|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 288 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 64 |
|
Werrej |
Paġna |
|
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2021/C 288/01 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10303 — Astorg/Bridgepoint/Fenergo) ( 1 ) |
|
|
2021/C 288/02 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10250 — Accor/Keys/Hotel Portfolio) ( 1 ) |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2021/C 288/03 |
|
|
V Avviżi |
|
|
|
ATTI OĦRAJN |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2021/C 288/04 |
||
|
2021/C 288/05 |
||
|
2021/C 288/06 |
||
|
2021/C 288/07 |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
19.7.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 288/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.10303 — Astorg/Bridgepoint/Fenergo)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2021/C 288/01)
Fit 12 ta’ Lulju 2021, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32021M10303. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
|
19.7.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 288/2 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.10250 — Accor/Keys/Hotel Portfolio)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2021/C 288/02)
Fit 13 ta’ Lulju 2021, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32021M10250. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
19.7.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 288/3 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
Is-16 ta’ Lulju 2021
(2021/C 288/03)
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,1802 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
130,03 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4381 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,85298 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
10,2428 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,0853 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
145,90 |
|
NOK |
Krona Norveġiża |
10,3878 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
25,538 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
359,73 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,5867 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,9285 |
|
TRY |
Lira Turka |
10,0521 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,5907 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,4856 |
|
HKD |
Dollaru ta’ Hong Kong |
9,1684 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,6836 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,5993 |
|
KRW |
Won tal-Korea t’Isfel |
1 347,94 |
|
ZAR |
Rand ta’ l-Afrika t’Isfel |
16,9840 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,6373 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,4968 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
17 083,05 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,9681 |
|
PHP |
Peso Filippin |
59,364 |
|
RUB |
Rouble Russu |
87,5186 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
38,669 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
6,0146 |
|
MXN |
Peso Messikan |
23,4589 |
|
INR |
Rupi Indjan |
88,0310 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta’ referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
V Avviżi
ATTI OĦRAJN
Il-Kummissjoni Ewropea
|
19.7.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 288/4 |
Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni dwar l-approvazzjoni ta’ emenda standard għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ isem fis-settur tal-inbid imsemmija fl-Artikolu 17, il-paragrafi 2 u 3, tar-Regolament Delegat (UE) 2019/33 tal-Kummissjoni
(2021/C 288/04)
Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata f’konformità mal-Artikolu 17(5), tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1)
KOMUNIKAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD LI TIMMODIFIKA D-DOKUMENT UNIKU
“Touraine”
PDO-FR-A0501-AM02
Data tal-komunikazzjoni: 7 ta’ Mejju 2021
DESKRIZZJONI TAL-EMENDA APPROVATA U R-RAĠUNIJIET GĦALIHA
1. Kodiċi ġeografiku uffiċjali
Il-muniċipalitajiet fiż-żona ġeografika u ż-żona fil-viċinanza immedjata ġew aġġornati bil-kodiċi ġeografiku uffiċjali.
Il-perimetru taż-żona jibqa’ l-istess.
Il-punti 6 u 9 tad-Dokument Uniku ġew emendati.
2. Tneħħija ta’ nbejjed rożè “primeur” (bikrija)
Il-possibbiltà li jsiru nbejjed rożè “primeur” tneħħiet mill-ispeċifikazzjoni tal-prodott. Din it-tneħħija sseħħ meta ma jkunx għad hemm produzzjoni ta’ dan il-prodott. Ir-rabta mal-oriġini ġiet emendata biex titneħħa r-referenza għall-inbejjed “primeurs”.
Din l-emenda timmodifika l-punt 8 tad-Dokument Uniku.
3. Varjetà ta’ dwieli
Għall-inbejjed ħomor tad-denominazzjoni, il-varjetà tad-dwieli cabernet franc tiċċaqlaq mill-kategorija “varjetà tad-dwieli ewlenija” għall-“varjetà tad-dwieli addizzjonali”.
Għall-inbejjed ħomor tal-isem Chenonceaux, il-cabernet franc tiċċaqlaq mill-kategorija “varjetà tad-dwieli ewlenija” għal “varjetà tad-dwieli addizzjonali” u titneħħa l-varjetà tad-dwieli “gamay”.
Ir-regoli dwar il-proporzjonijiet għall-isfruttar jiġu aġġustati bħala riżultat ta’ dawn il-bidliet. Ir-regoli dwar il-proporzjonijiet għall-isfruttar huma modifikati wkoll għall-inbejjed “gamay”.
Din l-emenda ma timmodifikax id-Dokument Uniku.
4. Distanza
Id-distanza bejn il-pjanti fl-istess ringiela tnaqqset għal 0,90 metru.
Il-punt 5 tad-Dokument Uniku ġie emendat.
5. Żbir
Il-modi taż-żbir ġew issimplifikati u l-ispeċifikazzjoni tal-prodotti sempliċiment jindikaw li ż-żabra tista’ tkun twila jew qasira mingħajr ma ssir referenza għal tip ta’ żabra partikolari.
Il-punt 5 tad-Dokument Uniku ġie emendat.
6. It-tagħbija massima ta’ kull roqgħa art
It-tagħbija massima ta’ kull roqgħa art hija armonizzata għall-inbejjed ħomor, bojod, rożè u frizzanti għal 11 000kg/ha għad-denominazzjoni Touraine barra d-DĠA.
Din l-emenda ma timmodifikax id-Dokument Uniku.
7. Dispożizzjonijiet agroambjentali
Żdiedu żewġ dispożizzjonijiet agroambjentali
|
— |
“It-tkabbir ta’ ħaxix permanenti huwa obbligatorju mal-kontorn tal-irqajja’ tal-art (iż-żoni mad-dawra u l-ispazji ta’ bejn l-irqajja’ mhux miżrugħa jew mhux ikkultivati). Dan l-obbligu ma għandux japplika fil-każ ta’ restawr taż-żoni mad-dawra, b’mod partikolari jekk dan irriżulta minħabba erożjoni jew avvenimenti klimatiċi eċċezzjonali. |
|
— |
It-tneħħija tal-ħaxix ħażin bi proċess totalment kimiku huwa pprojbit għall-irqajja’ tal-art maħsuba għall-produzzjoni tal-inbejjed li jistgħu jibbenefikaw minn isem ġeografiku supplimentari. |
Din l-emenda ma timmodifikax id-Dokument Uniku.
8. Taħlit tal-varjetajiet
Ir-regoli ta’ taħlit tal-varjetajiet ġew riveduti bl-emenda tar-regoli dwar il-proporzjon għall-isfruttar.
Din l-emenda ma timmodifikax id-Dokument Uniku.
9. Il-faħam għall-użu enoloġiku
Il-projbizzjoni tal-użu tal-faħam enoloġiku tneħħiet biex jitħalla lok għall-korrezzjoni tal-“goût moisi terreux” fil-cuvés ikkontaminati minn mard kriptogamiku.
Il-punt 5 tad-Dokument Uniku ġie emendat.
10. Rabta
Fir-rabta mal-oriġini, għall-isem Chenonceaux, in-“noti ta’ frott aħmar” ġew sostitwiti b’“noti ta’ frott iswed” .
Il-punt 8 tad-Dokument Uniku ġie emendat.
11. Miżuri tranżizzjonali
Il-miżuri tranżizzjonali li skadew tneħħew mill-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.
Din l-emenda ma timmodifikax id-Dokument Uniku.
12. Obbligi ta’ dikjarazzjoni
Id-data tad-dikjarazzjoni tat-talba ġiet posposta mit-30 ta’ Novembru għall-10 ta’ Diċembru;
Id-Dokument Uniku ma ġiex emendat.
13. Dikjarazzjoni ta’ riżerva
Ġiet miżjuda dikjarazzjoni ta’ riżerva:
|
“9. |
Dikjarazzjoni ta’ riżerva Kull operatur li jikkummerċjalizza nbid bid-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata taħt denominazzjoni aktar ġenerali għandu jiddikjarah lill-korp tad-difiża u tal-ġestjoni u lill-korp ta’ kontroll approvat mill-inqas ħmistax-il ġurnata qabel ir-riżerva.” |
Din l-emenda ma twassal għall-ebda bidla fid-Dokument Uniku.
14. Referenza għall-korp ta’ kontroll
Ir-referenza għall-korp ta’ kontroll ġiet ifformulata mill-ġdid biex tiġi allinjata mal-formulazzjoni użata fi Speċifikazzjonijiet oħra tal-Prodott. Din l-emenda hija purament formali.
Din l-emenda ma twassal għall-ebda bidla fid-Dokument Uniku.
DOKUMENT UNIKU
1. Isem/ismijiet
Touraine
2. Tip ta’ indikazzjoni ġeografika
DOP — Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta
3. Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli
|
1. |
Inbid |
|
5. |
Inbid frizzanti ta’ kwalità |
4. Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed
1. Standards analitiċi
DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA
L-inbejjed huma nbejjed bojod, ħomor u rożè mingħajr gass, u nbejjed bojod u rożè frizzanti. L-inbejjed bojod, ħomor u rożè mingħajr gass għandhom qawwa alkoħolika naturali ta’ 10 % skont il-volum.
Wara l-ippakkjar, kull lott ta’ nbejjed ikollu l-istandards analitiċi li ġejjin: — L-inbejjed bojod u rożè għandhom kontenut ta’ zokkor fermentabbli (glukożju + fruttożju) ta’ 4 grammi jew anqas għal kull litru u aċidità totali ta’ aktar minn 3,5 grammi għal kull litru, espress bħala aċidu tartariku. — L-inbejjed ħomor għandhom kontenut ta’ zokkor fermentabbli (glukożju + fruttożju) ta’ 2 grammi jew anqas għal kull litru. Il-fermentazzjoni malolattika titlesta fil-każ tal-inbejjed ħomor. Il-kontenut ta’ aċidu maliku huwa ta’ 0,3 grammi jew anqas għal kull litru. — L-inbejjed bojod u rożè prodotti mingħajr arrikkiment, u b’qawwa alkoħolika effettiva ta’ 12,5 % skont il-volum, għandhom kontenut ta’ zokkor fermentabbli (glukożju + fruttożju) ta’ 6 grammi jew anqas għal kull litru. F’dan il-każ, il-kontenut ta’ aċidità totali ma jkunx aktar minn gramma għal kull litru inqas, espress bħala aċidu tartariku, mill-kontenut ta’ zokkor fermentabbli (glukożju + fruttożju).
L-inbejjed ma jaqbżux, wara l-arrikkiment, il-qawwa alkoħolika totali skont il-volum li ġejja: 12,5 % għall-inbejjed bojod, ħomor u rożè u 13 % għall-inbejjed bojod u rożè frizzanti (fil-każ tal-arrikkiment tal-most).
KARATTERISTIĊI ANALITIĊI
|
Karatteristiċi analitiċi ġenerali |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
|
|
Aċidità totali minima |
|
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
2. Aċidità
DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA
Fil-każ tal-inbejjed bojod u rożè mingħajr gass, il-kontenut totali ta’ aċidità volatili u ta’ dijossidu tal-kubrit huwa dak stabbilit fir-regolamenti Komunitarji. Fil-każ tal-inbejjed ħomor mingħajr gass, il-kontenut ta’ aċidità volatili, ta’ aċidità totali u ta’ dijossidu tal-kubrit totali huwa dak stabbilit fir-regolamenti Komunitarji.
Fil-każ tal-inbejjed rożè u bojod frizzanti, il-kontenut ta’ aċidità volatili, ta’ aċidità totali, ta’ diossidu tal-kubrit totali u ta’ dijossidu tal-karbonju, huwa dak stabbilit fir-regolamenti Komunitarji.
Kull lott ta’ nbid mhux ippakkjat li jista’ jkun ittikkettat “primeur” jew “nouveau” ikollu aċidità volatili ta’ 10,2 milliekwivalenti jew anqas għal kull litru.
KARATTERISTIĊI ANALITIĊI
|
Karatteristiċi analitiċi ġenerali |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
|
|
Aċidità totali minima |
|
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
3. Deskrizzjoni
DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA
L-inbejjed li jibbenefikaw mid-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata “Touraine” għandhom togħma matura fil-palat u togħmiet aħħarija friski u bbilanċjati sew. L-inbejjed bojod, ħafna drabi ta’ kulur dehbi ċar, joffru firxa aromatika li tista’ tvarja minn noti ta’ frott li jfakkru fil-frott taċ-ċitru jew fil-frott eżotiku, għal noti ta’ fjuri, li jfakkru fil-fjuri bojod. Iżommu sensazzjoni ta’ freskezza fl-aħħar tal-palat.
L-inbejjed rożè jiftħu fuq aromi delikati li jistgħu jfakkru fir-ribes iswed, fil-frott eżotiku jew fil-frott taċ-ċitru.
L-inbejjed ħomor prodotti mill-varjetà tad-dielja Gamay N (inbejjed li jibbenefikaw mill-indikazzjoni “gamay” jew inbejjed li jibbenefikaw mill-kelma “primeur” jew “nouveau”) ta’ spiss juru kulur taċ-ċirasa, u ġeneralment jiżvelaw aromi sħan ta’ frott aħmar żgħir fuq tannini rotob. Dawn huma nbejjed ibbilanċjati, li jikkombinaw il-ħeffa u l-freskezza. Dawk li ġejjin minn taħlitiet jew mill-varjetà tad-dielja Cabernet franc N biss, fil-Punent tal-meridjan ta’ Tours, huma nbejjed eleganti u qawwija, bi struttura tannika tajba, u l-espressjoni aromatika tagħhom tikkombina frott aħmar u iswed, b’kuluri li jvarjaw minn aħmar rubin skur għal granat skur.
L-inbejjed bojod u rożè frizzanti huma msawra fuq struttura b’aċidità dominanti li tagħti lill-inbejjed il-freskezza u l-finezza kollha tagħhom. Din l-aċidità hija akkumpanjata minn noti ta’ frott u tista’ tistabbilixxi togħma ta’ brioche matul iż-żmien.
KARATTERISTIĊI ANALITIĊI
|
Karatteristiċi analitiċi ġenerali |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
|
|
Aċidità totali minima |
|
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
5. Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid
5.1. Prattiki enoloġiċi speċifiċi
1. Prattika enoloġika speċifika
— Għall-produzzjoni tal-inbejjed rożè, l-użu tal-faħam enoloġiku, waħdu jew f’taħlitiet oħra waqt il-preparazzjonijiet, huwa awtorizzat għall-most u għall-inbejjed ġodda li jkunu għadhom qegħdin jiffermentaw sal-limitu ta’ 15 % tal-volum tal-inbejjed rożè prodotti mill-produttur tal-inbid ikkonċernat għall-ħsad inkwistjoni u f’doża massima ta’ 60 gramma għal kull ettolitru;
|
— |
It-tekniki ta’ arrikkiment imnaqqas huma awtorizzati għall-inbejjed ħomor, u r-rata massima ta’ konċentrazzjoni parzjali meta mqabbla mal-volumi użati hija stabbilita għal 10 %; |
|
— |
L-inbejjed frizzanti huma prodotti esklużivament permezz tat-tieni fermentazzjoni fil-flixkun; |
|
— |
L-inbejjed ma jaqbżux, wara l-arrikkiment, il-qawwa alkoħolika totali skont il-volum li ġejja: 12,5 % għall-inbejjed bojod, ħomor u rożè u 13 % għall-inbejjed bojod u rożè frizzanti (fil-każ tal-arrikkiment tal-most). |
Minbarra d-dispożizzjonijiet ta’ hawn fuq, il-prattiki enoloġiċi adottati għall-inbejjed, għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti kollha stabbiliti fil-livell Komunitarju u fil-Kodiċi Rurali u dak tas-Sajd Marittimu.
2. Prattika tal-kultivazzjoni
L-inbejjed għandhom densità minima tat-tħawwil tad-dwieli ta’ 4 500 pjanti għal kull ettaru, b’distanza massima ta’ 2,10 metri bejn ir-ringieli. Id-distanza bejn il-pjanti fl-istess ringiela huwa 0,9 metru jew aktar.
Id-dwieli jinżabru kemm f’daqs tawwali kif ukoll f’daqs qasir skont it-tekniki li ġejjin b’massimu ta’ ħdax-il rimja għal kull pjanta.
Ikun xi jkun il-metodu taż-żabra, id-dwieli jistgħu jinżabru b’żewġ rimjiet addizzjonali għal kull pjanta, bil-kundizzjoni li fl-istadju fenoloġiku li jikkorrispondi għal 11 jew 12-il werqa, in-numru taz-zkuk li jagħtu l-frott tas-sena għal kull pjanta jkun ta’ 11 jew anqas.
