il-leġiżlazzjoni Ewropea, u b’hekk jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għall-kisba tal-objettivi politiċi tal-UE;

7.

jafferma mill-ġdid il-pożizzjonijiet deskritti fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta’ Frar 2020 u jtenni li l-biċċa l-kbira tas-suġġetti magħżula għad-dibattitu matul il-Konferenza, inklużi l-klima, l-ambjent, id-depopolazzjoni u l-isfida demografika, is-saħħa, l-edukazzjoni, il-kultura, il-migrazzjoni, l-istat tad-dritt, it-trasformazzjoni diġitali, ekonomija aktar b’saħħitha u l-ġustizzja soċjali, jaqgħu taħt il-kompetenzi tal-awtoritajiet reġjonali u lokali; għalhekk jenfasizza li mhux se jkun possibbli li l-Konferenza twassal proposti konkreti sakemm parti sostanzjali ta’ dawn il-proposti ma tirriżultax minn djalogu attiv u konsultazzjonijiet mal-livell sottonazzjonali;

8.

jiddefendi l-fehma li l-Konferenza għandha ssegwi approċċ miftuħ fir-rigward tar-riforma tal-politiki u l-istituzzjonijiet u twitti t-triq għal riformi dejjiema tal-Unjoni Ewropea, li jmorru lil hinn mit-tul tal-Konferenza;

9.

iqis il-Konferenza bħala opportunità biex l-Ewropa titqarreb lejn iċ-ċittadini tagħha u biex jissaħħaħ is-sens tagħhom ta’ sjieda tal-proġett Ewropew permezz tad-“Dar Ewropea tad-Demokrazija” mal-awtoritajiet lokali u reġjonali bħala l-pedamenti, l-Istati Membri bħala l-ħitan, u l-UE s-saqaf tagħha; jimpenja ruħu li jkollu rwol attiv fl-eżami ta’ diversi toroq politiċi għat-tisħiħ tal-governanza f’diversi livelli u l-promozzjoni ta’ aktar integrazzjoni fl-Ewropa f'oqsma li fihom hija ġustifikata u ġġib valur miżjud;

10.

jemmen li, fid-dawl tal-pandemija attwali, sar importanti ħafna li jissaħħu l-prinċipji demokratiċi u r-rwol ċentrali tal-bliet u r-reġjuni fl-għoti ta’ tweġibiet kredibbli lin-nies, u li tiġi enfasizzata l-importanza li naħdmu flimkien fil-livelli kollha ta’ governanza u bejn il-fruntieri biex jiġu ffaċċjati sfidi komuni. Dan għandu jkun rifless bis-sħiħ fil-kompożizzjoni u r-regoli ta’ proċedura tal-Konferenza;

11.

biħsiebu jkollu rwol attiv fil-Konferenza permezz tal-parteċipazzjoni tal-membri tiegħu fil-Bord Eżekuttiv u bħala delegati fid-deliberazzjonijiet plenarji tal-Konferenza; jimpenja ruħu li jipprovdi kontribut tematiku lill-Konferenza dwar kwistjonijiet ta’ tħassib ewlieni għall-awtoritajiet lokali u reġjonali, inkluż permezz ta’ għadd ta’ djalogi taċ-ċittadini lokali li l-KtR se jorganizza fl-UE kollha; jitlob il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ u tan-nies li jirrappreżentaw id-diversità tas-soċjetajiet tagħna bħala prerekwiżit biex isiru diskussjonijiet komprensivi;

12.

iqis li l-plenarja tal-Konferenza għandha tinbena fuq pedamenti demokratiċi sodi u għalhekk għandha tinkludi fost il-membri tagħha numru xieraq ta’ rappreżentanti ta’ parlamenti u kunsilli reġjonali u lokali, flimkien mal-kontropartijiet tagħhom mill-Parlament Ewropew u mill-parlamenti nazzjonali; jissottolinja l-ħtieġa ta’ rappreżentanza ġeografika, politika u bbilanċjata bejn il-ġeneri fil-Konferenza;

13.

jenfasizza l-ħtieġa li jirdoppjaw l-isforzi amministrattivi biex fid-dibattitu fil-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa jinkludu l-vuċi tar-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE, li r-realtà tagħhom hija unika u waħdanija fi ħdan l-UE u bħala mexxejja tal-UE f’kontinenti oħra.

14.

jilqa’ t-tnedija tal-pjattaforma diġitali multilingwi għall-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa u jimpenja ruħu li jippromoviha u jikkontribwixxi għaliha billi jorganizza djalogi parteċipattivi u jagħti feedback rilevanti; iħeġġeġ lill-awtoritajiet lokali u reġjonali jxerrdu l-pjattaforma fost iċ-ċittadini tagħhom u jippromovu l-parteċipazzjoni tas-soċjetà kollha, irrispettivament mill-isfond, l-oriġini jew il-post ta’ residenza;

15.

iqis li kull tip ta’ opinjoni dwar l-UE u l-futur tagħha jeħtieġ li tkun rappreżentata, kemm fl-avvenimenti kif ukoll fil-pjattaforma diġitali, biex ikun hemm Konferenza li tista’ titqies bħala proċess verament demokratiku; jirrimarka, madankollu, li l-valuri minimi jridu jiġu rispettati u li fost dawn il-fehmiet, dawk li jmorru kontra d-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, jew dawk li jinvolvu dikjarazzjonijiet abbużivi, diffamatorji, ta’ mibegħda jew razzisti, jew dikjarazzjonijiet kuntrarji għall-ordni pubbliku, ma jkunux permessi; l-organizzaturi u l-parteċipanti għandhom jimpenjaw ruħhom li jirrispettaw dawn il-valuri f’kull ħin;

16.

jinnota li l-KtR diġà beda jorganizza dibattiti fis-sessjonijiet plenarji u fil-laqgħat tal-kummissjonijiet tiegħu, u jadotta Opinjonijiet dwar suġġetti rilevanti għall-ħidma tal-Konferenza. Barra minn hekk, avvenimenti ewlenin tal-KtR — bħall-Ġimgħa Ewropea tar-Reġjuni u l-Bliet, il-Konferenza annwali tal-EuroPCom u d-djalogi u l-konsultazzjonijiet taċ-ċittadini lokali u reġjonali, kif ukoll avvenimenti organizzati mill-gruppi politiċi tal-Kumitat — ser ikunu ffukati fuq il-Konferenza;

17.

jenfasizza l-ħtieġa li jiġu rduppjati l-isforzi fil-livelli amministrattivi kollha biex fil-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa jiġi inkluż leħen iż-żoni li jbatu minn żvantaġġi naturali jew demografiċi serji u permanenti, bħal żoni b’popolazzjoni baxxa, territorji insulari, reġjuni transkonfinali, jew reġjuni muntanjużi;

18.

jenfasizza l-inizjattiva kontinwa tiegħu li jikkonsulta liċ-ċittadini permezz ta’ djalogi lokali u reġjonali ospitati mill-membri tal-KtR, b’sensiela ta’ avvenimenti ta’ suċċess li diġà twettqu qabel it-tnedija tal-Konferenza. Dawn l-avvenimenti jiffaċilitaw l-interazzjoni taċ-ċittadini mal-politiċi fil-livelli kollha ta’ gvern u juru li d-dibattitu dwar id-direzzjoni, li l-Unjoni Ewropea qed timxi lejha huwa ta’ importanza sinifikanti għar-reġjuni u l-bliet tal-Ewropa;

19.

ifakkar li jeħtieġ li l-Konferenza tilħaq kull żona fl-Ewropa, urbana u rurali; jenfasizza r-rwol fundamentali li l-livelli sottonazzjonali jista’ jkollhom fl-iżgurar li d-dibattiti tal-Konferenza jaslu fiż-żoni rurali u biex jippermettu li l-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom jiġu kkunsidrati wkoll;

20.

jagħti valur lill-kooperazzjoni interistituzzjonali u sinerġiji akbar fit-tnedija ta’ attivitajiet bħal dawn u se jiffaċilita attivitajiet oħra ta’ sensibilizzazzjoni billi jikkoopera mal-imsieħba tiegħu, bħal: parlamenti reġjonali permezz tal-Konferenza tal-Assemblej Leġiżlattivi Reġjonali tal-Ewropa (CALRE), l-inizjattiva RLEG promossa minn grupp ta’ reġjuni b’setgħat leġiżlattivi, in-network RegHub u n-network tal-Alleanza ta’ Koeżjoni; politiċi eletti żgħażagħ permezz tal-programm dedikat tiegħu stess; politiċi reġjonali u lokali responsabbli għaċ-ċentri Europe Direct; u l-proġett pilota “Nibnu l-Ewropa Flimkien mal-Entitajiet Lokali” (BELE);

21.

ser ikompli jsaħħaħ il-kooperazzjoni tiegħu mal-assoċjazzjonijiet Ewropej u nazzjonali tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, mal-komunitajiet ta’ partijiet interessati mir-reġjuni u l-bliet, it-tieni kmamar tal-parlamenti nazzjonali, u ma’ atturi oħrajn;

22.

jimpenja ruħu li jżid l-impatt u s-sensibilizzazzjoni tal-Konferenza, u li jippromovi u juża forom innovattivi ta’ demokrazija parteċipattiva. L-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom rekord ippruvat li jalimentaw il-kontribut taċ-ċittadini fil-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet politiċi; jistieden lill-Istati Membri biex il-konferenza jsawruha b’mod attiv fil-livell nazzjonali u jiżguraw l-involviment tal-awtoritajiet lokali u reġjonali. Huwa essenzjali li dawn jingħaqdu fid-dibattitu u r-riflessjoni, u jimmobilizzaw iċ-ċittadini tat-territorji tagħhom, sabiex isemmgħu leħinhom u l-aspettattivi tagħhom jiġu riflessi fil-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet politiċi;

23.

jappella għall-istabbiliment ta’ djalogu Ewropew permanenti maċ-ċittadini sabiex tissaħħaħ id-demokrazija fil-livelli kollha ta’ gvern u biex jitħeġġu l-parteċipazzjoni u s-sjieda taċ-ċittadini fil-proġett tal-UE, kif stipulat fl-Opinjoni tiegħu L-awtoritajiet lokali u reġjonali fid-djalogu permanenti maċ-ċittadini (1), adottata f’Ottubru 2020; jikkunsidra li d-djalogi taċ-ċittadini m’għandhomx ikunu eżerċizzju li timxi f’direzzjoni waħda biss, iżda għandhom jikkontribwixxu għat-tfassil tal-politika tal-UE;

24.

jenfasizza li s-segwitu għall-kontributi taċ-ċittadini, u b’mod partikolari r-rakkomandazzjonijiet finali tal-Konferenza, huma importanti daqs il-metodu ta’ kontribut; jenfasizza li dan is-segwitu għandu jitwettaq b’mod koordinat u inklużiv, u għandu jinvolvi wkoll lill-KtR bis-sħiħ; iqis ukoll li l-Konferenza għandha tingħata biżżejjed żmien biex tippreżenta proposti konkreti għat-titjib tal-qafas istituzzjonali tal-UE u biex din tibqa’ valida fil-futur; jirrikonoxxi li, sakemm il-Konferenza tista’ tikseb il-fiduċja tal-pubbliku, dik il-fiduċja tista’ wkoll tintilef jekk ma tinżammx il-wegħda ta’ twettiq u inklużività tal-fehmiet espressi; jinsisti li s-suċċess tal-Konferenza fl-aħħar mill-aħħar se tistrieħ fuq il-fatt li ċ-ċittadini jinnutaw li leħinhom ġie mismugħ u li kkontribwixxew għat-tiswir tal-futur tal-UE;

25.

jenfasizza li, sabiex jappoġġja l-missjoni politika u istituzzjonali tiegħu, għat-tul tal-Konferenza, il-KtR waqqaf Grupp ta’ Livell Għoli dwar id-Demokrazija Ewropea (2), ippresedut mill-Ex President tal-Kunsill Ewropew Herman Van Rompuy, li se jistimula diskussjonijiet dwar il-viżjoni tal-KtR tad-demokrazija Ewropea mill-perspettiva tal-gvernijiet sottonazzjonali u dwar kif jistgħu jissaħħu l-impatt u l-influwenza tal-awtoritajiet lokali u reġjonali u tal-KtR fil-proċess Ewropew tat-teħid tad-deċiżjonijiet;

26.

jistenna bil-ħerqa li jaħdem mal-Presidenza Slovena tal-Kunsill tal-UE u li jippreżenta l-kontributi tal-awtoritajiet lokali u reġjonali għall-futur tal-UE fid-9 Summit Ewropew tar-Reġjuni u l-Bliet, li għandu jsir matul il-Presidenza Franċiża tal-Kunsill tal-UE;

27.

jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex iressaq din ir-Riżoluzzjoni quddiem il-President tal-Parlament Ewropew, il-President tal-Kummissjoni Ewropea, il-President tal-Kunsill Ewropew u l-Presidenza tal-Kunsill.

Brussell, is-7 ta’ Mejju 2021.

Apostolos TZITZIKOSTAS

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni


(1)  CDR 4989/2019.

(2)  Il-Grupp ta’ Livell Għoli huwa ppresedut mill-President Emeritus tal-Kunsill Ewropew Herman Van Rompuy u huwa magħmul minn sitt membri oħra: l-Ex Kummissarji Ewropej Joaquín Almunia u Androulla Vassiliou, Ex Membri tal-Parlament Ewropew Rebecca Harms u Maria João Rodrigues, il-President tal-Forum Ewropew taż-Żgħażagħ, Silja Markkula, u Tomasz Grosse, Professur tal-Università ta’ Varsavja.


27.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 300/4


Riżoluzzjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni dwar il-moviment liberu matul il-pandemija tal-COVID-19 (Ċertifikat Aħdar Diġitali) u ż-żieda fil-produzzjoni tal-vaċċini

(2021/C 300/02)

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI (KtR)

1.

jinnota li l-pandemija tal-COVID-19 kellha konsegwenzi konsiderevoli għall-moviment liberu taċ-ċittadini fi ħdan l-Unjoni Ewropea u lil hinn minnha, u affettwat, b’mod partikolari, l-ivvjaġġar transfruntier u l-ivvjaġġar lejn ix-xogħol u lura;

2.

jemmen li t-tilqim għall-protezzjoni taċ-ċittadini Ewropej mill-COVID-19 u mill-varjanti emerġenti huwa l-mod ewlieni biex tiġi kkontrollata l-pandemija u biex jiġi restawrat il-moviment liberu;

3.

jesprimi dispjaċir li, sal-lum, l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea għadhom lura fir-rigward tat-tilqim minħabba bidu kajman fil-konklużjoni tal-kuntratti tal-vaċċini ma’ kumpaniji farmaċewtiċi, in-nuqqas ta’ trasparenza tagħhom fir-rigward tal-kuntratti, id-dewmien fit-twassil tal-vaċċini u d-diffikultajiet biex jiġu organizzati l-kampanji ta’ tilqim;

4.

jinsisti li approċċ komuni għall-verifika u ċ-ċertifikazzjoni tal-istatus tal-persuni fir-rigward tal-COVID-19 huwa ta’ importanza kbira biex jiġu żgurati l-effiċjenza, l-effettività u l-interoperabbiltà tal-politiki u tas-soluzzjonijiet tekniċi għall-monitoraġġ tal-pandemija, u biex jiġi ffaċilitat l-eżerċizzju tad-dritt ta’ moviment liberu u ta’ residenza libera fit-territorju tal-Istati Membri kollha tal-UE;

5.

jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea għal Regolament dwar qafas għall-ħruġ, il-verifika u l-aċċettazzjoni ta’ ċertifikati interoperabbli dwar it-tilqim, l-ittestjar u l-irkupru biex jiġi ffaċilitat il-moviment liberu matul il-pandemija tal-COVID-19 (Ċertifikat Aħdar Diġitali), kif ukoll il-proposta għal Regolament dwar iċ-Ċertifikati Ħodor Diġitali għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li joqogħdu jew jirrisjedu legalment fl-UE;

6.

jilqa’ l-pożizzjoni tal-PE li jemenda t-titolu għal “Ċertifikat tal-UE tal-COVID-19” sabiex iżid l-għarfien dwar is-siwi taċ-ċertifikat, u b’hekk jiffaċilita l-promozzjoni tiegħu fost iċ-ċittadini; jenfasizza li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jaqdu rwol importanti fil-promozzjoni taċ-ċertifikat fost l-abitanti tagħhom u jenfasizza l-valur miżjud tal-UE f’dan il-kuntest; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni Ewropea timpenja ruħha mal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni fi sforz ta’ kampanja konġunta;

Iċ-Ċertifikat Aħdar Diġitali

7.

itenni, fid-dawl tal-ħtieġa medika għal ċertifikat tat-tilqim, l-appoġġ tiegħu, espress fir-Riżoluzzjoni dwar il-kampanja ta’ tilqim kontra l-pandemija tal-COVID-19 (RESOL-VII/010), biex tinħoloq forma standardizzata u interoperabbli ta’ prova tat-tilqim għal skopijiet mediċi. Sabiex tiġi evitata d-diskriminazzjoni, dan iċ-ċertifikat għandu jingħata awtomatikament fl-Unjoni Ewropea lil dawk il-persuni li jkunu vaċċinati, lil dawk li rkupraw mill-COVID-19 jew lil dawk li ġew testjati;

8.

jinsisti dwar il-fatt li ċ-ċertifikat aħdar mhuwiex dokument ġdid tal-ivvjaġġar li jagħti drittijiet jew privileġġi ġodda iżda huwa biss għodda li l-għan waħdieni tagħha huwa li tiffaċilita l-eżerċizzju tal-libertà tal-moviment ta’ persuni waqt il-pandemija tal-COVID-19;

9.

jilqa’ l-fatt li l-qafas propost se jipprevedi ċertifikati interoperabbli mhux biss għat-tilqim kontra l-COVID-19 iżda wkoll għall-ittestjar u l-irkupru sabiex jiġi ffaċilitat l-eżerċizzju tad-detenturi tad-dritt tagħhom għall-moviment liberu bejn il-pajjiżi tal-UE matul il-pandemija tal-COVID-19 u biex jittejjeb ir-rispett tal-miżuri sanitarji fis-seħħ. Għandhom jingħataw aktar konsiderazzjonijiet dwar il-perjodu ta’ validità taċ-ċertifikat u dwar kwalunkwe aġġornament futur li jista’ jkun meħtieġ;

10.

madankollu, jesprimi tħassib dwar l-interoperabbiltà reali ta’ teknoloġija bħal din bejn l-Istati Membri meta xi wħud minnhom diġà qed jippjanaw li jintegraw iċ-ċertifikati tat-tilqim fl-apps tagħhom għat-traċċar tal-corona, li ħafna minnhom mhumiex kompatibbli ma’ apps oħrajn tal-UE għat-traċċar tal-corona;

11.

iqis li ċ-Ċertifikat Aħdar Diġitali huwa għodda siewja biex jiġi miġġieled u eliminat ir-riskju ta’ ċertifikati foloz tal-COVID-19, li diġà ġew irrappurtati każijiet tagħhom. Jeħtieġ li jiġu garantiti standards ta’ sigurtà għoljin b’mod partikolari fir-rigward ta’ ċertifikati stampati;

12.

jinsisti li ċ-Ċertifikat Aħdar Diġitali la għandu jkun prekundizzjoni għall-eżerċizzju tad-drittijiet tal-moviment liberu u lanqas ma għandu jkun dokument tal-ivvjaġġar u jenfasizza l-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni, b’mod partikolari fir-rigward ta’ persuni mhux imlaqqma;

13.

jissuġġerixxi li l-Artikolu 1 tar-Regolament propost jiġi emendat sabiex jiġi ċċarat li ċ-Ċertifikat Aħdar Diġitali ma jaffettwax id-dritt tal-ħaddiema transfruntiera li jiċċaqilqu liberament bejn djarhom u l-postijiet tax-xogħol tagħhom matul il-pandemija. Lanqas ma għandu jaffettwa l-moviment liberu tal-oġġetti u s-servizzi essenzjali fis-Suq Uniku, inkluż dak tal-provvisti u tal-persunal mediku permezz tal-hekk imsejħa punti ta’ qsim tal-fruntieri b’“Korsiji Ħodor” imsemmija fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Korsiji Ħodor skont il-Linji Gwida għal miżuri ta’ ġestjoni tal-fruntieri biex tiġi protetta s-saħħa u tiġi żgurata d-disponibbiltà tal-oġġetti u s-servizzi;

14.

jisħaq li n-nondiskriminazzjoni trid tfisser li persuni li mhumiex vaċċinati iżda li għandhom test validu li jikkonferma li huma f’saħħithom ikunu jistgħu jeżerċitaw id-dritt tagħhom li jivvjaġġaw. Test bħal dan irid ikun disponibbli b’mod wiesa’ u bi prezz minimu;

15.

jappoġġja l-aċċettazzjoni taċ-ċertifikati maħruġa minn pajjiżi terzi liċ-ċittadini tal-UE u lill-membri tal-familja tagħhom meta dawn iċ-ċertifikati jinħarġu skont standards ekwivalenti għal dawk stabbiliti mir-Regolament; jistenna li trattament simili jiġi applikat ukoll għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jirrisjedu jew joqogħdu legalment fl-UE u li jkunu tlaqqmu f’pajjiż terz;

16.

iqis li ċ-Ċertifikat Aħdar Diġitali għandu japplika biss għall-vaċċini li jkollhom approvazzjoni Ewropea permezz ta’ deċiżjoni tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA). L-Artikolu 2.3 tar-Regolament tal-Kummissjoni Ewropea għandu jiġi emendat biex jirrifletti dan;

17.

jaqbel li ċ-Ċertifikat Aħdar Diġitali għandu jinħareġ mingħajr ħlas f’format diġitali jew f’format diġitali u stampat, f’konformità mal-isforzi tal-UE fir-rigward tad-diġitalizzazzjoni. L-Artikolu 3.2 għandu jiġi emendat biex jirrifletti dan;

18.

jirrimarka li r-Regolament għandu jirrikonoxxi l-organizzazzjoni interna tal-Istati Membri u jirrispetta l-prinċipju tas-sussidjarjetà billi jqis il-fatt li, f’ċerti Stati Membri, l-awtoritajiet nazzjonali mhumiex l-uniċi awtoritajiet li joħorġu ċertifikati tas-saħħa. Fir-Regolament kollu għandha ssir referenza għall-“awtoritajiet pubbliċi rilevanti” (dan għandu jibda mill-Artikolu 3.2);

19.

jistieden lill-Kummissjoni Ewropea, wara d-dħul fis-seħħ taċ-Ċertifikat Aħdar Diġitali, biex tikkoordina r-restrizzjonijiet fuq il-moviment liberu tal-persuni fl-UE, bħall-kwarantina, l-awtoiżolament, test għall-infezzjoni tal-COVID-19 jew iċ-ċaħda tad-dħul. B’mod partikolari, jinsisti li l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni mingħajr dewmien qabel ma jintroduċu dawn ir-restrizzjonijiet, flimkien mal-motivazzjoni u l-indikazzjonijiet rilevanti tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-miżuri meħuda (emenda għall-Artikolu 10.1);

20.

jappella għar-rispett tal-protezzjoni tad-data fil-qafas sensittiv ħafna u personali tas-saħħa u jistieden lil-leġiżlatur Ewropew jivvaluta bir-reqqa l-implikazzjonijiet tal-protezzjoni tad-data taċ-ċertifikat propost b’mod partikolari, il-konformità tiegħu mar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (GDPR) u fir-rigward tal-ħżin tad-data u jekk id-data tal-UE tistax tinħareġ mill-Unjoni Ewropea; jinsisti li ladarba l-pandemija tasal fi tmiemha, id-data ma għandhiex tibqa’ tiġi vvalutata;

21.

itenni l-ħtieġa li jiġu rispettati d-drittijiet fundamentali u l-prinċipji rikonoxxuti b’mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali meta dan ir-Regolament jiġi implimentat mill-Istati Membri u r-reġjuni tagħhom, inkluż id-dritt għar-rispett tal-ħajja privata u tal-familja, id-dritt għall-protezzjoni tad-data personali, id-dritt għall-ugwaljanza quddiem il-liġi u n-nondiskriminazzjoni, id-dritt għall-moviment liberu u d-dritt għal rimedju effettiv. F’dan ir-rigward, kwalunkwe restrizzjoni fuq id-drittijiet fundamentali għandha tkun soġġetta għal valutazzjonijiet u kontrolli tal-proporzjonalità;

22.

iħeġġeġ lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill Ewropew jadottaw iċ-Ċertifikat Aħdar Diġitali mill-aktar fis possibbli sabiex ikun żgurat li ċ-ċertifikat, flimkien mas-sistema tiegħu, jsir kompletament operattiv dan is-sajf, peress li dan jirrappreżenta pass importanti għall-irkupru ekonomiku tal-UE;

23.

iħeġġeġ lill-Istati Membri jaġixxu b’kawtela meta jużaw iċ-Ċertifikat Aħdar Diġitali. Is-servizzi bażiċi għandhom jibqgħu disponibbli għaċ-ċittadini kollha;

Iż-żieda fil-produzzjoni tal-vaċċini

24.

jafferma mill-ġdid li l-azzjoni tal-Unjoni Ewropea għandha tirrispetta l-prinċipju tas-solidarjetà. L-aċċess għat-tilqim m’għandux jiġi ddeterminat mill-post fejn jgħixu n-nies jew mill-istrateġija ekonomika tal-impriżi privati;

25.

jappella għal żieda rapida fil-produzzjoni tat-tilqim fl-Ewropa u jappoġġja l-isforzi tal-Kummissjoni Ewropea li għandha l-għan li żżid din il-produzzjoni tat-tilqim, b’mod partikolari billi żżid l-għadd ta’ siti ta’ manifattura fl-Unjoni Ewropea; jistieden lill-Kummissjoni Ewropea teżamina jekk għandhomx jiġu previsti dispożizzjonijiet ad hoc dwar l-għajnuna mill-Istat għal dak il-għan;

26.

jemmen li, sabiex tiżdied il-produzzjoni tal-vaċċini, l-Unjoni Ewropea tista’ tesplora soluzzjonijiet ġodda bħas-sospensjoni temporanja tal-privattivi għall-mediċini u t-teknoloġiji mediċi għat-trattament jew il-prevenzjoni tal-infezzjonijiet tal-COVID-19;

27.

itenni l-appell tiegħu lil-leġiżlaturi Ewropej biex jippreżentaw proposti robusti u kuraġġużi għall-iżvilupp u l-produzzjoni ta’ mediċini essenzjali fit-territorju Ewropew, sabiex tiġi żgurata l-awtonomija strateġika tal-UE billi titnaqqas id-dipendenza fuq pajjiżi terzi;

28.

jafferma mill-ġdid li t-tilqim tal-popolazzjoni Ewropea jrid jibqa’ l-ewwel prijorità tal-Unjoni Ewropea u jilqa’ l-mekkaniżmu ta’ awtorizzazzjoni għall-esportazzjonijiet tat-tilqim kontra l-COVID-19 barra mill-UE bħala pass neċessarju għall-produtturi tat-tilqim biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom lejn iċ-ċittadini tal-UE; fl-istess ħin, jinsisti li dan il-proċess ta’ tilqim jista’ jkun effiċjenti biss jekk l-Unjoni Ewropea tkompli tgħin biex tipprovdi l-vaċċini lill-bqija tad-dinja, b’mod partikolari fil-pajjiżi inqas żviluppati, b’mod partikolari fi ħdan l-alleanza COVAX, li magħha ssieħbu 142 pajjiż.

Brussell, is-7 ta’ Mejju 2021.

Apostolos TZITZIKOSTAS

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni


OPINJONIJIET

Il-Kumitat tar-Regjuni

Interactio – mill-bogħod – Il-144 Sessjoni Plenarja tal-KtR, 5.5.2021–7.5.2021

27.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 300/7


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — L-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali minn perspettiva lokali u reġjonali

(2021/C 300/03)

Relatur ġenerali:

Anna Karjalainen (FI/PSE), Membru tal-Kunsill Muniċipali ta' Kerava

Dokument ta’ referenza:

Konsultazzjoni mitluba mill-Presidenza Portugiża

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: Il-Pjan ta’ Azzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali

COM(2021) 102 final

RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI

Kummenti ġenerali

1.

huwa kuntent li l-Presidenza Portugiża tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea inkludiet l-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali bħala objettiv ta' prijorità fil-programm tagħha, u fuq talba tal-Presidenza ħejja Opinjoni dwar il-perspettiva lokali u reġjonali għas-Summit Soċjali ta' Porto. Huwa importanti li jkun hemm impenn fl-ogħla livell politiku biex jiġu promossi Ewropa soċjali b'saħħitha u l-benesseri tan-nies matul dan id-deċennju;

2.

jilqa' b'sodisfazzjon kbir il-Pjan ta' Azzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali tal-Kummissjoni Ewropea, li jippreżenta l-politiki u l-istrumenti konkreti meħtieġa fit-tul li se jkunu l-bażi għal sistemi ekonomiċi u soċjali aktar sostenibbli għall-futur fl-Istati Membri kollha tal-Unjoni Ewropea;

3.

huwa kuntent li l-Pjan ta' Azzjoni jirrikonoxxi l-importanza tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-implimentazzjoni, l-iżvilupp u ż-żieda tal-valur għall-inizjattivi. L-awtoritajiet lokali u reġjonali se jkollhom rwol ewlieni fit-tisħiħ tal-vitalità tar-reġjuni u fil-kisba tal-miri ewlenin kwantitattivi għall-impjiegi, il-ħiliet u l-protezzjoni soċjali għall-2030, bil-kundizzjoni li jkun hemm biżżejjed finanzjament disponibbli biex jiġi implimentat il-Pjan ta' Azzjoni;

4.

jindika li l-pjan ta' implimentazzjoni se jsostni u jippromovi l-isforzi tal-awtoritajiet lokali u reġjonali biex jimplimentaw il-politiki tal-impjiegi u dawk soċjali. Huwa importanti li wieħed iħares lil hinn mill-kriżi attwali u li jsir investiment soċjali biex tissaħħaħ id-dimensjoni soċjali, kif ukoll li jiġi żgurat l-operat bla xkiel tas-suq intern;

5.

jinnota li implimentazzjoni ċara, ikkoordinata u ambizzjuża tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali ser ittejjeb l-impenn tal-Unjoni Ewropea għall-Aġenda 2030 tan-NU u s-17-il Għan ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs) tagħha, kif ukoll l-implimentazzjoni soċjalment ġusta tal-Patt Ekoloġiku Ewropew;

6.

josserva li l-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità jiddeterminaw il-livell li fih l-UE u l-Istati Membri jużaw l-istrumenti ta’ politika proposti u l-miżuri leġiżlattivi f’dak li jirrigwarda l-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali;

Ngħaqqdu l-forzi f'Porto

7.

iħeġġeġ lill-Istati Membri, lill-imsieħba soċjali u lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li qed jieħdu sehem fis-Summit Soċjali ta' Porto jimpenjaw ruħhom b'mod konġunt biex jaċċelleraw l-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali fl-oqsma li jaqgħu taħt il-kompetenza tagħhom, u b'hekk in-nies isiru l-prijorità. Il-biċċa l-kbira tal-għodod għall-implimentazzjoni tal-prinċipji tal-Pilastru huma f'idejn l-Istati Membri, il-gvernijiet reġjonali u lokali, kif ukoll l-imsieħba soċjali u s-soċjetà ċivili. Is-suċċess se jiddependi mill-impenn ta' livelli differenti ta' gvern u ta' partijiet ikkonċernati u fuq ir-responsabbiltà konġunta appoġġjata mill-istituzzjonijiet Ewropej. Ir-reġjuni u l-muniċipalitajiet huma lesti li jaqdu r-rwol tagħhom biex tinbena Ewropa soċjali b'saħħitha u reżiljenti li se tiggarantixxi li t-tranżizzjoni ekoloġika u dik diġitali jkunu ġusti u li se tiffaċilita l-irkupru mill-kriżi tal-COVID-19 kemm mil-lat ekonomiku kif ukoll dak soċjali. Hemm appoġġ pubbliku ċar għal dan, b'disgħa minn kull għaxar ċittadini Ewropej jaraw Ewropa soċjali bħala importanti (1);

8.

josserva li l-Ewropa qed tara l-akbar kriżi tas-saħħa, soċjali u ekonomika fi żmien ġenerazzjoni, kriżi li qed tevalwa l-limiti tas-solidarjetà Ewropea. L-impatt tal-pandemija tal-COVID-19 fuq l-impjiegi, il-livelli tal-faqar u l-benesseri psikoloġiku tan-nies se jkompli jinħass għal żmien twil u se jirrikjedi investiment soċjali u fis-saħħa mill-livelli kollha ta’ gvern, taħlitiet ta’ politika effettivi u riżorsi ekonomiċi. L-investimenti u l-miżuri li għandhom jiġu implimentati fl-ambitu tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza jrid ikollhom dimensjoni soċjali b'saħħitha biex isaħħu s-sistemi tas-sigurtà soċjali, jiffinanzjaw impjiegi ta' kwalità tajba, itejbu u jiżguraw s-servizzi pubbliċi, inaqqsu l-faqar u jippromovu l-ugwaljanza bejn il-ġeneri. L-enfasi għandha tkun fuq il-protezzjoni, fuq kollox, ta’ dawk l-aktar vulnerabbli, bħall-persuni f’riskju ta’ faqar u esklużjoni soċjali, familji b’ġenitur wieħed li jsibuha diffiċli biex jibbilanċjaw il-ħajja professjonali u dik privata, persuni b’diżabilità, migranti, vittmi ta’ vjolenza abbażi tal-ġeneru, eċċ. u fuq il-fatt li l-irkupru jsir inklużiv u soċjalment ġust. L-impenn fundamentali għal-libertà ekonomika tal-awtoritajiet pubbliċi li jipprovdu, jikkummissjonaw u jiffinanzjaw servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali huwa ta’ importanza ewlenija f’dan ir-rigward;

9.

jinnota li l-Unjoni Ewropea tinsab f’punt ta’ bidla li bih jista’ jkun hemm mod ta’ ħsieb ġdid, li huwa wkoll meħtieġ. Is-sistemi ta' protezzjoni soċjali jeħtieġu bidla kbira f'dinja ffurmata mill-megatendenzi globali. Huwa aktar importanti minn qatt qabel li jsir investiment fil-benesseri tan-nies u li jitqiesu l-benefiċċji tal-ekonomija tal-benesseri. Il-KtR iqis is-Summit Soċjali ta' Porto bħala opportunità importanti biex jintlaħaq qbil dwar għanijiet komuni fejn il-benesseri u l-ugwaljanza tan-nies jitqiegħdu fil-qalba tal-politika, u l-kwistjonijiet soċjali jsiru prijorità dejjiema fl-Unjoni Ewropea;

Objettivi komuni li għandhom jiġu affermati f'Porto

10.

jappoġġja t-tliet miri ewlenin għall-impjiegi, il-ħiliet u l-protezzjoni soċjali ppreżentati fil-Pjan ta' Azzjoni li għandhom jintlaħqu sa tmiem id-deċennju f'konformità mal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-NU. Il-miri ewlenin il-ġodda proposti jimplikaw li sal-2030 mill-inqas 78 % tal-popolazzjoni tal-UE ta’ bejn il-20 u l-64 sena għandhom ikunu f’impjieg, mill-inqas 60 % tal-adulti kollha għandhom jipparteċipaw f’taħriġ kull sena u l-għadd ta’ persuni f’riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali għandu jitnaqqas b’mill-inqas 15-il miljun;

11.

jindika li biex tintlaħaq il-mira tal-impjiegi ser ikun hemm bżonn li jinħolqu impjiegi ġodda ta' kwalità, jittejbu l-impjiegi tan-nisa, jiġi faċilitat l-aċċess taż-żgħażagħ kollha għall-impjiegi, b’kunsiderazzjoni xierqa għaż-żgħażagħ li jappartjenu għal gruppi żvantaġġati, u jiġi żgurat li l-gruppi sottorappreżentati fis-suq tax-xogħol ikunu integrati bis-sħiħ fih. Il-kriżi tal-COVID-19 affettwat l-impjieg tan-nisa, taż-żgħażagħ, tal-migranti u tal-persuni b’diżabilità. Għandha tingħata attenzjoni wkoll lid-diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom il-persuni li jiffaċċjaw diskriminazzjoni fil-qasam tal-impjiegi għal raġunijiet oħra bħall-età, l-oriġini etnika u razzjali, ir-reliġjon jew it-twemmin u l-orjentazzjoni sesswali;

12.

jaqbel li l-inizjattivi proposti relatati mal-impjiegi u n-negozjar kollettiv komprensiv huma importanti biex tiġi żgurata protezzjoni aħjar għall-ħaddiema. Forom ġodda ta' impjieg, mobilità tal-forza tax-xogħol, l-ekonomija tal-pjattaforma, arranġamenti ta’ ħinijiet tax-xogħol flessibbli, u l-ħidma mill-bogħod jirrikjedu djalogu bejn l-imsieħba soċjali u involviment mill-qrib fl-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali. Jesprimi dispjaċir li, b’rabta ma’ dan, lil hinn mill-evalwazzjoni tal-esperjenza tal-Istrument Ewropew għal Appoġġ temporanju biex jittaffew ir-Riskji ta’ Qgħad f’Emerġenza (SURE), il-Pjan ta’ Azzjoni mhux qed jikkunsidra dibattitu dwar skema Ewropea permanenti ta’ assigurazzjoni kontra l-qgħad;

13.

jindika li strateġiji industrijali, tal-ekonomija ċirkolari u tal-SMEs ġodda, kif ukoll l-ekonomija soċjali, jappoġġjaw il-ħolqien ta' impjiegi ta' kwalità u aktar kompetittività. Dawn l-istrateġiji għandhom inaqqsu wkoll id-differenzi bejn il-ġeneri fir-rigward tal-enerġija rinnovabbli u l-impjiegi ekoloġiċi;

14.

jiġbed l-attenzjoni għall-kriterji tar-responsabbiltà soċjali fl-akkwist pubbliku u l-kontribut tagħhom għall-prevenzjoni tad-dumping soċjali. Għalhekk jissuġġerixxi li l-kuntratti pubbliċi jsiru aktar kondizzjonali fuq l-applikazzjoni ta’ pagi ġusti u kundizzjonijiet oħra ta’ impjieg stabbiliti bil-liġi u/jew ftehimiet kollettivi, inkluż fil-ktajjen tas-sottokuntrattar;

15.

jissottolinja l-ħtieġa li jiġi żgurat bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata u l-aċċess aħjar għas-suq tax-xogħol għan-nisa, li jikkostitwixxu l-maġġoranza assoluta ta’ dawk li jieħdu ħsieb il-familja, b’attenzjoni partikolari għall-familji b’ġenitur wieħed u familji kbar. Iż-żieda fir-rata ta' impjieg tan-nisa u t-tnaqqis tad-differenza fil-pagi se jtejbu wkoll il-pensjonijiet tan-nisa u jnaqqsu r-riskju ta' faqar fl-irtirar;

16.

jirrakkomanda li l-Garanzija għaż-Żgħażagħ tiġi implimentata mill-aktar fis possibbli u li tingħata attenzjoni partikolari lill-miżuri biex tittejjeb is-sitwazzjoni taż-żgħażagħ ta' bejn il-15 u d-29 sena li huma barra mill-impjieg, l-edukazzjoni jew it-taħriġ. L-immodernizzar tal-apprendistati u t-tisħiħ tal-programmi tal-apprendistat ser isaħħu l-opportunitajiet taż-żgħażagħ li jsibu xogħol fis-setturi tat-tkabbir, li huwa importanti meta jitqies li l-qgħad fost iż-żgħażagħ żdied b'mod qawwi madwar l-Ewropa matul il-kriżi tal-COVID-19. Jitlob ukoll li jittieħdu miżuri biex jiġi żgurat li l-iskemi li jippromovu l-impjieg taż-żgħażagħ ma jiffavorixxux forom prekarji ta’ impjieg;

17.

jisħaq li l-irkupru mill-kriżi tal-COVID-19, it-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali u l-bidliet demografiċi se jaffettwaw ir-reġjuni u s-setturi tal-Ewropa b'mod differenti, u dan jirrikjedi riallokazzjoni tax-xogħol u taħriġ mill-ġdid sostanzjali. Il-KtR jistieden lill-Istati Membri, lill-awtoritajiet lokali u reġjonali u lill-imsieħba soċjali jsibu soluzzjonijiet għall-aċċess tal-adulti, speċjalment il-ħaddiema kbar fl-età bla impjieg, sabiex itejbu l-ħiliet u jitħarrġu mill-ġdid, billi jagħmlu użu minn prattiki tajbin u mis-sistema EASE (2);

18.

jipproponi li l-objettivi tal-edukazzjoni u l-ħiliet jiġu integrati mhux biss fl-implimentazzjoni taż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni, iżda wkoll fiż-Żona Ewropea tar-Riċerka u fl-Aġenda għall-Ħiliet għall-Ewropa, u b'hekk ħadd ma jitħalla jibqa' lura fit-tranżizzjoni ekoloġika u dik diġitali;

19.

jindika li l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom rwol ewlieni fl-iżvilupp ta' politiki relatati mal-ħiliet u fl-għoti ta' taħriġ. Il-KtR jitlob li jintużaw apprendistati fl-ambitu ta' EASE (3) u l-qafas Ewropew għall-apprendistati (4), sabiex b'mod partikolari l-SMEs ikunu jistgħu joffru apprendistati liż-żgħażagħ, u bil-għan li tittejjeb is-sitwazzjoni tas-suq tax-xogħol ta' gruppi sottorappreżentati;

20.

jisħaq fuq l-importanza ta' implimentazzjoni effettiva tal-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea dwar l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri, b’attenzjoni partikolari fuq l-inklużjoni tan-nisa f’sitwazzjonijiet vulnerabbli (vittmi ta’ vjolenza abbażi tal-ġeneru, familji b’ġenitur wieħed, eċċ.). L-ugwaljanza bejn il-ġeneri u r-rikonoxximent tad-diversità tal-ġeneri jridu jiġu integrati fl-implimentazzjoni tal-Pilastru kollu;

21.

jindika li, minkejja l-isforzi li saru, il-faqar u l-esklużjoni soċjali ma nqerdux fl-Ewropa u l-pandemija tal-COVID-19 hija mistennija li tkompli taggrava s-sitwazzjoni. Filwaqt li l-mira għat-tnaqqis tal-faqar tista' tkun aktar ambizzjuża, speċjalment minħabba l-ħsara soċjali kkawżata mill-pandemija, it-tnaqqis tal-faqar b'mill-inqas 15-il miljun – li mill-inqas terz minnhom għandhom ikunu tfal – trid tkun l-ogħla prijorità għad-deċennju, li tirrikjedi enfasi fuq il-kawżi ewlenin tal-faqar u fuq miżuri effettivi b’interventi olistiċi fl-aktar żoni żvantaġġati. L-iskemi ta' appoġġ għal introjtu nazzjonali u servizzi relatati jipprovdu r-riżorsa aħħarija biex jiġu żgurati kundizzjonijiet ta' għajxien deċenti;

22.

jirrimarka r-rwol essenzjali tas-servizzi soċjali pubbliċi fil-livelli lokali u reġjonali fl-implimentazzjoni tal-prinċipji ewlenin tad-drittijiet soċjali biex jittaffew il-konsegwenzi soċjali negattivi tal-pandemija; bħala tali, huma essenzjali biex l-irkupru ekonomiku jsir aktar ġust u aktar soċjalment inklużiv, permezz tal-appoġġ għall-impjiegi, is-saħħa u l-inklużjoni soċjali ta’ dawk l-aktar vulnerabbli;

23.

jisħaq fuq l-importanza ta' implimentazzjoni effettiva tal-Garanzija Ewropea għat-Tfal u tal-Istrateġija tal-UE dwar id-Drittijiet tat-Tfal permezz ta’ pjani nazzjonali tal-kura tat-tfal, li jippromovu opportunitajiet indaqs għat-tfal kollha u jkissru ċ-ċiklu interġenerazzjonali ta' żvantaġġ billi jiġi żgurat l-aċċess għal servizzi essenzjali għat-tfal f'riskju ta' faqar jew ta' esklużjoni soċjali. It-tfal kollha jrid ikollhom aċċess għal servizzi ta’ indukrar, edukazzjoni bikrija tat-tfal u edukazzjoni preprimarja, nutrizzjoni tajba, u attivitajiet ta’ wara l-iskola ta' kwalità. Għandha tingħata attenzjoni partikolari lil tfal f’sitwazzjonijiet vulnerabbli, bħal tfal mingħajr dar u tfal mingħajr kura tal-ġenituri, bil-ħsieb li jingħataw kura komunitarja u kura fil-familja u jiġi żgurat li l-ebda tifel jew tifla ma jitħallew jibqgħu lura. Il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra kull forma ta’ vjolenza u diskriminazzjoni, il-promozzjoni ta’ ġustizzja adattata għat-tfal u t-tisħiħ tal-parteċipazzjoni tat-tfal fis-soċjetà huma wkoll prijoritajiet ewlenin, kif iddikjarat b’mod ċar ukoll fl-Istrateġija komprensiva ġdida tal-UE dwar id-Drittijiet tat-Tfal. Id-drittijiet tat-tfal iridu jiġu protetti wkoll fid-dinja diġitali;

24.

jenfasizza bl-istess mod il-ħtieġa li jiġu indirizzati b’mod effettiv il-ħtiġijiet ta’ popolazzjoni li qed tixjieħ dejjem tikber u li l-persuni jiġu żgurati kwalità tal-ħajja billi jiġi salvagwardjat id-dritt tagħhom għal kura soċjali ta’ kwalità, kura matul il-jum u kura fit-tul, setturi li ġew affettwati b’mod sinifikanti mill-pandemija u jaffaċċjaw nuqqas ta’ ħaddiema tas-sengħa;

25.

jindika li l-muniċipalitajiet u r-reġjuni għandhom rwol importanti x'jaqdu fil-forniment ta' servizzi pubbliċi u li jridu jkunu disponibbli riżorsi finanzjarji suffiċjenti għal dan il-kompitu importanti. L-investimenti fl-infrastruttura ekoloġika, diġitali u soċjali se jnaqqsu d-disparitajiet reġjonali u jtejbu l-aċċess għal servizzi pubbliċi affordabbli fiż-żoni rurali, fiż-żoni urbani żvantaġġati, fiż-żoni affettwati mit-tranżizzjoni industrijali bi żvantaġġi naturali jew demografiċi severi u permanenti, bħar-reġjuni ultraperiferiċi, u reġjuni aktar remoti u mbiegħda, fejn l-aċċess għar-riżorsi diġitali spiss ikun aktar limitat;

26.

jinnota li l-muniċipalitajiet u l-bliet għandhom rwol importanti fl-ippjanar urban u fl-għoti ta' akkomodazzjoni pubblika, kooperattiva, sostenibbli u affordabbli. Irid ikun hemm provvista akbar ta’ akkomodazzjoni deċenti għaċ-ċittadini kollha, adattata għall-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom, bħal dawk ta’ persuni anzjani u persuni b’diżabilità, sabiex jitrawwem għajxien indipendenti u jiġi evitat li jiġu istituzzjonalizzati, kif ukoll il-ħtiġijiet ta’ familji kbar u b’ġenitur wieħed, vittmi ta’ vjolenza abbażi tal-ġeneru u żgħażagħ li kienu soġġetti għal miżuri ta’ protezzjoni bħala minorenni. Is-soluzzjonijiet tal-akkomodazzjoni għandhom jiġu inkorporati fi pjani ta’ żvilupp lokali mmirati lejn il-ħolqien ta’ viċinati abitabbli. Approċċi inklużivi, protettivi u parteċipattivi għandhom jiġu applikati mhux biss permezz tal-istrateġija tal-mewġa ta’ rinnovazzjoni tal-UE, iżda wkoll permezz ta’ impenn qawwi tal-UE u tal-Istati Membri biex jibnu djar ġodda b’kundizzjonijiet ta’ kiri fit-tul. Huwa essenzjali li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jkunu jistgħu jikkombinaw aħjar sorsi differenti ta’ finanzjament u jkunu jistgħu jibnu akkomodazzjoni sostenibbli. Il-kondizzjoni ta' persuni mingħajr dar trid tiġi indirizzata b’mod integrat u olistiku permezz ta’ enfasi fuq it-titjib tan-networks tas-saħħa u tal-appoġġ soċjali tal-persuni mingħajr dar. Eżempju hawnhekk huwa l-approċċ ta' “L-Akkomodazzjoni l-Ewwel”, li kien ta’ suċċess biex jitnaqqas l-għadd ta' persuni li jkunu ilhom mingħajr dar. L-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom għalhekk ikunu parti mill-“Pjattaforma Ewropea dwar il-kundizzjoni ta’ persuni mingħajr dar”. Il-Kumitat jesprimi dispjaċir f’dan ir-rigward li l-Pjan ta’ Azzjoni ma jistabbilixxi l-ebda mira kwantitattiva għall-ġlieda kontra l-kundizzjoni ta’ persuni mingħajr dar;

27.

jisħaq li l-atturi lokali u reġjonali għandhom opportunità kbira biex jinfluwenzaw l-emissjonijiet matul id-deċennji li ġejjin, permezz ta' ppjanar u investiment sostenibbli fir-rigward tal-produzzjoni tal-enerġija, il-kostruzzjoni u t-trasport. Il-miżuri meħuda bħala parti mill-Mewġa ta' Rinnovazzjoni tal-bini tal-Ewropa jistgħu jżidu l-impjiegi, itejbu l-kwalità tal-ħajja u jindirizzaw il-faqar enerġetiku billi jappoġġjaw investimenti fl-effiċjenza fl-użu tal-enerġija f'unitajiet domestiċi b'introjtu baxx. Biex jiġu protetti d-drittijiet tal-kerrejja u tiġi evitata l-ġentrifikazzjoni, għandha tiġi applikata n-newtralità fl-ispejjeż tal-akkomodazzjoni (inklużi, fost affarijiet oħra, il-kera, l-enerġija u l-ispejjeż operattivi), meta l-appoġġ pubbliku jkun involut fil-kuntest tal-Mewġa ta’ Rinnovazzjoni;

28.

jinnota li l-pandemija tal-COVID-19 kompliet tkabbar id-distakk diġitali. Il-KtR jipproponi l-promozzjoni tal-“koeżjoni diġitali” bħala objettiv tal-Unjoni Ewropea sabiex tkun stabbilita l-infrastruttura diġitali adatta biex jiġi żgurat li s-servizzi elettroniċi u l-edukazzjoni diġitali jkunu aċċessibbli għal kulħadd. Għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-aċċess għal għodod diġitali għal gruppi żvantaġġati u vulnerabbli;

Tabella ta’ Valutazzjoni Soċjali

29.

jindika li l-medji nazzjonali tal-indikaturi soċjali ma jirriflettux l-isfidi soċjali kollha fl-Unjoni Ewropea. Dan jista' jwassal għal riżultati qarrieqa billi jinħbew id-disparitajiet soċjali u reġjonali li spiss jeżistu fl-Istati Membri. Tabella ta' valutazzjoni soċjali reġjonali tista' tgħin biex tiġi stabbilita politika ta' monitoraġġ reġjonali b'saħħitha, filwaqt li tiżgura li l-Pilastru Soċjali jiġi implimentat fil-livelli kollha u li l-investimenti reġjonali jkunu mmirati lejn il-kisba tal-prinċipji tal-Pilastru. Il-monitoraġġ reġjonali għandu jagħmel użu mid-data diġà miġbura u ma għandux jimponi piż amministrattiv fuq ir-reġjuni;

30.

iqis li huwa neċessarju li tiġi promossa politika Ewropea komuni b’saħħitha, effettiva u ċara sabiex tiġi żgurata l-ġestjoni xierqa tal-movimenti migratorji li huma kondiviżi bis-sħiħ mill-Istati Membri u r-reġjuni. Il-Kumitat itenni l-konvinzjoni soda tiegħu li “l-għanijiet tal-Patt dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil, b’mod partikolari s-solidarjetà bejn l-Istati Membri u approċċ komprensiv li jiġbor flimkien miżuri fl-oqsma tal-migrazzjoni, l-ażil, l-integrazzjoni u l-ġestjoni tal-fruntieri, jistgħu jintlaħqu biss mill-Istati Membri jekk jaġixxu flimkien taħt il-qafas tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Ażil u meta jiġu rikonoxxuti aħjar l-interessi u l-kapaċitajiet tagħhom ilkoll fil-mekkaniżmu ta’ solidarjetà” (5);

31.

jinnota l-importanza li jiżdiedu aktar indikaturi u li jintużaw strumenti promossi mill-Unjoni Ewropea stess, bħall-Indiċi tal-Progress Soċjali Reġjonali, li jridu jkopru b'mod wiesa’ l-20 prinċipju kollha tal-Pilastru Soċjali. Il-preżentazzjoni taċ-ċifri fl-indikaturi kollha għandha tinqasam skont l-oqsma ta’ interess, inkluż il-ġeneru, peress li l-ugwaljanza bejn il-ġeneri hija prinċipju ġenerali tal-Pilastru Ewropew. Il-KtR jissottolinja l-ħtieġa li jiġu żviluppati aktar il-bażi tal-għarfien u l-indikaturi tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż sabiex l-objettivi tal-Pilastru jkunu jistgħu jintlaħqu b'mod aktar effettiv. L-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom jikkontribwixxu b'mod attiv għad-dibattitu dwar it-titjib tat-Tabella ta' Valutazzjoni Soċjali;

Governanza soċjoekonomika

32.

jinnota li s-Semestru Ewropew u l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza bħalissa huma l-aktar għodod leġiżlattivi importanti disponibbli biex iħeġġu, jappoġġjaw u jiggwidaw lill-gvernijiet nazzjonali biex jagħmlu l-prinċipji tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali realtà fl-Unjoni Ewropea. Il-KtR jitlob li l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali jingħata prijorità fl-ambitu tas-Semestru Ewropew sabiex l-irkupru mill-kriżi attwali jkun verament inklużiv u jindirizza l-esklużjoni soċjali, il-faqar u l-inugwaljanza;

33.

itenni l-appell tiegħu għal koordinazzjoni aħjar tal-politiki ekonomiċi u soċjali bejn il-livell Ewropew u dak nazzjonali tal-gvernijiet b’rabta mas-Semestru Ewropew u jitlob għal parteċipazzjoni aktar mill-qrib tal-awtoritajiet lokali u reġjonali f’din il-koordinazzjoni, permezz ta’ ġestjoni kondiviża bbażata fuq il-prinċipju tas-sussidjarjetà. Skont dan il-prinċipju, il-kompiti ta’ ppjanar strateġiku u ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu ddelegati mhux biss lill-Istati Membri iżda wkoll lill-awtoritajiet lokali u reġjonali, li huma fl-aħjar pożizzjoni biex jirrispondu b’mod effettiv għall-ħtiġijiet u l-isfidi lokali (6);

34.

jitlob li, fil-kuntest ta’ finanzi sostenibbli, tiġi stabbilita “tassonomija soċjali” bħala għodda abilitanti biex jiżdiedu l-investimenti fl-infrastruttura soċjali, bħall-kura tas-saħħa, l-edukazzjoni, jew l-akkomodazzjoni. Tali għodda tista’ tgħin biex jiġu indirizzati l-isfidi fl-aċċessibbiltà ta’ servizzi essenzjali billi tippremja l-użu ta’ teknoloġiji ġodda u l-isforzi maħsubin biex irawmu forza tax-xogħol b’ħiliet speċjalizzati u biex jindirizzaw in-nuqqas ta’ persunal, filwaqt li tgħin biex l-investimenti fl-infrastruttura soċjali jiġu rikonoxxuti aħjar bħala assi ta’ investiment siewja;

Finanzjament

35.

iħeġġeġ l-użu tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u tal-għodda ta' rkupru Next Generation EU biex il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali jiġi implimentat fil-livell nazzjonali, u b'hekk jikkontribwixxi għat-tranżizzjoni ekoloġika u dik diġitali, il-ġustizzja soċjali u r-reżiljenza;

36.

iħeġġeġ lill-awtoritajiet ta’ programmazzjoni biex jindikaw in-nefqa fil-fondi strutturali u ta’ investiment b’rabta mal-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali;

37.

jitlob li jiġu allokati aktar riżorsi fil-livell lokali u reġjonali mill-baġits nazzjonali u mill-fondi tal-UE, sabiex jiġu ffinanzjati miżuri, servizzi u investiment soċjali lokali, b'mod partikolari biex jiġu appoġġjati l-aktar gruppi vulnerabbli, filwaqt li jiġu rispettati l-prinċipji tal-opportunitajiet indaqs u ta’ nondiskriminazzjoni;

38.

jisħaq li, fl-ippjanar tal-allokazzjoni tar-riżorsi finanzjarji, għandu jsir użu akbar mill-valutazzjonijiet tal-impatt distributtivi sabiex jitqies aħjar l-impatt tar-riformi u tal-investimenti soċjali fuq gruppi differenti.

Brussell, is-7 ta’ Mejju 2021.

Apostolos TZITZIKOSTAS

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni


(1)  Stħarriġ tal-Ewrobarometru dwar kwistjonijiet soċjali, 03/2021.

(2)  Appoġġ attiv effettiv għall-impjiegi (EASE) C(2021) 1372.

(3)  Idem.

(4)  Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar Qafas Ewropew għal Apprendistati ta’ Kwalità u Effettivi, 2018.

(5)  CdR 4843/2020.

(6)  CdR 2167/2020.