5.2. Rendimenti massimi
Inbejjed bojod
72 ettolitru għal kull ettaru
Inbejjed ħomor u rożè
66 ettolitru għal kull ettaru
Inbejjed frizzanti
78 ettolitru għal kull ettaru
6. Definizzjoni taż-żona demarkata
Il-ħsad tal-għeneb, il-vinifikazzjoni, il-produzzjoni tal-inbejjed, kif ukoll il-ħsad tal-għeneb, il-vinifikazzjoni, il-produzzjoni, il-maturazzjoni u l-ippakkjar tal-inbejjed frizzanti huma żgurati fit-territorju tal-muniċipalitajiet li ġejjin (lista stabbilita abbażi tal-kodiċi ġeografiku uffiċjali tal-2020):
|
— |
Id-département ta’ Indre-et-Loire : Amboise, Anché, Artannes-sur-Indre, Athée-sur-Cher, Avoine, Avon-les-Roches, Azay-le-Rideau, Azay-sur-Cher, Beaumont-en-Véron, Benais, Bléré, Bossay-sur-Claise, Bourgueil, Brizay, Candes-Saint-Martin, Cangey, Chambray-lès-Tours, Chançay, Chanceaux-sur-Choisille, La Chapelle-sur-Loire, Chargé, Cheillé, Chemillé-sur-Indrois, Chenonceaux, Chinon, Chisseaux, Chouzé-sur-Loire, Cinais, Cinq-Mars-la-Pile, Civray-de-Touraine, Coteaux-sur-Loire, Couziers, Cravant-les-Côteaux, La Croix-en-Touraine, Crouzilles, Dierre, Draché, Epeigné-les-Bois, Esvres, Fondettes, Francueil, Genillé, Huismes, L’Ile-Bouchard, Ingrandes-de Touraine, Joué-lès-Tours, Langeais (fuq l-ex-territorju muniċipali ta’ Langeais, li saret il-kapitali tal-komun), Larçay, Lémeré, Lerné, Lignières-de-Touraine, Ligré, Limeray, Lussault-sur-Loire, Luynes, Luzillé, Marçay, Montlouis-sur-Loire, Montreuil-en-Touraine, Mosnes, Nazelles-Négron, Neuillé-le-Lierre, Noizay, Panzoult, Parçay-Meslay, Pocé-sur-Cisse, Pont-de-Ruan, Razines, Restigné, Reugny, Rigny-Ussé, Rivarennes, Rivière, La Roche-Clermault, Rochecorbon, Saché, Saint-Avertin, Saint-Benoît-la-Forêt, Saint-Etienne-de-Chigny, Saint-Germain-sur-Vienne, Saint-Martin-le-Beau, Saint-Nicolas-de-Bourgueil, Saint-Ouen-les-Vignes, Saint-Règle, Sainte-Maure-de-Touraine, Savigny-en-Véron, Savonnières, Sazilly, Seuilly, Souvigny-de-Touraine, Tavant, Theneuil, Thilouze, Thizay, Tours, Vallères, Véretz, Vernou-sur-Brenne, Villaines-les-Rochers, Vouvray |
|
— |
Id-département ta’ Loir-et-Cher: Angé, Blois, Chailles, Châteauvieux, Châtillon-sur-Cher, Chaumont-sur-Loire, Chémery, Chissay-en-Touraine, Choussy, Le Controis-en-Sologne (għat-territorju tal-muniċipalità delegata ta’ Contres u ta’ Thenay), Couddes, Couffy, Faverolles-sur-Cher, Mareuil-sur-Cher, Méhers, Mesland, Meusnes, Monteaux, Monthou-sur-Bièvre, Monthou-sur-Cher, Montrichard Val de Cher, Noyers-sur-Cher, Oisly, Pontlevoy, Pouillé, Rilly-sur-Loire, Saint-Aignan, Saint-Georges-sur-Cher, Saint-Julien-de-Chédon, Saint-Romain-sur-Cher, Sassay, Seigy, Soings-en-Sologne, Thésée, Valaire, Valencisse (għat-territorju tal-komuni delegati ta’ Chambon-sur-Cisse u Molineuf) Vallières-les-Grandes, Valloire-sur-Cisse (għat-territorju tal-komun delegat ta’ Chouzy-sur-Cisse), Veuzain-sur-Loire (għat-territorju tal-komun delegat ta’ Onzain). |
7. Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid / jinkisbu l-inbejjed
Cabernet franc N
Cabernet-Sauvignon N
Chardonnay B
Chenin B
Cot N — Malbec
Gamay N
Grolleau N
Grolleau gris G
Meunier N
Orbois B
Pineau d’Aunis N
Pinot gris G
Pinot noir N
Sauvignon B — Sauvignon blanc
Sauvignon gris G — Fié gris
8. Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet
Iż-żona ġeografika hija bħal medda art twila mmewġa ħafif, fil-Lbiċ tal-Baċin ta’ Pariġi, u tikkorrispondi għal żona ta’ konfluwenza fuq it-territorju li minnha ix-xmajjar Cher, Indre u Vienne jiġu jingħaqdu mal-Loire. Il-vinja, imħawla f’aktar minn mitt kilometru, hija organizzata tul il-widien, għajr għall-vitikultura ta’ Sologne, fil-Lvant, li l-vinja tagħha tinsab fuq medda art twila bejn ix-Cher u l-Loire.
Iż-żoni ġeografiċi tal-ismijiet ġeografiċi supplimentari “Amboise” u “Mesland” jinsabu fil-qalba tal-widien li jestendu, mill-Punent sal-Lvant, tul il-Val de Loire, filwaqt li ż-żona ġeografika tal-isem ġeografiku supplimentari “Azay-le-Rideau” tifforma fruntiera mal-wied ta’ l’Indre. Fid-direzzjoni tax-xmara, il-wied tax-Cher jospita l-isem ġeografiku supplimentari “Chenonceaux”, filwaqt li dak ta’ “Oisly” jokkupa l-medda art twila tal-Lvant bejn il-Loire u x-Cher.
L-altitudni globali rarament taqbeż il-100 metru jew il-120 metru fit-territorju tal-143 muniċipalità li jiffurmaw iż-żona ġeografika.
L-inbejjed ġejjin minn irqajja’ tar-raba’ li kienu soġġetti għal delimitazzjoni stretta u preċiża, ispirata miċ-ċentri storiċi tal-produzzjoni. Wieħed jagħmel distinzjoni bejn dawn l-irqajja’ tar-raba’: — l-irqajja’ tar-raba’ għandhom ħamrija li ġejja mit-tafal taż-żnied, li magħha jitħallat ramel tal-qatran, ħamrija magħrufa lokalment bħala “bournais perrucheux”, — l-irqajja’ tar-raba’ b’ħamrija żviluppata fuq tafal taż-żnied jew “perruches”, jew ħamrija taflija bil-ġir u ġeblija, li ġejja mill-franka, magħrufa lokalment bħala “aubuis”; din hija ħamrija sħuna u permeabbli, li tistrieħ fuq l-ewwel djul jew “xtut” tal-widien; — l-irqajja’ tar-raba’ b’ħamrija tal-widien jistrieħu fuq għelieqi mtarrġa ta’ depożiti alluvjali antiki, magħrufa lokalment bħala “graviers”.
Iż-żona ġeografika tibbenefika minn klima oċeanika, b’impatt ċar tal-influwenza tagħha hekk kif wieħed javvanza lejn il-parti tal-Lvant taż-żona ġeografika sal-meridjan ta’ Tours. It-temperaturi u l-preċipitazzjonijiet huma indikattivi ta’ dan l-impatt, b’xita ta’ madwar 550 millimetru fil-Punent, li titla’ sa 650 millimetru fil-Lvant, u varjazzjoni akbar fit-temperatura fil-Lvant, sinjal ta’ influwenza oċeanika degradata aktar qawwija.
Il-fdalijiet ta’ mitħna antika li ġiet skoperta f’Cheillé, viċin ta’ Azay-le-Rideau juru l-kultivazzjoni tad-dielja f’“Touraine” sa mis-seklu 2. Bejn is-seklu 8 u s-seklu 12, il-vitikultura żviluppat sew taħt l-influwenza tal-Knisja.
Il-preżenza tal-Qorti Rjali fil-wied tal-Loire fis-seklu 16 (il-kastelli ta’ Chambord Chenonceau) ikkontribwixxiet għal żvilupp konsiderevoli fil-produzzjoni ta’ nbejjed ta’ kwalità, kif ukoll għar-reputazzjoni ta’ ċerti “crus”. Il-produzzjoni żviluppat wara l-promulgazzjoni tal-“Edit des vingt lieues”, li pprojbixxa l-produzzjoni tal-inbid madwar il-kapitali, u tfaċċaw il-varjetajiet tad-dwieli “Gamay” mir-reġjun ta’ Lyon.
Bħala modi naturali ta’ ċirkolazzjoni, il-Loire u x-Cher ħeġġew b’mod spontanju l-kummerċ, l-iżvilupp u l-esportazzjoni tal-produzzjonijiet taż-żona ġeografika. Il-kummerċ tal-aħjar inbejjed sar l-aktar mal-Olanda u mal-Ingilterra permezz tal-barriera doganali ta’ Ingrandes-sur-Loire, qrib Nantes. Dawn l-inbejjed ta’ kwalità mbagħad issemmew bħala “vins de la mer” (inbejjed tal-baħar) peress li huma tajbin għat-trasport.
Fis-seklu 18, żviluppat vinja fil-wied il-baxx tax-Cher madwar il-bliet ta’ Bléré, Thésée, Montrichard u Chenonceaux. Deskrizzjoni tal-varjetajiet tad-dwieli tas-settur saret fi żmien l-istħarriġ agrikolu tas-sena 12 (1804). Fit-“Tableau du plan de vigne le plus propagé sur les côtes du Cher” tiegħu, il-“côt” hija ppreżentata bħala “l-aktar varjetà tad-dielja mifruxa max-xatt tax-Cher li jagħti għan-Nofsinhar, u li jipproduċi l-ogħla kwalità tal-inbid”.
Fl-1845, il-Konti ODART ukoll semma fl-“Ampélographie” tiegħu, il-varjetà tad-dielja Cot N bħala “l-varjetà tad-dielja l-aktar ikkultivata fix-xtut tax-Cher u tal-Lot”. Fl-1860, Jules GUYOT, dejjem preċiż ħafna fid-deskrizzjonijiet tiegħu, kiteb : “Il-Breton (Cabernet franc N) għandu ċ-ċentru prinċipali tiegħu f’Bourgueil, bejn Chinon u Saumur, fejn joffri nbejjed eċċellenti ; iżda dan sparixxa billi mar lura lejn il-Lvant tar-reġjun, fejn il-Côts, ix-Chardenets, il-Pinots noirs, il-Beurots u l-Meunier (…) jiddominaw fil-Loir-et-Cher … ”.
Wara l-kriżi tal-filossera, il-vinja ta’ “Touraine” ġiet rikostitwita bil-varjetajiet tad-dwieli li ġejjin b’mod partikolari minn varjetajiet tad-dwieli ġodda bħall-varjetajiet imlaqqmin Gamay N u Sauvignon B. Iż-żona ġeografika mbagħad bdiet tinbena bil-mod il-mod, bl-integrazzjoni ta’ setturi tal-inbid b’potenzjal kwalitattiv għoli u, ftit qabel il-bidu tat-Tieni Gwerra Dinjija, fl-1939, ġiet rikonoxxuta d-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata “Coteaux de Touraine”.
Fl-1953, l-isem “Touraine” ġie adottat definittivament.
Għaldaqstant, il-vinja tkopri żona ta’ 8 000 ettaru u l-produtturi, miġbura flimkien fi ħdan ħames fabbriki kooperattivi, żviluppaw il-produzzjoni ta’ nbejjed li ġejjin mill-varjetajiet tad-dwieli Sauvignon B u Gamay N, li kisbu reputazzjoni soda mal-catering taħt l-ismijiet komuni ta’ “sauvignon de Touraine” u “gamay de Touraine”.
Konxji mill-potenzjal tat-territorju tagħhom u tal-varjetajiet tad-dwieli tagħhom sa mill-1985, il-produtturi fil-wied tax-Cher ħawlu l-varjetajiet tad-dwieli Côt N u Sauvignon B fuq l-irqajja’ tar-raba’ tal-ewwel “xtut”, filwaqt li dawk tal-vitikultura ta’ Sologne rriżervaw il-varjetà tad-dielja Sauvignon B għall-irqajja’ tar-raba’ b’ħamrija ramlija.
Dan ix-xogħol ta’ riċerka għall-awtentiċità ssarraf fir-rikonoxximent tal-ismijiet ġeografiċi supplimentari “Chenonceaux” għall-inbejjed bojod u ħomor mill-għoljiet tax-Cher, u “Oisly” għall-inbejjed bojod mill-vitikultura ta’ Sologne.
Fl-2009, il-vinja kopriet żona ta’ 4 500 ettaru kkultivati minn madwar 800 produttur. Madwar 260 000 ettolitru ta’ nbid jiġu prodotti, li minnhom aktar minn 60 % huma nbejjed bojod. L-inbejjed li jibbenefikaw mid-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata “Touraine” għandhom togħma matura fil-palat u togħmiet aħħarija friski u bbilanċjati sew.
L-inbejjed bojod, ħafna drabi ta’ kulur dehbi ċar, joffru firxa aromatika li tista’ tvarja minn noti ta’ frott li jfakkru fil-frott taċ-ċitru jew fil-frott eżotiku, għal noti ta’ fjuri, li jfakkru fil-fjuri bojod. Huma jżommu sensazzjoni ta’ freskezza fl-aħħar tal-palat.
L-inbejjed rożè jiftħu fuq aromi delikati li jistgħu jfakkru fir-ribes iswed, fil-frott eżotiku jew fil-frott taċ-ċitru.
L-inbejjed ħomor prodotti mill-varjetà tad-dielja Gamay N (inbejjed li jibbenefikaw mill-indikazzjoni “gamay” jew inbejjed li jibbenefikaw mill-kelma “primeur”) ta’ spiss juru kulur taċ-ċirasa u ġeneralment jiżvelaw aromi sħan ta’ frott aħmar żgħir fuq tannini rotob. Dawn huma nbejjed ibbilanċjati, li jikkombinaw il-ħeffa u l-freskezza. Dawk li ġejjin minn taħlitiet jew mill-varjetà tad-dielja Cabernet franc N biss, huma nbejjed eleganti u qawwija, bi struttura tannika tajba, u l-espressjoni aromatika tagħhom tikkombina frott aħmar u iswed, b’kuluri li jvarjaw minn aħmar rubin skur għal granat skur.
L-inbejjed bojod u rożè frizzanti huma msawra fuq struttura b’aċidità dominanti li tagħti lill-inbejjed il-freskezza u l-finezza kollha tagħhom. Din l-aċidità hija akkumpanjata minn noti ta’ frott u tista’ tistabbilixxi togħma ta’ brioche matul iż-żmien. Inbejjed mingħajr gass — In-netwerk idrografiku kbir tax-xmajjar Loire, Vienne, Cher u Indre, maż-żmien ifforma medda art twila mmewġa ta’ blat artab tat-Terzjarja u tas-Sekondarja. Taħt l-influwenza tal-Knisja, fil-Medju Evu, il-bniedem ħawwel il-vinja matul l-għoljiet hekk minquxin u fuq it-truf tal-medda art twila.
Fir-Rinaxximent, din il-viċinanza għax-xmajjar kienet diġà assi importanti li ffavoriet l-esportazzjoni tal-inbejjed “Touraine”. B’hekk, il-permanenza tal-barriera doganali ta’ Ingrandes-sur-Loire, li minnha l-inbejjed ġew esportati lejn l-Olanda, u l-applikazzjoni tal-“Edit des vingt lieues” fl-1577, iffurmaw il-vinja tal-Loire u ffavorew produzzjoni ta’ kwalità. Taħt l-influwenza tal-klima, varjetajiet tad-dwieli bbażati fuq il-varjetajiet Chenin B u Cabernet franc N żviluppaw fil-parti tal-Punent taż-żona ġeografika, filwaqt li l-varjetajiet Sauvignon B, Côt N u Gamay N huma ffavoriti fil-parti tal-Lvant taż-żona ġeografika. Il-meridjan ta’ Tours jimmarka dan il-limitu klimatiku naturali. Il-varjetajiet ta’ dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid ġew imposti b’mod naturali f’din id-diversità tas-sitwazzjonijiet tal-vitikultura offruti lill-produtturi.
Billi tirrifletti l-prattiki, iż-żona tal-irqajja’ tar-raba’ demarkata għall-ħsad tal-għeneb tqis biss l-irqajja’ tar-raba’ b’ħamrija li tixxotta, żviluppata l-aktar fuq turonjan u senonjan. It-tafal taż-żnied, rikk fil-ġebel siliċiku, ikopri l-biċċa l-kbira tal-ħamrija fil-widien intermedjarji. Dan iż-żnied, li hemm ħafna minnu fil-wiċċ, għalhekk għandu rwol importanti waqt il-maturità biż-żieda fir-rata ta’ skambju tas-sħana fil-ħamrija. Dawn il-kundizzjonijiet għandhom sehem importanti fil-kwalità tal-inbejjed bojod u tal-inbejjed ħomor. Il-varjetà tad-dielja Sauvignon B tiffjorixxi l-aktar fuq l-irqajja’ tar-raba’ b’ħamrija ta’ “perruches” u ta’ “aubuis”. F’dawn is-sitwazzjonijiet, din issib il-bażijiet essenzjali għal maturità konsistenti matul is-snin. L-inbejjed prodotti minn din il-varjetà tad-dielja, jesprimu karatteristiċi friski u oriġinali f’din il-ħamrija u taħt din il-klima. Fl-2009, dawn irrappreżentaw żewġ terzi tal-produzzjoni tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata. Il-varjetà tad-dielja Gamay N, varjetà sewda mir-rikostruzzjoni tal-filossera, tinsab l-aktar fl-irqajja’ tar-raba’ b’ħamrija bit-“tafal taż-żnied”, u l-inbejjed li ġejjin minnha huma vivaċi u għandhom togħma ta’ frott. L-inbejjed ħomor fil-Lvant tal-meridjan ta’ Tours huma msejsa fuq il-varjetà tad-dwieli côt N, filwaqt li l-Cabernet franc N huwa dominanti lejn il-Punent. Dawn il-varjetajiet jagħtu struttura tannika tajba lill-inbejjed.
Fid-DOP “Touraine”, hemm 5 ismijiet ġeografiċi supplimentari rikonoxxuti.
Amboise
Il-medda art twila ta’ ġibs artab għandha topografija mmarkata mhux ħażin, b’altitudni ta’ bejn 80 metru u 100 metru. Id-diversità tas-sitwazzjonijiet ġeopedoloġiċi tat lill-produtturi l-opportunità li jsibu, għal kull waħda mill-varjetajiet tad-dwieli li żviluppaw, l-aħjar kundizzjonijiet għall-espressjoni tagħhom. L-inbejjed rożè huma friski u għandhom togħma ta’ frott, l-inbejjed ħomor, li għandhom struttura tannika tajba, għandhom espressjoni aromatika pjuttost intensa, li prinċipalment tevoka noti ta’ frott aħmar u l-inbejjed bojod huma ġeneralment misjuri, iżda jistgħu xi drabi jkollhom zokkor fermentabbli u għalhekk jiġu deskritti bħala “demi-sec” (nofsu misjur), “moelleux” (ħelu mezzan) jew “doux” (ħelu). Il-maturazzjoni tal-inbejjed ħomor tippermetti l-flessibbiltà fl-istruttura tannika tagħhom. Fl-inbejjed bojod, din il-maturazzjoni ssaħħaħ il-kumplessità aromatika.
Azay-le-Rideau
Il-vinja, bis-saħħa tal-pożizzjoni tagħha bejn il-widien tal-Loire u tal-Indre, tibbenefika minn klima moderata. Il-varjetajiet tad-dwieli Grolleau N u Chenin B jitkabbru fl-għoljiet u fuq il-meded ta’ art imrammla biż-żrar, li huma ideali għall-produzzjoni ta’ nbejjed bojod eleganti u friski, u nbejjed rożè togħma ta’ frott. Tradizzjonalment, l-inbejjed rożè kellhom jiġu prodotti permezz tal-metodu tat-tagħsir dirett qabel il-fermentazzjoni biex jiżguraw it-togħma tal-frott tagħhom. L-inbejjed bojod li xi drabi jista’ jkollhom zokkor fermentabbli huma eleganti u minerali.
Chenonceaux
Iż-żona ġeografika tinsab fuq l-għoljiet taż-żewġ xtut tax-Cher. Il-varjetajiet tad-dwieli jitħawlu fuq irqajja’ tar-raba’ b’ħamrija li għandha ħafna żnied. L-inbid abjad għandu espressjoni aromatika ġeneralment intensa, li tiżvela aromi ta’ fjuri (żagħrun, akaċja…) u noti aktar ta’ frott (ċitru, frott imnixxef,…). Il-maturazzjoni, tal-anqas sat-30 ta’ April tas-sena ta’ wara dik tal-ħsad, tippermetti togħma matura u finezza. L-inbejjed ħomor għandhom struttura tannika tajba. L-espressjoni aromatika tagħhom hija pjuttost intensa, u tevoka b’mod partikolari noti ta’ frott iswed. Il-maturazzjoni, tal-anqas sal-31 ta’ Awwissu tas-sena ta’ wara dik tal-ħsad, tippermetti nbid b’aromi kumplessi u tannini tondi u rotob.
Mesland
Iż-żona ġeografika, li tinsab fil-Grigal taż-żona ġeografika tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta “Touraine”, tikkorrispondi ma’ tarf ta’ medda art twila li tħares lejn il-Loire. Hawnhekk, il-ħamrija hija simili permezz tal-preżenza taż-żnied u dik tar-ramel tal-Mijoċenu. Il-varjazzjonijiet kbar fit-temperatura u l-pożizzjoni ġeografika huma ideali għall-varjetajiet bikrija tad-dwieli. L-inbejjed ħomor u rożè, prodotti l-aktar mill-varjetà tad-dielja Gamay N, jesprimu aromi kkonċentrati ta’ frott aħmar żgħir. L-inbejjed bojod, li jistgħu xi drabi jkollhom zokkor fermentabbli, għandhom espressjoni aromatika kumplessa li tiżvela aromi ta’ fjuri (żagħrun, tilju, birbiena…), b’noti aktar ta’ frott (ċitru, lanġas,…). L-inbid iħalli sens ta’ freskezza fil-ħalq.
Oisly
Fil-qalba tal-vitikultura ta’ Sologne, din il-vinja tipproduċi nbejjed bojod xotti mill-varjetà tal-dielja Sauvignon B biss, li tesprimi l-potenzjal kollu tagħha fil-ħamrija mrammla u biż-żrar kontinentali u l-hekk imsejħa formazzjonijiet “de Sologne” magħmulin minn ramel, tafal u “faluns” (ġebel sedimentarju bil-konkilji). Il-klima taż-żona ġeografika tenfasizza l-aktar staġun subxott intens fir-reġjun ta’ Touraine. Dan il-ħabitat naturali joffri nbejjed bi freskezza mmarkata b’aromi fini u delikati li jfakkru fil-frott taċ-ċitru u fil-fjuri bojod. Il-maturazzjoni, tal-anqas sat-30 ta’ April tas-sena ta’ wara dik tal-ħsad, tippermetti li dawn isiru kumplessi.
It-“Touraine”, werrieta tal-vinji u tal-widien imfaħħra mir-Rejiet, għadha waħda mill-ġawhar tal-vinji tat-Tramuntana, u l-pajsaġġi kulturali vivaċi tagħha, ippreżervati mill-isfruttar sekulari tad-dielja, ffavorew ir-reġistrazzjoni tal-Wied tal-Loire fil-Patrimonju Storiku tal-UNESCO.
Inbid frizzanti
L-inbejjed frizzanti huma prodotti fil-kundizzjonijiet deskritti hawn fuq. Filwaqt li nnotaw li l-inbejjed ibbottiljati fil-kantini xi kultant kellhom it-tendenza li jiffermentaw mill-ġdid, il-produtturi minn Tours xtaqu jikkontrollaw dan il-fenomenu ta’ “nbejjed frizzanti naturali” u jieħdu vantaġġ minnu. B’hekk, mis-seklu 19 ’il quddiem, twieldu l-inbejjed offruti lill-konsumatur bħala “frizzanti”. Il-preżenza ta’ kantini mħaffra fil-ġebel tal-franka kienet imbagħad fattur favorevoli għall-iżvilupp tal-produzzjoni ta’ dawn l-inbejjed, li teħtieġ spazji kbar u moderati għall-ħażna u l-immaniġġjar.
Bl-esperjenza miksuba aktar minn seklu ilu, dawk li jagħmlu l-inbejjed frizzanti issa għandhom għarfien espert immaniġġjat perfettament u evidenti fil-kompożizzjoni tal-cuvées tagħhom. L-oriġinalità territorjali tal-inbejjed bojod hija riflessa mill-obbligu tal-preżenza ta’ 60 % tal-varjetà tad-dielja Chenin B jew Orbois B. Il-maturazzjoni twila “fuq il-paletti” tikkontribwixxi għall-iżvilupp tal-aromi ta’ brioche u għall-kumplessità tal-inbejjed.
9. Kundizzjonijiet essenzjali oħra (ippakkjar, tikkettar, rekwiżiti addizzjonali)
Żona fil-viċinanza immedjata
Qafas ġuridiku:
Leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ kundizzjoni addizzjonali:
Deroga dwar il-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata
Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:
Iż-żona fil-viċinanza immedjata, definita mid-deroga għall-vinifikazzjoni, il-produzzjoni tal-inbejjed, kif ukoll għall-vinifikazzjoni, il-produzzjoni u l-ippakkjar tal-inbejjed frizzanti, hija kostitwita mit-territorju tal-muniċipalitajiet li ġejjin (lista stabbilita fuq il-bażi tal-Kodiċi Ġeografiku Uffiċjali tal-2020):
|
— |
Id-département ta’ Indre : Faverolles-en-Berry, Fontguenand, Lye, La Vernelle, Veuil, u Villentrois; |
|
— |
Id-département ta’ Indre-et-Loire : Bréhémont, La Chapelle-aux-Naux, Chaveignes, Chezelles, u Crissay-sur-Manse; |
|
— |
Id-département ta’ Loir-et-Cher : Candé-sur-Beuvron, Cheverny, Cormeray, Fresnes, Le Controis-en-Sologne (għat-territorji tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Feings, Fougères-sur-Bièvre et Ouchamps), Les Montils, Mont-près-Chambord, Sambin, Selles-sur-Cher; |
|
— |
Id-département ta’ Maine-et-Loire : Brain-sur-Allonnes u Montsoreau. |
Qafas ġuridiku:
Leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:
Dispożizzjonijiet supplimentari dwar it-tikkettar
Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:
|
— |
L-isem tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata għandu jkun segwit mill-indikazzjoni “gamay” skont id-dispożizzjonijiet stipulati fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott. |
|
— |
L-isem tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata jista’ jiġi ssupplimentat minn wieħed mill-ismijiet ġeografiċi supplimentari li ġejjin, skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott: “Amboise”, “Azay-le-Rideau”, “Chenonceaux”, “Mesland”, u “Oisly”. |
|
— |
L-isem tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata jista’ jiġi ssupplimentat mill-kelma “primeur” jew “nouveau”, skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott. |
|
— |
Id-dettalji fakultattivi kollha li l-użu tagħhom, skont id-dispożizzjonijiet Komunitarji, jista’ jiġi rregolat mill-Istati Membri, għandhom jinkitbu fuq it-tikketti b’karattri li d-daqs tagħhom m’għandux ikun akbar mid-doppju kemm fl-għoli kif ukoll fil-wisa’, mid-daqs tal-karattri li jifformaw l-isem tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata. |
|
— |
Id-daqs tal-karattri tad-denominazzjoni ġeografika “Val de Loire” m’għandux ikun akbar minn żewġ terzi kemm fl-għoli kif ukoll fil-wisa’, tad-daqs tal-karattri li jiffurmaw l-isem tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata. |
Ismijiet Ġeografiċi Supplimentari
Qafas ġuridiku:
Leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:
Dispożizzjonijiet supplimentari dwar it-tikkettar
Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:
|
— |
L-ismijiet ġeografiċi supplimentari “Amboise”, “Azay-le-Rideau” jew “Mesland” għandhom jinkitbu wara l-isem tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata b’karattri li d-daqs tagħhom, kemm fl-għoli kif ukoll fil-wisa’, m’għandux ikun akbar mid-daqs tal-karattri li jiffurmaw l-isem tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata. |
|
— |
L-ismijiet ġeografiċi supplimentari “Chenonceaux” jew “Oisly” għandhom jinkitbu taħt l-isem tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata b’karattri li d-daqs tagħhom kemm fl-għoli kif ukoll fil-wisa’, m’għandux ikun akbar mid-daqs tal-karattri li jiffurmaw l-isem tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata. |
|
— |
L-inbejjed bojod li jibbenefikaw mill-ismijiet ġeografiċi supplimentari “Amboise”, “Mesland” jew “Azay-le-Rideau” għandhom jiġu ttikkettati bil-kelma “demi-sec” f’konformità mal-istandards analitiċi stabbiliti għal din il-kelma f’din l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, u bil-kelma “moelleux” jew “doux” li tikkorrispondi għall-kontenut ta’ zokkor fermentabbli (glukożju u fruttożju) li jinsab fl-inbid, kif definit fir-regolamenti Komunitarji. |
Tikkettar
Qafas ġuridiku:
Leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ kundizzjoni addizzjonali:
Dispożizzjonijiet supplimentari dwar it-tikkettar
Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:
|
— |
L-inbejjed rożè li jibbenefikaw mill-isem ġeografiku supplimentari “Mesland” għandhom jiġu ttikkettati bil-kelma “demi-sec” f’konformità mal-istandards analitiċi stabbiliti għal din il-kelma f’din l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, u bil-kelma “moelleux” jew “doux” li tikkorrispondi għall-kontenut ta’ zokkor fermentabbli (glukożju u fruttożju) li jinsab fl-inbid, kif definit fir-regolamenti Komunitarji. |
|
— |
L-inbejjed li jistgħu jkunu ttikkettati “primeur” jew “nouveau” għandhom jiġu ppreżentati bl-indikazzjoni tal-vendemmja. |
|
— |
It-tikkettar tal-inbejjed li jibbenefikaw mid-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata jista’ jispeċifika l-isem ta’ unità ġeografika iżgħar, bil-kundizzjoni li:
|
|
— |
L-indikazzjoni “gamay” għandha titqiegħed immedjatament taħt l-isem tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata b’ittri li d-daqs tagħhom huwa akbar jew ugwali, kemm fl-għoli kif ukoll fil-wisa’, għal żewġ terzi tad-daqs tal-karattri tal-isem tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata. |
Link għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott
http://info.agriculture.gouv.fr/gedei/site/bo-agri/document_administratif-3cc0de2e-abb5-4e4c-a927-b9edf3c0b4b5
|
19.7.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 288/15 |
Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ isem skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel
(2021/C 288/05)
Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) fi żmien tliet xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.
DOKUMENT UNIKU
“Vänerlöjrom”
Nru tal-UE: PDO-SE-02412 – 6 ta’ Marzu 2018
(X) DOP ( ) IĠP
1. Isem
“Vänerlöjrom”
2. Stat Membru jew pajjiż terz
L-Iżvezja
3. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel
3.1 Tip ta’ prodott
|
1.7. |
Ħut frisk, molluski, krustaċji u prodotti derivati minnhom |
3.2 Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)
Il-“Vänerlöjrom” hu prodott naturali magħmul biss mill-bajd tal-ħut tar-razza vendace (Coregonus albula) u mill-melħ (NaCl). Il-“Vänerlöjrom” jinbiegħ f’għamla friska, iffriżata jew maħlula. Il-karatteristiċi tal-“Vänerlöjrom” huma l-istess, irrispettivament mill-forma li jkollu meta jinbiegħ.
Il-“Vänerlöjrom” għandu l-karatteristiċi li ġejjin:
Dehra: tleqqija naturali, ileqq bħaċ-ċagħaq. Il-bajd tal-ħut sħiħ irid ikun viżibbli.
Konsistenza: il-“Vänerlöjrom” hu kkaratterizzat minn bajd sħiħ li jekk jingħafas mas-saqaf tal-ħalq waqt li wieħed ikun qiegħed iduqu, jagħmel ħoss ta’ tifqigħ.
Daqs: id-daqs tal-bajd ivarja minn 0,8 mm sa 2,0 mm skont meta fl-istaġun tas-sajd u f’liema parti tal-Lag Vänern inqabad il-vendace.
Kulur: ċar u qawwi, li jvarja minn oranġjo ċar għal oranġjo kemxejn iktar skur matul l-istaġun tas-sajd (S1060-Y30R sa 080-Y40R fis-Sistema tal-Kuluri Naturali).
Kontenut ta’ melħ: 4,0-4,5 fil-mija NaCl
Kontenut ta’ ndewwa: ma jridx ikun għoli tant li jikkawża lill-“Vänerlöjrom” biex jaqa’ minn fuq magħrfa bil-maqlub. Il-bajd irid iżomm ukoll il-forma tiegħu meta jitqiegħed fuq wiċċ ċatt.
Togħma: togħma ħafifa u ta’ ħut nadif tas-salamun u tal-umami b’livell ibbilanċjat ta’ mluħa. It-togħma ssir aktar intensa meta l-bajd żgħir jitgħaffeġ fil-ħalq.
3.3 Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)
Il-vendace jiekol esklussivament il-plankton (Bythothrepes cederstroemi, Daphnia (sp), Bosmina (sp), Eurytemora (sp), Heterocope (sp) u Diaptomus (sp)) li jinstab b’mod naturali fl-ilma ħelu tal-Lag Vänern.
Materja prima:
Il-materja prima għall-“Vänerlöjrom” hi l-bajd tal-vendace (Coregonus albula) li jinqabad fil-Lag Vänern.
Ingredjenti oħrajn: Melħ mhux jodizzat (NaC1)
3.4 Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita
Il-“Vänerlöjrom” huwa prodott mill-bajd tal-vendace (Coregonus albula) li jinqabad fil-Lag Vänern. Il-passi kollha fil-proċess tal-produzzjoni, mis-sajd sal-preparazzjoni tal-“Vänerlöjrom” (tagħfis, tħawwid, tlaħliħ minn qabel, tisfija, tindif bir-reqqa, tnixxif u tmelliħ), iridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita deskritta fil-punt 4.
3.5 Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.
—
3.6 Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar
Minbarra r-regoli ġenerali dwar it-tikkettar, il-produtturi kollha tal-“Vänerlöjrom” iridu jittikkettaw il-prodott bil-logo ta’ hawn taħt.
4. Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika
Iż-żona tal-produzzjoni għall-“Vänerlöjrom” tinkludi l-Lag Vänern u l-parroċċi tal-madwar:
Väse u Östra Fågelvik fid-distrett ta’ Väse;
Ölme u Varnum fid-distrett ta’ Ölme;
Visnum u Visnums Kil fid-distrett ta’ Visnum;
Parroċċi rurali u urbani ta’ Karlstad u Hammarö fid-distrett ta’ Karlstad.
Segerstad, Grums u Ed fid-distrett ta’ Grums:
Millesvik, Eskilsäter, Ölserud, Botilsäter, By, Bro, Södra Ny u Tveta fid-distrett ta’ Näs
(kollha jinsabu fil-kontea ta’ Värmland).
Leksberg, Björsäter, Torsö, Hassle, Berga, Lyrestad, Amnehärad u l-belt żgħira ta’ Mariestad fid-distrett ta’ Vadsbro;
Källby, Skeby, Husaby u Sävare fid-distrett ta’ Kinnefjärding;
Medelplana, Västerplana, Österplana u Forshem fid-distrett ta’ Kinne;
Tådene, Norra Kedum, Örslösa, Söne, Rackeby, Skalunda, Sunnersberg, Gösslunda, Strö, Otterstad u l-belt żgħira ta’ Lidköping fid-distrett ta’ Kålland;
Flo, Ås, Sal, Västernäs, Tun, Karaby u Frie fid-distrett ta’ Åse;
Västra Tunhem, Vassända-Naglum u l-belt żgħira ta’ Vänersborg fid-distrett ta’ Väne;
Bolstad, Grinstad, Gestad u Frändefors fid-distrett ta’ Sundal;
Skållerud, Holm u Järn fid-distrett ta’ Nordal;
Il-parroċċi rurali u urbani ta’ Åmål, Tössö med Tydie u Danisco fid-distrett ta’ Tössbo;
(kollha jinsabu fil-kontea ta’ Västra Götaland)
5. Rabta maż-żona ġeografika
Dettalji speċifiċi taż-żona ġeografika
Il-Lag Vänern huwa l-ikbar lag tal-Iżvezja u t-tielet l-ikbar lag fl-Ewropa. Dan jinsab fil-Lbiċ tal-Iżvezja u għandu superfiċje ta’ madwar 5 650 km2. Il-fond medju tiegħu hu ta’ 27 metru u l-fond massimu hu ta’ 106 metri. Minħabba d-daqs tiegħu, il-Lag Vänern jista’ jitqabbel ma’ baħar intern b’arċipelagu estensiv ta’ aktar minn 12 000 gżira. Minkejja dan l-arċipelagu estensiv, il-lag hu primarjament pelaġiku.
Fiċ-ċentru tal-Lag Vänern, l-arċipelagu ta’ Lurö fit-Tramuntana jestendi lejn l-arċipelagu ta’ Kålland fin-Nofsinhar. Dawn iż-żewġ arċipelagi ftit jew wisq jaqsmu l-lag f’żewġ baċiri kbar, b’dak tal-Lbiċ magħruf bħala l-Lag Dalbo u b’dak tal-Grigal magħruf bħala l-Lag Värmland. Il-lag Dalbo hu aktar baxx u għandu volum inqas ta’ ilma mil-lag Värmland. Dan ifisser li ż-żewġ baċiri għandhom ċikli ta’ temperatura annwali kemxejn differenti.
Il-Lag Vänern ġie ffurmat madwar 10 000 sena ilu, meta ġie sseparat gradwalment mill-massa ta’ ilma li sar il-Baħar Baltiku permezz tal-irfigħ li seħħ wara l-aħħar Era tas-Silġ. Illum, il-livell medju tal-ilma fil-lag hu ta’ 44,3 metru ’il fuq mil-livell tal-baħar. Minħabba l-iżolament tiegħu mill-Baħar Baltiku, il-Lag Vänern jospita wħud mill-krustaċji relitti tal-era glaċjali.