27.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 300/13


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Il-Pakkett tat-Tkabbir 2020

(2021/C 300/04)

Relatur:

Nikola DOBROSLAVIĆ (HR/PPE), Prefett tal-Kontea ta' Dubrovnik-Neretva

Dokument ta’ referenza:

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Komunikazzjoni tal-2020 dwar il-politika tat-tkabbir tal-UE

COM(2020) 660 final; SWD(2020) 350 final; SWD(2020) 351 final; SWD(2020) 352 final; SWD(2020) 353 final; SWD(2020) 354 final; SWD(2020) 355 final; SWD(2020) 356 final

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Pjan Ekonomiku u ta’ Investiment għall-Balkani tal-Punent

COM(2020) 641 final

RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI

Kummenti ġenerali

1.

jinnota b’interess kbir il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-politika tat-tkabbir tal-UE fl-2020, ir-rapporti dwar il- kandidati, l-Albanija, il-Montenegro, il-Maċedonja ta’ Fuq, is-Serbja u t-Turkija, ir-rapporti dwar kandidati potenzjali l-Bożnija-Ħerzegovina u l-Kosovo (1), u l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Pjan Ekonomiku u ta’ Investiment għall-Balkani tal-Punent;

2.

jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li l-importanza ġeostrateġika tal-proċess tat-tkabbir, li tirrappreżenta investiment għall-paċi, l-istabbiltà, is-sigurtà u t-tkabbir ekonomiku fl-Ewropa kollha, ġiet affermata mill-ġdid u li s-Summit UE-Balkani tal-Punent li sar f’Zagreb f’Mejju 2020 appoġġja b’mod ċar il-perspettiva Ewropea tal-Balkani tal-Punent; itenni l-appoġġ tiegħu għall-adeżjoni tal-pajjiżi kollha tal-Balkani tal-Punent mal-UE sakemm dawn jissodisfaw il-kriterji kollha tal-adeżjoni; jenfasizza f’dan ir-rigward l-importanza li jintbagħtu sinjali pożittivi lill-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent biex jitrawwem l-involviment tagħhom fil-proċess twil li jsiru Membri tal-UE;

3.

jistieden lill-Kummissjoni Ewropea biex iżżomm l-impenn fir-rigward ta’ standards għoljin ta’ ftuħ, inklużività u rispons fl-abbozzar tal-pakkett tat-tkabbir, u tiddikjara fir-rapport tagħha kif il-partijiet interessati mill-pajjiżi tat-tkabbir, b’mod partikolari r-rappreżentanti ta’ korpi reġjonali u lokali, ġew ikkonsultati fl-abbozzar ta’ dan id-dokument jew ta’ dan ir-rapport ta’ progress, u sa liema punt dawn il-partijiet interessati ngħataw feedback dwar ir-riżultati tal-konsultazzjoni;

4.

itenni li r-riforma tal-amministrazzjoni pubblika fil-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent, li l-Kummissjoni Ewropea timmonitorja b’mod sistematiku f’konformità mal-prinċipji tal-amministrazzjoni pubblika, ma tistax titlesta mingħajr governanza lokali tajba, u jistieden lill-Kummissjoni Ewropea biex tinkorpora indikaturi tal-prestazzjoni aktar preċiżi dwar id-deċentralizzazzjoni fiskali, l-għoti tas-setgħa lill-awtoritajiet lokali u reġjonali biex jiżviluppaw u jipprovdu servizzi ta’ kwalità liċ-ċittadini u lis-settur tan-negozju, u t-tisħiħ ta’ proċessi ta’ żvilupp tal-politika lokali u reġjonali inklużivi u bbażati fuq l-evidenza fil-miżuri u l-istrumenti ta’ riforma tal-amministrazzjoni pubblika;

5.

jinnota b’dispjaċir in-nuqqas ta’ progress li sar mill-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent fl-oqsma fundamentali bħalma huma l-istat tad-dritt, il-funzjonament tal-istituzzjonijiet demokratiċi u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni, kif ukoll l-ambjent li għadu jfixkel l-operat tal-midja indipendenti u l-iżvilupp tas-soċjetà ċivili;

6.

jenfasizza li n-nuqqas ta’ pluraliżmu politiku jew it-trażżin tal-karigi u l-intimidazzjoni ta’ uffiċjali eletti li jappartjenu għall-partiti tal-oppożizzjoni fil-livell lokali f’xi pajjiżi tal-Balkani tal-Punent huma sfidi kbar għad-demokraziji lokali f’dawk il-pajjiżi;

7.

jinnota bi tħassib li, minħabba n-nuqqas ta’ progress fil-proċess tat-tkabbir, il-pajjiżi kollha tal-Balkani tal-Punent jistgħu jkunu esposti għal influwenza aktar qawwija minn partijiet terzi li qed ifittxu b’mod kontinwu li jsaħħu l-influwenza tagħhom fir-reġjun, inkluż fost l-oħrajn ir-Russja u ċ-Ċina;

8.

jappoġġja l-isforzi tal-UE mhux biss biex issaħħaħ ir-reżiljenza tal-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent, iżda wkoll biex tiżgura kooperazzjoni mill-qrib dwar iċ-ċibersigurtà u l-komunikazzjoni strateġika sabiex jiġi żgurat li l-attivitajiet ekonomiċi kollha ffinanzjati esternament jikkonformaw mal-valuri, in-normi u l-istandards tal-UE, b’mod partikolari f’oqsma ewlenin bħall-akkwist pubbliku, l-ambjent, l-enerġija, l-infrastruttura u l-kompetizzjoni;

9.

jilqa’ l-appoġġ komprensiv tal-UE lill-gvernijiet tal-Balkani tal-Punent biex jiġu indirizzati l-isfidi tal-pandemija tal-COVID-19 u fir-rispons effettiv għall-ħtiġijiet urġenti tas-saħħa u dawk soċjoekonomiċi, u jistieden lill-Kummissjoni Ewropea biex tirrikonoxxi l-importanza tar-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-ġestjoni tal-pandemija tal-COVID-19 u tipproponi miżuri addizzjonali biex tappoġġja l-kooperazzjoni deċentralizzata bejn l-awtoritajiet lokali u reġjonali u ssaħħaħ il-kapaċitajiet tagħhom ta’ ġestjoni tal-kriżijiet;

10.

jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tressaq proposti biex ir-rappreżentanti tal-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali tal-Balkani tal-Punent jiġu involuti fil-ħidma tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa, bil-għan li jinħoloq qafas aħjar għall-awtoritajiet lokali u reġjonali; jissuġġerixxi li jsiru sensiela ta’ djalogi maċ-ċittadini fil-Balkani tal-Punent biex iċ-ċittadini jingħataw l-opportunità li jesprimu t-tħassib tagħhom u jleħħnu l-aspettattivi tagħhom dwar is-sħubija fl-Unjoni Ewropea;

Kummenti speċifiċi għall-pajjiż

11.

iħeġġeġ bil-qawwa l-adozzjoni malajr kemm jista’ jkun tal-qafas ta’ negozjar u l-ftuħ tan-negozjati ta’ adeżjoni mal-Maċedonja ta’ Fuq u l-Albanija, sabiex tintwera s-serjetà tal-appoġġ politiku għall-proċess ta’ tkabbir u tinżamm il-wegħda għall-ftuħ tan-negozjati ta’ adeżjoni mal-pajjiżi li jissodisfaw dawn il-kriterji meħtieġa;

12.

jinnota bi tħassib li s-Serbja u l-Montenegro, żewġ pajjiżi li magħhom għaddejjin in-negozjati tal-adeżjoni, jeħtieġ li juru aktar determinazzjoni biex joħolqu qafas aktar favorevoli għal-libertà tal-espressjoni u l-ħidma tal-midja indipendenti, kif ukoll li jagħmlu progress f’dak li jirrigwarda l-indipendenza tal-ġudikatura u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni;

13.

jilqa’ l-progress ġenerali li sar sa issa fin-negozjati ta’ adeżjoni mas-Serbja, madankollu jappella għal riformi aċċellerati fl-oqsma tal-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali, kif ukoll għall-progress fin-normalizzazzjoni tar-relazzjonijiet tas-Serbja mal-Kosovo, kif stabbilit fil-Qafas ta’ Negozjar; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Serbi fil-livelli kollha ta’ governanza biex jikkomunikaw mingħajr ambigwità dwar l-aspirazzjonijiet tal-pajjiż għall-integrazzjoni mal-UE u dwar ir-relazzjonijiet mal-UE bħala msieħeb politiku u ekonomiku ewlieni tas-Serbja;

14.

jinnota b’dispjaċir it-tnaqqis drammatiku fil-pluraliżmu politiku fis-Serbja, in-nuqqas ta’ oppożizzjoni effettiva fil-parlament Serb u l-kundizzjonijiet negattivi għall-iżvilupp tad-demokrazija lokali, u jtenni l-ħtieġa li jiġu indirizzati n-nuqqasijiet li ilhom jeżistu fil-proċess elettorali permezz ta’ djalogu trasparenti u inklużiv mal-partiti politiċi u ma’ atturi rilevanti oħrajn, u li dan isir mingħajr aktar dewmien qabel l-elezzjonijiet li jmiss, filwaqt li jitqiesu r-rakkomandazzjonijiet tal-Uffiċċju tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE) għall-Istituzzjonijiet Demokratiċi u d-Drittijiet tal-Bniedem;

15.

jistieden lill-Kummissjoni tħeġġeġ lill-Montenegro biex iżid l-isforzi tiegħu ħalli jiżviluppa politika trasparenti u inklużiva, b’kontroll aktar b’saħħtu tal-kwalità ċentrali f’dak li jirrigwarda l-konsultazzjoni pubblika mal-partijiet interessati;

16.

jinsab imħasseb dwar il-progress limitat li sar mill-Bożnija-Ħerzegovina fir-rigward tar-riformi identifikati mill-Kummissjoni bħala prijorità fl-Opinjoni tagħha dwar l-applikazzjoni tal-Bożnija Ħerzegovina għal sħubija fl-UE (2), f’oqsma bħall-funzjonament tal-istituzzjonijiet demokratiċi, l-istat tad-dritt, il-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali jew ir-riforma tal-amministrazzjoni pubblika, inkluż b’mod partikolati in-nuqqas ta’ konformità mas-sentenzi u d-deċiżjonijiet tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u mas-sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali dwar il-liġijiet elettorali, in-nuqqas ta’ ugwaljanza bejn il-popli kostitwenti u r-rispett għad-drittijiet ta’ ċittadini oħrajn, il-progress insuffiċjenti fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni, il-professjonalizzazzjoni u d-depolitiċizzazzjoni tal-amministrazzjoni pubblika;

17.

jilqa’ l-fatt li fl-20 ta’ Diċembru 2020, wara ’l fuq minn 12-il sena, fl-aħħar saru l-elezzjonijiet lokali f’Mostar, fil-Bożnija-Ħerzegovina, li jirrappreżentaw kontribut essenzjali għat-tisħiħ tal-proċess demokratiku, f’konformità mal-prinċipji tal-Karta Ewropea dwar l-Awtonomija Lokali u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll inċentiv biex il-Bożnija-Ħerzegovina tkompli fi triqitha lejn l-integrazzjoni Ewropea;

18.

madankollu jinsab imħasseb dwar il-każijiet ikkonfermati ta’ frodi elettorali f’Mostar u d-diskors ta’ mibegħda segwit minn inċidenti mmirati lejn uħud mill-kandidati li joħorġu għall-elezzjonijiet lokali; iħeġġeġ għalhekk lill-Parlament tal-Bożnija-Ħerzegovina biex jagħmel l-emendi meħtieġa għal-liġi elettorali qabel l-elezzjonijiet ġenerali li jmiss fl-2022, u b’hekk jevita l-frodi elettorali fil-futur; jistieden lid-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea fil-Bożnija-Ħerzegovina, flimkien ma’ rappreżentanti oħra tal-komunità internazzjonali, biex tikkundanna bil-qawwa d-diskors ta’ mibegħda u l-attakki fuq kandidati, speċjalment kandidati nisa kif kien il-każ qabel l-elezzjonijiet f’Mostar.

19.

jistieden lill-Kummissjoni biex tagħmel pressjoni għal soluzzjonijiet biex tinħoloq assoċjazzjoni ta’ muniċipalitajiet b’maġġoranza Serba fil-Kosovo, fejn il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni (KtR) joffri appoġġ u kooperazzjoni konkreti bbażati fuq ir-rwol u l-għarfien espert tiegħu, u biex tkompli tinnormalizza r-relazzjonijiet bejn is-Serbja u l-Kosovo;

20.

jistieden lill-Kummissjoni, f’konformità mar-rakkomandazzjonijiet tagħha stess u r-rakkomandazzjonijiet pożittivi tal-Parlament Ewropew, li l-KtR jappoġġja bil-qawwa, biex terġa’ titlob lill-Kunsill jindirizza l-kwistjoni tal-liberalizzazzjoni tal-viża għall-Kosovo;

21.

itenni l-importanza tar-riformi leġiżlattivi sabiex tiġi ċċarata d-diviżjoni tar-responsabbiltajiet u r-riżorsi finanzjarji bejn il-gvern ċentrali u l-awtoritajiet lokali fil-Kosovo;

22.

jistieden lill-Albanija tikseb aktar progress fir-rigward tal-prijoritajiet stipulati mill-Kunsill fil-paragrafu 10 tal-konklużjonijiet tiegħu tal-25 ta’ Marzu 2020;

23.

jilqa’ l-fatt li fl-20 ta’ Diċembru 2020, wara ’l fuq minn 12-il sena, fl-aħħar saru l-elezzjonijiet lokali f’Mostar, fil-Bożnija-Ħerzegovina, li jirrappreżentaw kontribut essenzjali għat-tisħiħ tal-proċess demokratiku, f’konformità mal-prinċipji tal-Karta Ewropea dwar l-Awtonomija Lokali u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll inċentiv biex il-Bożnija-Ħerzegovina tkompli fi triqitha lejn l-integrazzjoni Ewropea; jistieden lill-awtoritajiet Albaniżi jwettqu riforma komprensiva tas-settur tal-art, jikkonsolidaw id-drittijiet tal-proprjetà, u javvanzaw malajr il-proċess għar-reġistrazzjoni u l-kumpens; iħeġġeġ lill-Albanija tadotta u timplimenta malajr il-leġiżlazzjoni li fadal b’rabta mal-Liġi Qafas tal-2017 dwar il-protezzjoni tal-minoranzi nazzjonali u jilqa’ l-adozzjoni tal-liġi dwar iċ-ċensiment tal-popolazzjoni;

24.

jappella għal tisħiħ ulterjuri tar-rwol tal-Kumitat Albaniż għall-Konsultazzjoni tal-Awtoritajiet Lokali u Nazzjonali bħala eżempju tajjeb tal-istituzzjonalizzazzjoni tar-rwol tal-awtoritajiet lokali fit-tfassil tal-politika;

25.

jirrimarka li fil-Maċedonja ta’ Fuq, bħal fil-parti l-kbira tal-pajjiżi l-oħra tal-Balkani tal-Punent, ma hemm l-ebda sistema integrata ta’ ppjanar, ġestjoni u monitoraġġ tal-iżvilupp reġjonali, għalhekk jappella għat-tisħiħ tal-kapaċità amministrattiva u teknika tal-istrutturi operattivi responsabbli għall-ġestjoni tal-fondi tal-UE, b’mod partikolari fl-oqsma tat-trasport u l-protezzjoni ambjentali;

26.

jikkundanna bil-qawwa r-rigress serju kontinwu tat-Turkija fl-oqsma fundamentali tal-acquis Ewropew, inkluż it-tnaqqis serju u persistenti tal-funzjonament tad-demokrazija lokali fit-Turkija, kif ukoll id-deterjorament sinifikanti tad-drittijiet tal-bniedem ewlenin, il-valuri fundamentali tal-UE, l-istat tad-dritt, u d-dgħufija ġenerali ta’ kontrolli u bilanċi effettivi fis-sistema politika wara d-dħul fis-seħħ tal-emendi kostituzzjonali;

27.

jesprimi tħassib dwar il-prattika kontinwa ta’ tkeċċija bil-forza tas-sindki eletti fix-Xlokk tal-pajjiż u s-sostituzzjoni tagħhom b’kummissarji maħtura mill-gvern, kif ukoll l-arresti ta’ rappreżentanti lokali oħrajn, u jappella lit-Turkija f’konformità mal-Karta Ewropea tal-awtonomija lokali u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni ta’ Venezja; biex tabolixxi l-miżuri li jxekklu d-demokrazija lokali, u huma ta’ detriment għall-klima demokratika ġenerali, inkluż fil-livell reġjonali u lokali;

28.

jenfasizza r-retorika tat-Turkija kontra l-UE, u jikkundanna bil-qawwa l-imġiba illegali u provokattiva kontra 2 Stati Membri tal-UE, il-Greċja u Ċipru, permezz ta’ ksur serju u persistenti tas-sovranità u tad-drittijiet sovrani tagħhom, kif ukoll ir-retorika aggressiva u bla preċedent kontra l-ġirien tagħha, li hija kompletament inkompatibbli mal-istatus tagħha ta’ pajjiż kandidat;

29.

jikkundanna l-passi unilaterali tat-Turkija f'Varosha u jappella għar-rispett sħiħ tar-Riżoluzzjonijiet 550 u 789 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. Il-Kumitat tar-Reġjuni jappoġġja l-issoktar rapidu tan-negozjati, taħt l-awspiċji tan-NU, u jibqa’ impenjat bis-sħiħ għal soluzzjoni komprensiva tal-problema ta’ Ċipru, fil-qafas tan-NU u f’konformità mar-Riżoluzzjonijiet rilevanti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU u skont il-prinċipji li fuqhom hija bbażata l-UE. Huwa jistenna l-istess mit-Turkija;

30.

jafferma mill-ġdid li huwa fl-interess strateġiku tal-UE li tfittex li ssolvi d-differenzi mat-Turkija permezz tad-djalogu u f’konformità mad-dritt internazzjonali u li tistabbilixxi kooperazzjoni ta’ benefiċċju reċiproku; jirrakkomanda li l-kooperazzjoni fil-qasam tal-migrazzjoni u r-refuġjati għandha talloka finanzjament tal-UE għal azzjonijiet diretti minn gvernijiet reġjonali u lokali involuti fil-ġestjoni tal-flussi migratorji, il-persuni spostati u r-refuġjati fit-Turkija; il-Ftehim ta’ Riammissjoni bejn l-UE u t-Turkija għandu jiġi implimentat bis-sħiħ u b’mod effettiv fir-rigward tal-Istati Membri kollha, filwaqt li jinnota li l-kooperazzjoni fil-qasam tal-ġustizzja u l-affarijiet interni mal-Istati Membri kollha tal-UE tibqa’ essenzjali;

Ir-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-proċess tat-tkabbir u t-tisħiħ tal-kooperazzjoni reġjonali

31.

jenfasizza l-importanza tar-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali biex jiġu ssodisfati l-kriterji għas-sħubija fl-UE u l-implimentazzjoni tal-acquis tal-UE, b’mod partikolari fl-oqsma tal-koeżjoni ekonomika u soċjali, l-agrikoltura u s-sigurtà tal-ikel, il-protezzjoni ambjentali, l-akkwist pubbliku u l-politika soċjali; jenfasizza, barra minn hekk, il-kontribut importanti tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-komunikazzjoni tal-impatt tal-adeżjoni mal-UE u biex iċ-ċittadini jiġu attirati lejn il-proċess ta’ adeżjoni;

32.

jinnota b’dispjaċir in-nuqqas ta’ proposti konkreti ta’ politika tal-UE dwar appoġġ sistematiku u strateġiku lill-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-Balkani tal-Punent, kif il-KtR diġà esprima fl-Opinjonijiet tiegħu tal-2018 u l-2019 dwar il-pakkett tat-tkabbir;

33.

jilqa’ l-isforzi tal-Kummissjoni Ewropea biex tevalwa l-appoġġ finanzjarju pprovdut mill-UE lill-awtoritajiet lokali fir-reġjuni tal-pajjiżi tat-tkabbir u l-pajjiżi tal-politika tal-viċinat bejn l-2010 u l-2018, u jappella li r-riżultati tal-evalwazzjoni konklużiva jingħataw pubbliċità b’mod wiesa’;

34.

jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tiżviluppa għodod prattiċi biex tappoġġja l-bini ta’ kapaċità effettiva għall-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-Balkani tal-Punent, inkluż permezz ta’ programmi speċifiċi ta’ appoġġ tematiku jew proġetti ta’ assistenza teknika reġjonali u skambji kontinwi, mentoring u networking;

35.

jerġa’ jħeġġeġ lill-Kummissjoni biex testendi l-inizjattiva tal-Appoġġ għal Titjib fil-Governanza u l-Ġestjoni għal-livelli sottonazzjonali ta’ amministrazzjoni f’pajjiżi kandidati u pajjiżi kandidati potenzjali, sabiex jiġu definiti mudelli deċentralizzati għar-riformi tal-amministrazzjoni pubblika u biex jiġi appoġġjat it-titjib tal-governanza lokali, u l-ġestjoni pubblika lokali, bil-ħsieb li jiġi applikat l-acquis;

36.

jistieden, għal darb’ oħra, lill-Kummissjoni Ewropea biex tistabbilixxi metodi operattivi ad hoc li jippermettu l-użu tal-istrumenti tat-TAIEX u tal-Ġemellaġġ għall-kooperazzjoni bejn il-gvernijiet lokali u reġjonali tal-Istati Membri u tal-pajjiżi kandidati u l-pajjiżi kandidati potenzjali;

37.

ifakkar fl-importanza li l-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-Balkani tal-Punent jibqgħu jingħataw appoġġ permezz tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni u l-korpi ta’ kooperazzjoni rilevanti tiegħu, bħall-Grupp ta’ Ħidma għall-Balkani tal-Punent u l-Kumitati Konsultattivi Konġunti mal-Montenegro, il-Maċedonja ta’ Fuq u s-Serbja, iżda jindika wkoll il-ħtieġa għal viżibbiltà aktar b’saħħitha tal-attivitajiet ta’ dawn il-korpi fil-livell nazzjonali u reġjonali. F’dan il-kuntest, jindika wkoll l-importanza tal-istabbiliment urġenti ta’ kumitat konsultattiv konġunt mal-Albanija;

38.

jistieden lill-Kummissjoni tirfina l-indikaturi użati biex jitkejjel il-progress fir-riformi tal-amministrazzjoni pubblika fir-rigward tal-involviment tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-ippjanar, l-iżvilupp, l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni tal-politiki pubbliċi, u biex tieħu passi addizzjonali biex issaħħaħ u tikkonsulta b’mod effettiv mal-awtoritajiet lokali u reġjonali fit-tfassil ta’ dawk il-politiki li jaffettwaw il-ħidma tagħhom u l-kwalità tas-servizzi muniċipali mogħtija liċ-ċittadini;

39.

jilqa’ l-appoġġ tal-Kummissjoni li sar sa issa fit-tisħiħ tal-kooperazzjoni bejn iż-żgħażagħ fil-Balkani tal-Punent, li huwa ta’ importanza kbira fiż-żamma u l-iżvilupp ulterjuri tar-relazzjonijiet tajbin bejn il-ġirien, inkluż l-appoġġ għal inizjattivi bħall-Uffiċċju Reġjonali għall-Kooperazzjoni fost iż-Żgħażagħ; jistieden lill-Kummissjoni biex, f’inizjattivi futuri għall-promozzjoni tal-kooperazzjoni fost iż-żgħażagħ, tiżgura li l-awtoritajiet lokali u reġjonali, bħala msieħba ewlenin fl-assoċjazzjonijiet lokali taż-żgħażagħ u l-istituzzjonijiet edukattivi, ikunu aktar involuti fl-implimentazzjoni ta’ proġetti taż-żgħażagħ li jikkontribwixxu għat-tisħiħ tar-relazzjonijiet tajbin bejn il-ġirien;

40.

jissuġġerixxi li, fil-futur, ir-rappreżentanti tal-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom jiġu involuti b’mod xieraq fil-ħidma tal-konferenzi intergovernattivi dwar in-negozjati tal-adeżjoni;

L-istat tad-dritt, id-drittijiet fundamentali u l-ambjent għall-operat tal-midja indipendenti

41.

itenni li l-istat tad-dritt u l-funzjonament tal-istituzzjonijiet demokratiċi huma indikaturi ewlenin li abbażi tagħhom l-UE tivvaluta l-progress tal-pajjiżi kandidati lejn is-sħubija, u jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-progress limitat u l-ħafna sfidi kkawżati min-nuqqas ta’ rieda politika, il-persistenza ta’ ċerti elementi ta’ manipulazzjoni tal-istat, il-progress limitat fil-qasam tal-indipendenza ġudizzjarja, ir-reżistenza istituzzjonali u l-ambjent sfavorevoli għall-midja indipendenti biex topera fil-biċċa l-kbira tal-pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali;

42.

jenfasizza li ambjent favorevoli għall-iżvilupp u l-operat tal-midja indipendenti u tas-soċjetà ċivili huwa prerekwiżit għas-sostenibbiltà u l-irriversibbiltà tar-riformi kumplessi implimentati matul il-proċess ta’ adeżjoni, kif ukoll bażi għall-iżvilupp tad-demokrazija lokali;

43.

jirrakkomanda li l-Kummissjoni tapplika b’mod konsistenti l-kundizzjonalità fir-rigward tal-konformità mar-regoli tal-UE fl-użu tal-fondi tal-UE u l-pjan ekonomiku u ta’ investiment, b’mod partikolari fil-proċeduri tal-akkwist pubbliku u f’termini ta’ trasparenza, u tistabbilixxi indikaturi ċari f’dan ir-rigward;

44.

jenfasizza li l-awtoritajiet lokali u reġjonali, minħabba l-prossimità tagħhom maċ-ċittadini, jistgħu jaqdu rwol ewlieni fil-promozzjoni u r-rispett tal-valuri Ewropej, u fil-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali, u jistgħu jaqdu rwol importanti fil-ġlieda kontra r-razziżmu, id-diskors ta’ mibegħda u d-diskriminazzjoni, il-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri, il-protezzjoni tal-minoranzi u l-gruppi vulnerabbli, u t-tisħiħ tal-koeżjoni soċjali;

45.

jemmen bis-sħiħ li l-awtoritajiet lokali u reġjonali, minħabba r-rwol speċifiku tagħhom bħala dawk li jfasslu l-politika lokali u jfornu s-servizzi pubbliċi, jista’ jkollhom rwol aktar b’saħħtu fl-indirizzar ta’ xi nuqqasijiet fil-qasam tal-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali, iżda wkoll fit-tisħiħ tal-governanza politika lokali trasparenti u responsabbli u fit-titjib tal-protezzjoni tad-drittijiet tal-gruppi vulnerabbli;

46.

jistieden lill-Kummissjoni tkompli tappoġġja lill-awtoritajiet lokali u reġjonali tal-pajjiżi kandidati u l-pajjiżi kandidati potenzjali sabiex itejbu l-istandards għall-involviment tal-membri tal-pubbliku li huma interessati fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-politika lokali, inklużi mudelli ta’ ppjanar baġitarju parteċipattiv u t-tfassil tal-baġits muniċipali;

47.

iwissi dwar ir-riskju għoli ta’ korruzzjoni li jeżisti fil-proċeduri tal-akkwist pubbliku fil-livell tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-pajjiżi kandidati u l-pajjiżi kandidati potenzjali, u jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tuża strumenti konkreti biex tippromovi trasparenza u kontroll tal-kwalità aktar proattivi fl-akkwist pubbliku, kif ukoll l-istabbiliment ta’ politika ta’ data miftuħa f’kull stadju tal-proċedura tal-akkwist pubbliku;

48.

jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tirrikonoxxi aktar ir-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fis-soluzzjoni ta’ kwistjonijiet fundamentali fil-livell lokali, tiffaċilita l-iżvilupp tal-kapaċitajiet u l-kompetenzi tagħhom fil-qasam tal-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali, u tgħinhom iwettqu dawn il-kompiti billi tipprovdi mezzi u għodod konkreti, filwaqt li tirrikonoxxi wkoll ir-rwoli u l-kontribuzzjonijiet rispettivi tal-assoċjazzjonijiet nazzjonali u internazzjonali tal-awtoritajiet lokali u reġjonali;

Ir-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-implimentazzjoni tal-Pjan Ekonomiku u ta’ Investiment

49.

jilqa’ l-adozzjoni tal-pjan ekonomiku u ta’ investiment għall-Balkani tal-Punent, li se jkun għodda ewlenija biex jiġu appoġġjati l-irkupru ekonomiku u l-iżvilupp tal-pajjiżi tar-reġjun fil-futur immedjat, u jindika l-importanza tal-involviment f’waqtu u xieraq tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-ippjanar u l-monitoraġġ tal-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ inċentiv u proġetti, bl-applikazzjoni ta’ standards għoljin f’dak li jirrigwarda t-trasparenza, l-aċċess għall-informazzjoni u d-data miftuħa;

50.

jappoġġja l-adozzjoni ta’ miżuri konkreti biex l-inizjattivi ta’ tranżizzjoni ekoloġika u diġitali tal-UE jiġu estiżi għall-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent, filwaqt li jiġi enfasizzat ir-rwol tar-reġjun bħala parti importanti tal-Ewropa, kif ukoll l-importanza strateġika tal-investimenti fl-iżvilupp soċjali u ekonomiku, l-infrastruttura tat-trasport sostenibbli u l-protezzjoni ambjentali fil-pajjiżi tar-reġjun sa minn qabel l-adeżjoni mal-UE;

51.

jenfasizza li l-investimenti infrastrutturali kbar ippjanati skont il-Pjan Ekonomiku u ta’ Investiment fl-oqsma tat-trasport, l-enerġija, l-infrastruttura ekoloġika u diġitali għandhom dejjem jinkludu, apparti n-networks ċentrali, riżorsi għall-konnettività reġjonali u lokali sabiex iċ-ċittadini fil-komunitajiet lokali jkunu jistgħu jibbenefikaw mill-investiment, speċjalment permezz tal-bini ta’ toroq ta’ aċċess ġodda għall-bliet u l-irħula;

52.

huwa favur l-applikazzjoni tal-prinċipju tal-kundizzjonalità bbażata fuq ir-riforma għall-investimenti previsti fil-pjan ekonomiku u ta’ investiment, u jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tindika b’mod adegwat, għal kull investiment, liema riformi huma mistennija fil-livell lokali u reġjonali;

53.

jirrimarka li viżibbiltà akbar tal-investimenti tal-UE fil-livell reġjonali u lokali, u komunikazzjoni aktar ċara tal-prinċipji u l-valuri fundamentali, bħar-regoli tal-akkwist pubbliku u l-istandards għall-protezzjoni ambjentali u s-sostenibbiltà fiskali, għandhom jgħinu biex jissaħħaħ l-impenn għar-riformi fil-proċess ta’ adeżjoni mal-UE u jitnaqqas ir-riskju ta’ influwenza negattiva minn atturi esterni fir-reġjun (bħal self miċ-Ċina);

54.

jappoġġja l-isforzi li saru fit-tħejjija taċ-ċiklu l-ġdid ta’ programmazzjoni għall-assistenza ta’ qabel l-adeżjoni (IPA III) u jtenni, f’konformità mal-Opinjoni preċedenti (3) tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, l-importanza li jingħata appoġġ tematiku għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-awtoritajiet lokali u reġjonali taħt l-IPA III;

55.

jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tiżviluppa linji gwida għall-appoġġ tal-UE lill-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-pajjiżi tat-tkabbir fil-perjodu finanzjarju l-ġdid 2021-2027, b’objettivi ċari, riżultati mistennija u indikaturi għall-monitoraġġ tal-progress, immudellati fuq linji gwida simili żviluppati mill-Kummissjoni biex jappoġġjaw is-soċjetà ċivili u l-midja indipendenti fil-pajjiżi tar-reġjun;

56.

jistieden, f’dan ir-rigward, lill-Kummissjoni Ewropea biex twaqqaf kumitat reġjonali indipendenti biex jimmonitorja l-implimentazzjoni tal-Pjan Ekonomiku u ta’ Investiment u l-programm IPA III, bil-parteċipazzjoni ta’ rappreżentanti tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, is-soċjetà ċivili u l-midja mill-pajjiżi tat-tkabbir, magħżula abbażi ta’ sejħa pubblika, skont kriterji trasparenti stabbiliti minn qabel;

57.

jenfasizza li t-trasparenza proattiva u d-disponibbiltà tad-data jsaħħu l-fiduċja taċ-ċittadini fl-użu xieraq tal-fondi pubbliċi u jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi portal tad-data miftuħa b’informazzjoni dettaljata, disponibbli pubblikament u fejn wieħed jista’ jfittex dwar il-benefiċjarji kollha tal-pjan ekonomiku u ta’ investiment tal-programm IPA III.

Brussell, is-7 ta’ Mejju 2021.

Apostolos TZITZIKOSTAS

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni


(1)  Dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mar-Riżoluzzjoni UNSCR 1244/1999 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet u mal-Opinjoni tal-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.

(2)  SWD(2019) 222 final, COM(2019) 261 final

(3)  Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni dwar Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA III), COR 2018/04008; ĠU C 86, 7.3.2019.


27.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 300/19


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Unjoni ta’ ugwaljanza: Pjan ta’ azzjoni tal-UE għall-ġlieda kontra r-razziżmu 2020–2025

(2021/C 300/05)

Relatur:

Yoomi RENSTRÖM (SE/PSE), Membru ta’ Assemblea Lokali: Muniċipalità ta’ Ovanåkers

Dokument ta’ referenza:

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Unjoni ta’ ugwaljanza: Pjan ta’ azzjoni tal-UE għall-ġlieda kontra r-razziżmu 2020–2025

COM(2020) 565 final

RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI

1.

jilqa’ b’sodisfazzjon il-Komunikazzjoni “Unjoni ta’ ugwaljanza: Pjan ta’ azzjoni tal-UE għall-ġlieda kontra r-razziżmu 2020-2025”. Il-Kumitat jenfasizza li l-ugwaljanza hija fost il-valuri fundamentali li fuqhom hija msejsa l-Unjoni Ewropea, kif rifless fit-Trattati u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, li jagħtu lill-UE mandat u responsabbiltà għall-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni;

2.

jinsab imħasseb dwar is-sejbiet tar-Rapport dwar id-Drittijiet Fundamentali 2019, li sar mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA), li jikkonferma li l-minoranzi etniċi u l-migranti għadhom iħabbtu wiċċhom ma’ fastidju u diskriminazzjoni fl-UE kollha, minkejja l-liġijiet tal-UE kontra r-razziżmu li ilhom jeżistu. Skont l-istess rapport, 15 biss mis-27 Stat Membru tal-UE għandhom pjani ta’ azzjoni u strateġiji speċifiċi għall-ġlieda kontra r-razziżmu u d-diskriminazzjoni etnika, u għad hemm lakuni fil-liġijiet nazzjonali mmirati lejn il-kriminalizzazzjoni tar-razziżmu;

3.

huwa mħasseb ukoll dwar ir-riżultati tal-Ewrobarometru Speċjali dwar “Id-Diskriminazzjoni fl-UE” (1). Dan jirrapporta li kważi 59 % ta’ dawk li wieġbu jqisu li d-diskriminazzjoni bbażata fuq l-oriġini etnika hija mifruxa f’pajjiżhom, speċjalment fir-rigward tad-diskriminazzjoni bbażata fuq il-kulur tal-ġilda. Madankollu, il-perċezzjonijiet, il-fehmiet u l-attitudnijiet għadhom ivarjaw ħafna, skont il-grupp diskriminat kif ukoll minn pajjiż għal ieħor;

4.

jilqa’ b’sodisfazzjon l-impenn tal-Kummissjoni li twettaq evalwazzjoni komprensiva tal-qafas legali eżistenti tal-UE biex tiġġieled id-diskriminazzjoni, ir-razziżmu u l-ksenofobija u biex tissorvelja l-applikazzjoni tad-Direttiva dwar it-Trattament Ugwali (2) u biex tiżgura l-implimentazzjoni adatta tad-Deċiżjoni Qafas dwar ir-Razziżmu u l-Ksenofobija (3);

5.

jenfasizza li l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni fl-oqsma kollha għandha tkun prijorità għall-UE. Madankollu, jinnota li bħalissa hemm lakuni fil-leġiżlazzjoni tal-UE kontra d-diskriminazzjoni fis-sens li ċerti raġunijiet għad-diskriminazzjoni huma koperti biss fl-oqsma tal-impjieg u x-xogħol. Jistieden lir-rappreżentanti tal-Istati Membri fil-Kunsill jikkonkludu n-negozjati dwar id-Direttiva orizzontali dwar it-Trattament Ugwali (4), li ġiet imblukkata minn mindu l-Kummissjoni ressqet il-proposta tagħha fl-2008;

6.

jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li l-Kummissjoni tirrikonoxxi għall-ewwel darba li jeżisti r-razziżmu strutturali u huwa parti mis-sistema soċjali, ekonomika u politika li fiha lkoll ngħixu, u li l-Kummissjoni tara l-ħtieġa li tindirizzah permezz ta’ politiki komprensivi. Għalhekk, tinħtieġ bidla fl-approċċ tal-UE għar-razziżmu;

7.

jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li l-pjan ta’ azzjoni jipproponi sensiela ta’ miżuri li jlaqqgħu flimkien il-livelli kollha tat-teħid tad-deċiżjonijiet fis-soċjetà, kif ukoll is-soċjetà ċivili u l-korpi tal-ugwaljanza, sabiex jiġġieldu r-razziżmu b’mod aktar effettiv fl-Ewropa, pereżempju permezz ta’ pjani ta’ azzjoni nazzjonali kontra r-razziżmu;

8.

josserva li l-pjan ta’ azzjoni huwa pass ’il quddiem biex jintlaħqu l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli fl-Aġenda 2030, b’mod partikolari l-Għan 10 dwar it-tnaqqis tal-inugwaljanzi;

9.

jistenna li l-pjan ta’ azzjoni li jmiss għall-Pilastru Soċjali Ewropew fl-2021 se jipprovdi aktar appoġġ għall-ugwaljanza fis-suq tax-xogħol, inkluż għal persuni minn kuntest ta’ minoranza razzjali (5) jew etnika;

Razziżmu strutturali — l-indirizzar tal-problema sottostanti

10.

jenfasizza l-importanza li jiġu rikonoxxuti l-għeruq storiċi tar-razziżmu. L-iżgurar li l-kolonjaliżmu, l-iskjavitù u l-Olokawst jibqgħu fil-memorja kollettiva huwa parti importanti mit-tħeġġiġ tal-inklużjoni u l-fehim. Jitlob li jkun hemm kontronarrattivi li jikkundannaw ir-razziżmu, jippromovu l-inklużjoni soċjali u jawtonomizzaw lin-nies irrispettivament mill-oriġini razzjali jew etnika;

11.

jenfasizza li pass kruċjali biex ir-razziżmu strutturali jiġi indirizzat b’mod effettiv huwa li jiġu identifikati l-oqsma fejn jippersisti r-razziżmu bħall-edukazzjoni, is-settur tal-abitazzjoni, il-kura tas-saħħa, l-impjieg, l-aċċess għas-servizzi pubbliċi, il-ġustizzja, l-infurzar tal-liġi jew il-kontroll tal-migrazzjoni, u l-parteċipazzjoni u r-rappreżentanza politiċi;

12.

iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tikkunsidra l-Pjan ta’ Azzjoni għall-ġlieda kontra r-razziżmu minn perspettiva usa’ u b’mod konġunt mal-politika Ewropea dwar l-immigrazzjoni u l-politika komuni Ewropea dwar l-ażil;

13.

jenfasizza l-ħtieġa għal data komprensiva dwar id-diskriminazzjoni fuq il-bażi tal-oriġini razzjali jew etnika fl-Ewropa. Mingħajr ma jitkejjel u jiġi kkwantifikat il-livell ta’ diskriminazzjoni u inugwaljanza, isir diffiċli ħafna li dawn jiġu indirizzati b’mod effettiv. Id-data dwar l-ugwaljanza tista’ tipprovdi għodod b’saħħithom kontra d-diskriminazzjoni u l-esklużjoni u tenfasizza s-sitwazzjoni ta’ gruppi f’riskju ta’ diskriminazzjoni, u l-għan huwa li jiġu ppjanati politiki inklużivi u tiġi żgurata l-implimentazzjoni tagħhom;

14.

huwa tal-fehma li d-data dwar l-ugwaljanza tipprovdi għarfien dwar il-firxa tar-razziżmu strutturali u kif għandu jiġi miġġieled. Madankollu, jinħtieġu metodi ġodda ta’ ġbir ta’ data dwar id-diskriminazzjoni u l-ugwaljanza. Il-konformità sħiħa mal-istandards kostituzzjonali, il-liġi tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE hija prerekwiżit biex jittaffew ir-riskji potenzjali ta’ użu ħażin jew abbuż;

15.

jilqa’ d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiġbor data dwar id-diversità razzjali u etnika tal-persunal tagħha, permezz ta’ stħarriġ speċifiku fuq bażi volontarja u anonima, biex b’hekk jiġu rrispettati bis-sħiħ ir-regoli dwar il-ġbir tad-data. Jenfasizza f’dan ir-rigward il-ħtieġa li l-korpi kollha tal-UE jwettqu valutazzjonijiet simili, peress li r-rappreżentanza razzjali u etnika fil-livelli kollha tal-amministrazzjoni pubblika tal-UE hija kruċjali għall-kisba tal-ugwaljanza;

16.

għal darb’oħra jisħaq fuq “l-importanza li tiġi implimentata perspettiva intersezzjonali meħtieġa sabiex ikunu involuti fl-implimentazzjoni tal-istrateġija l-individwi vulnerabbli u li jistgħu jiffaċċjaw diskriminazzjoni multipla” (6), u jagħmel aċċenn speċjali għal gruppi vulnerabbli bħall-migranti nisa, l-persuni LGBTI, fost l-oħrajn. Għal din ir-raġuni, jistieden lill-Kummissjoni Ewropea biex tiżviluppa aktar dan l-approċċ intersezzjonali, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri, u tħejji linji gwida biex tiffaċilita l-implimentazzjoni tagħhom fl-ippjanar, il-ġestjoni u l-evalwazzjoni tal-politiki pubbliċi;

17.

ifakkar li l-minorenni barranin mhux akkumpanjati huma grupp li huwa vulnerabbli ħafna għar-razziżmu u li jeħtieġ attenzjoni speċjali, f’konformità mal-Istrateġija tal-UE dwar id-drittijiet tat-tfal (2021-2024);

18.

jitlob li l-politiki kontra r-razziżmu jiġu integrati fil-politiki kollha tal-UE. Jenfasizza li kwalunkwe politika kontra d-diskriminazzjoni għandu jkollha wkoll perspettiva intersezzjonali sabiex id-diskriminazzjoni multipla tiġi indirizzata b’mod effettiv;

19.

huwa tal-fehma li d-dimensjoni ekonomika tar-razziżmu strutturali ta’ spiss tiġi injorata. Dan jinvolvi spejjeż ekonomiċi sostanzjali peress li jimpedixxi lin-nies milli jużaw il-potenzjal tagħhom. Soċjetà inqas razzista ssir ekonomikament aktar b’saħħitha;

20.

jiġbed l-attenzjoni li l-COVID-19 enfasizzat u aggravat l-inugwaljanzi, il-marġinalizzazzjoni u d-diskriminazzjoni diġà eżistenti tal-Ewropa u saħħet ir-razziżmu strutturali. Il-persuni diġà vulnerabbli qed jintlaqtu saħansitra aktar. Minbarra l-miljuni ta’ ħaddiema li tilfu l-impjieg u d-dħul tagħhom, dawk l-iżjed milqut huma l-migranti fil-fruntieri, dawk b’impjiegi prekarji, il-familji mingħajr dokumenti u bi dħul baxx, il-persuni mingħajr dar, l-anzjani, in-nisa u l-persuni b’diżabbiltà jew b’mard kroniku – inklużi ħafna minoranzi razzjali u etniċi. Għalhekk, kwalunkwe reazzjoni għall-pandemija għandha tieħu approċċ kontra d-diskriminazzjoni u jkollha effetti diretti u indiretti fuq ir-razziżmu f’oqsma differenti tas-soċjetà;

21.

itenni t-talba tiegħu għal “miżuri b’saħħithom għad-difiża tal-libertajiet ċivili u d-demokrazija f’era dejjem aktar diġitalizzata, fosthom li jitnaqqas ir-riskju ta’ sorveljanza diġitali ġeneralizzata u li jiġu miġġielda l-aħbarijiet foloz, il-kampanji ta’ diżinformazzjoni, id-diskors ta’ mibegħda u d-diskriminazzjoni, partikolarment ir-razziżmu, fil-qasam diġitali, irrispettivament minn jekk dawn il-fenomeni negattivi joriġinawx fl-UE jew barra minnha” (7);

22.

itenni wkoll li “element kruċjali ta’ kwalunkwe qafas regolatorju li japplika għall-intelliġenza artifiċjali huwa l-introduzzjoni ta’ salvagwardji sabiex jiġi żgurat li l-intelliġenza artifiċjali tkun ħielsa minn preġudizzji u ma tirriproduċix diskriminazzjoni abbażi tal-ġeneru, etniċità, età, diżabbiltà jew orjentazzjoni sesswali” (8);

23.

jenfasizza l-ħtieġa li jiġu indirizzati l-attitudnijiet diskriminatorji tal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, il-brutalità tal-pulizija u t-tfassil ta’ profili razzjali ta’ ċerti gruppi razzjali jew etniċi u jemmen li l-awtoritajiet tal-pulizija u tal-infurzar tal-liġi għandhom imexxu bl-eżempju fil-qasam tal-ġlieda kontra r-razziżmu u d-diskriminazzjoni;

24.

jemmen li huwa essenzjali, fl-Istati Membri fejn l-awtoritajiet lokali u reġjonali huma responsabbli għall-pulizija, li jittieħdu miżuri biex jiġi miġġieled u evitat ir-razziżmu fl-infurzar tal-liġi, li jiġu skrutinizzati l-prattiki tal-pulizija, li jsir investiment fit-taħriġ u l-iżvilupp ta’ dawn l-awtoritajiet u li d-data relatata mat-tfassil ta’ profili razzjali tiġi ġestita b’mod trasparenti. L-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom jiżviluppaw ukoll programmi komunitarji komprensivi kontra l-vjolenza, ibbażati fuq is-sigurtà soċjali u r-rispett sħiħ tal-istandards tan-nondiskriminazzjoni tal-UE fil-qasam tal-pulizija;

25.

jenfasizza għal darb’oħra li “soċjetà fejn id-drittijiet tal-bniedem tal-popli kollha jkunu rispettati bis-sħiħ u f’konformità mal-istandards internazzjonali u reġjonali, inkluża l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni, ir-razziżmu u forom oħra ta’ intolleranza fil-prevenzjoni u l-ġlieda kontra r-radikalizzazzjoni vjolenti, ser ikollha rwol ċentrali” (9);

L-awtoritajiet lokali u reġjonali fuq quddiem nett

26.

jilqa’ b’sodisfazzjon il-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE kontra r-Razziżmu 2020-2025, li jqiegħed l-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-qalba tas-soluzzjonijiet fil-ġlieda kontra r-razziżmu. Jinnota li, minħabba l-prossimità tagħhom maċ-ċittadini, l-awtoritajiet lokali u reġjonali jaqdu rwol kruċjali fil-promozzjoni u r-rispett tal-valuri Ewropej, u jinsabu fuq quddiem nett fil-ġlieda kontra r-razziżmu u r-reati ta’ mibegħda, fil-protezzjoni tal-gruppi vulnerabbli u l-minoranzi, u fil-promozzjoni tal-koeżjoni soċjali;

27.

jitlob li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jiġu rikonoxxuti bħala msieħba strateġiċi fit-tfassil, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-pjani nazzjonali ta’ azzjoni, minħabba r-responsabbiltajiet tagħhom u l-ħidma importanti li diġà qed iwettqu kontra r-razziżmu fl-oqsma ta’ kompetenza tagħhom;

28.

jenfasizza r-rwol ewlieni li jaqdu l-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-promozzjoni tas-sensibilizzazzjoni, it-taħriġ u l-edukazzjoni kontra r-razziżmu, speċjalment fost iż-żgħażagħ;

29.

jemmen li huwa tal-akbar importanza li jiġu allokati riżorsi finanzjarji għall-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-baġit fit-tul 2027-2021 mill-fondi tal-UE kif ukoll minn NextGenerationEU sabiex tiġi promossa l-inklużjoni soċjali u jiġu miġġielda r-razziżmu u d-diskriminazzjoni f’oqsma bħall-aċċess għas-suq tax-xogħol, l-edukazzjoni, il-kura soċjali, il-kura tas-saħħa u s-settur tal-abitazzjoni; Dan jinkludi li tingħata attenzjoni speċjali lill-gruppi aktar vulnerabbli u jiġu allokati fondi għas-salvagwardja tal-minorenni barranin mhux akkumpanjati, peress li f’ħafna każijiet din hija r-responsabbiltà tal-awtoritajiet lokali u reġjonali;

30.

jemmen li, minbarra l-adozzjoni ta’ pjani ta’ azzjoni kontra r-razziżmu fil-livell nazzjonali, jista’ jkun utli li jkun hemm pjani ta’ azzjoni reġjonali u lokali. Dawn jistgħu jgħinu biex ir-razziżmu strutturali jiġi indirizzat permezz ta’ miżuri konkreti. Dan jirrifletti wkoll il-pożizzjoni tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) fir-rapport tagħha tal-2019, li fih tenfasizza l-ħtieġa li jkun hemm pjani ta’ azzjoni fil-livelli kollha fil-ġlieda kontra r-razziżmu. L-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom jingħataw l-appoġġ dovut meta jfasslu pjani ta’ azzjoni sottonazzjonali, inkluż permezz ta’ inizjattivi ad hoc għall-bini tal-kapaċitajiet;

31.

jista’ jiġi involut f’dan u jservi bħala pjattaforma għall-iżvilupp ulterjuri ta’ miżuri kontra r-razziżmu fil-livell lokali u reġjonali, pereżempju billi tiġi appoġġjata l-inklużjoni soċjali, jiġi miġġieled il-faqar enerġetiku u jiġi promoss l-aċċess għal abitazzjoni deċenti;

32.

jenfasizza l-importanza li jiġu involuti l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali kif ukoll is-soċjetà ċivili sabiex tingħata leġittimità lill-pjan nazzjonali ta’ azzjoni kontra r-razziżmu u biex ir-razziżmu fl-Ewropa jiġi miġġieled b’mod aktar effettiv; Huwa importanti wkoll li jiġu kondiviżi prattiki tajbin bejn il-pajjiżi u l-awtoritajiet lokali u reġjonali differenti, u li jiġu kondiviżi l-objettivi u l-miżuri stabbiliti fil-pjani kontra r-razziżmu żviluppati minn livelli differenti ta’ governanza;

33.

jemmen li sabiex jintlaħaq il-potenzjal tal-proposti li jmiss tal-Kummissjoni għal pjani nazzjonali ta’ azzjoni kontra r-razziżmu, għandu jkun hemm proċessi b’saħħithom biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni f’waqtha tagħhom b’miri ċari u li jistgħu jitkejlu, u li l-progress jiġi ssorveljat kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f’dak Ewropew, u jeħtieġ li l-Kummissjoni tieħu responsabbiltà sħiħa għall-parti tagħha tas-segwitu;

34.

jenfasizza li kwalunkwe evalwazzjoni tal-effettività tal-pjani nazzjonali ta’ azzjoni kontra r-razziżmu għandha tiġi ppjanata sentejn wara l-istabbiliment tagħhom, b’informazzjoni sħiħa mill-awtoritajiet lokali u reġjonali;

Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, l-istituzzjonijiet tal-UE u l-inizjattivi kontra r-razziżmu

35.

jappoġġja l-inizjattiva tal-UNESCO “Koalizzjoni Ewropea tal-Bliet Kontra r-Razziżmu” u jilqa’ b’mod partikolari l-proġetti Ewropej relatati mal-ġlieda kontra r-razziżmu, inkluż l-aħħar proġett “SUPport Everyday Fight Against Racism” (SUPER), fi ħdan il-qafas tal- Programm ta’ Drittijiet, Ugwaljanza u Ċittadinanza tal-Kummissjoni Ewropea;

36.

iħeġġeġ lill-Kummissjoni tinvolvi formalment lill-Kumitat meta tinnomina, fuq bażi annwali, Belt Kapitali Ewropea – waħda jew aktar – għall-Inklużjoni u d-Diversità bħala mod kif jiġu rikonoxxuti u ċċarati l-isforzi tal-bliet biex jistabbilixxu strateġiji ta’ inklużjoni b’saħħithom fil-livell lokali;

37.

jesprimi x-xewqa qawwija tiegħu li jipparteċipa bħala msieħeb formali fl-organizzazzjoni tas-Summit kontra r-Razziżmu fil-21 ta’ Marzu 2021, li se jsir flimkien mal-Jum Internazzjonali għall-Eliminazzjoni tad-Diskriminazzjoni Razzjali;

38.

huwa tal-fehma li, peress li l-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni u l-awtoritajiet lokali u reġjonali huma fuq quddiem nett fil-ġlieda kontra r-razziżmu u d-diskriminazzjoni, huma għandhom jaqdu rwol formali fl-iskambji, fil-konsultazzjonijiet regolari u fid-djalogu mal-istituzzjonijiet tal-UE;

39.

jilqa’ b’sodisfazzjon l-isforzi estensivi tal-Kummissjoni biex issaħħaħ il-politiki bbażati fuq valuri fundamentali u biex tibni l-Unjoni ta’ Ugwaljanza tal-UE permezz ta’ diversi pjani ta’ azzjoni u strateġiji li jindirizzaw id-diskriminazzjoni għal raġunijiet speċifiċi (razza, ugwaljanza bejn il-ġeneri, persuni LGBTIQ, Rom, persuni b’diżabbiltà, antisemitiżmu). Madankollu, minħabba n-natura trasversali tal-istrateġiji msemmija hawn fuq, il-Kumitat iqis li huwa adatt li jkun hemm mhux biss rapporti ta’ progress individwali iżda wkoll rapporti intersezzjonali, li jevalwaw l-interazzjoni bejn l-istrateġiji differenti u l-effetti kumulattivi tagħhom fil-każ ta’ forom multipli ta’ diskriminazzjoni fil-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali;

40.

jappoġġja l-isforzi tal-Kummissjoni biex issir Unjoni ta’ Ugwaljanza li, bl-għajnuna tat-task force interna l-ġdida għall-ugwaljanza, se tissalvagwardja l-interessi tan-nies kollha, irrispettivament mill-oriġini razzjali jew etnika, billi tintegra l-ugwaljanza u l-intersezzjonalità fil-politiki, il-leġiżlazzjoni u l-programmi ta’ finanzjament kollha tal-UE;

41.

jistenna bil-ħerqa li jkun involut u li jikkoopera mal-koordinatur futur kontra r-razziżmu li se jinħatar mill-Kummissjoni;

42.

ser isegwi s-sejħa tal-Kummissjoni Ewropea biex jingħata eżempju u tittejjeb ir-rappreżentanza tal-persunal tal-KtR permezz ta’ miżuri ta’ reklutaġġ u selezzjoni.

Brussell, is-7 ta’ Mejju 2021.

Apostolos TZITZIKOSTAS

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni


(1)  https://data.europa.eu/euodp/en/data/dataset/S2251_91_4_493_ENG/resource/afca8c2e-a0a8-4a22-84ef-29a3a1fb9a1b

(2)  Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE tad-29 ta’ Ġunju 2000 li timplimenta l-prinċipju tat-trattament ugwali bejn il-persuni irrespettivament mill-oriġini tar-razza jew l-etniċità

(3)  Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/913/ĠAI

(4)  Proposta għal Direttiva dwar il-prinċipju ta’ trattament ugwali, KUMM(2008) 426 finali

(5)  L-użu tat-terminu “razza” f’dan id-dokument, l-istess bħal fil-pjan ta’ azzjoni, ma jimplikax l-aċċettazzjoni ta’ teoriji li jfittxu li jistabbilixxu l-eżistenza ta’ razez umani separati.