Dan għandu żona ta’ qbid wiesgħa li testendi fin-Norveġja. Ix-Xmara Klarälven, bil-baċir tagħha ta’ 11 847,6 km2 u fluss medju ta’ 162,5 m3/s (il-fluss għoli tal-ilma hu ta’ 690 m3/s) tifforma t-tributarja dominanti.
L-inżul tax-xita medja annwali huwa madwar 600 mm fil-Lag Vänern u madwar 1 000 mm fiż-żona tul il-fruntiera Norveġiża lejn il-Punent u l-Majjistral. Fix-xitwa, l-preċipitazzjoni hija prinċipalment fil-forma ta’ borra. Il-kopertura tal-borra tista’ tkun sinifikanti (60-65 cm), fuq kollox fil-partijiet tal-Majjistral taż-żona tal-qbid. Ġeneralment, il-borra tkun għadha hemm f’April, u għandha sehem sinifikanti fl-għargħar tar-rebbiegħa f’ħafna mix-xmajjar li jiżbokkaw fil-Lag Vänern.
Il-parti Żvediża taż-żona tal-qbid tinkludi bejn wieħed u ieħor 10 fil-mija tat-territorju tal-pajjiż u tikkonsisti primarjament f’art forestali, li jfisser li xi materjal organiku jiġi mitmugħ fil-lag (materjal organiku totali fil-Lag Vänern (TOC) hu madwar 5 - 6 mg/l). It-temperatura tal-ilma tal-wiċċ hi madwar -5 - 0° C minn Diċembru sa Frar u madwar 10 - 16° C minn Mejju sa Settembru. Meta ġie ffurmat il-Lag Vänern, il-vendace tal-Vänern ġie sseparat mill-qraba tiegħu fil-Baħar Baltiku, li jfisser li llum huwa ġenetikament differenti minn vendace ieħor u huwa adattat għall-kundizzjonijiet naturali fil-Lag Vänern.
Il-vendace tal-Vänern hu ħut pelaġiku li jgħix fi ġliebi kbar li jiċċaqalqu bejn il-Lag Dalbo u l-Lag Värmland, skont fatturi li jinkludu t-temperatura tal-ilma u l-kurrenti taħt l-ilma. Dan joqgħod l-aktar fl-ilma aktar kiesaħ taħt it-thermocline.
Il-vendace tal-Vänern huwa komuni u jinkludi madwar 30 fil-mija tal-bijomassa fl-ilmijiet miftuħa. Dan jikseb il-maturitá meta jkollu madwar sena. Iċ-ċiklu riproduttiv tiegħu huwa influwenzat mill-klima. Ix-xita abbundanti fix-xitwa, b’għargħar qawwi fir-rebbiegħa u b’influss tajjeb ta’ materjal organiku, tgħin biex jiġi żgurat livell ogħla ta’ plankton, li huwa s-sors primarju ta’ ikel tal-vendace.
Deskrizzjoni tal-fatturi umani
Il-“Vänerlöjrom” huwa prodott mill-bajd tal-vendace (Coregonus albula) li jinqabad fil-Lag Vänern.
Il-proprjetajiet tal-“Vänerlöjrom” huma r-riżultat tal-ħila u tal-għarfien espert ta’ dawk involuti fis-sajd għall-vendace matur mimli bajd tal-Vänern u fil-proċess ta’ preparazzjoni sussegwenti.
Il-kwalità tal-“Vänerlöjrom” fl-aħħar mill-aħħar tiddependi fuq l-istadju fil-perjodu ta’ riproduzzjoni tal-vendace meta jinqabad. Il-vendace tal-Vänern ibid bejn Ottubru u Diċembru. Il-perjodu eżatt tar-riproduzzjoni huwa influwenzat mit-temperatura tal-ilma, li jfisser li l-ż-żmien tar-riproduzzjoni jvarja bejn partijiet differenti tal-Lag Vänern. Matul il-perjodu ta’ riproduzzjoni, il-vendace jippreferi ż-żoni fejn l-ilmijiet tal-qiegħ huma mbuttati lejn il-wiċċ mill-kurrenti u mit-topografija tal-qiegħ tal-lag. B’rabta mar-riproduzzjoni, il-ġliebi tal-ħut jinstabu primarjament f’fond ta’ 10-20 metru. Minkejja l-għajnuniet moderni, l-għarfien tas-sajjieda dwar l-imġiba tal-vendace fir-rigward tal-kurrenti, it-topografija tal-qiegħ, it-temp u d-direzzjoni tar-riħ huwa kruċjali biex jinqabad il-ħut mimli bajd fl-istadju t-tajjeb tal-perjodu ta’ riproduzzjoni sabiex il-materja prima - il-bajd - tkun tal-ogħla kwalità possibbli.
Il-vendace jinqabad esklussivament bix-xbieki, b’qies ta’ malji ta’ mhux inqas minn 16,5 mm. Kull sajjied jista’ juża massimu ta’ 1 400 metru ta’ xibka għal kull operazzjoni tas-sajd. Is-sajd għall-vendace huwa regolat u jitwettaq matul l-istaġun tar-riproduzzjoni tal-vendace fl-aħħar tal-ħarifa. Il-perjodu tas-sajd huwa stabbilit mill-Aġenzija Żvediża għall-Immaniġġjar tal-Baħar u l-Ilma (HaV).
Il-kwalità tal-materja prima trid imbagħad tinżamm matul il-proċess ta’ preparazzjoni biex jiġi żgurat li l-“Vänerlöjrom” ikollu l-proprjetajiet karatteristiċi tiegħu. Il-preparazzjoni ssir bl-idejn u x-xogħol irid isir malajr. Il-preparazzjoni tal-“Vänerlöjrom” tibda hekk kif tinħatt il-qabda. Peress li huwa meħtieġ proċess ta’ preparazzjoni veloċi sabiex tiġi ppreservata l-kwalità tal-bajd, il-prodott jitħejja fil-viċinanza diretta tal-lag (mhux aktar minn 5 km mil-linja tal-ilma f’livelli tal-ilma normali).
Biex jiġi ppreparat il-“Vänerlöjrom”, il-bajd jiġi magħfus ’il barra mill-ħut bl-idejn u sussegwentement jitnaddaf mid-demm, mill-membrani u mill-bajd li ma jistax jintuża permezz ta’ tħawwid. Fil-vendace nisa maturi, il-bajd jista’ jammonta għal 5-10 % tal-piż tal-ġisem (madwar 30 gramma). Il-bajd jiġi magħfus ’il barra mill-ħut mimli bajd minn persunal ta’ ħila u b’esperjenza twila. Matul il-proċess, l-indafa u l-kwalità tal-materja prima huma kkontrollati permezz ta’ spezzjoni viżwali.
Wara li jitħawwad, il-bajd jitlaħlaħ minnufih fl-ilma kiesaħ nadif minn tlieta sa ħames darbiet. Kwalunkwe impurità li tibqa’ titneħħa u l-bajd jinġabar fi ċraret tat-tisfija, li jiddendlu biex l-ilma jitħalla jqattar. Sabiex il-bajd ma jitlifx il-kulur tiegħu jew biex ma jintnefaħx sal-punt li jinkiser, il-ħin bejn it-tlaħliħ inizjali u t-tisfija għandu jkun qasir kemm jista’ jkun (madwar 10 minuti).
Wara t-tisfija, il-bajd jitnixxef f’kamra tal-ħżin kiesħa f’temperatura ta’ 3-6°C għal madwar 48 siegħa. Il-proċess ta’ tnixxif inaqqas il-piż b’madwar 8-10 %. Il-bajd imnixxef jiġi mmellaħ b’melħ mhux jodizzat (NaC1).
Il-karatteristiċi tal-prodott lest huma vvalutati permezz ta’ teħid ta’ kampjuni u ttestjar fl-għama matul l-istaġun tas-sajd. Il-valutazzjonijiet jitwettqu minn assessuri indipendenti. Il-bajd biss li jissodisfa l-ispeċifikazzjonijiet huwa ppakkjat u kkummerċjalizzat bħala “Vänerlöjrom”.
Il-“Vänerlöjrom” għandu rabta lokali b’saħħitha. Kull sena, diversi avvenimenti marbuta mal-Lag Vänern u mas-sajd tal-bajd, inkluża l-Ġurnata tal-Bajd tal-Vendace, jattiraw għadd kbir ta’ viżitaturi.
Karatteristiċi speċifiċi tal-prodott
Il-“Vänerlöjrom” huwa prodott mill-bajd tal-vendace tal-Vänern, ħut tal-ilma ħelu li ġie ġenetikament separat mill-vendace fil-Golf ta’ Bothnia għal 8 000-9 000 sena.
Il-“Vänerlöjrom” hu prodott naturali mingħajr addittivi għajr melħ tat-tisjir (NaCl). Dan jiddistingwih mill-maġġoranza ta’ prodotti oħra tal-bajd tal-ħut fis-suq.
Il-“Vänerlöjrom” jikseb il-karatteristiċi speċifiċi tiegħu mill-minerali u n-nutrijenti fl-ilmijiet tal-Lag Vänern. Il-bajd hu kemxejn iżgħar minn dak tal-vendace fil-Golf ta’ Bothnia. Il-bajd hu ta’ kulur iktar ċar bi ħjiel ta’ oranġjo ċar.
Il-“Vänerlöjrom” għandu livell ibbilanċjat ta’ mluħa li jippermetti li toħroġ it-togħma armonjuża u sħiħa tal-bajd.
Id-daqs żgħir tal-bajd ifisser li l-“Vänerlöjrom” huwa perċepit bħala inqas “imrammel”, li, flimkien mal-livell ibbilanċjat ta’ mluħa u t-togħma naturalment eleganti, jgħin biex jipprovdi esperjenza ta’ ikel pjaċevoli.
Il-“Vänerlöjrom” hu prodott imsaffi sew (imnixxef) li jirrilaxxa inqas ilma minn prodotti simili oħrajn fis-suq.
Rabta kawżali
Il-Lag Vänern huwa ambjent speċjali ħafna. Il-lag kien separat mill-Baħar Baltiku madwar 10 000 sena ilu. L-ekosistema tiegħu minn dak iż-żmien żviluppat mingħajr kuntatt mal-Baltiku, li jfisser li l-istokkijiet tal-vendace tagħha llum huma ġenetikament differenti mill-popolazzjoni li tgħix fil-Baħar Baltiku. Il-Lag Vänern għandu wkoll popolazzjoni ta’ żooplankton meqjus relitt tal-era glajċjali.
L-ilma fil-Lag Vänern ġej minn firxa ta’ kanali tal-ilma kbar u żgħar li prinċipalment jgħaddu minn art morena msaġġra u minn għadajjar u lagi b’ħafna materjal organiku. Il-lag huwa relattivament fqir fin-nutrijenti, allura ż-żieda ta’ ilma rikk fin-nutrijenti wara preċipitazzjoni qawwija tistimula t-tkabbir tal-plankton, li min-naħa tiegħu jipprovdi ikel għall-popolazzjoni unika tal-lag, il-vendace, magħruf bħala vendace tal-Vänern.
Il-kwalità tal-ilma tal-Lag Vänern u l-fatt li s-sorsi tal-ikel jinkludu biss organiżmi tal-ilma ħelu jikkontribwixxu għall-karattru speċjali tal-bajd tal-vendace tal-Vänern. Il-bajd huwa kemxejn iżgħar minn dak tal-vendace mill-Golf ta’ Bothnia u għandu wkoll kulur oranġjo distint.
Għall-produzzjoni tal-“Vänerlöjrom”, il-vendace jrid jinqabad fl-istadju korrett tal-perjodu ta’ riproduzzjoni biex jiġi żgurat li l-materja prima tkun tal-ogħla kwalità. Minħabba d-daqs tal-Lag Vänern, il-kundizzjonijiet fil-lag huma faċilment affettwati mit-temp u mir-riħ. Matul l-istaġun tar-riproduzzjoni tal-vendace fil-ħarifa, il-kundizzjonijiet jistgħu jsiru diffiċli ħafna, u din hija xi ħaġa li s-sajjieda jridu jikkunsidraw. L-imġiba riproduttiva tal-vendace tal-Vänern hija affettwata mit-temperatura tal-ilma, mill-kurrenti u mit-topografija tal-qiegħ tal-lag. Sabiex jaqbdu n-nisa mimlija bajd fl-istadju x-xieraq tat-trobbija tal-bajd, is-sajjied għandu jkun familjari mal-imġiba tal-vendace u għandu jbassar mill-esperjenza fejn il-vendace se jbid fil-kundizzjonijiet tat-temp prevalenti.
Ladarba jinqabad il-vendace mimli bajd, il-kwalità tal-bajd trid tinżamm matul il-proċess ta’ preparazzjoni sabiex jinkiseb il-karattru speċjali tal-“Vänerlöjrom”. Il-preparazzjoni ssir bl-idejn minn nies b’esperjenza twila u b’għajn għall-artiġjanat meħtieġa biex jipproduċu bajd tal-vendace ta’ kwalità għolja u li jafu sewwa t-teknika partikolari meħtieġa biex jinħareġ il-bajd mill-ħut bl-idejn.
Il-karatteristiċi speċjali li jiddefinixxu l-“Vänerlöjrom” huma kompletament dovuti għall-kundizzjonijiet naturali fiż-żona ġeografika u għall-abilità tan-nies li jużaw u li jimmaniġġjaw il-materja prima li tirriżulta mill-kundizzjonijiet naturali.
Referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni
(it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament)
https://www.livsmedelsverket.se/globalassets/produktion-handel-kontroll/livsmedelsinformation-markning-halsopastaenden/skyddade-beteckningar/produktspecifikation-vanerlojrom_2020_05_11-002.pdf
|
19.7.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 288/20 |
Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal emenda tal-Ispeċifikazzjoni ta’ Prodott għal isem fis-settur tal-inbid imsemmija fl-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(2021/C 288/06)
Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) fi żmien xahrejn mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.
TALBA GĦAL EMENDA GĦALL-ISPEĊIFIKAZZJONI TAL-PRODOTT
“ARDÈCHE”
PGI-FR-A1198-AM03
Data tal-applikazzjoni: 23 ta’ Settembru 2016
1. Regoli applikabbli għall-emenda
L-Artikolu 105 tar-Regolament Nru 1308/2013 - Emenda mhux minuri
2. Deskrizzjoni u raġunijiet għall-emenda
2.1. Varjetajiet tal-għeneb awtorizzati
Il-varjetajiet tal-għeneb li ġejjin żdiedu mal-lista tal-varjetajiet awtorizzati:
|
— |
Couston N. Din il-varjetà li daħlet fil-katalogu uffiċjali tal-varjetajiet awtorizzati tad-dwieli fl-2010 għandha kwalitajiet li huma ta’ interess b’mod partikolari għall-inbejjed rożè. Din il-varjetà produttiva hija adattata sew għall-ħamrija fqira taż-żona tal-produzzjoni tal-IĠP “Ardèche” minn fejn din toriġina. Hija wkoll reżistenti għat-taħsir griż. |
|
— |
Floréal B, Muscaris B, Solaris B, Soreli B, Souvignier Gris B, Voltis B, Artaban N, Monarch N, Prior N, Vidoc N. |
Dawn il-varjetajiet huma magħrufa li huma reżistenti għall-mard fungali. Dawn jippermettu użu inqas ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti iżda fl-istess ħin jikkorrispondu mal-varjetajiet użati għall-produzzjoni tal-IĠP. Dawn ma jbiddlux il-karatteristiċi tal-inbejjed tal-IĠP.
2.2. Tikkettar
Il-lista eżawrjenti tal-varjetajiet li jistgħu jiżdiedu mal-isem “Ardèche” fuq it-tikketta tal-prodott ġiet emendata. Il-grupp applikant jixtieq li jkun jista’ jieħu vantaġġ sħiħ mill-varjetajiet kollha tad-dwieli fiż-żona ġeografika tal-produzzjoni.
Għalhekk, tħassret is-sentenza li ġejja: “Il-varjetajiet li isimhom jista’ jiżdied mal-Indikazzjoni Ġeografika Protetta ‘Ardèche’ (li tista’ tkun jew ma tkunx segwita minn ‘Coteaux de l’Ardèche’) huma esklużivament dawk li jidhru fil-lista li ġejja:
|
— |
għall-inbid aħmar jew rożè: cabernet franc N, cabernet-sauvignon N, caladoc N, carignan N, chatus N, cinsault N, gamaret N, gamay N, grenache N, marselan N, merlot N, pinot N, syrah N ; |
|
— |
għall-inbid abjad: chardonnay B, clairette B, grenache B, marsanne B, muscat petits grains B, roussanne B, sauvignon B, ugni B, viognier B.” |
2.3. Rendiment
Ir-rendiment massimu għall-produzzjoni tal-inbejjed rożè żdied minn 90 hl/ha għal 110 hl/ha.
Din iż-żieda żgħira fir-rendiment ma taffettwax il-karatteristiċi tipiċi tal-inbejjed rożè prodotti taħt l-isem “Ardèche”.
2.4. Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli
Id-dispożizzjonijiet dwar il-produzzjoni ta’ nbejjed frizzanti ta’ kwalità tħassru wara d-deċiżjoni tal-Kunsill tal-Istat tat-2 ta’ Marzu 2015 li annullat id-Digriet tat-28 ta’ Ottubru 2011 dwar l-IĠP “Ardèche” li kien japprova d-dispożizzjonijiet tal-Ispeċifikazzjoni relatati mal-inbejjed frizzanti rożè u bojod ta’ kwalità.
2.5. Rekwiżiti nazzjonali u komunitarji — punti ewlenin li għandhom jiġu kontrollati
Id-dispożizzjonijiet dwar il-kontrolli li għandhom isiru fuq il-prodotti ġew speċifikati: it-testijiet organolettiċi jsiru fuq il-prodotti jekk jiġu identifikati irregolaritajiet waqt il-kontrolli interni (testijiet organolettiċi fuq inbejjed bl-ingrossa u nbejjed ippakkjati).
2.6. Rabta maż-żona ġeografika
It-taqsima dwar ir-rabta maż-żona ta’ oriġini ġiet ikkompletata biex tagħti aktar provi tar-rabta kawżali tal-IĠP.