(6)  Opinjoni tal-KtR 2016/2020 dwar Unjoni ta’ Ugwaljanza: Strateġija dwar l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri għall-2020-2025

(7)  Opinjoni tal-KtR 2354/2020 dwar Strateġija għall-ġejjieni diġitali tal-Ewropa u Strateġija għad-data

(8)  Opinjoni tal-KtR 2014/2020 dwar White Paper dwar l-Intelliġenza Artifiċjali Approċċ Ewropew għall-eċċellenza u għall-fiduċja

(9)  Opinjoni tal-KtR 6329/2015 dwar Niġġieldu r-radikalizzazzjoni u l-estremiżmu vjolenti: mekkaniżmi ta’ prevenzjoni fil-livell lokali u reġjonali


27.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 300/24


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Strateġija dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità 2021–2030

(2021/C 300/06)

Relatur Ġenerali:

Daniela BALLICO (IT/KRE), Sindku ta’ Ciampino (RM)

Dokument ta’ referenza:

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – Unjoni ta’ Ugwaljanza: Strateġija dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità 2021-2030

COM(2021) 101 final

RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI

1.

jissottolinja li d-drittijiet tal-persuni b’diżabilità, kif minquxa fl-Artikoli 2, 9, 10, 19, 168 u 216(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u fl-Artikoli 2 u 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), fl-Artikoli 3, 15, 21, 23 u 26 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, fl-Artikoli 3 u 17 tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, kif ukoll il-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità ratifikata fis-26 ta’ Novembru 2009, għandhom jiġu garantiti u promossi fl-oqsma kollha u f’kull livell tal-Unjoni Ewropea u tal-Istati Membri;

2.

jilqa’ b’sodisfazzjon il-Komunikazzjoni “Unjoni ta’ Ugwaljanza: Strateġija dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità 2021-2030”, bħala azzjoni strateġika li għandha l-għan li tippromovi l-awtonomija u l-inklużjoni tagħhom, tiggarantixxi li d-drittijiet tagħhom jiġu eżerċitati b’mod ugwali u tipproteġi liċ-ċittadini li huma l-aktar f’riskju ta’ diskriminazzjoni u marġinalizzazzjoni soċjali;

3.

jemmen li l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom jiġu rikonoxxuti bħala msieħba strateġiċi fit-tfassil, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-istrateġija, minħabba r-responsabbiltajiet tagħhom u l-ħidma li saret biex dawn jitwettqu;

4.

jitlob rikonoxximent akbar tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, peress li ħafna mill-politiki ta’ inklużjoni tal-persuni b’diżabilità għandhom jitwettqu u jiġu implimentati fil-prattika, b’mod li jkun qrib il-persuni b’diżabilità. Biex ikun hemm sjieda sħiħa, neħtieġu politiki u riżorsi nazzjonali, reġjonali u lokali adattati, kif ukoll riżorsi addizzjonali suffiċjenti mill-fondi Ewropej biex tiġi implimentata t-tranżizzjoni ġusta għal għajxien indipendenti u l-parteċipazzjoni fil-komunità tal-persuni b’diżabilità;

5.

jissottolinja l-importanza tal-qafas tal-politika tal-istrateġija bl-azzjonijiet tagħha, peress li din tirrappreżenta opportunità mġedda biex jinkisbu objettivi konkreti fil-qasam tal-inklużjoni u l-indipendenza tal-persuni b’diżabilità fl-UE, bl-Istati Membri bħala punt ta’ tluq. L-istrateġija ġiet ippreżentata f’mument diffiċli, peress li l-pandemija tal-COVID-19 poġġiet f’riskju serju s-sopravivenza, is-saħħa u d-dinjità tal-persuni b’diżabilità. Hija wriet id-dgħufijiet kollha fis-sistemi tal-protezzjoni soċjali u l-inklużjoni soċjali;

6.

jilqa’ b’sodisfazzjon l-istabbiliment ta’ qafas ta’ miżuri mfassla biex jiggarantixxu d-drittijiet u l-opportunitajiet li jolqtu għoxrin fil-mija tal-popolazzjoni Ewropea li għandhom diżabilità, kemm jekk fiżika, u/jew li ma tidhirx, sensorjali, intellettwali, problemi tas-saħħa mentali jew diversi diżabilitajiet. L-istatus ta’ diżabilità huwa indikatur ta’ riskju akbar ta’ faqar, esklużjoni u dipressjoni, speċjalment meta l-ambjent ma jkunx imfassal għall-bnedmin fid-diversità kollha tagħhom;

7.

jilqa’ b’sodisfazzjon l-istrateġija dwar il-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità, li hija l-ewwel pjan ta’ azzjoni universali biex jiġu żgurati d-drittijiet u l-opportunitajiet għall-persuni b’diżabilità;

8.

jappoġġja t-tnedija fl-2021 tal-Pjattaforma tad-Diżabilità, u jitlob li jkun parti minn din il-pjattaforma li se tiġi stabbilita mill-Kummissjoni Ewropea, bħala osservatur, sabiex jiżgura l-inklużjoni effettiva tal-persuni b’diżabilità fil-politiki u l-programmi kollha. Jissottolinja l-ħtieġa li jiġu involuti bis-sħiħ l-awtoritajiet lokali u reġjonali, peress li huma atturi ewlenin fil-ġestjoni tal-politiki li huma relatati b’mod dirett mal-persuni b’diżabilità fit-territorju;

9.

jappella għal kooperazzjoni msaħħa mal-livelli istituzzjonali Ewropej rappreżentattivi, u jenfasizza għalhekk li l-KtR jista’ jikkontribwixxi għall-ħidma tal-Pjattaforma billi jimmobilizza l-awtoritajiet lokali u reġjonali biex iżidu l-għarfien tagħhom dwar l-isfidi tal-istrateġija l-ġdida. Dawn jinkludu l-ġlieda kontra l-isterjotipi u d-diskriminazzjoni tal-persuni b’diżabilità, u billi jiġi promoss trattament xieraq u ugwali fil-ħajja ta’ kuljum;

10.

jissottolinja l-importanza li jkun hemm kollaborazzjoni mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, l-assoċjazzjonijiet ta’ persuni b’diżabilità u l-membri tal-familja tagħhom sabiex jiġi implimentat il-prinċipju ta’ “xejn dwarna mingħajrna”, filwaqt li jiġu żgurati mekkaniżmi għall-parteċipazzjoni tal-persuni b’diżabilità u l-familji tagħhom, permezz tal-korpi tas-settur, kif ukoll li jinħolqu spazji speċifiċi għan-nisa u l-bniet b’diżabilità;

11.

itenni l-importanza li tiġi adottata perspettiva intersezzjonali olistika; jappella għall-inklużjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi relatati ma’ gruppi vulnerabbli ta’ persuni b’diżabilità li jiffaċċjaw ostakli bbażati fuq l-intersezzjoni ta’ raġunijiet multipli, bħas-sess, il-ġeneru, l-orjentazzjoni sesswali, l-oriġini razzjali jew etnika, l-età, ir-reliġjon u t-twemmin, jew sitwazzjoni soċjoekonomika diffiċli jew sitwazzjoni vulnerabbli oħra. Jirrakkomanda, għalhekk, li l-Kummissjoni Ewropea tapprofondixxi dan l-approċċ intersezzjonali u tiżviluppa inizjattivi li l-implimentazzjoni tagħhom se taffettwa l-ippjanar, il-ġestjoni u l-valutazzjoni tal-politiki pubbliċi;

12.

jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa li jiġi adottat il-prinċipju li l-amministrazzjonijiet pubbliċi għandhom jagħtu eżempju ta’ x’sura għandha tingħata l-inklużjoni soċjali u kif għandhom jiġu garantiti d-drittijiet u l-opportunitajiet indaqs għall-persuni b’diżabilità, kemm f’termini ta’ integrazzjoni fix-xogħol fis-suq tax-xogħol miftuħ kif ukoll fil-produzzjoni ta’ servizzi aċċessibbli. Għal dan il-għan, il-KtR, bħala impjegatur u attur istituzzjonali, għandu jsegwi l-prinċipju billi jmexxi bl-eżempju u jistabbilixxi skeda ta’ żmien għal dan;

13.

jissottolinja l-ħtieġa, b’mod partikolari fil-qasam tal-integrazzjoni fix-xogħol u l-aċċessibilità tal-prodotti u s-servizzi, li jiġu enfasizzati l-modi li bihom is-settur privat huwa involut, permezz ta’ sħubija pubblika-privata;

14.

jinnota li l-istrateġija tqis it-tifqigħa tal-pandemija biss fil-qasam tal-għajxien indipendenti u b’mod marġinali fir-rigward tal-inklużjoni edukattiva. Jinnota, barra minn hekk, in-nuqqas ta’ rikonoxximent xieraq tal-kura informali, fenomenu speċjalment assoċjat man-nisa, li reġa’ feġġ bħala kwistjoni ewlenija matul il-pandemija, bħala riżultat tal-limitazzjoni tas-servizzi lill-membri tal-familja tagħhom; Dan enfasizza l-importanza tax-xogħol fundamentali tal-assistenza u l-kura, kif ukoll il-bżonn li jissaħħaħ l-aċċess u l-użu tat-teknoloġija fl-isfera personali;

15.

iħeġġeġ lill-Istati Membri jinkludu miżuri speċifiċi għall-persuni b’diżabilità fil-programmi nazzjonali ta’ riforma u l-pjani nazzjonali għall-irkupru u r-reżiljenza tagħhom.

Aċċessibbiltà, awtonomija u ugwaljanza

16.

jaqbel mal-Kummissjoni Ewropea dwar l-azzjoni li fl-2022 għandha l-għan li tniedi AccessibleEU, ċentru ta’ riżorsi li jlaqqa’ flimkien il-partijiet ikkonċernati kollha. Barra minn hekk, jappella sabiex ikun hemm: valutazzjoni tal-funzjonament tas-suq intern tat-teknoloġiji ta’ assistenza sal-2023; appoġġ għall-implimentazzjoni tar-rekwiżiti ta’ aċċessibilità previsti mid-Direttivi dwar l-Akkwist Pubbliku; valutazzjoni tal-applikazzjoni tad-Direttiva dwar l-Aċċessibbiltà tal-Web; tnedija tal-inventarju tal-attivitajiet tal-infrastruttura ferrovjarja u l-livell ta’ aċċessibbiltà tagħhom;

17.

jilqa’ r-ratifika tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità (UNCRPD) mill-UE u l-Istati Membri tagħha; jistieden lill-Kunsill u lill-Istati Membri kollha jiffirmaw il-Protokoll Fakultattiv tal-UNCRPD;

18.

jaqbel mal-Kummissjoni Ewropea dwar il-ħtieġa li tiġi mmonitorjata l-implimentazzjoni tad-diversi Direttivi dwar l-aċċessibbiltà sabiex l-Unjoni Ewropea u l-istituzzjonijiet kollha jkunu jistgħu jimplimentaw politiki ta’ implimentazzjoni adegwati; ir-regoli dwar l-aċċessibbiltà għandhom jiġu rispettati u mtejba bir-reqqa sabiex jiġu pprovduti ambjenti aċċessibbli, kemm fil-bini residenzjali kif ukoll fl-elementi kollha relatati mal-katina tal-aċċessibbiltà;

19.

ifakkar li l-persuni b’diżabilità għandhom jingħataw kull opportunità biex jiksbu għajxien indipendenti u li jiżgura d-dritt għall-awtonomija tul ħajjithom. Huwa essenzjali li tiġi regolata l-assistenza personali għall-persuni b’diżabilità fiżika b’livell ogħla ta’ dipendenza;

20.

jissottolinja r-rwol ewlieni li għandhom il-persuni kollha b’diżabilità bħala esperti tagħhom infushom. F’dan ir-rigward, l-awtoritajiet lokali u reġjonali jaqdu rwol ewlieni meta jkun meħtieġ li tiġi rikonoxxuta l-parteċipazzjoni attiva tagħhom fil-proċessi tat-teħid ta’ deċiżjonijiet, inkluż fir-rigward tal-aċċessibbiltà. Ifakkar, għal dan il-għan, il-Premju Ewropew għall-Belt Aċċessibbli, li jingħata kull sena mill-Kummissjoni Ewropea lil tliet bliet Ewropej li jiddistingwu ruħhom biex jagħmlu n-nisġa urbana aktar aċċessibbli għaċ-ċittadini kollha tagħhom, b’attenzjoni partikolari għall-problemi relatati mal-età u l-livell ta’ mobilità b’mod ġenerali, u jħeġġeġ li inizjattivi simili jippremjaw l-aċċessibbiltà fl-ambjent rurali u naturali;

21.

iħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea tqis l-aċċessibbiltà bħala kriterju vinkolanti meta twettaq ir-reviżjoni ppjanata fl-2021 tal-qafas leġiżlattiv dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija sabiex tagħmlu aktar aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità;

Tgawdija tad-drittijiet tal-UE

Libertà ta’ moviment u ta’ residenza

22.

jaqbel mal-ħtieġa li sa tmiem l-2023 tiġi adottata l-Karta tad-Diżabilità tal-UE sabiex tiġi żgurata t-tgawdija sħiħa tad-drittijiet tal-UE kif ukoll bil-ħsieb li jkun hemm rikonoxximent reċiproku tal-istatus ta’ diżabilità fl-Istati Membri kollha. Jistenna bil-ħerqa l-proposta li jmiss tal-Kummissjoni dwar il-Karta tal-UE u jittama li din tkun tista’ tegħleb id-diffikultajiet li nqalgħu fil-fażi tal-esperimentazzjoni;

23.

jappoġġja l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tiżgura kooperazzjoni aktar effettiva mal-Istati Membri, sabiex tiżgura li l-Istati Membri jittrasponu il-Karta malajr kemm jista’ jkun, u fl-istess ħin, jaħdmu għall-armonizzazzjoni tar-rikonoxximent tal-istatus ta’ diżabilità. Din tal-aħħar hija essenzjali sabiex jiġi ggarantit id-dritt għall-mobilità fl-UE, mid-dritt li persuna tkun tista’ tgawdi minn servizzi u appoġġ simili sal-eliminazzjoni tal-ostakli.

Il-promozzjoni tal-parteċipazzjoni fil-proċess demokratiku

24.

jaqbel mal-ħtieġa, kif imsemmi fl-Istrateġija, li tiġi promossa l-parteċipazzjoni fil-ħajja ċivika u politika tal-persuni b’diżabilità, li għadhom s’issa jsofru diskriminazzjoni anke meta jeżerċitaw id-dritt tal-vot tagħhom;

25.

jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tikkunsidra ftehim Ewropew dwar id-dritt tal-vot tal-persuni b’diżabilità, sabiex ikun jista’ jitneħħa kull tip ta’ ostaklu u l-persuni b’diżabilità jkunu intitolati bis-sħiħ li jesprimu l-preferenza politika tagħhom bl-istess mod bħal kwalunkwe ċittadin Ewropew ieħor. Jissottolinja li, fl-istat attwali, il-Kummissjoni adottat programm ta’ konsultazzjonijiet dwar elezzjonijiet Ewropej inklużivi, li ma jinkludix il-kwistjoni tad-diżabilità. Jirrakkomanda li dan il-programm jinkludi wkoll mill-aktar fis possibbli l-persuni b’diżabilità u ż-żoni kollha fejn isiru l-elezzjonijiet;

26.

jaqbel li hemm il-ħtieġa li jittejjeb l-aċċess għall-kura tas-saħħa għall-persuni b’diżabilità. Jaqbel ukoll mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea rigward l-inadegwatezza tas-servizzi soċjali u tas-servizzi tal-kura u tas-saħħa soċjali, li wrew il-limitazzjonijiet kollha tagħhom matul il-fażi tal-pandemija. Jenfasizza s-sitwazzjoni partikolarment diffiċli f’żoni remoti u rurali. Jinnota li l-kwistjoni tas-segregazzjoni tidher għall-ewwel darba f’dokument Ewropew ta’ importanza bħal din u jilqa’ dan il-pass. Iqis li huwa assolutament ġust li tiġi indirizzata s-segregazzjoni tal-persuni b’diżabilità u d-deistituzzjonalizzazzjoni tagħhom, bil-għan li jiġi eżerċitat id-dritt ta’ għajxien indipendenti sħiħ u effettiv fil-komunità, billi jiġu żviluppati servizzi bbażati fil-komunità li jinkludu l-monitoraġġ tas-saħħa, id-diġitalizzazzjoni tal-appoġġ għall-awtonomija personali u l-għajnuna personali, bil-possibbiltà li jagħżlu fejn, ma’ min u kif jgħixu.

L-iżvilupp ta’ ħiliet ġodda għal impjiegi ġodda

27.

jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li, fl-UE kollha, il-kriżi pandemika wasslet għal telf ta’ impjiegi għal persuni b’diżabilità. Itenni li dan il-fatt seħħ ukoll fir-rigward ta’ qraba ta’ persuni b’diżabilità li jipprovdu l-kura, fenomenu li prinċipalment jaffettwa lill-ommijiet, il-partners nisa u l-bniet;

28.

huwa tal-fehma li t-tisħiħ tat-tranżizzjoni diġitali u dik ekoloġika joffri opportunitajiet, bl-użu tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, l-intelliġenza artifiċjali u r-robotika adattati għall-ħtiġijiet tal-persuni b’diżabilità, u l-ħtieġa li jsir investiment fil-ħiliet diġitali tagħhom;

29.

ifakkar fil-ħtieġa li tinġabar data komparabbli dwar id-diżabilità sabiex jiġu vvalutati aħjar it-tagħlimiet mill-ħajja ta’ persuni b’diżabilità f’kuntesti differenti, biex jitkejlu l-politiki u l-azzjonijiet, jiġi mmonitorjat il-progress tagħhom, u tittieħed azzjoni adegwata;

30.

jistieden lill-Kummissjoni tindirizza b’mod sistematiku l-kwistjoni tan-nuqqas ta’ informazzjoni dwar il-persuni b’diżabilità, speċjalment fl-ambjent rurali. Kif mitlub mill-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità (UNCRPD) u affermat mill-ġdid mill-Kumitat tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, jeħtieġ li n-nuqqas ta’ informazzjoni jiġi eliminat mhux biss għad-data diżaggregata, iżda wkoll permezz ta’ indikaturi ta’ inklużjoni li jimmonitorjaw il-politiki u s-sodisfazzjon tad-drittijiet tal-persuni b’diżabilità;

31.

jaqbel mal-ħtieġa li l-professjonalità tal-persuni b’diżabilità tiġi adattata permezz tar-rwol li jista’ jkollhom l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali u l-Pjan ta’ Azzjoni għall-Edukazzjoni Diġitali 2021-2027 li jmiss. Jappoġġja wkoll l-istrateġija tal-implimentazzjoni ta’ dawn l-azzjonijiet permezz ta’ impenn qawwi mal-Istati Membri biex jiġi żgurat li jkollhom programmi inklużivi u aċċessibbli, kif ukoll ir-riżorsi neċessarji, filwaqt li jisfruttaw u jikkomplementaw dawk eżistenti; Barra minn hekk, jenfasizza l-ħtieġa li jsir iżjed faċli għall-persuni b’diżabilità li jattendu l-università;

32.

jenfasizza l-ħtieġa għal dispożizzjonijiet speċifiċi li jippermettu t-titjib tal-ħiliet u t-taħriġ mill-ġdid għall-persuni b’diżabilità sabiex jiġi sfruttat il-potenzjal tat-tranżizzjoni diġitali b’mod partikolari. Fuq din il-bażi, jilqa’ l-użu tal-apprendistati bħala għodda għall-inklużjoni soċjali fil-programm tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ;

33.

jappoġġja l-inizjattiva tal-Kummissjoni Ewropea li tħeġġeġ lill-Istati Membri jistabbilixxu miri ċari biex tiżdied ir-rata ta’ impjieg ta’ persuni b’diżabilità, speċjalment fis-suq tax-xogħol miftuħ, u biex u tissaħħaħ il-kapaċità tas-servizzi tal-impjiegi. Itenni l-ħtieġa li jiġu ffaċilitati l-impjieg indipendenti u l-intraprenditorija indipendenti tal-persuni b’diżabilità. Jistieden lill-Istati Membri jqisu għajnuna fiskali għall-kumpaniji li jimpjegaw ħaddiema b’diżabilità jew tassazzjoni preferenzjali għall-persuni li jaħdmu għal rashom b’diżabilità, u b’mod partikolari l-intraprenditorija;

34.

jilqa’ l-pubblikazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Ekonomija Soċjali li jipprevedi t-titjib tal-ambjent abilitanti għall-ekonomija soċjali, inklużi opportunitajiet relatati ma’ persuni b’diżabilità. Jappella għal aktar investiment fl-intrapriżi soċjali b’enfasi partikolari fuq l-integrazzjoni. Isostni li l-intrapriżi soċjali jistgħu jippromovu mudell orjentat lejn is-suq għal attivitajiet li, jekk ġestiti b’suċċess, jistgħu jiġu estiżi u jkunu finanzjarjament sostenibbli fis-suq tax-xogħol miftuħ (1);

Aċċess ugwali u nondiskriminazzjoni

35.

jirrikonoxxi li l-kwistjoni tal-aċċess għall-ġustizzja hija importanti wkoll u tirrigwarda b’mod partikolari d-diskriminazzjoni istituzzjonali fil-konfront ta’ persuni b’diżabilitajiet intellettwali, psikosoċjali u tas-saħħa mentali. Iħeġġeġ lill-Istati Membri jagħmlu viżibbli l-aħjar prattiki żviluppati bħala forma ta’ trasferiment u effett multiplikatur;

36.

ifakkar li għadd kbir ta’ ċittadini tal-UE li jsofru minn diżabilitajiet ta’ żvilupp u/jew mard mentali jistgħu għalhekk ikunu soġġetti għal tutela (plenary guardianship) jew kurazija (partial guardianship). Madankollu, jesprimi t-tħassib tiegħu li t-tutela tista’ tinvolvi t-telf tad-drittijiet legali kollha u li d-deċiżjonijiet li jirrigwardaw l-aktar ħajjet l-individwu jiġu ttrasferiti lil rappreżentant legali. Hemm bosta adulti li kontra l-volontà tagħhom jitqiegħdu f’istituzzjoni minn rappreżentant maħtur legalment. Il-KtR jistieden lill-Istati Membri jadottaw leġiżlazzjoni li tippermetti l-implimentazzjoni tal-Artikolu 12 tal-UNCRPD (2) u jinvolvu lill-partijiet interessati, lill-familji tagħhom, lill-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tal-utenti u lill-ispeċjalisti fit-teħid tad-deċiżjonijiet.

37.

iqis li huwa essenzjali li tiġi indirizzata l-kwistjoni tal-ġlieda kontra l-vjolenza fuq il-persuni b’diżabilità, b’mod partikolari n-nisa, it-tfal u ż-żgħażagħ b’diżabilità, u l-kwistjoni tal-persuni b’diżabilità intellettwali u interpersonali. Jiddikjara li hemm bżonn li tissaħħaħ l-azzjoni f’dan ir-rigward fl-istrateġija l-ġdida; Pereżempju, il-faċilitajiet residenzjali protetti għandhom ikunu soġġetti għal monitoraġġ aktar effettiv, u ċ-ċentri kollha ta’ konsulenza u ta’ kenn għan-nisa għandhom ikunu kompletament aċċessibbli;

38.

jaqbel li waħda mill-isfidi ewlenin li qed tħabbat wiċċha magħha l-Unjoni Ewropea fil-qasam tad-diżabilità hija l-ħtieġa li tiġi miġġielda d-diskriminazzjoni fl-oqsma kollha tal-ħajja tal-persuni b’diżabilità;

39.

jirrikonoxxi li l-edukazzjoni hija l-mezz ewlieni biex jiġu indirizzati l-inugwaljanzi, inkluż fir-rigward ta’ persuni b’diżabilità. Jaqbel li l-garanzija ta’ edukazzjoni inklużiva tkopri t-tfulija, l-adolexxenza kif ukoll l-adulti b’diżabilità. Jirrikonoxxi li l-programmi Ewropej f’dan il-qasam jappoġġjaw u jippromovu attivitajiet bħal dawn. Jitlob li l-awtoritajiet lokali u reġjonali, kif ukoll l-assoċjazzjonijiet tal-persuni b’diżabilità u l-familji tagħhom, jipparteċipaw fil-programm ta’ apprendiment għall-persuni b’diżabilità sabiex jiġi promoss l-iskambju ta’ prattiki tajba, u jitlob il-parteċipazzjoni attiva tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-integrazzjoni tal-politiki tal-inklużjoni soċjali mal-politiki tal-edukazzjoni;

It-titjib tal-aċċess għall-arti u l-kultura, ir-rikreazzjoni, id-divertiment, l-isport u t-turiżmu

40.

huwa favur il-promozzjoni tal-iżvilupp tal-personalità tal-persuni b’diżabilità, u b’mod sinifikanti tat-tfal u ż-żgħażagħ, bħal kull persuna oħra, permezz tal-aċċess għall-arti, il-kultura, ir-rikreazzjoni, id-divertiment, l-isport u t-turiżmu;

41.

jissottolinja, b’mod partikolari, ir-rwol li għandu l-isport fit-trawwim tal-inklużjoni tal-persuni b’diżabilità u jħeġġeġ lill-Istati Membri sabiex jippromovu programmi li jiffaċilitaw il-parteċipazzjoni tat-tfal, taż-żgħażagħ u tal-persuni b’diżabilità b’limitazzjonijiet kbar.

Nagħtu l-eżempju

42.

jirrikonoxxi l-importanza li tiġi adottata sistema strutturata għall-implimentazzjoni effiċjenti tal-istrateġija. L-ewwel pass huwa l-inklużjoni sistematika tal-persuni b’diżabilità fil-proċessi tat-teħid ta’ deċiżjonijiet;

43.

jenfasizza l-ħtieġa li jiġu miġġielda b’mod effettiv l-isterjotipi tad-diżabilità fiżika u mentali fid-diskors pubbliku, ir-rappreżentazzjoni fil-midja u l-edukazzjoni fil-prattika, filwaqt li jintgħażel approċċ ta’ tolleranza żero għall-preġudizzji u l-istigmatizzazzjoni abbażi ta’ diżabilità fiżika/mentali, inkluż l-użu diskriminatorju tal-lingwa. L-awtoritajiet lokali u reġjonali jinsabu f’pożizzjoni tajba ħafna biex imexxu bl-eżempju kemm bħala impjegaturi kif ukoll bħala fornituri ta’ servizzi, u minħabba l-prossimità tagħhom maċ-ċittadini;

44.

jikkondividi l-impenn tal-Kummissjoni li ssaħħaħ l-istrateġija tar-riżorsi umani għall-inklużjoni tal-persuni b’diżabilità fuq il-post tax-xogħol u l-għajnuna tagħhom permezz ta’ arranġamenti raġonevoli sabiex ikunu produttivi daqs il-kollegi tagħhom: dan jinkludi l-aċċessibbiltà tal-bini u l-għodod ta’ ħidma kollha, b’enfasi partikolari fuq it-tfassil, l-iżvilupp u l-użu tat-teknoloġiji għas-servizz tal-persuni;

45.

jappoġġja l-ħtieġa li jissaħħaħ il-qafas ta’ monitoraġġ għall-implimentazzjoni tal-istrateġija billi jiġu introdotti indikaturi effikaċi ibbażati fuq data eżistenti biex jitkejjel u jiġi vvalutat l-impatt tal-inklużjoni soċjali tal-persuni b’diżabilità kif ukoll billi jiġu proposti u inklużi miżuri f'din l-evalwazzjoni; ifakkar l-importanza li jitfasslu rapporti annwali li jiġbru fil-qosor il-progress tal-Istati Membri fir-rigward tal-inklużjoni tal-persuni b’diżabilità, li jkunu jinkludu wkoll prattiki tajba mill-awtoritajiet lokali u reġjonali u mill-assoċjazzjonijiet tal-persuni b’diżabilità u l-familji tagħhom;

46.

jistieden lill-Unjoni Ewropea, lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet reġjonali u lokali tagħhom biex isaħħu d-dimensjoni tad-diżabilità fis-sistemi nazzjonali u reġjonali tal-istatistika sabiex ikun hemm data affidabbli u regolari f’konsultazzjoni mal-Eurostat.

Brussell, is-7 ta’ Mejju 2021.

Apostolos TZITZIKOSTAS

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni


(1)  Eurofound (2021), Disability and labour market integration: Policy trends and support in EU Member States [Diżabilità u integrazzjoni fis-suq tax-xogħol: xejriet ta’ politika u appoġġ fl-Istati Membri tal-UE], https://www.eurofound.europa.eu/sites/default/files/ef_publication/field_ef_document/ef20013en.pdf

(2)  https://www.un.org/disabilities/documents/convention/convention_accessible_pdf.pdf


27.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 300/29


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Sustanzi kimiċi sikuri u sostenibbli għal ambjent ħieles mit-tossiċità fil-bliet u r-reġjuni tal-Ewropa

(2021/C 300/07)

Relatur:

Adam STRUZIK (PL/EPP), President tal-Provinċja ta’ Mazowieckie

Dokument ta’ referenza:

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Strateġija dwar is-Sustanzi Kimiċi għas-Sostenibbiltà Lejn Ambjent Ħieles mit-Tossiċità

COM/2020/667 final

RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI

L-importanza tal-istrateġija dwar is-sustanzi kimiċi

1.

jilqa’ u jappoġġja l-miżuri meħuda għall-implimentazzjoni tal-istrateġija dwar is-sustanzi kimiċi, peress li s-sustanzi kimiċi issa jiddominaw kważi s-suq kollu manifattura tal-prodotti u huma fundamentali għall-ħajja ta’ kuljum; jenfasizza li dawn il-miżuri huma partikolarment importanti għas-saħħa tal-bniedem u għall-protezzjoni tal-ambjent u tal-ekonomija, inkluż għall-iżvilupp ta’ sustanzi kimiċi sikuri u sostenibbli;

2.

jirrikonoxxi l-valur miżjud tal-istrateġija f’termini tat-tisħiħ tal-kompetittività tal-industrija Ewropea tal-kimika, l-isfruttar tar-rwol ewlieni tas-sustanzi kimiċi fil-kisba tan-newtralità klimatika, l-ilħuq tal-objettivi tal-Ftehim ta’ Pariġi, il-kisba tal-miri ambizzjużi tal-ekonomija ċirkolari, l-appoġġ għall-pjan ta’ rkupru u t-tranżizzjoni tal-enerġija, u l-integrazzjoni ta’ diversi aspetti tal-ġestjoni tas-sustanzi kimiċi, bħas-sikurezza, l-effiċjenza enerġetika, l-impatt ambjentali, ir-riċerka u l-innovazzjoni;

3.

jirrimarka li l-kriżi tal-COVID-19 ħarġet fid-dieher il-vulnerabbiltà tas-soċjetajiet tagħna għat-theddid u l-importanza li tissaħħaħ ir-reżiljenza tagħhom għall-iskossi ekonomiċi, soċjali u ambjentali; itenni r-rwol kruċjali tal-Istrument Ewropew għall-Irkupru l-ġdid fl-appoġġ lill-UE, iżda wkoll fit-twittija tat-triq lejn tranżizzjoni aktar ekoloġika u ekwa u futur sostenibbli;

4.

iqis li s-sovranità teknoloġika u network ta’ valur Ewropew reżiljenti u sostenibbli kif ukoll ktajjen tal-valur Ewropej magħluqin huma essenzjali, b’mod partikolari għall-implimentazzjoni tal-Patt Ekoloġiku u t-tranżizzjoni enerġetika; jirrimarka li, fl-interess ta’ soluzzjonijiet sostenibbli, huwa rakkomandat li tiġi evitata r-rilokazzjoni tal-produzzjoni jew l-użu ta’ sustanzi regolati fl-UE f’pajjiżi terzi fejn mhumiex garantiti standards għolja komparabbli ta’ sikurezza okkupazzjonali u ta’ protezzjoni ambjentali. Huma biss kundizzjonijiet qafas attraenti u stabbli li jistgħu jżommu jew jerġgħu jiksbu livelli ta’ valur miżjud u produzzjoni fir-reġjuni Ewropej u ktajjen ta’ valur magħluqin;

5.

jirrakkomanda li l-importanza tal-governanza f’diversi livelli tiġi rikonoxxuta bħala għodda li torbot b’mod effettiv il-miri u l-objettivi tal-istrateġija dwar is-sustanzi kimiċi mal-irkupru ekoloġiku tal-ekonomija Ewropea; jenfasizza li l-firxa wiesgħa ta’ suġġetti koperti mill-objettivi tal-istrateġija dwar is-sustanzi kimiċi tippermetti l-integrazzjoni ta’ pjani ġodda u eżistenti fis-settur tas-sustanzi kimiċi, u tippermetti wkoll l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ miżuri li jistgħu jqisu kif dovut il-ħtiġijiet tas-suq lokali u jikkomplementaw l-isforzi nazzjonali f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà;

6.

jenfasizza li l-pjani nazzjonali għall-irkupru u r-reżiljenza joffru opportunità biex jiġi sfruttat il-potenzjal tal-governanza f’diversi livelli, inkluż fl-implimentazzjoni tal-istrateġija dwar is-sustanzi kimiċi. Dawn il-miżuri għandhom ikunu akkumpanjati minn oqfsa regolatorji u riżorsi adatti, filwaqt li l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom ikunu involuti bis-sħiħ fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-pjani u għandu jkollhom aċċess dirett għall fondi tal-UE;

7.

jiġbed l-attenzjoni għal għadd ta’ ostakli legali, finanzjarji u tekniċi li jiffaċċjaw l-awtoritajiet lokali u reġjonali meta jittrattaw is-sustanzi kimiċi. Qafas leġiżlattiv koerenti, prevedibbli u semplifikat se jiffaċilita approċċ konsistenti għall-valutazzjoni u l-ġestjoni tas-sustanzi kimiċi fil-pajjiżi kollha tal-UE. Dawn il-miżuri se jrażżnu l-ħolqien ta’ diskrepanzi legali ġodda bejn l-UE u reġjuni oħra. L-għajnuna u l-assistenza teknika jippermettu wkoll lill-awtoritajiet lokali u reġjonali jippromovu investimenti relatati mal-iżvilupp, il-kummerċjalizzazzjoni, it-tixrid u l-użu ta’ sustanzi, materjali u prodotti sikuri u sostenibbli;

8.

jilqa’ l-possibbiltà li l-Kummissjoni Ewropea tappoġġja r-riċerka u l-innovazzjoni xjentifika, bħall-iżvilupp ta’ materjali avvanzati għal applikazzjonijiet fis-setturi tal-enerġija, tal-kostruzzjoni, tal-mobbiltà, tas-saħħa, tal-agrikoltura u tal-elettronika biex jinkisbu t-tranżizzjoni ekoloġika, tar-riċerka, tal-iżvilupp u l-applikazzjoni ta’ proċessi ta’ manifattura nadifa u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tas-CO2 għall-produzzjoni ta’ sustanzi kimiċi u materjali, kif ukoll mudelli ta’ negozju innovattivi, inklużi dawk ibbażati fuq użu aktar effiċjenti ta’ sustanzi kimiċi u riżorsi oħra, u l-minimizzazzjoni tal-iskart u l-emissjonijiet (1);

Konsistenza tal-istrateġija dwar is-sustanzi kimiċi mat-temi indirizzati f’dokumenti oħra tal-UE

9.

jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li, minħabba d-diversi soluzzjonijiet maħsuba għall-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent, l-istrateġija dwar is-sustanzi kimiċi għas-sostenibbiltà hija marbuta mill-qrib mal-objettivi tal-Patt Ekoloġiku. L-implimentazzjoni ta’ regoli komprensivi għall-industrija tal-kimika tista’ tikkontribwixxi għall-applikazzjoni trasparenti u l-implimentazzjoni effiċjenti tagħhom. L-introduzzjoni ta’ rekwiżiti u restrizzjonijiet ġodda dwar l-użu ta’ sustanzi kimiċi fi prodotti għall-konsumatur, bħad-deterġenti, il-kożmetiċi u l-materjali li jiġu f’kuntatt mal-ikel, se jkollha impatt pożittiv fuq l-ambjent u s-saħħa tal-konsumatur. Madankollu, s-sostenibbiltà u l-effettività tal-bidliet ippjanati għas-settur tal-kimika ser jiddependu fil-biċċa l-kbira mill-kompatibbiltà tagħhom mar-regoli diġà fis-seħħ u mal-qafas ta’ żmien u r-riżorsi finanzjarji provduti għall-implimentazzjoni tagħhom;

10.

jappella għat-tfassil ta’ strateġija ċara u koerenti li tipprovdi għodod u riżorsi, fil-livell lokali, reġjonali u globali, biex tiġi promossa l-ekonomija ċirkolari, mill-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet ta’ sostenibbiltà fil-produzzjoni, id-distribuzzjoni, u l-użu, sar-riċiklaġġ, l-irkupru u r-rimi ta’ sustanzi kimiċi, filwaqt li jiġu protetti l-ambjent u s-saħħa taċ-ċittadini; għal dan il-għan, jitlob għal aktar ċarezza regolatorja dwar l-interfaċċa bejn is-sustanzi kimiċi, il-prodotti u l-iskart, bil-ħsieb li tiġi introdotta ċ-ċirkolarità fl-Istati Membri kollha;

Ir-rwol speċifiku tar-reġjuni u l-awtoritajiet lokali

11.

jirrimarka li r-reġjuni u l-awtoritajiet lokali huma ħerqana ħafna u lesti li jieħdu miżuri speċifiċi lejn produzzjoni aktar sikura u użu aktar sostenibbli tas-sustanzi kimiċi. Dawn il-miżuri għandhom ikunu akkumpanjati minn qafas regolatorju u riżorsi adatti, filwaqt li fl-istess ħin l-awtoritajiet lokali u reġjonali jingħataw aċċess sħiħ għall-għarfien xjentifiku u l-garanzija ta’ riżorsi finanzjarji disponibbli għalihom. Barra minn hekk, l-awtoritajiet lokali u reġjonali jistgħu jirċievu feedback siewi dwar id-diffikultajiet u l-problemi relatati mat-traspożizzjoni u l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni fis-seħħ;

12.

fid-dawl tar-relazzjoni mill-qrib bejn l-awtoritajiet lokali u reġjonali u r-residenti, u l-għarfien dirett dwar il-karatteristiċi speċifiċi tar-reġjuni individwali, jenfasizza l-possibbiltà li jitħejjew u jitwettqu kampanji ta’ sensibilizzazzjoni tal-pubbliku dwar il-prinċipji u l-objettivi tal-istrateġija dwar is-sustanzi kimiċi. Il-kooperazzjoni diretta bejn l-awtoritajiet lokali u n-negozji li joperaw fir-reġjun tagħhom tagħmilha possibbli li jiġu vvalutati l-problemi li jirriżultaw mill-applikazzjoni tar-regolament introdott fuq livell prattiku. Huwa importanti li kemm l-awtoritajiet lokali, li huma responsabbli għall-applikazzjoni diretta tal-liġi, kif ukoll il-korpi responsabbli għas-sorveljanza tal-konformità magħha, ikollhom l-għodod legali adatti biex jimmonitorjaw u jikkontrollaw il-konformità;

13.

jemmen li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jistgħu jagħtu kontribut importanti għall-implimentazzjoni tal-istrateġija dwar is-sustanzi kimiċi; meta jitqies l-għarfien dirett dwar il-karatteristiċi speċifiċi tar-reġjuni individwali, jenfasizza l-importanza li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jiġu involvuti meta titwettaq kampanja ta’ informazzjoni biex tissensibilizza (pereżempju lill-SMEs u lir-residenti/iċ-ċittadini) u biex tħeġġeġ lis-setturi speċifiċi permezz ta’ inċentivi biex jissostitwixxu s-sustanzi kimiċi ta’ ħsara b’sustanzi alternattivi u biex jużaw id-disinn bħala mezz kif jippruvaw jipproduċu sustanzi kimiċi u materjali sikuri u sostenibbli;

14.

josserva li huwa importanti li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jesiġu li l-oġġetti u l-prodotti li jiksbu permezz tal-akkwist pubbliku jkollhom sustanzi kimiċi sikuri, u b’hekk jikkontribwixxu għat-tneħħija gradwali ta’ oġġetti u prodotti mhux mixtieqa;

15.

jenfasizza l-importanza partikolari tal-kapaċità ta’ innovazzjoni u ta’ investiment tal-SMEs għall-produzzjoni u l-użu sikuri u sostenibbli tal-materjali, li l-potenzjal tagħhom jista’ jiġi sfruttat b’mod effettiv permezz ta’ appoġġ u djalogu fil-livell lokali u reġjonali. L-SMEs b’mod partikolari joffru sustanzi kimiċi speċifiċi għal prodotti ta’ speċjalità innovattiva u speċjalizzati u jadattaw għall-ħtiġijiet tagħhom. Peress li jeħtieġu kwantitajiet pjuttost żgħar u varjetà kbira ta’ sustanzi kimiċi, huma aktar probabbli li jiġu affettwati mill-problema li l-proċeduri stabbiliti għal kull sustanza huma għaljin ħafna u jieħdu ħafna ħin u jiddependu minn informazzjoni jew kooperazzjoni minn prereġistranti, detenturi tal-awtorizzazzjoni, fornituri u klijenti. L-appoġġ interreġjonali jista’ jkun utli ħafna f’dan ir-rigward;

16.

jitlob li r-rekwiżiti għall-awtoritajiet lokali u l-SMEs jkunu komprensibbli, trasparenti u li jkunu jistgħu jiġu amministrati b’mod raġonevoli; f’dan ir-rigward ifakkar li ħafna informazzjoni importanti għadha disponibbli biss bl-Ingliż u dan l-ostaklu lingwistiku joħloq problema;

L-implimentazzjoni tal-istrateġija

17.

iqis li, sabiex l-istrateġija dwar is-sustanzi kimiċi tiġi implimentata b’suċċess, iridu jiġu stabbiliti sforzi f’approċċ minn isfel għal fuq u li jkunu mqassma b’mod ġust fit-territorji kollha tal-UE skont il-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità, filwaqt li tiġi żgurata l-flessibbiltà meħtieġa billi jitqies il-proporzjon tal-ispejjeż u l-benefiċċji;

18.

jenfasizza l-ħtieġa li jitfassal pjan għall-implimentazzjoni tal-istrateġija dwar is-sustanzi kimiċi li jżid is-sens ta’ sikurezza tal-partijiet obbligati, jimminimizza r-riskji assoċjati mal-introduzzjoni tagħha, u jippermetti monitoraġġ kontinwu tal-progress u rispons effettiv għat-theddid;

19.

fl-istess ħin, jirrimarka li l-funzjonalità u r-reattività ta’ ċerti sustanzi kimiċi meħtieġa għal ċerti użi spiss ikunu marbuta b’mod inseparabbli mal-proprjetajiet perikolużi tagħhom. Għalhekk jeħtieġ ukoll li jiġu inklużi u promossi proċessi u teknoloġiji li jippermettu l-użu sikur tas-sustanzi perikolużi matul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom, waqt li jiġi żgurat li jkunu ġestiti tajjeb bħala skart meta ma jibqgħux jintużaw. Ir-riskji speċifiċi mhux aċċettabbli għandhom jiġu identifikati u esklużi;

20.

jirrimarka li l-implimentazzjoni tal-istrateġija se tirrikjedi soluzzjonijiet flessibbli u innovattivi kif ukoll mudelli ta’ negozju ġodda li jippermettu l-introduzzjoni u l-promozzjoni ta’ teknoloġiji innovattivi. Dawn il-miżuri se jwasslu għall-irkupru tal-ekonomija, it-tisħiħ tal-kompetittività tal-SMEs u l-applikazzjoni ta’ soluzzjonijiet għat-titjib tas-saħħa tal-bniedem u titjib tal-istat tal-ambjent. Dan se jinkiseb permezz ta’:

l-implimentazzjoni tal-ekonomija ċirkolari u ta’ sistemi agroindustrijali sostenibbli;

l-introduzzjoni ta’ soluzzjonijiet sostenibbli ibbażati fuq sustanzi bijoloġiċi;

l-implimentazzjoni ta’ politiki tas-saħħa u ambjentali;

it-tranżizzjoni lejn ekonomija blu sostenibbli;

l-użu tal-konnettività u l-ekosistemi diġitali, bħala komplement għall-istrateġija;

l-iżgurar ta’ tranżizzjoni sostenibbli u ġusta u ħolqien ta’ impjiegi filwaqt li jingħata appoġġ finanzjarju għal proġetti konformi mal-istrateġija;

21.

jirrakkomanda li jsiru konsultazzjonijiet mal-awtoritajiet lokali u reġjonali rigward it-tfassil tal-pjani nazzjonali għall-istrateġija u għat-tisħiħ tar-reżiljenza; jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tieħu vantaġġ mill-esperjenza miksuba permezz tan-network tal-KtR ta’ ċentri reġjonali;

22.

iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet involuti fir-regolamentazzjoni tas-sustanzi kimiċi (ECHA, awtoritajiet tal-Istati Membri) u panels ta’ esperti (eż. RAC) biex jiffaċilitaw aktar trasparenza proċedurali u skambji xjentifiċi mal-kumpaniji u r-reġjuni kkonċernati fl-interess ta’ soluzzjonijiet prattiċi u sostenibbli; u jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-bidliet fil-leġiżlazzjoni Ewropea li jirriżultaw minn din l-istrateġija għandhom dejjem jikkonformaw mal-aġenda tal-Kummissjoni dwar Regolamentazzjoni Aħjar, u għalhekk huma dejjem soġġetti għall-valutazzjoni ta’ impatt korrispondenti. Dan huwa partikolarment meħtieġ fil-valutazzjonijiet tal-impatt u fl-identifikazzjoni u d-definizzjoni ta’ “użu essenzjali tas-soċjetà”, li ma għandhomx iwasslu għall-esklużjoni ta’ użi sikuri tas-sustanzi mingħajr ġustifikazzjoni adatta; jitlob li jiġi kkunsidrat jekk kull deċiżjoni biex sustanza tiġi inkluża fil-lista ta’ kandidati (għal awtorizzazzjoni) għandhiex tkun preċeduta minn analiżi tal-opzjonijiet tal-ġestjoni tar-riskji;

23.

jara li hemm potenzjal kbir fl-agrikoltura, fl-industrija tat-tessuti, tal-elettronika u dik tal-kostruzzjoni għall-implimentazzjoni tal-istrateġija dwar is-sustanzi kimiċi. Dawn is-setturi huma atturi importanti fil-proċess kollu peress li jagħmlu użu estensiv minn sustanzi kimiċi, u għalhekk jinfluwenzaw l-iżvilupp ta’ sustanzi kimiċi sostenibbli u sikuri;

24.

jirrimarka li l-industrija agrikola hija riċevitur importanti tas-sustanzi kimiċi, inklużi l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u l-fertilizzanti, li għandhom impatt dirett fuq is-saħħa tal-bniedem u fuq l-istat tal-ambjent. Il-Patt Ekoloġiku huwa impenjat favur l-iżvilupp tal-produzzjoni tal-ikel organiku, li konsegwentement se jnaqqas l-użu ta’ sustanzi kimiċi fis-settur agrikolu; f’dan ir-rigward, jenfasizza l-ħtieġa li jinstabu soluzzjonijiet innovattivi bħala opportunità għax-xjentisti biex jiżviluppaw sustanzi kimiċi b’bażi bijoloġika;

Appoġġ minn strumenti regolatorji

25.

ifakkar fl-istudju tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, li skontu l-implimentazzjoni insuffiċjenti tal-leġiżlazzjoni ambjentali tal-UE fil-biċċa l-kbira tal-każijiet hija dovuta għal nuqqas ta’ koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet lokali, reġjonali u nazzjonali. Dan huwa marbut ma’ nuqqas ta’ kapaċità amministrattiva, ta’ finanzjament, ta’ għarfien, ta’ data u ta’ mekkaniżmi ta’ assigurazzjoni tal-konformità, kif ukoll nuqqas ta’ integrazzjoni tal-oqsma ta’ politika; jenfasizza, għalhekk, il-ħtieġa li jitneħħew il-lakuni fl-istrateġija u fil-leġiżlazzjoni fis-seħħ sabiex jiġu żgurati l-koerenza tal-politiki u s-sostenibbiltà tar-reġimi regolatorji, u li jiġu allokati fondi lill-intraprendituri biex jgħinuhom jadattaw għar-rekwiżiti l-ġodda u t-taħriġ tal-persunal amministrattiv;

26.

jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-bidliet introdotti għandhom jipprovdu lill-awtoritajiet reġjonali u lokali b’mezzi legali effettivi biex jipproteġu t-territorji u l-abitanti tagħhom minn riskji assoċjati mal-użu ta’ sustanzi kimiċi kif ukoll minn riskji assoċjati mal-ġestjoni ta’ sustanzi kimiċi perikolużi matul it-trasformazzjoni tal-industrija tal-kimika;

27.

hemm bżonn reviżjoni u tisħiħ tar-Regolamenti tar-REACH u tas-CLP (Regolament dwar il-klassifikazzjoni, it-tikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet kimiċi), u l-interfaċċja tagħhom mal-leġiżlazzjoni dwar is-saħħa u sikurezza okkupazzjonali, kif ukoll semplifikazzjoni tal-proċeduri; jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa li l-Kummissjoni Ewropea tikkonsulta lill-awtoritajiet nazzjonali responsabbli biex jimplimentaw ir Regolament REACH u l-leġiżlazzjoni dwar is-saħħa u sikurezza okkupazzjonali qabel ma tintroduċi leġiżlazzjoni ġdida; Ir-regoli l-ġodda għandhom jikkomplementaw il-leġiżlazzjoni fis-seħħ u jagħmluha aktar effiċjenti fl-applikazzjoni u l-infurzar tagħha permezz ta’ proċeduri stabbiliti u li jiffunzjonaw tajjeb;

28.

jinnota l-ħtieġa li jissaħħu r-regoli dwar ir-rekwiżiti tar-Regolament REACH għall-użu sikur tas-sustanzi riċiklati mqiegħda fis-suq;

29.

jenfasizza l-ħtieġa li jintuża strument uniku għall-koordinazzjoni tal-azzjoni pubblika. Dan se jiżgura aċċess għal sett aġġornat ta’ informazzjoni dwar inizjattivi ppjanati u li jkunu għaddejjin relatati mas-sustanzi kimiċi min-naħa tal-awtoritajiet fl-oqsma kollha tal-leġiżlazzjoni;

Tisħiħ tal-kontrolli u tal-infurzar tar-regoli

30.

jemmen li l-Ewropa teħtieġ strateġija ta’ infurzar b’saħħitha u kkoordinata, speċjalment għall-importazzjonijiet, inkluż fil-kuntest tal-kummerċ online, fejn iseħħu l-maġġoranza tal-każijiet ta’ ksur tar-regoli dwar is-sustanzi fil-prodotti;

31.

jirrimarka li l-bidliet leġiżlattivi għandhom ikunu soġġetti għal monitoraġġ u rappurtar. Abbażi ta’ dan għandu jkun hemm rispons, kontroll u infurzar tal-konformità, u għandha tittieħed azzjoni ta’ korrettiva;

32.

jenfasizza l-ħtieġa li jissaħħu l-kontrolli u l-konformità mar-regoli fis-seħħ. Regolamenti koerenti u simplifikati applikabbli għas-suq kollu tal-UE jwasslu għal strateġija konsistenti u kkoordinata għall-implimentazzjoni tagħhom;

33.

jirrimarka li l-proċeduri tal-awtorizzazzjoni previsti fis-sistema għandhom japplikaw ukoll għall-produtturi mhux tal-UE bl-istess mod għall-produtturi Ewropej. L-istrateġija għandha għalhekk tiffoka fuq il-ħolqien ta’ kundizzjonijiet ekwi għall-partijiet ikkonċernati kollha. Dan se jippermetti l-ħolqien ta’ sistema li fiha n-negozji kollha kemm mis-swieq tal-Istati Membri kif ukoll minn dawk mhux tal-UE jkunu ugwali quddiem il-liġi, u b’hekk jiġu żgurati l-kompetittività u l-innovazzjoni tan-negozji Ewropej;

Innovazzjoni u kompetittività

34.

jenfasizza li, sabiex tinkiseb in-newtralità klimatika sal-2050, l-industrija tal-kimika jeħtieġ li tittrasforma l-proċessi ta’ produzzjoni tagħha. It-tranżizzjoni tal-enerġija fl-industrija f’ħafna każijiet se tinvolvi modernizzazzjoni radikali tal-faċilitajiet eżistenti jew is-sostituzzjoni sħiħa tagħhom, li tista’ twassal għal problemi jekk fl-istess ħin jiġu introdotti l-innovazzjonijiet għal sustanzi kimiċi sikuri u sostenibbli. Madankollu, l-isfidi tan-newtralità klimatika u s-soluzzjonijiet innovattivi jistgħu jikkontribwixxu għaż-żamma u t-tisħiħ tal-kompetittività tan-negozji;

35.

jinnota li l-innovazzjoni u l-kompetittività tal-intrapriżi Ewropej, b’mod partikolari l-SMEs, għandhom jiġu protetti fir-rigward tal-protezzjoni tal-proprjetà intellettwali. Il-miżuri previsti għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet kompetenti jistabbilixxu regoli u oqfsa uniformi, pereżempju permezz tal-iżvilupp ta’ kundizzjonijiet regolatorji affidabbli u l-iżgurar tal-protezzjoni ta’ informazzjoni kummerċjalment kunfidenzjali fil-pussess tagħhom;

36.

jirrakkomanda li kwalunkwe bidla relatata mal-implimentazzjoni tal-istrateġija dwar is-sustanzi kimiċi tqis ukoll iż-żmien meħtieġ għall-adattament/ il-konverżjoni tal-istallazzjonijiet u t-trattament ta’ sustanzi kimiċi perikolużi rtirati mis-suq tal-UE. Il-miżuri meħuda jista’ jkollhom ukoll impatt fuq l-utenti downstream tas-sustanzi kimiċi u fuq il-mudelli tan-negozju tagħhom. F’dan il-kuntest, l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni Ewropea għandha tqis il-pożizzjoni tal-industrija b’mod olistiku dwar il-possibbiltà ta’ alternattivi għas-sostituzzjoni tal-materja prima jew tal-prodotti rtirati mis-suq. Il-valutazzjoni tal-impatt għandha tinvolvi wkoll l-awtoritajiet reġjonali u lokali u s-soċjetà;

37.

jemmen li l-awtorizzazzjoni tas-sustanzi skont il-liġi dwar is-sustanzi kimiċi għandha tiġi sinkronizzata aħjar maċ-ċikli ta’ investiment u ta’ innovazzjoni, speċjalment għal prodotti kumplessi, kif ukoll mat-tul ta’ żmien meħtieġ għall-approvazzjonijiet tal-prodotti u l-materjali u l-awtorizzazzjonijiet tal-installazzjonijiet;

38.

jenfasizza l-importanza ta’ miżuri mmirati lejn it-tisħiħ tal-għarfien xjentifiku dwar il-preżenza ta’ sustanzi kimiċi perikolużi fl-ambjent, inkluż fl-art u fl-arja, fl-ilma tax-xorb, fil-flora u fil-fawna u fl-ikel, kif ukoll dwar is-sorsi tagħhom u l-impatt tagħhom fuq is-saħħa tal-bniedem; għaldaqstant jilqa’ l-intenzjoni tal-istrateġija li ssaħħaħ il-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas;

Il-flussi tas-sustanzi

39.

jenfasizza l-ħtieġa li jiġu appoġġjati l-isforzi ta’ setturi u negozji differenti biex jissostitwixxu sustanzi potenzjalment perikolużi permezz tal-promozzjoni tar-riċerka xjentifika u l-iżvilupp, l-investiment f’sustanzi kimiċi sostenibbli u l-innovazzjoni teknoloġika;

40.

jenfasizza l-ħtieġa għat-tixrid u l-applikazzjoni ta’ standards u ċertifikazzjonijiet ġodda għal sustanzi kimiċi sostenibbli. L-applikazzjoni ta’ kriterji ambjentali mill-awtoritajiet reġjonali u lokali se tħeġġeġ il-motivazzjoni biex jintużaw prodotti sostenibbli u s-sensibilizzazzjoni dwarhom;

41.

jappoġġja l-implimentazzjoni tal-kunċett tas-sostenibbiltà sa mill-istadju tal-iżvilupp tas-sustanzi kimiċi. Il-prodotti magħmula minn sustanzi sostenibbli għandhom ikunu jistgħu jiġu riċiklati kompletament u b’hekk isiru materja prima sikura għal produzzjoni ulterjuri; il-proċess tal-manifattura huwa marbut direttament u b’mod inseparabbli mal-proċess tad-disinn u l-iżvilupp tal-prodott. Jekk iċ-ċiklu tal-ħajja ta’ prodott jitqies diġà fl-istadju tad-disinn, il-produzzjoni sostenibbli se jkollha rwol li jsaħħaħ il-ħolqien ta’ prodotti sostenibbli, filwaqt li jnaqqas jew jelimina l-impatti negattivi fuq l-ambjent u s-soċjetà. L-għan huwa li l-industrija tal-kimika tkun b’emissjonijiet baxxi, effiċjenti fl-użu tal-enerġija, sikura f’termini ta’ produzzjoni u użu kif ukoll kompetittiva, u li tkun tista’ tindirizza l-isfidi li tiffaċċja;

42.

jenfasizza li l-implimentazzjoni tal-istrateġija dwar is-sustanzi kimiċi tiddependi ħafna mill-kisba tal-objettivi tal-ekonomija ċirkolari. Ir-riċiklaġġ kimiku huwa opportunità għall-industrija tal-kimika peress li jnaqqas l-impatt ambjentali u jikkontribwixxi għall-iskoperta ta’ soluzzjonijiet innovattivi li jippermettu l-użu ta’ materjali riċiklati fil-prodotti kif ukoll il-produzzjoni ta’ materjali riċiklabbli ta’ kwalità għolja; jenfasizza, f’dan ir-rigward, il-ħtieġa li tinħoloq sistema ta’ appoġġ speċjali f’dan il-qasam li tippromovi l-użu ta’ materjali riċiklati;

43.

jenfasizza l-importanza ta’ kwistjonijiet relatati mal-ħtieġa li jiġi trattat l-iskart li jirriżulta mill-irtirar ta’ wħud mis-sustanzi/ prodotti mis-suq tal-UE. Dan l-aspett ma jinkludix biss kwistjonijiet finanzjarji iżda wkoll spejjeż ambjentali. F’dan ir-rigward, l-UE għandha tappoġġja kemm lill-awtoritajiet reġjonali u lokali kif ukoll lin-negozji biex jirrinnovaw u jimmodernizzaw il-faċilitajiet u biex jinvestu f’innovazzjonijiet sostenibbli għad-dekontaminazzjoni tal-flussi ta’ skart, iż-żieda tar-riċiklaġġ u t-tnaqqis tar-rimi tal-iskart, b’mod partikolari l-iskart tal-plastik u tat-tessuti;

Valutazzjoni ta’ sustanzi kimiċi u aċċess għal informazzjoni dwar sustanzi kimiċi

44.

jenfasizza l-importanza tal-kooperazzjoni interreġjonali biex tiġi żviluppata politika koerenti għall-promozzjoni ta’ sustanzi kimiċi sikuri, biex tiżdied is-sikurezza fl-użu tagħhom, u għall-promozzjoni tal-ekonomija ċirkolari;

45.

jenfasizza l-importanza tas-sigurtà tal-prodotti, b’mod partikolari sabiex jiġi minimizzat l-użu ta’ sustanzi potenzjalment perikolużi fil-prodotti, u l-importanza li jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-informazzjoni dwar il-kompożizzjoni kimika ta’ prodott matul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu tiegħu;

46.

ifakkar, f’dan il-kuntest, fid-dritt għall-informazzjoni, li huwa importanti għall-konsumaturi biex jagħmlu għażliet infurmati; jirrimarka li dawn il-miżuri jistgħu jiġu implimentati permezz tal-introduzzjoni ta’ rekwiżiti ta’ informazzjoni effiċjenti jew il-possibbiltà li l-preżenza ta’ sustanzi perikolużi tiġi traċċata mill-mument tal-manifattura ta’ prodott, fost oħrajn, abbażi tal-bażi tad-data SCIP tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) u l-introduzzjoni ta’ passaporti tal-prodotti;

47.

jenfasizza l-ħtieġa li tiġi stabbilita bażi tad-data tal-UE għalkollox interkonnessa u interdixxiplinari dwar is-sigurtà kimika, permezz ta’ aġenzija tal-ECHA; dawn il-miżuri jiżguraw l-adozzjoni ta’ approċċ uniformi u trasparenti fir-rigward tas-sustanzi kimiċi kif ukoll fir-rigward tal-valutazzjoni tar-riskju tagħhom. Barra minn hekk, permezz ta’ dan se jiġi żgurat li jiġu stabbiliti definizzjonijiet u kriterji preċiżi u mhux ambigwi, b’kunsiderazzjoni ta’ għarfien tajjeb dwar l-użu tas-sustanzi kimiċi u l-esponiment potenzjali, u abbażi ta’ evidenza xjentifika robusta u aġġornata;

48.