Żdiedet sentenza introduttorja fil-bidu tat-taqsima dwar ir-rabta kawżali biex tispeċifika li: “Ir-rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-inbejjed koperti mill-IĠP ‘Ardèche’ hija bbażata fuq ir-reputazzjoni tal-inbejjed ‘Ardèche’, li huma magħrufa għall-kwalità tagħhom”. Ir-rabta kawżali hija kkompletata wkoll mis-sentenza li ġejja: “Hemm aktar minn mitt sit turistiku naturali u kulturali fejn it-turisti jistgħu jiskopru l-kultura rikka tal-vitikultura u tal-vinifikazzjoni tal-vinji tal-Ardèche. L-Ardèche hija attraenti bħala destinazzjoni turistika minħabba l-pajsaġġi u l-konvenjenza tagħhom għal diversi attivitajiet fil-beraħ. Il-vinji tal-Ardèche tant huma famużi li dawn ingħataw it-tikketta ‘Vignobles et Découvertes’ mill-Aġenzija Franċiża għall-Iżvilupp tat-Turiżmu (Atout France), bħala rikonoxximent tal-importanza tagħhom għat-turiżmu tal-inbid.”
Il-formulazzjoni tat-taqsima dwar ir-rabta ġiet emendata wkoll biex tagħti deskrizzjoni aktar preċiża tal-karatteristiċi tal-inbejjed: “L-inbejjed ħomor, rożè, u bojod kollha għandhom aromi tipikament ta’ frott, li jvarjaw fil-qawwa u fid-dominanza skont il-varjetajiet tal-għeneb u t-teknoloġiji użati. ”
Il-karatteristiċi tal-ambjent naturali ġew speċifikati wkoll:
|
— |
“Il-blat ramli antik tas-Cévennes iffurmat mill-erożjoni ta’ ġebel li joriġina mill-era ġeoloġika Trijassika huwa aċiduż, bi skular tajjeb u b’kontenut baxx ta’ materja organika. Dawn il-karatteristiċi speċifiċi jagħtu lill-inbejjed ħomor aromi ta’ frott qawwija ħafna;” |
|
— |
Fiż-żona ta’ bas-Vivarais “id-dwieli jikbru f’ħamrija baxxa b’ġebel tal-ġir b’rendimenti baxxi, u b’hekk jiġu prodotti nbejjed Grenache ta’ kwalità għolja. Bis-saħħa tal-ammont kbir ta’ ċagħaq, id-dwieli jibbenefikaw minn ħamrija aktar sħuna fir-rebbiegħa u mir-rilaxx matul il-lejl tas-sħana li tkun inħażnet matul il-ġurnata” u “L-inbejjed ħomor prodotti f’din iż-żona għandhom aromi ta’ frott iżda wkoll noti ta’ ħwawar u struttura notevoli”; |
|
— |
Fit-tarf taż-żona ta’ Bas-Vivarais, il-Coiron, li hija “pjanura bażaltika reali, tagħmel parti mill-Massif Ċentrali fir-reġjun tal-Mediterran. Il-bażalt għandu ħafna mikroelementi u siliċe, u dan jagħti lill-inbejjed ħomor it-togħma ta’ frott u l-freskezza tagħhom u lill-inbejjed bojod il-finezza tagħhom;” |
|
— |
Fl-aħħar, fin-Nofsinhar tal-Vallée du Rhône, “id-dwieli jikbru mal-ġnub ta’ għoljiet miksija biċ-ċagħaq u esposti sew għax-xemx. Dawn il-pjantaġġuni jipproduċu nbejjed ħomor kumplessi, b’togħma ta’ frott, u strutturati tajjeb. Il-ħamrija bi trab kalkarju ratba lewn l-okra twassal għal inbejjed bojod u rożè friski u b’togħma ta’ frott u għal inbejjed ħomor b’togħma ta’ frott u bi struttura ratba.” |
2.7. Deskrizzjoni organolettika tal-inbejjed
It-taqsima li tagħti d-deskrizzjoni organolettika tal-inbejjed ġiet irfinata biex tispeċifika l-kulur u l-proprjetajiet organolettiċi tal-inbejjed.
Għall-inbejjed ħomor, jiġi speċifikat li: “l-estrazzjonijiet ġeneralment jipproduċu nbejjed bi struttura ratba u b’tannini fini u misjura, iżda xi wħud għandhom togħmiet aktar qawwija. L-inbejjed ħomor joffru taħlita ta’ aromi li jvarjaw minn frott aħmar għal aromi ta’ ħwawar. Huma għandhom kuluri qawwija li jvarjaw minn aħmar lewn il-lampun sa aħmar lewn il-granata. ”
L-inbejjed bojod “joffru sfumaturi li jvarjaw minn isfar ċar b’riflessjonijiet ħodor sa isfar dehbi. L-aromi qawwija jiżviluppaw madwar il-freskezza ta’ frott tal-polpa bajda b’noti ta’ ċitru u ta’ fjuri.”
L-inbejjed rożè “jiżviluppaw aromi qawwija ta’ frott aħmar frisk, ta’ konfettura tal-frott aħmar, ta’ fjuri u ta’ frott taċ-ċitru. It-taħlita ta’ kuluri tagħhom tvarja minn griż ċar lewn is-salamun jew saħansitra griż jagħti fir-roża għal lwien roża aktar qawwija u aktar skuri.”
2.8. Iż-żona ġeografika u ż-żona fil-viċinanza immedjata
Id-definizzjoni taż-żona ġeografika u taż-żona fi prossimità immedjata ġiet ifformulata mill-ġdid bħala lista ta’ muniċipalitajiet f’konformità mal-Kodiċi Ġeografiku tal-2019, li huwa r-referenza nazzjonali. It-traskrizzjoni fil-forma ta’ lista ta’ muniċipalitajiet ma tibdilx iż-żona ġeografika jew iż-żona fi prossimità immedjata.
2.9. Dettalji ta’ kuntatt tal-korp ta’ spezzjoni
Id-dettalji ta’ kuntatt tal-awtorità ta’ monitoraġġ u dawk tal-korp ta’ spezzjoni CERTIPAQ ġew aġġornati.
DOKUMENT UNIKU
1. Isem/ismijiet
Ardèche
2. Tip ta’ indikazzjoni ġeografika
IĠP - Indikazzjoni Ġeografika Protetta
3. Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli
|
1. |
Inbid |
4. Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed
IĠP Ardèche
L-Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Ardèche” tkopri l-inbejjed ħomor, rożè, u bojod mhux frizzanti.
L-inbejjed ħomor, rożè, u bojod kollha għandhom aromi tipikament ta’ frott, għalkemm il-qawwa u n-natura tagħhom ivarjaw skont il-varjetajiet tal-għeneb u t-teknoloġiji użati.
Għall-inbejjed ħomor, l-estrazzjonijiet ġeneralment jipproduċu nbejjed bi struttura ratba u b’tannini fini u misjura, iżda xi wħud għandhom togħmiet aktar qawwija. L-inbejjed ħomor joffru taħlita ta’ aromi li jvarjaw minn frott aħmar għal aromi ta’ ħwawar. Huma għandhom kuluri qawwija li jvarjaw minn aħmar lewn il-lampun sa aħmar lewn il-granata.
It-tekniki tal-vinifikazzjoni użati biex isiru l-inbejjed rożè jippermettu li jinżamm bilanċ eċċellenti u li tinżamm il-freskezza tal-inbejjed u t-togħma ta’ frott tagħhom. L-inbejjed rożè jiżviluppaw aromi qawwija ta’ frott aħmar frisk, ta’ konfettura tal-frott aħmar, ta’ fjuri u ta’ frott taċ-ċitru. It-taħlita ta’ kuluri tagħhom tvarja minn griż ċar lewn is-salamun jew saħansitra griż jagħti fir-roża għal lwien roża aktar qawwija u aktar skuri.
It-tekniki tal-vinifikazzjoni użati biex isiru l-inbejjed bojod jippermettu li jinżamm bilanċ eċċellenti u li tinżamm il-freskezza tal-inbejjed u t-togħma ta’ frott tagħhom. Dawn għandhom lwien li jvarjaw minn isfar ċar bi sfumaturi ħodor għal isfar dehbi. Aromi qawwija jiżviluppaw madwar il-freskezza ta’ frott tal-polpa bajda b’noti ta’ ċitru u ta’ fjuri.
L-inbejjed huma konformi mal-kriterji analitiċi stabbiliti fil-liġi tal-UE.
|
Karatteristiċi analitiċi ġenerali |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-voum) |
9 |
|
Aċidità totali minima |
|
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
5. Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid
a. Prattiki enoloġiċi essenzjali
L-inbejjed għandhom ikunu konformi, fil-qasam tal-prattiki enoloġiċi, mal-obbligi stabbiliti fil-livell Komunitarju kif ukoll fil-Kodiċi Rurali u tas-Sajd Marittimu.
b. Rendimenti massimi
Inbejjed bojod u ħomor bl-IĠP “Ardèche”
90 ettolitru għal kull ettaru
Inbejjed rożè bl-IĠP “Ardèche”
110 ettolitri għal kull ettaru
6. Żona ġeografika demarkata
Għall-inbejjed koperti mill-Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Ardèche”, l-istadji tal-ħsad, tal-vinifikazzjoni u tal-ipproċessar iridu jsiru fid-départements elenkati hawn taħt, fit-territorju tal-muniċipalitajiet li ġejjin f’konformità mal-Kodiċi Ġeografiku Uffiċjali ta’ April 2019:
|
— |
Id-département tal-Ardèche: il-muniċipalitajiet kollha |
|
— |
Id-département ta’ Gard: Barjac, Le Garn, Issirac, Laval-Saint-Roman, Montclus, Rivières, Rochegude, Saint-André-de-Roquepertuis, Saint-Denis, Saint-Jean-de-Maruéjols-et-Avéjan, u Saint-Privat-de-Champclos. |
7. Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid/jinkisbu l-inbejjed
Alicante Henri Bouschet N
Aligoté B
Alphonse Lavallée N
Aléatico N
Aramon N
Aramon blanc B
Aramon gris G
Aranel B
Arinarnoa N
Artaban N
Aubun N - Murescola
Barbaroux Rs
Biancu Gentile B
Bourboulenc B - Doucillon blanc
Brun argenté N - Vaccarèse
Cabernet franc N
Cabernet-Sauvignon N
Caladoc N
Calitor N
Cardinal Rg
Carignan N
Carignan blanc B
Chambourcin N
Chardonnay B
Chasan B
Chasselas B
Chasselas rose Rs
Chatus N
Chenanson N
Chenin B
Cinsaut N - Cinsault
Clairette B
Clairette rose Rs
Clarin B
Colombard B
Cot N - Malbec
Couderc noir N
Counoise N
Couston N
Danlas B
Egiodola N
Floreal B
Gamaret
Gamay Fréaux N
Gamay N
Gamay de Bouze N
Gamay de Chaudenay N
Ganson N
Gewurztraminer Rs
Gramon N
Grenache N
Grenache blanc B
Grenache gris G
Gros Manseng B
Gros vert B
Jurançon noir N - Dame noire
Listan B - Palomino
Lival N
Lledoner pelut N
Macabeu B - Macabeo
Marsanne B
Marselan N
Mauzac rose Rs
Melon B
Merlot N
Merlot blanc B
Meunier N
Mollard N
Monarch N
Mondeuse N
Mondeuse blanche B
Monerac N
Montils B
Morrastel N - Minustellu, Graciano
Mourvaison N
Mourvèdre N - Monastrell
Mouyssaguès
Muresconu N - Morescono
Muscadelle B
Muscardin N
Muscaris B
Muscat Ottonel B - Muscat, Moscato
Muscat cendré B - Muscat, Moscato
Muscat d’Alexandrie B - Muscat, Moscato
Muscat de Hambourg N - Muscat, Moscato
Muscat à petits grains blancs B - Muscat, Moscato
Muscat à petits grains roses Rs - Muscat, Moscato
Muscat à petits grains rouges Rg - Muscat, Moscato
Müller-Thurgau B
Nielluccio N - Nielluciu
Noir Fleurien N
Négret de Banhars N
Négrette N
Oberlin noir N
Ondenc B
Orbois B
Pagadebiti B
Pascal B
Perdea B
Persan N
Petit Courbu B
Petit Manseng B
Petit Meslier B
Petit Verdot N
Picardan B - Araignan
Pineau d’Aunis N
Pinot blanc B
Pinot gris G
Pinot noir N
Piquepoul blanc B
Piquepoul gris G
Piquepoul noir N
Plant de Brunel N
Plant droit N - Espanenc
Plantet N
Portan N
Portugais bleu N
Poulsard N - Ploussard
Prior N
Prunelard N
Précoce Bousquet B
Précoce de Malingre B
Raffiat de Moncade B
Ravat blanc B
Rayon d’or B
Riesling B
Riminèse B
Rivairenc N - Aspiran noir
Rivairenc blanc B - Aspiran blanc
Rivairenc gris G - Aspiran gris
Romorantin B - Danery
Rosé du Var Rs
Roublot B
Roussanne B
Rubilande Rs
Sacy B
Saint Côme B
Saint-Macaire N
Saint-Pierre doré B
Sauvignon B - Sauvignon blanc
Sauvignon gris G - Fié gris
Savagnin blanc B
Savagnin rose Rs
Sciaccarello N
Segalin N
Seinoir N
Select B
Semebat N
Semillon B
Servanin N
Seyval B
Solaris B
Soreli B
Souvignier gris Rs
Sylvaner B
Syrah N - Shiraz
Tannat N
Tempranillo N
Terret blanc B
Terret gris G
Terret noir N
Tibouren N
Tourbat B
Tressot N
Trousseau N
Téoulier N
Ugni blanc B
Valdiguié N
Valérien B
Varousset N
Velteliner rouge précoce Rs
Verdesse B
Vermentino B - Rolle
Vidoc N
Villard blanc B
Villard noir N
Viognier B
Voltis B
8. Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet
Speċifiċità taż-żona ġeografika u tal-prodotti
Id-département tal-Ardèche fix-Xlokk ta’ Franza jikkorrispondi għar-reġjun antik tal-Vivarais, li l-pajsaġġi tiegħu jvarjaw ħafna, kif muri mid-differenza impressjonanti fl-altitudni bejn il-punt li jlaqqa’ flimkien ir-Rhône u x-xmara Ardèche (40 m ’il fuq mil-livell tal-baħar) fix-Xlokk tad-département u l-quċċata ta’ Mont Mézenc fil-Punent Ċentrali, li hija għolja 1 754 m. Il-wied tar-Rhône jifforma fruntiera naturali ta’ 140 km fil-Lvant u l-pjanuri għoljin tal-Massif Ċentrali jimmarkaw il-fruntiera tal-Punent.
Il-vinji storiċi tal-Ardèche ilhom ħafna magħrufa għall-inbejjed eċċellenti tagħhom. Flimkien mat-turiżmu, il-vitikultura hija pilastru importanti fl-iżvilupp ekonomiku ta’ dan it-territorju. Il-vitikultura hija l-attività agrikola ewlenija fid-département u l-vinji, li l-biċċa l-kbira tagħhom huma kkonċentrati fin-Nofsinhar tal-Ardèche, huma t-tielet l-aktar importanti fir-reġjun tar-Rhône Alpes. Ix-Chatus N, li hija varjetà tal-għeneb nattiva, ġiet skoperta mill-ġdid fis-snin 1990 fil-muntanji tas-Cévennes tal-Ardèche, wara li kienet inqerdet mill-ġlata tal-Filloksera fl-1880. Din issa qed terġa’ titkabbar b’suċċess f’dan is-settur tas-Cévennes, u qed tipproduċi nbejjed qawwija, tanniċi, u distintivi ħafna.
L-inbejjed ħomor, rożè, u bojod kollha għandhom aromi tipikament ta’ frott, li jvarjaw fil-qawwa u fid-dominanza skont il-varjetajiet tal-għeneb u t-teknoloġiji użati.
Is-Cévennes: id-dwieli huma adattati tajjeb ħafna. Il-varjetà Gamay hija prevalenti fl-artijiet baxxi tas-Cévennes tan-Nofsinhar filwaqt li l-varjetajiet Syrah, Cinsault, Grenache u Chatus jokkupaw il-ġnub tal-għoljiet esposti sew. Madwar dan ir-reġjun agrikolu kollu, fejn l-altitudni tvarja bejn 200 u 900 metru ’l fuq mil-livell tal-baħar, il-vinji tipikament jinstabu f’raba’ mtarraġ mdawwar bil-ħitan magħruf bħala “faïsses”, miżmum bir-reqqa mill-vitikulturi. Dan l-ambjent jagħti lill-għeneb kundizzjonijiet eċċellenti biex jikseb maturità fenolika. Il-blat ramli antik tas-Cévennes iffurmat mill-erożjoni ta’ ġebel li joriġina mill-era ġeoloġika Trijassika huwa aċiduż, bi skular tajjeb u b’kontenut baxx ta’ materja organika. Dawn il-karatteristiċi speċifiċi jagħtu lill-inbejjed ħomor aromi ta’ frott qawwija ħafna.
Il-Bas Vivarais: inbejjed prodotti minn vinji mħawla mal-ġnub tal-għoljiet u fi pjanuri xotti u aridi. Il-varjetà Grenache titkabbar l-aktar mal-ġnub tal-għoljiet, filwaqt li s-Syrah N tikber sew f’ħamrija kemxejn aktar rikka. Il-veġetazzjoni f’din iż-żona hija affettwata min-nixfa tas-sajf u d-dwieli jikbru f’ħamrija baxxa b’ġebel tal-ġir b’rendimenti baxxi, u b’hekk jiġu prodotti nbejjed Grenache ta’ kwalità għolja. Bis-saħħa tal-ammont kbir ta’ ċagħaq, id-dwieli jibbenefikaw minn ħamrija aktar sħuna fir-rebbiegħa u mir-rilaxx matul il-lejl tas-sħana li tkun inħażnet matul il-ġurnata. Is-sagħtar, is-sagħtrija, l-aspiku u l-lavanda huma wkoll abbundanti. L-inbejjed ħomor prodotti f’din iż-żona għandhom aromi ta’ frott iżda wkoll noti ta’ ħwawar u struttura notevoli.
Il-Coiron: id-dwieli jitkabbru f’din iż-żona li tmiss maż-żona tal-Bas Vivarais. Minħabba l-altitudni u l-varjazzjonijiet fit-temperatura, il-varjetajiet tal-ħsad bikri jingħataw preferenza bl-għan li jiġu ottimizzati l-metodi tal-produzzjoni ta’ nbejjed ta’ natura tajba bħall-inbejjed rożè. Il-Coiron, li hija pjanura bażaltika reali, tagħmel parti mill-Massif Ċentrali fir-reġjun tal-Mediterran. Il-bażalt għandu ħafna mikroelementi u siliċe, u dan jagħti lill-inbejjed ħomor it-togħma ta’ frott u l-freskezza tagħhom u lill-inbejjed bojod il-finezza tagħhom.