Il-valutazzjoni tas-sostenibbiltà ta’ prodott għandha tqis iċ-ċiklu tal-ħajja kollu u tqis l-ogħla livell possibbli ta’ ċirkolarità, inklużi l-effiċjenza tal-materja prima, il-konsum tal-enerġija, l-ilma u l-art, u t-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra u ta’ sustanzi niġġiesa oħrajn. Barra minn hekk, għandha tibbaża fuq il-metodi għall-valutazzjoni tas-sostenibbiltà tal-prodotti li diġà bdew jiġu żviluppati mill-kumpaniji Ewropej tal-kimika; jirrimarka li din il-valutazzjoni tista’ tkun ukoll sors essenzjali ta’ informazzjoni għat-teħid ta’ deċiżjonijiet dwar is-sostituzzjoni ta’ sustanzi;

Bijoekonomija

49.

jenfasizza l-importanza tal-kooperazzjoni bejn l-industrija u l-agrikoltura. jenfasizza l-importanza tal-kooperazzjoni bejn l-industrija u l-agrikoltura. L-agrikoltura hija sors importanti ta’ informazzjoni għall-produzzjoni u l-użu ta’ sustanzi bijoloġiċi, filwaqt li għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-potenzjal tal-bijomassa bħala materja prima għall-produzzjoni tas-sustanzi kimiċi. Fl-istess ħin, tnaqqis sinifikanti ta’ pestiċidi, insettiċidi u agrokimiċi oħra f’konformità mal-għanijiet stabbiliti fl-istrateġija “Mill-Għalqa sal-Platt” huwa essenzjali sabiex tiġi ppreservata l-bijodiversità u jitnaqqsu l-ħsarat ambjentali;

50.

jenfasizza l-importanza tal-idroġenu biex tiżdied l-effiċjenza enerġetika u biex tiġi żviluppata l-innovazzjoni. It-teknoloġiji tal-idroġenu huma prijorità fl-implimentazzjoni tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u huma element essenzjali għat-trasformazzjoni tal-industrija tal-kimika, u l-użu tagħhom jirrikjedi l-iżvilupp ta’ leġiżlazzjoni u appoġġ finanzjarju koerenti u simplifikati;

51.

jagħraf il-potenzjal tal-idroġenu, li jista’ jsir element prinċipali fit-trasformazzjoni tal-industrija kimika, li hija waħda mill-industriji l-aktar intensivi fl-użu tal-enerġija; jenfasizza, madankollu, li l-isfruttar tal-potenzjal tiegħu jeħtieġ appoġġ finanzjarju;

L-iżgurar tal-ħiliet

52.

il-kapital uman huwa qasam importanti fl-implimentazzjoni tal-istrateġija dwar is-sustanzi kimiċi; jirrimarka li jeħtieġ li tiġi żgurata l-kontinwità tal-persunal fir-rigward tad-diġitalizzazzjoni u t-tranżizzjoni ekoloġika, kif ukoll fit-trasformazzjoni u t-tfassil mill-ġdid ta’ dan is-settur. Huwa importanti wkoll li jkun hemm biżżejjed ħin disponibbli biex il-ħaddiema jitħarrġu b’mod adatt dwar il-ġestjoni tas-sustanzi kimiċi. It-titjib tal-ħiliet u t-taħriġ mill-ġdid tal-ħaddiema huma ta’ importanza kruċjali biex tinżamm il-kompetittività;

53.

jilqa’ l-fatt li l-finanzjament tal-UE jista’ jappoġġja t-titjib tal-ħiliet u t-taħriġ mill-ġdid tal-ħaddiema involuti fil-produzzjoni u l-użu ta’ sustanzi kimiċi (2). Dawn il-miżuri joħolqu opportunitajiet ekonomiċi ġodda, fl-istess ħin jippromovu l-ġustizzja soċjali u r-reżiljenza, speċjalment f’reġjuni f’sitwazzjoni partikolarment diffiċli, u se jixprunaw it-tranżizzjoni ekoloġika;

54.

jirrimarka li valutazzjoni adatta tar-riskju, il-prijoritizzazzjoni tal-miżuri, it-tiftix għal sustanzi u materjali sikuri u sostenibbli u d-diskussjoni tal-vantaġġi u l-iżvantaġġi rispettivi jirrikjedu għarfien kumpless ħafna, għarfien espert speċjalizzat u ħafna ħin min-naħa tal-kumpaniji u l-awtoritajiet, u li hemm ħtieġa kontinwa għal informazzjoni, pariri u taħriġ ulterjuri;

Appoġġ finanzjarju

55.

jappella għall-ħolqien ta’ qafas finanzjarju li jiżgura kundizzjonijiet ekwi għat-trasformazzjoni tal-industrija lejn sustanzi kimiċi u materjali sikuri u sostenibbli, u li jħeġġeġ bidla fl-imġiba filwaqt li jiżgura l-kompetittività fis-swieq Ewropej u internazzjonali. L-għan ta’ dawn il-miżuri huwa li jippermettu tranżizzjoni sostenibbli li twassal għal koeżjoni soċjali u ekonomika;

56.

fid-dawl tal-kriżi ta’ wara l-COVID-19, li qed ikollha impatt sinifikanti fuq il-finanzi u l-funzjonament tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, jistieden lill-Unjoni Ewropea tagħti aċċess dirett għall-finanzjament għal proġetti dwar is-sustanzi kimiċi sostenibbli. Barra minn hekk, l-UE għandha tipprovdi appoġġ addizzjonali lir-reġjuni fi tranżizzjoni;

57.

jenfasizza l-ħtieġa li, fil-livell lokali u reġjonali, jiġu pprovduti strumenti legali u finanzjarji li jippromovu u jappoġġjaw soluzzjonijiet innovattivi għall-iżvilupp ta’ ġenerazzjoni ġdida ta’ sustanzi kimiċi, kif ukoll għat-trasformazzjoni ekoloġika tal-industrija tal-kimika;

58.

jappoġġja fond speċifiku għall-(bijo)monitoraġġ uman u ambjentali fl-UE bħala parti mill-programm Orizzont Ewropa.

Brussell, is-7 ta’ Mejju 2021.

Apostolos TZITZIKOSTAS

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni


(1)  Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – Strateġija dwar is-Sustanzi Kimiċi għas-Sostenibbiltà Lejn Ambjent Ħieles mit-Tossiċità.

(2)  Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Strateġija dwar is-Sustanzi Kimiċi għas-Sostenibbiltà Lejn Ambjent Ħieles mit-Tossiċità.


27.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 300/36


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — L-awtoritajiet lokali u reġjonali jħarsu l-ambjent tal-baħar

(2021/C 300/08)

Relatur:

Emma NOHRÈN (SE/Ħodor), Viċi Sindku tal-Muniċipalità ta’ Lysekil

Dokument ta’ referenza:

Presidenza Portugiża tal-Kunsill

RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI

1.

jilqa’ l-konsultazzjoni mill-Presidenza Portugiża tal-Kunsill dwar ir-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-ħarsien tal-ambjent tal-baħar;

2.

jinsab imħasseb ħafna li l-ambjent tal-baħar tal-UE ma kisibx Status Ambjentali Tajjeb (GES) sal-2020, kif meħtieġ mid-Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina (MSFD), u f’konformità mal-impenn tal-UE għall-Konferenza tan-NU dwar l-Oċeani tal-2017;

3.

ifakkar li ibħra b’saħħithom huma kritiċi għall-pjaneta għal funzjonijiet li huma ta’ sostenn għall-ħajja bħall-produzzjoni tal-ossiġenu, ir-regolazzjoni tal-klima, il-produzzjoni tal-ikel u ħafna servizzi oħra tal-ekosistema;

4.

jinnota li l-kosti huma l-aktar żoni b’popolazzjoni densa fl-UE u jilqgħu fihom ukoll varjetà wiesgħa ta’ organiżmi; il-ħut jeħtieġ żoni għat-tnissil u għall-ikel f’dawn l-ekosistemi tal-baħar fraġli sabiex jikber u jiżviluppa; jinsab imħasseb dwar l-istokkijiet tal-ħut, inklużi l-istokkijiet sfruttati kummerċjalment, peress li l-pressjoni fuq il-kosti għall-iżvilupp urban u t-turiżmu qed tiżdied;

5.

iwissi li l-istat tal-kosti u l-ibħra tal-Unjoni huwa aggravat aktar bil-pressjoni mit-tibdil fil-klima u l-aċidifikazzjoni tal-oċeani, li jbiddlu l-karatteristiċi fiżiċi u kimiċi tal-ibħra sal-limiti planetarji fejn iseħħ tibdil irriversibbli fil-kundizzjonijiet ekoloġiċi għall-ħajja fid-dinja;

6.

jappoġġja l-għanijiet u l-miri għall-ħarsien tal-bijodiversità fil-Patt Ekoloġiku tal-UE u fl-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030; jenfasizza li r-rwol vitali tal-oċeani għall-UE għandu jiġi viżwalizzat u enfasizzat aħjar; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tinkludi miri ċari u li jistgħu jitkejlu, akkumpanjati minn skadenzi, fil-pjan ta’ azzjoni tagħha għall-konservazzjoni tar-riżorsi tas-sajd u għall-ħarsien tal-ekosistemi tal-baħar b’konformità mal-qafas ta’ politika globali dwar il-bijodiversità ta’ wara l-2020 tal-COP15 għall-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika tan-NU, li għandu jiġi ppubblikat sal-2021 (1); ifakkar li r-rwol ewlieni tal-oċeani u l-kosti tagħna fl-istrateġiji ta’ mitigazzjoni u adattament għat-tibdil fil-klima għandu jitqies b’mod adegwat fis-soluzzjonijiet proposti (2);

7.

jisħaq li 94 % taċ-ċittadini tal-UE jemmnu li l-ħarsien tal-ambjent huwa importanti (3), u dan jissottolinja li l-ħarsien tal-ambjent jeħtieġ li jkun integrat bis-sħiħ fit-teħid tad-deċiżjonijiet pubbliċi fil-livelli kollha, f’approċċ sistematiku u transsettorjali;

8.

jemmen li l-pandemija u r-restrizzjonijiet tagħha jkomplu juru s-sinifikat tan-natura għar-rikreazzjoni, is-saħħa u l-benesseri mentali; jisħaq li jeħtieġ li jitqies bis-sħiħ il-valur reali tan-natura u tal-bijodiversità meta nibnu mill-ġdid l-ekonomija tagħna permezz ta’ pjani ta’ rkupru u reżiljenza ekoloġiċi; jissottolinja li l-investimenti fl-ambjent tal-baħar jistgħu jġibu benefiċċji soċjoekonomiċi fuq terminu qasir u benefiċċji ambjentali fuq terminu medju sa twil ta’ żmien billi, fost l-oħrajn, jirrestawraw b’mod attiv l-ekosistemi tal-baħar, iżidu l-monitoraġġ elettroniku mill-bogħod (REM) u jwaqqfu t-tniġġis tal-plastik mis-sors tiegħu (4);

9.

jenfasizza li, sabiex il-bijodiversità tiġi restawrata b’suċċess u titwaqqaf id-degradazzjoni ambjentali, huwa essenzjali li tiġi stabbilita ekonomija ċirkolari reali bbażata fuq produzzjoni responsabbli, b’miri ċari għall-użu mill-ġdid tal-prodotti, it-tnaqqis tal-konsum u r-riċiklaġġ tal-materjali, li tnaqqas b’mod sostanzjali l-użu ta’ materja prima ġdida; jemmen bis-sħiħ li l-kriżijiet interkonnessi tal-klima, tal-bijodiversità u tal-użu tar-riżorsi għandhom jiġu indirizzati flimkien;

10.

jissottolinja li l-approċċ ibbażat fuq l-ekosistema, u l-prinċipji ta’ prekawzjoni u ta’ min iniġġes iħallas huma l-prinċipji ta’ politika ewlenin għall-governanza tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-ambjent tal-baħar;

11.

jemmen li wasal iż-żmien li tittieħed azzjoni, kemm billi jiġu kkoreġuti l-problemi strutturali fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-MSFD kif ukoll, fl-istess ħin, billi jingħata bidu għal azzjonijiet li jistgħu jilliberaw il-potenzjal mhux sfruttat tal-awtoritajiet lokali u sottonazzjonali biex iħarsu l-ambjent tal-baħar tal-UE;

It-titjib tal-implimentazzjoni tal-MSFD bil-kontribut tal-awtoritajiet lokali u reġjonali

12.

jirrimarka li ħafna politiki u deċiżjonijiet meħuda mill-awtoritajiet fil-livell lokali jew sottonazzjonali rigward l-ippjanar u l-għoti ta’ awtorizzazzjonijiet għal attivitajiet tal-bniedem bħall-kostruzzjoni urbana, proġetti tat-trasport, it-trattament tal-ilma mormi, l-immaniġġjar tal-iskart, il-produzzjoni industrijali, l-agrikoltura, il-produzzjoni tal-enerġija, eċċ. għandhom impatt – direttament jew indirettament – fuq il-kwalità tal-ilma, l-ibħra u l-bijodiversità tal-baħar, kemm fiż-żoni kostali kif ukoll fil-baħar; għalhekk, il-ħarsien tal-ambjent jeħtieġ li jiġi inkluż fil-mudelli kollha tat-teħid tad-deċiżjonijiet pubbliċi; jisħaq li l-akkwist pubbliku ekoloġiku jista’ jkollu rwol ewlieni biex jgħin lill-komunitajiet u lir-reġjuni jsiru effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u ambjentalment sostenibbli;

13.

ifaħħar l-għadd kbir ta’ muniċipalitajiet u reġjuni li diġà jikkooperaw ma’ xulxin f’għadd ta’ miżuri ta’ suċċess biex jittejjeb l-ambjent tal-baħar, u jistenna li l-Istati Membri jieħdu nota sħiħa ta’ dawn l-isforzi u jintegrawhom fl-ippjanar u l-valutazzjoni tal-istrateġiji nazzjonali tagħhom dwar l-ambjent tal-baħar; itenni li l-Istati Membri huma responsabbli biex jiżguraw il-kontinwità, il-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni fl-istrateġiji tagħhom dwar l-ambjent tal-baħar biex isaħħu u jtejbu l-koordinazzjoni vertikali bejn l-awtoritajiet nazzjonali, sottonazzjonali u lokali;

14.

josserva li ħafna muniċipalitajiet u reġjuni mhumiex konxji mid-dritt tagħhom li jaġixxu, u lanqas mid-dmirijiet tagħhom fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-MSFD; jistieden lil kull Stat Membru biex jivvaluta l-proċeduri li daħħal fis-seħħ biex jilħaq l-objettivi tal-MSFD u biex jiċċara r-responsabbiltajiet bejn il-korpi differenti tat-teħid tad-deċiżjonijiet u jinfurmahom dwar dan, bil-għan li jiżgura l-effikaċja u l-effiċjenza tal-istrateġija;

15.

jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġi rikonoxxut ir-rwol tal-awtoritajiet lokali u sottonazzjonali fl-implimentazzjoni tal-MSFD; jistieden lill-Kummissjoni biex tipproponi regoli għall-Istati Membri dwar kif dawn l-awtoritajiet għandhom jiġu integrati fil-proċedura ta’ konsultazzjoni u fil-proċess tal-identifikazzjoni, it-tfassil u l-ippjanar ta’ miżuri, filwaqt li tiċċara r-responsabbiltajiet u t-trawwim ta’ aktar involviment u sjieda mill-awtoritajiet lokali u reġjonali;

16.

jinnota r-rieda tal-kumpaniji li jappoġġjaw proġetti tanġibbli ta’ restawr; jissottolinja l-importanza tal-kontinwità u ta’ viżjoni fit-tul fl-istrateġija tal-baħar, anke fil-livell lokali; jemmen li l-istabbiliment ta’ direzzjoni ċara u trasparenti għall-istrateġija tal-baħar toħloq opportunitajiet biex in-negozji jinvestu;

17.

jieħu nota tal-isforzi tal-Kummissjoni biex tarmonizza, bejn l-Istati Membri, kif ukoll mal-pajjiżi ġirien tagħhom li mhumiex fl-UE, l-istandards, il-proċessi, il-valuri ta’ limitu u r-rappurtar marbut mal-ilma u l-bijodiversità taħt diversi biċċiet ta’ leġiżlazzjoni tal-UE;

18.

jappoġġja aktar kooperazzjoni mal-Konvenzjonijiet dwar l-Ibħra Reġjonali; jissottolinja li huwa kruċjali li jkun hemm fehim reġjonali komuni dwar x’jikkostitwixxi GES; jemmen bis-sħiħ li approċċ armonizzat u rappurtar sinkronizzat finalment se joħolqu sinerġiji u jiffrankaw ir-riżorsi; jistieden lill-Istati Membri biex jappoġġjaw u jimpenjaw ruħhom għal dan l-insegwiment ta’ sistema armonizzata u robusta ta’ ġbir ta’ data;

19.

jissottolinja li serje ta’ data fuq żmien twil huma kruċjali biex jiġi identifikat tibdil li jseħħ bil-mod fl-ambjent, biex jiġu traċċati l-fatturi li jikkawżaw id-degradazzjoni tal-ekosistemi u biex jiġu evalwati l-azzjonijiet u l-miżuri;

20.

jirrakkomanda li l-Istati Membri jinvolvu lill-muniċipalitajiet u r-reġjuni kostali, li għandhom l-għarfien lokali, fil-ġbir u l-valutazzjoni tad-data; huwa favur moħħ miftuħ għax-xjenza mill-pubbliku;

21.

jikkumplimenta lill-Kumissjoni għall-portal tal-web tagħha WISE Marine (5) disponibbli għall-pubbliku li, fost affarijiet oħra, fih informazzjoni dwar l-istatus ta’ kull deskrittur kif irrappurtat mill-Istati Membri; dawn tal-aħħar għandhom, mingħajr aktar dewmien, itejbu r-rappurtar elettroniku;

22.

jifhem li l-ewwel ċiklu ta’ implimentazzjoni tal-MSFD kien eżerċizzju kumpless u sfida iżda jissottolinja li, mingħajr valuri ta’ limitu definiti u għanijiet ċari, ambizzjużi u li jistgħu jitkejlu, qatt ma hu se jsir progress; għalhekk iħeġġeġ li dawn il-miri jiġu ddefiniti mingħajr aktar dewmien;

23.

jisħaq li l-kisba tal-MSFD tiddependi għalkollox mill-implimentazzjoni b’suċċess tad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma u d-Direttiva dwar l-Ilma Urban Mormi; jitlob għalhekk lill-Kummissjoni tinvestiga kif ittejjeb il-koordinazzjoni u l-koerenza bejn id-Direttivi u tipproponi gwida għall-Istati Membri dwar kif jikkoordinaw l-implimentazzjoni tad-Direttivi;

24.

jara l-ħtieġa ta’ ġestjoni koerenti tal-ispazju marittimu bejn il-partijiet ikkonċernati differenti; jissottolinja li l-approċċ ibbażat fuq l-ekosistema huwa l-bażi għall-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar l-Ippjanar Spazjali Marittimu, bil-għan li jiġu infurzati deċiżjonijiet ta’ ġestjoni li jgħinu biex jintlaħaq status ambjentali tajjeb;

Nisfruttaw il-potenzjal tal-awtoritajiet lokali u reġjonali

25.

jissuġġerixxi li l-komunitajiet u r-reġjuni kostali jaħtfu l-opportunità biex jagħtu spinta lill-ekonomija lokali, joħolqu impjiegi ġodda u fl-istess ħin itejbu l-istat tal-ilmijiet kostali tagħhom billi jużaw il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura, LIFE u fondi oħra tal-UE għal miżuri u proġetti li jikkontribwixxu għall-objettivi tal-MSFD;

26.

jirrimarka li r-riżultati tal-miżuri implimentati lokalment jeħtieġ li jikkontribwixxu għall-valutazzjoni tal-istrateġija nazzjonali tal-baħar; jenfasizza li l-miżuri preferibbilment għandhom ikunu fit-tul, peress li r-riżultati jieħdu ż-żmien, minħabba l-irkupru bil-mod fl-ambjent tal-baħar; jinnota li għandhom jiġu żgurati mezzi finanzjarji għal valutazzjoni adegwata fit-tul;

27.

jinnota li t-turiżmu huwa wieħed mis-setturi ekonomiċi ewlenin fir-reġjuni kostali; jisħaq li t-turiżmu sostenibbli jeħtieġ li jieħu perspettiva olistika billi jqis ukoll il-benesseri tar-residenti lokali u l-“ħajja taħt il-wiċċ tal-baħar”;

28.

jirrimarka li l-iskart tal-plastik u l-istorbju ta’ taħt l-ilma mit-turiżmu jista’ jkollhom l-akbar impatt fuq l-annimali tal-baħar, u għalhekk jissottolinja l-importanza li jiġu ppreservati n-natura u l-ħajja tal-baħar, li huma l-attrazzjonijiet ewlenin tal-kosta; iħeġġeġ lill-komunitajiet kostali biex jippromovu ideat bħal “bajjiet silenzjużi” għal żoni mingħajr użu ta’ kajaks jew ta’ dgħajjes bil-mutur, li jikkombinaw il-benesseri tar-residenti lokali ma’ dak tal-abitanti “li jgħixu taħt il-wiċċ tal-baħar”;

29.

jinnota li t-tariffi tal-portijiet differenzjati skont l-impatt tagħhom fuq l-ambjent jistgħu jkunu mod effiċjenti biex ir-reġjuni kostali jtejbu l-ambjent, u jnaqqsu l-emissjonijiet fl-arja u fl-ilma, kif ukoll l-iskart u l-istorbju;

30.

jitlob li l-muniċipalitajiet u r-reġjuni kostali jiġu kkonsultati dwar deċiżjonijiet rigward ir-rotot tal-bastimenti;

31.

jemmen li żoni protetti tal-art/baħar ikkombinati flimkien u ġestiti tajjeb jistgħu jsaħħu l-protezzjoni taż-żoni ta’ tranżizzjoni fraġli bejn ambjenti tal-art u tal-baħar u, fl-istess ħin, iżidu l-attraenza tar-reġjuni kostali bħala ċentri għar-rikreazzjoni u t-turiżmu sostenibbli;

32.

jirrimarka li l-komunitajiet u r-reġjuni mdawrin bl-art jiddependu wkoll fuq l-oċeani għal funzjonijiet li huma ta’ sostenn għall-ħajja, kif ukoll għall-ikel, ir-rikreazzjoni, it-trasport, l-enerġija, eċċ. u huma wkoll responsabbli għat-tniġġis li jseħħ upstream;

33.

iħeġġeġ lill-muniċipalitajiet u lir-reġjuni biex iniedu l-inizjattivi tagħhom stess u jikkooperaw bejniethom, anke fil-livell transfruntier, kif ukoll mar-reġjuni upstream, biex jidentifikaw u jfasslu miżuri biex jindirizzaw problemi partikolari bħat-tniġġis mill-plastik, nutrijenti żejda, ilma tax-xeba’ mniġġes, traffiku eċċessiv ta’ dgħajjes jew kwalunkwe problema li trid tiġi indirizzata; itenni li l-fondi tal-UE huma disponibbli biex jappoġġjaw inizjattivi bħal dawn;

34.

huwa lest jappoġġja kwalunkwe inizjattiva li tittieħed biex jiġu stabbiliti “Bliet tal-UE għal Oċeani b’Saħħithom”, pjattaforma għall-ibliet tal-UE biex jindirizzaw flimkien il-kawżi tat-telfien tal-bijodiversità tal-baħar u d-degradazzjoni tal-ambjent tal-baħar;

35.

jirrimarka li l-interazzjonijiet bejn l-art u l-baħar u l-interkonnettività bejn oqsma ta’ politika differenti huma kwistjonijiet kumplessi fir-rigward tal-konservazzjoni tal-baħar, li hija sfida għall-biċċa l-kbira tal-awtoritajiet lokali u sottonazzjonali b’kapaċitajiet, riżorsi umani, ħin u flus limitati;

36.

jemmen bil-qawwa li l-għoti ta’ appoġġ għall-kondiviżjoni ta’ għarfien, assistenza teknika u riżorsi lill-awtoritajiet lokali u sottonazzjonali jista’ jillibera l-potenzjal mhux sfruttat ta’ azzjonijiet u miżuri aktar ambizzjużi fil-livell sottonazzjonali għal implimentazzjoni aktar effiċjenti tal-MSFD;

37.

jissuġġerixxi l-użu ta’ fondi rilevanti tal-UE u l-ħolqien ta’ “Akkademja tal-Oċeani tal-UE” li tikkonsisti minn akkademiċi żgħażagħ mill-Istati Membri kollha b’ħiliet ta’ komunikazzjoni tajba li, f’kooperazzjoni mal-universitajiet, jispiraw u kontinwament ixerrdu għarfien u informazzjoni ġodda dwar l-importanza ta’ oċeani b’saħħithom, ir-rabtiet bejn l-ambjent tal-baħar u politiki oħra, miżuri possibbli u l-aħjar prattiki;

38.

jistieden lill-Kummissjoni biex tħaddem is-sussidjarjetà u toħloq Task Force Ewropea għall-Bijodiversità tal-Baħar għall-2030 li tikkonsisti minn grupp ta’ maniġers ta’ proġetti ambjentali operattivi li jkunu għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet sottonazzjonali biex dawn ikunu jistgħu jniedu proġetti u miżuri volontarji biex jindirizzaw problema partikolari f’sottodiviżjoni speċifika tal-baħar jew f’żona bbażata fuq l-art; jissuġġerixxi li din it-task force tista’ tgħin lir-reġjuni f’koġestjoni jiksbu l-ħiliet it-tajba billi tikkuntratta esperti, kif ukoll tipprovdi appoġġ operattiv għall-ippjanar u l-organizzazzjoni, u tagħti pariri dwar proġetti u kif japplikaw għall-finanzjament tal-UE;

Fejn l-UE għandha tiżgura kundizzjonijiet ekwi

39.

jilqa’ l-objettivi tal-Istrateġija mill-Għalqa sal-Platt biex jitnaqqsu l-pestiċidi u n-nutrijenti, u jinnota li wieħed mis-sorsi ewlenin tal-ewtrofikazzjoni fl-ibħra tal-UE hija l-fertilizzanti agrikoli. Huwa tal-fehma li l-miri l-ġodda għandhom jiżguraw is-sostenibbiltà ambjentali, ekonomika u soċjali;

40.

jenfasizza l-importanza għall-ambjent tal-baħar tal-implimentazzjoni effettiva ta’ Pjan ta’ Azzjoni ta’ Tniġġis Żero għall-arja, l-ilma u l-ħamrija li għandu jiġi ppubblikat f’Mejju 2021;

41.

jifhem li n-nitroġenu u l-fosforu bħala nutrijenti huma materja prima vitali u li l-fosforu huwa inkluż fil-lista tal-UE ta’ materja prima kritika; ġie infurmat li n-nutrijenti jistgħu jiġu rriċiklati b’mod effiċjenti mit-trattament tal-ilma mormi u jistgħu jissostitwixxu materja prima verġni mill-estrazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni tipproponi regoli tal-UE dwar l-obbligi tal-kwoti għal nutrijenti riċiklati fil-fertilizzanti li jiġu kkummerċjalizzati fl-UE;

42.

jappoġġja bil-qawwa l-proposta tal-Kummissjoni biex jinħoloq network koerenti ta’ Żoni tal-Baħar Protetti (MPAs) li jkunu mmaniġġjati b’mod effettiv li jkopri 30 % tal-ibħra tal-UE, inkluż permezz ta’ żoni ta’ rkupru tal-istokkijiet tal-ħut, kif previst fil-Politika Komuni tas-Sajd (PKS), u żoni fejn it-tekniki tas-sajd u l-attivitajiet ekonomiċi l-aktar distruttivi huma limitati;

43.

jaqbel mal-objettiv li 10 % tal-ibħra tal-UE għandhom jibbenefikaw minn livell għoli ta’ protezzjoni, inklużi żoni fejn il-qabdiet kollha u l-attivitajiet ekonomiċi kollha jkunu pprojbiti, jiġifieri żoni ta’ projbizzjoni totali; jisħaq li n-network taż-Żoni tal-Baħar Protetti għandu jkun rappreżentattiv tad-diversità tal-ekosistemi tal-baħar tal-UE; jenfasizza li kull Żona tal-Baħar Protetta għandu jkollha korp ta’ ġestjoni u pjan ta’ ġestjoni b’objettivi ċari ta’ konservazzjoni, miżuri u monitoraġġ xieraq;

44.

jinsab allarmat dwar il-protezzjoni fqira u l-monitoraġġ u l-kontroll insuffiċjenti pprovduti fiż-Żoni tal-Baħar Protetti attwali tal-UE; josserva li, skont l-EEA (6), inqas minn 1 % taż-Żoni tal-Baħar Protetti fl-UE jistgħu jitqiesu bħala riżervi tal-baħar bi protezzjoni sħiħa; jinnota li ħafna attivitajiet tal-bniedem spiss ma humiex regolati fiż-Żoni tal-Baħar Protetti, bħall-estrazzjoni taż-żejt lill hinn mill-kosta, l-estrazzjoni għall-minerali, it-tħammil, it-traffiku marittimu, is-sajd u l-akkwakultura, eċċ.; jitlob restrizzjonijiet fuq l-attivitajiet l-aktar distruttivi fiż-Żoni tal-Baħar Protetti, fuq livell ta’ network koerenti;

45.

jirrimarka li partijiet kbar tal-leġiżlazzjoni ambjentali tal-UE bħall-MSFD u d-Direttivi dwar in-Natura ma ġewx implimentati biżżejjed skont rapport mill-Qorti tal-Awdituri (7) u li, minħabba l-istat tal-ambjent tal-baħar, huma meħtieġa miżuri ta’ konservazzjoni aktar stretti; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jżidu l-isforzi tagħhom biex jimplimentaw il-miżuri rispettivi bil-għan li jippermettu protezzjoni aktar effiċjenti tal-ambjent tal-baħar;

46.

jissottolinja li, sa mill-2013 u r-riforma tal-PKS, sirna konxji ħafna ta’ kif it-tibdil fil-klima u l-aċidifikazzjoni tal-oċeani jaffettwaw l-oċeani u kemm dan it-tibdil iseħħ malajr; jemmen li ma nistgħux nibqgħu niffukaw biss fuq il-massimizzazzjoni tal-produzzjoni tas-sajd bħala l-objettiv ewlieni tal-ġestjoni tas-sajd tal-UE; jemmen bis-sħiħ li l-objettiv għandu jkun li l-popolazzjonijiet tal-ħut jitħallew jerġgħu lura għal livelli ogħla minn dawk li jippermettulhom jissodisfaw ir-rwol kruċjali tagħhom fl-ekosistemi tal-baħar sabiex jiġi inkluż bafer għall-impatt dejjem jiżdied ta’ fatturi ta’ stress bħat-tibdil fil-klima u t-tnaqqis tal-bijodiversità sabiex dawk l-ekosistemi jkunu jistgħu jkomplu jipprovdu servizzi kritiċi bħall-produzzjoni tal-ossiġenu, ir-regolazzjoni tal-klima, il-ħżin tal-karbonju u l-provvista tal-ikel;

47.

jemmen bis-sħiħ li jridu jintemmu t-tipi kollha ta’ sussidji ta’ ħsara fis-sajd li jikkontribwixxu għall-kapaċità żejda tas-sajd, għas-sajd żejjed, għat-tibdil fil-klima u għall-aċidifikazzjoni tal-oċeani; jitlob għal aktar appoġġ għar-riċerka u l-innovazzjoni biex jgħin fit-tnaqqis tal-impronta ambjentali tal-flotta tat-tbaħħir tal-Ewropa, b’mod partikolari billi jiġu żviluppati fjuwils alternattivi li jistgħu jintużaw f’dgħajjes eżistenti; kif ukoll billi titneħħa l-eżenzjoni għall-fjuwil użat fis-sajd fid-Direttiva dwar it-Tassazzjoni fuq l-Enerġija;

48.

jiġbed l-attenzjoni għall-irkupru bil-mod tal-ekosistemi vulnerabbli tal-baħar fond u għalhekk għall-ħtieġa li r-Regolament tal-UE dwar il-Baħar Fond jiġi implimentat b’mod effettiv; ifakkar fir-rekwiżit li jitwaqqaf is-sajd bl-irkaptu tal-kuntatt mal-qiegħ taħt l-400 metru f'żoni fejn huwa magħruf li jeżistu jew jistgħu jseħħu ekosistemi marini vulnerabbli (VMEs); iħeġġeġ li tiġi delineata l-impronta tas-sajd tal-qiegħ f’żoni b’fond ta’ bejn 400 u 800 metru, u għal żoni magħluqin fejn l-ekosistemi marini vulnerabbli huma magħrufa jew x’aktarx li jseħħu;

49.

iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex issaħħaħ l-implimentazzjoni tal-approċċ ibbażat fuq l-ekosistema għall-ġestjoni tas-sajd, inkluż billi tapplika dejjem aktar approċċi għal diversi speċijiet, sabiex timminimizza l-impatti negattivi tal-attivitajiet tas-sajd u fatturi oħra bħat-tibdil fil-klima fuq l-ekosistemi tal-baħar, il-popolazzjonijiet tal-ħut u s-soċjetà u tiżgura r-reżiljenza tal-oċeani għat-tibdil fil-klima; itenni li industrija tas-sajd iddokumentata bis-sħiħ u data dwar il-kwalità huma essenzjali għat-titjib tal-ġestjoni tas-sajd; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jieħdu l-passi meħtieġa sabiex itejbu l-ġbir tad-data dwar is-sajd rikreattiv, filwaqt li jqisu l-impatt ambjentali u l-valur soċjoekonomiku tiegħu;

50.

jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni dwar il-Liġi Ewropea dwar il-Klima; jenfasizza r-rwol ewlieni li għandhom l-oċeani biex jirregolaw il-klima tad-dinja u biex jipprovdulna funzjonijiet li huma ta’ sostenn għall-ħajja; jisħaq li l-oċeani qed jitpoġġew taħt pressjoni qawwija u li qed jiddeterjoraw b’mod mgħaġġel; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni biex tipproponi liġi dwar l-oċeani, fl-istess spirtu tal-liġi dwar il-klima;

51.

jemmen bil-qawwa li l-implimentazzjoni tal-proposti f’din l-Opinjoni tista’ tillibera l-potenzjal tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-MSFD; l-UE għandha turi tmexxija fil-proċess ta’ tħejjija tal-qafas tal-bijodiversità globali wara l-2020 u l-implimentazzjoni tiegħu; iżda wkoll fir-rigward tal-Għan ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-NU 14: il-konservazzjoni u l-użu sostenibbli tar-riżorsi tal-oċeani u tal-ibħra;

52.

iħeġġeġ lill-Kummissjoni tintensifika l-isforzi biex tikseb bilanċ bejn il-kapaċità tal-flotta tas-sajd u l-istokkijiet tal-ħut, bl-użu tal-għodod tal-PKS u r-regolamenti tal-FEMSA b’mod aktar koordinat u attiv;

53.

jinsab imħasseb ħafna dwar l-użu dejjem jikber ta’ purifikaturi mill-vapuri bħala mod kif jiġu ssodisfati l-limiti mnaqqsa tal-emissjonijiet tal-kubrit; jindika l-fatt li l-ilma li joħroġ mill-purifikaturi fih sustanzi tossiċi ħafna b’impatt fit-tul fuq l-ambjent tal-baħar, li jikkawżaw il-bijoakkumulazzjoni, l-aċidifikazzjoni u l-ewtrofikazzjoni, jistieden lill-Kummissjoni tipproponi projbizzjoni fuq ir-rimi tal-ilma tal-purifikaturi fl-UE, kif ukoll bħala miżuri biex jinċentivaw l-użu ta’ alternattivi għal fjuwils tqal fit-tbaħħir;

54.

jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi Fond għall-Oċeani, kif propost mill-Parlament Ewropew fir-rapport tiegħu dwar Is-sistema globali tal-ġbir tad-data għad-data dwar il-konsum taż-żejt tal-fjuwil mill-bastimenti, li jemenda r-Regolament (UE) 2015/757 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8), bil-għan li tittejjeb l-effiċjenza enerġetika tal-bastimenti u jiġu appoġġjati l-investimenti f’teknoloġiji u infrastrutturi innovattivi għad-dekarbonizzazzjoni tas-settur tat-trasport marittimu u l-użu ta’ fjuwils alternattivi sostenibbli li jiġu prodotti minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u ta’ teknoloġiji ta’ propulsjoni mingħajr emissjonijiet; jappoġġja l-proposta li jintuża 20 % tad-dħul taħt il-Fond bħala kontribuzzjoni għall-protezzjoni, ir-restawr u l-ġestjoni aħjar ta’ ekosistemi tal-baħar milquta mit-tisħin globali, bħal żoni protetti tal-baħar;

55.

jistieden lill-Kummissjoni biex fir-rieżami tagħha tad-Direttiva dwar id-dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni u l-inġenji tal-ilma personali tadotta limiti ambizzjużi għall-emissjonijiet tal-egżost u tal-ħoss, inklużi l-emissjonijiet kemm fuq kif ukoll taħt wiċċ l-art; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tinkludi magni li jaħdmu bl-elettriku fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva;

56.

jinsab imħasseb ħafna dwar it-tniġġis ambjentali irriversibbli kkawżat mir-rilaxx ta’ mikroplastiċi fl-ambjent; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-ispejjeż tat-tindif tal-mikroplastiċi mill-ilma jiġġarrbu mill-awtoritajiet lokali, mill-impjanti tat-trattament tal-ilma u mill-kumpaniji tal-provvista tal-ilma; għalhekk jistieden lill-Kummissjoni tadotta miżuri regolatorji obbligatorji stretti biex jitnaqqas ir-rilaxx mhux intenzjonat tal-mikroplastiċi kollha mis-sors u titwettaq eliminazzjoni gradwali ġenerali tal-mikroplastiċi miżjuda intenzjonalment, inklużi n-nanoplastiċi u l-polimeri bijodegradabbli u solubbli;

57.

jenfasizza li l-grawnds tal-isport huma wieħed mill-akbar kontributuri tal-mikroplastiċi miżjuda intenzjonalment rilaxxati fl-ambjent u li huma prinċipalment il-komunitajiet lokali u l-muniċipalitajiet li jġorru l-ispejjeż għall-miżuri biex itaffu tali tnixxija; jenfasizza li jeżistu diversi alternattivi naturali għall-granuli tal-gomma u għalhekk jistieden lill-Kummissjoni tadotta projbizzjoni fuq il-mili granulari ġdid kollu għall-grawnds tal-isport, b’perjodu ta’ tranżizzjoni ta’ sitt snin;

58.

jirrikonoxxi l-iskemi ta’ kapparra u ritorn bħala għodod effiċjenti biex tintlaħaq il-mira obbligatorja ta’ rata ta’ ġbir ta’ 90 % tal-kontenituri tax-xorb tal-plastik sal-2029 kif stabbilit fid-Direttiva tal-UE dwar il-Plastik li Jintuża Darba Biss; jappella lill-Istati Membri li għad m’għandhomx skema ta' kapparra u ritorn għall-kontenituri tax-xorb tal-plastik biex jistabbilixxu waħda u jissuġġerixxi li huma jisiltu minn esperjenzi ta’ suċċess minn Stati Membri ġirien; jistieden lill-Kummissjoni tiggwida lill-Istati Membri biex jużaw skemi nazzjonali ta’ kapparra u ritorn kompatibbli, bħala pass lejn suq uniku għall-imballaġġ.

Brussell, is-7 ta’ Mejju 2021.

Apostolos TZITZIKOSTAS

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni


(1)  COM(2020) 380 final.

(2)  Kif enfasizzat mill-IPCCC Special Report on the Ocean and Cryosphere in a Changing Climate (Rapport Speċjali dwar l-Oċean u l-Krijosfera fi Klima li qed Tinbidel).

(3)  (EC, 2017b) Rapport ŻEE 17/2019: Marine messages II.

(4)  Ara https://www.birdlife.org/sites/default/files/turning_the_tide_june2020_1.pdf

(5)  https://water.europa.eu/marine

(6)  Ara l-Kaxxa 3.2 tar-Rapport tal-EEA 17/2019: Marine messages II.

(7)  Rapport Speċjali tal-Qorti tal-Awdituri 26/2020: Ambjent tal-baħar: il-protezzjoni tal-UE hija wiesgħa iżda mhux approfondita.

(8)  https://eur-lex.europa.eu/eli/reg/2015/757/oj


27.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 300/43


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — L-esperjenzi u t-tagħlimiet miksuba mir-reġjuni u l-bliet matul il-kriżi tal-COVID-19

(2021/C 300/09)

Relatur:

Joke SCHAUVLIEGE (BE/PPE), Viċi President tal-Parlament Fjamming

RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI

Kummenti introduttorji

1.

jinnota li l-kriżi tas-saħħa tal-COVID-19 kienet teħtieġ rispons fuq skala kbira u komprensiv, meta wieħed iqis mhux biss is-sitwazzjonijiet nazzjonali iżda wkoll dawk internazzjonali u transkonfinali kif ukoll il-ħtiġijiet lokali u reġjonali;

2.

jafferma l-impenn tiegħu li jaħdem mill-qrib mal-bliet u r-reġjuni Ewropej u n-networks tagħhom, l-Istati Membri, l-istituzzjonijiet tal-UE u l-organizzazzjonijiet internazzjonali biex jittieħed kont tat-tagħlimiet miksuba dwar il-ġestjoni tal-kriżi tal-COVID-19 u l-irkupru fil-livelli kollha ta’ governanza sabiex jittejbu l-kapaċitajiet ta’ rispons tal-UE f’pandemiji futuri u tipi oħra ta’ kriżijiet;

3.

jinnota li r-rwol tal-gvernijiet lokali u reġjonali ma jistax jiġi sottovalutat f’dan il-każ. Huma għandhom il-vantaġġ tal-prossimità maċ-ċittadini, li jiżgura li huma jifhmu l-ħtiġijiet lokali, u huma wkoll l-ewwel linja ta’ rispons. Barra minn hekk, diversi forom ta’ impenn tas-soċjetà ċivili għandhom rwol importanti ħafna biex jiżguraw il-konnessjoni maċ-ċittadini u biex jipprovdulhom is-servizzi;

4.

jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li, fir-rigward tas-saħħa pubblika, 19 mis-27 Stat Membru jattribwixxu r-responsabbiltà primarja u/jew esklużiva lill-awtoritajiet lokali u reġjonali;

5.

jenfasizza li l-awtoritajiet lokali u reġjonali kienu – u għadhom – fuq quddiem nett fil-ġlieda kontra l-COVID-19, billi wieġbu, bħala l-aktar livell qrib taċ-ċittadini, għall-emerġenzi tas-saħħa, soċjali u ekonomiċi li jaffettwaw il-komunitajiet tagħhom u li jwasslu lis-soċjetà tagħna lejn irkupru sostenibbli u reżiljenti;

6.

huwa konvint li hemm bżonn ta’ aktar koordinazzjoni bejn il-livelli kollha ta’ governanza biex jiġi żgurat rispons koerenti u effiċjenti għal kriżijiet futuri. Dan japplika mhux biss għal oqsma bħall-akkwist ta’ tagħmir mediku, iżda wkoll għal arranġamenti transkonfinali, l-għeluq tal-fruntieri u l-moviment ta’ persuni, għal appoġġ ekonomiku kif ukoll għall-kondiviżjoni ta’ informazzjoni u attivitajiet ta’ tbassir li jappoġġjaw tħejjija aħjar;

7.

huwa konvint ukoll li l-kwistjoni tal-approfondiment tal-kompetenzi tal-UE fil-qasam tas-saħħa (Artikolu 168 tat-TFUE) sabiex jittejbu l-koordinazzjoni, il-kooperazzjoni u rispons effiċjenti għal theddid futur għas-saħħa għandhom jiġu diskussi matul il-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa. Għandha tiġi żviluppata kooperazzjoni Ewropea msaħħa, fuq il-bażi tal-prinċipju tas-sussidjarjetà;

8.

itenni li r-reġjuni tal-fruntiera, minħabba s-sitwazzjoni tagħhom, intlaqtu partikolarment ħażin mill-pandemija, peress li miżuri f’pajjiżi ġirien huma ambigwi, li jwasslu għal ħafna inċertezza u inkonvenzja għaċ-ċittadini u l-imprendituri ta’ żoni tal-fruntiera. Għalhekk, jeħtieġ li jkun hemm aktar konsultazzjoni dwar, fost oħrajn, l-għeluq tal-fruntieri, ir-restrizzjonijiet fuq il-moviment liberu tal-persuni, il-miżuri ta’ appoġġ ekonomiku u regolamenti oħra. Ir-reġjuni tal-fruntiera jistgħu fil-fatt iservu bħala postijiet fejn jiġi ttestjat approċċ Ewropew aħjar;

9.

jilqa’ l-miżuri meħuda u l-proposti l-ġodda mressqa mill-Unjoni Ewropea fil-kuntest tal-ġlieda kontra l-COVID-19 u bħala appoġġ tal-irkupru mill-kriżi fl-UE kollha; jipproponi li l-effettività tagħhom fuq il-post tiġi evalwata bir-reqqa abbażi tal-esperjenzi miż-żoni rurali, il-bliet u r-reġjuni;

10.

jevalwa l-Barometru tar-Reġjuni u l-Bliet tal-2020 tal-Kumitat tar-Reġjuni (1), li jipprovdi evidenza dettaljata dwar l-impatti tal-COVID-19 fil-livell lokali u dak reġjonali u jippreżenta eżempji konkreti tal-aħjar prattiki kif ukoll l-isfidi esperjenzati mill-bliet u r-reġjuni, inklużi ż-żoni rurali u r-reġjuni inqas żviluppati;

11.

jappella lill-istituzzjonijiet Ewropej u lill-gvernijiet nazzjonali biex jinvolvu lill-awtoritajiet lokali u reġjonali fit-tħejjija tal-pjani nazzjonali u fil-livell tal-UE għall-Irkupru u r-Reżiljenza fil-kuntest tal-COVID-19 u pandemiji futuri possibbli; huwa konvint li dawn il-miżuri jeħtieġu dimensjoni lokali u reġjonali biex ikunu effettivi;

Kriżi li taffettwa s-sistemi tas-saħħa reġjonali

12.

jenfasizza r-responsabbiltajiet tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-qasam tas-saħħa pubblika f’ħafna Stati Membri; ifaħħar l-azzjonijiet meħuda mill-muniċipalitajiet, il-bliet u r-reġjuni biex jipproteġu s-saħħa taċ-ċittadini tagħhom, jiġġestixxu s-servizzi essenzjali tal-kura tas-saħħa, jappoġġjaw il-ħaddiema tal-kura tas-saħħa u jinvestu f’sistemi tas-saħħa fit-territorji tagħhom, jaħdmu f’kooperazzjoni mill-qrib mas-soċjetà ċivili u atturi oħrajn u taħt pressjoni immensa matul din l-emerġenza tas-saħħa gravissima;

13.

huwa konvint li fir-rigward tal-ħolqien ta’ Unjoni Ewropea tas-Saħħa futura u d-diskussjoni mħabbra dwar il-kompetenzi tas-saħħa fil-kuntest tal-Konferenza dwar il-Futur tal-UE, huwa neċessarju li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jiġu involuti f’dawn id-diskussjonijiet dwar l-approfondiment tal-kompetenzi tas-saħħa tal-UE f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà;

14.

jiġbed l-attenzjoni għad-disparitajiet reġjonali eżistenti fis-sistemi tas-saħħa u l-konġestjonijiet fit-tħejjija għall-emerġenzi kif enfasizzat mill-Barometru tar-Reġjuni u l-Bliet tal-2020 tal-KtR; iħeġġeġ lill-gvernijiet nazzjonali u lill-istituzzjonijiet tal-UE jieħdu miżuri biex inaqqsu dawn id-disparitajiet abbażi tal-esperjenzi reċenti tal-bliet u r-reġjuni fuq il-post. Is-Semestru Ewropew għandu jindirizza aħjar l-importanza kbira ferm tal-investimenti pubbliċi fis-sistemi tas-saħħa;

15.

jenfasizza li r-rappurtar fil-livell tal-UE dwar il-prestazzjoni u d-data tal-kura tas-saħħa għal tħejjija aħjar għandu jinkludi dimensjoni lokali u reġjonali u mhux biss ikun ibbażat fuq data fil-livell nazzjonali. Dan huwa partikolarment importanti sabiex tiġi ppreservata l-libertà tal-moviment għall-individwi, b’mod partikolari għall-ħaddiema transfruntiera, fiż-żoni li fihom it-tixrid tal-virus huwa kkontrollat;

16.

jappella għal strateġija tal-UE għall-vaċċini b’saħħitha u msaħħa li turi solidarjetà. Għal raġunijiet ta’ kwalità u sikurezza, huwa importanti li jinżamm il-proċess komuni tal-UE għall-provvista tal-vaċċini kontra l-COVID-19. Jenfasizza li l-UE għandha żżomm u tiddefendi s-suq komuni għall-vaċċini u t-tagħmir protettiv. L-ebda pajjiż m’għandu jkun jista’ jwaqqaf il-kunsinni jew jiffirma l-kuntratti tiegħu stess mal-manifatturi tal-vaċċini. Huwa importanti li l-ftehimiet iffirmati fil-livell tal-UE jkunu trasparenti u jimponu rekwiżiti ċari dwar il-konsenja tal-vaċċini, peress li l-UE tonfoq somom kbar fuq il-faċilitajiet ta’ żvilupp u produzzjoni;

17.

huwa konvint li l-UE għandha tindirizza n-nuqqasijiet u tnaqqas id-dipendenza tagħha minn pajjiżi terzi billi tħeġġeġ lill-Istati Membri u lin-negozji biex il-produzzjoni ta’ ċerti mediċini, sustanzi kritiċi, inklużi vaċċini, u tagħmir protettiv terġa’ tibda titwettaq fl-Ewropa sabiex tiġi żgurata l-awtonomija strateġika tal-UE u jiżdiedu t-tħejjija u r-reżiljenza f’ċirkostanzi normali u fi kriżi;

18.

huwa konvint li huwa imperattiv li r-reġjuni Ewropej jiġbru data ta’ kwalità għolja u sikura rilevanti għall-fatturi tas-saħħa, demografiċi u soċjoekonomiċi tal-popolazzjoni bil-għan li jiġu identifikati gruppi vulnerabbli u jiġu ffaċilitati politiki tal-kura tas-saħħa effettivi. Dan jeħtieġ li jiġi ffinanzjat b’mod xieraq fuq bażi sostenibbli;

19.

jirrimarka li l-livelli kollha se jkollhom jinvestu fit-taħriġ u r-reżiljenza tal-forza tax-xogħol lokali tagħhom fil-qasam tas-saħħa, isaħħu ż-żoni li għandhom l-akbar nuqqasijiet f’dan ir-rigward u jipprovdu ġustifikazzjoni baġitarja għal tali miżuri;

20.

jenfasizza li l-kooperazzjoni transfruntiera għandha tkun parti mill-pjani ta’ emerġenza kollha. L-Ewropa trid iżżid is-solidarjetà bejn l-Istati Membri u r-reġjuni tagħha u tinkludi approċċi minn isfel għal fuq. Hemm bżonn ukoll ta’ kooperazzjoni fil-livell internazzjonali ma’ dawk l-aktar żvantaġġati, għaliex tgħallimna li biex noħorġu mill-kriżi tas-saħħa rridu nagħmlu dan flimkien, inkella mhux se jirnexxilna. L-investimenti komuni jistgħu jkunu ħafna aktar effettivi, kif intwera b’mod ċar fil-qasam tas-saħħa meta r-reġjuni u l-pajjiżi ħadu f’idejhom pazjenti ġejjin min-naħa l-oħra tal-fruntieri. Barra minn hekk, ix-xiri ta’ tagħmir protettiv, u approċċ komuni għall-ġbir tal-għarfien u r-riċerka dwar is-suġġetti kollha relatati mal-pandemija, kieku kienu jipprovdu valur miżjud kbir; L-Ewropa trid issaħħaħ u tipproteġi l-kapaċità ta’ riċerka u l-produzzjoni interna tagħha f’termini ta’ vaċċini kif ukoll materjali u tagħmir għal din il-pandemija u dawk futuri potenzjali, filwaqt li tiżgura li hija awtosuffiċjenti u mhux tiddependi minn swieq esterni;

21.

jitlob li jittieħdu azzjonijiet biex jiżdiedu l-kredibilità, ir-responsabbiltà u r-rispett reċiproku bejn il-livelli differenti ta’ governanza billi r-responsabbiltajiet jinqasmu b’mod korrett bejn il-livelli differenti u tiġi żgurata komunikazzjoni tajba; koordinazzjoni aħjar bejn il-livelli ta’ politika, f’ambjenti formali u informali, tista’ tinkiseb billi jiġu stabbiliti gruppi ta’ ħidma effettivi bejn il-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali, u permezz ta’ appoġġ adegwat għall-atturi lokali, kemm finanzjarjament kif ukoll f’termini ta’ oqfsa u linji gwida;

22.

huwa konvint mill-ħtieġa li r-reġjuni Ewropej iwettqu valutazzjoni speċifika tal-impatt tal-pandemija fuq is-saħħa mentali tal-popolazzjoni ġenerali, u b’mod partikolari fuq l-aktar gruppi vulnerabbli, iżidu l-investiment fil-qasam tas-saħħa mentali u jfasslu strateġiji biex jipproteġu l-popolazzjoni żagħżugħa fil-kuntest tal-kriżi tas-saħħa;

L-impatti tal-pandemija fuq iż-żoni rurali

23.

jirrimarka li l-pandemija aggravat ħafna mill-problemi magħrufa fiż-żoni rurali u enfasizzat għal darb’oħra l-vulnerabbiltà ta’ dawn ir-reġjuni. Jenfasizza madankollu li ż-żoni rurali, speċjalment il-bdiewa, kellhom rwol kruċjali fit-tisħiħ tar-reżiljenza tas-sistemi tal-ikel Ewropej matul il-pandemija, u sabiex ikomplu jiżguraw li l-ikel Ewropew jibqa’ abbundanti, affordabbli u aċċessibbli, il-bdiewa se jkollhom bżonn l-għajnuna biex itaffu t-theddid attwali u futur. L-iżjed metodi u teknoloġiji tal-biedja reċenti jista’ jkollhom rwol ewlieni hawnhekk;

24.

jenfasizza li, b’mod ġenerali, il-politika ssir mill-perspettiva tal-bliet u ż-żoni urbani. Din il-politika mhux dejjem tkun adattata sew għall-kuntest, il-ħtiġijiet u l-opportunitajiet differenti taż-żoni rurali; iħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea tieħu miżuri biex tikkunsidra aħjar il-kuntest rurali. Fil-kuntest attwali jidentifika r-riskju li, minħabba l-emerġenza tal-kriżi, il-pjan ta’ rkupru u politiki oħra tal-UE jistgħu jiġu implimentati b’mod aktar favorevoli għall-bliet u ż-żoni urbani. Jekk il-pjan ta’ rkupru ma jinvolvix ir-reġjuni fl-abbozzar u l-implimentazzjoni tiegħu, xi ħtiġijiet u opportunitajiet għaż-żoni rurali ma jiġux ikkunsidrati. Barra minn hekk, huwa importanti li jiġi enfasizzat li l-politika rurali tmur lil hinn mill-politika agrikola u tinkludi l-politika soċjali u l-politika dwar il-ġestjoni tas-servizzi fiż-żoni rurali; dawn iż-żoni spiss ikunu marġinali f’termini ta’ produzzjoni iżda huma ċentrali fir-rigward tal-ambjent, il-pajsaġġ u l-protezzjoni tal-bijodiversità. Għandha tingħata aktar attenzjoni lill-iżvilupp tan-negozju, is-servizzi, l-innovazzjoni, il-protezzjoni tal-ħajja selvaġġa u tal-pajsaġġ u l-aċċessibbiltà fiż-żoni rurali;

25.

jilqa’ b’sodisfazzjon il-konsultazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar viżjoni fit-tul ġdida għaż-żoni rurali; jirrimarka li biex jiġu indirizzati l-isfidi differenti, huwa importanti li l-Kummissjoni Ewropea tistabbilixxi miri u indikaturi speċifiċi għal dawn l-isfidi. Sabiex jiġu evitati sistemi paralleli, tali miri u indikaturi għandhom ikunu parti mill-monitoraġġ u l-iżvilupp li jseħħu fi ħdan l-iżvilupp reġjonali. Dan jagħmilha dokument inqas volontarju u jħeġġeġ lill-Istati Membri u lil dawk li jfasslu l-politika biex jirriflettu dwar kif dawn il-miri jistgħu jintlaħqu bl-aħjar mod. Abbażi tar-rapporti mill-Istati Membri differenti dwar il-miri u l-indikaturi speċifiċi, għandu jkun possibbli li jiġi mmonitorjat il-progress u, fejn meħtieġ, jiġi pprovdut baġit jew appoġġ addizzjonali. Fost l-eżempji konkreti nsibu:

it-tranżizzjoni diġitali – miri għall-infrastruttura għal internet b’veloċità għolja, approċċ adattat għal irħula/kampanja intelliġenti, miri dwar il-ħiliet diġitali;

il-kwalità u l-implimentazzjoni tas-servizzi tas-saħħa, l-edukazzjoni, it-taħriġ tal-ħiliet u l-broadband;

approċċ ta’ sensibilizzazzjoni għall-benesseri soċjali u ambjentali, billi jiġu identifikati u ssodisfati b’mod attiv il-ħtiġijiet tal-popolazzjoni;