Il-Wied tar-Rhône: Fit-Tramuntana, il-varjetajiet tal-għeneb ta’ kwalità għolja (Merlot N, Cabernet-Sauvignon N, Syrah N, Caladoc N, eċċ.) huma mħawla f’raba’ mtarraġ u l-ġnub tal-għoljiet jintużaw għall-produzzjoni ta’ nbejjed koperti mill-IĠP. Fin-Nofsinhar, id-dwieli jikbru mal-ġnub ta’ għoljiet miksija biċ-ċagħaq u esposti sew għax-xemx. Dawn il-pjantaġġuni jipproduċu nbejjed ħomor kumplessi, b’togħma ta’ frott, u strutturati tajjeb. Il-ħamrija bi trab kalkarju ratba lewn l-okra twassal għal inbejjed bojod u rożè friski u b’togħma ta’ frott u għal inbejjed ħomor b’togħma ta’ frott u bi struttura ratba.
Rabta kawżali bejn l-ispeċifiċità taż-żona ġeografika u l-ispeċifiċità tal-prodott
Ir-rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-inbejjed koperti mill-IĠP “Ardèche” hija bbażata fuq ir-reputazzjoni tal-inbejjed “Ardèche”, li huma magħrufa għall-kwalità tagħhom.
Il-vitikultura hija importanti ħafna fl-ippjanar tal-użu tal-art fl-Ardèche, peress li l-vinji huma adattati għar-restrizzjonijiet ambjentali (pjantaġġun f’żoni “diffiċli”, bini ta’ raba’ mtarraġ jew “faïsses”, eċċ.) u għalhekk, din issawwar il-pajsaġġ. Dan l-effett fuq il-pajsaġġ mhuwiex negliġibbli minħabba li l-vinji jinsabu f’madwar 350 muniċipalità.
Iż-żoni miksija biċ-ċagħaq, l-art moxa jew ir-raba’ mtarraġ bil-ġebel tond fejn jitħawlu d-dwieli, flimkien ma’ mesoklima affettwata kemm minn influwenzi Mediterranji kif ukoll kontinentali, huma ideali għall-produzzjoni ta’ nbejjed bl-espressjoni aromatika ta’ frott li hija karatteristika tal-inbejjed koperti mill-IĠP “Ardèche”.
Il-vitikultura żviluppat b’mod sinifikanti fl-Ardèche f’dawn l-aħħar għexieren ta’ snin, imsaħħa mill-bidla fil-varjetajiet imħawla fl-aħħar tas-snin sebgħin.
B’mod parallel ma’ dan, it-tagħmir għall-vinifikazzjoni użat kemm fil-fabbriki privati tal-inbid kif ukoll fis-settur kooperattiv ġie mmodernizzat fis-snin tmenin.
Id-dinamiżmu tas-settur huwa dovut għal għadd ta’ operaturi differenti: Tnax-il fabbrika kooperattiva tal-inbid (irrappreżentati mill-“Union des Vignerons des Coteaux de l’Ardèche”), erba’ fabbriki tal-inbid kooperattivi indipendenti u 60 fabbrika tal-inbid privata b’madwar 7 500 ettaru ta’ dwieli.
Ir-reputazzjoni ta’ dawn l-inbejjed kibret fil-livell lokali, bis-saħħa tal-attrazzjoni turistika ewlenija lejn ir-reġjun “Gorges de l’Ardèche” u d-département tal-Ardèche b’mod ġenerali u ż-żieda fil-bejgħ dirett mill-fabbriki tal-inbid, kif ukoll fis-swieq u fl-avvenimenti lokali (is-suq ta’ Ruoms, il-fiera tal-inbid ta’ Serrières, eċċ.). Hemm aktar minn mitt sit turistiku naturali u kulturali fejn it-turisti jistgħu jiskopru l-kultura rikka tal-vitikultura u tal-vinifikazzjoni tal-vinji tal-Ardèche. L-Ardèche hija attraenti bħala destinazzjoni turistika minħabba l-pajsaġġi u l-konvenjenza tagħhom għal diversi attivitajiet fil-beraħ. Il-vinji tal-Ardèche tant huma famużi li dawn ingħataw it-tikketta “Vignobles et Découvertes” mill-Aġenzija Franċiża għall-Iżvilupp tat-Turiżmu (Atout France), bħala rikonoxximent tal-importanza tagħhom għat-turiżmu tal-inbid.
Bis-saħħa tal-kwalità tal-inbejjed tagħha, l-IĠP Ardèche hija rikonoxxuta wkoll fil-livell nazzjonali u internazzjonali. L-inbejjed Ardèche ddaħħlu għall-“Concours Général Agricole” f’Pariġi u rebħu diversi premjijiet. Dawn jidhru wkoll regolarment fi gwidi famużi bħall-“Guide Hachette des Vins”. Dawn ġew rikonoxxuti wkoll f’kompetizzjonijiet internazzjonali bħall-“Concours International des Vins” f’Lyon.
Bis-saħħa tar-reputazzjoni tal-inbejjed tagħha, l-Ardèche bħalissa hija d-département ewlieni tal-produzzjoni tal-inbid tal-IĠP fir-reġjun tar-Rhône-Alpes, b’volum tas-suq ta’ 350 000 ettolitru, li minnhom 20 % huma għall-esportazzjoni. Għalhekk, dawn l-inbejjed jistgħu jinstabu f’aktar minn 20 pajjiż (b’mod partikolari l-Istati Uniti u l-Gran Brittanja).
9. Kundizzjonijiet essenzjali oħra
Tikkettar
Qafas ġuridiku:
Il-leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ kundizzjoni supplimentari:
Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tikkettar
Deskrizzjoni tar-rekwiżit:
L-Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Ardèche” tista’ tiġi segwita bl-isem ta’ varjetà tal-għeneb waħda jew aktar u bit-terminu “primeur” jew “nouveau”.
L-Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Ardèche” tista’ tiġi segwita bl-isem tal-unità ġeografika iżgħar “Coteaux de l’Ardèche”.
Il-logo IĠP tal-Unjoni Ewropea għandu jidher fuq it-tikketta meta l-kliem “Indikazzjoni Ġeografika Protetta” jiġi sostitwit bil-kliem tradizzjonali “Vin de Pays”.
Żona fil-viċinanza immedjata
Qafas ġuridiku:
Il-leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ kundizzjoni supplimentari:
Deroga dwar il-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata
Deskrizzjoni tar-rekwiżit:
Iż-żona fi prossimità immedjata ddefinita b’deroga għall-produzzjoni u l-iżvilupp ta’ nbejjed bl-Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Ardèche” tinkludi l-muniċipalitajiet li ġejjin, f’konformità mal-Kodiċi Ġeografiku Uffiċjali ta’ April 2019:
|
|
Id-département tad-Drôme (26): 75 muniċipalità
|
|
|
Id-département ta’ Isère (38): 21 muniċipalità
|
|
|
Id-département tal-Gard (30): 44 muniċipalità
|
|
|
Id-département tal-Loire (42): 22 muniċipalità
|
|
|
Id-département tal-Haute-Loire (43): 41 muniċipalità
|
|
|
Id-département tal-Lozère (48): 15-il muniċipalità
|
|
|
Id-département tal-Vaucluse (84): 7 muniċipalitajiet
|
Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott
http://info.agriculture.gouv.fr/gedei/site/bo-agri/document_administratif-606d5181-139d-4c39-b7c0-ae4daaf8de55
|
19.7.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 288/31 |
Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni tal-approvazzjoni ta’ emenda standard għal speċifikazzjoni ta’ prodott għal isem fis-settur tal-inbid, kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33
(2021/C 288/07)
Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata f’konformità mal-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1)
LI TIKKOMUNIKA L-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD
“BARDOLINO”
PDO-IT-A0436-AM03
Data tal-komunikazzjoni: 26 ta’ April 2021
DESKRIZZJONI TAL-EMENDA APPROVATA U R-RAĠUNIJIET GĦALIHA
1. Isem u nbejjed
DESKRIZZJONI:
|
(a) |
Issa hemm subżoni bl-isem ta’ “Montebaldo”, “La Rocca” u “Sommacampagna”. Ir-regoli għal dawn is-subżoni huma stipulati fl-Anness 1, li jinsab fi tmiem l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u jifforma parti integrali minnha. |
RAĠUNIJIET:
|
(a) |
Permezz ta’ din l-emenda, il-prodott tradizzjonali — inbejjed ħomor ħfief ta’ kuljum li jridu jiġu servuti mkessħin, li huma mmirati prinċipalment għas-suq lokali u għall-Ewropa ċentrali — għandu jiġi ssupplimentat bi tliet subżoni storiċi speċifiċi li huma kapaċi jipproduċu nbejjed b’aktar eleganza, finezza u lonġevità, filwaqt li jibqa’ fidil lejn l-elementi stilistiċi li huma tipiċi tal-“Bardolino”, li ġie stabbilit għall-ewwel darba bħala denominazione di origine controllata (“denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata” jew DOC) fl-1968. L-għan huwa li nitbiegħdu mill-approċċ tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott attwali, li ma tagħmel l-ebda differenzazzjoni. B’dan, ikun possibbli li tintwera immaġni ta’ inbejjed li jkollhom aktar kapaċità li jesprimu l-karatteristiċi tal-identità lokali u li jistgħu jinżammu aktar fit-tul. Dan jista’ jinkiseb permezz tal-isfruttament sħiħ tal-kwalitajiet li għalihom l-inbejjed minn dawn it-tliet subżoni ilhom magħrufin fl-istorja, u dan jiftaħ l-aċċess għal swieq ġodda fil-mira b’interess fl-inbejjed ħomor li juru eleganza u lonġevità akbar, u għalhekk jippermettu żieda akbar fil-prezzijiet. Fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott: din l-emenda taffettwa l-Artikolu 1 u l-Anness 1. Fid-Dokument Uniku, din l-emenda tikkonsisti fiż-żieda ta’ referenzi mas-subżoni tat-taqsimiet Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed, Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid u Rabta maż-żona ġeografika. |
2. Taħlita varjetali
DESKRIZZJONI:
|
(a) |
Il-proporzjon ta’ għeneb Corvina fit-taħlita varjetali issa għandu l-livell limitu ta’ 95 %, minflok 80 %, u l-għeneb Rondinella issa jrid jammonta għal minimu ta’ 5 %, minflok ta’ 10 %. |
RAĠUNIJIET:
|
(a) |
Iż-żieda tal-limitu massimu tal-Corvina għal 95 % tippermetti li jsir użu aħjar minn din il-varjetà f’żoni partikolarment xierqa għat-tkabbir tagħha. Speċjalment, dan huwa l-każ għas-subżoni: ir-riżultati ta’ studju dwar l-immappjar tat-territorju juru li, bħala medja, grazzi għall-adattabbiltà tagħha, il-Corvina hija l-varjetà ta’ dwieli li tagħti l-aħjar standard ta’ kwalità filwaqt li fl-istess ħin tiżgura li l-karatteristiċi distintivi tal-inbejjed jinżammu b’mod sħiħ. L-għan wara din l-emenda proposta, stutturata f’dawn it-termini u bil-għan, kif iddikjarat hawn fuq, tat-tisħiħ tal-kwalitajiet tat-territorju tal-isem “Bardolino”, huwa li kull meta l-kundizzjonijiet ikunu xierqa – jiġifieri billi tiġi segwita l-gwida mogħtija fl-istudju dwar l-immappjar tat-territorju – inbid “Bardolino” jkun taħlita ta’ żewġ varjetajiet nattivi, Corvina (Corvinone) u Rondinella. Inkella, meta jkun iddettat u rrakkomandat miċ-ċirkostanzi, u dejjem bil-għan li l-karatteristiċi tipiċi tat-territorju jitħallew jispikkaw, din it-taħlita tista’ tiġi kkumplimentata b’varjetajiet minn firxa wiesgħa ħafna, kif inhi l-prattika tradizzjonali fiż-żona. Sabiex il-Corvina titħalla tammonta għal 95 % tat-taħlita, ir-rekwiżit minimu għall-Rondinella għandu jitnaqqas għal 5 %. Fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott: din l-emenda taffettwa l-Artikolu 2. |
3. Żona tat-tkabbir
DESKRIZZJONI:
Iż-żoni tal-vitikultura ġew stabbiliti għall-għeneb użat biex isiru l-inbejjed tas-subżona “Montebaldo”, “La Rocca” u “Sommacampagna”.
RAĠUNIJIET:
Bl-użu tar-riżultati tal-istudju dwar l-immappjar tat-territorju, il-fruntieri amministrattivi ta’ kull waħda mit-tliet subżoni – “Montebaldo”, “La Rocca” u “Sommacampagna” – ġew stabbiliti abbażi tal-fatturi storiċi u agronomiċi.
Fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott: din l-emenda taffettwa l-Artikolu 1 u l-Anness 1.