26.

josserva li l-pandemija mhux bilfors kellha konsegwenzi negattivi biss għaż-żoni rurali. It-telexogħol x’aktarx ikollu impatt fit-tul fuq is-suq tax-xogħol, fis-sens li kemm il-kumpaniji kif ukoll l-impjegati jaraw opportunitajiet ġodda biex jaħdmu barra l-bliet. Jekk iż-żoni rurali jkunu konnessi permezz ta’ aċċess għal broadband veloċi u fl-istess ħin ikunu jistgħu joffru servizzi pubbliċi importanti, dawn jistgħu jkunu saħansitra aktar aċċessibbli għan-nies biex jagħżlu li jibnu l-futur tagħhom fihom;

27.

jinsab konvint li t-tranżizzjoni doppja diġitali u ekoloġika tista’ tipprovdi opportunitajiet biex jiġi appoġġjat l-irkupru rurali;

28.

jenfasizza r-rwol kruċjali li n-nisa kellhom fiż-żoni rurali matul il-pandemija billi ħadu ħsieb l-ambjent u n-nies; iħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea tiżgura l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri fi kwalunkwe politika ddedikata għaż-żoni rurali;

29.

jenfasizza li f’sitwazzjonijiet li jinbidlu malajr, in-nuqqas ta’ informazzjoni li tippermetti deċiżjonijiet infurmati tajjeb isir saħansitra aktar evidenti. Il-qsim tad-data bejn ir-reġjuni u l-Istati Membri jista’ jgħin biex tiġi indirizzata din l-isfida. Sabiex dan ikun possibbli, jeħtieġ li jiġu stabbiliti ċerti teknoloġiji u infrastruttura. Il-pjattaformi għall-qsim tad-data jistgħu jgħinu biex id-data tkun disponibbli malajr. Is-sistemi eżistenti jistgħu jiġu adattati abbażi ta’ informazzjoni ġdida. Dan japplika għas-settur tas-saħħa, iżda huwa wkoll ta’ valur kbir għal sistemi oħrajn li kienu influwenzati ħafna minn sfidi loġistiċi, bidliet fil-forza tax-xogħol, eċċ. Huwa imperattiv li jinħolqu forom ġodda ta’ koordinazzjoni fil-ktajjen tal-provvista (materjali, riżorsi naturali, ġestjoni tal-iskart, eċċ.), li terġa’ tinbena l-katina agroalimentari u li jiġu żviluppati modi ta’ ħsieb aktar ċirkolari u interkonnessi;

30.

jirrimarka li l-flessibbiltà li jintużaw fondi tal-FAEŻR mhux impenjati biex jiġu indirizzati l-problemi ta’ likwidità relatati mal-COVID-19 għall-bdiewa u l-SMEs f’żoni rurali kienet ta’ benefiċċju għall-Istati Membri li kellhom rata baxxa ta’ assorbiment ta’ dawn il-fondi, filwaqt li dawk l-Istati Membri li kienu diġà użaw il-finanzjament allokat tagħhom ma setgħux jibbenefikaw minn din il-miżura (2);

31.

jirrakkomanda investiment fit-tisħiħ tar-reżiljenza tal-ktajjen tal-provvista agroalimentari, kemm lokali kif ukoll globali, b’enfasi fuq il-produzzjoni sostenibbli, il-ktajjen ċirkolari u possibbilment iż-żamma tal-valur lokali. Mill-perspettiva tar-reżiljenza, l-enfasi fuq id-diversità fil-fornituri u l-klijenti u l-ħolqien ta’ buffers, riżervi u ridondanza fil-ktajjen tal-provvista jidhru li huma toroq promettenti, iżda jistgħu jkunu wkoll azzjonijiet għaljin għan-negozji individwali;

32.

huwa tal-fehma li l-pandemija tista’ titqies bħala opportunità biex titħaffef it-tranżizzjoni ekoloġika fiż-żoni rurali tagħna, pereżempju billi jiġu implimentati sistemi tal-ikel lokali jew reġjonali u jintlaħqu aktar malajr il-miri kwantitattivi tal-Istrateġija “Mill-Għalqa sal-Platt” u, b’mod aktar ġenerali, tal-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew dment li dan ma jxekkilx is-sigurtà ekonomika tal-bdiewa u n-negozji Ewropej;

33.

jinnota li l-Kummissjoni Ewropea tipproponi li tivvaluta r-reżiljenza tas-sistema tal-ikel u tiżviluppa pjan ta’ kontinġenza biex tiżgura l-provvista tal-ikel u s-sigurtà tal-ikel fi żminijiet ta’ kriżi. Il-pjan se jistabbilixxi mekkaniżmu ta’ rispons għall-kriżijiet tal-ikel ikkoordinat mill-Kummissjoni Ewropea u jinvolvi lill-Istati Membri. Se jinkludi diversi setturi (bħall-agrikoltura, is-sajd, is-sikurezza alimentari, il-forza tax-xogħol, is-saħħa, it-trasport, sorsi ta’ enerġiji alternattivi u l-biedja għall-enerġija) skont in-natura tal-kriżi. Ser ikun importanti li jiġi żgurat li l-awtoritajiet lokali u reġjonali fiż-żoni rurali jkunu jistgħu wkoll jipprovdu kontribut għal dan il-mekkaniżmu;

34.

jappoġġja l-ħolqien ta’ opportunitajiet ġodda għall-parteċipazzjoni taċ-ċittadini, flimkien mal-organizzazzjonijiet tas-settur pubbliku u privat, u t-tisħiħ tar-rwol tal-komunitajiet fil-ħolqien konġunt immirat lejn l-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet għal problemi kontemporanji fiż-żoni urbani u rurali, pereżempju permezz tal-ħolqien ta’ beni komuni rurali u urbani;

35.

jenfasizza r-rwol li kellhom matul il-pandemija n-networks ta’ solidarjetà u l-ekonomija kollaborattiva fil-komunitajiet rurali, kif ukoll bejn iż-żoni rurali u urbani;

36.

huwa konvint li sabiex jiġu indirizzati l-isfidi tal-kriżi tal-COVID-19 fiż-żoni rurali, huwa utli li tiġi appoġġjata u msaħħa l-inizjattiva LEADER u li fl-Istati Membri kollha tinġibed l-attenzjoni għall-iżvilupp ta’ attivitajiet rilevanti tal-komunità u tan-negozju, li nitbiegħdu mill-enfasi limitata fuq l-agrikoltura u li jiġi esplorat il-kunċett ta’ rħula intelliġenti bħala mod li jippermetti aktar flessibbiltà. Hemm bżonn li r-rekwiżiti amministrattivi jiġu adattati b’tali mod li l-voluntiera jew il-gruppi ta’ residenti jkunu jistgħu jipparteċipaw ukoll fil-programm. Approċċ aktar flessibbli minn isfel għal fuq se jkun meħtieġ ukoll biex jinstab bilanċ bejn is-soluzzjoni tal-ħtiġijiet fuq medda qasira ta’ żmien tan-nies lokali u l-introduzzjoni tal-innovazzjoni fil-livell lokali. Dan jista’ jsir pereżempju billi l-Gruppi ta’ Azzjoni Lokali jintrabtu ma’ networks ta’ innovaturi;

37.

jenfasizza li riżerva ta’ kriżi agrikola effettiva hija b’mod ċar parti essenzjali mis-sett ta’ għodod għar-rispons għal kwalunkwe emerġenza pandemika futura, u jeħtieġ li tiġi ffinanzjata b’mod xieraq fuq bażi sostenibbli;

38.

jitlob li l-awtoritajiet lokali u reġjonali, inklużi dawk fir-reġjuni ultraperiferiċi, ikunu involuti fil-ħolqien tal-istrumenti l-ġodda tal-UE, bħall-pjani ta’ rkupru fi ħdan Next Generation EU u l-mekkaniżmu ta’ rispons għall-kriżi tal-ikel propost mill-Kummissjoni fl-Istrateġija “Mill-Għalqa sal-Platt”;

39.

jenfasizza li l-istrument tal-Gruppi Operazzjonali tal-EIP-AGRI huwa għodda tajba biex tiġi appoġġjata l-innovazzjoni agrikola. Għandu jitmexxa ’l quddiem mekkaniżmu simili biex jistimula l-innovazzjoni rurali lil hinn mis-settur agrikolu. Dan l-approċċ għandu jinkludi l-atturi rilevanti kollha b’għarfien u għarfien espert dwar sfida rurali speċifika u jappoġġja l-ħolqien ta’ networks ta’ sensara tal-għarfien għall-innovazzjoni f’żoni rurali, pereżempju dwar suġġetti bħas-saħħa jew l-edukazzjoni;

40.

jenfasizza l-importanza tal-livell reġjonali fid-definizzjoni tal-punti kritiċi fis-sistemi alimentari sabiex jitjieb il-fehim tas-sistemi alimentari lokali biex isir użu aħjar tal-kapaċità tal-atturi lokali; jenfasizza l-ħtieġa li nħarsu lejn sistemi alimentari lokali b’mod olistiku, mhux biss b’enfasi fuq il-ktajjen tal-provvista qosra, iżda wkoll bl-involviment tal-bejjiegħa bl-imnut il-kbar, pereżempju billi s-supermarkets jiġu mħeġġa jaqsmu informazzjoni u data dwar l-ikel li joriġina kemm ġewwa kif ukoll barra r-reġjun; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu żviluppati strateġiji tal-ikel lokali, fejn il-kriżi tiġi sfruttata bħala opportunità biex jinbnew mill-ġdid proċessi ta’ produzzjoni b’mod aktar sostenibbli; jappoġġja miżuri biex il-produzzjoni tal-ikel titqarreb iktar lejn it-territorji u jiġu involuti l-bliet u ż-żoni rurali fil-governanza tal-ikel;

Rakkomandazzjonijiet dwar skemi ta’ għajnuna rurali tal-Kummissjoni Ewropea matul il-kriżi

41.

jinnota li l-UE ppermettiet l-appoġġ mill-gvernijiet nazzjonali b’żewġ modi. L-ewwel, ħolqot strument ġdid, SURE, biex tipprovdi sa EUR 100 biljun f’self lill-pajjiżi, sostnuti minn garanziji pprovduti mill-Istati Membri. Il-bdiewa, il-kumpaniji tal-ipproċessar tal-ikel u intrapriżi rurali oħra bħal dawk fis-settur tal-ospitalità bbenefikaw minn dawn l-iskemi, li jiżguraw li l-ħaddiema jirċievu introjtu u n-negozji jżommu l-persunal tagħhom. It-tieni, naqqset is-severità tal-kundizzjonijiet u l-limiti għall-Istati Membri biex jipprovdu għajnuna mill-Istat lin-negozji affettwati. Dan tal-aħħar kien l-aktar sinifikanti, peress li ppermetta li jiġu pprovduti biljuni ta’ euro ta’ appoġġ lill-bdiewa u lis-sajjieda matul il-pandemija;

42.

jenfasizza li l-iffaċilitar tal-moviment tal-ħaddiema staġjonali u tal-prodotti agrikoli bejn il-fruntieri kienu ż-żewġ miżuri diretti meħuda fil-livell tal-UE biex jiġi evitat it-tfixkil tal-ktajjen tal-provvista agroalimentari; fuq medda twila ta’ żmien, biex tiġi żgurata s-sikurezza alimentari Ewropea, ikun aktar effiċjenti li tiġi żviluppata sistema tal-ikel territorjali. Jenfasizza li reviżjoni tar-regoli dwar il-kompetizzjoni tista’ tkun meħtieġa sabiex jiġu żviluppati ktajjen tal-provvista tal-ikel qosra u lokali;

43.

huwa tal-fehma li l-politika tal-iżvilupp rurali għandha tiġi rikonoxxuta bħala politika separata flimkien mal-politika agrikola, u għandha tkun ikkoordinata b’mod ċar u integrata fil-politika reġjonali. L-iżvilupp taż-żoni rurali ma jikkonċernax biss in-negozji agrikoli u l-ġestjoni tal-art agrikola, iżda jinvolvi wkoll miżuri li jappoġġjaw l-iżvilupp tan-negozju usa’, it-turiżmu, is-servizzi fiż-żoni rurali, l-introduzzjoni tal-broadband, l-aċċessibbiltà u l-komunikazzjoni, li għandhom ikunu ċentrali għall-politika tal-iżvilupp rurali;

44.

jissuġġerixxi li għandhom jiġu esplorati miżuri biex tiżdied il-flessibbiltà tal-baġit tal-UE. Bħala eżempju, l-utilità tal-Istrument ta’ Marġini Uniku għandha tittejjeb billi jiġi eliminat ir-rekwiżit li l-ammonti mobilizzati lil hinn mil-limiti massimi annwali rispettivi jridu jiġu paċuti mal-marġini korrispondenti għas-snin attwali jew futuri. Għażla oħra tkun li jiżdied id-daqs massimu permess tal-Istrument ta’ Flessibbiltà;

45.

jenfasizza li riżerva ta’ kriżi agrikola effettiva hija b’mod ċar parti essenzjali mis-sett ta’ għodod għar-rispons għal kwalunkwe emerġenza pandemika futura, u jeħtieġ li tiġi ffinanzjata b’mod xieraq fuq bażi sostenibbli;

46.

jinnota li element ewlieni fir-rispons tal-UE għall-kriżi tal-COVID-19 kien li tippermetti reazzjonijiet nazzjonali. Dan sar permezz tal-flessibbiltà fir-regoli tal-kompetizzjoni u b’mod partikolari dawk dwar l-għajnuna mill-Istat. Il-flessibbiltà fir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat kellha rwol ċentrali fid-definizzjoni tal-libertà tal-awtoritajiet pubbliċi biex jappoġġjaw lill-kumpaniji u lill-unitajiet domestiċi u b’hekk il-kapaċità tagħhom li jtaffu l-impatt tal-pandemija attwali. Jissuġġerixxi li l-appoġġ mill-gvernijiet nazzjonali għandu jiġi mmonitorjat bir-reqqa sabiex jiġu evitati distorsjonijiet bejn l-Istati Membri;

47.

jirrakkomanda li għandu jkun stabbilit mekkaniżmu li jkun involut fid-djalogi ta’ politika fl-Istati Membri fost il-partijiet interessati rilevanti kollha (inklużi l-awtoritajiet reġjonali, il-komunità tan-negozju u s-soċjetà ċivili, iżda mhux biss). Għall-awtoritajiet lokali u reġjonali b’mod partikolari, huwa essenzjali li l-ħtiġijiet ta’ investiment tagħhom, inkluż għaż-żoni rurali, jiġu riflessi bis-sħiħ fil-pjani ta’ rkupru tal-Istati Membri;

48.

jirrakkomanda investiment fit-tisħiħ tar-reżiljenza tal-ktajjen tal-provvista agroalimentari, kemm lokali kif ukoll globali. Mill-perspettiva tar-reżiljenza, jeħtieġ li s-swieq jiġu regolati, tissaħħaħ il-pożizzjoni tal-bdiewa vis-à-vis partijiet interessati oħrajn fis-settur, jinbidlu r-regoli tal-kummerċ agrikolu internazzjonali sabiex jitħeġġu aktar ġustizzja u solidarjetà fir-relazzjonijiet kummerċjali u jiġu żviluppati sistemi tal-ikel territorjali;

Pressjoni mhux prevista fuq il-finanzi pubbliċi lokali u reġjonali

49.

jenfasizza li l-implimentazzjoni tad-diversi miżuri ta’ emerġenza kellha impatt drammatiku fuq il-finanzi pubbliċi u l-ekonomiji lokali u reġjonali, l-organizzazzjoni tas-servizzi pubbliċi u fuq l-operazzjonijiet tal-awtoritajiet lokali u reġjonali kemm fuq perjodu qasir kif ukoll fit-tul. Fl-istess waqt, l-awtoritajiet lokali u reġjonali qed jiffaċċjaw domanda akbar għas-servizzi tas-saħħa, sanitarji u soċjali għaċ-ċittadini, it-trasport pubbliku, l-edukazzjoni u servizzi pubbliċi oħrajn, kif ukoll għal inċentivi ekonomiċi għan-negozji lokali u għall-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet favur is-sostenibbiltà u n-newtralità klimatika;

50.

jitlob li jkun hemm aktar riżorsi għall-awtoritajiet lokali u reġjonali mill-gvernijiet ċentrali u l-Unjoni Ewropea biex isaħħu s-sistemi tas-saħħa u tal-kura tagħhom u t-tħejjija għall-emerġenzi issa u fit-tul;

51.

josserva li n-negozji fiż-żoni rurali jeħtieġu aċċess għal self u ekwità. Il-banek qed jitilqu mill-kampanja hekk kif l-uffiċċji fiżiċi qed jiġu ttrasformati f’uffiċċji virtwali. Billi tinvesti fil-kapital ta’ riskju, l-UE tista’ tiżgura l-aċċessibbiltà sabiex in-negozji fiż-żoni rurali jkollhom l-istess opportunità ta’ żvilupp bħal f’żoni b’densità ogħla ta’ popolazzjoni;

52.

jistieden lill-istituzzjonijiet Ewropej jiżguraw li jkun hemm biżżejjed ċarezza fir-rigward tal-interazzjoni bejn il-mekkaniżmi ġodda differenti ta’ finanzjament u ta’ fondi, inkluża l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, u l-iskemi nazzjonali u tal-UE eżistenti, biex jiġu evitati kumplessità addizzjonali u rati ta’ assorbiment potenzjalment baxxi fil-livelli lokali u reġjonali (3). Iħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni Ewropea biex jinvolvu aħjar il-livelli lokali u reġjonali fl-isforz globali ta’ rkupru. Ir-rwol tagħhom fuq quddiem nett tal-pandemija, fl-investiment pubbliku, u f’dawn iż-żewġ tranżizzjonijiet, irid ikun parti mill-qalba tal-pjan ta’ rkupru;

53.

jenfasizza s-sejbiet tar-rapport ta’ implimentazzjoni reċenti tiegħu dwar l-għajnuna mill-Istat; jinnota li l-mapep u l-qafas attwali tal-għajnuna reġjonali mill-Istat ma jkoprux b’mod adegwat is-sitwazzjoni reali fir-reġjuni tal-UE minħabba l-isfidi l-ġodda li jirriżultaw mill-pandemija tal-COVID-19 u l-effetti ekonomiċi fuq terminu qasir u medju tagħha; jenfasizza li l-esperjenzi fil-prattika jindikaw il-ħtieġa għal approċċi u strumenti aktar flessibbli biex jgħinu lill-awtoritajiet pubbliċi jindirizzaw b’mod effettiv l-impatt li jinħass fil-livell reġjonali u lokali;

54.

jenfasizza li l-investiment soċjali għandu jissaħħaħ bħala prijorità ewlenija għal irkupru ġust, ekwu u inklużiv b’enfasi fuq infrastruttura soċjali u servizzi soċjali aċċessibbli fil-livell lokali u reġjonali sabiex tittejjeb il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, bit-taħlita ta’ politiki u riżorsi finanzjarji adatti għall-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u l-aġenda tal-SDGs. Hemm ukoll il-ħtieġa li tingħata spinta ulterjuri lit-tranżizzjoni diġitali u lill-innovazzjoni soċjali f’dan ir-rigward;

55.

jenfasizza li l-pjan ta’ rkupru tal-UE għandu jkun immirat lejn żvilupp sostenibbli li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent, li huwa tant importanti kemm għan-nies kif ukoll għall-ambjent, u li ser iwassal għal irkupru normali ġdid. Il-pandemija wrietna l-ħtieġa għal aktar infrastruttura ekoloġika, mobilità li ma tagħmilx ħsara lill-klima u turiżmu sostenibbli;

Rakkomandazzjonijiet fir-rigward tar-Regoli dwar l-Għajnuna mill-Istat

56.

jenfasizza l-fatt li għal xi Stati Membri, appoġġ massiv mill-Istat huwa ekwivalenti għal żieda fid-defiċits tal-gvern u l-livelli tad-dejn pubbliku tagħhom fi żmien ta’ tnaqqis fid-dħul mit-taxxi u pagamenti ogħla ta’ benefiċċji tal-qgħad, xi ħaġa li tista’ tkun partikolarment riskjuża speċjalment għal dawk l-Istati Membri milquta b’mod partikolari mill-pandemija li jinzertaw ukoll l-akbar ekonomiji taż-żona tal-euro. Min-naħa l-oħra, il-biża’ ta’ żieda fil-livelli tad-dejn jista’ jwassal biex xi Stati Membri jipposponu l-investimenti jew l-infiq f’setturi kruċjali għall-irkupru, li x’aktarx jirriżulta wkoll fit-twessigħ tad-diverġenzi ekonomiċi fi ħdan is-Suq Uniku;

57.

jissensibilizza dwar il-fatt li regoli u kundizzjonijiet eċċessivi u stretti ħafna li jinkwadraw il-kontroll mill-Kummissjoni jistgħu jfixklu l-kapaċità tal-awtoritajiet pubbliċi li jwettqu b’mod effettiv ir-rwol tagħhom f’dawn il-missjonijiet kollha filwaqt li, min-naħa l-oħra, flessibbiltà wiesgħa ħafna fl-għajnuna mill-Istat iġġib magħha r-riskju li jirriżultaw f’aktar inugwaljanzi reġjonali fl-UE. Jidher li r-realtà l-ġdida wara l-pandemija tal-coronavirus tobbliga lill-partijiet kollha kkonċernati jiddefinixxu mill-ġdid il-bilanċ it-tajjeb bejn iż-żewġ limiti;

58.

jilqa’ l-estensjoni tal-Qafas Temporanju għall-Għajnuna mill-Istat sa Diċembru 2021. Jekk wara s-sajf ikun hemm tifqigħa ġdida jew implimentazzjoni ġdida tal-miżuri ta’ lockdown restrittivi, il-ħsara ekonomika se tkun ħafna ogħla u l-appoġġ temporanju eċċezzjonali se jkun saħansitra aktar neċessarju u meħtieġ għal aktar żmien biex kumpaniji intrinsikament sodi ma jitħallewx ifallu. Għalhekk estensjoni tal-Qafas Temporanju sa tmiem il-pandemija tal-coronavirus tkun xi ħaġa li wieħed għandu jaspira għaliha, speċjalment għar-reġjuni l-aktar milquta mill-kriżi;

59.

jenfasizza l-ħtieġa li jiġu adattati diversi regoli. Ta’ min jinnota, pereżempju, li minbarra l-emenda reċenti tal-GBER (Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa) fir-rigward tal-kumpaniji f’diffikultà, huwa meħtieġ kriterju aktar flessibbli għall-kumpaniji f’diffikultà, speċjalment għas-settur tal-istart ups u tal-iscale ups, li spiss ikollhom sessjonijiet regolari ta’ finanzjament u għalhekk isiru kumpaniji teknikament f’diffikultà, anke meta jkunu kumpaniji intrinsikament sodi u li qed jikbru malajr. Għaldaqstant, aktar flessibbiltà fir-rigward tar-reġim de minimis hija urġenti, filwaqt li jkun mixtieq li jiġi kkomplementat il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 (4) billi, minbarra l-għajnuna biex tikkumpensa għall-ħsara kkawżata minn diżastri naturali (Artikolu 50), tingħata wkoll għajnuna biex tagħmel tajjeb għall-ħsara kkawżata minn avvenimenti marbutin mal-pandemija. “Adattament” tar-regoli dwar l-akkumulazzjoni jkun utli peress li f’ċirkostanzi bħal dawk eżistenti, għandha tkun permessa akkumulazzjoni bejn għajnuna taħt de minimis jew taħt GBER b’għajnuna mogħtija taħt il-Qafas Temporanju, filwaqt li titqies l-intensità tagħhom, anke fuq dawk l-ispejjeż eliġibbli;

60.

huwa favur iċ-ċaqliq tal-oneru tal-provi b’tali mod li min jagħmel l-ilment u/jew il-Kummissjoni Ewropea jkollhom juru li servizz lokali huwa ta’ theddida għall-kummerċ intra-Komunitarju. Huwa argumentat li jekk l-oneru tal-provi jaqa’ fuq il-Kummissjoni, dan iżid iċ-ċertezza legali u r-rieda, min-naħa ta’ dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fil-livell lokali, li jaġixxu u jnaqqsu l-għadd ta’ lmenti. Huwa sostnut li hemm ħtieġa urġenti li tinbidel is-sitwazzjoni attwali, billi fir-rigward tal-irkupru ta’ fondi hemm theddida dejjem tikber fuq għadd kbir ta’ miżuri, peress li l-benefiċjarji individwali tal-għajnuna ma jistgħux jipprovdu evidenza estensiva. F’dan il-kuntest, jista’ jkun utli wkoll li l-kriterju tal-ħsara għall-kummerċ jiġi estiż jew li t-terminu “lokali” jiġi speċifikat f’aktar dettall;

61.

jinnota li r-reġjuni u l-bliet qed jiffaċċjaw realtà ġdida inkwadrata mill-isfidi soċjoekonomiċi kkawżati mill-pandemija tal-coronavirus. Din ir-realtà ġdida teħtieġ approċċi u strumenti ta’ politika aktar flessibbli li jgħinu lill-awtoritajiet pubbliċi jindirizzaw b’mod effettiv l-impatt li jinħass fil-livell reġjonali u lokali. Fid-dawl ta’ dan, il-mapep attwali tal-għajnuna reġjonali (il-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020) ma jkoprux b’mod adegwat is-sitwazzjoni reali fir-reġjuni tal-UE, minħabba l-isfidi l-ġodda li jirriżultaw mill-pandemija tal-COVID-19 u l-effetti ekonomiċi tagħha fuq terminu qasir u medju. B’mod simili, il-kopertura ġenerali tal-popolazzjoni, il-livelli massimi permissibbli ta’ għajnuna u t-tip ta’ investimenti previsti fil-qafas tal-għajnuna mill-Istat Reġjonali għandhom jiżdiedu/jitwessgħu sabiex jiġu indirizzati l-isfidi soċjoekonomiċi l-ġodda fir-reġjuni tal-UE bħala riżultat tal-pandemija;

62.

iwissi li l-mapep ta’ għajnuna reġjonali li għandhom jiġu adottati qabel tmiem l-2021, u li se jitfasslu abbażi ta’ data statistika minn qabel l-2020, jistgħu jfixklu l-irkupru ekonomiku tal-aktar reġjuni żvantaġġati sakemm jiġi adottat ir-rieżami ta’ nofs it-terminu fl-2024. Fil-fatt, peress li tkun intużat data statistika minn qabel l-2020 għat-tfassil tagħhom, dawn il-mapep mhux ser jirriflettu b’mod preċiż is-sitwazzjoni ekonomika tar-reġjuni li huma żoni (a) jew (c) u jistgħu jikkawżaw diffikultajiet fl-irkupru ekonomiku ta’ dawn ir-reġjuni billi jnaqqsu l-intensità massima tal-għajnuna applikabbli jew billi jistabbilixxu ċerti restrizzjonijiet dwar l-għoti ta’ għajnuna lil intrapriżi kbar bħala riżultat tal-bidla fil-klassifikazzjoni ta’ ċerti reġjuni. Għalhekk, il-Kumitat tar-Reġjuni jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tqis din is-sitwazzjoni u tieħu miżuri, lil hinn minn rieżami ta’ nofs it-terminu fl-2024, biex tiżgura li l-aktar reġjuni żvantaġġati li huma żoni (a) jew (c) ma jintlaqtux ħażin minn bidliet fil-klassifikazzjoni tagħhom li jagħmlu l-irkupru tagħhom diffiċli;

63.

jirrikonoxxi l-ħtieġa li jiġi vvalutat l-impatt tal-pandemija fil-livell reġjonali bil-ħsieb li dan jiġi rifless fil-mapep tal-għajnuna reġjonali permezz ta’ rieżami ta’ nofs it-terminu fl-2024. Bl-istess mod, żieda fl-inugwaljanzi ekonomiċi u d-distribuzzjoni inġusta tal-benefiċċji tas-Suq Uniku kkawżati minn interventi asimmetriċi statali madwar l-UE għandhom jiġu vvalutati wkoll fid-dawl tar-riskju li xi ċittadini/Stati Membri jistgħu ma jkomplux jiffavorixxu Suq Uniku li l-benefiċċji tiegħu jitqassmu b’mod inġust. Għalhekk, ikun utli li l-Kummissjoni, li tissorvelja dawk il-miżuri u l-ammonti, twettaq analiżi tal-impatt tagħhom fuq is-suq uniku u fuq l-inugwaljanzi reġjonali. Dan se jikkontribwixxi għat-tfassil tal-politika u jiżgura immirar aħjar tal-politiki rilevanti kollha tal-UE lejn il-ħtiġijiet speċifiċi tat-territorji tal-UE;

64.

iqis li l-prinċipji ġenerali tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, bħall-effett ta’ inċentiv, ma jistgħux jikkostitwixxu ostaklu għall-implimentazzjoni tal-fondi tal-UE għall-irkupru. F’dan ir-rigward, jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tikkunsidra l-effett ta’ inċentiv bħala preżenti meta l-għajnuna twassal għal wieħed jew aktar mill-eżiti li ġejjin: żieda konsiderevoli fid-daqs tal-proġett jew l-attività; żieda konsiderevoli fl-ambitu ġeografiku tal-proġett jew l-attività; żieda konsiderevoli fl-ammont investit mill-benefiċjarju tal-proġett jew tal-attività; jew żieda konsiderevoli fil-ħeffa tal-implimentazzjoni tal-proġett jew tal-attività;

65.

jinnota li l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat hija intrinsikament marbuta mal-użu ta’ strumenti tal-politika ta’ koeżjoni. Ġie rrakkomandat ukoll li l-użu tal-Għażliet ta’ Spejjeż Issemplifikati msemmija fil-GBER jiġi traspost ukoll fil-Linji Gwida dwar l-Għajnuna Reġjonali u ma jkunx limitat għal operazzjonijiet kofinanzjati mill-FSIE biss. Dawn id-dispożizzjonijiet joffru kompromess interessanti bejn il-monitoraġġ neċessarju tal-flejjes pubbliċi u livell raġonevoli u aċċettabbli ta’ piż amministrattiv. Barra minn hekk, id-dispożizzjonijiet ta’ rilokazzjoni, b’mod partikolari dawk relatati mal-politika ta’ koeżjoni, ġew identifikati bħala mhux definiti biżżejjed u mhux ċari. Suġġeriment li l-eżenzjonijiet tal-għajnuna mill-Istat jingħataw immedjatament b’rabta mal-approvazzjoni tal-programmi operattivi jikkonferma r-rabtiet mill-qrib bejn ir-regoli dwar il-kompetizzjoni u dawk dwar il-politika ta’ koeżjoni;

Appoġġ għat-tranżizzjoni diġitali fiż-żoni rurali

66.

jieħu nota tas-sejbiet tal-Barometru tar-Reġjuni u l-Bliet tal-2020 tal-KtR (5) li juru li s-soluzzjonijiet diġitali ġodda adottati mill-awtoritajiet lokali u reġjonali b’rispons għall-kriżi tal-COVID-19 jistgħu jsaħħu t-tranżizzjoni diġitali li għaddejja, iżda jirriskjaw ukoll li jaggravaw id-“distakk diġitali”, inkluż bejn iż-żoni rurali u urbani;

67.

jirrimarka li l-futur taż-żoni rurali jiddependi mill-fatt li jkollhom provvista ta’ infrastruttura u ta’ servizzi bażiċi suffiċjenti u, naturalment, mill-indirizzar tad-distakk diġitali. Jenfasizza l-importanza kruċjali tagħhom fit-tranżizzjoni lejn ekonomija u soċjetà li huma sostenibbli u newtrali għall-klima. Mudelli ta’ negozju sostenibbli effiċjenti fl-użu tar-riżorsi b’enfasi fuq l-ekonomija ċirkolari u ż-żieda fl-użu ta’ materjali b’bażi bijoloġika jagħtu lok għal opportunitajiet ġodda li għandhom jinħatfu permezz ta’ strumenti tal-UE;

68.

jitlob għal politiki u finanzjament li jappoġġjaw konnettività diġitali għolja għar-reġjuni u l-awtoritajiet lokali kollha tal-UE – inklużi ż-żoni rurali – biex jiġi żgurat li n-nies u l-kumpaniji jkunu jistgħu jadattaw għall-kriżi u d-dinja tax-xogħol li qed tinbidel; josserva li żieda fl-użu tat-telexogħol tista’ tikkawża ċaqliq demografiku u ekonomiku mill-bliet lejn żoni intermedji jew rurali. Jinnota, madankollu, li tali bidla tkun possibbli biss bl-iżvilupp ta’ rabtiet ta’ mobilità sostenibbli bejn iż-żoni rurali, intermedji u urbani;

69.

jitlob li jsir investiment fil-forniment ta’ internet b’veloċità għolja kullimkien, b’attenzjoni speċifika għaż-żoni rurali u ż-żoni inqas żviluppati. Barra minn hekk, se jkun importanti li jiġu żviluppati strateġiji biex l-unitajiet domestiċi (rurali) jingħataw il-hardware affordabbli u deċenti meħtieġ. Azzjoni speċifika ħafna tista’ tkun li l-Ewropa tagħti inċentivi lill-kumpaniji biex jagħtu hardware lin-nies. Huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti miri speċifiċi għaż-żoni rurali f’termini tal-provvista ta’ broadband, hardware u ħiliet rurali. Ir-rapport DESI attwali (Indiċi tal-Ekonomija u s-Soċjetà Diġitali) għandu jipprovdi din l-informazzjoni;

70.

jenfasizza l-ħtieġa għall-edukazzjoni u t-taħriġ diġitali mmirati lejn persuni li jeħtieġu ħiliet diġitali aħjar, u jeħtieġ li jiġu kkunsidrati gruppi ta’ etajiet u livelli ta’ introjtu differenti kif ukoll gruppi fil-mira speċifiċi, bħall-bdiewa. L-iskejjel, kif ukoll ċentri oħrajn fejn in-nies jgħixu flimkien jew jiltaqgħu soċjalment, jista’ jkollhom rwol importanti fil-proġetti ta’ diġitalizzazzjoni (għall-gruppi tal-etajiet kollha), iżda aġenziji u intrapriżi oħrajn jistgħu jagħmlu dan ukoll;

71.

jitlob li l-Programm Ewropa Diġitali, bin-network tiegħu ta’ Ċentri Ewropej ta’ Innovazzjoni Diġitali, jagħti attenzjoni speċifika lill-ħtiġijiet taż-żoni rurali u joffri servizzi adattati permezz ta’ pjattaformi li jifhmu sew il-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom, b’rabta mill-qrib mal-komunitajiet lokali;

72.

fir-rigward tal-miżuri ta’ flessibbiltà introdotti mill-UE fl-implimentazzjoni tal-fondi SIE biex jgħinu jindirizzaw il-kriżi, jenfasizza l-fatt li ġie osservat tnaqqis reali tal-finanzjament strutturali u ta’ koeżjoni għaż-żoni rurali f’ħafna Stati Membri. Il-kapaċità li tiżdied ir-rata ta’ kofinanzjament tal-UE kellha l-effett negattiv li tnaqqas it-trasferimenti globali lejn żoni rurali minħabba li ppermettiet tnaqqis fil-kofinanzjament nazzjonali;

Il-benesseri, il-faqar u l-kwalità tal-ħajja

73.

jenfasizza li hemm fatturi differenti li jinfluwenzaw il-faqar u l-benesseri fil-bliet u fiż-żoni rurali. L-approċċ biex jiġu indirizzati l-kwistjonijiet huwa spiss ibbażat fuq ir-realtajiet urbani. Barra minn hekk, m’hemmx wisq riċerka komparattiva dwar l-aspetti differenti tal-benesseri, u dan jagħmilha diffiċli biex l-approċċ jiġi adattat għall-kuntest rurali;

74.

jenfasizza l-ħtieġa li jsir investiment fir-riċerka (komparattiva) dwar il-benesseri, il-faqar u l-kwalità tal-ħajja rurali sabiex ikun hemm aktar għarfien dwar l-isfidi speċifiċi li jiffaċċjaw iż-żoni rurali;

75.

jenfasizza li l-voluntiera huma ċentrali għall-kwalità tal-ħajja u l-benesseri u kellhom rwol importanti fir-rispons għall-kriżi tal-COVID-19. Il-voluntiera u l-organizzazzjonijiet tal-voluntiera spiss jiġu organizzati f’livell lokali ħafna, fil-viċinati jew fit-toroq. Din il-qrubija ppermettietilhom jgħinu fejn meħtieġ, billi jikkomunikaw miżuri lin-nies jew billi jipprovdulhom il-merċa u/jew il-kura soċjali u tas-saħħa. Huwa rrakkomandat li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jisfruttaw dawn in-networks tal-volontarjat eżistenti biex isibu modi ġodda biex jilħqu lin-nies li jesperjenzaw il-faqar jew li għandhom problemi ta’ benesseri. Biex jiġi sfruttat il-potenzjal ta’ dawn l-organizzazzjonijiet volontarji, il-fondi tal-UE jistgħu jippermettu tip differenti ta’ kofinanzjament għal dawn l-organizzazzjonijiet. Pereżempju, jekk is-sigħat ta’ volontarjat jitħallew jintużaw bħala kofinanzjament, dawn l-organizzazzjonijiet ikunu jistgħu japplikaw b’mod aktar faċli għall-finanzjament tal-UE;

76.

jirrimarka li l-livelli kollha tal-gvern jeħtieġ li jħejju b’mod konxju strateġija ta’ komunikazzjoni biex jiżguraw li n-nies jifhmu r-riskji eżistenti u jiggwidawhom biex jadottaw imġiba korretta. Il-konsistenza tal-messaġġi, il-provvista ta’ sorsi ta’ informazzjoni affidabbli u aċċessibbli u l-użu ta’ elementi viżivi tajbin huma aspetti importanti ta’ din l-istrateġija. Hemm il-ħtieġa li jitħarrġu timijiet ta’ komunikaturi li jistgħu jilħqu direttament lin-nies u li jitħarrġu uffiċjali u esperti fil-komunikazzjoni; jenfasizza l-ħtieġa li jiġi rikonoxxut ir-rwol tal-awtoritajiet lokali f’din l-istrateġija ta’ komunikazzjoni, li jistgħu jgħinu biex jinħoloq pont bejn dawk li jfasslu l-politika, l-esperti u l-pubbliku;

77.

jenfasizza l-importanza tal-monitoraġġ tar-rispett għall-prinċipju tas-sussidjarjetà. Il-miżuri ta’ emerġenza ma jistgħux iwasslu għaċ-ċentralizzazzjoni tas-setgħat mill-gvernijiet nazzjonali – u b’hekk jillimitaw ir-rwol tal-parlamenti nazzjonali u tal-awtoritajiet lokali u reġjonali;

78.

jenfasizza li xi ħaddiema vulnerabbli, bħall-ħaddiema tal-pjattaformi diġitali, il-ħaddiema fil-qasam tal-konsenja ta’ prodotti jew is-sewwieqa, kif ukoll il-ħaddiema fil-qasam tal-għoti tal-kura lil persuni dipendenti, huma essenzjali għall-ekonomija tagħna u għandhom jiġu rikonoxxuti aħjar fis-soċjetà tagħna. Barra minn hekk, il-ħaddiema bit-telexogħol għandhom jiġu ggarantiti d-dritt li jiskonnettjaw;

79.

jinnota li abbażi tad-data tal-Eurostat, il-kriżi hija stmata li wasslet għal madwar 900 000 persuna oħra qiegħda fl-ewwel tliet xhur tagħha. Huwa għalhekk li l-isforzi ta’ rkupru tal-UE għandu jkollhom dimensjoni soċjali b’saħħitha, sabiex jitħarsu s-sistemi tas-sigurtà soċjali, jiġu ssalvagwardjati l-impjiegi tal-ħaddiema u jiġu evitati tkeċċijiet abbużivi;

80.

jenfasizza li l-kriżi aggravat l-inugwaljanzi bejn il-ġeneri u l-vjolenza abbażi tal-ġeneru. Il-każijiet ta’ vjolenza domestika żdiedu b’terz f’xi pajjiżi tal-UE wara l-lockdown. Barra minn hekk, il-kriżi tal-COVID-19 għandha dimensjoni evidenti bbażata fuq il-ġeneru. Fl-istess ħin, il-pandemija aggravat l-inugwaljanzi, il-marġinalizzazzjoni u d-diskriminazzjoni eżistenti tal-Ewropa, u saħħet ir-razziżmu strutturali. Bl-istess mod, kellha impatt negattiv fuq l-aktar gruppi vulnerabbli, inklużi l-persuni akbar fl-età u l-persuni b’diżabilità;

81.

jirrimarka li l-bliet u r-reġjuni u l-mexxejja tal-UE jistgħu jibnu Ewropa soċjali aktar b’saħħitha billi jaħdmu flimkien fi sħubija strateġika mġedda; jirrimarka, barra minn hekk, li l-kooperazzjoni urbana-rurali għandha potenzjal partikolarment kbir għall-irkupru (“naħdmu flimkien”);

82.

jenfasizza li l-investiment soċjali għandu jissaħħaħ bħala prijorità ewlenija għal irkupru ġust u inklużiv. Għandna l-opportunità biex nagħmlu iktar milli sempliċiment inneħħu temporanjament l-effetti tal-kriżi tal-pandemija u nerġgħu nibdew minn fejn tlaqna. Nistgħu nibnu mill-ġdid aħjar. Irridu niżguraw li l-Ewropej kollha jkollhom aċċess għal kura tas-saħħa affordabbli ta’ kwalità tajba. Irridu noħolqu aktar impjiegi ta’ kwalità b’kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti, mogħdijiet edukattivi aktar inklużivi u taħriġ fil-ħiliet, niżguraw akkomodazzjoni deċenti u affordabbli, nipprovdu appoġġ attiv għal dawk l-aktar vulnerabbli u opportunitajiet indaqs għal kulħadd. Biex niksbu dan, neħtieġu investiment qawwi fl-infrastruttura soċjali u fis-servizzi soċjali fil-livell lokali u reġjonali, bit-taħlita ta’ politiki u riżorsi finanzjarji adatti għall-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u l-aġenda tal-SDGs;

83.

jenfasizza l-ħtieġa għal strateġija transfruntiera u koordinazzjoni transfruntiera dwar il-komunikazzjoni, il-miżuri u l-irkupru. Jinnota li s-solidarjetà bejn il-muniċipalitajiet lokali u reġjonali bejn il-fruntieri statali ssaħħet b’mod notevoli (fil-kondiviżjoni tat-tagħmir mediku, azzjonijiet ta’ karità, eċċ.). Fl-istess ħin, minħabba l-miżuri differenti u li xi drabi jikkonfondu fil-livell nazzjonali, il-perċezzjoni tan-nies ordinarji fuq in-naħa l-oħra tal-fruntiera saret ta’ suspett jew ta’ biża’. Anke f’każijiet ta’ integrazzjoni qawwija bħal fil-Benelux u fl-istati tal-Kunsill Nordiku, tfaċċaw ħafna kunflitti u biex terġa’ tinkiseb il-fiduċja ħa jkollu jgħaddi xi żmien;

84.

jenfasizza li t-trasparenza hija kwistjoni fundamentali f’sitwazzjoni ta’ kriżi: iċ-ċittadini jridu jkunu jafu min hu inkarigat minn xiex. B’xi modi, il-pandemija affettwat b’mod profond il-mod kif isir it-tfassil tal-politika; jinnota li l-kwalità ġenerali ta’ demokrazija tista’ tiġi vvalutata f’pandemija bħal din;

85.

jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li komunikazzjoni tajba trid titkellem bil-lingwaġġ tan-nies. Dan il-lingwaġġ mhuwiex biss kwistjoni ta’ kliem, iżda wkoll il-mod kif in-nies jesprimu ruħhom u jistgħu jifhmu l-messaġġi, id-differenzi kulturali u l-fehmiet; jinnota li l-komunikazzjoni fil-konfront ta’ dawk li huma kontra l-użu tal-vaċċini toħloq sfida speċifika f’dan ir-rigward, l-istess bħall-konfutazzjoni tal-aħbarijiet foloz.

86.

jekk nisiltu xi ħaġa minn dil-kriżi, din hija l-interdipendenza tan-nies kollha fuq il-pjaneta u l-importanza li nżommu għajnejna fuq il-problemi reali billi tinħoloq sinerġija bejn id-dimensjoni lokali u dik dinjija. Tgħallimna li qed niffaċċjaw kriżi globali li teħtieġ rispons globali u bbażat fuq is-solidarjetà. Dan jimplika kooperazzjoni internazzjonali akbar biex jintlaħqu l-ħtiġijiet tal-ifqar reġjuni wkoll, li timpedixxi li l-virus jiċċirkola liberament, bir-riskju ta’ mutazzjonijiet aktar perikolużi. Jidher ċar li l-kooperazzjoni deċentralizzata tar-reġjuni u l-bliet tagħna wriet li hija strument privileġġat tal-kooperazzjoni internazzjonali Ewropea biex tikkontribwixxi għall-isfidi tal-aktar territorji żvantaġġati f’termini tal-iżgurar ta’ aċċess universali u ta’ kwalità għas-servizzi pubbliċi tant meħtieġa fit-triq lejn it-tilħiq tal-għan aħħari li noħorġu lkoll flimkien minn din il-kriżi globali.

Brussell, is-7 ta’ Mejju 2021.

Apostolos TZITZIKOSTAS

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni


(1)  Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni: il-Barometru tar-Reġjuni u l-Bliet tal-2020 jinsab hawn: Barometru Reġjonali u Lokali Annwali tal-UE (europa.eu).

(2)  Ibid.

(3)  Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni: il-Barometru tar-Reġjuni u l-Bliet tal-2020 jinsab hawn: Barometru Reġjonali u Lokali Annwali tal-UE (europa.eu).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 tas-17 ta’ Ġunju 2014 li jiddikjara li ċerti kategoriji ta' għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat (ĠU L 187, 26.6.2014, p. 1).

(5)  Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni: il-Barometru tar-Reġjuni u l-Bliet tal-2020 jinsab hawn: Barometru Reġjonali u Lokali Annwali tal-UE (europa.eu).


27.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 300/53


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Unjoni Ewropea tas-Saħħa: Rinforzar tar-reżiljenza tal-UE

(2021/C 300/10)

Relatur:

Roberto CIAMBETTI (IT/KRE), President tal-Kunsill Reġjonali tal-Veneto

RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI

Kummenti ġenerali – Il-pandemija tal-COVID-19

1.

jinnota li minħabba l-pandemija l-kwistjoni tas-saħħa pubblika saret saħansitra aktar prominenti fuq l-aġenda tar-reġjuni, tal-bliet, tal-Istati Membri u tal-Unjoni Ewropea u saret waħda mill-prijoritajiet politiċi ewlenin;

2.

f’dan il-kuntest, huwa jilqa’ l-Komunikazzjoni dwar l-Unjoni tas-Saħħa li tipproponi t-tisħiħ tal-qafas attwali tal-UE għas-sigurtà tas-saħħa, li jmur lura għall-2013. Il-qafas parzjalment skadut jinkludi d-Deċiżjoni dwar it-theddid transkonfinali serju għas-saħħa li, għalkemm ffaċilita l-iskambju ta’ informazzjoni u appoġġja l-adozzjoni ta’ miżuri nazzjonali speċifiċi, ma setax jindirizza l-pandemija attwali;

3.

jaqbel mal-fehma tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-ħtieġa li jsir aktar investiment pubbliku fis-sistemi tas-saħħa nazzjonali biex jiġu pprovduti bir-riżorsi u l-mezzi meħtieġa għall-ħruġ mill-kriżi attwali, kif ukoll biex tissaħħaħ ir-reżiljenza tagħhom fit-tul. Dawn l-objettivi għandhom jiġu riflessi fir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi skont is-Semestru Ewropew. Il-pandemija enfasizzat f’ħafna żoni n-nuqqas ta’ attivazzjoni bikrija ta’ kura intensiva u subintensiva (sodod, tagħmir, persunal mediku u infermiera responsabbli), iżda wkoll ta’ kura tas-saħħa lokali u dik palljattiva. Din ħolqot diffikultajiet kbar fis-sistemi tas-saħħa differenti fl-Istati Membri, b’mod partikolari fi żminijiet ta’ konġestjoni estrema fir-rispons ta’ kura. Fl-istess ħin, is-sistemi tas-saħħa u l-professjonisti tas-saħħa f’ħafna pajjiżi wrew kapaċità qawwija biex jaġġustaw u jadattaw b’mod rapidu l-attivitajiet tagħhom għall-kundizzjonijiet il-ġodda maħluqa mill-pandemija tal-COVID-19;

4.

jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea għal mandat imsaħħaħ biex timplimenta rispons koordinat fil-livell tal-UE fil-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa, permezz ta’ rakkomandazzjonijiet speċifiċi dwar miżuri ta’ rispons miċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC).

5.

jirrimarka li l-pandemija tal-COVID-19 kienet akkumpanjata minn restrizzjonijiet kbar għal-libertà ta’ moviment fl-Unjoni Ewropea, restrizzjonijiet li affettwaw b’mod partikolari r-reġjuni tal-fruntiera; għalhekk itenni t-talba tiegħu għal qafas legali tal-UE li jippermetti ġestjoni effiċjenti tas-servizzi pubbliċi transkonfinali li jindirizzaw il-ħtiġijiet taċ-ċittadini li jgħixu f’dawn iż-żoni (1). Qafas bħal dan għandu jkun iċċentrat fuq ir-Regolament tal-UE li ġie propost dan l-aħħar dwar theddid transkonfinali serju għas-saħħa (2);

6.

jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li l-Komunikazzjoni fiha proposti għal kontromiżuri mediċi, inklużi ħafna azzjonijiet bħal kumulazzjoni ta’ riżerva tal-istokk fil-livell Ewropew, produzzjoni mtejba, akkwist konġunt u valutazzjoni aħjar tad-domanda għall-vaċċini, it-tagħmir protettiv personali, l-apparati mediċi, it-terapewtika, it-tagħmir tal-laboratorju u tal-ittestjar, filwaqt li tinżamm il-kompatibbiltà mal-prinċipju tas-sussidjarjetà. Sabiex iżżid ir-reżiljenza tagħha u tindirizza n-nuqqasijiet fi żminijiet ta’ kriżi kif ukoll tipprovdi assistenza xjentifika u teknika, inkluż it-taħriġ, jeħtieġ li l-UE ssir aktar sovrana fir-rigward ta’ provvisti mediċi għas-settur tas-saħħa u inqas dipendenti fuq pajjiżi terzi kif imsemmi fl-istrateġija farmaċewtika għall-UE;

Kollaborazzjoni bejn l-ECDC u l-awtoritajiet lokali

7.

iqis importanti li l-ECDC ikun jista’ jikkollabora direttament ma’ reġjuni individwali fl-Istati Membri, jew ma’ gruppi tagħhom, biex jiffaċilita l-analiżi ta’ sitwazzjonijiet epidemjoloġiċi speċifiċi li jistgħu jinqalgħu. Din il-kollaborazzjoni tista’ tinkludi wkoll appoġġ għat-taħriġ ta’ dawk kollha involuti u tiffaċilita ċ-ċirkolazzjoni tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni;

8.

iħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea biex terġa’ tistabbilixxi n-Network Ewropew ta’ Mard Infettiv Ħafna (EuroNHID), network kofinanzjat ta’ esperti fil-ġestjoni ta’ mard li jittieħed ħafna, minn ċentri nazzjonali jew reġjonali mwaqqfa biex jieħdu ħsieb pazjenti li jbatu minn tali mard;

9.

jaħseb li jeħtieġ li jsir aktar investiment fir-riċerka xjentifika fl-UE, peress li t-tranżizzjoni lejn soċjetà aktar reżiljenti teħtieġ bidliet teknoloġiċi sinifikanti;

10.

jinnota li f’żoni transkonfinali huwa meħtieġ li jinħolqu bażijiet tad-data transkonfinali, kondiviżi bejn nazzjonijiet u reġjuni ġirien, li jidentifikaw l-istokkijiet mediċi u t-tagħmir protettiv personali disponibbli;

11.

jilqa’ l-fatt li l-Kummissjoni Ewropea, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri u r-reġjuni, hija impenjata li tistabbilixxi bażi ta’ data komprensiva komuni dwar is-saħħa li tippermetti ġestjoni globali u monitoraġġ ta’ kwistjonijiet komuni, filwaqt li wieħed iżomm f’moħħu li l-pandemiji ma jiqfux mal-fruntieri u li s-soċjetà tal-lum hija globalizzata: it-territorji individwali mhumiex iżolati, iżda l-kuntatti bejnhom u l-bqija tad-dinja huma inevitabbli u l-mezzi ta’ trażmissjoni tal-patoġeni jistgħu jiġu identifikati biss fuq bażi ex post;

Il-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa

12.

jemmen li l-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa hija pjattaforma xierqa għal diskussjoni dwar l-iżvilupp futur tar-rwol tal-UE fil-qasam tas-saħħa u għall-promozzjoni tiegħu, sabiex jintlaħqu l-aspettattivi taċ-ċittadini u titjieb l-effiċjenza tas-sistemi tas-saħħa Ewropej. L-iżvilupp ta’ kooperazzjoni Ewropea msaħħa għandu jqis il-prinċipju tas-sussidjarjetà u jirrispetta l-fatt li l-Istati Membri għandhom ir-responsabbiltà primarja kemm għas-saħħa u l-kura soċjali u s-saħħa pubblika, kif ukoll għat-tħejjija u l-ġestjoni tal-kriżijiet;

13.

jinnota li, għalkemm il-politika tas-saħħa tibqa’ kompetenza primarja tal-Istati Membri, huwa meħtieġ li titnieda riflessjoni dwar kif tittejjeb il-koordinazzjoni fil-qasam tas-saħħa u kif jista’ jissaħħaħ ir-rispons tal-UE għat-theddid transkonfinali serju għas-saħħa matul id-dibattitu dwar il-futur tal-Ewropa, filwaqt li jitqiesu l-istrutturi sottonazzjonali differenti fil-qasam tas-saħħa u l-kompetenzi differenti tal-awtoritajiet tas-saħħa fl-Istati Membri individwali. Dan it-titjib jista’, fost affarijiet oħra, jippermetti lill-Istati Membri tal-UE jirrikonoxxu b’mod konġunt emerġenza tas-saħħa pubblika fil-livell makroreġjonali jew tal-Unjoni. Dawn jistgħu jippermettu wkoll li tiżdied il-kapaċità tar-rescEU, inklużi l-kapaċitajiet li jinħolqu r-riżervi ta’ prodotti u li jiġu organizzati t-timijiet mediċi ta’ emerġenza;

14.

jaħseb li peress li f’ħafna Stati Membri, l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom responsabbiltajiet u kompetenzi importanti fil-qasam tas-saħħa pubblika, il-KtR, bħala l-assemblea tal-UE tar-rappreżentanti reġjonali u lokali, jeħtieġ li jkollu rappreżentanza b’saħħitha fid-diskussjonijiet kollha fil-livell tal-UE dwar il-kompetenzi tas-saħħa, inklużi dawk fl-ambitu tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa;

15.

jesprimi x-xewqa tiegħu li jkun involut mill-qrib fil-ħidma tas-Summit Dinji tas-Saħħa li ser iseħħ fl-Italja fl-2021, li se jippermetti lill-UE tmexxi riflessjoni internazzjonali dwar kif tista’ tissaħħaħ is-sigurtà tas-saħħa fid-dinja fl-era pandemika;

Ir-rwol tal-awtoritajiet reġjonali u lokali

16.

itenni li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jinsabu fuq quddiem nett fir-rispons kontra l-pandemija tal-COVID-19. Dawn iwettqu azzjonijiet importanti u għandhom responsabbiltajiet f’ħafna Stati Membri biex iħarsu s-saħħa taċ-ċittadini, jimpjegaw sehem kbir tal-forza tax-xogħol tal-kura tas-saħħa, jiffinanzjaw u jimmaniġġjaw is-sistemi tas-saħħa u l-faċilitajiet tal-kura fuq medda qasira u twila ta’ żmien, u jfasslu u jimplimentaw politiki tas-saħħa, kif ukoll attivitajiet ta’ prevenzjoni u promozzjoni tas-saħħa. F’dan ir-rigward, il-forom ta’ awtonomija reġjonali huma essenzjali biex ikun possibbli li tinbidel malajr l-istruttura organizzattiva fis-seħħ sabiex ikun hemm rispons fil-pront għall-emerġenzi;

17.

jirrimarka li reġjun li jista’ jikkomunika direttament mal-UE jista’ jkun kapaċi jsib l-aħjar soluzzjonijiet fi żmien qasir biex isolvi l-emerġenzi u jkun jista’ jagħmel użu aħjar mir-riżorsi l-aktar adatti għall-ħtiġijiet tiegħu, peress li r-realtajiet reġjonali fl-Istati individwali spiss ikunu eteroġeni u l-ħtiġijiet ta’ reġjuni differenti jistgħu ma jkunux l-istess;

18.

jinnota b'dispjaċir li sfortunatament il-Komunikazzjoni ma tirreferix speċifikament għal-livelli reġjonali u lokali bħala atturi ewlenin fil-politika tas-saħħa, u ssemmi biss ir-rwol tar-reġjuni tal-fruntiera fil-kooperazzjoni transfruntiera fil-qasam tas-saħħa;

19.

jemmen, barra minn hekk, li hija meħtieġa koordinazzjoni akbar bejn il-livelli kollha tal-gvern sabiex tiġi evitata sitwazzjoni li fiha l-awtonomija essenzjali ta’ kull żona lokali jew reġjun tirriżulta f’inugwaljanzi f’termini ta’ trattament tal-pazjenti;

20.

jenfasizza l-ħtieġa li jiġi stabbilit network pubbliku-privat ta’ eċċellenza li jkun jinkludi, fil-każ ta’ emerġenzi kbar tas-saħħa pubblika, sptarijiet ta’ referenza li jispeċjalizzaw fl-istudju u t-trattament ta’ mard infettiv li jista’ jiġi trażmess fl-arja, b’kuntatt jew permezz ta’ vetturi.

Tagħlimiet meħuda mill-pandemija

21.

jinnota li s-sistemi tas-saħħa tal-Istati Membri wrew livelli differenti ta’ tħejjija għall-kriżi. F’xi każijiet, ma kinux lesti li jittrattaw kriżi bħal din minħabba nfiq insuffiċjenti fis-saħħa pubblika u nuqqas ta’ persunal mediku, filwaqt li oħrajn urew reżiljenza akbar. Dan juri l-ħtieġa li l-Kummissjoni Ewropea tkun tista’, f’kooperazzjoni mill-qrib ma’ kull Stat Membru, twettaq valutazzjoni rigward l-istat ta’ tħejjija tiegħu għall-epidemija;

22.

jilqa’, f’dan is-sens, il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea li torganizza, fir-rwol tagħha ta’ koordinazzjoni, testijiet tal-istress tas-sistemi tas-saħħa fl-Istati Membri sabiex jiġi żgurat il-funzjonament tal-pjan ta’ tħejjija u ta’ rispons tal-Unjoni. Jaħseb li dawn it-testijiet tal-istress għandhom jinvolvu bis-sħiħ, skont il-kompetenzi tagħhom, ir-reġjuni u l-bliet fl-Istati Membri kkonċernati;

23.

jitlob li jiġi żgurat l-iżvilupp kontinwu tal-pjattaformi u l-applikazzjonijiet diġitali, inkluża l-pjattaforma għas-sorveljanza stabbilita skont l-Artikolu 14 tar-Regolament dwar theddid transkonfinali serju għas-saħħa; barra dan jitlob li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jkunu involuti fit-tħejjija, il-monitoraġġ u l-ittestjar tal-istress tal-pjani vinkolanti proposti għat-tħejjija u r-rispons għall-kriżijiet tas-saħħa li għandhom jitfasslu fil-livell nazzjonali u tal-UE;

24.

jirrakkomanda li l-attivitajiet ta’ prospettiva proposti u r-rekwiżiti ta’ rappurtar imsaħħa dwar id-data u l-prestazzjoni tal-kura tas-saħħa jeħtieġ li jinkludu wkoll dimensjoni reġjonali, u mhux biss data nazzjonali;

25.

jinnota li s-servizzi tas-saħħa u soċjali lokali u reġjonali u l-faċilitajiet intermedji kellhom rwol ewlieni fl-appoġġ lill-isptarijiet kemm biex il-funzjoni ta’ “sptarijiet COVID” tiġi kkonċentrata fuq uħud minnhom kif ukoll biex jirċievu pazjenti negattivi għall-COVID jew li ma baqgħux pożittivi li kellhom bżonn ilestu l-proċess tal-kura tagħhom; jenfasizza l-ħtieġa li tissaħħaħ il-kura tas-saħħa lokali, li tieħu ħsieb il-pazjenti qabel u wara l-wasla fl-isptar. Il-Kummissjoni Ewropea u l-KtR għandhom it-tnejn li huma jaqdu rwol importanti fit-tixrid tal-prattika tajba f’dan il-qasam;

26.

jinnota li l-pandemija affettwat b’mod partikolari l-aktar gruppi fraġili tas-soċjetà (anzjani, morda, tfal u żgħażagħ), u xi drabi enfasizzat il-fraġilità tas-sistema soċjoekonomika globali u l-vulnerabbiltà fir-rigward tat-teknoloġija (xogħol intelliġenti, skola mill-bogħod, eċċ.); jenfasizza l-fatt li dawn is-setturi għalhekk jeħtieġu appoġġ aktar immirat, inkluż mill-UE;

27.

iqis li hemm bżonn li tissaħħaħ il-kapaċità ta’ koordinazzjoni ta’ wara l-pandemija billi jiġu promossi stili ta’ ħajja sostenibbli fil-livell lokali, b’enfasi sħiħa fuq iċ-ċittadini, billi jinbena qafas ta’ inċentivi u standards intelliġenti li kapaċi jistimulaw u jippremjaw imġiba ċivika mmirata lejn il-ġid komuni;

28.

jitlob li l-akkwist konġunt tal-UE jintuża biex jinxtraw vaċċini u mediċini kontra l-COVID-19 u biex jintużaw b’mod aktar sistematiku biex tiġi evitata l-kompetizzjoni bejn l-Istati Membri. Jappella wkoll għall-użu tagħhom biex jiġi żgurat aċċess ġust u affordabbli għal mediċini u apparat mediku oħrajn importanti, b’mod partikolari għal antibijotiċi innovattivi ġodda, vaċċini ġodda u mediċini kurattivi, kif ukoll mediċini għal mard rari;

Investiment fis-sistemi tas-saħħa

29.

jinnota li f’termini ta’ investiment fis-sistemi tas-saħħa, il-Komunikazzjoni ssemmi l-appoġġ lill-Istati Membri biex itejbu r-reżiljenza, l-aċċessibbiltà u l-effettività tas-sistemi tas-saħħa tagħhom, b’rabta mas-Semestru Ewropew, it-Tabella ta’ Valutazzjoni Soċjali u l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u l-pjani nazzjonali; huwa tal-fehma li jrid jiġi żgurat u/jew imsaħħaħ, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà, l-involviment tal-awtoritajiet lokali u reġjonali f’dawn l-istrumenti u l-proċessi kollha;

30.

jidentifika bħala prijorità strateġika l-promozzjoni ta’ servizzi tas-saħħa bażika mill-bogħod minn timijiet integrati ta’ professjonisti għat-trattament u l-monitoraġġ ta’ pazjenti bbażati fid-dar b’kundizzjonijiet kroniċi u multimorbożità; jenfasizza li t-telemediċina tista’ dejjem aktar tittrasforma d-dar f’post ta’ kura, b’iffrankar ekonomiku u soċjali evidenti u effiċjenza għolja fit-trattament, il-prevenzjoni u l-fejqan;

31.

iqis li l-Istati Membri jistgħu jikkooperaw biex jiżguraw li l-qafas kuntrattwali u t-trattament finanzjarju tal-professjonisti tas-saħħa li jwettqu attivitajiet ekwivalenti jkunu simili, sabiex ma jinħolqux – f'termini ta' ugwaljanza fil-professjonijiet – żoni privileġġjati li huma aktar attraenti għall-ħaddiema tas-saħħa kif ukoll żoni żvantaġġati li ma jistgħux jirreklutaw ħaddiema tas-saħħa;

32.

iqis li pagi ġusti u żidiet fis-salarji għall-ħaddiema tas-saħħa tal-ewwel linja huma essenzjali biex tinżamm ir-reżiljenza tas-sistemi tas-saħħa. Dawn jgħinu biex jiġi rikonoxxut il-professjonaliżmu tal-ħaddiema tas-saħħa u huma mod kif jintwera apprezzament għall-altruwiżmu tagħhom, li wera l-valur tiegħu f’termini taż-żamma tar-reżiljenza tas-sistemi tas-saħħa matul il-pandemija f’diversi Stati Membri;

33.

iqis li l-professjonisti intermedji bħalma huma dawk involuti biss fil-kura personali kif ukoll dawk b’ħiliet ta’ infermiera, jistgħu jgħinu biex jintlaħqu l-ħtiġijiet tal-entitajiet tal-kura u jiżguraw il-flessibbiltà meħtieġa fis-servizzi soċjali u tal-kura tas-saħħa;

34.

jaħseb li l-Istati Membri jeħtieġ li jivvalutaw il-faċilitajiet u l-ħiliet tal-persunal fuq bażi kontinwa biex jiżguraw li jkunu kapaċi jittrattaw kompiti prattiċi (eż. swabs u vaċċini) għall-popolazzjoni kollha f’każ ta’ emerġenzi sistemiċi;

Strateġija dwar il-vaċċini

35.

jistieden lill-Istati Membri jinvolvu lill-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-kampanja ta’ tilqim kontra s-SARS-CoV-2 sabiex jikkontribwixxu għat-tixrid u d-distribuzzjoni f’waqthom tal-vaċċini u jipprovdu liċ-ċittadini b’informazzjoni fattwali ċara dwar it-tilqim sabiex tiġi miġġielda d-diżinformazzjoni;

36.

jappoġġja l-iskambju ta’ prattika tajba bejn l-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-UE fir-rigward tal-indirizzar tal-eżitazzjoni fir-rigward tat-tilqim u l-fehim tar-raġunijiet għal tali eżitazzjoni fost il-professjonisti tal-kura tas-saħħa u tal-kura soċjali;

37.

jemmen bis-sħiħ li kienet deċiżjoni tajba li l-Unjoni Ewropea tħalliet takkwista l-vaċċini f’isem l-Istati Membri. Bil-għan li tittejjeb is-sitwazzjoni tad-disponibbiltà tal-vaċċini, tal-mediċini u ta’ provvisti mediċi oħra, huwa tal-fehma li l-UE għandha tipprova timminimizza d-dipendenza tagħha fuq pajjiżi terzi għall-produzzjoni ta’ dawn il-prodotti. Barra minn hekk jemmen li l-kumpaniji li żviluppaw vaċċini bis-saħħa tal-użu ta’ fondi pubbliċi għandhom jaqsmu l-privattivi tagħhom ma’ kumpaniji oħra biex jagħtu spinta lill-kapaċitajiet ta’ produzzjoni fl-Ewropa;

38.

iqis li l-istrateġija dwar il-vaċċini għandha tevolvi mal-istat tal-progress fit-tilqim fil-popolazzjoni, sabiex din l-istrateġija l-ewwel tkun immirata lejn gruppi ta’ riskju għoli u persuni li jaħdmu f’servizzi essenzjali, bħall-ħaddiema tas-saħħa u tal-kura soċjali, u mbagħad testendi għal gruppi usa’, inkluż skont it-tnaqqis tar-restrizzjonijiet soċjali u ekonomiċi fil-post;

39.

jappoġġja l-ħolqien ta’ mudell organizzattiv li jippermetti li kemm jista’ jkun nies jitlaqqmu malajr kemm jista’ jkun, bl-użu tad-dożi kollha fil-kunjetti individwali.

Strateġija dwar il-ġlieda kontra d-diżinformazzjoni fil-qasam tas-saħħa

40.

jitlob li jittieħdu miżuri għall-monitoraġġ u l-ġlieda kontra d-diżinformazzjoni fil-qasam tas-saħħa, b’mod koordinat bejn l-Istati Membri kollha. Peress li l-awtoritajiet lokali u reġjonali huma dawk li jiffaċċjaw bl-aktar mod dirett l-isfidi tas-saħħa fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri, huma jintlaqtu direttament mit-tixrid, spiss intenzjonat, tad-diżinformazzjoni dwar is-saħħa. Huwa essenzjali li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jirċievu appoġġ uniku u koordinat sabiex ikunu jistgħu jiġġieldu din il-problema b’mod effettiv.

Brussell, is-7 ta’ Mejju 2021.

Apostolos TZITZIKOSTAS

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni


(1)  COTER-VII/005.

(2)  COM(2020) 727 final.


27.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 300/58


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Nixprunaw ekonomija newtrali għall-klima: Strateġija tal-UE dwar l-Integrazzjoni tas-Sistema tal-Enerġija

(2021/C 300/11)

Relatur:

Gunārs ANSIŅŠ (LV/RE), Membru tal-Kunsill tal-Belt ta’ Liepāja.

Dokument ta’ referenza:

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – Nixprunaw Ekonomija Newtrali għall-Klima: Strateġija tal-UE dwar l-Integrazzjoni tas-Sistema tal-Enerġija

COM(2020) 299

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – Stateġija tal-UE biex jiġi sfruttat il-potenzjal tal-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta għal futur newtrali għall-klima

COM(2020) 741

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar strateġija tal-UE biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-metan

COM(2020) 663

RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI

Il-kontinwità tal-provvista tal-elettriku, l-interkonnessjoni tan-networks tal-elettriku fl-Unjoni Ewropea u t-tranżizzjoni tal-enerġija nadifa

1.

jenfasizza li l-kriżi attwali wriet biċ-ċar il-ħtieġa li tiġi żgurata l-kontinwità tal-provvista tal-enerġija u tal-elettriku fir-reġjuni Ewropej kollha, inkluż f’sitwazzjonijiet fejn il-ktajjen tal-provvista globali jistgħu jiġu interrotti;

2.

jemmen li fl-Ewropa hemm diversità kbira fil-karatteristiċi tal-enerġija tar-reġjuni tagħha fir-rigward tad-domanda tagħhom għall-elettriku, il-potenzjal ta’ ġenerazzjoni u l-infrastruttura disponibbli, inkluż ġewwa l-fruntieri tal-istess pajjiż. Minbarra l-konnessjonijiet internazzjonali bejn is-sistemi, għandhom isiru sforzi addizzjonali biex tiġi żviluppata infrastruttura interreġjonali intranazzjonali, b’mod partikolari biex jiġi żgurat li l-enerġija rinnovabbli tiġi trasferita minn reġjuni b’riżorsi konsiderevoli, u li din l-infrastruttura tkun appoġġjata minn viżjoni globali Ewropea, peress li tikkontribwixxi għall-koeżjoni tas-suq Ewropew tal-elettriku;

3.

iqis ukoll li huwa importanti li tissaħħaħ il-kooperazzjoni transnazzjonali fir-rigward tal-implimentazzjoni konġunta tal-proġetti tal-enerġija u l-iżvilupp ta’ kapaċitajiet ta’ konnessjoni tal-elettriku transfruntiera sabiex jikkumpensaw għal nuqqasijiet potenzjali fil-provvista tal-elettriku fil-ħinijiet l-aktar intensivi. Madankollu, il-livelli minimi nazzjonali ta’ kapaċità tal-impjanti tal-enerġija siguri ma jistgħux jitnaqqsu;

4.

jirrimarka li l-Unjoni Ewropea bħalissa tissodisfa 58 % tad-domanda għall-enerġija tagħha permezz tal-importazzjonijiet, primarjament fil-forma ta’ żejt u gass. It-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa se tnaqqas id-dipendenza tal-UE fuq il-fjuwils fossili u l-importazzjoni tagħhom. L-Istrateġija tal UE dwar l-Integrazzjoni tas-Sistema tal-Enerġija se tikkontribwixxi għal dan il-proċess u biex jintlaħqu l-miri tal-enerġija u tal-klima. Fit-tranżizzjoni tagħha lejn enerġija nadifa, flimkien mal-adozzjoni ta’ miżuri ta’ effiċjenza fl-użu tal-enerġija, l-UE kollha kemm hi se tikkonsma anqas enerġija, iżżid l-għadd ta’ produtturi tal-enerġija permezz tal-għodod biex tiffaċilita l-awtokonsum u l-ħolqien tal-komunitajiet tal-enerġija, tuża aktar riżorsi lokali rinnovabbli u se tiddiversifika l-importazzjonijiet tal-enerġija tagħha b’mod gradwali. Dan l-iffrankar tal-enerġija, id-diversifikazzjoni u l-produzzjoni tal-enerġija lokali għandhom jagħmlu l-ekonomija Ewropea aktar reżiljenti u jnaqqsu d-dipendenza minn sorsi esterni;

5.

jenfasizza l-importanza tal-idroġenu nadif, primarjament mill-enerġija rinnovabbli, kif enfasizzat fl-Istrateġija ta’ Integrazzjoni tas-Sistema tal-Enerġija tal-UE, għal aktar integrazzjoni u dekarbonizzazzjoni tas-sistema tal-enerġija; jappella f’dan ir-rigward għall-implimentazzjoni rapida tal-istrateġija tal-UE dwar l-idroġenu u jirreferi għall-Opinjoni tiegħu dwar l-idroġenu nadif; jistenna li l-pakkett leġiżlattiv “Fit for 55” imħabbar mill-Kummissjoni Ewropea u r-reviżjoni li jmiss tas-suq tal-gass tal-UE jsegwu l-appelli li jinsabu f’dik l-Opinjoni u jippromovu l-integrazzjoni settorjali;

6.

jenfasizza l-importanza li tiġi żgurata u promossa firxa ta’ soluzzjonijiet differenti u taħlita ta’ sistemi tal-enerġija, fid-dawl tal-iżviluppi teknoloġiċi u ċ-ċirkustanzi differenti fir-reġjuni tal-UE mil-lat tal-klima, il-ġeografija, l-infrastruttura, is-sistemi tal-enerġija, eċċ. Il-qafas regolatorju tal-UE għandu, kemm jista’ jkun, ikun teknoloġikament newtrali fir-rigward tat-tnaqqis tal-emissjonijiet u s-sostenibbiltà, iqis l-alternattivi eżistenti kollha, speċjalment dawk disponibbli fil-livell lokali u jevita regolamentazzjoni żejda u piż amministrattiv akbar għal soluzzjonijiet sostenibbli u sikuri, u jiggwida l-isforzi sabiex jitnaqqas il-faqar enerġetiku tal-familji. Il-produzzjoni tal-enerġija bl-użu tal-fissjoni nukleari ma tissodisfax il-kriterju tas-sostenibbiltà;

7.

jinsab imħasseb ħafna dwar il-bini tal-pipeline Nord Stream 2, li jhedded is-sigurtà tal-enerġija Ewropea, iżid id-dipendenza tal-UE fuq il-Federazzjoni Russa, jinjora l-interessi ta’ ħafna pajjiżi tal-UE u mhux tal-UE u, minħabba l-objettivi ta’ dekarbonizzazzjoni tal-UE kollha, se jkollu obsoloxxenza bikrija. Jappoġġja lill-Parlament Ewropew fl-opinjoni tiegħu li t-tlestija ta’ dan il-proġett politiku għandha tieqaf immedjatament;

8.

ifakkar fil-ħames dimensjonijiet tal-kisba tal-Unjoni tal-Enerġija: it-tisħiħ tas-sigurtà tal-provvista tal-enerġija, it-tisħiħ tas-suq intern tal-enerġija, iż-żieda fl-effiċjenza enerġetika, it-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 (“dekarbonizzazzjoni tal-ekonomija”) u l-promozzjoni tar-riċerka u l-innovazzjoni fl-enerġija. Is-sigurtà tal-provvista tal-elettriku għandha tkun prijorità sabiex tiġi żgurata l-operazzjoni kontinwa tal-infrastrutturi kritiċi fir-reġjuni kollha, speċjalment fi żminijiet ta’ kriżi potenzjali, inklużi l-kriżijiet tal-enerġija. F’dan il-kuntest, minbarra kapaċitajiet ta’ produzzjoni suffiċjenti u flessibbli, jenħtieġu soluzzjonijiet lokali ta’ ġenerazzjoni, ħżin u flessibbiltà tal-enerġija biex jiġu pprovduti soluzzjonijiet għal kull żona abitata f’każijiet ta’ emerġenza u interruzzjonijiet, speċjalment f’reġjuni inqas żviluppati, reġjuni skarsament popolati u reġjuni b’sistemi tal-enerġija iżolati. Fl-istess ħin, għandu jiġi enfasizzat li t-trażmissjoni tal-enerġija għandha tiġi mmodernizzata. L-iżvilupp ta’ interkonnessjoni stabbli tal-elettriku bejn ir-reġjuni kollha tal-UE għandu jiffoka fuq it-tneħħija tal-ostakli fiżiċi sabiex tiġi żgurata integrazzjoni ġenwina tas-sistema tal-elettriku. L-interkonnessjoni sinkronika ta’ bosta sistemi tal-enerġija nazzjonali tgħin biex jitnaqqsu b’mod sinifikanti l-ispejjeż operattivi ta’ sistema tal-enerġija u biex tittejjeb is-sigurtà billi jitnaqqsu l-effetti negattivi potenzjali ta’ interruzzjonijiet lokali fuq l-istabbiltà tas-sistema tal-enerġija u billi tiġi ssemplifikata l-osservazzjoni tal-parametri operattivi essenzjali tas-sistema tal-enerġija, bħal pereżempju l-frekwenza tan-network;

9.

jenfasizza li l-effiċjenza u l-kosteffettività tal-ġestjoni tas-sistema tal-elettriku kif ukoll is-soluzzjonijiet għall-produzzjoni u għall-ħżin tal-enerġija lokali (batteriji kosteffettivi, stazzjonijiet tal-ippumpjar u soluzzjonijiet oħra) u għall-awtokonsum kondiviż huma wkoll ta’ importanza partikolari;

Ir-rwol speċifiku tal-awtoritajiet lokali u reġjonali

10.

jirrimarka li l-istrateġija tal-UE għall-integrazzjoni tas-sistema tal-enerġija hija deċiżiva għall-irkupru ekonomiku min-naħa tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, speċjalment wara l-kriżi tal-COVID-19. Fit-tranżizzjoni lejn sistema tal-enerġija aktar integrata, l-effiċjenza enerġetika għandha tkun objettiv ewlieni tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, filwaqt li jitqies il-kuntest usa’, b’mod partikolari t-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra u r-reġjuni inqas żviluppati. Żieda fl-effiċjenza enerġetika twassal għal inqas ħtiġijiet ta’ investiment ġenerali u inqas spejjeż għall-produzzjoni, l-użu u l-infrastruttura tal-enerġija. Dan inaqqas ukoll il-konsum assoċjat tal-art u l-materjal, id-degradazzjoni ambjentali u t-telf tal-bijodiversità. L-integrazzjoni tas-sistema tista’ tgħin biex tiżdied l-effiċjenza enerġetika tal-awtoritajiet lokali u reġjonali billi tuża r-riżorsi disponibbli biex taqleb għal teknoloġiji tal-enerġija aktar effiċjenti;

11.

huwa tal-fehma li l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom jippromovu kemm żieda fis-sehem tal-enerġija rinnovabbli kif ukoll titjib fil-politiki u l-miżuri, b’mod partikolari fis-setturi tat-tisħin, it-tkessiħ u t-trasport. Barra minn hekk, jeħtieġ li jiġi stabbilit pjan aktar ċar għall-iffrankar tal-enerġija, b’mod partikolari għat-trasport u l-bini;

12.

jirrimarka li t-trasport jammonta għal madwar 30 % tal-konsum finali tal-enerġija fl-Unjoni Ewropea u li jiddependi primarjament fuq il-prodotti petroliferi, u li d-dekarbonizzazzjoni tiegħu tirrikjedi elettrifikazzjoni akbar tal-konsum finali, kemm għall-użu dirett tiegħu fit-trasport kif ukoll għall-ġenerazzjoni ta’ trasportaturi ġodda tal-enerġija bħala fjuwil, mingħajr ma tiġi rifjutata kwalunkwe soluzzjoni teknoloġika għal raġunijiet mhux ġustifikati. Iqis ukoll li huwa meħtieġ li tiġi żviluppata l-infrastruttura tal-enerġija meħtieġa u b’hekk jingħata kontribut sinifikanti biex titnaqqas id-dipendenza tal-enerġija fuq pajjiżi terzi, u b’dan il-mod tiżdied is-sigurtà tal-enerġija tal-Ewropa;

13.

jirrimarka li l-bini jammonta għal 40 % tal-konsum tal-enerġija fl-Ewropa u li għalhekk pjan sistematiku biex jitnaqqas il-konsum tal-enerġija u jiġi promoss l-użu ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli fl-istokk tal-bini jista’ jgħin ħafna fit-tnaqqis tad-dipendenza tal-enerġija minn pajjiżi terzi u b’hekk tiżdied is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija tal-Ewropa;

14.

jirrimarka li l-investimenti biex tittejjeb il-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini għandhom ikunu sostnuti b’allokazzjoni finanzjarja adegwata biex iċ-ċittadini jiġu appoġġjati b’dan l-investiment ta’ bosta benefiċċji; jirrimarka li l-awtoritajiet lokali għandhom ikunu involuti fil-programmazzjoni u l-ġestjoni ta’ dawn ir-riżorsi;

15.

jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja għall-massimu tagħha l-valutazzjoni tal-għażliet għar-rinnovazzjoni tal-bini li huwa soġġett għal restrizzjonijiet b’rabta mal-preservazzjoni ta’ pajsaġġi kulturali jew il-kultura storika tal-bini, sabiex jiġi żgurat li f’dan il-bini jkunu jistgħu jintużaw sorsi ta’ enerġija rinnovabbli f’konformità mar-rekwiżiti rilevanti; jappella wkoll li dan l-aspett isir wieħed mill-pedamenti tal-Bauhaus Ewropew ġdid;

L-iżvilupp tal-infrastruttura reġjonali permezz ta’ mogħdijiet ta’ żvilupp aktar differenzjati skont il-ħtiġijiet tar-reġjun

16.

iqis li, fl-integrazzjoni tas-sistema tal-enerġija, huwa essenzjali li jiġi vvalutat l-impatt tal-miżuri fuq it-tkabbir reġjonali u, b’mod partikolari, fuq l-ilħuq tal-għanijiet tal-politika ta’ koeżjoni stabbiliti fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Dan huwa l-uniku mod biex jinkiseb żvilupp ibbilanċjat u kompetizzjoni ġenwina f’suq miftuħ. Sfortunatament, dan huwa mxekkel, fost affarijiet oħra, minn differenzi sinifikanti fil-prezzijiet tal-enerġija għall-utenti aħħarin;

17.

iqis li għandu jittieħed kont tal-isforz addizzjonali meħtieġ fir-reġjuni ultraperiferiċi biex jingħelbu l-ostakoli tekniċi ta’ sistemi mhux interkonnessi, mingħajr aċċess għas-suq intern tal-enerġija u mingħajr servizzi inerenti. Dan ifisser investimenti kbar fl-infrastruttura tal-enerġija (kapaċità ta’ riżerva, networks ta’ trażmissjoni inklużi kejbils sottomarini bejn il-gżejjer, sistemi tal-ħżin tal-enerġija, grilji intelliġenti u loġistika għall-aċċess, it-trasport u l-ħżin ta’ fjuwils li jniġġsu inqas) li, b’mod ġenerali, jistgħu jiggarantixxu s-sigurtà u l-kwalità tal-provvista tal-enerġija u l-integrazzjoni tar-riżorsi tal-enerġija lokali tar-reġjuni, b’mod partikolari l-enerġija rinnovabbli minn sorsi varji;

18.

jirrimarka li, mingħajr preġudizzju għal soluzzjonijiet innovattivi, l-integrazzjoni tas-sistema tal-enerġija għandha tiffoka qabelxejn fuq l-iżvilupp tal-infrastruttura reġjonali bażika eżistenti, li l-punti pożittivi u l-vantaġġi tagħha ġew ippruvati fil-prattika. Fid-dawl tal-kundizzjonijiet klimatiċi u infrastrutturali reġjonali differenti ħafna, għandhom jinstabu soluzzjonijiet kreattivi u intelliġenti għall-punti dgħajfa tal-infrastruttura reġjonali bażika eżistenti. Għalhekk, ikun żbaljat li wieħed jgħid li l-użu tal-elettriku għat-tisħin tal-bini għandu jiżdied fir-reġjuni kollha. It-tisħin distrettwali huwa żviluppat ħafna f’għadd ta’ pajjiżi. Pereżempju, aktar minn 70 % tar-residenti Latvjani huma fornuti b’tisħin distrettwali. L-ammont ta’ enerġija fornut b’dan il-mod huwa simili għal dak tal-konsum tal-elettriku fil-Latvja. It-tisħin distrettwali jista’ jikkontribwixxi għall-ħżin, il-ġenerazzjoni u l-użu tal-enerġija li ma tistax tintuża fil-livell tal-bini. F’dan il-kuntest, it-tranżizzjoni gradwali tas-sorsi tal-enerġija lejn sorsi tal-enerġija rinnovabbli għandha tinkiseb ukoll għan-networks urbani u kollettivi tat-tisħin distrettwali u n-networks tas-sħana;

Kosteffettività għaċ-ċittadini u n-negozji

19.

jenfasizza li, kwalunkwe żvilupp ulterjuri tas-sistema tal-enerġija għandu dejjem jivvaluta jekk in-negozji u ċ-ċittadini jistgħux jiffrankaw l-ispejjeż. Il-prinċipju “l-effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel” għandu jkollu l-għanli jnaqqas l-impatt tat-tibdil fil-klima u jżid l-effiċjenza tar-riżorsi tas-sistemi integrati tal-provvista tal-enerġija kif ukoll itejjeb l-effiċjenza għall-utenti aħħarin. Fl-istess ħin, għandha tingħata attenzjoni biex jiġi żgurat li t-tranżizzjoni ma tkunx ta’ ħsara għall-interessi tal-konsumaturi. L-isforzi biex tittejjeb l-effiċjenza enerġetika m’għandhomx iwasslu għal prezzijiet ogħla tal-enerġija jew spejjeż oħra għaċ-ċittadini u n-negozji, mingħajr kumpens adegwat;

20.

jemmen li l-mira tat-tnaqqis tal-gassijiet serra għandha tiġi implimentata bl-aktar mod effettiv u b’mod li jirriżulta f’benefiċċji u effiċjenza mill-perspettiva tal-Istat Membru kkonċernat, b’mod partkolari għall-gruppi soċjalment vulnerabbli tiegħu. Għalhekk, fil-bidla lejn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli fil-futur, għandu jkompli jitqies ukoll il-privileġġ ta’ kull Stat Membru u ta’ kull awtorità reġjonali u lokali biex jiddeterminaw it-taħlita tal-enerġija tagħhom u l-istruttura ġenerali tal-provvista tal-enerġija tagħhom;

21.

jenfasizza li l-Kummissjoni għandha tikkontribwixxi bis-sħiħ, kemm fil-kuntest tal-leġiżlazzjoni tal-UE kif ukoll fil-ħidma futura tagħha, biex ittejjeb l-għarfien u l-informazzjoni tal-pubbliku tal-UE dwar l-użu tat-teknoloġiji tal-enerġija rinnovabbli u l-promozzjoni tal-produzzjoni tal-enerġija minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli, minħabba li n-nuqqas ta’ aċċettazzjoni min-naħa tal-pubbliku fir-rigward ta’ ċerti teknoloġiji tal-enerġija rinnovabbli jew proċessi ta’ ġenerazzjoni, minħabba raġunijiet ideoloġiċi jew in-nuqqas ta’ informazzjoni, jirrappreżenta ostaklu ewlieni għall-espansjoni tas-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli. Huwa importanti wkoll li mhux biss titqajjem kuxjenza fost il-komunità lokali, iżda wkoll li jitwassal il-messaġġ li l-enerġiji rinnovabbli huma ta’ benefiċċju prattiku, speċjalment għall-komunità lokali;

22.

jinnota li għandha tingħata attenzjoni partikolari għal soluzzjonijiet li jistgħu jeliminaw id-differenzi sinifikanti fil-prezzijiet tal-enerġija (inklużi l-ispejjeż kollha relatati) għall-utent aħħari fis-suq intern tal-UE. Jeħtieġ li ż-żieda fl-użu ta’ riżorsi rinnovabbli fis-sistema tal-enerġija tiġi vvalutata wkoll mill-perspettiva tal-kostijiet tal-utent aħħari. F’dan il-qasam, l-opportunitajiet għall-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet innovattivi u kosteffettivi għall-konsumaturi għadhom ’il bogħod milli jiġu eżawriti;

Lejn newtralità klimatika sal-2050

23.

ifakkar li għandhom jitqiesu l-isforzi addizzjonali tar-reġjuni b’sistemi tal-elettriku iżolati u li għalihom għadhom mhumiex disponibbli soluzzjonijiet teknoloġiċi innovattivi li jippermettu interkonnessjoni ma’ networks integrati oħra. Dan huwa l-każ tar-reġjuni ultraperiferiċi, fejn għandhom jiġu kkunsidrati soluzzjonijiet alternattivi li, b’mod ġenerali, jistgħu jiggarantixxu s-sigurtà u l-kwalità tal-provvista tal-enerġija filwaqt li tinkiseb in-newtralità klimatika;

24.

huwa tal-fehma li n-newtralità klimatika u tal-gassijiet serra sal-2050 tista’ tinkiseb biss billi l-isforzi fl-oqsma tal-iffrankar tal-enerġija, l-effiċjenza enerġetika u l-enerġiji rinnovabbli jingħaqdu ma’ sforzi biex tiġi rkuprata s-sħana mormija. Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra fis-setturi kollha, minbarra li tiżdied l-effiċjenza fl-enerġija u jiġi promoss l-użu ta’ riżorsi tal-enerġija rinnovabbli, il-konnessjonijiet mal-infrastruttura bażika għandhom ukoll jiġu estiżi;

25.

jirrimarka li jekk l-Ewropa kollha kemm hi trid tilħaq l-objettiv tan-newtralità klimatika sal-2050, is-sistema tal-enerġija f’kull reġjun mhux se tirrigwarda wisq kemm se jiżdied il-perċentwal tal-enerġija ekoloġika fil-konsum totali tal-enerġija. Pjuttost, huma meħtieġa pjani konkreti dwar kif kull reġjun se jilħaq il-mira miftiehma b’mod komuni fl-UE, jiġifieri s-sehem globali tal-enerġija ekoloġika fil-konsum tal-enerġija tar-reġjun. Fid-dawl tal-kisbiet (1) li saru s’issa, huwa ċar li se jkunu meħtieġa sforzi differenti ħafna fl-Istati Membri u r-reġjuni differenti biex dawn jintegraw is-sistema tal-enerġija. Xi reġjuni se jkollhom jieħdu azzjoni biex iżidu s-sehem tal-enerġija ekoloġika fil-konsum tal-enerġija. Għal oħrajn, l-isfidi se jkunu li jittieħdu l-miżuri meħtieġa biex tittejjeb l-effiċjenza enerġetika u, għal oħrajn, biex tittejjeb l-infrastruttura bażika. Għalhekk, l-approċċ reġjonali fl-implimentazzjoni tal-istrateġija tal-UE għall-integrazzjoni tas-sistema tal-enerġija lokali huwa prerekwiżit għal ekonomija dinamika newtrali għall-klima;

Perspettiva dwar teknoloġiji għal enerġiji rinnovabbli lil hinn mill-kosta

26.

jilqa’ l-“Istateġija tal-UE biex jiġi sfruttat il-potenzjal tal-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta għal futur newtrali għall-klima” bħala realistika; jenfasizza li għandu jkun hemm ippjanar konkret sabiex il-kapaċità tas-sorsi tal-enerġija rinnovabbli, inkluża l-kapaċità installata tal-enerġija eolika lil hinn mill-kosta, tkun tista’ tiżdied. Il-kisba tal-miri tal-klima għall-2030 u l-2040 teħtieġ l-iżvilupp f’waqtu ta’ enerġiji rinnovabbli stabbiliti u kosteffiċjenti, bħall-enerġija eolika fuq l-art u dik solari. L-Istati Membri jiddependu mill-espansjoni tal-enerġija rinnovabbli sabiex jilħqu l-mira ta’ tniġġis żero u n-newtralità klimatika sal-2050. Dan l-iżvilupp huwa għalhekk importanti għall-produzzjoni tal-idroġenu minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli sabiex titwettaq id-dekarbonizzazzjoni tas-setturi fejn l-emissjonijiet huma diffiċli li jitnaqqsu;

27.

jaqbel mal-fehma li t-teknoloġiji tal-enerġija rinnovabbli (pereżempju l-enerġija idroelettrika, l-enerġija ġeotermali u solari, it-teknoloġiji tal-enerġija mill marea u mill mewġ u impjanti solari, eoliċi u lil hinn mill-kosta galleġġanti) għandhom jiġu promossi b’mod immirat, filwaqt li fl-istess ħin jappoġġjaw l-objettivi ekonomiċi u ambjentali tal-UE; jenfasizza, fl-istess ħin, il-ħtieġa għal pjan ċar biex fil-futur in-networks u l-installazzjonijiet tal-produzzjoni tal-enerġija bħas-sistema ta’ distribuzzjoni fil-baħar u l-ġenerazzjoni tal-enerġija eolika lil hinn mill-kosta jiġu konnessi b’mod dirett ma’ interkonnetturi transfruntiera. Il-ġenerazzjoni tal-enerġija lil hinn mill-kosta flimkien mat trażmissjoni transfruntiera tal-enerġija twassal għal iffrankar sinifikanti fl-ispejjeż u twassal biex jintuża anqas spazju tal-baħar. Madankollu, is-sajd u t-tbaħħir ma għandhomx ikunu ristretti;

28.

jappella li jiġu stabbiliti linji gwida ċari u prattiċi għall-użu ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta fid-dawl tal-bijodiversità. L-objettivi tal-enerġija ekoloġika u tal-bijodiversità m’għandhomx jitqiesu bħala opposti, iżda jridu jinstabu modi biex dawn jintlaħqu, sabiex ikun jista’ jiġi sfruttat aktar malajr il-potenzjal tal-enerġija lil hinn mill-kosta u jiġi ggarantit ippjanar spazjali marittimu konkret li mhux biss ikun konformi mal-ħtiġijiet tad-diversità naturali, bil-għan li l-ħajja tal-baħar ikollha inqas tfixkil, iżda wkoll max-xewqat taċ-ċittadini filwaqt li jitqiesu l-preservazzjoni tal-pajsaġġ tal-baħar, il-potenzjal dejjem akbar tal-ekoturiżmu u r-rekwiżiti għall-attrazzjoni tal-ambjent naturali;

29.

ifakkar fil-potenzjal tal-gżejjer u r-reġjuni ultraperiferiċi fl-iżvilupp tal-enerġija rinnovabbli offshore li jista’ jkollu rwol essenzjali fit-tranżizzjoni ta’ dawn ir-reġjuni lejn ekonomija newtrali għall-klima u li jista’ jkun ta’ benefiċċju għall-industrija, l-ekonomija u s-soċjetà fl-UE kollha;

30.

jirrimarka li l-użu ta’ enerġija offshore jista’ jwassal għall-ħolqien ta’ impjiegi ġodda jew li aktar ħaddiema jiġu mħarrġa mill-ġdid. Madankollu, dan ma għandux jirrestrinġi forom eżistenti ta’ impjiegi u l-opportunitajiet assoċjati magħhom. Huwa imperattiv li l-forza tax-xogħol tiġi mħarrġa mill-ġdid, b’taħriġ li jkun konformi mal-bżonnijiet speċifiċi tal-industrija tal-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta;

31.

jappella li fl-istrateġija tal-UE għal enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta jingħata rwol speċjali lill-portijiet. Dawn għandhom jiġu mmodernizzati u jkunu jistgħu jieħdu vantaġġ minn dawn l-opportunitajiet ta’ negozju ġodda, jiġifieri l-assemblaġġ, il-manifattura u l-manutenzjoni tas-sistemi għall-ġenerazzjoni ta’ enerġija lil hinn mill-kosta;

32.

jilqa’ l-opinjoni tal-Kummissjoni li, sabiex tinkiseb l-espansjoni proposta fl-“Istateġija tal-UE biex jiġi sfruttat il-potenzjal tal-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta għal futur newtrali għall-klima”, il-partijiet interessati kollha, inklużi l-Istati Membri, l-awtoritajiet lokali u reġjonali, iċ-ċittadini tal-UE, l-imsieħba soċjali u l-NGOs, jeħtieġ li jaħdmu flimkien; jenfasizza li ċ-ċertezza u ċ-ċarezza legali huma meħtieġa biex jiġi żgurat progress kontinwu u dejjem akbar fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta, peress li b’mod ġenerali l-investimenti huma intensivi ħafna fil-kapital, speċjalment fl-istadji bikrija tal-proġetti;

Strateġija tal-UE biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-metan – Opportunitajiet ġodda

33.

jinnota li, skont l-“Istrateġija tal-UE biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-metan”, 5 % biss tal-emissjonijiet globali tal-metan huma kkawżati mill-UE. Għaldaqstant, anke l-aktar pjani ambizzjużi tal-UE biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-metan iħallu impatt żgħir fuq it-tnaqqis tal-emissjonijiet globali tal-gassijiet serra. L-importazzjonijiet fis-suq intern għandhom ikunu permessi biss mill-pajjiżi (jew partijiet minnhom) li għandhom l-istess standards għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra bħal dawk tal-UE. B’dan il-mod biss jista’ jiġi żgurat li l-miri klimatiċi stabbiliti mill-UE ma jxekklux il-kompetittività globali tal-UE u l-kumpaniji tagħha;

34.

jappella li t-tnixxijiet tal-metan jiġu identifikati aktar malajr, kemm permezz tal-programm Copernicus kif ukoll permezz ta’ għodod oħra, meta Copernicus ma jkunx jista’ jipprovdi biżżejjed data. Huwa kruċjali li jiġi ddeterminat bi preċiżjoni fejn jiġu rilaxxati ammonti kbar ta’ metan fil-pajjiżi terzi. Din l-informazzjoni għandha ssir disponibbli għall-pubbliku sabiex iċ-ċittadini tal-UE jkunu jistgħu jieħdu deċiżjonijiet infurmati dwar jekk jixtrux oġġetti li jiġu prodotti f’postijiet bħal dawn. Skont il-“World Energy Outlook” tal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija, l-impjanti taż-żejt u tal-gass madwar id-dinja jirrilaxxaw ammonti differenti ħafna ta’ metan. Għaldaqstant, hemm potenzjal sinifikanti biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-metan f’dan il-qasam. Għalhekk, anke fi ħdan l-UE, jeħtieġ li jiġi evitat it-tixrid tal-metan tul il-ktajjen tal-produzzjoni, tat-trasport u tal-irkupru u li jiġu evitati l-importazzjonijiet ta’ sorsi tal-enerġija fossili mniġġsa minn tnixxijiet tal-metan matul l-estrazzjoni, l-ipproċessar u t-trasport;

35.

jirrimarka li, skont l-“Istrateġija tal-UE biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-metan”, madwar 41 % tal-emissjonijiet globali tal-metan jiġu minn sorsi naturali (bijoġeniċi) bħal artijiet mistagħdra jew nirien fil-foresti. Il-prevenzjoni u l-ġlieda effettiva kontra n-nirien fil-foresti fl-UE għandhom isiru prijorità. Dan huwa dovut għall-fatt li dawn ma jħallux biss impatt fuq it-tisħin globali, iżda jistgħu jikkawżaw ukoll ħsara konsiderevoli lin-natura, lin-nies u lin-negozji fl-Ewropa. Il-KtR jappella wkoll li jiġi eżaminat kif l-UE tista’ twettaq aktar biex tiżgura li n-nirien fil-foresti jintemmu u jiġu evitati f’pajjiżi terzi, fejn kull sena jinħarqu żoni kbar ħafna ta’ foresti;

36.

jappella, fl-istess ħin, li jiġi żgurat li l-miri għat-tnaqqis tal-metan ma jaffettwawx il-konverġenza tar-reġjuni Ewropej u ma jżidux id-disparitajiet soċjoekonomiċi bejn ir-reġjuni Ewropej;

37.

jappella, fil-kuntest tal-PAK (Politika Agrikola Komuni), għal miżuri effettivi biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-metan mill-agrikoltura. Fil-kuntest tal-ekoskemi l-ġodda, sistemi ta’ input baxx bħar-ragħa kif ukoll miżuri ta’ konservazzjoni tal-ħamrija jistgħu jagħtu kontribut importanti għal dan;

38.

jappella li l-manifatturi Ewropej jingħataw kunsiderazzjoni akbar fl-iżvilupp tat-teknoloġiji u l-użu tagħhom, sabiex il-miri għat-tnaqqis tal-metan ma jwasslux għal spejjeż akbar għaċ-ċittadini u l-kumpaniji, speċjalment għall-bdiewa u dawk li jrabbu l-bhejjem. Fl-istess ħin, għandu jiġi żgurat li t-tnaqqis fl-emissjonijiet tal-metan mill-agrikoltura u mit-trobbija tal-bhejjem ma jwassalx għal żieda fil-prezzijiet tal-ikel;

Konklużjonijiet

39.

jenfasizza li, minbarra l-użu tal-possibbiltajiet il-ġodda tal-ġenerazzjoni tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli, għadu importanti li, bħala kwistjoni ta’ prijorità, jiġi żgurat li n-network Ewropew jitwessa’ u li kull reġjun ikun konness man-network tal-enerġija komuni Ewropew. Dan jippermetti li r-riżorsi rinnovabbli disponibbli f’postijiet differenti jkunu aktar komplementari. Standards minimi għas-sigurtà tal-provvista tal-elettriku u l-manutenzjoni tal-istabbiltà tan-network huma meħtieġa b’mod urġenti wkoll;

40.

jirrimarka l-importanza li jitqiesu d-differenzi reġjonali eżistenti, filwaqt li tingaħta attenzjoni partikolari liż-żoni rurali u dawk skarsament popolati, u jiġu appoġġjati wkoll soluzzjonijiet kosteffettivi, filwaqt li jiġi żgurat tnaqqis fl-ispejjeż tal-enerġija għaċ-ċittadini u n-negozji tal-Ewropa, b’mod partikolari għall-gruppi vulnerabbli, u li nieħdu ħsieb li l-faqar enerġetiku, li jista’ jkun qed jaffettwa l-gruppi l-aktar gruppi vulnerabbli, ma jaggravax;

41.

jinnota li l-pandemija tal-COVID-19 toħroġ aktar fid-dieher il-ħtieġa tat-tranżizzjoni tal-enerġija li tikkontribwixxi għal soċjetà u ekonomija aktar sostenibbli u tiżgura l-kapaċità ta’ kull reġjun Ewropew li jipprovdi servizzi essenzjali fi żminijiet ta’ kriżi. It-tranżizzjoni għandha tkun ġusta, gradwali u irriversibbli, peress li soluzzjonijiet mhux sostenibbli fuq perjodu ta’ żmien qasir jistgħu jagħmlu aktar ħsara milli ġid;

42.

jenfasizza li l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom ikunu involuti b’mod aktar sistematiku fit-teħid ta’ deċiżjonijiet b’rabta mat-tranżizzjoni tal-enerġija. Għandu jiġi żgurat li l-awtoritajiet lokali u reġjonali kkonċernati jkunu involuti fl-iżvilupp ta’ pjani nazzjonali dwar l-enerġija u l-klima, possibbilment permezz ta’ djalogi f’diversi livelli dwar il-klima u l-enerġija. Il-KtR itenni l-appell tiegħu lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex jistabbilixxu pjattaforma permanenti għal djalogu f’diversi livelli dwar il-kwistjonijiet relatati mal-enerġija. Dan jista’ jħeġġeġ il-parteċipazzjoni attiva tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, in-negozji u partijiet interessati oħra fit-tfassil tat-tranżizzjoni tal-enerġija. Il-KtR jenfasizza li d-Direttiva tal-UE dwar l-Enerġija Rinnovabbli 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) serviet ta’ bażi siewja ħafna għall-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli. L-Istati Membri huma mistiedna jimplimentaw din it-traspożizzjoni tad-Direttiva sabiex tiżdied il-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fil-komunitajiet tal-enerġija taċ-ċittadin;

43.

jirrimarka li, sabiex jintlaħqu l-għanijiet ġodda, huwa imperattiv li ssir ħidma konġunta mal-awtoritajiet lokali u reġjonali fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-politika, u li jiġi żgurat li ċ-ċittadini u n-negozji jkunu infurmati u mgħarrfa b’mod adegwat dwar is-sitwazzjoni. Dan isawwar il-bażi għat-tfassil sostenibbli tal-futur tagħna;

44.

jenfasizza li, minħabba l-importanza tal-parteċipazzjoni taċ-ċittadini, għandu jitqies li l-implimentazzjoni b’suċċess tal-istrateġija tal-integrazzjoni tas-sistema tal-enerġija tal-UE hija inkonċepibbli mingħajr inizjattivi li jippromovu fluss ta’ informazzjoni minn isfel għal fuq, kondiviżjoni ta’ informazzjoni u edukazzjoni fil-livell lokali. Il-KtR jinnota li involviment xieraq tal-partijiet interessati mhux biss jiffaċilita l-aċċettazzjoni pubblika tal-politiki, iżda jippermetti wkoll li ssir valutazzjoni sħiħa u trasparenti tal-progress li jkun sar.

Brussell, is-7 ta’ Mejju 2021.

Apostolos TZITZIKOSTAS

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni


(1)  Eurostat, “Share of renewable energy in the EU up to 19,7 % in 2019” (Is-sehem tal-enerġija rinnovabbli fl-UE sa 19,7 % fl-2019 – mhux disponibbli bil-Malti), https://ec.europa.eu/eurostat/web/products-eurostat-news/-/ddn-20201218-1.

(2)  Id-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 82).


27.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 300/65


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Pjan ta’ Azzjoni għall-Edukazzjoni Diġitali 2021-2027

(2021/C 300/12)

Relatur ġenerali:

Gillian COUGHLAN (IE/Renew Europe), Kunsillier, Kunsill tal-Kontea ta’ Cork

Dokument ta’ referenza:

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Edukazzjoni Diġitali 2021-2027 – Tfassil mill-ġdid tal-edukazzjoni u t-taħriġ għall-era diġitali

COM(2020) 624

RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI

1.

jinnota li s-soċjetà tal-lum qed titmexxa bl-għaġla lejn l-“era diġitali” fl-edukazzjoni bħala riżultat tar-restrizzjonijiet tas-soċjetà imposti minħabba l-pandemija tal-COVID-19;

2.

jitlob, madankollu, li wieħed iżomm f’moħħu li meta nirreferu għall-edukazzjoni u t-taħriġ, qed nirreferu għall-iżvilupp tal-ħsieb kritiku ta’ tfal żgħar, adolexxenti li jimpressjonaw ruħhom faċilment u adulti mmotivati mill-kurżità, għall-awtonomizzazzjoni, permezz tal-ħiliet fiżiċi u intelletwali, tan-negozjanti, il-professjonisti, il-ħaddiema manwali, il-ħaddiema tal-manutenzjoni, l-impjegati fis-settur tas-servizzi, l-intraprendituri u l-bdiewa – fil-qosor, dejjem dwar in-nies;

3.

iwissi li huwa importanti li ssir distinzjoni f’dan il-punt bejn l-edukazzjoni diġitali u t-tagħlim online jew mill-bogħod li kien impost b’ħafna għaġla matul l-ewwel lockdown tas-soċjetà u li kien adattat għar-restrizzjonijiet li segwew. Ir-realtà tal-lum mhijiex konformi mal-viżjoni Ewropea tal-edukazzjoni diġitali;

4.

jaqbel li l-kriżi tal-COVID-19 fl-istess ħin tefgħet dawl fuq il-fatturi abilitanti ewlenin għal edukazzjoni u taħriġ diġitali effettivi u li aċċellerat il-pass ta’ din il-bidla u wriet il-punti b’saħħithom, id-dgħufijiet, l-opportunitajiet u l-limitazzjonijiet tal-edukazzjoni diġitali;

5.

ifakkar li l-organizzazzjoni tas-sistemi edukattivi hija kompetenza nazzjonali, mingħajr preġudizzju għad-diviżjoni interna tas-setgħat f’kull Stat Membru; madankollu, sfidi ġodda jirrikjedu aktar koordinazzjoni Ewropea jew politiki ta’ appoġġ aktar b'saħħithom fiż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni: jeħtieġ li jiġu applikati standards internazzjonali tat-teknoloġija u rakkomandazzjonijiet tal-UE;

6.

itenni (1) li l-appoġġ tal-awtoritajiet lokali u reġjonali għall-edukazzjoni u l-inklużjoni diġitali huwa kruċjali kemm għall-istudenti kif ukoll għall-membri tal-pubbliku;

7.

jilqa’ b’sodisfazzjon l-isforzi li saru mill-Unjoni Ewropea biex iżżid il-ħiliet diġitali taċ-ċittadini Ewropej f’dawn l-aħħar għoxrin sena, li laħqu l-qofol tagħhom fil-Pjan ta’ Azzjoni għall-Edukazzjoni Diġitali 2021-2027 u l-objettiv li jiġi ffaċilitat it-twassil ta’ edukazzjoni ta’ kwalità għolja, inklużiva, aċċessibbli, effettiva u interessanti, waqt li tintegra metodoloġiji mill-bogħod, online u dawk imħalltin;

8.

jenfasizza l-importanza tal-kunċett tal-koeżjoni diġitali, kif deskritt fl-Opinjoni dwar Ewropa Diġitali għal kulħadd (2), bħala dimensjoni addizzjonali importanti tal-kunċett tradizzjonali ta’ koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali definit fit-Trattat tal-UE. Jitlob li dan jiġi estiż għall-isfera edukattiva u li jitqies fil-bidliet li jmiss tat-Trattat. Dan huwa pass neċessarju sabiex jiġu indirizzati l-isfidi tas-soċjetà fid-dawl tal-ħtiġijiet dejjem jikbru tad-diġitalizzazzjoni, filwaqt li jiġi żgurat li l-ebda persuna jew reġjun ma jitħallew jibqgħu lura;

Il-litteriżmu diġitali għal kulħadd

9.

huwa konxju li l-importanza tal-ħiliet diġitali tmur lil hinn mis-suq tax-xogħol, u għandha rwol dejjem aktar importanti fil-ħajja privata u pubblika taċ-ċittadini tagħna, b’mod partikolari għat-tagħlim, l-aċċess għall-informazzjoni u l-prodotti, kif ukoll għas-servizzi pubbliċi u privati, l-inklużjoni soċjali, id-divertiment u ħafna aktar applikazzjonijiet ta’ kuljum;

10.

jirrakkomanda li l-Pjan ta’ Azzjoni għall-Edukazzjoni Diġitali għandu jibni fuq l-aħjar prattika kif juru l-eżempji minn setturi oħra eż. in-negozju, filwaqt li jiġi salvagwardjat l-għarfien espert tal-professjonisti edukattivi u l-involviment interpersonali importanti fil-klassi;

11.

huwa konvint li huwa essenzjali li jiġi żgurat li l-edukazzjoni diġitali tasal ukoll għand l-iżjed persuni u gruppi vulnerabbli u tiffaċilita l-koeżjoni soċjali. L-Unjoni Ewropea għandha taħdem bis-sħiħ biex toħloq soċjetà fejn kulħadd jista’ jieħu sehem, irrispettivament mill-età, is-sess, l-isfond soċjali, l-etniċità, il-kapaċità fiżika u intellettwali;

12.

iwissi, barra minn hekk, li l-konnettività tal-faċilitajiet edukattivi rurali u f’żoni remoti u gżejjer se tkun kruċjali biex jingħelbu d-differenzi eżistenti minħabba li l-popolazzjoni hija mifruxa u iżolata meta mqabbla mal-bliet il-kbar, u jenfasizza li d-distakk diġitali bejn il-bliet il-kbar, u ż-żoni rurali, iż-żoni remoti u l-gżejjer jeħtieġ li jiġi indirizzat kif imiss mill-Pjan ta’ Azzjoni għall-Edukazzjoni Diġitali u l-miżuri nazzjonali li se jimplimentawh;

13.

jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tippromovi b’mod attiv id-dritt tal-persuni b’diżabilità għal edukazzjoni diġitali inklużiva, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jidentifikaw, jinvestu u jikkondividu karatteristiċi ta’ edukazzjoni diġitali li huma mfassla u adattati għall-persuni b’diżabilità; il-ħtiġijiet tal-edukazzjoni u l-ħiliet tal-gruppi vulnerabbli iridu jitqiesu u jiġu indirizzati billi jiġi żgurat li jkollhom aċċess ugwali għal edukazzjoni bażika ta’ kwalità għolja;

14.

huwa importanti wkoll li jiġu kkunsidrati l-ħtiġijiet tal-minoranzi nazzjonali, u anke li jkunu possibbli l-ħolqien ta’ kontenut u l-aċċess għalih, li huwa konformi mad-dritt tagħhom li jistudjaw fil-lingwa nattiva tagħhom;

L-intersezzjoni tal-edukazzjoni diġitali u t-tranżizzjoni diġitali

15.

jirrimarka li minn issa ’l quddiem is-soċjetà u l-ekonomiji Ewropej u dinjija se jfittxu persuni bil-ħiliet u l-kapaċitajiet biex isiru l-periti, il-bennejja u l-membri naturali ta’ din id-dinja diġitali ġdida u jenfasizza l-ħtieġa marbuta magħha li jinvestu fit-tfassil, l-iżvilupp u l-ksib ta’ ħiliet diġitali bażiċi u avvanzati;

16.

jesprimi dispjaċir għall-fatt li, għalkemm qed jiżdied gradwalment, anke 35 % tal-forza tax-xogħol attiva fl-Ewropa llum m’għandhiex ħiliet diġitali bażiċi (3), filwaqt li 90 % tal-impjiegi llum jirrikjedu mill-inqas livell minimu ta’ litteriżmu diġitali. Bit-tranżizzjoni diġitali prevista, l-ammont u l-livell ta’ ħiliet diġitali bażiċi meħtieġa ser jiżdiedu sostanzjalment;

17.

huwa mħasseb ħafna dwar il-fatt li hemm distakk ċar fil-ħiliet diġitali bażiċi bejn l-impjegati u l-persuni qiegħda, il-persuni akbar fl-età u l-adulti b’livell baxx ta’ edukazzjoni (4) u żieda ċara fid-distakk fl-edukazzjoni diġitali bejn in-nisa u l-irġiel. Li l-bniet jitħeġġu jkomplu l-istudji fis-suġġetti STE(A)M (sabiex jitnaqqas id-distakk diġitali bejn il-ġeneri) ser ikun pass fid-direzzjoni t-tajba; jistieden lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri jużaw l-implimentazzjoni tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, il-Programm tal-Ewropa Diġitali, Erasmus+, Orizzont Ewropa u l-Fond Soċjali Ewropew biex tiġi promossa l-parteċipazzjoni tan-nisa fl-iSTE(A)M u biex jiġi żgurat li l-finanzjament inaqqas dan id-distakk permezz ta’ appoġġ għall-fornituri tal-edukazzjoni diġitali;

18.

jesprimi wkoll tħassib dwar id-distakk diġitali ċar fiż-żoni rurali fil-komunità edukattiva kollha (għalliema, studenti u familji). Jistieden lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri jużaw il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u l-Fond Soċjali Ewropew biex jiżguraw li l-finanzjament inaqqas dan id-distakk permezz ta’ investimenti mmirati f’dawk ir-reġjuni li jiffaċċjaw sfidi demografiċi u jbatu minn nuqqas kontinwu u sinifikanti ta’ investiment, waqt li jiġu definiti proġetti stabbli u sostenibbli li għandhom impatt fuq il-komunità edukattiva kollha kemm hi;