4. Regoli tal-vitikultura
DESKRIZZJONI:
|
(a) |
Ir-regoli dwar is-sistemi ta’ tkabbir ġew riveduti. |
|
(b) |
Ir-rendiment għal kull ettaru tnaqqas għal 12-il tunnellata. |
|
(c) |
Żdiedu erba’ paragrafi li jiddikjaraw li l-awtoritajiet reġjonali, jekk mitluba mill-Assoċjazzjoni tal-Protezzjoni u wara konsultazzjoni mal-organizzazzjonijiet tal-kummerċ, jistgħu: jieħdu deċiżjonijiet rigward fejn għandu jintbagħat l-għeneb, għal xiex jista’ jintuża u l-ammont massimu ta’ għeneb għal kull ettaru li jista’ jintuża; inaqqsu r-rendiment tal-għeneb awtorizzat u r-rata ta’ estrazzjoni tal-inbid; u jżidu r-rendiment żejjed massimu li jista’ jiġi mwarrab għal użu futur b’20 %. |
RAĠUNIJIET:
|
(a) |
Din l-emenda tippermetti l-użu ta’ kannizzata f’għamla ta’ pergola (pergola) b’kopertura inklinata, minbarra s-sistema ta’ kannizzata f’għamla ta’ pergola b’ġenb wieħed magħrufa bħala pergoletta. Grazzi għall-ħamrija u għall-klima taż-żona, jista’ jinkiseb għeneb ta’ kwalità għolja u saħansitra maturazzjoni – fil-limiti tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott – b’din is-sistema ta’ tkabbir ukoll, li hija tipika taż-żona tal-Lag ta’ Garda. |
|
(b) |
Matul l-aħħar ħames snin, l-Assoċjazzjoni tal-Protezzjoni tal-“Bardolino” DOC implimentat politiki ta’ regolazzjoni tas-suq biex tistabbilizza l-prezzijiet u ma tħallihomx jikkollassaw. Meta l-awtoritajiet tar-Reġjun ta’ Veneto kkonsultaw l-organizzazzjonijiet tal-kummerċ fit-tħejjija tagħhom biex jadottaw miżuri li jillimitaw ir-rendimenti għall-“Bardolino” DOC għall-ħsad tal-2016 – il-ħames sena konsekuttiva li kienu ttieħdu tali miżuri – dawn l-organizzazzjonijiet ħeġġew ħafna lill-Assoċjazzjoni tal-Protezzjoni tal-“Bardolino” biex tieħu miżuri aktar xierqa fil-forma ta’ reviżjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott. Din il-konsultazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-kummerċ hija msemmija fid-Digriet li jadotta dawn il-miżuri, maħruġ mill-awtoritajiet tar-Reġjun ta’ Veneto fit-8 ta’ Settembru 2016. Din il-proposta biex jitnaqqas il-limitu tar-rendiment għal kull ettaru minn 13 għal 12-il tunnellata, għalhekk tissodisfa d-domandi tal-industrija, tal-organizzazzjonijiet tal-kummerċ fis-settur u tal-awtoritajiet tar-Reġjun ta’ Veneto. Ir-rendiment għal kull ettaru jeħtieġ li jitnaqqas biex jiżdiedu kemm il-valur ekonomiku kif ukoll il-kwalità li jissuġġerixxi l-isem ta’ dan l-inbid. Fi kwalunkwe każ, din il-bidla sempliċiment iġġib il-produzzjoni konformi ma’ kif qed jitmexxew il-vinji bħalissa, bis-sostituzzjoni kompleta tas-sistema l-antika bl-użu tar-ringieli. L-analiżi turi li l-volum tal-inbid ibbottiljat fl-aħħar ħames snin b’mod ġenerali baqa’ pjuttost stabbli, u li s-suq huwa kapaċi jassorbi biss parti mill-inbid prodott, li jfisser li perċentwal żgħir biss jinbiegħ bi prezzijiet li aktarx irendu profitt lill-produtturi tal-inbid u jikkontribwixxu biex isawru reputazzjoni ta’ kwalità għal dawk l-inbejjed fis-swieq nazzjonali u internazzjonali. Għalhekk, l-industrija għażlet li twettaq tnaqqis ġenerali fl-ammont ta’ nbid eliġibbli li jkollu l-isem ta’ “Bardolino” DOC. |
|
(c) |
It-test issa jinkludi għadd ta’ regoli dwar il-vitikultura li għandhom jiġu applikati f’ċerti kundizzjonijiet speċifiċi. Fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott: din l-emenda taffettwa l-Artikolu 4. Fid-Dokument Uniku: din l-emenda tikkonċerna l-intestatura Rendimenti massimi fit-Taqsima Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid. |
5. Regoli tal-produzzjoni tal-inbid
DESKRIZZJONI:
|
(a) |
L-inbejjed frizzanti (“Bardolino”Chiaretto Spumante) ma għadhomx limitati għall-kategoriji brut, straxott u xott ta’ dak it-tip ta’ prodott. |
|
(b) |
Iż-żona fejn għandha titwettaq il-konverżjoni tal-inbid bażi f’inbid frizzanti (biex isir il-“Bardolino”Chiaretto Spumante) ġiet riveduta. |
|
(c) |
Sabiex inbid juża l-isem “Bardolino”Novello, ir-rekwiżiti ta’ marċerazzjoni karbonika għandu jiżdied minn 85 % għal 100 % tal-għeneb. |
|
(d) |
It-taħlit bejn il-vendemmji issa huwa permess, limitat għal inbejjed minn sentejn immedjatament qabel u sena immedjatament wara l-vendemmja li taħtha għandu jiġi ċċertifikat l-inbid. |
|
(e) |
L-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott issa tiddikjara li l-inbejjed “Bardolino” u “Bardolino”Classico jistgħu jitqiegħdu fis-suq mill-15 ta’ Jannar tas-sena li fiha jkun inġabar l-għeneb użat biex isiru. |
|
(f) |
Żdiedu tliet paragrafi li jiddikjaraw li, jekk titlobhom l-Assoċjazzjoni tal-Protezzjoni u wara konsultazzjoni mal-organizzazzjonijiet tal-kummerċ, l-awtoritajiet reġjonali jistgħu jistabbilixxu livell limitu dwar l-ammont ta’ nbid li jista’ jiġi ċċertifikat li huwa aktar baxx mil-limitu stabbilit fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, u dan ifisser li kwalunkwe most u nbid miksub minn ammonti f’eċċess ta’ għeneb għandu jinżamm bl-ingrossa u, jekk titlob l-Assoċjazzjoni tal-Protezzjoni, jista’ jiġi ċċertifikat. |
RAĠUNIJIET:
|
(a) |
Din il-bidla tagħmilha possibbli li l-“Bardolino”Chiaretto Spumante jiġi inkluż fi kwalunkwe kategorija tal-inbid frizzanti permessa bil-liġi ħlief fil-ħelu, u dan ifisser li l-produtturi jkunu jistgħu jissodisfaw id-domanda għal tipi ta’ prodotti differenti. Minħabba li l-“Bardolino”Chiaretto Spumante huwa rożè frizzanti kkaratterizzat minn kwalitajiet ta’ ħlewwa, vendemmji differenti jistgħu jkunu aktar xierqa għal kategoriji differenti ta’ nbid frizzanti. |
|
(b) |
Il-proċess tal-konverżjoni tal-inbid bażi f’inbid frizzanti issa jista’ jitwettaq kullimkien fir-Reġjun tal-Veneto, kif ukoll fil-provinċji ta’ Mantua, Brescia u Trento. |
|
(c) |
Il-“Bardolino”Novello kien l-ewwel vino novello Taljan (inbid nouveau) li kiseb l-istatus ta’ DOC (fl-1987). Il-produtturi tal-inbid taż-żona jagħmlu dan l-inbid bl-użu tal-maċerazzjoni tal-karbonju biss. Il-perċentwal ta’ maċerazzjoni tal-karbonju meħtieġ għal inbid biex ikun “Bardolino”Novello żdied bil-għan li titjieb il-kwalità. |
|
(d) |
Il-limitazzjoni tal-inbejjed li għandhom jintużaw fit-taħlit bejn il-vendemmji għal dawk minn sentejn minnufih qabel u sena minnufih wara l-kummerċjalizzazzjoni tal-vendemmja, tiżgura li l-inbejjed tad-DOP “Bardolino” dejjem ikollhom il-freskezza u l-potabbiltà li għaliha huwa tradizzjonalment magħruf il-“Bardolino”. |
|
(e) |
L-introduzzjoni tar-regola li l-inbejjed “Bardolino” u “Bardolino”Classico ma jistgħux jiġu kkummerċjalizzati qabel il-15 ta’ Jannar hija mmotivata minn xewqa li jitjiebu kemm il-kwalità kif ukoll il-valuri tas-suq. |
|
(f) |
Dan huwa adattament għal-leġiżlazzjoni. Fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott: din l-emenda taffettwa l-Artikolu 5. Fid-Dokument Uniku: din l-emenda tikkonċerna l-intestatura Prattiki enoloġiċi speċifiċi fit-Taqsima Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid. |
6. Karatteristiċi dwar il-konsum
DESKRIZZJONI:
|
(a) |
Id-deskrizzjoni tal-kulur tal-“Bardolino”Chiaretto u tal-“Bardolino”Chiaretto Classico nbidlet għal “roża ċar li jxaqleb lejn l-oranġjo”. |
|
(b) |
Id-deskrizzjoni tar-ragħwa tal-“Bardolino”Chiaretto Spumante nbidlet għal “fina u persistenti”. |
|
(c) |
Id-deskrizzjoni tal-kulur tal-“Bardolino”Chiaretto Spumante nbidlet għal “roża ċar li jxaqleb lejn l-oranġjo”. |
|
(d) |
Id-deskrizzjoni tar-riħa tal-“Bardolino”Chiaretto Spumante nbidlet għal “fragranti u tal-frott meta ntuża l-metodu tat-tank tal-produzzjoni tal-inbid frizzanti; fwieħet l-inbid fina ta’ fermentazzjoni fil-flixkun meta ntuża l-metodu tradizzjonali”. |
|
(e) |
Id-deskrizzjoni tat-togħma tal-“Bardolino”Chiaretto Spumante nbidlet għal “minn dożaġġ żero għal inbid xott mezzan, friska, mimlija benna, li ddum”. |
RAĠUNIJIET:
|
(a) |
Din il-bidla saret sabiex il-kulur tal-“Bardolino”Chiaretto jiġi deskritt b’mod korrett. |
|
(b) |
Din il-bidla saret sabiex il-karatteristiċi li jiddefinixxu r-ragħwa jiġu deskritti b’mod korrett. |
|
(c) |
Din il-bidla saret sabiex il-kulur tal-“Bardolino”Chiaretto Spumante jiġi deskritt b’mod korrett. |
|
(d) |
Din il-bidla saret sabiex ir-riħa tal-“Bardolino”Chiaretto Spumante tiġi deskritta b’mod korrett għal kull tip ta’ metodu ta’ produzzjoni użat. |
|
(e) |
Din il-bidla saret sabiex it-togħma tal-“Bardolino”Chiaretto Spumante tiġi deskritta b’mod korrett b’referenza għall-kontenut ta’ zokkor. Fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott: din l-emenda taffettwa l-Artikolu 6. Fid-Dokument Uniku: din l-emenda tikkonċerna t-Taqsima Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed. |
7. Tikkettar, tismija u preżentazzjoni
DESKRIZZJONI:
|
(a) |
L-isem “Chiaretto di Bardolino” issa jista’ jintuża fuq it-tikkettar għat-tip Chiaretto. |
RAĠUNIJIET:
Hemm tradizzjoni tal-isem “Chiaretto di Bardolino” li jintużaw kollokjalment fiż-żona lokali permezz ta’ assonanza diretta mal-isem storiku “Chiaretto del Garda”, li kien jintuża fiż-żona saħansitra qabel ma l-inbejjed differenti taż-żona tal-Lag ta’ Garda ġew rikonoxxuti bħala denominazzjonijiet tal-oriġni. Maż-żmien, u b’mod partikolari fl-aħħar ħames snin, il-“Chiaretto di Bardolino” beda bil-mod il-mod jistabbilixxi ruħu bħala forma deskrittiva għall-“Bardolino”Chiaretto kemm fl-Italja kif ukoll barra minnha. L-użu tiegħu issa huwa tant mifrux – kemm fl-istampa kif ukoll mill-operaturi bħax-xerrejja, ir-ristoranti u l-bejjiegħa bl-imnut ewlenin – li prattikament issostitwixxa l-isem “Bardolino”Chiaretto fl-elenkar tad-distributuri, tar-ristoranti u tal-bejjiegħa bl-imnut ewlenin, kif ukoll fl-aktar gwidi prominenti tal-industrija u fl-istampa speċjalizzata u mainstream, li jfisser li issa qed jintuża b’mod kollokjali minn numru kbir ta’ konsumaturi. Dan ifisser li issa hemm skonnessjoni maġġuri bejn il-kliem li għandu jintuża fuq it-tikketti tal-inbid (“Bardolino” DOC Chiaretto) u l-isem li ndara u li l-użu tiegħu infirex fis-suq u fl-istampa (“Chiaretto di Bardolino”), li jista’ jkollu impatt serju fuq l-opportunitajiet kummerċjali u ta’ kummerċjalizzazzjoni disponibbli għall-produtturi tiegħu. Din l-emenda għalhekk ġiet mitluba biex id-deskrizzjoni tal-prodott fornut mill-industrija tinġieb f’konformità ma’ dak li qed jiġi esperjenzat fuq in-naħa tad-domanda.
Fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott: din l-emenda taffettwa l-Artikolu 7.
8. Ippakkjar
DESKRIZZJONI:
|
(a) |
Kwalunkwe bidla fil-leġiżlazzjoni dwar l-ippakkjar tal-inbid issa għandha tiġi adottata b’mod awtomatiku. |
RAĠUNIJIET:
|
(a) |
Il-maġġoranza tal-inbejjed “Bardolino” DOC huma magħrufa għall-freskezza tagħhom, u huma primarjament intiżi biex jinbiegħu u jinxtorbu fi żmien sena. Għalhekk, biex il-produtturi jkunu jistgħu jwieġbu minnufih għad-domandi tas-suq u jikkompetu fuq skala internazzjonali, huwa vitali li jitħallew jadottaw teknoloġija ġdida hekk kif il-liġi tippermetti dan. Għalhekk il-produtturi esprimew ix-xewqa tagħhom li kwalunkwe leġiżlazzjoni ġdida introdotta dwar is-suġġett tal-ippakkjar tal-inbid jenħtieġ li tiġi adottata awtomatikament għal din id-denominazzjoni. Dan jgħodd partikolarment għall-użu tal-ippakkjar fil-bag-in-box: hemm domanda internazzjonali kostanti u li qed tiżdied b’mod rapidu għal inbejjed rożè ġo kaxxa bl-istatus tad-denominazzjoni ta’ oriġini, iżda l-leġiżlazzjoni attwalment ma tippermettix l-użu ta’ dan il-format ta’ ppakkjar għat-tip Chiaretto. Dan joħloq żvantaġġ kbir għall-“Bardolino” DOC meta mqabbel mal-akbar kompetituri barranin tiegħu. Għalhekk, jekk, kif wieħed jittama, ir-regoli dwar l-użu tal-ippakkjar fil-bag-in-box ma jibqgħux daqshekk stretti, u b’hekk jiġi estiż l-użu tiegħu biex jinkludi t-tip Chiaretto , il-produtturi jixtiequ li jkunu f’pożizzjoni biex jirreaġixxu minnufih għal tali bidla. Fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott: din l-emenda taffettwa l-Artikolu 8. |
DOKUMENT UNIKU
1. Isem/ismijiet għar-reġistrazzjoni
Bardolino
2. Tip ta’ indikazzjoni ġeografika
DOP – Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta
3. Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli
|
1. |
Inbid |
|
4. |
Inbid frizzanti |
|
5. |
Inbid frizzanti ta’ kwalità |
4. Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed
1. “Bardolino”
DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA
|
— |
Kulur: aħmar lewn ir-rubin li jxaqleb lejn lewn iċ-ċirasa, u li mat-tqaddim isir lewn il-granata |
|
— |
Riħa: karatteristika, ta’ għeneb |
|
— |
Togħma: xotta ħafna, mimlija benna, armonjuża |
|
— |
Qawwa alkoħolika totali massima: 10,50 % skont il-volum |
|
— |
Estratt minimu mingħajr zokkor: 17,0 g/l |
Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella ta’ hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.
KARATTERISTIĊI ANALITIĊI
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum):
|
|
— |
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum):
|
|
— |
Aċidità totali minima:
|
|
4,5 fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku |
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru):
|
|
— |
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru):
|
|
— |
2. “Bardolino” Classico
DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA
|
— |
Kulur: aħmar lewn ir-rubin li jxaqleb lejn lewn iċ-ċirasa, u li mat-tqaddim isir lewn il-granata |
|
— |
Riħa: karatteristika, ta’ għeneb |
|
— |
Togħma: xotta ħafna, mimlija benna, armonjuża |
|
— |
Qawwa alkoħolika totali massima: 10,50 % skont il-volum |
|
— |
Estratt minimu mingħajr zokkor: 17,0 g/l |
Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella ta’ hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.
KARATTERISTIĊI ANALITIĊI
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum):
|
|
— |
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum):
|
|
— |
Aċidità totali minima:
|
|
4,5 fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku |
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru):
|
|
— |
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru):
|
|
— |
3. “Bardolino” Chiaretto
DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA
|
— |
Kulur: roża ċar li jxaqleb lejn l-oranġjo |
|
— |
Riħa: karatteristika, tal-frott, delikata |
|
— |
Togħma: mimlija benna, armonjuża |
|
— |
Qawwa alkoħolika totali massima: 10,50 % skont il-volum |
|
— |
Estratt minimu mingħajr zokkor: 16,0 g/l |
|
— |
Residwi ta’ zokkor riduċenti: massimu ta’ 9 g/l |
Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella ta’ hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.
KARATTERISTIĊI ANALITIĊI
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum):
|
|
— |
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum):
|
|
— |
Aċidità totali minima:
|
|
5 fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku |
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru):
|
|
— |
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru):
|
|
— |
4. “Bardolino” Chiaretto Classico
DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA
|
— |
Kulur: roża ċar li jxaqleb lejn l-oranġjo |
|
— |
Riħa: karatteristika, tal-frott, delikata |
|
— |
Togħma: mimlija benna, armonjuża |
|
— |
Qawwa alkoħolika totali massima: 10,50 % skont il-volum |
|
— |
Estratt minimu mingħajr zokkor: 16,0 g/l |
|
— |
Residwi ta’ zokkor riduċenti: massimu ta’ 9 g/l |
Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella ta’ hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.
KARATTERISTIĊI ANALITIĊI
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum):
|
|
— |
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum):
|
|
— |
Aċidità totali minima:
|
|
5 fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku |
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru):
|
|
— |
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru):
|
|
— |
5. “Bardolino” Chiaretto Spumante
DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA
|
— |
Ragħwa: fina u persistenti |
|
— |
Kulur: roża ċar li jxaqleb lejn l-oranġjo |
|
— |
Riħa: fragranti u tal-frott meta ntuża l-metodu tat-tank tal-produzzjoni tal-inbid frizzanti; fwieħet l-inbid fina ta’ fermentazzjoni fil-flixkun meta ntuża l-metodu tradizzjonali |
|
— |
Togħma: minn dożaġġ żero għal inbid xott mezzan, friska, mimlija benna, li ddum |
|
— |
Qawwa alkoħolika totali massima: 10,50 % skont il-volum |
|
— |
Estratt minimu mingħajr zokkor: 17,0 g/l |
Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella ta’ hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.
KARATTERISTIĊI ANALITIĊI
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum):
|
|
— |
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum):
|
|
— |
Aċidità totali minima:
|
|
5 fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku |
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru):
|
|
— |
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru):
|
|
— |
6. “Bardolino” Novello
DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA
|
— |
Kulur: aħmar ċar lewn ir-rubin |
|
— |
Riħa: karatteristika, intensa, tal-frott |
|
— |
Togħma: xotta ħafna, ħelwa, mimlija benna, kemxejn morra, friska, xi trabi bi ħjiel frizzanti |
|
— |
Qawwa alkoħolika totali massima: 11,00 % skont il-volum |
|
— |
Estratt minimu mingħajr zokkor: 17,0 g/l |
|
— |
Residwi ta’ zokkor riduċenti: massimu ta’ 10.0 g/l |
Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella ta’ hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.
KARATTERISTIĊI ANALITIĊI
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum):
|
|
— |
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum):
|
|
— |
Aċidità totali minima:
|
|
5 fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku |
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru):
|
|
— |
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru):
|
|
— |
7. “Bardolino” Classico Novello
DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA
|
— |
Kulur: aħmar ċar lewn ir-rubin |
|
— |
Riħa: karatteristika, intensa, tal-frott |
|
— |
Togħma: xotta ħafna, ħelwa, mimlija benna, kemxejn morra, friska, xi trabi bi ħjiel frizzanti |
|
— |
Qawwa alkoħolika totali massima: 11,00 % skont il-volum |
|
— |
Estratt minimu mingħajr zokkor: 17,0 g/l |
|
— |
Residwi ta’ zokkor riduċenti: massimu ta’ 10.0 g/l |
Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella ta’ hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.
KARATTERISTIĊI ANALITIĊI
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum):
|
|
— |
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum):
|
|
— |
Aċidità totali minima:
|
|
5 fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku |
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru):
|
|
— |
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru):
|
|
— |
8. “Bardolino” – is-subżona ta’ Montebaldo
DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA
|
— |
Kulur: aħmar ċar lewn ir-rubin, ileqq |
|
— |
Riħa: karatteristika, irwejjaħ ta’ frott artab (berries) frisk, ħwawar, forsi bi ħjiliet erbaċej u florali |
|
— |
Togħma: xotta ħafna, fina, mimlija benna, armonjuża |
|
— |
Qawwa alkoħolika totali massima: 11,00 % skont il-volum |
|
— |
Estratt minimu mingħajr zokkor: 20,00 g/l |
Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella ta’ hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.
KARATTERISTIĊI ANALITIĊI
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum):
|
|
— |
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum):
|
|
— |
Aċidità totali minima:
|
|
4,5 fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku |
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru):
|
|
— |
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru):
|
|
— |
9. “Bardolino” – is-subżona La Rocca
DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA
|
— |
Kulur: aħmar ċar lewn ir-rubin, ileqq |
|
— |
Riħa: karatteristika, irwejjaħ ta’ frott artab (berries) frisk, ħwawar, forsi bi ħjiliet erbaċej u florali |
|
— |
Togħma: xotta ħafna, fina, mimlija benna, armonjuża |
|
— |
Qawwa alkoħolika totali massima: 11,00 % skont il-volum |
|
— |
Estratt minimu mingħajr zokkor: 20,00 g/l |
Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella ta’ hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.
KARATTERISTIĊI ANALITIĊI
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum):
|
|
— |
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum):
|
|
— |
Aċidità totali minima:
|
|
4,5 fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku |
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru):
|
|
— |
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru):
|
|
— |
10. “Bardolino” – is-subżona ta’ Sommacampagna
DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA
|
— |
Kulur: aħmar ċar lewn ir-rubin, ileqq |
|
— |
Riħa: karatteristika, irwejjaħ ta’ frott artab (berries) frisk, ħwawar, forsi bi ħjiliet erbaċej u florali |
|
— |
Togħma: xotta ħafna, fina, mimlija benna, armonjuża |
|
— |
Qawwa alkoħolika totali massima: 11,00 % skont il-volum |
|
— |
Estratt minimu mingħajr zokkor: 20,00 g/l |
Kull parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella ta’ hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.
KARATTERISTIĊI ANALITIĊI
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum):
|
|
— |
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum):
|
|
— |
Aċidità totali minima:
|
|
4,5 fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku |
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru):
|
|
— |
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru):
|
|
— |
5. Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid
5.1. Prattiki enoloġiċi speċifiċi
1. Vino novello (inbid nouveau)
Prattika enoloġika speċifika
L-inbid Novello jrid jiġi bbottiljat sal-31 ta’ Diċembru tas-sena li fiha jitkabbar l-għeneb u jrid isir bl-użu ta’ 100 % marċerazzjoni karbonika.
5.2. Rendimenti massimi għal kull ettaru
|
1. |
“Bardolino”, “Bardolino” Classico, “Bardolino” Chiaretto, “Bardolino” Chiaretto Classico, “Bardolino” Chiaretto Spumente
12 000 kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru |
|
2. |
“Bardolino” Novello, “Bardolino” Classico Novello
12 000 kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru |
|
3. |
“Bardolino” Montebaldo, “Bardolino” La Rocca, “Bardolino” Sommacampagna
10 000 kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru |
6. Żona ġeografika demarkata
It-territorju amministrattiv (jew it-territorju kollu jew parti minnu) tal-muniċipalitajiet li ġejjin jifforma ż-żona fejn irid jitkabbar l-għeneb li jintuża biex isiru l-inbejjed tad-“Bardolino” DOC: Bardolino, Garda, Lazise, Affi, Costermano, Cavaion Veronese, Torri del Benaco, Caprino Veronese, Rivoli Veronese, Pastrengo, Bussolengo, Sona, Sommacampagna, Castelnuovo del Garda, Peschiera del Garda u Valeggio sul Mincio.
L-inbejjed mis-subżona ta’ “Montebaldo” jridu jsiru minn għeneb imkabbar fil-parti taż-żona demarkata (kif definit fl-Artikolu 3(a) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott “Bardolino” DOC) li tappartjeni għall-muniċipalitajiet ta’ Affi, Cavaion Veronese, Costermano sul Garda u Rivoli Veronese.
L-inbejjed mis-subżona “La Rocca” jridu jkunu magħmulin minn għeneb imkabbar fil-parti taż-żona demarkata (kif definit fl-Artikolu 3(a) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott “Bardolino” DOC) li tappartjeni għall-muniċipalitajiet ta’ Bardolino, Castelnuovo del Garda, Garda, Lazise, Peschiera del Garda u Torri del Benaco.
L-inbejjed mis-subżona “Sommacampagna” jridu jkunu magħmulin minn għeneb imkabbar fil-parti taż-żona demarkata (kif definit fl-Artikolu 3(a) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott “Bardolino” DOC) li tappartjeni għall-muniċipalitajiet ta’ Bussolengo, Pastrengo, Sommacampagna, Sona u Valeggio sul Mincio.
7. Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid/jinkisbu l-inbejjed
Corvina N. - Cruina
Corvinone N.
Molinara N.
Rondinella N.
8. Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet
8.1. “Bardolino” – kategorija 1: inbid
(a) Speċifiċità taż-żona ġeografika
Fatturi naturali
L-inbejjed “Bardolino” huma prodotti fuq l-għoljiet tal-morena tax-xatt tal-Lvant tal-Lag ta’ Garda ddepożitati minn glaċieri li ffurmaw iż-żona, u li ħallew għadd ta’ formazzjonijiet konċentriċi li jħarsu fuq il-baċir tal-lag. Iż-żona għandha firxa ta’ ħamriji differenti – ġeneralment fondi u mużrara – li jisħnu malajr ladarba tintemm ix-xitwa, u dan jippermetti l-iżvilupp bikri tal-blanzuni u l-progress kostanti taċ-ċiklu veġetattiv, li huwa essenzjali għall-iżvilupp u għall-aħjar maturazzjoni tar-rimjiet u tal-għenieqed, anke fl-aktar snin avversi.
Iż-żona għandha klima Mediterranja, bi sjuf sħan, iżda mhux soffokanti, u bi xtiewi moderati. Il-klima hija influwenzata mill-massa tal-ilma (jiġifieri l-lag) u mill-massif ta’ Monte Baldo u mill-wied tax-Xmara Adige lejn it-Tramuntana.
F’din iż-żona, hemm porzjon ta’ art iżgħar maġenb il-lag, b’karatteristiċi klimatiċi u ambjentali speċifiċi, u fejn it-tradizzjoni teħodna saħansitra aktar lura fiż-żmien. Hawnhekk jiġu prodotti l-inbejjed Classico. Tliet subżoni oħra jistgħu jiġu demarkati abbażi tal-ġeografija, tal-ħamrija u tal-klima: iż-żona interna qrib Monte Baldo; iż-żona fuq il-kosta tal-Garda, ikkaratterizzata mill-għolja magħrufa bħala “La Rocca”; u s-sezzjoni bl-għoljiet fin-Nofsinhar madwar Sommacampagna.
Fatturi storiċi u umani
Is-sejbiet mill-Era tal-Bronż u mill-Era Rumana, l-immaġni ta’ għenieqed tal-għeneb li jiddekoraw il-knejjes medjevali, u r-referenzi ddokumentati għall-bejgħ ta’ vinji u fix-xogħlijiet ta’ awturi famużi miż-żminijiet tal-qedem huma kollha evidenza tat-tradizzjoni twila u kontinwa tal-vitikultura u tal-produzzjoni tal-inbid fiż-żona tal-produzzjoni.
Fis-seklu 19 rajna l-ewwel użu tal-ismijiet “Bardolino” (ħomor) u “Chiaretto” (rożè) għall-inbejjed lokali, u anke l-identifikazzjoni tat-tliet subżoni: fl-1837, l-osservatur agrikolu Bernardino Angelini ddeskriva l-ħsad “fid-distretti ta’ Caprino, Bardolino u Villafranca”, filwaqt li f’test ippubblikat fl-1900, Giovanni Battista Perez iddeskriva kif, mill-bidu ta’ dak is-seklu, “assessuri esperti tal-inbejjed” kienu jiffissaw prezzijiet differenti għall-inbejjed mis-subżoni li dak iż-żmien kienu magħrufa bħala “Valle di Caprino” jew “distretto di Montebaldo”, “distretto di Bardolino” u “Colli Morenici Meridionali” (issa ż-żona Sommacampagna).
Skont il-folklor, il-formula għall-inbejjed Chiaretto ġiet żviluppata fiż-żona tal-Lag ta’ Garda fl-1896 mis-Senatur Venezjan Pompeo Molmenti, li kien tgħallem dwar kif jagħmel inbejjed bojod mill-għeneb aħmar fi Franza. Fl-1970, Zeffiro Bocci kiteb li “ż-żoni tal-vitikultura ta’ Verona biswit il-Lag ta’ Garda dejjem ipproduċew Chiaretto del Garda definit sew”.
Fatturi umani
Il-ħila tal-produtturi tal-inbid tal-“Bardolino” tidher primarjament fil-kapaċità tagħhom li joħorġu l-karatteristiċi speċifiċi tal-varjetajiet tal-għeneb nattivi – il-Corvina Veronese u r-Rondinella – flimkien ma’ kwalitajiet speċjali oħrajn ta’ dak l-għeneb: il-kwalitajiet tal-frott u tal-ħwawar tiegħu, il-freskezza u l-milja tal-benna tiegħu.
Sabiex isiru l-inbejjed Chiaretto, l-għeneb għandu jew jinħasad separatament (ħsad bikri) jew għandha tintuża t-teknika tal-produzzjoni tal-inbid tar-rożè saignée, billi jiġi skulat ammont partikolari tal-meraq użat biex isiru l-inbejjed “Bardolino”. Fiż-żewġ każijiet, il-produtturi qagħdu attenti ħafna li jiżguraw li l-inbejjed rożè jżommu l-milja tal-kulur li huwa wieħed mill-karatteristiċi distintivi tagħhom. It-tekniki tal-produzzjoni tal-inbid frizzanti ġew irfinuti wkoll fiż-żona, u dan jirriżulta f’inbejjed Spumante bbażati fuq il-karatteristiċi partikolari tal-Chiaretto.
8.2. “Bardolino” – kategorija 1: inbid
(b) Speċifiċità tal-prodott
Il-karatteristiċi essenzjali tal-inbejjed “Bardolino” u “Chiaretto” huma l-freskezza tagħhom, il-fragranza tal-frott artab (berries) u tal-ħwawar tagħhom, il-fatt li huma potabbli ħafna, li jmorru ma’ ħafna ikel differenti, u l-karattru ġovanili tagħhom, ikkaratterizzati minn ħjiel tipiku ta’ salinità li ġie deskritt minn awturi lura fis-seklu 19 u fil-bidu tas-seklu 20.
Il-“Bardolino” huwa nbid ileqq aħmar lewn ir-rubin bi fragranzi tal-frott u bi ħjiel eleganti ta’ ħwawar. Fuq il-palat huwa xott ħafna, ħelu u bbilanċjat, frisk u potabbli ħafna.
L-inbejjed “Chiaretto” għandhom kulur karatteristiku roża ċar ileqq. Fir-riħa u fil-palat ifakkru fil-fragranza delikata tal-frott artab (berries) u tal-ħwawar. Il-freskezza eċċellenti tagħhom hija karatteristika distintiva oħra.
(c) Rabta kawżali bejn l-ambjent u l-prodott
L-esponiment favorevoli tal-art, il-klima moderata u biż-żiffa taż-żona tal-Lag ta’ Garda, il-fatt li x-xita fis-sajf hija limitata u l-ġestjoni għaqlija tal-vinji jiffurmaw il-bażi biex jiġi żgurat li l-għeneb użat biex isiru l-“Bardolino”u l-“Chiaretto” jikseb il-livell xieraq ta’ maturazzjoni. Grazzi wkoll għaż-żiffiet li jkunu ġejjin minn fuq il-lag, iż-żona tgawdi minn varjazzjoni tajba bejn it-temperaturi ta’ matul il-jum u ta’ matul il-lejl, li tgħin fil-maturazzjoni fenolika u fil-feġġa ta’ rwejjaħ tal-frott pjuttost qawwijin. L-istruttura u l-kompożizzjoni kimika tal-ħamriji u tal-oriġini moreni tagħhom jagħtu lill-inbejjed il-milja karatteristika tagħhom ta’ benna u ta’ freskezza ġovanili, u dan jagħmilhom distinti minn inbejjed simili minn żoni tal-viċinat.
Fi ħdan din il-karatterizzazzjoni ġenerali, hemm ukoll elementi speċifiċi għal ċerti żoni li jagħtu lill-inbejjed irwejjaħ partikolari: ħjiliet ta’ vjoli minn ħamriji mużrara u ramlija; ħjiliet ta’ ċirasa fl-inbejjed min-nofsinhar fejn il-klima tas-sajf hija aktar sħuna mill-medja għaż-żona; u noti mħawra u aċidità akbar mill-ħamriji fuq is-sodda ta’ blat li testendi lejn l-irdum ta’ Monte Baldo u l-Wied tal-Adige.
8.3. “Inbid frizzanti” (Kategorija 4) u “Inbid frizzanti ta’ kwalità” (Kategorija 5)
(a) Speċifiċità taż-żona ġeografika
Fatturi naturali
Hemm tradizzjoni ta’ produzzjoni tal-inbid frizzanti fid-denominazzjoni ta’ oriġini “Bardolino” b’mod partikolari fil-kategorija Chiaretto. L-inbejjed bażi huma soġġetti għat-tieni fermenazzjoni bl-użu kemm tal-metodu tradizzjonali tal-flixkun kif ukoll tal-metodu tat-tank. Dawn l-inbejjed frizzanti (Chiaretto Spumante) huma marbuta mill-qrib ma’ fatturi ġeografiċi speċifiċi taż-żona ta’ produzzjoni, u mal-freskezza u mal-milja tal-benna li l-ħamrija u l-klima jagħtu lill-inbejjed.
Iż-żona ta’ produzzjoni tinsab fuq il-moreni fin-naħa tal-lvant tal-Lag ta’ Garda, li huma ffurmati mill-glaċieri li sawru ż-żona, u li ħallew formazzjonijiet konċentriċi li jħarsu fuq il-baċir tal-lag. Iż-żona għandha firxa ta’ ħamriji differenti, li huma ġeneralment fondi u mużrara u rikki fl-imluħa minerali. Il-klima hija influwenzata mill-massa kbira tal-ilma (jiġifieri l-Lag ta’ Garda), iżda wkoll mill-preżenza tal-massif tal-Monte Baldo u mill-wied tax-Xmara Adige. Is-sjuf sħan – iżda mhux soffokanti – u x-xtiewi moderati taż-żona jfissru li b’mod ġenerali hija tista’ tiġi kkaratterizzata bħala li għandha klima Mediterranja. Dawn il-fatturi jfissru li l-ħamriji jisħnu malajr ladarba tispiċċa x-xitwa, u dan jippermetti l-iżvilupp bikri tal-blanzun u l-progress kostanti taċ-ċiklu veġetattiv.
Fatturi storiċi u umani
Is-sejbiet tal-Era tal-Bronż u tal-Era Rumana, l-immaġni ta’ għenieqed tal-għeneb li jiddekoraw il-knejjes Medjevali, u r-referenzi ddokumentati għall-bejgħ ta’ vinji u fix-xogħlijiet ta’ awturi miż-żminijiet tal-qedem huma kollha evidenza tat-tradizzjoni twila u kontinwa tal-vitikultura u tal-produzzjoni tal-inbid fiż-żona.
Skont it-tradizzjoni, il-formula għall-inbejjed Chiaretto ġiet żviluppata fiż-żona tal-Lag ta’ Garda fl-1896 mis-Senatur Pompeo Molmenti, li kien tgħallem kif jagħmel inbejjed bojod mill-għeneb aħmar fi Franza. Fl-1970, Zeffiro Bocci kiteb li “ż-żoni tal-vitikultura ta’ Verona biswit il-Lag ta’ Garda dejjem ipproduċew Chiaretto del Garda definit sew”.
L-istorja moderna tal-inbejjed taż-żona bdiet fl-1968, meta l-“Bardolino” – inkluż l-inbejjed frizzanti Chiaretto Spumante – ġie stabbilit bħala denominazzjoni ta’ oriġini protetta.
Fatturi umani
Il-ħila tal-produtturi tal-inbid timmaterjalizza ruħha fil-kapaċità tagħhom li joħorġu l-karatteristiċi speċifiċi tal-varjetajiet tal-għeneb nattivi – il-Corvina Veronese u r-Rondinella – u r-rabtiet mill-qrib tagħhom mal-ambjent naturali. Il-produtturi lokali jużaw l-esperjenza tagħhom biex jidentifikaw il-punt ideali ta’ maturazzjoni għal kull prodott, u dan jinkludi l-Chiaretto Spumante. Huma jfasslu l-proċessi tal-ħsad u tal-produzzjoni tal-inbid apposta għall-varjazzjonijiet fid-domandi tal-klima u tas-suq. L-għeneb li jintuża biex isiru l-inbejjed Chiaretto, b’mod partikolari l-Chiaretto Spumante, jinħasad kmieni.
Il-produtturi joqogħdu attenti ħafna biex jiżguraw li l-inbejjed rożè jżommu l-milja tal-kulur li hija waħda mill-karatteristiċi distintivi tagħhom, u li jiżguraw li l-irwejjaħ tal-frott artab tal-bosk li huma tipiċi tal-varjetajiet tal-għeneb tradizzjonali taż-żona jkunu jistgħu jispikkaw fl-inbejjed, flimkien ma’ freskezza konsiderevoli.
8.4. “Inbid frizzanti” (Kategorija 4) u “Inbid frizzanti ta’ kwalità” (Kategorija 5)
(b) Speċifiċità tal-prodott
It-teknika tal-produzzjoni tal-inbid rożè użata għall-Chiaretto hija maċerazzjoni qasira bil-qxur: dan huwa dak li jagħti lill-inbejjed il-kulur karatteristiku jleqq roża tagħhom. Il-verżjoni frizzanti (Chiaretto Spumante) hija magħmula minn most jew minn inbid li jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, li mbagħad jiġi soġġett għal proċess naturali tat-tieni fermentazzjoni, jew fi flixkun (il-“metodu tradizzjonali”) jew f’tank (il-“metodu Charmat”).
Ir-riħa tal-Chiaretto Spumante tfakkar fl-irwejjaħ delikati tal-frott artab tal-bosk, akkumpanjata minn traċċi sottili ħafna ta’ ħwawar. Fil-palat huwa sukkulenti u jfakkar fil-frott artab aħmar, ikkombinat ma’ freskezza ġovanili eċċellenti. It-togħma ħafifa, ta’ frott, ta’ ħwawar u l-freskezza tiegħu jagħmlu l-Chiaretto Spumante faċli li wieħed jikkombinah kemm mal-ikel tradizzjonali taż-żona kif ukoll ma’ platti moderni u internazzjonali.
(c) Rabta kawżali bejn l-ambjent u l-prodott
L-esponiment favorevoli tal-art, l-istruttura u l-kompożizzjoni kimika tal-ħamriji moreni, il-klima moderata u biż-żiffa taż-żona tal-Lag ta’ Garda, il-fatt li l-ammont ta’ xita fis-sajf huwa limitat u l-ġestjoni għaqlija tal-vinji jiffurmaw il-bażi biex jiġi żgurat li l-għeneb li jkun se jintuża biex minnu jsir il-most u l-inbid li minnu jsir il-Chiaretto Spumante jikseb il-livell xieraq ta’ maturazzjoni.
L-istrutturi varji u l-kompożizzjoni kimika tal-ħamriji moreni jagħtu lill-inbejjed il-milja ta’ benna u salinità karatteristika tagħhom, kif ukoll il-personalità friska, mhux matura u vivaċi tagħhom – karatteristiċi ideali għal dawn l-inbejjed frizzanti li jagħmluhom distinti minn inbejjed simili minn żoni tal-viċinat. Barra minn hekk, grazzi anke għaż-żiffiet li jonfħu minn fuq il-lag, iż-żona tgawdi minn varjazzjoni tajba bejn it-temperaturi ta’ matul il-jum u dawk ta’ matul il-lejl, u dan jgħin fil-maturazzjoni fenolika u fil-feġġa ta’ rwejjaħ tal-frott evidenti.
9. Rekwiżiti oħra applikabbli (ippakkjar, tikkettar, rekwiżiti addizzjonali)
—
Link għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott
https://www.politicheagricole.it/flex/cm/pages/ServeBLOB.php/L/IT/IDPagina/16809