19.

jappoġġja wkoll, għal dan il-għan, l-objettiv tal-Aġenda għall-Ħiliet li jiġi żgurat li 70 % ta’ dawk li għandhom bejn is-16 u l-74 sena jkollhom mill-inqas ħiliet diġitali bażiċi sal-2025;

20.

jirrakkomanda, barra minn hekk, li l-programmi kollha ta’ taħriġ u ta’ apprendistat jinkorporaw element diġitali, li jmur lil hinn mit-taħriġ dwar l-Opportunitajiet Diġitali u irrispettivament mill-ħila li qed tiġi mgħallma; u li l-Pjattaforma Ewropea ta’ Skambju proposta toħloq kontenut għal dawn il-korsijiet simili għal Liċenzja Internazzjonali tal-Kompjuter – ICDL – minbarra ċ-Ċertifikat Ewropew tal-Ħiliet Diġitali li ser ikun ibbażat fuq approċċ ta’ awtovalutazzjoni;

21.

jenfasizza l-ħtieġa li l-edukazzjoni diġitali ssir parti integrali mit-tagħlim tul il-ħajja u jitlob lis-setturi privati u pubbliċi jerfgħu r-responsabbiltà tagħhom għall-edukazzjoni u t-taħriġ taċ-ċittadini sabiex jibqgħu kompetittivi u rilevanti għas-suq tax-xogħol waqt li fl-istess ħin jkunu jistgħu jiżviluppaw bis-sħiħ il-ħajja personali tagħhom;

L-edukazzjoni diġitali – opportunitajiet u sfidi

22.

jemmen fil-benefiċċji qawwija li d-diġitalizzazzjoni tal-edukazzjoni jista’ jkollha jekk tkun iffukata fuq l-istudent, adatta skont l-età u orjentata lejn l-iżvilupp. Tali edukazzjoni tiggarantixxi edukazzjoni aċċessibbli, inklużiva, tagħmel disponibbli r-riżorsi sabiex tinkiseb edukazzjoni ta’ kwalità għal kulħadd u tinforza d-dritt għall-edukazzjoni bħala dritt fundamentali tal-bniedem;

23.

jitlob finanzjament pubbliku dirett immirat lejn l-iżvilupp ta’ mudelli ġodda ta’ tagħlim u l-promozzjoni tal-ħiliet tas-seklu 21 fil-livelli kollha tal-edukazzjoni, mill-iskola sal-università, kif ukoll biex tiġi ssemplifikata aktar l-istruttura tal-programmi ta’ finanzjament tal-UE, biex b’hekk tkun possibbli l-parteċipazzjoni ta’ grupp usa’ ta’ partijiet ikkonċernati u espansjoni ta’ sħubijiet bejn l-industrija u l-akkademja;

24.

jitlob li jissaħħaħ l-użu etiku tal-intelliġenza artifiċjali u l-użu tad-data fl-edukazzjoni u t-taħriġ għall-edukaturi u li l-attivitajiet relatati mar-riċerka u l-innovazzjoni jiġu appoġġjati permezz tal-programm Orizzont Ewropa;

25.

jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tagħmel il-programmi u l-miżuri differenti aċċessibbli u żżid il-viżibilità tagħhom permezz ta’ “informazzjoni u komunikazzjoni faċli biex jintużaw” u billi tappoġġja s-sistema deċentralizzata ta’ implimentazzjoni permezz tan-networks differenti tal-UE, bħaċ-Ċentri ta’ Innovazzjoni Diġitali;

26.

joffri l-għajnuna tiegħu fit-tixrid tal-kampanja ta’ sensibilizzazzjoni Connectivty4schools;

27.

jinsab imħasseb dwar iż-żieda fil-vjolenza u l-fastidju diġitali u jenfasizza l-ħtieġa li tiġi evitata din it-tip ta’ mġiba permezz tal-edukazzjoni;

28.

jitlob li tintuża sistema ta’ vawċers mill-bidu, bl-involviment tar-reġjuni u l-bliet, biex tingħata spinta lir-riċerka u l-iżvilupp fl-opportunitajiet tal-edukazzjoni diġitali;

29.

huwa konxju tal-frustrazzjoni rigward konnettività u tagħmir inadegwati li esprimew bosta studenti u għalliema fil-bliet u r-reġjuni Ewropej matul l-aħħar sena; itenni, minn naħa, il-messaġġ tiegħu (5) li l-prijoritajiet fl-iżvilupp tal-infrastruttura edukattiva lokali jeħtieġ li jinbidlu, u li l-awtoritajiet lokali u reġjonali se jappoġġjaw il-bidla għal infrastruttura tal-edukazzjoni moderna, funzjonali, diġitali u ekoloġika fil-komunitajiet tagħhom; jitlob, min-naħa l-oħra, lill-gvernijiet nazzjonali biex, permezz ta’ skemi ta’ finanzjament tal-UE, dawk nazzjonali jew ta’ sħubija man-negozji lokali, jipprovdu lill-għalliema u lill-istudenti kollha b’apparat diġitali adatt, flimkien ma’ aċċess liberu għall-apps u l-pjattaformi tal-komunikazzjoni u l-edukazzjoni diġitali;

30.

jenfasizza li l-pandemija globali enfasizzat il-ħiliet insostitwibbli tal-għalliema. Interazzjoni umana, moderazzjoni, inkoraġġiment, dimostrazzjoni, spjegazzjoni, korrezzjoni, valutazzjoni, parir, appoġġ, kompetenza u għarfien – dawn kollha huma pprovduti mill-għalliema. Jitlob biex dawk il-ħiliet jiġu żviluppati wkoll biex jidħlu fl-oqfsa diġitali, peress li l-għalliema għandhom rwol partikolarment kruċjali fl-użu u l-inklużjoni tat-teknoloġija diġitali għat-tagħlim u l-apprendiment;

31.

javża madankollu li t-teknoloġiji edukattivi għandhom jibqgħu għodda u ma għandhomx jissostitwixxu l-edukazzjoni bejn il-persuni peress li l-interazzjoni bejn il-bnedmin hija kruċjali għall-benessri u l-iżvilupp tal-istudenti, inkluża l-komunikazzjoni bejn l-istudenti u l-għalliema u l-istudenti bejniethom;

32.

jinsab imħasseb bir-riżultati reċenti tal-istudji (6) li jindikaw li 40 % biss tal-għalliema jħossuhom lesti li jużaw it-teknoloġiji diġitali fit-tagħlim;

33.

jissuġġerixxi li l-mudelli ta’ taħriġ tal-għalliema fl-Unjoni Ewropea jsiru aktar allinjati permezz ta’ kooperazzjoni msaħħa fost l-universitajiet tagħna u fost iċ-ċentri ta’ taħriġ kontinwu għall-għalliema, u jħeġġeġ il-ħolqien ta’ “ċentri” fiżiċi fil-bliet tal-università sabiex l-għalliema fis-sistema edukattiva jkunu jistgħu jagħmlu użu minn żvilupp professjonali waqt is-servizz u li jkun kontinwu u ta’ kwalità tajba; barra minn hekk, jissuġġerixxi li l-kontenut tal-korsijiet ta’ taħriġ kontinwu tal-għalliema jkun disponibbli b’mod miftuħ sabiex ikun jista’ jerġa’ jintuża fit-tagħlim ta’ kuljum;

34.

iħaddan l-idea ta’ Oqfsa ta’ Kontenut ta’ Edukazzjoni Diġitali; jixtieq, madankollu, li jkun żgurat li jiġi pprovdut finanzjament fil-livell reġjonali biex jiġi żgurat li l-għalliema kollha jħossuhom parti miċ-ċentru u li l-lingwi reġjonali jiġu appoġġjati bl-adattament tar-riżorsi għal kulħadd;

35.

huwa favur il-Qafas Ewropew tal-Kontenut tal-Edukazzjoni Diġitali jkollu l-inkubatur tat-teknoloġija tiegħu stess biex joħloq kontenut li huwa standardizzat skont il-Mudell ta’ Referenza ta’ Oġġetti ta’ Kontenut Kondiviż (bl-Ingliż Shareable Content Object Reference Model) u ta’ kwalità għolja, skont il-mudell ta’ Riżorzi Edukattivi Miftuħa (bl-Ingliż, Open Education Resources), u jappoġġja lill-għalliema u professjonisti oħrajn fil-ħolqien ta’ kontenut, programmi ta’ studji u riżorsi mfassla skont il-kriterji t’hawn fuq. Huwa essenzjali li tissaħħaħ il-kooperazzjoni u li l-materjali edukattivi u l-prattiki tajbin jiġu kondiviżi; jirrakkomanda li din l-unità tappoġġja lid-dipartimenti nazzjonali tal-edukazzjoni fil-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet teknoloġiċi sabiex il-flus jintefqu fuq l-aqwa teknoloġija, isir skrutinju rigoruż u kwalunkwe data miġbura tintuża b’mod xieraq;

36.

jistieden lill-Kummissjoni, permezz ta’ miżuri adatti, bħala parti mill-programmi Erasmus+, Orizzont Ewropa u InvestEU, fost affarijiet oħra, tappoġġja l-ħolqien ta’ pjattaformi pan-Ewropej għat-tixrid wiesa’ ta’ kontenut u għodod edukattivi b’mod inklużiv u multilingwi, waqt li jitqiesu l-lingwi reġjonali;

37.

jenfasizza l-investiment tal-UE fil-kultura diġitali, filwaqt li jenfasizza l-eżempju tal-pjattaforma Europeana li, waqt li offriet kontenut diġitali dwar l-istorja u l-kultura Ewropej, għenet biex jiġi diversifikat it-tagħlim fl-iskejjel fl-Unjoni Ewropea;

38.

jappoġġja u jitlob il-multiplikazzjoni ta’ inizjattivi bħall-proġett tal-iskola diġitali taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka, li jippermettu Korsijiet Online Miftuħa Massivi (MOOCs) bla ħlas u aċċessibbli;

39.

jenfasizza l-ħtieġa ta’ kultura diġitali fost il-komunità edukattiva. Fi żmien meta l-għarfien kollu jista’, apparentament, ikun aċċessat fuq l-internet, huwa kruċjali li l-komunità edukattiva tkun tista’ tiddistingwixxi u tiffiltra l-fatti mill-fehmiet u tkun tista’ tanalizza u tiġbor id-data b’mod indipendenti;

40.

huwa importanti wkoll li jinstabu mezzi biex il-ġenituri jingħataw għajnuna biex jappoġġjaw lil uliedhom fl-aċċess għall-edukazzjoni diġitali;

41.

jinnota li l-familji, l-istudenti u l-professjonisti tal-edukazzjoni rrappurtaw inċidenzi serji ta’ bullying fuq l-internet; jinnota wkoll li l-kura pastorali għat-tfal u l-istudenti ta’ kull età għadha qed tiġi pprovduta u ffinanzjata;

42.

jistieden lill-Kummissjoni tindirizza n-natura speċifika tad-data edukattiva u r-riskju li jinħoloq min-nuqqas ta’ regolamentazzjoni dwar l-iskambju u l-ħażna tagħha; jistieden ukoll lill-Kummissjoni tinvolvi lill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (EDPB) fir-riflessjoni dwar il-ħolqien ta’ status speċifiku għal data relatata mal-istudenti u ma’ dawk li jitgħallmu, u tissensibilizza lill-partijiet kollha involuti fl-edukazzjoni diġitali (għalliema, studenti, tfal tal-iskola, persuni li jitgħallmu u adulti) dwar l-importanza taċ-ċibersigurtà, u anke ssib mezzi biex iċ-ċibersigurtà f’dan il-qasam tittejjeb kontinwament.

Brussell, is-7 ta’ Mejju 2021.

Apostolos TZITZIKOSTAS

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni


(1)  L-Opinjoni tal-KtR dwar “Il-kisba sal-2025 taż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni”, Marzu 2021.

(2)  COR-2019-03332, Opinjoni tal-KtR dwar “Ewropa Diġitali għal kulħadd: noffru soluzzjonijiet diġitali intelliġenti u inklużivi fil-prattika”, adottata f’Ottubru 2019.

(3)  Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri “Azzjonijiet li ttieħdu mill-UE biex jiġi indirizzat il-livell baxx ta’ ħiliet diġitali”, Rieżami Nru 2, 2021.

(4)  Ibid.

(5)  L-Opinjoni tal-KtR dwar “Il-kisba sal-2025 taż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni”, Marzu 2021.

(6)  L-Istħarriġ Internazzjonali tat-Tagħlim u l-Apprendiment (TALIS) tal-OECD, 2018.


27.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 300/69


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Il-Midja fid-Deċennju Diġitali: Pjan ta’ Azzjoni

(2021/C 300/13)

Relatur:

Jan TREI (EE/PPE), Membru ta’ Assemblea Lokali: Kunsill tal-Muniċipalità Rurali ta’ Viimsi

Dokument ta’ referenza:

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni Il-Midja tal-Ewropa fid-Deċennju Diġitali: Pjan ta’ Azzjoni li jappoġġa l-Irkupru u t-Trasformazzjoni

COM(2020) 784 final

RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI

Kummenti ġenerali

1.

jilqa’ l-pjan tal-Kummissjoni Ewropea li tissemplifika l-appoġġ għas-settur awdjoviżiv u dak tal-midja u li tenfasizza l-ħtiġijiet tal-midja lokali u reġjonali fl-UE kollha fil-kuntest tal-irkupru ekonomiku, l-ekoloġizzazzjoni u d-diġitalizzazzjoni;

2.

ifittex li jistabbilixxi djalogu mad-DĠ CNECT tal-Kummissjoni dwar il-miżuri ta’ implimentazzjoni previsti bħala segwitu prattiku għall-Pjan ta’ Azzjoni; f’dan ir-rigward jenfasizza s-sinerġiji meħtieġa bejn il-fondi u r-regolamenti fil-livell Ewropew, nazzjonali, reġjonali u lokali;

3.

se jagħmel sforz biex iżid il-viżibbiltà tiegħu bħala attur politiku f’dan il-qasam vis-à-vis istituzzjonijiet oħra tal-UE, partijiet interessati settorjali u lokali/reġjonali u l-pubbliku ġenerali sabiex jiżdiedu l-informazzjoni u l-għarfien espert disponibbli u biex ir-rakkomandazzjonijiet ta’ politika tal-KtR jiġu diretti lejn il-livelli differenti ta’ governanza;

4.

jenfasizza li f’ħafna Stati Membri r-reġjuni huma responsabbli għar-regolamentazzjoni u l-appoġġ tas-settur tal-midja u dak kulturali; fi Stati Membri oħra, il-politika tal-midja hija kwistjoni tal-gvern ċentrali, mentri r-responsabbiltà tal-politika kulturali hija kondiviża bejn il-livell lokali, reġjonali u nazzjonali;

5.

iqis li sħubija mill-qrib mal-awtoritajiet lokali u reġjonali hija essenzjali għall-koordinazzjoni tal-appoġġ għas-settur tal-midja fil-livelli kollha tal-gvern;

6.

jilqa’ t-tnedija tal-inizjattiva “NEWS”, intiża biex tappoġġja s-settur tal-midja tal-aħbarijiet u li hija appoġġjata mill-garanzija tal-InvestEU, li se tagħti attenzjoni partikolari lill-midja lokali u reġjonali;

7.

huwa konvint li l-Pjan ta’ Azzjoni se jkollu impatt lokali u reġjonali qawwi minħabba l-fatt li l-vijabbiltà ekonomika, teknika u kreattiva tal-pluraliżmu tal-midja tiddependi mill-għadd kbir ta’ midja lokali u reġjonali u mill-istituzzjonijiet involuti fil-katina tal-valur, is-sorveljanza regolatorja u l-kooperazzjoni transsettorjali fis-settur tal-produzzjoni, dak tal-midja u dak awdjoviżiv;

8.

jagħraf il-valur partikolari tal-istrateġiji ta’ innovazzjoni reġjonali u anke lokali u tal-ispeċjalizzazzjoni intelliġenti fis-settur awdjoviżiv u dak tal-midja: dawn iwasslu għal soluzzjonijiet innovattivi u għandhom effetti kollaterali fuq oqsma ewlenin oħra tal-politika pubblika u l-attività ekonomika (l-edukazzjoni, il-ħiliet u s-saħħa);

9.

jistieden lill-Kummissjoni Ewropea biex, meta tfassal strumenti u azzjonijiet konkreti fil-qafas tal-Pjan ta’ Azzjoni, tħeġġeġ lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tal-UE jiċċaraw u jikkoordinaw, kemm jista’ jkun, l-assistenza finanzjarja speċifikament disponibbli għall-midja lokali u reġjonali fil-programmi rilevanti tal-UE u, b’mod partikolari, fl-istrument għall-irkupru, u qed jieħu l-impenn li jgħin biex ixerred din l-informazzjoni lill-atturi reġjonali u lokali rilevanti;

10.

jistieden lill-Kummissjoni Ewropea biex tiżgura b’mod partikolari li l-midja lokali u reġjonali tkun kemm jista’ jkun rappreżentata u involuta fil-forums Ewropej futuri tal-midja tal-aħbarijiet u fl-inizjattivi dwar il-perspettivi għas-settur Ewropew tal-midja;

11.

jenfasizza b’mod partikolari l-importanza li jiġu promossi l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju fis-settur awdjoviżiv u dak tal-midja; jitlob li dawn jiġu kkonsultati u inklużi fl-iżvilupp ulterjuri ta’ inizjattivi bħall-Portal tas-suq MEDIA u l-laboratorji kreattivi tal-innovazzjoni biex jiġu appoġġjati n-negozji ġodda u n-negozji li qed jespandu;

12.

jiġbed l-attenzjoni għall-importanza partikolari, għall-inqas għal perjodu tranżitorju, ta’ gazzetti u reklami mhux elettroniċi, li l-anzjani b’mod partikolari ma jridux li jiġu sostitwiti b’pubblikazzjonijiet elettroniċi, u għall-ħtieġa li l-pubblikaturi jkunu jistgħu jkomplu bid-distribuzzjoni tal-gazzetti, speċjalment fiż-żoni rurali, f’kundizzjonijiet ekonomiċi;

13.

jitlob li tingħata attenzjoni partikolari lill-midja komunitarja bħala t-“tielet settur” tax-xandir (li normalment tkun midja awtoorganizzata, parteċipattiva, mingħajr skop ta’ qligħ immirata lejn il-komunitajiet ġeografiċi lokali u/jew gruppi ta’ interess). Il-livelli kollha tal-gvern huma mitluba jirrikonoxxu b’mod dovut lill-midja komunitarja;

14.

jiddispjaċih li s-sitwazzjoni speċjali ta’ pajjiżi (swieq) żgħar, minħabba ċ-ċirkostanzi speċifiċi tagħhom, b’mod partikolari dawk relatati mal-lingwi minoritarji tal-UE jew il-lingwi mhux Ewropej speċifiċi ta’ gruppi migranti, ma titqiesx;

15.

jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tagħti attenzjoni speċjali u tappoġġja b’mod speċifiku lill-midja pubblika u privata kif ukoll lis-settur awdjoviżiv, li joħolqu kontenut u produzzjonijiet, jaħdmu u joffru s-servizzi tagħhom fil-lingwi kouffiċjali u minoritarji li jeżistu fir-reġjuni Ewropej, u b’hekk jikkontribwixxu għall-istandardizzazzjoni ta’ dawn il-lingwi u għar-rispett għad-diversità kulturali tar-reġjuni, u jiżguraw id-drittijiet lingwistiċi tal-abitanti tagħhom. Appoġġ bħal dan, li għandu jiġi pprovdut fil-forma ta’ finanzjament speċifiku għal dawn il-midja, huwa partikolarment meħtieġ biex ikunu jistgħu jimplimentaw it-trasformazzjoni diġitali tagħhom u b’hekk jiżguraw il-preżenza u l-permanenza tagħhom fl-ambjent diġitali;

16.

jilqa’ l-miżuri li jappoġġjaw u jenfasizzaw ir-rwol importanti li jaqdu l-attivitajiet tax-xandara tas-servizz pubbliku fil-livell reġjonali u lokali;

17.

jipproponi li l-Kummissjoni Ewropea tfassal miżuri speċifiċi ta’ appoġġ biex tippromovi l-midja reġjonali u lokali mill-fondi tal-UE għall-perjodu li jmiss 2021-2027;

Valutazzjoni ġenerali tal-Pjan ta’ Azzjoni

18.

iwissi li ma għandhiex tintesa l-importanza tal-investiment fil-litteriżmu diġitali, li huwa prerekwiżit għall-konsum tal-midja diġitali;

19.

jiddeplora l-fatt li l-miżuri ta’ politika favur il-midja tal-aħbarijiet lokali b’mod ġenerali s’issa ma għamluhiex possibbli biżżejjed biex in-negozji jinbidlu, jieħdu toroq ġodda u jiżviluppaw jew jistabbilixxu mudelli vijabbli ta’ negozju u dħul għat-trasformazzjoni diġitali;

20.

jinnota li l-kontenut tal-għaxar azzjonijiet tal-Pjan ta’ Azzjoni jirrifletti għadd ta’ ħtiġijiet ta’ dan is-settur u dawn l-azzjonijiet jistgħu jintużaw ukoll għall-promozzjoni tal-iżvilupp tal-midja lokali u reġjonali; jinnota, madankollu, li l-fatt li l-Pjan ta’ Azzjoni ma jirrikonoxxix b’mod espliċitu li l-awtoritajiet reġjonali f’diversi Stati Membri għandhom kompetenzi fis-settur tal-midja u dak awdjoviżiv;

21.

jirrakkomanda, b’mod partikolari, li għandhom jiġu rikonoxxuti l-kompetenzi u għandha tiġi ffaċilitata l-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fi djalogu strutturat dwar l-azzjonijiet konkreti tal-Pjan ta’ Azzjoni, b’mod partikolari l-Azzjonijiet 1 u 7;

22.

jemmen li regolamentazzjoni u strateġija mfassla tajjeb, flimkien ma’ miżuri ta’ appoġġ imfassla apposta, jistgħu joħolqu ambjent li jippermetti lill-midja lokali u reġjonali tindirizza b’suċċess l-isfidi tal-irkupru ekonomiku, l-ekoloġiżżazzjoni tal-intraprenditorija u d-diġitalizzazzjoni;

23.

jinnota li s-settur mhux biss għandu jkun jista’ jiffinanzja l-produzzjoni u d-distribuzzjoni tal-kontenut, iżda l-politiki tal-UE għandhom jirrikonoxxu wkoll li s-settur awdjoviżiv u dak tal-midja ma jistax jiġi rregolat bl-istess mod bħal setturi oħra; jenfasizza l-ħtieġa għal politika Ewropea li tippermetti lis-settur Ewropew tal-midja jkompli jipproduċi kontenut kompetittiv f’ambjent diġitali ġust;

24.

jitlob li jkun hemm impatt sostnut tal-Pjan ta’ Azzjoni u politika komprensiva tal-UE għas-settur tal-midja li tikkombina l-politiki regolatorji, tal kompetizzjoni u tat-tassazzjoni mal-fondi u l-programmi tal-UE sabiex titrawwem l-innovazzjoni u jinħolqu kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni għall-midja Ewropea, filwaqt li jiġu salvagwardjati l-valuri fundaturi Ewropej tar-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet ta’ persuni li jagħmlu parti minn minoranzi. Ir-rispett sħiħ ta’ dawn il-valuri għandu jkun prekundizzjoni għall-aċċess għall-fondi tal-UE mill-midja Ewropea;

25.

iqis li huwa importanti li jiġi żgurat ambjent tal-midja Ewropew b’saħħtu, pluralistiku, ekonomikament vijabbli, innovattiv, indipendenti, affidabbli u kapaċi jilħaq lis-soċjetà kollha. Dan huwa importanti ħafna għall-Unjoni Ewropea u d-demokraziji tagħha, kif ukoll għaċ-ċittadini, il-konsumaturi u n-negozji. Din hija wkoll kwistjoni ta’ koeżjoni soċjali;

26.

jenfasizza li l-midja lokali u reġjonali ħafna drabi tkun żvantaġġata meta mqabbla mal-pjattaformi online internazzjonali. Il-KtR huwa konvint li hemm bżonn ta’ attenzjoni aktar dettaljata tal-UE biex jiġu solvuti għadd ta’ kwistjonijiet (inkluż l-asimmetrija tal-informazzjoni u l-aċċess għad-data), peress li l-integrazzjoni vertikali tal-pjattaformi online, flimkien mal-funzjoni ta’ kontroll tagħhom, tfixkel serjament l-aċċess effettiv u l-għażla tas-servizzi u l-kontenut. Għalhekk il-Kumitat jemmen li hemm bżonn li fid-direttivi li jmiss tal-UE jiġu stabbiliti mekkaniżmi sabiex fl-offerti tagħhom, il-pjattaformi jinkludu l-midja lokali u reġjonali, rikonoxxuti mill-awtoritajiet statali jew reġjonali. Li wieħed jiffavorixxi s-servizzi proprji (awtopreferenza) joħloq theddida serja għall-pluraliżmu u l-kompetizzjoni ġusta;

27.

jenfasizza li l-libertà, il-pluraliżmu u l-indipendenza tal-midja, kif ukoll is-sikurezza tal-ġurnalisti, huma elementi essenzjali tad-dritt għal-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni u huma essenzjali għall-funzjonament demokratiku tal-UE u tal-Istati Membri tagħha, u f’dan il-kuntest japprezza l-ħidma ta’ għassiesa indipendenti bħaċ-Ċentru Ewropew għal-Libertà tal-Istampa u tal-Midja f’Leipzig;

Aspetti ekonomiċi

28.

ifakkar li l-midja lokali u reġjonali indipendenti, irrispettivament mill-mudell kummerċjali tagħha, qed tiffaċċja problemi finanzjarji persistenti fis-suq u li s-sitwazzjoni tagħhom sejra għall-agħar bil-pandemija tal-COVID-19;

29.

jinnota bi tħassib li s-suq awdjoviżiv frammentat tal-Istati Membri tal-UE se jkompli jxekkel l-isfruttament tal-vantaġġi tas-suq offruti mit-teknoloġija u d-daqs;

30.

jilqa’ l-fatt li xi Stati Membri tal-UE reċentement iddeċidew li jinvestu ammonti sinifikanti biex jappoġġjaw il-ġurnaliżmu lokali u reġjonali;

31.

itenni l-importanza strateġika tas-settur awdjoviżiv u dak tal-midja għall-ekonomija Ewropea u l-irkupru tagħha mill-kriżi; jilqa’ l-intenzjoni tal-Kummissjoni Ewropea li tiżviluppa dan il-qasam minn perspettiva ta’ politika industrijali, li tibni fuq djalogu dwar l-innovazzjoni mal-industrija u pjattaforma ddedikata għall-investiment fl-ekwità;

32.

jinnota li huwa utli wkoll li jitkejjel u jiġi vvalutat l-impatt territorjali (inkluż il-potenzjal ta’ żvilupp rurali) tal-promozzjoni tas-settur awdjoviżiv u dak tal-midja, b’mod partikolari fir-rigward tal-impatt ta’ dawn l-azzjonijiet fuq il-ħolqien ta’ impjiegi fiċ-ċentri tal-midja; Dan jista’ jkollu wkoll impatt fuq l-iżvilupp rurali jekk ikun akkumpanjat bl-offerta ta’ opportunitajiet aktar immirati, li għandhom jinħolqu fil-kuntest tal-pjani ta’ rkupru;

33.

jenfasizza l-importanza partikolari taċ-ċinema bħala servizz bi threshold baxx u ta’ spiss huwa l-unika attività kulturali pprovduta, speċjalment f’żoni rurali; jiġbed l-attenzjoni għall-konsegwenzi estremi għax-xhur ta’ għeluq taċ-ċinema fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19, u jqis li, sabiex jiġi ppreservat il-pajsaġġ taċ-ċinema Ewropew, jeħtieġ li jkun hemm perjodu twil adatt ta’ skrinjar esklużiv tax-xogħlijiet ċinematografiċi fiċ-ċinema qabel ma jixxandru fuq pjattaformi internazzjonali ta’ video-on-demand;

34.

jappella li jiġu promossi attivitajiet ta’ kooperazzjoni u ta’ networking fil-livell Ewropew bejn l-atturi awdjoviżivi u tal-midja lokali u reġjonali, kif ukoll bejn l-awtoritajiet pubbliċi, sabiex jitwettqu proġetti konġunti, jiġu żviluppati sinerġiji u jiġu skambjati l-aħjar prattiki;

35.

jilqa’ l-inizjattivi politiċi reċenti tal-UE bil-għan li jnaqqsu d-distakk bejn ir-riżorsi allokati għall-innovazzjoni teknoloġika u l-aspetti kulturali u kreattivi tas-settur awdjoviżiv u dak tal-midja;

36.

jilqa’, b’mod partikolari, il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea li tinvesti aktar fl-appoġġ għall-ambjent tal-midja billi talloka EUR 61 miljun mill-programm Ewropa Kreattiva 2021-2027 għal ġurnaliżmu ta’ kwalità, il-libertà tal-midja, il-litteriżmu medjatiku u l-pluraliżmu tal-midja;

37.

jilqa’ wkoll l-għodda interattiva ġdida tal-Pjan ta’ Azzjoni, li tiggwida lill-kumpaniji tal-midja permezz tad-diversi strumenti ta’ appoġġ; jirrakkomanda li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jippromovu l-istrumenti ta’ appoġġ speċifikament disponibbli għall-midja lokali u reġjonali;

38.

jiġbed l-attenzjoni għall-importanza li jiġu attirati ħaddiema tas-sengħa fis-settur tal-produzzjoni tal-midja awdjoviżiva u n-nuqqas ta’ ħiliet li diġà jeżistu, b’mod partikolari fil-qasam tal-professjonijiet ċinematografiċi, u f’dan ir-rigward jitlob ukoll li jkun hemm opportunitajiet ta’ finanzjament taħt il-fergħa MEDIA tal-programm Ewropa Kreattiva;

39.

jitlob, b’rabta mar-riorganizzazzjoni tal-appoġġ għall-festivals taħt il-fergħa MEDIA tal-programm Ewropa Kreattiva 2021-2027, li l-festivals ikomplu jiġu appoġġjati fuq medda twila ta’ żmien, individwalment u mhux biss fin-networks Ewropej, sabiex jiġu ppreservati l-individwalità u l-kwalità tagħhom;

40.

b’rabta mal-Azzjoni 1 tal-Pjan ta’ Azzjoni, jirrakkomanda approċċ b’saħħtu bbażat fuq il-post u sħubija mill-qrib mal-awtoritajiet lokali u reġjonali; f’dan ir-rigward, jissuġġerixxi li l-eżempji ta’ prattika tajba jiġu rrappurtati lill-Kummissjoni Ewropea bil-għan li dawn il-miżuri jiġu assoċjati u jiġu inklużi fil-pjani ta’ rkupru u fil-pjani ta’ azzjoni tal-Istati Membri tal-UE;

Il-midja lokali u reġjonali

41.

jenfasizza li l-midja tal-aħbarijiet lokali taqdi rwol importanti fil-ħajja pubblika u fid-dibattitu politiku peress li tippromovi l-għarfien politiku u l-parteċipazzjoni. Il-midja tal-aħbarijiet lokali indipendenti hija s-sinsla tad-demokrazija fis-soċjetà;

42.

jaqbel mal-fehma li l-protezzjoni tad-diversità u l-indipendenza tal-midja għandha tkun objettiv politiku ewlieni, li għandu jiġi enfasizzat ukoll fil-kuntest ta’ dan il-Pjan ta’ Azzjoni;

43.

jirrimarka li wieħed mir-rwoli tal-midja lokali huwa li tipproduċi ġurnaliżmu ta’ kwalità għolja, komprensiv u kritiku dwar il-gvernijiet u l-affarijiet pubbliċi b’mod oġġettiv u preċiż, biex b’hekk in-nies lokali jingħataw l-għarfien u l-opportunità meħtieġa biex jieħdu pożizzjoni dwar kwistjonijiet bħal dawn. Il-midja lokali tirrappreżenta r-reġjun tagħhom u tgħin lin-nies jifhmu li huma parti minn komunità, li huma konnessi permezz tal-istazzjon tal-aħbarijiet lokali komuni tagħhom u li hija aktar minn sempliċement il-prossimità ġeografika li tgħaqqadhom flimkien;

44.

jiddeplora l-fatt li ż-żoni skarsament popolati, għall-kuntrarju ta’ żoni urbani b’densità għolja ta’ popolazzjoni bil-midja lokali tradizzjonali u l-pjattaformi diġitali tagħhom, sikwit la jkollhom midja lokali tradizzjonali u lanqas diġitali. B’riżultat ta’ dan, il-kopertura ġurnalistika f’xi żoni hija ftit jew xejn;

45.

itenni li l-aħbarijiet u l-programmi kulturali fil-livell lokali u reġjonali huma fokus ewlieni tal-organizzazzjonijiet tal-midja tas-servizz pubbliku reġjonali fl-Ewropa kollha. Il-midja tas-servizz pubbliku reġjonali tikkontribwixxi għall-pluraliżmu tal-midja fir-reġjuni. Dawn jipparteċipaw ukoll fl-involviment tal-pubbliku fl-attivitajiet tal-awtoritajiet lokali u reġjonali u tal-organizzazzjonijiet kulturali u soċjali;

46.

jemmen bis-sħiħ li l-midja tas-servizz pubbliku reġjonali għandha tkun aċċessibbli għall-udjenzi fuq il-kanali kollha ta’ trażmissjoni – ir-radju, it-televiżjoni u l-internet, kif ukoll il-pjattaformi li joffru servizzi tar-radju u tat-televiżjoni f’dawn iż-żoni territorjali – sabiex ma titlifx is-sinifikat tagħha u tkun tista’ tkompli taqdi l-funzjoni primarja tagħha. Skont iċ-ċirkostanzi nazzjonali speċifiċi, huwa importanti wkoll li tiġi żgurata t-trażmissjoni tal-midja reġjonali permezz tal-kanali ta’ distribuzzjoni kollha possibbli, inklużi l-kejbil, it-televiżjoni diġitali terrestri, is-satellita u l-internet;

47.

jissuġġerixxi li għadd ta’ azzjonijiet tal-Pjan ta’ Azzjoni, b’mod partikolari l-Azzjoni 1, jistgħu jissaħħu fil-livell lokali u reġjonali, dment li jkunu previsti investimenti fil-bini tal-kapaċità għall-atturi lokali;

Innovazzjoni u teknoloġija

48.

itenni li d-diġitalizzazzjoni tista’ tgħin biex tattira udjenzi ġodda, tisfrutta l-kontenut mhux konvenzjonali, tipprovdi servizzi ġodda lill-midja lokali u reġjonali u tippromovi l-kooperazzjoni kulturali interreġjonali; huwa tal-fehma li hija biss id-diġitalizzazzjoni transsettorjali li toffri potenzjal kompletament ġdid għal mudelli kummerċjali fixkiela u servizzi u prodotti diġitali innovattivi, iżda jinsab imħasseb li l-ispiża ta’ din it-trasformazzjoni tista’ tkun għolja wisq għall-awtoritajiet lokali u reġjonali;

49.

ifakkar fil-ħtieġa li jitnaqqas id-distakk diġitali bejn id-dinja urbana u dik rurali, li huwa prerekwiżit biex iż-żoni rurali jkunu jistgħu jużaw il-mezzi diġitali ta’ komunikazzjoni u biex iċ-ċittadini tagħhom ikollhom aċċess għall-informazzjoni kollha disponibbli;

50.

jinnota li s-settur tal-midja jinsab fil-qalba tal-azzjoni tar-rivoluzzjoni transkonfinali attwali tad-data, l-intelliġenza artifiċjali u l-blockchain; jissuġġerixxi li l-midja jista’ jkollha rwol ewlieni fl-ittestjar u l-implimentazzjoni tal-linji gwida etiċi żviluppati mill-Grupp ta’ esperti ta’ livell għoli dwar l-intelliġenza artifiċjali tal-Kummissjoni u l-adattament tagħhom għas-settur tal-midja;

51.

jirrikonoxxi li l-kultura u ċ-ċinema Ewropej huma marbuta b’mod inseparabbli mal-identità Ewropea. Ambjent tal-midja pluralistiku u li jiffunzjona tajjeb fl-UE kollha huwa kruċjali għaż-żamma u l-promozzjoni tal-valuri u l-istil ta’ ħajja Ewropej. L-ambjenti kollha tal-midja jiddependu mill-istabbiliment ta’ prijoritajiet ibbilanċjati fl-implimentazzjoni tal-pjani ta’ rkupru tal-UE. Pereżempju, għandha tiġi żgurata rabta aktar mill-qrib bejn il-politika awdjoviżiva u dik tal-midja tal-UE minn naħa, u r-riċerka u l-innovazzjoni min-naħa l-oħra;

52.

jenfasizza r-rwol li l-industrija awdjoviżiva jista’ jkollha biex tippromovi t-turiżmu reġjonali u lokali, speċjalment fiż-żoni rurali, billi tippromovi u xxerred b’mod kreattiv l-attrazzjoni tagħhom u trawwem it-turiżmu sostenibbli u l-iżvilupp ekonomiku;

53.

jilqa’ l-fatt li, f’termini ta’ infrastruttura tad-data, l-azzjoni ewlenija tal-Pjan ta’ Azzjoni se tiżgura sinerġiji mal-programmi Orizzont Ewropa u Ewropa Diġitali. Dan għandu jrawwem l-innovazzjoni u l-kreattività u jagħmel it-tipi kollha ta’ midja – pubbliċi u kummerċjali, il-kanali l-kbar kif ukoll dawk żgħar – aċċessibbli fuq bażi nondiskriminatorja; jenfasizza li dawn is-sinerġiji għandhom ikunu disponibbli wkoll għall-midja lokali u reġjonali irrispettivament mis-sjieda u l-istrutturi amministrattivi tagħhom. F’dan ir-rigward, l-investiment f’teknoloġiji bħas-sottotitoli multilingwi, id-doppjaġġ fil-lingwa tas-sinjali jew id-deskrizzjoni awdjo għandu jkun meħtieġ b’mod sistematiku fil-produzzjoni informattiva u awdjoviżiva Ewropea;

54.

iqis li wieħed mir-rwoli tal-programm Orizzont Ewropa fl-appoġġ tal-komponenti tal-midja tal-infrastruttura b’sors miftuħ huwa prerekwiżit għal innovazzjoni ta’ suċċess mhux biss f’termini ta’ teknoloġija, iżda wkoll fir-rigward ta’ mudelli kummerċjali ġodda u l-użu tagħhom f’kull tip ta’ midja;

55.

iqis li fil-programmi ta’ finanzjament rilevanti kollha tal-UE (Ewropa Kreattiva, Erasmus+, Orizzont 2020, eċċ.) għandu jingħata valur adegwat lill-ħtiġijiet ta’ żvilupp tal-ħiliet diġitali fis-settur awdjoviżiv u dak tal-midja fil-livell lokali u reġjonali. Il-ħiliet diġitali għandhom imorru lil hinn mill-ħiliet bażiċi tal-ICT u għandu jiġi kopert ukoll il-litteriżmu fl-informazzjoni u medjatiku;

56.

jitlob li jiġi pprovdut appoġġ immirat fil-livell lokali u reġjonali sabiex jitwaqqfu Ċentri Ewropej tat-Teknoloġija tal-Midja flimkien maċ-Ċentri Ewropej tat-Teknoloġija li jkunu ffokati fuq it-taħriġ tal-atturi tal-midja – inkluż, fost l-oħrajn, dwar l-aċċess għall-fondi disponibbli, inklużi il-finanzjament għall-irkupru u l-indipendenza tal-midja. Dan se jippermetti inizjattivi pilota u t-tixrid ta’ soluzzjonijiet innovattivi Ewropej;

L-indipendenza tal-midja, il-kredibbiltà u vuċi aktar b’saħħitha għaċ-ċittadini

57.

jemmen li, fi kriżi tas-saħħa bħall-pandemija tal-COVID-19, l-aċċess għal informazzjoni affidabbli huwa ta’ importanza kbira; jinnota li kemm il-midja pubblika kif ukoll dik privata, bil-firxa wiesgħa ta’ servizzi tagħhom b’mod kwalitattiv u kwantitattiv, jinfurmaw, ixandru dokumentarji, jipprovdu divertiment u joffru servizzi edukattivi u kulturali fil-livell lokali, reġjonali u nazzjonali fil-kuntest tal-pandemija, u b’hekk jagħtu kontribut importanti biex jiġu indirizzati l-isfidi tal-kriżi; u jenfasizza l-oqsma bażiċi ta’ tħassib li ġejjin: l-aċċess għal informazzjoni mill-awtoritajiet pubbliċi, l-aċċess għall-internet, il-protezzjoni u l-appoġġ tal-midja indipendenti, id-diżinformazzjoni fil-qasam tas-saħħa pubblika u l-monitoraġġ tas-saħħa pubblika;

58.

itenni li, minħabba t-theddida tad-diżinformazzjoni, jeħtieġ li jitwettqu azzjonijiet fil-livelli amministrattivi kollha biex tiġi appoġġjata l-ħidma tal-verifikaturi tal-aħbarijiet u biex jiġi appoġġjat il-litteriżmu medjatiku fost il-popolazzjoni;

59.

jirreferi għall-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea li, fost affarijiet oħra, titlob b’mod espliċitu għal-libertà u l-pluraliżmu tal-midja u r-rispett tad-drittijiet fundamentali; jenfasizza li l-pressjoni finanzjarja, li ddgħajjef id-dritt għall-eżistenza tal-ġurnaliżmu professjonali online, toħloq theddida serja għal-libertà tal-midja; jistenna li l-Kummissjoni Ewropea tuża l-Att dwar is-Servizzi Diġitali u l-Att dwar is-Swieq Diġitali biex tindirizza l-fallimenti tas-suq u ttejjeb ir-relazzjoni żbilanċjata bejn il-ġganti tat-teknoloġija u l-kumpaniji tal-aħbarijiet, bir-rispett dovut għall-kompetenza regolatorja tal-Istati Membri għas-salvagwardja tal-pluraliżmu tal-midja;

60.

jenfasizza li l-kredibbiltà tal-midja tiżdied jew tonqos abbażi tal-indipendenza u l-libertà tal-espressjoni tagħha. Dan jikkuntrasta ma’ sitwazzjonijiet fejn korp governattiv jew mhux governattiv jista’ jiddeċiedi waħdu liema kontenut huwa affidabbli, kif jiġi kkontrollat l-aċċess għall-pjattaformi u liema kontenut jingħata inqas prijorità;

61.

fir-rigward tal-azzjonijiet rilevanti tal-Pjan ta’ Azzjoni, jenfasizza b’mod partikolari l-involviment taċ-ċittadini u l-benefiċċji għaċ-ċittadini, li huma l-kriterji ewlenin għall-appoġġ tal-proġetti, kif ukoll it-titjib tal-litteriżmu medjatiku fost il-pubbliku, speċjalment iż-żgħażagħ;

62.

iqis li huwa neċessarju li jiġi promoss il-litteriżmu medjatiku u tal-informazzjoni sabiex tiġi miġġielda d-diżinformazzjoni u tingħata għajnuna liċ-ċittadini biex jinnavigaw fl-ambjenti tal-midja diġitali, kif ukoll biex titrawwem ekosistema tal-midja b’kontenut ta’ kwalità u awtoregolamentazzjoni etika biex jiġu miġġielda d-diżinformazzjoni u l-aħbarijiet foloz;

63.

jilqa’ l-fatt li ċ-ċittadini huma fil-qalba tal-Pjan ta’ Azzjoni, b’mod partikolari fir-rigward tad-dritt ta’ aċċess għal ambjent tal-midja pluralistiku, divers u indipendenti, inkluż fil-livell reġjonali u lokali;

64.

jenfasizza, fl-interess tal-indipendenza tal-midja, li kwalunkwe appoġġ finanzjarju lill-midja għandu preferibbilment ikun soluzzjoni temporanja u jrid ikun verament universali. Is-sussidji selettivi għandhom ikunu limitati sabiex jiġi ppreservat ġurnaliżmu ħieles u ffinanzjat mis-suq. Madankollu, jekk jittieħdu miżuri eċċezzjonali, għandha tingħata attenzjoni biex jiġu evitati d-distorsjonijiet tas-suq u l-indipendenza tal-midja għandha tiġi salvagwardjata;

65.

iqis li l-Grupp ta’ Regolaturi Ewropej għas-Servizzi tal-Midja Awdjoviżiva għandu jippromovi l-iskambju tal-esperjenza u tal-aħjar prattiki fl-iżvilupp tas-sensibilizzazzjoni tal-midja, b’mod partikolari fir-rigward tal-attivitajiet ta’ appoġġ, riċerka, sensibilizzazzjoni, kooperazzjoni u ta’ evalwazzjoni mwettqa mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali indipendenti, kif ukoll forom ta’ kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, il-fornituri tas-servizzi tal-midja u l-istituzzjonijiet edukattivi;

Il-kuntest regolatorju

66.

jappella li jiġi konkretizzat l-impenn tal-Kummissjoni Ewropea favur suq tal-midja Ewropew li jiffunzjona tajjeb; jemmen li soluzzjoni ta’ suċċess għal din il-problema tista’ tmur lil hinn mil-leġiżlazzjoni dwar id-data, peress li hemm inkluż ukoll l-użu attiv ta’ strumenti tal-politika tal-kompetizzjoni nazzjonali u Ewropea biex tiġi evitata, pereżempju, id-disponibbiltà limitata ta’ infrastrutturi ewlenin għal parteċipanti ġodda fis-suq fl-Ewropa;

67.

itenni li l-politika awdjoviżiva tal-UE għandha tkun ibbażata fuq viżjoni olistika tal-ispazju ta’ manuvra li għad baqa’ fl-oqsma kollha relatati mal-midja bħall-kompetizzjoni, id-drittijiet tal-awtur, id-data, eċċ. It-tfassil tal-politika tal-UE jeħtieġ approċċ aktar orizzontali għas-settur awdjoviżiv u dak tal-midja; jitlob għal viżjoni aktar dettaljata u fit-tul għas-settur awdjoviżiv u għall-industrija tal-midja Ewropea kollha kemm hi;

68.

jenfasizza l-ħtieġa ta’ approċċ regolatorju speċifiku għall-politika tad-data għas-Suq Uniku Diġitali Ewropew sabiex jiġi sfruttat in-negozju li qed jespandi ta’ pjattaformi online, internazzjonali u b’saħħithom, ta’ video on demand għall-benefiċċju tal-Ewropej kollha;

69.

jitlob li jkun hemm politika tal-UE aktar dettaljata li toħloq kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni de facto għall-fornituri kollha tas-servizzi tal-midja awdjoviżiva. Dan jinkludi regoli dwar il-kondiviżjoni tad-data, il-monitoraġġ tal-kompetizzjoni u l-benefiċċji tat-taxxa. Għal operaturi iżgħar tas-suq f’dan is-settur, għandu jkun possibbli li jsiru eċċezzjonijiet sabiex tiżdied id-diversità tal-kontenut u l-produzzjoni lokali;

70.

jemmen fil-benefiċċji ta’ koordinazzjoni aktar mill-qrib tal-politika fil-livell tal-UE bejn l-Att dwar is-Servizzi Diġitali, il-Pjan ta’ Azzjoni għad-Demokrazija u l-Pjan ta’ Azzjoni dwar il-Midja: dawn għandu jkollhom l-istess objettiv – ekosistema Ewropea teknoloġikament avvanzata, etika u finanzjarjament soda li tkun kompetittiva internazzjonalment;

71.

jaqbel mal-Kummissjoni Ewropea li aċċess imtejjeb għall-kontenut awdjoviżiv u d-distribuzzjoni tiegħu se jkunu ta’ benefiċċju għad-domanda transkonfinali dejjem tikber (inkluż fir-reġjuni tal-fruntiera) u l-minoranzi lingwistiċi u għalhekk għandhom jiġu appoġġjati mill-politika tal-UE. L-imblukkar ġeografiku għandu jibqa’ jiġi limitat u jitnaqqas sabiex is-settur ikun jista’ jiżviluppa b’mod aktar liberu fl-UE kollha;

Governanza

72.

iqis, b’mod partikolari fir-rigward tal-Azzjoni 1 tal-Pjan ta’ Azzjoni, li approċċ b’saħħtu bbażat fuq il-post u sħubija mill-qrib mal-awtoritajiet lokali u reġjonali huma mezz effettiv biex jintlaħqu l-objettivi tagħhom;

73.

jinsab lest li jsegwi dan il-Pjan ta’ Azzjoni flimkien mal-Kummissjoni Ewropea sabiex jiġu żviluppati miżuri ta’ implimentazzjoni biex jiġu massimizzati l-opportunitajiet għall-midja lokali u reġjonali fl-UE.

Brussell, is-7 ta’ Mejju 2021.

Apostolos TZITZIKOSTAS

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni


III Atti preparatorji

Il-Kumitat tar-Regjuni

Interactio – mill-bogħod – Il-144 Sessjoni Plenarja tal-KtR, 5.5.2021–7.5.2021

27.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 300/76


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Theddid transkonfinali serju għas-saħħa u l-mandat taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard

(2021/C 300/14)

Relatur:

Olgierd GEBLEWICZ (PL/PPE), President tar-Reġjun ta’ Zachodniopomorskie

Introduzzjoni

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI

jappoġġja l-pjani tal-Kummissjoni Ewropea biex toħloq qafas legali aktar b’saħħtu u aktar komprensiv li fih l-Unjoni Ewropea, bil-kundizzjoni li tirrispetta l-prinċipju tas-sussidjarjetà u r-responsabbiltà primarja tal-Istati Membri għall-kura tas-saħħa u t-tħejjija għall-kriżijiet, tista’ tirreaġixxi malajr u tagħti bidu għall-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ tħejjija u rispons għal theddid transkonfinali għas-saħħa fl-UE kollha;

jirrimarka li s-saħħa pubblika f’dsatax-il Stat Membru tal-UE mhijiex il-kompetenza esklużiva tal-livell nazzjonali, iżda hija deċentralizzata fil-parti l-kbira tagħha u l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom kompetenzi sinifikanti fis-sistema nazzjonali tas-saħħa; jitlob, għalhekk, li jiddaħħal komponent sottonazzjonali aktar b’saħħtu;

jirrimarka li l-pandemija tal-COVID-19 serviet ta’ test tal-istress ġenwin li ħarġet fid-dieher lakuni serji fit-tħejjija, fil-komunikazzjoni transfruntiera u fil-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u r-reġjuni tal-fruntiera biex jindirizzaw it-theddid għas-saħħa. Stati Membri differenti, kif ukoll reġjuni individwali, adottaw approċċi epidemjoloġiċi differenti ħafna, b’konsegwenzi negattivi mhux biss għas-saħħa pubblika, iżda wkoll għal konsegwenzi soċjali u ekonomiċi negattivi;

huwa tal-fehma li r-rappreżentanti tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni (KtR), li jirrappreżenta l-awtoritajiet lokali u reġjonali mill-Istati Membri kollha tal-UE, għandhom ikunu involuti bħala osservaturi fil-ħidma tat-timijiet, il-kumitati u t-task forces stabbiliti fil-livell tal-UE biex jindirizzaw l-emerġenzi tas-saħħa pubblika, b’mod partikolari l-Kumitat Konsultattiv dwar l-emerġenzi tas-saħħa pubblika;

jappella sabiex jiġu introdotti strumenti effikaċi għall-koordinazzjoni bejn ir-reġjuni tal-fruntiera, inklużi dawk li jinsabu fil-fruntieri esterni tal-UE, u jipproponi l-istabbiliment ta’ gruppi ta’ kuntatt interreġjonali u transkonfinali;

jinnota li, għalkemm il-politika tas-saħħa tibqa’ kompetenza primarja tal-Istati Membri, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, huwa meħtieġ li titnieda riflessjoni biex jiġu approfonditi l-kompetenzi tal-UE fil-qasam tas-saħħa (Artikolu 168 tat-TFUE) matul id-dibattitu dwar il-futur tal-Ewropa sabiex, b’solidarjetà, jiġi indirizzat theddid transkonfinali serju għas-saħħa fl-Unjoni Ewropea, waqt li jitqiesu l-istrutturi sottonazzjonali differenti fil-qasam tas-saħħa u l-kompetenzi differenti tal-awtoritajiet tas-saħħa fl-Istati Membri individwali. Dawn il-kompetenzi l-ġodda għandhom, fost l-oħrajn, jippermettu lill-Kummissjoni tirrikonoxxi formalment emerġenza tas-saħħa pubblika fil-livell tal-Unjoni;

ifakkar li l-pandemija tal-COVID-19 kienet akkumpanjata minn restrizzjonijiet importanti għal-libertà ta’ moviment fl-Unjoni Ewropea;

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET SABIEX JITRESSQU EMENDI

A.   Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar theddid transkonfinali serju għas-saħħa u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE

Emenda 1

Artikolu 5

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

1.   Il-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri u mal-aġenziji rilevanti tal-Unjoni, għandha tistabbilixxi pjan tal-Unjoni għall-kriżi tas-saħħa u għall-pandemija (“il-pjan tal-Unjoni ta’ tħejjija u rispons”) biex tippromwovi rispons effettiv u koordinat għal theddid għas-saħħa transkonfinali fil-livell tal-Unjoni.

1.   Il-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri u mal-aġenziji rilevanti tal-Unjoni, għandha tistabbilixxi pjan tal-Unjoni għall-kriżi tas-saħħa u għall-pandemija (“il-pjan tal-Unjoni ta’ tħejjija u rispons”) biex tippromwovi rispons effettiv u koordinat għal theddid għas-saħħa transkonfinali fil-livell tal-Unjoni.

2.   Il-pjan tal-Unjoni ta’ tħejjija u rispons għandu jikkumplimenta l-pjanijiet nazzjonali ta’ tħejjija u rispons stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 6.

2.   Il-pjan tal-Unjoni ta’ tħejjija u rispons għandu jikkumplimenta l-pjanijiet nazzjonali ta’ tħejjija u rispons stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 6.

3.   Il-pjan tal-Unjoni ta’ tħejjija u rispons għandu, b’mod partikolari, jinkludi arranġamenti għall-governanza, għall-kapaċitajiet u għar-riżorsi għal:

3.   Il-pjan tal-Unjoni ta’ tħejjija u rispons għandu, b’mod partikolari, jinkludi arranġamenti għall-governanza, għall-kapaċitajiet u għar-riżorsi għal:

(a)

kooperazzjoni f’waqtha bejn il-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-aġenziji tal-Unjoni;

(a)

kooperazzjoni f’waqtha bejn il-Kummissjoni, l-Istati Membri , ir-reġjuni u l-awtoritajiet lokali tagħhom u l-aġenziji tal-Unjoni;

(b)

skambju sikur ta’ informazzjoni bejn il-Kummissjoni, l-aġenziji tal-Unjoni u l-Istati Membri;

(b)

skambju sikur ta’ informazzjoni bejn il-Kummissjoni, l-aġenziji tal-Unjoni u l-Istati Membri;

(c)

sorveljanza u monitoraġġ epidemjoloġiċi;

(c)

sorveljanza u monitoraġġ epidemjoloġiċi;

(d)

twissija bikrija u valutazzjoni tar-riskju;

(d)

twissija bikrija u valutazzjoni tar-riskju;

(e)

komunikazzjoni dwar riskju u kriżijiet;

(e)

komunikazzjoni dwar riskju u kriżijiet;

(f)

tħejjija u r-rispons dwar is-saħħa u l-kollaborazzjoni intersettorjali;

(f)

tħejjija u r-rispons dwar is-saħħa u l-kollaborazzjoni intersettorjali;

(g)

ġestjoni tal-pjan.

(g)

ġestjoni tal-pjan.

4.   Il-pjan tal-Unjoni ta’ tħejjija u rispons għandu jinkludi elementi ta’ tħejjija interreġjonali sabiex jiġu stabbiliti miżuri tas-saħħa pubblika transkonfinali koerenti, multisettorjali, b’mod partikolari billi jitqiesu l-kapaċitajiet għall-ittestjar, għat-traċċar tal-kuntatti, għal-laboratorji, u għal trattament speċjalizzat jew għal kura intensiva fir-reġjuni ġirien. Il-pjanijiet għandhom jinkludu mezzi ta’ tħejjija u rispons biex tiġi indirizzata s-sitwazzjoni ta’ dawk iċ-ċittadini b’riskji ogħla.

4.   Il-pjan tal-Unjoni ta’ tħejjija u rispons għandu jinkludi elementi ta’ tħejjija interreġjonali sabiex jiġu stabbiliti miżuri tas-saħħa pubblika transkonfinali koerenti, multisettorjali, b’mod partikolari billi jitqiesu l-kapaċitajiet għall-ittestjar, għat-traċċar tal-kuntatti, għal-laboratorji, u għal trattament speċjalizzat jew għal kura intensiva fir-reġjuni ġirien. Ir-reġjuni għandhom ikunu involuti bis-sħiħ fil-livell politiku fit-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ dawn il-pjanijiet. Il-pjanijiet għandhom jinkludu mezzi ta’ tħejjija u rispons biex tiġi indirizzata s-sitwazzjoni ta’ dawk iċ-ċittadini b’riskji ogħla.

5.   Sabiex tiżgura t-tħaddim tal-pjan tal-Unjoni ta’ tħejjija u rispons, il-Kummissjoni għandha twettaq testijiet tal-istress, eżerċizzji u analiżi ta’ azzjoni u ta’ wara l-azzjoni mal-Istati Membri, u taġġorna l-pjan kif meħtieġ.

5.   Sabiex tiżgura t-tħaddim tal-pjan tal-Unjoni ta’ tħejjija u rispons, il-Kummissjoni għandha twettaq testijiet tal-istress, eżerċizzji u analiżi ta’ azzjoni u ta’ wara l-azzjoni mal-Istati Membri, u taġġorna l-pjan kif meħtieġ.

Emenda 2

Artikolu 6

Pjanijiet nazzjonali ta’ tħejjija u rispons

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

1.   Fit-tħejjija tal-pjanijiet nazzjonali ta’ tħejjija u rispons kull Stat Membru għandu jikkoordina mal-Kummissjoni sabiex tintlaħaq konsistenza mal-pjan tal-Unjoni ta’ tħejjija u rispons, jinforma wkoll mingħajr dewmien lill-Kummissjoni u lill-HSC bi kwalunkwe reviżjoni sostanzjali tal-pjan nazzjonali.

1.   Fit-tħejjija tal-pjanijiet nazzjonali ta’ tħejjija u rispons kull Stat Membru għandu jikkoordina mal-Kummissjoni sabiex tintlaħaq konsistenza mal-pjan tal-Unjoni ta’ tħejjija u rispons, jinforma wkoll mingħajr dewmien lill-Kummissjoni u lill-HSC bi kwalunkwe reviżjoni sostanzjali tal-pjan nazzjonali.

Fejn applikabbli u fejn l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom responsabbiltajiet importanti tas-saħħa pubblika fil-kuntest tas-sistemi tas-saħħa nazzjonali, il-pjanijiet nazzjonali għandhom jinkludu pjanijiet ta’ tħejjija u ta’ rispons sottonazzjonali.

2.     Il-pjanijiet nazzjonali ta’ tħejjija u ta’ rispons għandhom jispeċifikaw jekk il-gruppi ta’ kuntatt transkonfinali interreġjonali jistgħux jew għandhomx jiġu stabbiliti f’żoni tal-fruntiera biex iħejju u jikkoordinaw azzjonijiet fir-reġjuni fuq iż-żewġ naħat tal-fruntiera f’każ ta’ theddida għas-saħħa.

Raġuni

L-involviment tar-reġjuni mhuwiex għażla fir-rigward tal-kompetenzi fil-livell reġjonali.

Spjega tal-bidliet proposti

Evidenti.

Emenda 3

Artikolu 7

Rapportar dwar l-ippjanar għat-tħejjija u għar-rispons

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

c)

l-implimentazzjoni ta’ pjanijiet nazzjonali ta’ rispons, inkluż fejn rilevanti l-implimentazzjoni fil-livelli reġjonali u lokali, li jkopru r-rispons għall-epidemiji; ir-reżistenza għall-antimikrobiċi, l-infezzjoni assoċjata mal-kura tas-saħħa, u kwistjonijiet speċifiċi oħra.

c)

l-implimentazzjoni ta’ pjanijiet nazzjonali ta’ rispons, inkluż fejn rilevanti l-implimentazzjoni fil-livelli reġjonali u lokali, li jkopru r-rispons għall-epidemiji; ir-reżistenza għall-antimikrobiċi, l-infezzjoni assoċjata mal-kura tas-saħħa, l-istatistika territorjali u kwistjonijiet speċifiċi oħra.

Ir-rapport għandu jinkludi, kull meta jkun rilevanti, elementi ta’ tħejjija u rispons interreġjonali f’konformità mal-pjanijiet tal-Unjoni u dawk nazzjonali, li jkopru b’mod partikolari l-kapaċitajiet, ir-riżorsi u l-mekkaniżmi ta’ koordinazzjoni eżistenti fir-reġjuni ġirien.

Ir-rapport għandu jinkludi, kull meta jkun rilevanti, elementi ta’ tħejjija u rispons interreġjonali u transkonfinali f’konformità mal-pjanijiet tal-Unjoni u dawk nazzjonali, li jkopru b’mod partikolari l-kapaċitajiet, ir-riżorsi u l-mekkaniżmi ta’ koordinazzjoni eżistenti fir-reġjuni ġirien.

L-awtoritajiet reġjonali u lokali għandhom ikunu involuti fit-tħejjija ta’ rapporti dwar kwistjonijiet relatati mal-kompetenzi tagħhom, b’mod partikolari dawk imsemmija fil-punt (c).

2.   Il-Kummissjoni għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-HSC l-informazzjoni li tirċievi f’konformità mal-paragrafu 1 f’rapport imħejji b’kooperazzjoni mal-ECDC u mal-aġenziji u mal-korpi rilevanti oħra tal-Unjoni kull sentejn.

2.   Il-Kummissjoni għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-HSC l-informazzjoni li tirċievi f’konformità mal-paragrafu 1 f’rapport imħejji b’kooperazzjoni mal-ECDC u mal-aġenziji u mal-korpi rilevanti oħra tal-Unjoni kull sentejn.

Ir-rapport għandu jinkludi profili tal-pajjiżi għall-monitoraġġ tal-progress u għall-iżvilupp ta’ pjani ta’ azzjoni biex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet identifikati fil-livell nazzjonali.

Ir-rapport għandu jinkludi profili tal-pajjiżi għall-monitoraġġ tal-progress u għall-iżvilupp ta’ pjanijiet ta’ azzjoni biex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet identifikati fil-livell nazzjonali jew sottonazzjonali .

Emenda 4

Artikolu 9

Rapport tal-Kummissjoni dwar l-ippjanar għat-tħejjija

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

1.   Abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri f’konformità mal-Artikolu 7, u tar-riżultati tal-awditi msemmija fl-Artikolu 8, il-Kummissjoni għandha sa Lulju 2022 u kull sentejn wara, tibgħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar is-sitwazzjoni attwali u l-progress dwar l-ippjanar għat-tħejjija u għar-rispons fil-livell tal-Unjoni.

1.   Abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri f’konformità mal-Artikolu 7, u tar-riżultati tal-awditi msemmija fl-Artikolu 8, il-Kummissjoni għandha sa Lulju 2022 u kull sentejn wara, tibgħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill kif ukoll lill-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni rapport dwar is-sitwazzjoni attwali u l-progress dwar l-ippjanar għat-tħejjija u għar-rispons fil-livell tal-Unjoni.

Emenda 5

Artikolu 10

Koordinazzjoni tal-ippjanar għat-tħejjija u għar-rispons fl-HSC

Punt ġdid (f)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

 

(f)

l-appoġġ għall-kooperazzjoni transfruntiera reġjonali fil-qasam tas-saħħa f’reġjuni li potenzjalment jew diġà jinsabu f’riskju, u l-koordinazzjoni tal-ħidma ta’ gruppi ta’ kuntatt transkonfinali interreġjonali.

Raġuni

Il-komponent reġjonali tal-ħidma tal-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa (HSC) jippermetti l-integrazzjoni mingħajr xkiel tar-reġjuni tal-fruntiera fir-rispons għall-kriżijiet u jgħin biex jiġi evitat in-nuqqas ta’ komunikazzjoni osservat f’numru ta’ okkażjonijiet fil-pandemija tal-COVID-19 fl-2020.

Emenda 6

Artikolu 11

Taħriġ tal-persunal tal-kura tas-saħħa u tal-persunal tas-saħħa pubblika

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

2.   L-attivitajiet ta’ taħriġ imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jimmiraw li jipprovdu lill-persunal imsemmi f’dak il-paragrafu bl-għarfien u bil-ħiliet meħtieġa b’mod partikolari biex jiżviluppaw u jimplimentaw il-pjanijiet nazzjonali ta’ tħejjija msemmija fl-Artikolu 6, jimplimentaw attivitajiet biex tissaħħaħ it-tħejjija għall-kriżijiet u għall-kapaċitajiet ta’ sorveljanza inkluż l-użu ta’ għodod diġitali.

2.   L-attivitajiet ta’ taħriġ imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jimmiraw li jipprovdu lill-persunal imsemmi f’dak il-paragrafu bl-għarfien u bil-ħiliet meħtieġa b’mod partikolari biex jiżviluppaw u jimplimentaw il-pjanijiet nazzjonali ta’ tħejjija msemmija fl-Artikolu 6, jimplimentaw attivitajiet biex tissaħħaħ it-tħejjija għall-kriżijiet u għall-kapaċitajiet ta’ sorveljanza inkluż l-użu ta’ għodod diġitali. L-attivitajiet ta’ taħriġ għandhom ikunu mmirati wkoll lejn l-awtoritajiet lokali u reġjonali b’kompetenzi fil-qasam tal-kura tas-saħħa sabiex jappoġġjaw il-bini tal-kapaċità fil-livell sottonazzjonali.

[…]

[…]

5.   Il-Kummissjoni tista’ tappoġġa l-organizzazzjoni ta’ programmi, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri, għall-iskambju ta’ persunal fil-qasam tal-kura tas-saħħa u persunal fis-settur tas-saħħa pubblika bejn żewġ Stati Membri jew aktar u għall-issekondar temporanju ta’ persunal minn Stat Membru għall-ieħor.

5.   Il-Kummissjoni tista’ tappoġġa l-organizzazzjoni ta’ programmi, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri, għall-iskambju ta’ persunal fil-qasam tal-kura tas-saħħa u persunal fis-settur tas-saħħa pubblika bejn żewġ Stati Membri jew aktar u għall-issekondar temporanju ta’ persunal minn Stat Membru għall-ieħor.

Tali miżuri għandhom jittieħdu b’mod partikolari f’reġjuni tal-fruntiera fejn l-awtoritajiet reġjonali u lokali għandhom kompetenzi sinifikanti fil-qasam tal-kura tas-saħħa, inkluż permezz tat-taħriġ tal-persunal ta’ gruppi ta’ kuntatt interreġjonali u transkonfinali.

Raġuni

Minkejja d-differenzi fid-diviżjoni tal-kompetenzi bejn l-Istati Membri individwali, l-awtoritajiet lokali u reġjonali spiss ikunu involuti kemm fil-ġestjoni tal-isptarijiet lokali kif ukoll fil-protezzjoni ċivili. Madankollu, huma neqsin minn taħriġ u kapaċitajiet speċifiċi. Hemm bżonn urġenti ta’ taħriġ immirat għas-servizzi muniċipali li ta’ spiss ikollhom nuqqas ta’ persunal. Dan se jippermetti ħinijiet iqsar ta’ rispons u azzjoni aktar effettiva.

Emenda 7

Artikolu 13(8)

Sorveljanza epidemjoloġika

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

8.   Kull Stat Membru għandu jinnomina l-awtoritajiet kompetenti responsabbli fi ħdan l-Istat Membru għas-sorveljanza epidemjoloġika kif imsemmi fil-paragrafu 1.

8.   Kull Stat Membru għandu jinnomina l-awtoritajiet kompetenti responsabbli fi ħdan l-Istat Membru għas-sorveljanza epidemjoloġika kif imsemmi fil-paragrafu 1. Dan il-monitoraġġ għandu jiġi żviluppat ukoll fil-livell territorjali, b’mod partikolari permezz ta’ statistika reġjonali.

Raġuni

Evidenti.

Emenda 8

Artikolu 19(3)

Notifika ta’ twissija

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Meta jinnotifikaw twissija, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u l-Kummissjoni għandhom jikkomunikaw minnufih permezz tal-EWRS kwalunkwe informazzjoni rilevanti disponibbli fil-pussess tagħhom li tista’ tkun utli fil-koordinazzjoni tar-rispons bħal:

Meta jinnotifikaw twissija, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u l-Kummissjoni għandhom jikkomunikaw minnufih permezz tal-EWRS kwalunkwe informazzjoni rilevanti disponibbli fil-pussess tagħhom li tista’ tkun utli fil-koordinazzjoni tar-rispons bħal:

(a)

it-tip u l-oriġini tal-aġent;

(a)

it-tip u l-oriġini tal-aġent;

(b)

id-data u l-post tal-inċident jew tat-tifqigħa;

(b)

id-data u l-post tal-inċident jew tat-tifqigħa;

(c)

il-mezzi ta’ trażmissjoni jew tixrid;

(c)

iż-żoni territorjali kkonċernati;

( d )

id-data tossikoloġika;

( d )

il-mezzi ta’ trażmissjoni jew tixrid;

( e )

il-metodi ta’ sejba u ta’ konferma;

( e )

id-data tossikoloġika;

( f )

ir-riskji għas-saħħa pubblika;

( f )

il-metodi ta’ sejba u ta’ konferma;

( g )

il-miżuri dwar is-saħħa pubblika implimentati jew maħsuba jittieħdu fil-livell nazzjonali;

( g )

ir-riskji għas-saħħa pubblika;

( h )

il-miżuri għajr dawk tas-saħħa pubblika;

( h )

il-miżuri dwar is-saħħa pubblika implimentati jew maħsuba jittieħdu fil-livell nazzjonali;

( i )

il-ħtieġa urġenti jew in-nuqqas ta’ kontromiżuri mediċi;

( i )

il-miżuri għajr dawk tas-saħħa pubblika;

( j )

ir-rikjesti u l-offerti għal assistenza ta’ emerġenza transkonfinali;

( j )

il-ħtieġa urġenti jew in-nuqqas ta’ kontromiżuri mediċi;

( k )

id-data personali meħtieġa għall-fini tat-traċċar tal-kuntatti f’konformità mal-Artikolu 26;

( k )

ir-rikjesti u l-offerti għal assistenza ta’ emerġenza transkonfinali;

( l )

kwalunkwe informazzjoni oħra rilevanti għal theddida transkonfinali serja għas-saħħa kkonċernat.

( l )

id-data personali meħtieġa għall-fini tat-traċċar tal-kuntatti f’konformità mal-Artikolu 26;

 

( m )

kwalunkwe informazzjoni oħra rilevanti għal theddida transkonfinali serja għas-saħħa kkonċernat.

Raġuni

Evidenti.

B.   Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 851/2004 li jistabbilixxi Ċentru Ewropew għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard

Emenda 9

Artikolu 3

Missjonijiet u kompiti taċ-Ċentru

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

2. (g)

fuq talba tal-Kummissjoni jew tal-HSC, jew fuq l-inizjattiva tiegħu, jipprovdi linji gwida għat-trattament u l-ġestjoni tal-każijiet ta’ mard komunikabbli u kwistjonijiet speċjali oħra tas-saħħa rilevanti għas-saħħa pubblika, b’kooperazzjoni mas-soċjetajiet rilevanti;

2. (g)

fuq talba tal-Kummissjoni jew tal-HSC, jew fuq l-inizjattiva tiegħu, jipprovdi linji gwida għat-trattament u l-ġestjoni tal-każijiet ta’ mard komunikabbli u kwistjonijiet speċjali oħra tas-saħħa rilevanti għas-saħħa pubblika, b’kooperazzjoni mas-soċjetajiet rilevanti , inklużi linji gwida għar-reġjuni tal-fruntiera u l-punti ta’ tranżitu nodali f’każi ta’ theddid transkonfinali għas-saħħa ;

Raġuni

Waqt il-pandemija tal-COVID-19, f’ċerti perjodi r-reġjuni tal-fruntiera u ċ-ċentri tat-trasport ma rċevewx gwida qabel ma daħlu fis-seħħ il-miżuri nazzjonali. Il-ħruġ bikri tal-linji gwida mill-ECDC, anke jekk ikunu informali u mhux vinkolanti, jiffaċilita rispons konġunt rapidu fil-livell lokali u reġjonali madwar l-UE, anke qabel jidħlu fis-seħħ il-miżuri nazzjonali speċifiċi.

Emenda 10

Artikolu 5

Tħaddim tan-networks iddedikati u l-attivitajiet tan-networks

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

 

2. (h)

ġbir ta’ data fil-livell sottonazzjonali fejn possibbli.

Raġuni

Is-sejħa għall-ġbir tad-data mill-ECDC fil-livell sottonazzjonali toriġina mill-esperjenza tal-pandemija tal-COVID-19: f’ċerti reġjuni, is-sitwazzjoni epidemjoloġika fil-livell reġjonali kienet differenti mill-medja fil-livell nazzjonali jew mis-sitwazzjoni fir-reġjuni ġirien.

Emenda 11

Artikolu 5b

Ippjanar tat-tħejjija u tar-rispons

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

1. (c)

jiffaċilita l-awtovalutazzjonijiet u l-evalwazzjoni esterna tal-ippjanar ta’ tħejjija u ta’ rispons tal-Istati Membri, u jikkontribwixxi għar-rapportar u l-awditjar dwar l-ippjanar tat-tħejjija u tar-rispons skont l-Artikoli 7 u 8 tar-Regolament (UE)…/… [ĠU: Jekk jogħġbok daħħal in-numru tar-Regolament SCBTH [ISC/2020/12524]];

1. (c)

jiffaċilita l-awtovalutazzjonijiet u l-evalwazzjoni esterna tal-ippjanar ta’ tħejjija u ta’ rispons tal-Istati Membri, inklużi l-ippjanar ta’ tħejjija u ta’ rispons fil-livell sottonazzjonali applikabbli għar-reġjuni tal-fruntiera u ċ-ċentri tat-trasport, u jikkontribwixxi għar-rapportar u l-awditjar dwar l-ippjanar tat-tħejjija u tar-rispons skont l-Artikoli 7 u 8 tar-Regolament (UE)…/… [ĠU: Jekk jogħġbok daħħal in-numru tar-Regolament SCBTH [ISC/2020/12524]];

Raġuni

Ir-reġjuni b’kompetenzi tas-saħħa importanti rrispondew għall-pandemija tal-COVID-19 permezz tal-ippjanar u r-riżorsi proprji tagħhom. Linji gwida u verifiki indipendenti setgħu ffaċilitaw l-iskambju ta’ informazzjoni u tejbu l-kwalità tar-rispons fil-bidu.

Emenda 12

Artikolu 5b

Ippjanar tat-tħejjija u tar-rispons

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

 

1. (l)

jagħmel rakkomandazzjonijiet dwar il-koordinazzjoni transfruntiera u dwar il-kompatibilità tar-rispons reġjonali għat-theddid għas-saħħa;

Raġuni

Ir-reġjuni b’kompetenzi tas-saħħa importanti rrispondew għall-pandemija tal-COVID-19 permezz tal-ippjanar u r-riżorsi proprji tagħhom. Linji gwida u verifiki indipendenti setgħu ffaċilitaw l-iskambju ta’ informazzjoni u tejbu l-kwalità tar-rispons fil-bidu.

Emenda 13

Artikolu 8

Tħaddim tas-sistema ta’ twissija bikrija u ta’ rispons

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

 

6.     Iċ-Ċentru għandu jikkoordina mill-qrib kemm jista’ jkun mal-gruppi reġjonali ta’ kuntatt transkonfinali dwar kwistjonijiet tas-saħħa.

Raġuni

In-nuqqas ta’ opportunitajiet ta’ skambju għamilha diffiċli għar-reġjuni tal-fruntiera biex jirreaġixxu b’mod adatt matul il-kriżi. Gruppi ta’ kuntatt transkonfinali konġunti li jaqsmu l-informazzjoni mal-ECDC u mal-awtoritajiet fil-livelli kollha jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti jieħdu deċiżjonijiet infurmati.

II.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

A.   Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar theddid transkonfinali serju għas-saħħa u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI

1.

jenfasizza li l-Artikolu 168 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jiddikjara li “livell għoli ta’ ħarsien tas-saħħa fiżika u mentali għandu jkun assigurat fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-istrateġiji u l-attivitajiet kollha tal-Unjoni” u li, skont l-Artikolu 196 tat-TFUE, “l-Unjoni għandha tinkoraġġixxi l-koperazzjoni bejn l-Istati Membri sabiex issaħħaħ l-effettività ta’ sistemi ta’ prevenzjoni ta’ diżastri naturali jew ikkaġunati mill-bniedem u ta’ protezzjoni minnhom”;

2.

ifakkar fl-impenn li ħa fl-Opinjoni tiegħu dwar il-Programm għall-azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa sabiex “jipprijoritizza s-saħħa fil-livell Ewropew u jappoġġja l-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-ġlieda kontra l-kanċer u l-epidemiji ta’ mard fil-kooperazzjoni transfruntiera dwar is-saħħa u fl-immodernizzar tas-sistemi tas-saħħa”;

3.

ifakkar fil-prinċipju ta’ “saħħa waħda” li jfisser li s-saħħa hija suġġett orizzontali li għandu jiġi integrat fl-oqsma u l-azzjonijiet kollha tal-politika tal-Unjoni Ewropea;

4.

iqis il-programm ta’ ħidma tal-Kummissjoni Ewropea ppubblikat fid-29 ta’ Jannar 2020, li jiddikjara li l-istil ta’ ħajja Ewropew ifisser li “insibu soluzzjonijiet komuni għall-isfidi kondiviżi u nħejju lin-nies bil-ħiliet li jeħtieġu, u ninvestu f’saħħithom u l-benesseri tagħhom”;

5.

jirrimarka li, skont l-Artikolu 1 tad-Direttiva 2011/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), għandhom jittieħdu miżuri biex jiġi ffaċilitat l-aċċess għal kura tas-saħħa transkonfinali sigura u ta’ kwalità għolja u biex tiġi promossa l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri fil-qasam tas-saħħa, b’rispett sħiħ tal-kompetenzi nazzjonali għall-organizzazzjoni u l-għoti ta’ servizzi tas-saħħa;

6.

jirrimarka li, skont stħarriġ tal-Ewrobarometru tal-2017, aktar minn 70 % tal-Ewropej jistennew li l-UE tinvolvi ruħha aktar fis-saħħa. Illum, aktar minn qatt qabel, dan huwa tħassib fundamentali taċ-ċittadini tal-UE, li bir-raġun jistennew li l-UE tassumi rwol aktar attiv f’dan il-qasam;

7.

jenfasizza li t-tagħlimiet meħuda mill-kriżi tal-COVID-19 jipprovdu opportunità għall-UE biex toħloq qafas interreġjonali aħjar għall-monitoraġġ u l-indirizzar ta’ theddid transkonfinali għas-saħħa għaċ-ċittadini tal-UE;

8.

jirrimarka li, minbarra l-ġlieda kontra l-pandemija, l-UE qed tħabbat wiċċha mal-problema serja tal-inugwaljanzi fis-sistema tas-saħħa u nuqqas permanenti ta’ persunal mediku f’xi partijiet, li teħtieġ ukoll l-attenzjoni tagħna;

9.

jinsab imħasseb li l-proposta ma tqisx kif dovut il-livell reġjonali u lokali, u jqis li l-kwistjonijiet transkonfinali huma indirizzati mill-perspettiva tal-fruntieri nazzjonali u mhux mill-perspettiva tal-ħtiġijiet speċifiċi tar-reġjuni tal-fruntiera;

It-tisħiħ tar-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-ippjanar u t-tħejjija tar-rispons

10.

jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li 19 minn 27 Stat Membru għażlu li jagħtu r-responsabbiltà primarja fil-qasam tal-saħħa, il-kura u s-saħħa pubblika lill-awtoritajiet lokali u reġjonali, u għalhekk jappella lil dawk l-awtoritajiet lokali u reġjonali biex ikunu involuti bis-sħiħ fl-iżvilupp tal-pjani nazzjonali ta’ tħejjija u ta’ rispons kif ukoll involuti fl-evalwazzjoni u fit-tħejjija tar-rispons;

11.

jirrimarka li jeħtieġ li jiġu identifikati mekkaniżmi ta’ implimentazzjoni fil-livell reġjonali. L-implimentazzjoni effettiva tal-pjanijiet nazzjonali ta’ tħejjija u ta’ rispons tiddependi fuq il-grad ta’ involviment tal-gvernijiet nazzjonali fil-livell reġjonali;

12.

jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea li torganizza testijiet tal-istress tas-sistemi tas-saħħa fl-Istati Membri sabiex jiġi żgurat il-funzjonament tal-pjan ta’ tħejjija u ta’ rispons tal-Unjoni. Ifakkar li dawn it-testijiet tal-istress għandhom jinvolvu bis-sħiħ, skont il-kompetenzi tagħhom, ir-reġjuni u l-bliet fl-Istati Membri kkonċernati;

13.

jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni biex jiġi organizzat taħriġ lill-persunal tal-kura tas-saħħa bħala parti mill-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta’ tħejjija nazzjonali, bl-għan li tingħata spinta lit-tħejjija għall-kriżijiet, inkluż permezz tal-użu ta’ għodod diġitali; iqis, madankollu, li tali taħriġ għandu jingħata wkoll lill-persunal tal-awtoritajiet lokali u reġjonali responsabbli għall-kwistjonijiet tas-saħħa, peress li dawn għandhom responsabbiltà kbira għas-saħħa pubblika;

14.

jirrimarka li l-miżuri minn fuq għal isfel għandhom ikunu kkombinati b’mod flessibbli mal-għarfien espert u l-azzjoni fil-livell lokali u reġjonali;

15.

jenfasizza li r-reżiljenza tista’ tissaħħaħ b’mod aktar effettiv jekk in-nies u l-awtoritajiet lokali jkunu involuti. Għandhom jiġu involuti wkoll il-professjonisti, li jista’ jkun li jkollhom perspettiva differenti minn dik tal-leġiżlaturi;

16.

jiġbed l-attenzjoni għall-kwistjoni tal-edukazzjoni u s-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku ġenerali dwar kwistjonijiet tas-saħħa pubblika. L-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom rwol ewlieni x’jaqdu f’dan ir-rigward;

17.

jinsisti fuq il-ħtieġa li jiġu appoġġjati l-konnettività u t-taħriġ diġitali fil-faċilitajiet tas-saħħa reġjonali u li tiġi promossa t-telemediċina, sabiex tiġi żgurata kura aktar effettiva bis-saħħa ta’ ċentri “intelliġenti” u timijiet multidixxiplinari mobbli;

Reġjuni tal-fruntiera

18.

jiġbed l-attenzjoni dwar ir-rwol speċjali u l-isfidi partikolari li jaffaċċjaw ir-reġjuni tul il-fruntieri interni u esterni tal-UE, li l-mudelli tagħhom tal-kooperazzjoni fil-qasam tas-saħħa fost ir-reġjuni tal-fruntiera ġew żviluppati fuq diversi snin, u jenfasizza l-benefiċċji ta’ arranġamenti bħal dawn għall-komunitajiet lokali;

19.

jipproponi li jissaħħu l-miżuri biex jiġu protetti s-sistemi teknoloġiċi tas-saħħa tal-awtoritajiet lokali u reġjonali kontra attakki ċibernetiċi possibbli li jistgħu jipperikolaw il-funzjonament proprju tas-sistemi tas-saħħa tal-Istati Membri. Hemm bżonn ta’ ppjanar ikkoordinat u konsulenza ċentralizzata biex jissaħħu s-sistemi li huma essenzjali f’sitwazzjonijiet normali, iżda aktar u aktar f’sitwazzjonijiet ta’ pandemija;

20.

jirrimarka, barra minn hekk, li l-kriżi attwali żvelat it-theddid eżistenti għall-kura tas-saħħa transkonfinali u li ħolqot ostakli ġodda għall-kooperazzjoni bejn ir-reġjuni. Id-differenzi fil-kompetenzi u d-diffikultajiet amministrattivi li jirriżultaw minn dispożizzjonijiet leġiżlattivi diverġenti saru sfidi sinifikanti biex tintlaħaq ġestjoni tas-saħħa aktar effettiva u mtejba fir-reġjuni tal-fruntiera;

21.

jitlob l-adozzjoni rapida ta’ soluzzjonijiet legali adatti, sistema ta’ inċentivi u l-promozzjoni tal-aħjar prattiki sabiex tittejjeb b’mod sostenibbli l-kooperazzjoni bejn ir-reġjuni tal-fruntiera fil-qasam tal-kura tas-saħħa. Dan għandu jsir b’mod partikolari billi titqies il-possibbiltà jew il-ħtieġa li jitwaqqfu gruppi ta’ kuntatt interreġjonali u transkonfinali, fil-qafas tal-pjanijiet nazzjonali ta’ tħejjija u ta’ rispons, li jkunu responsabbli sabiex iħejju u jikkoordinaw miżuri fil-każ ta’ theddid għas-saħħa fir-reġjuni fuq iż-żewġ naħat tal-fruntiera;

22.

jenfasizza li l-pazjenti li jfittxu kura tas-saħħa barra mill-pajjiż jagħmlu dan prinċipalment fir-reġjun ġar u, għaldaqstant, il-kooperazzjoni bejn ir-reġjuni tal-fruntiera hija kundizzjoni essenzjali għas-suċċess;

23.

jipproponi li jinħoloq l-“istatus” ta’ professjonist tal-kura tas-saħħa transkonfinali sabiex tiġi ffaċilitata l-mobbiltà tal-professjonisti tal-kura tas-saħħa; jipproponi li, sabiex tiġi ffaċilitata l-mobbiltà tal-professjonisti tal-kura u tas-saħħa fl-Ewropa, huwa essenzjali li tissaħħaħ is-sistema ta’ rikonoxximent reċiproku tal-kwalifiki professjonali u li jiġu promossi strutturi ta’ taħriġ uniformi;

24.

jistieden lill-Kummissjoni, għalhekk, tressaq proposta biex tiżgura l-permeabbiltà minima tal-fruntieri u b’hekk, b’mod relatat, il-kooperazzjoni transfruntiera fil-qasam tas-saħħa, sabiex il-provvista tas-servizzi f’dan il-qasam tkun tista’ tinżamm u, jekk ikun meħtieġ, tissaħħaħ, anke f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi bħal ma kien, u għadu, il-każ tal-pandemija tal-COVID-19;

25.

iħeġġeġ favur il-konklużjoni ta’ ftehimiet ta’ kooperazzjoni permanenti bejn l-awtoritajiet kompetenti f’livelli nazzjonali differenti fil-qasam tas-saħħa sabiex jiġi żgurat l-iskambju ta’ pazjenti f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi. Ftehimiet bħal dawn għandhom iqisu wkoll il-fatt li l-UE għandha fruntieri ma’ pajjiżi terzi.

B.   Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 851/2004 li jistabbilixxi Ċentru Ewropew għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI

26.

jilqa’ l-proposta għal mandat konsolidat taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC), kif diġà talab fl-Opinjoni tiegħu dwar Mekkaniżmu tal-UE għall-Emerġenzi tas-Saħħa;

27.

iqis li t-twessigħ tal-mandat tal-ECDC huwa kruċjali sabiex jiġu żviluppati miżuri strateġiċi fil-livell tal-UE biex jiġi indirizzat it-theddid transkonfinali għas-saħħa;

28.

jirrakkomanda li l-ECDC, bħala parti mill-mandat il-ġdid tiegħu, jiġbor data fil-livell sottonazzjonali u jtejjeb il-kooperazzjoni bejn ir-reġjuni tal-fruntiera u ċ-ċentri ta’ tranżitu f’sitwazzjonijiet li jinvolvu theddid transkonfinali għas-saħħa;

29.

jenfasizza li kooperazzjoni mill-qrib mal-ECDC se tikkontribwixxi għat-titjib fl-ippjanar tat-tħejjija u tar-rispons, ir-rappurtar u l-awditjar fi ħdan l-awtoritajiet lokali u reġjonali, speċjalment fir-reġjuni tal-fruntiera; jappella wkoll għall-adozzjoni ta’ dispożizzjonijiet adatti li jippermettu li l-awtoritajiet reġjonali jorganizzaw miżuri ta’ rispons u koordinazzjoni transkonfinali rapidi f’każ ta’ pandemija;

30.

jittama li l-ECDC jagħmel rakkomandazzjonijiet mhux vinkolanti u proposti għall-ġestjoni tar-riskju, b’mod partikolari fir-rigward tar-reġjuni tal-fruntiera;

31.

jenfasizza l-importanza tal-kapaċità li tiġi mobilizzata u skjerata t-Task-Force tas-Saħħa tal-UE biex tappoġġja r-rispons fuq il-post fl-Istati Membri;

32.

jirrimarka li kooperazzjoni mill-qrib bejn il-punti ta’ kuntatt operazzjonali fl-Istati Membri u l-awtoritajiet kompetenti li jissorveljaw l-istituzzjonijiet tas-saħħa fil-livell lokali u reġjonali tista’ żżid b’mod sinifikanti l-effettività tas-sorveljanza epidemjoloġika;

33.

jenfasizza li l-faċilitajiet tas-saħħa għandhom l-aktar għarfien aġġornat, bħal bażijiet ta’ data dwar is-sitwazzjoni epidemjoloġika; jitlob, għalhekk, li l-awtoritajiet lokali u reġjonali li jissorveljaw dawn l-entitajiet jiġu involuti fit-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ sistemi armonizzati għall-għoti ta’ din l-informazzjoni;

34.

jinsisti fuq il-ħtieġa li l-Istati Membri jaqblu dwar protokoll statistiku komuni li jippermetti l-komparabbiltà tad-data dwar l-impatt tal-kriżi tal-COVID-19 u tal-pandemiji tal-ġejjieni. Dan il-protokoll, li għandu jiġi żviluppat taħt l-awtorità konġunta tal-ECDC u l-Eurostat, jista’ jiddependi minn data pprovduta fil-livell tan-NUTS-2 biex jiffaċilita rispons ta’ politika li jintegra l-użu tal-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej;

35.

iqis li l-ECDC jista’ jiżgura sorveljanza epidemjoloġika permezz ta’ sistemi integrati li jippermettu monitoraġġ f’ħin reali permezz tal-użu ta’ teknoloġiji moderni u ta’ applikazzjonijiet ta’ mudellar disponibbli attivati bl-intelliġenza artifiċjali.

Brussell, is-7 ta’ Mejju 2021.

Apostolos TZITZIKOSTAS

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni


(1)  Id-Direttiva 2011/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2011 dwar l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-pazjenti fil-qasam tal-kura tas-saħħa transkonfinali (ĠU L 88, 4.4.2011, p. 45).


27.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 300/87


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Strateġija tal-UE għall-Farmaċewtika u proposta leġiżlattiva biex jinbidel il-mandat tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA)

(2021/C 300/15)

Relatur:

Birgitta SACRÉDEUS (SE/PPE), Membru tal-Kunsill tal-Kontea ta’ Dalarna

Dokument ta’ referenza:

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar rwol imsaħħaħ għall-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini fit-tħejjija għall-kriżijiet u fil-maniġġar tagħhom għall-prodotti mediċinali u għall-apparati mediċi

COM(2020) 725 final

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET SABIEX JITRESSQU EMENDI

Emenda 1

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

[…] Għalhekk, huwa importanti li tiġi indirizzata l-kwistjoni ta’ nuqqasijiet u li jissaħħaħ u jiġi fformalizzat il-monitoraġġ ta’ prodotti mediċinali u ta’ apparati mediċi kritiċi.

[…] Għalhekk, huwa importanti li tiġi indirizzata l-kwistjoni ta’ nuqqasijiet u li jissaħħaħ u jiġi fformalizzat il-monitoraġġ ta’ prodotti mediċinali u ta’ apparati mediċi kritiċi , f’livell li huwa ta’ benefiċċju massimu għall-Istati Membri .

Raġuni

Hemm bżonn urġenti ta’ reazzjonijiet fl-UE kollha għal nuqqas ta’ prodotti mediċinali u apparati mediċi. Madankollu, il-monitoraġġ u l-piż amministrattiv fuq l-Istati Membri waqt sitwazzjoni ta’ kriżi jeħtieġ li jkunu proporzjonati għall-benefiċċji.

Rakkomandazzjoni sabiex titressaq Emenda 2

Artikolu 3(5)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Il-Grupp ta’ Tmexxija dwar il-Mediċini għandu jkun appoġġat fil-ħidma tiegħu minn grupp ta’ ħidma magħmul minn punti uniċi ta’ kuntatt relatati man-nuqqasijiet mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għall-prodotti mediċinali stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 9(1).

Il-Grupp ta’ Tmexxija dwar il-Mediċini għandu jkun appoġġat fil-ħidma tiegħu minn grupp ta’ ħidma magħmul minn punti uniċi ta’ kuntatt relatati man-nuqqasijiet mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għall-prodotti mediċinali stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 9(1). Il-grupp ta’ ħidma għandu jiżgura, fejn meħtieġ, mezzi ta’ kuntatt mal-awtoritajiet lokali u reġjonali responsabbli għall-kura tas-saħħa.

Raġuni

F’19 minn fost is-27 Stat Membru, il-livell lokali u reġjonali huwa responsabbli għall-kura tas-saħħa. Sabiex il-monitoraġġ tan-nuqqas ta’ prodotti mediċinali jaħdem kif imiss u jkollu valur miżjud, jeħtieġ li l-livell lokali u reġjonali jkun involut fil-proċess.

Rakkomandazzjoni sabiex titressaq Emenda 3

Artikolu 11(4)(b)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

b)

jinformaw lill-Grupp ta’ Tmexxija dwar il-Mediċini bi kwalunkwe miżura meħuda u jirrapportaw dwar ir-riżultati ta’ dawk il-miżuri, inkluża informazzjoni dwar ir-riżoluzzjoni tan-nuqqas potenzjali jew attwali.

b)

jinformaw lill-Grupp ta’ Tmexxija dwar il-Mediċini fi żmien raġonevoli bi kwalunkwe miżura meħuda u jirrapportaw dwar ir-riżultati ta’ dawk il-miżuri, inkluża informazzjoni dwar ir-riżoluzzjoni tan-nuqqas potenzjali jew attwali.

Raġuni

L-Istati Membri jeħtieġu perjodu ta’ żmien raġonevoli biex jikkontribwixxu lura lill-Grupp ta’ Tmexxija, peress li l-kompilazzjoni ta’ tali informazzjoni tista’ timponi piż amministrattiv fuq il-kura tas-saħħa jekk tkun taħt pressjoni f’sitwazzjoni ta’ kriżi.

Rakkomandazzjoni sabiex titressaq Emenda 4

Artikolu 12(f)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

f)

tikkollabora ma’ pajjiżi terzi u ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti, kif xieraq, […]

f)

tikkollabora ma’ pajjiżi terzi u ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti , b’mod partikolari l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) , kif xieraq, […]

Raġuni

Il-kooperazzjoni globali mad-WHO hija urġenti u utli f’dan il-kuntest.

Rakkomandazzjoni sabiex titressaq Emenda 5

Artikolu 14(5)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Il-President jista’ jistieden lil rappreżentanti tal-Istati Membri, tal-membri tal-kumitati xjentifiċi tal-Aġenzija u tal-gruppi ta’ ħidma, u lil partijiet terzi, li jinkludu rappreżentanti ta’ gruppi ta’ interess għall-prodotti mediċinali, detenturi tal-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq, żviluppaturi ta’ prodotti mediċinali, sponsors tal-provi kliniċi, rappreżentanti tan-networks tal-provi kliniċi, u gruppi ta’ interess li jirrappreżentaw lill-pazjenti u lill-professjonisti fil-kura medika biex jattendu l-laqgħat tiegħu.

Il-President jista’ jistieden lil rappreżentanti tal-Istati Membri , tal-awtoritajiet lokali u reġjonali , tal-membri tal-kumitati xjentifiċi tal-Aġenzija u tal-gruppi ta’ ħidma, u lil partijiet terzi, li jinkludu rappreżentanti ta’ gruppi ta’ interess għall-prodotti mediċinali, detenturi tal-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq, żviluppaturi ta’ prodotti mediċinali, sponsors tal-provi kliniċi, rappreżentanti tan-networks tal-provi kliniċi, u gruppi ta’ interess li jirrappreżentaw lill-pazjenti u lill-professjonisti fil-kura medika biex jattendu l-laqgħat tiegħu.

Raġuni

F’ħafna Stati Membri, l-awtoritajiet lokali u reġjonali huma responsabbli għall-kura tas-saħħa.

Rakkomandazzjoni sabiex titressaq Emenda 6

Artikolu 18(c)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

c)

bħala parti mill-kompiti regolatorji tagħha, tagħmel użu minn infrastrutturi jew minn għodod diġitali, biex tiffaċilita l-aċċess rapidu għal jew l-analiżi ta’ data elettronika disponibbli dwar is-saħħa ġġenerata barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-istudji kliniċi, u l-iskambju ta’ tali data bejn l-Istati Membri, l-Aġenzija, u korpi oħra tal-Unjoni;

c)

bħala parti mill-kompiti regolatorji tagħha, tagħmel użu minn infrastrutturi jew minn għodod diġitali, biex tiffaċilita l-aċċess rapidu għal jew l-analiżi ta’ data elettronika disponibbli dwar is-saħħa ġġenerata barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-istudji kliniċi, u l-iskambju ta’ tali data bejn l-Istati Membri, l-Aġenzija, u korpi oħra tal-Unjoni , b’konformità mal-leġiżlazzjoni applikabbli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data personali ;

Raġuni

Jeħtieġ li tiġi enfasizzata l-importanza tal-kondiviżjoni sigura tad-data u l-protezzjoni tad-data individwali.

Rakkomandazzjoni sabiex titressaq Emenda 7

Artikolu 19(5)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

Il-Grupp ta’ Tmexxija dwar l-Apparati Mediċi għandu jkun appoġġat fil-ħidma tiegħu minn grupp ta’ ħidma magħmul minn punti uniċi ta’ kuntatt mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għall-apparati mediċi stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 23(1).

Il-Grupp ta’ Tmexxija dwar l-Apparati Mediċi għandu jkun appoġġat fil-ħidma tiegħu minn grupp ta’ ħidma magħmul minn punti uniċi ta’ kuntatt mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għall-apparati mediċi stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 23(1). Il-grupp ta’ ħidma għandu jiżgura, fejn meħtieġ, mezzi ta’ kuntatt mal-awtoritajiet lokali u reġjonali responsabbli għall-kura tas-saħħa.

Raġuni

F’19 minn fost is-27 Stat Membru, il-livell lokali u reġjonali huwa responsabbli għall-kura tas-saħħa. Sabiex il-monitoraġġ tan-nuqqas ta’ apparati mediċi kritiċi jaħdem kif imiss u jkollu valur miżjud, jeħtieġ li l-livell lokali u reġjonali jkun involut fil-proċess.

Rakkomandazzjoni sabiex titressaq Emenda 8

Artikolu (25)(4)(d)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

d)

jinformaw lill-Grupp ta’ Tmexxija dwar l-Apparati Mediċi bi kwalunkwe miżura meħuda u jirrapportaw dwar ir-riżultati ta’ dawk il-miżuri, inkluża informazzjoni dwar ir-riżoluzzjoni tan-nuqqas potenzjali jew attwali.

d)

jinformaw lill-Grupp ta’ Tmexxija dwar l-Apparati Mediċi fi żmien raġonevoli bi kwalunkwe miżura meħuda u jirrapportaw dwar ir-riżultati ta’ dawk il-miżuri, inkluża informazzjoni dwar ir-riżoluzzjoni tan-nuqqas potenzjali jew attwali.

Raġuni

L-Istati Membri jeħtieġu perjodu ta’ żmien raġonevoli biex jikkontribwixxu lura lill-Grupp ta’ Tmexxija, peress li l-kompilazzjoni ta’ tali informazzjoni tista’ timponi piż amministrattiv fuq il-kura tas-saħħa jekk tkun taħt pressjoni f’sitwazzjoni ta’ kriżi.

Rakkomandazzjoni sabiex titressaq Emenda 9

Artikolu 26(e)

Test propost mill-Kummissjoni Ewropea

Emenda tal-KtR

e)

tikkollabora ma’ pajjiżi terzi u ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti, kif xieraq, […]

e)

tikkollabora ma’ pajjiżi terzi u ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti , b’mod partikolari l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) , kif xieraq, […]

Raġuni

Il-kooperazzjoni globali mad-WHO hija urġenti u utli f’dan il-kuntest.

II.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

L-ewwel parti: IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI

Rigward il-Proposta dwar rwol imsaħħaħ għall-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini fit-tħejjija għall-kriżijiet u fil-maniġġar tagħhom għall-prodotti mediċinali u għall-apparati mediċi

1.

jilqa’ b’sodisfazzjon il-Proposta għal Regolament biex jissaħħaħ il-mandat tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għat-tħejjija għall-kriżijiet u l-ġestjoni ta’ prodotti mediċinali u apparati mediċi; Il-Proposta hija konformi mas-sejħa magħmula mill-KtR fl-Opinjoni tiegħu dwar Mekkaniżmu tal-UE għall-Emerġenzi tas-Saħħa;

2.

huwa tal-fehma li l-esperjenza bil-pandemija tal-COVID-19 turi li l-iżvilupp, il-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta’ prodotti mediċinali u apparati mediċi bil-potenzjal li jimpedixxu, jiddijanjostikaw jew jittrattaw mard li jikkawża theddid għas-saħħa pubblika jeħtieġu approċċ ikkoordinat f’sitwazzjoni ta’ kriżi;

3.

jinnota li, għalkemm il-politika tas-saħħa hija kompetenza primarja tal-Istati Membri, l-UE għandha rwol komplementari u ta’ koordinazzjoni importanti x’taqdi, fost l-oħrajn biex tiżgura li s-suq intern għall-prodotti mediċinali u l-apparati mediċi jinżammu u jiffunzjonau tajjeb anke f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi;

4.

jenfasizza li l-Proposta għal Regolament għandha impatt kbir fuq l-awtoritajiet reġjonali u lokali, li f’19 minn fost is-27 Stat Membru huma responsabbli għall-kura tas-saħħa u jaqdu rwol ewlieni fit-tħejjija u r-rispons tal-pajjiżi għall-kriżijiet. Għalhekk, huwa urġenti li jiġi żgurat li l-ħtiġijiet tal-livell lokali u reġjonali jkunu jistgħu jiġu espressi u ssodisfati u li jkun hemm mezzi ta’ kuntatt bejn il-gruppi ta’ tmexxija eżekuttivi dwar l-apparati mediċi u n-nuqqas ta’ prodotti mediċinali u l-awtoritajiet lokali u reġjonali;

5.

huwa tal-fehma li l-proposta dwar l-obbligi tal-Istati Membri li jimmonitorjaw u jiżguaraw li ma jknx hemm daqstant nuqqasijiet ta’ prodotti mediċinali u apparati mediċi kritiċi tirrappreżenta impenn kbir. Sabiex l-EMA jkollha aċċess għal data u informazzjoni rilevanti u ta’ kwalità garantita dwar il-ħtiġijiet u n-nuqqas ta’ prodotti mediċinali u apparati mediċi, għandu jkun possibbli li dan isir fil-livell lokali u reġjonali;

6.

jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li s-servizzi tas-saħħa u l-awtoritajiet lokali u reġjonali jistgħu jkunu taħt pressjoni kbira f’sitwazzjoni ta’ kriżi u li l-piżijiet amministrattivi fuqhom għandhom jiġu minimizzati. Għalhekk, ir-rekwiżiti ta’ rappurtar u l-iskedi ta’ żmien jeħtieġ li jkunu raġonevoli u maniġġabbli, iżda fl-istess ħin jippermettu azzjoni rapida li ġġib l-akbar benefiċċji għall-Istati Membri, b’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà;

7.

Filwaqt li l-aċċess għad-data dwar is-saħħa u data oħra relatata mat-tħejjija għal emerġenzi tas-saħħa, u l-iskambju tagħhom, huma essenzjali biex jiġu indirizzati b’mod effettiv emerġenzi u avvenimenti importanti oħra, jeħtieġ li tingħata attenzjoni kbira meta tiġi ttrattata informazzjoni sensittiva u jiġu żgurati l-privatezza u s-sigurtà tad-data;

8.

jilqa’ b’sodisfazzjon kbir il-proposta għal task force għall-kriżijiet biex tappoġġja l-iżvilupp u l-użu rapidu tal-prodotti mediċinali li jistgħu jgħinu biex jiġi indirizzat it-theddid għas-saħħa pubblika. Jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li t-Task Force għall-Emerġenzi se tikkoopera b’mod wiesa’ ma’ awtoritajiet oħra fi ħdan l-Unjoni, mad-WHO u ma’ pajjiżi mhux tal-UE;

9.

jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li l-proposta tenfasizza l-kooperazzjoni mal-korpi rilevanti, bħaċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC) f’sitwzzjoni ta’ emerġenza tas-saħħa pubblika, u jenfasizza li għandha tiġi evitata d-duplikazzjoni tal-isforzi bejn l-awtoritajiet;

10.

jistenna bil-ħerqa li jirċievi aktar informazzjoni dwar kif l-EMA se tinteraġixxi mal-Awtorità proposta għar-Rispons f’Każ ta’ Emerġenza tas-Saħħa (HERA);

11.

jitlob li jkun hemm l-aqwa trasparenza possibbli fl-attivitajiet tal-EMA u l-gruppi ta’ ħidma tagħha;

It-tieni parti: IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI

Rigward il-Komunikazzjoni dwar Strateġija Farmaċewtika għall-Ewropa

12.

jesprimi l-appoġġ qawwi tiegħu għat-tnedija mill-Kummissjoni ta’ Strateġija Farmaċewtika għall-Ewropa, li l-għan globali tagħha huwa l-aċċess għall-prodotti mediċinali u d-disponibbiltà tagħhom għall-pazjenti, u jenfasizza li ċ-ċittadini kollha fl-UE kollha għandu jkollhom aċċess għal kura sigura u effettiva megħjuna medikament;

13.

jiġbed l-attenzjoni li 19 fost is-27 Stat Membru għażlu li r-responsabbiltà prinċipali għall-kura tas-saħħa u s-saħħa pubblika tkun f’idejn l-awtoritajiet lokali u reġjonali. Anke f’pajjiżi li għandhom sistema nazzjonali tas-saħħa ta’ sikwit il-livell lokali jkun responsabbli għas-servizzi soċjali u l-kura soċjali. Għalhekk, l-awtoritajiet lokali u reġjonali jaqdu rwoli ewlenin fil-finanzjament, il-valutazzjoni, l-akkwist u l-implimentazzjoni tal-prodotti mediċinali u fil-ġestjoni u t-tħejjija għall-kriżijiet. Għalhekk, huwa essenzjali li l-livell reġjonali u lokali jkun involut fil-forom ta’ kooperazzjoni proposti fl-istrateġija farmaċewtika;

14.

jappoġġja l-istrateġija għall-promozzjoni tad-disponibbiltà tal-prodotti mediċinali f’każ ta’ ħtiġijiet mhux issodisfati u biex jiġu stimulati l-innovazzjoni u r-riċerka skont il-ħtiġijiet tal-pazjenti u l-kura tas-saħħa. Hemm ħtieġa urġenti għal djalogu biex jintlaħaq ftehim dwar liema oqsma mediċi jirrappreżentaw ħtiġijiet mhux issodisfati, sabiex l-ebda qasam ma jintesa;

15.

jilqa’ b’sodisfazzjon b’mod partikolari l-isforzi estensivi proposti biex tiġi indirizzata r-reżistenza għall-antimikrobiċi, u jenfasizza l-importanza tal-promozzjoni tal-użu prudenti u restrittiv tal-antibijotiċi u l-ħolqien ta’ inċentivi għall-iżvilupp u l-produzzjoni ta’ antibijotiċi ġodda u ż-żamma fis-suq ta’ antibijotiċi aktar antiki;

16.

huwa tal-fehma li jeħtieġ li jiġi stimulat l-aċċess għall-prodotti mediċinali għal dijanjożi rari u għat-tfal u għalhekk il-KtR jilqa’ b’sodisfazzjon ir-reviżjoni tal-leġiżlazzjoni marbuta mat-tfal u dijanjożi rari. Fil-forma attwali tagħhom, l-inċentivi mhux qed jagħtu r-riżultati mixtieqa, iżda wasslu għal prodotti mediċinali b’evidenza limitata tal-effettività u s-sikurezza tagħhom, li huma għaljin u għalhekk huwa diffiċli li s-sistemi tal-kura tas-saħħa jagħtuhom prijorità;

17.

jenfasizza li prezzijiet affordabbli huma prerekwiżit għall-pazjenti biex jirċievu l-kura meħtieġa megħjuna medikament u għal sistemi tal-kura tas-saħħa sostenibbli. Illum il-ġurnata, pazjenti morda severament ma jistgħux jiksbu l-kura meħtieġa megħjuna medikament, peress li l-prezzijiet jiġu ffissati f’livell tant għoli; Dan huwa l-każ, pereżempju, tal-prodotti mediċinali għal mard rari serju;

18.

josserva li s-suq farmaċewtiku bħalissa qed jaħdem ħażin, bi ftehimiet dwar prezzijiet sigrieti u nuqqas ta’ trasparenza. Il-kumpaniji jistgħu jagħżlu li ma jikkummerċjalizzawx il-prodotti mediċinali tagħhom f’ċerti pajjiżi. Għalhekk, huwa tajjeb li l-istrateġija tfittex li tippromovi l-kompetizzjoni fis-suq farmaċewtiku b’diversi modi, inkluż permezz ta’ reviżjoni tad-dritt tal-kompetizzjoni. F’dan il-kuntest, jinħtieġu b’mod urġenti miżuri biex jiġi stimulat l-aċċess għall-prodotti mediċinali ġeneriċi u bijosimilari;

19.

jemmen li huwa urġenti li tiġi promossa l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri dwar l-evalwazzjoni tal-prodotti mediċinali, l-ipprezzar u l-akkwist. Jenfasizza l-importanza li jiġi żgurat li l-livell lokali u reġjonali, li f’ħafna pajjiżi huwa responsabbli għas-servizzi tas-saħħa u jiffinanzjahom, ikun rappreżentat f’tali forom ta’ kooperazzjoni;

20.

jaqbel mal-Kummissjoni li l-industrija farmaċewtika Ewropea taqdi rwol vitali fir-riċerka, is-saħħa pubblika, l-impjieg u l-kummerċ. Il-ħolqien tal-kundizzjonijiet għall-innovazzjoni u l-użu ta’ teknoloġiji ġodda, bħat-terapiji tal-ġeni, l-intelliġenza artifiċjali u l-mediċina personalizzata, huwa essenzjali biex l-UE żżomm industrija farmaċewtika kompetittiva;

21.

jappoġġja l-proposta tal-Kummissjoni għal Spazju Ewropew għad-Data dwar is-Saħħa għall-promozzjoni tal-analitika tad-data transkonfinali u b’hekk jittejbu r-riċerka, ix-xogħol fil-qasam tas-saħħa u l-infurzar. Jenfasizza l-ħtieġa li s-servizzi tal-kura tas-saħħa jkunu jistgħu jibbenefikaw minn infrastruttura bħal din. Huwa urġenti li tiġi żgurata s-sigurtà tal-privatezza tal-pazjenti u d-drittijiet tad-data;

22.

jemmen li l-pazjenti għandhom iħossuhom fiduċjużi u kunfidenti li prodotti mediċinali ġodda jkunu sikuri u effettivi. Jenfasizza l-importanza li tiġi żgurata biżżejjed evidenza klinika fl-awtorizzazzjoni tal-prodotti mediċinali. Jekk is-sikurezza tal-pazjenti u l-effettività ma jiġux iddokumentati biżżejjed, jista’ jkun diffiċli għas-sistemi tal-kura tas-saħħa u għall-pagaturi biex jikkunsidraw trattamenti ġodda u l-aċċess tal-pazjenti għat-trattament jiġi ttardjat jew imxekkel. Il-pass mgħaġġel regolatorju għalhekk jirriskja li jkollu l-effett oppost. F’dan il-kuntest, huwa importanti li l-EMA tikkoopera mal-awtoritajiet tal-valutazzjoni tat-teknoloġija tas-saħħa, iżda wkoll mar-rappreżentanti tal-kura tas-saħħa u mal-pagaturi fil-livell reġjonali;

23.

josserva li n-nuqqas ta’ prodotti mediċinali ilu problema għas-settur tal-kura tas-saħħa, u li dan sar saħansitra aktar evidenti matul il-pandemija tal-COVID-19. Jilqa’ b’sodisfazzjon, għalhekk, identifikazzjoni bir-reqqa tal-kawżi tan-nuqqas ta’ mediċini u l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tirrevedi l-leġiżlazzjoni farmaċewtika sabiex tissaħħaħ is-sigurtà tal-provvista. Jinnota li l-proposti fl-Istrateġija Farmaċewtika mhumiex daqshekk konkreti u jistenna bil-ħerqa proposti b’saħħithom għal miżuri li jiżguraw awtonomija strateġika għall-UE li tiżgura l-aċċess għall-prodotti mediċinali, kemm f’sitwazzjonijiet normali kif ukoll f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi;

24.

ifakkar fis-sejħa li għamel fl-Opinjoni tiegħu dwar Mekkaniżmu tal-UE għall-Emerġenzi tas-Saħħa, biex jiġu promossi l-iżvilupp u l-produzzjoni ta’ prodotti mediċinali essenzjali fl-Ewropa u biex jinħolqu inċentivi għall-manifatturi biex titnaqqas id-dipendenza minn pajjiżi terzi;

25.

jitlob, fir-rigward tat-tisħiħ tal-mekkaniżmi tal-UE għall-ġestjoni tal-kriżijiet tas-saħħa, li jissieltu l-aħjar tagħlimiet possibbli mill-pandemija tal-COVID-19 biex tinkiseb kooperazzjoni multilaterali b’saħħitha biex jiġu appoġġati l-iżvilupp u l-produzzjoni ta’ vaċċini, dijanjostika u trattamenti sikuri u effettivi, u għal finanzjament u distribuzzjoni effettivi u ekwi ta’ vaċċini u prodotti mediċinali futuri;

26.

jilqa’ b’sodisfazzjon il-proposta għal Awtorità għar-Rispons f’Każ ta’ Emerġenza tas-Saħħa (HERA) u jistenna bil-ħerqa proposta żviluppata dwar il-mandat tal-awtorità l-ġdida;

27.

jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li l-Kummissjoni tipproponi reviżjoni tal-leġiżlazzjoni farmaċewtika biex issaħħaħ ir-rekwiżiti tal-valutazzjoni tar-riskju ambjentali għall-prodotti mediċinali. Huwa importanti li dan ikopri kemm il-manifattura kif ukoll l-użu ta’ prodotti mediċinali. Jesprimi l-appoġġ qawwi tiegħu għall-ħidma permezz ta’ sforzi internazzjonali biex jiġu indirizzati r-riskji ambjentali relatati mar-rilaxx ta’ mediċini mill-manifattura f’pajjiżi mhux tal-UE;

28.

jemmen li hwa pożittiv ukoll li l-Istrateġija Farmaċewtika tenfasizza li l-industrija farmaċewtika għandha tikkontribwixxi għan-newtralità klimatika tal-UE, b’enfasi fuq it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra fil-katina tal-valur;

29.

jesprimi l-appoġġ qawwi tiegħu għall-UE biex tiżviluppa kooperazzjoni globali fil-qasam tal-prodotti mediċinali;

Brussell, is-7 ta’ Mejju 2021.

Apostolos TZITZIKOSTAS

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni