ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 280

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 64
13 ta' Lulju 2021


Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2021/C 280/01

Avviż tal-Kummissjoni — Gwida teknika dwar il-verifika tas-sostenibbiltà għall-Fond InvestEU

1


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

13.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 280/1


AVVIŻ TAL-KUMMISSJONI —

Gwida teknika dwar il-verifika tas-sostenibbiltà għall-Fond InvestEU

(2021/C 280/01)

ĊAĦDA TA’ RESPONSABBILTÀ:

L-għan ta’ dan l-avviż huwa li jagħti gwida teknika dwar l-iskrinjar u l-verifika tas-sostenibbiltà tal-proġetti li jirċievu appoġġ InvestEU, f’konformità mal-Premessa (13), mal-Artikoli 8(5) u 8(6) tar-Regolament InvestEU.

Dan id-dokument tħejja mis-servizzi tal-Kummissjoni bl-appoġġ ta’ JASPERS u f’kooperazzjoni ma’ Sħab Iinkarigati mill-Implimentazzjoni potenzjali. Għad-dimensjoni klimatika, dan id-dokument huwa konsistenti mal-“Gwida teknika dwar il-protezzjoni kontra t-tibdil fil-klima tal-infrastruttura fil-perjodu 2021–2027”. Dan id-dokument jirrifletti wkoll, sa fejn ikun possibbli u rilevanti, ir-riżultati ta’ żewġ studji. Studju wieħed, “Dokument ta’ Appoġġ Tekniku għall-Verifika Ambjentali ta’ Investimenti taħt il-Programm InvestEU”, sar mid-DĠ Ambjent. It-tieni studju, Il-Programm InvestEU: Gwida dwar il-verifika tas-sostenibbiltà soċjali tal-operazzjonijiet ta’ investiment u ta’ finanzjament’, sar mid-DĠ Impjiegi.

Il-gwida dwar il-verifika tas-sostenibbiltà għandha tintuża mis-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni, mill-intermedjarji finanzjarji u mill-promoturi tal-proġetti/mir-riċevituri finali involuti fl-użu mill-Fond InvestEU. Il-gwida dwar il-prova tas-sostenibbiltà tista’ tkun rilevanti għal programmi oħra wkoll.

Il-gwida tista’ tiġi aġġornata fid-dawl tal-esperjenza bl-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE kkonċernata. Din il-gwida tista’ tiġi kkomplementata b’kunsiderazzjonijiet jew gwida internazzjonali, nazzjonali jew settorjali.

WERREJ

1.

INTRODUZZJONI 5

1.1.

Kamp ta’ applikazzjoni 5

1.2

Konformità legali 6

1.3

Soll 7

1.4

Gwida dwar il-verifika tas-sostenibbiltà u l-kriterji tat-Tassonomija tal-UE 7

1.5

Evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu u rieżami ta’ din il-gwida 10

2.

VERIFIKA TAS-SOSTENIBBILTÀ GĦALL-OPERAZZJONIJIET TA’ FINANZJAMENT DIRETT 10

2.1

Prinċipji ġenerali u approċċ ġenerali għall-verifika 10

2.2

Dimensjoni klimatika 12

2.2.1

Introduzzjoni 12

2.2.2.

Approċċ ġenerali għall-verifika tas-sostenibbiltà klimatika 13

2.2.3

Konformità legali 15

2.2.4

Reżiljenza għall-klima 16

2.2.5

Newtralità klimatika u mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima 21

2.2.6

Rappurtar u monitoraġġ 25

2.3

Dimensjoni ambjentali 26

2.3.1

Approċċ Ġenerali għall-Verifika Ambjentali 26

2.3.2

Konformità Legali 29

2.3.3

Skrinjar ta’ InvestEU għad-dimensjoni ambjentali 33

2.3.4

Verifika: Mitigazzjoni, Kwantifikazzjoni u Monetizzazzjoni 35

2.3.5

Aġenda pożittiva 37

2.3.6

Rappurtar u monitoraġġ 37

2.4

Dimensjoni soċjali 38

2.4.1

Approċċ ġenerali għall-verifika tas-sostenibbiltà soċjali 38

2.4.2

Qafas ta’ konformità legali għad-dimensjoni soċjali 40

2.4.3

Skrinjar soċjali tal-operazzjonijiet 40

2.4.4

Kategorizzazzjoni tar-riskju soċjali 44

2.4.5

Verifika soċjali 47

2.4.6

Aġenda pożittiva 54

2.4.7

Rappurtar u monitoraġġ 56

2.5

Dispożizzjonijiet orizzontali għat-tliet dimensjonijiet 56

2.5.1

Kapaċità tal-promotur tal-proġett 56

2.5.2

Arranġamenti kuntrattwali 57

2.6

Evalwazzjoni ekonomika tal-operazzjonijiet 57

2.6.1

Forom ta’ evalwazzjoni ekonomika 58

2.6.2

Prattiki eżistenti ta’ evalwazzjoni ekonomika 59

2.6.3

Rakkomandazzjonijiet għal InvestEU 59

2.7

Finanzjament korporattiv għal għanijiet ġenerali 60

3.

L-APPROĊĊ TA’ VERIFIKA TAS-SOSTENIBBILTÀ GĦALL-OPERAZZJONIJIET TA’ FINANZJAMENT INDIRETT 61

3.1.

Rekwiżiti ġenerali ta’ verifika 61

3.2.

Tipi ta’ finanzjament 62

3.2.1.

Fondi tal-infrastruttura 62

3.2.2.

Fondi ta’ ekwità jew ta’ dejn mhux infrastrutturali 64

3.2.3.

Linji ta’ kreditu intermedjati jew prodotti oħra ta’ dejn immirati lejn l-SMEs, mid-caps żgħar u entitajiet eliġibbli oħra 65

4.

RWOLI, RESPONSABBILTAJIET U L-PROĊESS TA’ INVESTEU 66

4.1

Rwoli u responsabbiltajiet 66

4.1.1

Rwol u responsabbiltajiet tal-promotur tal-proġett/tar-riċevitur finali 66

4.1.2

Rwol u responsabbiltajiet tas-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni 67

4.1.3

Rwol tal-intermedjarju finanzjarju 68

4.1.4

Rwol tal-Kumitat tal-Investiment 68

4.1.5

Rwol il-Kummissjoni 68

4.1.6

Awtoritajiet pubbliċi kompetenti 69

4.2

Il-proċess ta’ InvestEU 69

4.2.1

Kontroll tal-politika 69

4.2.2

Formola għal talba ta’ garanzija 70

4.2.3

Tabella ta’ valutazzjoni 70

4.2.4

Rappurtar lill-Kummissjoni 70

Anness 1 –

Lista ta’ rekwiżiti legali 72

Anness 2 –

Informazzjoni li għandha tingħata lill-Kumitat tal-Investiment ta’ InvestEU (Kapitolu 2) 76

Anness 3 –

Listi ta’ kontroll għall-verifika li għandhom jintużaw mis-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni għall-verifika taħt kull dimensjoni 79

Anness 4 –

Riżorsi u dokumenti ta’ gwida oħra li jistgħu jitqiesu għall-verifika tas-sostenibbiltà ta’ InvestEU 108

Anness 5 –

Glossarju 111

Anness 6 –

Gwida addizzjonali għal finanzjament intermedjat (Kapitolu 3) 114

1.   INTRODUZZJONI

Ir-Regolament tal-InvestEU (1) jintroduċi s-sostenibbiltà tal-operazzjonijiet ta’ finanzjament u investiment bħala element importanti fil-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet meta jiġi approvat l-użu mill-garanzija tal-UE. Għall-fini ta’ dan id-dokument, is-sostenibbiltà (2) tirreferi għat-tliet dimensjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 8(5) tar-Regolament InvestEU: dik klimatika, ambjentali u soċjali.

Sabiex jiġi żgurat li l-operazzjonijiet ta’ finanzjament u investiment li jirċievu appoġġ mill-Fond InvestEU ikunu konformi mal-impenji usa’ tal-UE għas-sostenibbiltà, jew ikunu jikkontribwixxu għalihom, ir-Regolament tal-InvestEU jobbliga li tkun trid issir verifika tas-sostenibbiltà għall-identifikazzjoni u l-indirizzar ta’ impatti sinifikanti potenzjali (negattivi u pożittivi) li dawn l-operazzjoni jista’ jkollhom fuq it-tliet dimensjonijiet imsemmija hawn fuq.

L-iskop ta’ din il-gwida huwa li tgħin lis-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni, l-intermedjarji finanzjarji, u l-promoturi tal-proġetti/ir-riċevituri finali jittrattaw ir-rekwiżiti ta’ verifika tas-sostenibbiltà tar-Regolament InvestEU. Għalkemm din il-gwida ġiet żviluppata speċifikament għall-Fond InvestEU, tista’ tintuża f’kuntest usa’ minn kwalunkwe parti (eż. promotur tal-proġett, istituzzjoni finanzjarja jew awtorità pubblika) li tixtieq tieħu inkunsiderazzjoni l-aspetti ta’ sostenibbiltà fl-attività tagħha. Din il-gwida ġiet żviluppata f’kooperazzjoni mas-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni.

Il-gwida taderixxi mal-prinċipji tal-proporzjonalità, tat-trasparenza, u tal-evitar ta’ piż amministrattiv eċċessiv. L-approċċi proposti għad-dimensjoni klimatika, ambjentali u soċjali jieħdu inkunsiderazzjoni l-prattiki eżistenti u l-ħtiġijiet speċifiċi f’dawk l-oqsma.

Hija strutturata kif ġej:

Il-Kapitolu 1 jistabbilixxi l-kuntest ġuridiku ġenerali u jiċċara xi wħud mill-kunċetti użati tul il-gwida.

Il-Kapitolu 2 jippreżenta l-approċċ għall-verifika tas-sostenibbiltà ta’ operazzjonijiet iffinanzjati direttament. Dan il-kapitolu jipprovdi: (i) gwida dettaljata dwar kif għandha titwettaq l-analiżi għal kull waħda mit-tliet dimensjonijiet ta’ sostenibbiltà; u (ii) rakkomandazzjonijiet dwar kif għandhom jiġu inklużi r-riżultati ta’ dawn l-analiżi fil-valutazzjoni ekonomika tal-proġett.

Il-Kapitolu 3 jipprovdi gwida dwar l-aspetti tal-prova tas-sostenibbiltà relatati ma’ tranżazzjonijiet iffinanzjati indirettament. Din il-gwida hija bbażata fuq tipi differenti ta’ finanzjament u r-rekwiżiti applikabbli jqisu l-ispeċifiċitajiet tagħhom.

Il-Kapitolu 4 jiddeskrivi r-rwoli u r-responsabbiltajiet ta’ diversi atturi involuti, kif ukoll informazzjoni dwar kif il-verifika tas-sostenibbiltà tista’ tiġi allinjata mal-proċessi ġenerali ta’ InvestEU.

Annessi — inklużi listi ta’ kontroll żviluppati biex jappoġġjaw lis-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni u lill-promoturi tal-proġetti fit-twettiq tal-verifika tas-sostenibbiltà, kif ukoll sommarju ta’ riżorsi disponibbli ulterjuri.

1.1.   Kamp ta’ applikazzjoni

L-aspetti tas-sostenibbiltà jenħtieġ li jiġu vverifikati għall-operazzjonijiet ta’ finanzjament u ta’ investiment taħt it-twieqi kollha tal-Fond InvestEU. Madankollu, se jkunu meħtieġa xi differenzazzjonijiet bejn l-operazzjonijiet u t-twieqi biex tiġi żgurata l-proporzjonalità u jitnaqqas il-piż amministrattiv żejjed. L-Artikoli 8(5) u 8(6) tar-Regolament tal-InvestEU jiddefinixxu r-rekwiżiti rilevanti f’termini tal-verifika tas-sostenibbiltà.

Skont l-Artikolu 8(5) tar-Regolament InvestEU l-operazzjonijiet ta’ finanzjament u investiment (“operazzjonijiet”) li jaqbżu ċertu soll (stabbiliti aktar tard f’din il-gwida fit-Taqsima 1.3) u li jfittxu appoġġ taħt InvestEU għandhom ikunu l-ewwel soġġetti għal skrinjar ta’ InvestEU (3). Dan l-iskrinjar huwa intenzjonat biex jgħin lis-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni jiddeterminaw jekk l-operazzjonijiet ikollhomx impatt ambjentali, klimatiku jew soċjali (negattiv u pożittiv).

Jekk wara l-iskrinjar ta’ InvestEU, is-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni jikkonkludi li operazzjoni jkollha impatt sinifikanti fuq kwalunkwe waħda mit-tliet dimensjonijiet, l-operazzjoni allura tkun trid tgħaddi minn verifika tas-sostenibbiltà. Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-verifika jiddependi fuq l-eżitu tal-iskrinjar ta’ InvestEU u jista’ jkopri dimensjoni waħda jew aktar. Il-verifika jkollha l-għan li timminimizza l-impatti detrimentali tal-operazzjoni u li timmassimizza l-benefiċċji tagħha għal kwalunkwe waħda mit-tliet dimensjonijiet.

Għall-finijiet ta’ din il-gwida, proġett ifisser investiment f’assi fiżiċi u/jew f’attivitajiet b’kamp ta’ applikazzjoni u objettivi delineati b’mod ċar, bħal: (i) fl-infrastruttura; (ii) fl-akkwist ta’ tagħmir, makkinarju jew infiq kapitali ieħor; (iii) fl-iżvilupp tat-teknoloġija; (iv) f’attività speċifika ta’ riċerka, diġitali u/jew innovazzjoni, (v) f’rinnovamenti għall-effiċjenza enerġetika. Is-suġġett tal-iskrinjar u l-verifika għandu jkun il-proġett u l-impatti tiegħu.

Għal finanzjament bi skop ġenerali (eż. finanzjament korporattiv għal skopijiet ġenerali) jew investimenti ta’ ekwità diretta, l-ambitu tal-valutazzjoni se jkun: (i) l-approċċ ġenerali tar-riċevitur finali għall-integrazzjoni tal-kunsiderazzjonijiet ta’ sostenibbiltà fil-proċessi tagħhom; u (ii) il-kapaċità tar-riċevitur finali li jindirizza l-aspetti u l-impatti relatati li jirriżultaw mill-attivitajiet tiegħu.

1.2.   Konformità ġuridika

L-operazzjonijiet ta’ finanzjament u ta’ investiment appoġġati mill-Fond InvestEU, irrispettivament mid-daqs tagħhom u minn jekk titwettaqx prova jew le, iridu jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE u dik nazzjonali. Dan jinkludi l-konformità mal-obbligi applikabbli tal-liġi ambjentali, soċjali u tax-xogħol stabbiliti mil-liġi tal-Unjoni, il-liġi nazzjonali, ftehimiet kollettivi jew il-konvenzjonijiet internazzjonali soċjali u ambjentali applikabbli elenkati fl-Anness X għad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4).

Is-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni (jew l-intermedjarju finanzjarju għall-finanzjament indirett) jenħtieġ li jidentifika r-rekwiżiti legali rilevanti (5) applikabbli għall-operazzjoni u jenħtieġ li jivverifika (6) l-konformità mal-leġiżlazzjoni u r-regolamenti ambjentali u soċjali.

Il-verifika tas-sostenibbiltà mwettqa għall-għanijiet tar-Regolament InvestEU mhijiex se tissostitwixxi l-verifika tal-konformità mar-rekwiżiti legali skont il-leġiżlazzjoni tal-UE u d-dritt nazzjonali. Il-valutazzjonijiet li jitwettqu skont il-leġiżlazzjoni tal-UE u dik nazzjonali se jipprovdu d-data ta’ input meħtieġa (jiġifieri stimi ta’ emissjonijiet ta’ bażi, deskrizzjonijiet tal-effetti sinifikanti probabbli tal-proġett, effetti pożittivi, eċċ.) li se jintużaw għall-verifika, fejn applikabbli. Il-verifika tas-sostenibbiltà tidentifika jekk hemmx xi impatti residwi. Se tikkwantifika wkoll u, fejn possibbli, timmonetizza l-impatt residwu li ġie vvalutat bħala ta’ riskju għoli u/jew medju. Sussegwentement, il-verifika se tindirizza kwalunkwe impatt residwu fl-evalwazzjoni ekonomika tal-proġett, flimkien mal-benefiċċji mistennija li jirriżultaw mill-impatti pożittivi tal-proġett. Dan huwa l-valur miżjud reali tal-verifika tas-sostenibbiltà lil hinn mill-konformità mar-rekwiżiti legali.

Il-koleġiżlaturi talbu b’mod espliċitu li s-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni jwettqu verifika tas-sostenibbiltà tal-investimenti taħt il-Fond InvestEU. Dan jimplika li jogħlew il-livelli biex imorru lil hinn minn rekwiżit li sempliċement ikun hemm konformità mal-leġiżlazzjoni eżistenti. Il-koleġiżlaturi jipprovdu gwida dwar din il-kwistjoni fir-Regolament InvestEU. Pereżempju, xi premessi jirreferu għall-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali (7), il-Ftehim ta’ Pariġi (8), l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti (9) u r-Rapport dwar ir-Riskji Globali tal-2018 (10). L-Artikolu 8(5) jiddikjara li proġetti inkonsistenti mal-objettiv tal-klima mhumiex eliġibbli għal appoġġ taħt il-Fond InvestEU. Barra minn hekk, fl-Artikolu 8(6) tar-Regolament InvestEU jirreferi għall-vulnerabbiltà klimatika u l-valutazzjoni tar-riskju biex jiġu indirizzati l-adattament u r-reżiljenza għall-klima, il-kost tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra, it-teħid akkont tal-impatti fuq il-komponenti prinċipali tal-kapital naturali, l-impatt soċjali tal-proġetti u ta’ proġetti li jkunu inkonsistenti mal-objettivi klimatiċi.

1.3.   Solli

F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, u kif meħtieġ mill-Artikolu 8(5) tar-Regolament InvestEU, l-operazzjonijiet taħt livell limitu stabbilit huma eżentati mir-rekwiżit ta’ skrinjar u ta’ verifika tas-sostenibbiltà. Dan is-soll japplika speċifikament għall-prova tas-sostenibbiltà tal-InvestEU u bl-ebda mod ma jieħu post l-obbligi legali fuq l-iżviluppaturi tal-proġetti mid-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11) (minn hawn’ il quddiem imsejħa d-“Direttiva VIA”) jew liġi nazzjonali jew tal-UE applikabbli oħra.

Abbażi tal-prattika attwali u tal-esperjenza miksuba fil-qasam tal-valutazzjoni tal-impatt ambjentali u l-verifika tas-sostenibbiltà ta’ proġetti ta’ infrastruttura, is-sollijiet li taħthom ma tkunx meħtieġa verifika tas-sostenibbiltà huma stabbiliti fiż-żewġ punti li ġejjin:

(i)

Għal operazzjonijiet diretti:

a.

Għal proġetti (ta’ investiment), abbażi tal-kost totali tal-investiment fil-proġett (projetc investment cost - PIC), dan għandu jkun ta’ EUR 10 miljun (12).

b.

Għal investimenti ġenerali ta’ finanzjament korporattiv/investimenti ġenerali diretti fl-ekwità, abbażi tal-finanzjament totali pprovdut mis-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni lir-riċevitur finali, dan għandu jkun ta’ EUR 10 miljun.

(ii)

Għal operazzjonijiet intermedjati:

a.

Għall-fondi infrastrutturali, għall-proġetti sottostanti japplika l-istess soll bħal dak għall-operazzjonijiet diretti. Abbażi tal-kost totali tal-investiment fil-proġett, dan għandu jkun ta’ EUR 10 miljun.

b.

Għall-finanzjament ta’ SMEs, mid-caps żgħar u intrapriżi eliġibbli oħra, mhuwiex se jkun meħtieġ skrinjar jew verifika sħiħa tas-sostenibbiltà (13). Madankollu, se tkun applikabli forma simplifikata ta’ verifika tas-sostenibbiltà u salvagwardji speċifiċi sabiex jiġi żgurat allinjament minimu mal-impenji tal-UE, filwaqt li jsir sforz biex atturi ekonomiċi żgħar ma jitgħabbewx iżżejjed b’rekwiżiti kumplessi. L-approċċ ta’ verifika tas-sostenibbiltà għall-finanzjament intermedjat huwa ddettaljat fil-Kapitolu 3 ta’ din il-gwida.

1.4.   Gwida dwar il-verifika tas-sostenibbiltà u l-kriterji tat-Tassonomija tal-UE (14)

Ir-rekwiżiti ta’ verifika tas-sostenibbiltà fir-Regolament tal-InvestEU għandu l-għan li jħeġġeġ u jippremja proġetti li jkollhom impatti pożittivi klimatiċi, ambjentali u soċjali, filwaqt li jnaqqas l-impatti negattiv tagħhom. Il-verifika tas-sostenibbiltà tagħmilha possibbli li: (i) jiġu identifikati l-impatt ta’ proġett; (ii) jiġu introdotti miżuri ta’ mitigazzjoni biex jiġu indirizzati dawn l-impatti; u (iii) fejn possibbli, jiġu rikonoxxuti opportunitajiet biex itejbu l-prestazzjoni tas-sostenibbiltà tal-proġett.

Bit-Tassonomija tal-UE issir possibbli l-klassifikazzjoni ta’ ċerti attivitajiet ekonomiċi bħala ambjentalment sostenibbli (jiġifieri jikkontribwixxu sostanzjalment għal mill-inqas wieħed mis-sitt objettivi ambjentali (15) kif iddefiniti fir-Regolament dwar it-Tassonomija, ma jagħmlu l-ebda ħsara sinifikanti lil xi wieħed mill-ħames objettivi ambjentali l-oħra, u jikkonformaw ma’ Salvagwardji Soċjali Minimi). Il-verifika tas-sostenibbiltà tista’ tieħu inkunsiderazzjoni din il-klassifikazzjoni, u mbagħad tipprovdi identifikazzjoni aktar profonda (granuluża) tal-impatti pożittivi u negattivi. Għal din ir-raġuni, il-kriterji għall-iskrinjar tekniku tat-Tassonomija tal-UE se jintużaw kif xieraq, inkluż il-prinċipju la tagħmilx ħsara sinifikanti, wara li jidħlu fis-seħħ, fejn ikun relevanti u sal-livell possibbli, matul il-proċess ta’ skrinjar u ta’ verifika.

Madankollu, ta’ min jinnota li l-Fond InvestEU tkopri spettru ta’ eliġibbiltà usa’ ta’ investimenti minn dawk l-attivitajiet ekonomiċi koperti mit-Tassonomija tal-UE. Il-Fond InvestEU għandu wkoll l-għan li jkollu approċċ ibbilanċjat lejn prijoritajiet ta’ politika differenti tal-UE, li xi wħud minnhom jistgħu ma jkollhomx potenzjal ta’ sostenibbiltà qawwi, filwaqt li t-Tassonomija tal-UE hija sistema ta’ klassifikazzjoni stabbilita biex tiddefinixxi attivitajiet li jikkontribwixxu b’mod sostanzjali għall-objettivi ambjentali fil-prim’istanza.

Il-kriterji ta’ “la tagħmilx ħsara sinifikanti” (Do No Significant Harm - DNSH)

Biex jiġi żgurat li l-proġetti ma jagħmlux ħsara sinifikanti lill-objettivi ambjentali tal-UE, bħal fil-każ tat-Tassonomija tal-UE, il-punt tat-tluq hija l-konformità mal-leġiżlazzjoni ambjentali rilevanti tal-UE. Barra minn hekk, hija meħtieġa konformità mal-leġiżlazzjoni ambjentali nazzjonali rilevanti u l-permessi ambjentali meħtieġa għall-kostruzzjoni u l-operat tal-proġetti, inklużi dawk identifikati fil-kriterji tad-DNSH tat-Tassonomija tal-UE. Filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet tar-Regolament InvestEU u ta’ din il-gwida, il-konformità legali hija prerekwiżit biex kwalunkwe operazzjoni ta’ finanzjament jew ta’ investiment tiġi kkwalifikata biex tirċievi appoġġ InvestEU.

Il-kriterji DNSH l-oħra li ma jirreferux għal-leġiżlazzjoni ambjentali jenħtieġ li jintużaw, meta jkunu fis-seħħ, bħala referenza biex jiġu proposti miżuri ta’ mitigazzjoni jew biex jiġi identifikati proġetti inkonsistenti mal-kisba tal-objettivi tal-klima - sa fejn ikun possibbli u abbażi tal-aqwa sforz, għall-każijiet fejn il-verifika tkun meħtieġa f’konformità ma’ din il-gwida (kemm għal finanzjament dirett kif ukoll indirett, kif iddettaljat aktar fil-Kapitolu 2 u fil-Kapitolu 3).

Fil-prattika, jenħtieġ li jittieħdu l-passi li ġejjin:

1.

Abbażi tal-iskrinjar ta’ InvestEU, is-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni jiddetermina jekk hijiex meħtieġa verifika għal ċertu kriterju/dimensjoni

Image 1

2.

Issir verifika dwar jekk l-attività hijiex koperta mit-Tassonomija tal-UE (16)

Image 2

3.

Issir verifika jekk hemmx kriterji DNSH fir-rispett tal-attività

Image 3

4.

Jintużaw il-kriterji DNSH, abbażi tal-aqwa sforz, biex jiġu proposti miżuri addizzjonali, jekk meħtieġ.

L-operazzjonijiet ta’ finanzjament u ta’ investiment kollha ta’ InvestEU (17), kemm għall-finanzjament dirett kif ukoll indirett, jenħtieġ li jirrispettaw l-erba’ kundizzjonijiet li ġejjin abbażi tal-kriterji DNSH għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u s-salvagwardji soċjali minimi (MSS), b’intenzjoni ċara li ma jibdlux il-kriterji ta’ eliġibbiltà ta’ InvestEU, kif iddefiniti fir-Regolament tal-InvestEU u fil-Linji Gwida għall-Investiment. L-erba’ kundizzjonijiet huma stabbiliti fil-punti ta’ hawn taħt:

Għal proġetti li jkopru l-attivitajiet li ġejjin: id-diġestjoni anaerobika tal-bijoskart; il-qbid u l-użu tal-gass mill-miżbliet – jenħtieġ li jiġi stabbilit pjan ta’ monitoraġġ għat-tnixxija tal-metan fil-faċilità.

Għal proġetti li jkopru t-trasport tas-CO2 u l-ħżin ġeoloġiku permanenti taħt l-art tas-CO2 - pjan ta’ monitoraġġ dettaljat f’konformità mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2009/31/KE (18) dwar is-CCS u d-Direttiva tal-EU ETS (UE) 2018/410 (19).

Għal proġetti li jkopru l-attivitajiet li ġejjin: it-trasport ta' merkanzija bil-ferrovija; it-trasport ġewwieni ta' merkanzija fuq l-ilma; il-modifika retroattiva ta’ trasport tal-passiġġieri u tal-merkanzija fuq l-ilma intern; it-trasport ta' merkanzija fuq il-baħar u mal-kosta; is-servizzi tat-trasport tal-merkanzija bit-triq - jenħtieġ li ma jingħata l-ebda appoġġ InvestEU għall-finanzjament ta’ bastimenti, vetturi jew vetturi ferrovjarji speċifikament iddedikati (20) għall-karburanti fossili tat-trasport (bħal vetturi ferrovjarji għall-estrazzjoni tal-faħam jew tat-tankers taż-żejt).

Konformità mas-Salvagwardji Soċjali Minimi ( Minimum Social Standards - MSS) kif stabbiliti fl-Artikolu18 tar-Regolament dwar it-Tassonomija (21). Dawk is-salvagwardji minimi ma jaffettwawx l-applikazzjoni ta’ rekwiżiti aktar stretti -fejn applikabbli - relatati mas-sostenibbiltà okkupazzjonali, tas-saħħa, tas-sikurezza u soċjali stipulata fid-dritt tal-Unjoni.

B’mod partikolari, is-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni/l-intermedjarji finanzjarji jenħtieġ li jitolbu konferma mingħand il-promotur tal-proġett/ir-riċevitur finali rigward l-operazzjonijiet tiegħu li (22):

1.

Il-promotur tal-proġett/ir-riċevitur finali jkollu fis-seħħ miżuri effettivi, proporzjonali għan-natura u l-iskala tal-operazzjoni u għar-riskji u l-impatti ambjentali u soċjali potenzjali tagħha, biex jiżgura:

a.

ir-rispett għad-drittijiet soċjali, jiġifieri l-evitar ta’ ksur tad-drittijiet soċjali stabbiliti bil-leġiżlazzjoni tal-UE, u l-indirizzar ta’ kull riskju u impatt negattiv avvers fuq id-drittijiet tal-bniedem ikkawżat mill-operazzjoni tiegħu;

b.

l-involviment sinifikattiv tal-partijiet ikkonċernati (23) inkluż mekkaniżmu xieraq biex jiġu rreġistrati u indirizzati l-ilmenti, kif applikabbli u meħtieġ mil-leġiżlazzjoni rilevanti.

2.

Il-ħaddiema tiegħu fuq il-proġetti (24):

a.

mhumiex soġġetti għal xogħol furzat jew obbligat, u għat-tħaddim tat-tfal;

b.

igawdu minn trattament indaqs u opportunità indaqs (remunerazzjoni indaqs għall-irġiel u n-nisa għal xogħol ta’ valur indaqs);

c.

mhumiex soġġetti għal diskriminazzjoni abbażi tar-razza, tal-kulur tal-ġilda, tas-sess, tar-reliġjon, tal-opinjoni politika, tal-estrazzjoni nazzjonali jew tal-oriġini soċjali;

d.

għandhom il-libertà ta’ assoċjazzjoni (il-libertà li jiffurmaw u jkunu membri ta’ trade union) u d-dritt għall-organizzazzjoni (id-dritt li jorganizzaw strajks); u

e.

ikollhom id-dritt għal negozjar kollettiv.

1.5.   Evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu u rieżami ta’ din il-gwida

Skont l-Artikolu 29 tar-Regolament InvestEU, sal-30 ta’ Settembru 2024, il-Kummissjoni trid tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport ta’ evalwazzjoni interim indipendenti dwar il-Programm InvestEU. L-evalwazzjoni trid tkopri wkoll l-applikazzjoni tal-prova tas-sostenibbiltà. Abbażi tar-riżultati ta’ din l-evalwazzjoni u filwaqt li jitqiesu l-iżviluppi fis-suq finanzjarju, id-dħul fis-seħħ tat-Tassonomija tal-UE (25) u tad-Direttiva aġġornata dwar ir-Rapportar Mhux Finanzjarju (Non-financial Reporting Directive - NFRD) (26), ir-rekwiżiti deskritti f’din il-gwida jistgħu jiġu mmodifikati fil-ħin (kemm għall-finanzjament dirett kif ukoll għal dak indirett).

Għalhekk, huwa rrakkomandat ħafna kemm lis-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni kif ukoll lill-intermedjarji finanzjarji li jieħdu inkunsiderazzjoni dawn l-iżviluppi probabbli billi jistgħu jaffettwaw operazzjonijiet fil-futur.

2.   VERIFIKA TAS-SOSTENIBBILTÀ GĦALL-OPERAZZJONIJIET TA’ FINANZJAMENT DIRETT

2.1.   Prinċipji ġenerali u approċċ ġenerali għall-verifika

Dan il-kapitolu jipprovdi l-metodoloġiji u l-għodod li għandhom bżonn is-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni biex jwettqu l-iskrinjar ta’ InvestEU u l-verifika ta’ operazzjonijiet proposti ta’ finanzjament u investiment dirett għat-tliet dimensjonijiet ta’ sostenibbiltà, kif meħtieġ mill-Artikolu 8(5) tar-Regolament tal-InvestEU (27). L-Artikolu 8(6) jagħti aktar dettalji dwar l-għan tal-gwida, li għandha tippermetti li:

(a)

rigward l-adattament, tiġi żgurata r-reżiljenza għall-impatti negattivi potenzjali tat-tibdil fil-klima permezz ta' valutazzjoni tal-vulnerabbiltà u r-riskju tal-klima, inkluż permezz ta' miżuri ta' adattament rilevanti u, fir-rigward tal-mitigazzjoni, jiġu integrati l-ispejjeż tal-emissjonijiet tal-gass b'effett ta' serra u l-effetti pożittivi ta' miżuri għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima fl-analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji;

(b)

jittieħed kont tal-impatt ikkonsolidat tal-proġetti f'termini tal-komponenti ewlenin tal-kapital naturali, jiġifieri l-arja, l-ilma, l-art u l-bijodiversità;

(c)

jiġi stimat l-impatt soċjali tal-proġetti, inkluż fuq l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, fuq l-inklużjoni soċjali ta’ ċerti żoni jew popolazzjonijiet u fuq l-iżvilupp ekonomiku ta’ żoni u setturi affettwati mill-isfidi strutturali bħalma hija l-ħtieġa tad-dekarbonizzazzjoni tal-ekonomija;

(d)

jiġu identifikati proġetti li ma jkunux konsistenti mal-ilħuq tal-għanijiet klimatiċi;

(e)

jiġu pprovduti s-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni bi gwida għall-fini tal-eżami previst fil-paragrafu 5.

Il-Figura 1 tivviżwalizza l-approċċ propost għall-verifika tas-sostenibbiltà InvestEU tal-operazzjonijiet ta’ finanzjament dirett u ta’ investiment. Din tkopri l-passi li ġejjin:

Valutazzjoni tal-konformità mal-leġiżlazzjoni tal-UE u dik nazzjonali. Dan huwa prerekwiżit biex l-operazzjonijiet kollha jiġu ffinanzjati. Dan se jinkludi l-valutazzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti legali skont it-tliet dimensjonijiet tas-sostenibbiltà (il-klima, l-ambjent, is-soċjetà) u jista’ jitwettaq matul il-proċess ta’ prova b’mod parallel mal-proċess tad-diliġenza dovuta, jekk meħtieġ, u jenħtieġ li jitlesta, meta jkun possibbli, qabel it-talba tal-Garanzija tal-UE. Fejn dan ma jkunx possibbli, fid-dokumentazzjoni legali jenħtieġ li jiġu stabbiliti kundizzjonijiet xierqa biex jiġi żgurat li l-proġett ikun konformi għal kollox mal-leġiżlazzjoni applikabbli.

Skrinjar ta’ InvestEU biex jiġu identifikati riskji u impatti potenzjali fuq it-tliet dimensjonijiet tal-operazzjonijiet proposti.

Valutazzjoni u verifika ulterjuri għall-elementi rilevanti f’riskju taħt kull dimensjoni, abbażi tar-riskji u l-impatti potenzjali identifikati, inkluża l-identifikazzjoni ta’ miżuri ta’ mitigazzjoni u l-valutazzjoni tal-konsistenza ma’ objettivi klimatiċi (28).

Konklużjoni tal-verifika tas-sostenibbiltà u r-rapportar lill-Kumitat tal-Investiment ta’ InvestEU, biex jiġi appoġġat it-teħid ta’ deċiżjonijiet dwar it-talba għal Garanzija tal-UE.

Figura 1

Ħarsa ġenerali lejn l-approċċ tal-verifika tas-sostenibbiltà

Image 4

L-operazzjonijiet kollha appoġġati minn InvestEU, irrispettivament mid-daqs tagħhom, għandhom jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni applikabbli tal-UE u dik nazzjonali. Għal din ir-raġuni, se jkunu meħtieġa l-valutazzjoni u l-konferma tal-konformità legali għall-operazzjonijiet kollha.

Kif deskritt fil-kapitolu preċedenti, japplikaw sollijiet ibbażati fuq id-daqs tal-operazzjoni ta’ investiment totali u, meta dan ikun taħthom, ma jkunux meħtieġa skrinjar u verifika ulterjuri. L-eċċezzjoni minn din ir-regola hija għal dawk il-proġetti li jeħtieġu valutazzjoni tal-impatt ambjentali (“VIA”) skont id-Direttiva dwar il-VIA (proġetti tal-Anness I jew proġetti tal-Anness II li ġew skrinjati), fejn tkun meħtieġa verifika għad-dimensjoni ambjentali, soċjali u klimatika irrispettivament mill-kost totali tal-proġett, għall-impatti identifikati fir-rapport tal-VIA (29) u tkompli fuqha. Approċċ bħal dan huwa konsistenti mar-rekwiżit tar-Regolament tal-InvestEU.

Għal proġetti taħt is-soll, is-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni u l-promoturi tal-proġetti huma madankollu mħeġġa biex jivvalutaw fuq bażi ta’ każ b’każ jekk l-operazzjoni ta’ investiment speċifika: (i) tippreżenta riskji potenzjali sinifikanti taħt dimensjoni ta’ sostenibbiltà waħda jew aktar; u (ii) tkun tibbenefikaw jekk tgħaddu mill-inqas mill-fażi ta’ skrinjar deskritta fit-taqsimiet li ġejjin.

Sabiex tiġi mħeġġa l-adozzjoni tal-aġenda pożittiva, huwa rrakkomandat bil-qawwa li s-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni, f’kooperazzjoni mal-promoturi tal-proġetti/riċevituri finali, iqisu l-possibbiltà li jsaħħu l-impatti pożittivi tal-proġetti li jkunu qed jiffinanzjaw, u b’hekk iżidu l-prestazzjoni ġenerali tagħhom mil-lat ta’ sostenibbiltà. Ġew żviluppati listi ta’ kontroll biex jgħinu fl-identifikazzjoni ta’ opportunitajiet f’dan ir-rigward (ara l-Anness 3), li għandhom jintużaw fuq bażi volontarja.

Fl-aħħar nett, din il-gwida tirrakkomanda t-twettiq tal-valutazzjoni għat-tliet dimensjonijiet b’mod integrat, filwaqt li tingħata attenzjoni mill-qrib għar-rabtiet u s-sinerġiji fid-dimensjonijiet kollha (30).

Proġetti ta’ infrastruttura jeħtieġu perjodu relattivament twil biex jgħaddu mill-proċeduri legali kollha ta’ permessi u awtorizzazzjonijiet. Għal proġetti fejn l-eżitu tal-verifika jkun identifika miżuri addizzjonali u fejn dawn il-proġetti jkunu diġà rċevew l-awtorizzazzjonijiet u l-permessi rilevanti kollha, huwa mifhum li f’xi każijiet jistgħu jiġu rrakkomandati u implimentati miżuri addizzjonali limitati biss (pereżempju miżuri li setgħu jiġu implimentati fi stadji aktar bikrija taċ-ċiklu ta’ żvilupp tal-proġett ma jkunux għadhom jistgħu jiġu implimentati). Għalhekk, is-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni u l-promoturi tal-proġetti se jkunu f’sitwazzjoni li jipproponu biss dawk il-miżuri addizzjonali li jistgħu realistikament jitwettqu għal proġetti fi stadju tant avvanzat tal-iżvilupp. Dawn is-sitwazzjonijiet jenħtieġ li jiġu enfasizzati speċifikament u spjegati kif xieraq fid-dokumentazzjoni li għandha tiġi ppreżentata lill-Kumitat tal-Investiment (speċjalment jekk ikunu ġew irrakkomandati u implimentati xi miżuri addizzjonali).

Sabiex tiġi evitata xi konfużjoni rigward it-terminoloġija użata fil-kuntest ġenerali tal-Programm InvestEU (eż. il-Linji Gwida għall-Investiment), qed nipproponu li f’dan il-kapitolu jintuża t-terminu proġett kif iddefinit fit-Taqsima 1.1 meta ssir referenza għall-operazzjonijiet sottostanti li se jkunu soġġetti għall-iskrinjar ta’ InvestEU, u għall-verifika (jekk dan ikun il-każ) (31).

2.2.   Dimensjoni klimatika

2.2.1.   Introduzzjoni

Din it-taqsima tkopri l-metodoloġija li għandha tiġi segwita fit-twettiq tal-verifika tas-sostenibbiltà tad-dimensjoni klimatika fil-kuntest tal-finanzjament dirett ta’ InvestEU.

Kif meħtieġ mill-Artikolu 8(6) tar-Regolament tal-InvestEU, din il-metodoloġija għandha l-għan li tipprovdi l-prinċipji u l-għodod biex is-Sħab ta’ Implimentazzjoni: a) rigward l-adattament, jiżguraw ir-reżiljenza għall-impatti avversi potenzjali tat-tibdil fil-klima permezz ta’ valutazzjoni tal-vulnerabbiltà klimatika u tal-klima u permezz tal-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ adattament proporzjonali rilevanti u, b) rigward il-mitigazzjoni, jivvalutaw il-konsistenza mal-ambizzjonijiet u l-impenji klimatiċi tal-UE, jintegraw il-kost tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra relatati mal-proġetti proposti, kif ukoll jirriflettu l-effetti pożittivi tal-miżuri ta’ mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima fl-analiżi tal-għażliet, fl-evalwazzjoni ekonomika u/jew fl-analiżi kost-benefiċċji.

Il-metodoloġija ppreżentata f’din il-gwida fil-biċċa l-kbira tirrifletti l-metodoloġija deskritta fid-dettall mill-avviż tal-Kummissjoni dwar gwida teknika dwar il-protezzjoni kontra t-tibdil fil-klima tal-infrastruttura fil-perjodu 2021-2027 (“Gwida dwar il-protezzjoni kontra t-tibdil fil-klima tal-infrastruttura fil-perjodu 2021-2027”) (32). B’riżultat ta’ dan, il-metodoloġija ppreżentata f’dan id-dokument hija bbażata fuq metodoloġiji rikonoxxuti internazzjonalment kemm għall-valutazzjonijiet tal-vulnerabbiltà kif ukoll għar-riskju klimatiku, kif ukoll għall-valutazzjoni u l-mitigazzjoni tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra.

Din il-metodoloġija għandha l-għan li tidentifika: (i) in-natura u l-punt sa fejn it-tibdil fil-klima u l-impatti tiegħu jistgħu jagħmlu ħsara lil proġett partikolari sabiex tittieħed deċiżjoni dwar miżuri ta’ adattament proporzjonati; u (ii) kif proġett jista’ jikkontribwixxi għal miri ġenerali għat-tnaqqis tal-gassijiet b’effett ta’ serra, inkluż meta l-proġett ikun parti minn qafas ta’ ppjanar koerenti (eż. parti minn pjan integrat ta’ żvilupp urban) u programm ta’ investiment relatat. Filwaqt li l-metodoloġija ġiet żviluppata għal proġetti ta’ infrastruttura, l-approċċi u l-għodod irrakkomandati jistgħu jintużaw lil hinn minn dak li jista’ jitqies strettament bħala infrastruttura biex jiġu identifikati r-riskji tat-tibdil fil-klima li proġett ikun espost għalih, jew inkella biex jiġu vvalutati l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra relatati mal-proġett għar-rigward tal-objettivi klimatiċi tal-UE.

Kif deskritt fil- “Guidance on the climate proofing infrastructure in the period 2021–2027”, għall-adattament għat-tibdil fil-klima, l-użu ta’ approċċi u/jew oqfsa metodoloġiċi oħra reċenti u rikonoxxuti internazzjonalment (eż. it-5 Rapport ta’ Valutazzjoni tal-IPCC, AR5) (33) biex jitwettqu valutazzjonijiet tar-riskju għall-klima tal-proġetti jibqa’ possibbli flimkien ma’ dawk li l-gwida tibbaża fuqhom, peress li huma mistennija li jippermettu lill-utent jasal għal konklużjonijiet ekwivalenti.

Għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, ir-referenza prinċipali għall-valutazzjoni tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra hija l-Metodoloġija tal-Impronta tal-Karbonju tal-BEI (34), kif irrakkomandat fil-Gwida dwar il-verifika tar-reżistenza klimatika tal-infrastruttura fil-perjodu 2021-2027. Inkella, jistgħu jintużaw metodoloġiji tal-impronta tal-karbonju maqbula u ppubblikati fil-livell internazzjonali. Jistgħu jiġu applikati wkoll metodoloġiji interni tas-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni, dment li jkunu konsistenti mal-International Qafas Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Finanzjarji għal Approċċ Armonizzat għall-Kontabbiltà tal-Gassijiet Serra (35).

Irrispettivament minn liema metodoloġija tiġi applikata, dan jenħtieġ li jiġi dikjarat b’mod miftuħ. Fil-każijiet kollha, jenħtieġ li jiġu rrapportati l-emissjonijiet assoluti (gross) u relattivi (netti) assoċjati mal-proġetti. Il-kamp ta’ applikazzjoni tar-rapportar għal proġett (jiġifieri jekk ikunx għall-proġett sħiħ jew biss parti minnu), u l-għażla tax-xenarju bażi għall-kalkolu tal-emissjonijiet relattivi ta’ gassijiet serra jenħtieġ li jkunu trasparenti.

Il-Ftehim ta’ Pariġi (36) jistabbilixxi l-għan maqbul fil-livell internazzjonali biex tiġi limitata ż-żieda globali fit-temperatura medja u l-għan globali għal żvilupp jew adattament reżiljenza għall-klima. L-approċċ ippreżentat tul dan il-kapitolu sħiħ għandu l-għan li jappoġġa l-iżvilupp ta’ operazzjonijiet ta’ investiment allinjati mal-għanijiet tal-Ftehim ta’ Pariġi u tal-Liġi dwar il-Klima tal-UE, kif din tkun adottata.

2.2.2.   Approċċ ġenerali għall-verifika tas-sostenibbiltà klimatika

Verifika tar-reżistenza klimatika hija taqsira konvenjenti għal proċess li jintegra kunsiderazzjonijiet tal-adattament għat-tibdil fil-klima u l-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima fl-iżvilupp ta’ assi eżistenti u/jew f’operazzjonijiet ta’ investiment ippjanati. L-Illustrazzjoni 2 turi l-passi prinċipali tal-verifika tar-reżistenza klimatika.

Figura 2

Ħarsa ġenerali lejn il-proċess tal-verifika tar-reżistenza klimatika

Image 5

Sors:

Gwida dwar il-verifika tar-reżistenza klimatika tal-infrastruttura fil-perjodu 2021-2027.

Id-dijagramma tirrifletti ż-żewġ pilastri tal-protezzjoni kontra t-tibdil fil-klima. Il-pilastru għad-dritt jiffoka fuq ir-reżiljenza għat-tibdil fil-klima u l-adattament għat-tibdil fil-klima. Il-pilastru fuq ix-xellug jiffoka fuq in-newtralità klimatika u l-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima.

Kull pilastru ta’ analiżi huwa maqsum f’żewġ fażijiet. L-ewwel fażi tkopri pass ta’ skrinjar maħsub biex jidentifika minn naħa waħda, is-sinifikat tar-riskji klimatiċi potenzjali għall-investiment li qed jiġi kkunsidrat (għall-adattament) u, min-naħa l-oħra, biex tiġi vvalutata l-konsistenza mal-impenji klimatiċi tal-UE u biex jiġu kkwantifikati l-emissjonijiet rispettivi tal-gassijiet b’effett ta’ serra (għall-mitigazzjoni). L-eżitu tal-fażi tal-iskrinjar jiddetermina jekk ikunx meħtieġ li titwettaq it-tieni fażi ta’ valutazzjoni aktar dettaljata.

Fil-kuntest ta’ InvestEU, il-fokus tal-verifika tar-reżistenza klimatika għall-finanzjament dirett huwa fuq proġetti individwali li jinsabu fi stadji differenti ta’ żvilupp u li jinvolvu tipi differenti ta’ partijiet ikkonċernati (pubbliċi jew privati). Minkejja dan, l-integrazzjoni tal-kunsiderazzjonijiet klimatiċi fit-tħejjija ta’ investiment hija proċess kontinwu li jrid jitqies, kull meta jkun possibbli, mill-bidu u mbagħad fil-fażijiet kollha taċ-ċiklu tal-proġett (37) u fil-proċessi u l-analiżijiet relatati.

Il-Gwida dwar il-verifika tar-reżistenza klimatika tal-infrastruttura fil-perjodu 2021-2027 tipprovdi aktar informazzjoni dwar il-proċess tal-verifika tar-reżistenza klimatika tul id-diversi passi taċ-ċiklu tal-proġett (38).

2.2.3.   Konformità ġuridikai

F’konformità mal-Premessi 8, 9 u 10 tar-Regolament tal-InvestEU, proġetti ffinanzjati mill-Fond InvestEU jenħtieġ li jikkontribwixxu għall-ilħuq tal-ambizzjonijiet u l-impenji klimatiċi tal-UE, inkluż l-objettiv tan-newtralità klimatika tal-UE sal-2050 u l-miri klimatiċi l-ġodda tal-Unjoni sal-2030. Barra minn dan, l-Artikolu 8(5) jiddikjara li proġetti inkonsistenti mal-objettiv tal-klima mhumiex eliġibbli għal appoġġ taħt ir-Regolament InvestEU.

Il-kunsiderazzjonijiet tat-tibdil fil-klima huma wkoll komponent importanti fil-valutazzjoni tal-impatt ambjentali (VIA) ta’ proġett (ara l-Kapitolu 2.3 li jmiss dwar il-verifika ambjentali). Dan japplika għaż-żewġ pilastri tal-verifika tar-reżistenza klimatika, jiġifieri l-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih.

Għas-subsett ta’ operazzjoni ta’ investiment li jeħtieġu VIA (Anness I jew Anness II skrinjati) mwettqa f’konformità mar-rekwiżiti tad-Direttiva dwar il-VIA kif emendata, l-eżitu tal-verifika tar-reżistenza klimatika għandu jiġi rifless ukoll fir-rapport dwar il-VIA. Normalment, jenħtieġ li kemm il-VIA kif ukoll valutazzjonijiet ambjentali oħra jiġu ppjanati u integrati fiċ-ċiklu tal-ħajja tal-proġett b’kunsiderazzjoni dovuta tal-proċess ta’ verifika tar-reżistenza klimatika.

Wara l-kontroll bi tqabbil mar-rekwiżiti tal-konformità legali, u skont il-kost totali tal-investiment fil-proġett, il-proġett jgħaddi għall-pass ta’ skrinjar.

Għal operazzjonijiet taħt is-soll ta’ EUR 10 miljun li ma jeħtiġux VIA (tal-Anness II eżentati bl-iskrinjar jew ma jaqgħux taħt id-Direttiva tal-UE dwar il-VIA) mhijiex meħtieġa verifika tar-reżistenza klimatika. Madankollu, biex jiġi promoss approċċ pożittiv biex jiġu indirizzati l-kunsiderazzjonijiet tat-tibdil fil-klima, u biex titqajjem sensibilizzazzjoni dwar ir-riskji tat-tibdil fil-klima u l-impatti relatati tal-investiment propost, il-promoturi tal-proġetti u s-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni jitħeġġu bil-qawwa biex:

Iqisu t-twettiq tal-pass ta’ skrinjar tar-reżiljenza għall-klima deskritt fit-taqsimiet li ġejjin biex jiġu identifikati riskji potenzjali relatati mat-tibdil fil-klima għall-proġett propost (u għall-assi relatati). Fejn rilevanti, jenħtieġ li huma jippjanaw ukoll miżuri ta’ adattament xierqa li jenħtieġ li jiġu inklużi fil-proġett.

Fir-rigward tal-valutazzjoni tal-impronta tal-karbonju, is-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni u l-promoturi tal-proġetti jistgħu jwettqu wkoll il-valutazzjoni għal proġetti ta’ investiment taħt il-limitu ta’ EUR 10 miljun, b’mod partikolari meta: a) ikun hemm dubji dwar jekk l-investiment propost jistax iwassal għal żidiet/tnaqqis fl-emissjonijiet ogħla mis-sollijiet deskritti fit-Taqsima 2.2.5.1 hawn taħt u b) meta l-proġett propost ikun parti minn programm ta’ investiment usa’ li għalih tkun twettqet valutazzjoni ġenerali f’termini tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra (39).

Għal operazzjonijiet ogħla mis-soll ta’ EUR 10 miljun, indipendentement minn jekk jeħtiġux VIA jew le, il-valutazzjoni għandha tipproċedi bil-proċess ta’ skrinjar u verifika ta’ InvestEU, jekk applikabbli, f’konformità mal-linji gwida għar-reżiljenza għall-klima u għan-newtralità klimatika, kif deskritt fit-taqsimiet li ġejjin.

2.2.4.   Reżiljenza għall-klima

2.2.4.1.   Skrinjar għar-reżiljenza għall-klima – adattament għat-tibdil fil-klima

Kif irrakkomandat mill-Gwida dwar il-verifika tar-reżistenza klimatika tal-infrastruttura fil-perjodu 2021-2027, il-pass ta’ skrinjar għar-reżiljenza għall-klima jirrappreżenta l-pass inizjali tal-proċess ta’ verifika u għandu l-għan li jidentifika u jivvaluta r-riskji - attwali u futuri - potenzjali relatati mat-tibdil fil-klima tal-proġetti proposti biex jirċievu appoġġ taħt InvestEU.

Il-valutazzjoni tal-iskrinjar hija maqsuma fi tliet passi kif ġej:

Image 6

L-għan tal-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà (40) huwa li jiġu identifikati l-perikli klimatiċi materjali (41) għat-tip speċifiku ta’ proġett fil-post ippjanat.

Il-vulnerabbiltà ta’ proġett hija determinata minn kombinament ta’ żewġ aspetti: (i) kemm huma sensittivi l-komponenti tal-proġett għall-perikli klimatiċi b’mod ġenerali (sensittività); u (ii) il-probabbiltà li dawn il-perikli jseħħu fil-post tal-proġett issa u fil-futur (esponiment). Dawn iż-żewġ aspetti jistgħu jiġu vvalutati fid-dettall separatament (kif deskritt hawn taħt) jew inkella flimkien.

L-għan tal-analiżi tas-sensittività huwa li jiġu identifikati l-perikli klimatiċi rilevanti għat-tip speċifiku ta’ investiment, irrispettivament mill-post fejn jinsab. Din l-analiżi tas-sensittività jenħtieġ li tqis il-proġett b’mod komprensiv, filwaqt li tħares lejn id-diversi komponenti tal-proġett u kif joperaw il-proġetti fi ħdan in-network jew is-sistema usa’.

Jenħtieġ li jingħata punteġġ “għoli”, “medju” jew “baxx” għal kull tema u periklu klimatiku:

Sensittività għolja: il-periklu klimatiku jista’ jkollu impatt sinifikanti fuq l-assi u l-proċessi, l-inputs, l-outputs u l-links tat-trasport;

Sensittività medja: il-periklu klimatiku jista’ jkollu impatt żgħir fuq l-assi u l-proċessi, l-inputs, l-outputs u l-links tat-trasport;

Sensittività baxxa: il-periklu klimatiku ma għandux effett (jew effett insinifikanti).

Figura 3:

Analiżi tas-sensittività għall-perikli klimatiċi

Image 7

Sors:

Gwida dwar il-verifika tar-reżistenza klimatika tal-infrastruttura fil-perjodu 2021-2027.

L-għan tal-analiżi tal-esponiment huwa li jiġu identifikati l-perikli rilevanti għall-post ippjanat tal-proġett, irrispettivament mit-tip ta’ proġett. L-analiżi tal-esponiment tista’ tinqasam f’żewġ partijiet: (i) l-esponiment għall-klima attwali; u (ii) esponiment għall-klima futura mistennija. Jenħtieġ l d-data storika u attwali disponibbli għall-post rilevanti tintuża biex jiġi evalwat l-esponiment attwali għall-klima u dak fil-passat. Il-projezzjonijiet tal-mudell tal-klima (42) jistgħu jintużaw biex wieħed jifhem kif il-livell ta’ esponiment jista’ jinbidel fil-futur. Jenħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari lill-bidliet fil-frekwenza u l-intensità ta’ avvenimenti estremi tat-temp.

Jenħtieġ li jingħata punteġġ (jiġifieri “għoli”, “medju” jew “baxx”) għal kull periklu klimatiku fir-rigward ta’ esponimenti attwali u dawk fil-futur.

Figura 4:

Analiżi tal-esponiment

Image 8

Sors:

Gwida dwar il-verifika tar-reżistenza klimatika tal-infrastruttura fil-perjodu 2021-2027.

L-analiżi tal-vulnerabbiltà tgħaqqad l-eżiti tal-analiżijiet tas-sensittività u tal-esponiment, rispettivament, biex jiġu identifikati l-aktar perikli rilevanti għall-investiment propost (dawn jistgħu jitqiesu bħala dawk il-vulnerabbiltajiet bi klassifikazzjoni “Medja” jew “Għolja”).

Figura 5:

Analiżi tal-vulnerabbiltà

Image 9

Sors:

Gwida dwar il-verifika tar-reżistenza klimatika tal-infrastruttura fil-perjodu 2021-2027.

Jekk il-punteġġi għas-sensittività u l-esponiment it-tnejn jikklassifikaw “baxx”, jew meta l-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà kkombinata tikkonkludi – b’ġustifikazzjoni raġunata – li l-vulnerabbiltajiet kollha jitqiesu baxxi jew insinifikanti, ma tista’ tkun meħtieġa l-ebda valutazzjoni ulterjuri tar-riskju (klimatika). F’każijiet bħal dawn, il-proċess ta’ verifika ta’ InvestEU jista’ jintemm hawnhekk, u r-riżultati tal-analiżi mwettqa għandhom jiġu rrapportati bid-dettalji u l-ġustifikazzjonijiet meħtieġa.

Jekk il-punteġġi għas-sensittività u/jew l-esponiment (jew il-vulnerabbiltà ġenerali meta dawn jiġu vvalutati b’mod konġunt) jiġu kklassifikati minn “medji” sa “għoljin”, ikun meħtieġ li l-proġett ikun suġġett għal valutazzjonijiet tar-riskju tat-tibdil fil-klima skont il-metodoloġija deskritta fit-taqsima li jmiss.

Fi kwalunkwe każ, id-deċiżjoni finali biex titwettaq valutazzjoni tar-riskju dettaljata abbażi tal-vulnerabbiltajiet identifikati trid tkun ibbażata fuq valutazzjoni ġġustifikata minn sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni (li għandha ssir bl-appoġġ tal-promotur tal-proġett u/jew tat-tim li jwettaq il-valutazzjoni klimatika) tas-sitwazzjoni speċifika tal-investiment propost (43) (44).

Għal gwida metodoloġika dettaljata dwar il-fażi tal-iskrinjar, is-Sħab ta’ Implimentazzjoni u l-promoturi tal-proġetti għandhom jirreferu għall-Gwida dwar il-verifika tar-reżistenza klimatika tal-infrastruttura fil-perjodu 2021-2027.

2.2.4.2.   Valutazzjoni tar-riskju tat-tibdil fil-klima u adattament għat-tibdil fil-klima

Għal proġetti li l-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà tagħhom tkun identifikat riskju potenzjali “medju” jew “għoli” għall-klima, jenħtieġ li titwettaq valutazzjoni dettaljata tar-riskju tal-klima.

Il-valutazzjoni tar-riskju tat-tibdil fil-klima tipprovdi metodu strutturat ta’ analiżi tal-perikli klimatiċi rilevanti u l-impatti relatati tagħhom, biex tiġi pprovduta informazzjoni għat-teħid ta’ deċiżjonijiet b’rabta mal-investiment propost. Jenħtieġ li kwalunkwe riskju sinifikanti potenzjali għall-proġett minħabba t-tibdil fil-klima jiġi mmaniġġjat u jitnaqqas għal livell aċċettabbli permezz ta’ miżuri ta’ adattament rilevanti u proporzjonali li għandhom jiġu inkorporati fil-proġett.

Dan il-proċess jaħdem billi:

issir valutazzjoni tal-probabbiltajiet u s-severitajiet tal-impatti assoċjati mal-perikli identifikati fil-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà mwettqa fil-fażi tal-iskrinjar;

issir valutazzjoni tas-sinifikanza tar-riskji potenzjali identifikati għall-operazzjoni ta’ investiment speċifika;

identifikazzjoni ta’ miżuri ta’ adattament biex jiġu indirizzati riskji sinifikanti potenzjali tat-tibdil fil-klima.

Il-probabbiltà tħares lejn kemm ikun probabbli li jimmaterjalizzaw il-perikli klimatiċi identifikati fi ħdan perjodu ta’ żmien partikolari, eż. il-ħajja tal-proġett. Din tista’ tinġabar fil-qosor fi stima kwalitattiva jew kwantitattiva għal kull wieħed mill-perikli klimatiċi rilevanti. Huwa osservat li l-probabbiltà tista’ tinbidel b’mod sinifikanti matul il-ħajja tal-proġett.

L-impatt (magħruf ukoll bħala s-severità, jew il-kobor) iħares lejn x’jiġri jekk iseħħ il-periklu identifikat għall-klima, u x’ikunu l-konsegwenzi għall-investiment. Dan jenħtieġ li jiġi vvalutat fuq skala ta’ impatt għal kull periklu. Fost affarijiet oħra, din il-valutazzjoni tipikament se tikkunsidra: (i) l-assi fiżiċi u l-operazzjonijiet; (ii) is-saħħa u s-sikurezza; (iii) l-impatti ambjentali; (iv) l-impatti soċjali. (v) l-implikazzjonijiet finanzjarji; u (vi) ir-riskju għar-reputazzjoni. Il-valutazzjoni jeħtieġ li tikkunsidra l-kapaċità ta’ adattament tal-proġett u tas-sistema li fiha jopera, eż. kemm il-proġett jista’ jlaħħaq tajjeb mal-impatt u kemm jista’ jiġi ttollerat ir-riskju. Jeħtieġ ukoll li jitqies kemm dan il-proġett ta’ investiment huwa fundamentali għan-network jew għas-sistema usa’ (jiġifieri kemm huwa kritiku) u jekk ikunx jista’ jwassal għal impatti usa’ addizzjonali u effetti ta’ kaskata fuq.

Il-livell ta’ sinifikanza ta’ kull riskju potenzjali jista’ jiġi ddeterminat permezz ta’ kombinament taż-żewġ fatturi tal-probabbiltà u l-impatt. Ir-riskji jistgħu jiġu plottjati fuq matriċi tar-riskju biex jiġu identifikati r-riskji potenzjali l-aktar sinifikanti u dawk fejn hija meħtieġa azzjoni fil-futur permezz ta’ miżuri ta’ adattament.

Figura 6:

Ħarsa ġenerali illustrattiva lejn il-valutazzjoni tar-riskju

Image 10

Sors:

Gwida dwar il-verifika tar-reżistenza klimatika tal-infrastruttura fil-perjodu 2021-2027.

Il-ġudizzju ta’ x’inhu livell aċċettabbli ta’ riskju, jew x’inhu sinifikanti u x’mhuwiex, huwa r-responsabbiltà tal-promotur tal-proġett u tat-tim ta’ esperti li jwettaq il-valutazzjoni, u huwa speċifiku għaċ-ċirkostanzi tal-proġett. Fi kwalunkwe każ, jenħtieġ li din il-valutazzjoni dejjem tiġi deskritta b’mod ċar u loġiku, u tiġi integrata b’mod koerenti fil-valutazzjoni ġenerali tar-riskju għall-proġett. Din l-informazzjoni hija importanti wkoll għas-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni peress li r-riskji li jimmaterjalizzaw ikollhom impatt materjali fuq l-investiment propost u jistgħu jirriżultaw fl-inadempjenza tal-operazzjoni appoġġata.

Jekk il-valutazzjoni tar-riskju tikkonkludi li hemm riskji sinifikanti potenzjali għall-proġett minħabba t-tibdil fil-klima, dawn ir-riskji għandhom jiġu mmaniġġjati u jitnaqqsu sa livell aċċettabbli (45).

Figura 7

Ħarsa ġenerali lejn l-identifikazzjoni, l-evalwazzjoni u l-ippjanar/integrazzjoni ta’ għażliet rilevanti għall-adattament

Image 11

Sors:

Gwida dwar il-verifika tar-reżistenza klimatika tal-infrastruttura fil-perjodu 2021-2027.

Għal kull riskju sinifikanti identifikat, iridu jitqiesu u jiġu vvalutati miżuri ta’ adattament rilevanti. L-adattament spiss jinvolvi l-adozzjoni ta’ taħlita ta’ miżuri strutturali (eż. tibdil għad-disinn jew l-ispeċifikazzjoni ta’ assi fiżiċi u infrastruttura, jew l-adozzjoni ta’ soluzzjonijiet alternattivi jew imtejba) u mhux strutturali (eż. ippjanar tal-użu tal-art, programmi msaħħa ta’ monitoraġġ jew ta’ reazzjoni għal emerġenzi, taħriġ tal-persunal u kondiviżjoni tal-għarfien, żvilupp ta’ valutazzjonijiet strateġiċi tar-riskju tat-tibdil fil-klima, soluzzjonijiet finanzjarji bħall-assigurazzjoni).

Jenħtieġ li jiġu vvalutati għażliet differenti għall-adattament biex tinstab il-miżura t-tajba jew taħlita ta’ miżuri, jew anke biex jitqies żmien differit għall-implimentazzjoni (miżuri flessibbli/adattivi), li jistgħu jiġu implimentati biex ir-riskju jitnaqqas sa livell aċċettabbli. Jenħtieġ li l-miżuri ppreferuti mbagħad jiġu integrati fit-tfassil tal-proġett u/jew fit-tħaddim tiegħu biex tissaħħaħ ir-reżiljenza tiegħu għall-klima (46).

Fl-aħħar nett, bħala prattika ta’ mmaniġġjar tajjeb, huwa rrakkomandat li l-promotur tal-proġett iwettaq monitoraġġ kontinwu tul il-ħajja operazzjonali tal-investiment, sabiex: (i) tiġi vverifikata l-preċiżjoni tal-valutazzjoni u jingħata kontribut għall-valutazzjonijiet u proġetti futuri; u (ii) jidentifika jekk ikunx probabbli li jintlaħqu punti ta’ skattar jew sollijiet speċifiċi, li jindika l-ħtieġa ta’ miżuri addizzjonali ta’ adattament.

2.2.5.   Newtralità klimatika u mitigazzjoni (47) tat-tibdil fil-klima

2.2.5.1.   Skrinjar għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

Il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima tfisser li jsiru sforzi biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra jew jiżdied is-sekwestru tal-GHGs. Dawn l-isforzi huma ggwidati mill-miri tal-UE għat-tnaqqis fl-emissjonijiet għall-2030 u l-2050. Biex jintlaħqu l-miri tal-UE, kif ukoll l-għanijiet tal-Ftehim ta’ Pariġi fil-livell globali, hija meħtieġa bidla fundamentali fl-ekonomiji minn attivitajiet b’livell għoli ta’ emissjonijiet tal-karbonju għall-użu ta’ soluzzjonijiet b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju u soluzzjonijiet mingħajr konsum nett ta’ enerġija, bħall-enerġija rinnovabbli, is-sekwestru tas-CO2, f’kombinament ma’ avvanzi sinifikanti fl-effiċjenza fl-enerġija u fir-riżorsi. Il-prinċipju ta’ “l-effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel” jenfasizza l-ħtieġa li jiġu prijoritizzati miżuri alternattivi kosteffiċjenti tal-effiċjenza fl-enerġija meta jittieħdu deċiżjonijiet ta’ investiment, b’mod partikolari l-iffrankar kosteffikaċi tal-enerġija fl-użu finali, eċċ (48). Il-kwantifikazzjoni u l-monetizzazzjoni tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra jistgħu jappoġġaw deċiżjonijiet ta’ investiment abbażi ta’ dak il-prinċipju.

Biex jivverifikaw u jivvalutaw il-kompatibbiltà tal-proġetti proposti mal-objettivi tan-newtralità klimatika tal-UE, is-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni u l-promoturi tal-proġetti jistgħu jużaw, sa fejn ikun possibbli, il-kriterji “tagħmilx ħsara sinifikanti” għall-mitigazzjoni tal-klima tar-Regolament dwar it-Tassonomija tal-UE. Inkella, is-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni u l-promoturi tal-proġetti jistgħu jirreferu għall-kriterji tal-BEI għal livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju b’allinjament mal-Ftehim ta’ Pariġi, kif ippubblikati fil-Pjan Direzzjonali tal-BEI għal Bank Klimatiku, jew jistgħu japplikaw metodoloġija oħra rikonoxxuta u ppubblikata fil-livell internazzjonali biex jiġi vvalutat l-allinjament mal-Ftehim ta’ Pariġi bl-għanijiet ta’ livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju.

Barra minn hekk, ħafna proġetti appoġġati minn InvestEU fil-perjodu 2021-2027 se jinvolvu assi b’ħajja li testendi lil hinn mill-2050. Għalhekk, hija meħtieġa analiżi esperta biex jiġi vverifikat jekk il-proġett huwiex kompatibbli ma’, pereżempju, l-operat, il-manutenzjoni u d-dekummissjonar finali fil-kuntest ġenerali tal-emissjonijiet netti żero tal-gassijiet b’effett ta’ serra u n-newtralità klimatika. L-attenzjoni bikrija u konsistenti għall-emissjoni ta’ gassijiet serra fid-diversi stadji ta’ żvilupp tal-proġetti se tgħin fil-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima. Firxa ta’ għażliet – b’mod partikolari matul l-istadji ta’ ppjanar u tfassil – tista’ taffettwa l-emissjonijiet totali ta’ gassijiet serra tal-proġett tul ħajtu, mill-kostruzzjoni u t-tħaddim sad-dekummissjonar.

F’dan il-kuntest, l-iskrinjar ta’ operazzjoni ta’ InvestEU fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra għandu l-għan li jidentifika jekk ikunx meħtieġ li proġett propost ikun suġġett għal valutazzjoni tal-impronta tal-karbonju. Dan huwa rilevanti biex tiġi ddeterminata l-ħtieġa għal valutazzjoni aktar profonda f’dan ir-rigward, u biex jiġu inklużi l-valuri monetarji ta’ tali esternalitajiet fl-evalwazzjoni ekonomika tal-investiment.

Filwaqt li l-emissjonijiet tas-CO2 jenħtieġ li jiġu stmati għall-proġetti kollha, it-Tabella 1 hawn taħt tagħti indikazzjoni ta’ dawk il-kategoriji ta’ proġetti fejn huwa mistenni li l-emissjonijiet aktarx ikunu sinifikanti, jew le, bħala l-bażi għat-twettiq tal-iskrinjar ta’ InvestEU.

F’konformità mal-Gwida dwar il-verifika tar-reżistenza klimatika tal-infrastruttura fil-perjodu 2021-2027, il-proġetti ta’ InvestEU se jkollhom iwettqu valutazzjoni tal-impronta tal-karbonju jekk aktarx jinvolvu:

Emissjonijiet assoluti ta’ aktar minn 20 000 tunnellata ta’ CO2e/sena (pożittivi jew negattivi)

Emissjonijiet relattivi ta’ aktar minn 20 000 tunnellata ta’ CO2e/sena (pożittivi jew negattivi)

F’dan ir-rigward, il-kategorizzazzjoni tal-proġetti ppreżentata fit-Tabella 1 hija biex isservi bħala gwida biss.

Is-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni u l-promoturi tal-proġetti jistgħu jużaw valutazzjoni kwantitattiva, għarfien espert ibbażat fuq proġetti preċedenti jew sorsi ppubblikati oħra biex jiġi ddeterminat jekk proġett aktarx li jkunx ogħla jew taħt is-sollijiet ippreżentati hawn fuq. Fejn ikun hemm inċertezza, jenħtieġ li jsir kalkolu tal-impronta tal-karbonju biex jiġi vvalutat jekk il-proġett aktarx ikun ogħla jew taħt is-sollijiet.

Tabella 1

Lista ta’ skrinjar għall-impronta tal-karbonju – eżempji indikattivi ta’ kategoriji ta’ proġetti

Skrinjar:

Kategoriji ta’ proġetti

B’mod ġenerali, skont l-iskala tal-proġett, MA TKUNX meħtieġa valutazzjoni tal-impronta tal-karbonju għal dawn il-kategoriji, dment li ma jkunx mistenni li l-proġett se jwassal għal emissjonijiet sinifikanti ta’ CO2 jew ta’ gassijiet serra oħra.

Servizzi tat-telekomunikazzjoni

Networks ta’ provvista ta’ ilma tax-xorb

Networks ta’ ġbir tal-ilma tax-xita u tal-ilma mormi

Trattament tal-ilma mormi industrijali u trattament tal-ilma mormi muniċipali fuq skala żgħira

Żviluppi ta’ proprjetà (49)

Impjanti tat-trattament mekkaniku/bijoloġiku tal-iskart

Attivitajiet ta’ R&Ż

Farmaċewtika u bijoteknoloġija

Kwalunkwe kategorija ta’ proġetti jew skala ta’ proġett ieħor li għalih ikun ċar u jkun jista’ jiġi kkonfermat mingħajr dubju li l-emissjonijiet assoluti u/jew relattivi jinsabu taħt 20 000  tunnellata ta’ CO2e/sena (pożittivi jew negattivi) (50)

B’mod ġenerali TKUN meħtieġa valutazzjoni tal-impronta tal-karbonju

Landfills tal-iskart solidu muniċipali

Impjanti tal-inċinerazzjoni tal-iskart muniċipali

Impjanti għat-trattament tal-ilma mormi

Industrija tal-Manifattura

Sustanzi kimiċi u raffinar

Estrazzjoni u metalli bażiċi

Polpa u karta

Xiri ta’ materjal fuq ir-roti, ta’ vapuri, ta’ flotot tat-trasport

Infrastruttura tat-Toroq u Ferrovjarja (51), trasport urban

Portijiet u pjattaformi loġistiċi

Linji ta’ trażmissjoni tal-elettriku

Sorsi ta’ enerġija rinnovabbli

Produzzjoni, ipproċessar, ħżin u trasport tal-fjuwil

Produzzjoni tas-siment u tal-ġir

Produzzjoni tal-ħġieġ

Impjanti ta’ ġenerazzjoni tas-sħana u tal-elettriku

Networks tat-tisħin distrettwali

Faċilitajiet ta’ likwefikazzjoni u ta’ gassifikazzjoni mill-ġdid tal-gass naturali

Infrastruttura ta’ trażmissjoni tal-gass

Kwalunkwe kategorija ta’ proġetti jew skala ta’ proġett li għalih l-emissjonijiet assoluti u/jew relattivi jaqbżu 20 000  tunnellata ta’ CO2e/sena (pożittivi jew negattivi)

Sors:

Gwida dwar il-verifika tar-reżistenza klimatika tal-infrastruttura fil-perjodu 2021-2027.

Proġetti b’livelli ta’ emissjonijiet mistennija li jkunu ogħla mis-sollijiet iridu jiġu vvalutati ulterjurment fil-fażi li ġejja tal-verifika tal-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima (52).

2.2.5.2.   L-impronta tal-karbonju u l-monetizzazzjoni tal-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra

Kif deskritt hawn fuq, il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima hija dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra u l-limitazzjoni tat-tisħin globali. Proġetti u tipi oħra ta’ investimenti jistgħu jikkontribwixxu għal dan, pereżempju permezz tat-tfassil u l-għażla ta’ alternattivi b’livell baxx ta’ karbonju.

F’din il-gwida, il-marka tal-karbonju tintuża mhux biss biex jiġu stmati l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra għal investiment meta jkun lest għall-implimentazzjoni, iżda daqstant ieħor biex jiġu appoġġati l-kunsiderazzjoni u l-integrazzjoni ta’ soluzzjonijiet b’livell baxx ta’ karbonju matul l-istadji tal-ippjanar u tat-tfassil, inkluż fl-istadju tal-klassifikazzjoni u l-għażla ta’ għażliet alternattivi ta’ investiment, bil-ħsieb li jiġu promossi kunsiderazzjonijiet u soluzzjonijiet b’livell baxx ta’ karbonju (53). Għalhekk, huwa rrakkomandat li l-verifika tar-reżistenza klimatika tiġi integrata mill-bidu fit-tħejjija tal-investimenti proposti, u li l-istimi tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra marbuta mal-investiment jitqiesu kif xieraq ukoll fl-analiżi tal-għażliet u fl-Evalwazzjoni Ekonomika jew fl-Analiżi Kost-Benefiċċji.

Għall-proġetti fejn l-iskrinjar ta’ InvestEU ikun identifika l-potenzjal għal emissjonijiet assoluti u/jew relattivi sinifikanti, is-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni se jintalbu jikkonfermaw il-kompatibbiltà tal-proġetti proposti mal-objettivi tan-newtralità klimatika tal-UE u jwettqu (f’kooperazzjoni mal-promotur tal-proġett), jew jitolbu mill-promotur tal-proġett, kwantifikazzjoni tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tal-proġett, bl-użu ta’ metodoloġija tal-impronta tal-karbonju aċċettata fil-livell internazzjonali (54).

Imbagħad, jenħtieġ li dawn l-emissjonijiet jiġu monetizzati u integrati fl-evalwazzjoni ekonomika u fl-għażla ta’ possibbiltajiet b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju, u għandhom jiġu rrapportati lill-Kumitat tal-Investiment bħala parti mill-eżerċizzju ta’ verifika tas-sostenibbiltà.

Il-“Guidance on the climate proofing infrastructure in the period 2021–2027” tuża l-Metodoloġija tal-Impronta tal-Karbonju tal-BEI (55) bħala r-referenza ewlenija għall-kalkolu tal-marka tal-karbonju. Din il-metodoloġija rakkomandata tinkludi approċċi standard għall-kalkolu tal-emissjonijiet għal diversi setturi, inklużi:

It-trattament tal-ilma morni u tal-ħama

Faċilitajiet għall-immaniġġjar tat-trattament tal-iskart

Landfill ta’ skart solidu muniċipali

Trasport bit-triq

Trasport bil-ferrovija

Trasport urban

Rikostruzzjoni tal-bini

Portijiet

Ajruporti

Forestrija

Kif indikat hawn fuq, jistgħu jintużaw ukoll metodoloġiji alternattivi tal-impronta tal-karbonju maqbula fil-livell internazzjonali u ddokumentati, dment li jiġu rispettati r-rekwiżiti minimi kif enfasizzat fil-Kapitolu 2.2.1.

Għal trattament aktar iddettaljat tal-metodoloġija tal-impronta tal-karbonju, is-sħab ingarikati mill-implimentazzjoni huma mħeġġa jikkonsultaw il-Gwida dwar il-verifika tar-reżistenza klimatika tal-infrastruttura fil-perjodu 2021-2027.

L-istabbiliment tal-impronta tal-karbonju tinvolvi ħafna forom ta’ inċertezza, inkluża l-inċertezza dwar l-identifikazzjoni tal-effetti sekondarji, dwar ix-xenarji bażi u l-istimi tal-emissjonijiet bażi. Għalhekk, min-natura tagħhom stess, l-istimi tal-gassijiet serra huma approssimazzjoni. L-inċertezzi fin-natura stess tagħhom tal-istimi u l-kalkoli tal-gassijiet serra jenħtieġ li jitnaqqsu sa fejn ikun prattiku, u l-metodi ta’ stima jenħtieġ li jevitaw li jkunu preġudikati.

Fejn teżisti inċertezza, id-data u s-suppożizzjonijiet użati biex jiġu kkwantifikati l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra jenħtieġ li jkunu konservattivi. Il-valuri u s-suppożizzjonijiet konservattivi huma dawk bl-akbar probabbiltà li jistmaw b’mod eċċessiv l-emissjonijiet assoluti u l-emissjonijiet relattivi “pożittivi” (żidiet netti), u li jissottovalutaw l-emissjonijiet relattivi “negattivi” (tnaqqis nett).

Ladarba l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra jkunu ġew ikkwantifikati, jenħtieġ li dawn jiġu monetizzati u inklużi fl-evalwazzjoni ekonomika tal-operazzjoni ta’ investiment proposta. Din il-monetizzazzjoni jenħtieġ li ssir billi jintuża “kost parallel tal-karbonju” stabbilit u maqbul fil-livell internazzjonali. L-applikazzjoni ta’ kost parallel tal-karbonju għat-tibdil fl-emissjonijiet li jirriżulta minn proġett għandha l-effett li timmonetizza l-intensità ta’ karbonju tiegħu li tippremja proġetti li jwasslu għal tnaqqis tal-emissjonijiet.

Din il-gwida tirrakkomanda l-użu tal-kost parallel tal-karbonju stabbilita reċentement mill-BEI bħala l-aħjar evidenza disponibbli dwar il-kost parallel biex jintlaħaq l-għan tal-Ftehim ta’ Pariġi (jiġifieri l-mira ta’ 1.5 % C) (56). Din ir-rakkomandazzjoni hija konformi mal- “Gwida dwar il-protezzjoni kontra t-tibdil fil-klima tal-infrastruttura fil-perjodu 2021–2027”, u tgħin biex tiġi żgurata l-komparabbiltà tad-data bejn il-proġetti differenti ppreżentata għall-approvazzjoni lill-Kumitat tal-Investiment.

Għas-snin individwali fil-perjodu mill-2020 sal-2050, il-kost parallel tal-karbonju huwa indikat fit-Tabella 2.

Tabella 2:

L-ispiża parallela tal-karbonju għall-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra u t-tnaqqis f’EUR/tCO2e, prezzijiet tal-2016

Sena

EUR/tCO2e

Sena

EUR/tCO2e

Sena

EUR/tCO2e

Sena

EUR/tCO2e

2020

80

2030

250

2040

525

2050

800

2021

97

2031

278

2041

552

 

 

2022

114

2032

306

2042

579

 

 

2023

131

2033

334

2043

606

 

 

2024

148

2034

362

2044

633

 

 

2025

165

2035

390

2045

660

 

 

2026

182

2036

417

2046

688

 

 

2027

199

2037

444

2047

716

 

 

2028

216

2038

471

2048

744

 

 

2029

233

2039

498

2049

772

 

 

Sors:

Gwida dwar il-verifika tar-reżistenza klimatika tal-infrastruttura fil-perjodu 2021-2027.

Il-kost tat-tnaqqis tal-karbonju msemmi hawn fuq jirrappreżenta l-valur minimu rrakkomandat li għandu jintuża biex jiġu mmonetizzati l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra. Huwa permess l-użu ta’ valuri ogħla għall-kost tal-karbonju (57), pereżempju meta dawn il-valuri jintużaw fi Stat Membru speċifiku jew mis-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni kkonċernat. Barra minn hekk, il-kost parallel tal-karbonju jista’ jiġi aġġustat meta ssir disponibbli aktar informazzjoni.

L-evalwazzjoni monetarja tal-impatti tat-tibdil fil-klima li jirriżultaw mill-proġett tidħol fl-evalwazzjoni ekonomika aktar komprensiva li normalment titwettaq mis-Sħab ta’ Implimentazzjoni. Aktar informazzjoni dwar kif għandhom jiġu inklużi l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mmonetizzati fl-Evalwazzjoni Ekonomika mistennija għall-investimenti ta’ InvestEU tingħata fil-Kapitolu 2.6.

2.2.6.   Rappurtar u monitoraġġ

Ir-riżultati tal-verifika tar-reżiljenza għall-klima jenħtieġ li jiġu rrapportati mis-Sieħeb ta’ Implimentazzjoni bħala parti mid-dokumentazzjoni li għandha tiġi ppreżentata lill-Kumitat tal-Investiment dwar l-eżitu tal-verifika ġenerali tar-reżiljenza għall-klima, kif inhu żviluppat ulterjurment fil-Kapitolu 4.2.2.

Għall-adattament għat-tibdil fil-klima, jenħtieġ li dan ikun ikopri sommarju tal-eżitu tal-proċess imwettaq, b’konklużjonijiet ċari dwar ir-riskji potenzjali identifikati tat-tibdil fil-klima għall-investiment, u jenħtieġ li jiddeskrivi:

Il-metodoloġija użata għall-verifika tar-reżiljenza għall-klima, fejn jiġu speċifikati fil-qosor is-sorsi ta’ data u informazzjoni użati fil-valutazzjoni;

Il-passi segwiti u l-inċertezzi possibbli tad-data u l-analiżi sottostanti;

L-istadju fl-iżvilupp tal-proġett li fih tkun twettqet il-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà u tar-riskju; u

Miżuri ta’ adattament relatati identifikati u inklużi fl-ambitu tal-investiment biex ir-riski jitnaqqsu sa livelli aċċettabbli, jekk applikabbli.

Il-livelli ta’ vulnerabbiltà u riskju jridu jiġu appoġġati minn spjegazzjonijiet dettaljati biex jiġu kwalifikati u sostanzjati l-konklużjonijiet tal-valutazzjoni. Il-livell ta’ dettall tal-valutazzjoni tar-riskju se tiddependi fuq l-iskala tal-proġett (it-tip, id-daqs u l-importanza relattiva tiegħu) u fuq l-istadju ta’ żvilupp tal-proġett. Għal kull riskju sinifikanti identifikat, id-dokumentazzjoni għandha tippreżenta wkoll kif il-miżura/i ta’ adattament preferuti ġew jew se jiġu integrati fit-tfassil tal-proġett u/jew fl-operazzjonijiet tiegħu biex tissaħħaħ ir-reżiljenza tiegħu fl-istadji ta’ żvilupp rilevanti.

Id-dokumentazzjoni għandha tippreżenta wkoll l-eżitu tal-verifika rigward l-aspetti ta’ mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, jekk applikabbli, billi tiċċara kif din tkun twettqet. Għal dawk il-proġetti li jkunu ġew soġġetti għal valutazzjoni sħiħa tal-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, is-Sieħeb ta’ Implimentazzjoni għandu jirrapporta wkoll dwar:

Il-kompatibbiltà tal-proġetti proposti mal-miri tal-UE għat-tnaqqis;

Il-metodoloġija użata biex jiġu stmati u mmonetizzati l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra, il-kamp ta’ applikazzjoni tar-rapportar (jiġifieri liema komponenti tal-proġett huma inklużi/esklużi mill-kalkolu) u d-dettalji tax-xenarju bażi użat;

Il-kwantifikazzjoni tal-emissjonijiet assoluti (gross) u relattivi (netti) ta’ gassijiet serra tal-investiment

Il-prezzijiet tal-karbonju użati għall-monetizzazzjoni tal-emissjonijiet ikkwantifikati ta’ gassijiet serra, u kif il-monetizzazzjoni tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġiet inkluża fl-evalwazzjoni ekonomika ġenerali tal-investiment.

Matul il-fażi operattiva tal-investiment, huwa rrakkomandat li l-promotur tal-proġett jirrivedi l-verifika tar-reżistenza klimatika u s-suppożizzjonijiet sottostanti u jwettaq kontroverifika mal-osservazzjonijiet rilevanti, max-xjenza klimatika l-aktar reċenti, mal-projezzjonijiet u mad-data, kif ukoll mal-objettivi aġġustati tal-politika dwar it-tibdil fil-klima, u li jirrapporta s-sejbiet lis-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni.

2.3.   Dimensjoni ambjentali

2.3.1.   Approċċ Ġenerali għall-Verifika Ambjentali

Il-verifika ambjentali għal InvestEU tirreferi għal metodu għat-teħid inkunsiderazzjoni tal-impatt konsolidat ta’ proġett f’termini tal-komponenti prinċipali tal-kapital naturali, jiġifieri l-arja, l-ilma, l-art (58) u l-bijodiversità, kif meħtieġ mill-Artikolu 8(6) tar-Regolament tal-InvestEU. Dan jinkludi impatti pożittivi u negattivi, kemm jekk diretti kif ukoll indiretti.

Il-kapital naturali jirriżulta fi fluss ta’ servizzi jew benefiċċji tal-ekosistema (59). Dawn is-servizzi jistgħu jipprovdu benefiċċji ekonomiċi, soċjali, ambjentali, kulturali, jew benefiċċji soċjali oħra. Il-valur ta’ dawn il-benefiċċji jista’ jinftiehem f’termini kwalitattivi jew kwantitattivi (inkluż f’termini monetarji), skont il-kuntest tagħhom.

Spjegazzjoni tat-termini ambjentali ewlenin ikkunsidrati għall-finijiet ta’ prova hija pprovduta hawn taħt:

Kapital naturali: Dan huwa terminu ieħor għat-totalità ta’ riżorsi rinnovabbli u mhux rinnovabbli (eż. pjanti, annimali, arja, ilma, ħamrija u minerali). Il-proġetti jistgħu jaffettwaw kemm il-firxa ta’ dawn ir-riżorsi (eż. billi jinbidel l-użu tal-art) kif ukoll il-kwalità tagħhom (eż. il-kundizzjoni tal-ħabitats).

Servizzi tal-ekosistema: Il-kapital naturali jipprovdi servizzi tal-ekosistema, bħal ikel, injam ippreparat, arja nadifa, ilma, nadif, regolazzjoni tal-klima u rikreazzjoni.

Impatti: Dawn huma bidliet fil-kapital naturali jew fis-servizzi tal-ekosistema li jipprovdi. Il-kontabbiltà tal-Kapital Naturali tinvolvi l-kejl ta’ dawk l-impatti biex isir titjib f’kif dawn jittieħdu inkunsiderazzjoni fit-teħid ta’ deċiżjonijiet:

Permezz ta’ kwantifikazzjoni, spiss bħala flussi. Pereżempju, l-astrazzjoni tal-ilma taffettwa l-ħażna tal-ilma u tista’ taffettwa d-disponibbiltà futura tal-ilma tul iż-żmien (dan jista’ jitkejjel f’m3/sena); Eżempju ieħor huwa l-iskariku ta’ sustanzi li jniġġsu, li jaffettwa l-kundizzjoni tal-arja jew tal-ilma (u jista’ jitkejjel fil-qbiż tal-valuri ta’ limitu kuljum). Bidliet fl-użu tal-art huwa fluss kwantifikabbli ieħor: dan jista’ jaffettwa l-għadd ta’ vjaġġi ta’ rikreazzjoni li jsiru lejn sit (għadd ta’ vjaġġi fis-sena) jew it-tnaqqis fit-tgawdija minn dawk il-vjaġġi (livell ta’ tgawdija għal kull vjaġġ).

Fejn proporzjonali (possibbli u raġonevoli), billi jiġu espressi l-impatti f’termini monetarji. Il-valutazzjoni monetarja tgħin biex l-impatti jiġu kkonvertiti f’kostijiet stmati tal-ħsara (jew stimi tal-benefiċċji), bħal: (i) il-valur tal-ilma li ma jkunx għadu disponibbli għall-użu (espress f’EUR għal kull m3 fis-sena); (ii) il-kosti imġarrba minħabba żieda fil-kwistjonijiet tas-saħħa mit-tniġġis tal-arja (espressi f’EUR għal kull każ ta’ mard fis-sena); jew (iii) it-telf tal-bijodiversità (f’termini ta’ EUR).

It-Tabella 3 tipprovdi eżempji tar-rabtiet bejn il-kapital naturali u l-impatti.

Tabella 3

Irbit tal-impatti mal-bidliet rilevanti fl-ambjent fiżiku u mad-danni jew il-benefiċċji

Kapital naturali

Bidliet fil-kapital naturali jew fis-servizzi tal-ekosistema

Eżempji ta’ Impatti (pożittivi u negattivi)

L-arja

Tniġġis tal-arja

Volum ta’ sustanzi niġġiesa emessi

Impatti fuq is-saħħa tal-bniedem

Impatti fuq il-bini (eż. korrużjoni)

L-ilma

Tniġġis tal-ilma

Volum ta’ sustanzi niġġiesa emessi

Impatti fuq is-saħħa tal-bniedem

Impatti fuq il-kwalità tal-ilmijiet interni jew tal-baħar

Konsum tal-ilma

Volum ta’ ilma estratt

Impatti fuq attivitajiet dipendenti fuq l-ilma

Impatti fuq ambjenti fiżiċi dipendenti fuq l-ilma

Impatti fuq iċ-ċiklu idroloġiku (eż. għargħar, avvenimenti ta’ fluss baxx)

L-art

Ġenerazzjoni tal-iskart

Kwantità ta’ skart iġġenerat

Impatti fuq l-ispejjeż tal-immaniġġjar tal-iskart

Impatti fuq l-ambjent fiżiku (eż. minħabba l-miżbliet, l-emissjonijiet mill-inċinerazzjoni) u għalhekk il-flussi

Bidla fl-użu tal-art

Ettari ta’ użu tal-art żviluppati jew intensifikati

Bidliet fl-outputs u fil-materjali mill-art

Bidliet fis-sekwestru u fil-ħżin tal-karbonju

Bidliet fil-kostijiet tal-forniment ta’ servizzi li kieku kienu jiġu pprovduti b’mod naturali

Impatti f’interazzjonijiet in situ u fuq barra

Bidliet fil-valur kulturali tal-art

Il-bijodiversità

Effetti fuq l-ispeċijiet

Proporzjon tal-ispeċijiet affettwati, il-livell ta’ theddid u/jew il-protezzjoni tal-ispeċijiet affettwati

Il-bidliet fil-popolazzjoni lokali u fl-istatus ta’ konservazzjoni tal-ispeċijiet

Bidliet fil-valur tar-riżorsi ġenetiċi (jista’ jkun il-kost ta’ opportunità)

Bidliet fil-kostijiet tal-forniment ta’ servizzi kieku kienu jiġu pprovduti b’mod naturali (eż. kontroll tal-pesti)

Bidliet fil-valur kulturali tal-ispeċijiet

Effetti fuq ħabitats u ekosistemi

Żona ta’ ħabitat mitluf jew f’kundizzjoni inferjuri

Bidliet fl-istatus ta’ konservazzjoni tal-ħabitat jew il-kundizzjoni tal-ekosistema (60)

Bidliet fl-outputs u r-riżorsi mill-art u mill-baħar

Il-bidliet fil-kostijiet tal-forniment ta’ servizzi li kieku kienu jiġu pprovduti b’mod naturali

Bidliet fil-valur kulturali tal-art u tal-baħar

Bidliet fir-reżiljenza (pereżempju diżastri naturali)

Sors:

Dokument ta’ Appoġġ Tekniku għall-Verifika Ambjentali ta’ Investimenti taħt il-Programm InvestEU.

F’konformità mal-Kapitolu 2.1, l-approċċ għall-verifika tas-sostenibbiltà għad-dimensjoni ambjentali huwa bbażat fuq diversi passi. Dawn il-passi jinkludu punt ta’ deċiżjoni (abbażi tal-livell ta’ riskju identifikat fuq element wieħed jew aktar matul l-iskrinjar ta’ proġett) fejn ikun jista’ jiġi deċiż li ma tkunx meħtieġa verifika ulterjuri għal impatti ta’ riskju baxx potenzjali (jiġifieri impatti li aktarx ma jkunux sinifikanti) (61):

Għal proġetti li jeħtieġu VIA (proġett tal-Anness I jew tal-Anness II skrinjat), is-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni se:

Jirrieżamina l-impatti u r-riskji identifikati u l-miżuri proposti biex jevita, jipprevjeni jew inaqqas (miżuri ta’ mitigazzjoni) u, bħala l-aħħar rimedju, jikkumpensa (miżuri ta’ kumpens) impatti negattivi sinifikanti probabbli fuq l-ambjent. Dan ta’ hawn fuq jenħtieġ li jkun disponibbli fir-rapport tal-EIA u dokumentazzjoni oħra bħal permessi, studji addizzjonali jew rapporti minn valutazzjonijiet oħra.

Jirrieżamina li tkun twettqet valutazzjoni tar-riskji ta’ kwalunkwe impatt negattivi sinifikanti li jifdal wara l-mitigazzjoni (jiġifieri l-impatti residwi kien jenħtieġ li jiġu vvalutati bħala parti mir-rapport dwar il-VIA):

Fejn ikunu ġew identifikati impatti residwi ta’ riskju medju u/jew ta’ riskju għoli fir-rapport tal-VIA, is-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni jenħtieġ li jwettaq prova ta’ dawk l-impatti negattivi sinifikanti. Fejn ikun fattibbli, il-prova jenħtieġ li tinkludi kwantifikazzjoni u monetizzazzjoni. Din il-valutazzjoni ulterjuri tista’ tiskatta miżuri addizzjonali (ta’ kumpens) kif spjegat aktar tard fil-kapitolu.

Fejn l-impatt residwu jkun ġie vvalutat bħala ta’ riskju baxx fir-rapport dwar il-VIA, ma tkunx meħtieġa verifika ulterjuri.

Għall-proġetti skrinjati b’miżuri ta’ mitigazzjoni, is-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni se:

Jirrivedi l-impatti u r-riskji identifikati u l-miżuri ta’ mitigazzjoni proposti fid-deċiżjoni ta’ skrinjar u fid-dokumentazzjoni ġustifikattiva, sabiex jiġiu evitati jew prevenuti dawk li kieku kienu probabbilment ikunu impatti negattivi sinifikanti fuq l-ambjent:

Fejn ikunu ġew identifikati impatti residwi ta’ riskju medju u/jew għoli (eż. fid-dokumentazzjoni ta’ skrinjar jew matul il-proċess ta’ rieżami), jenħtieġ li ssir verifika ta’ dawk l-impatti negattivi sinifikanti. Fejn ikun fattibbli, il-prova jenħtieġ li tinkludi kwantifikazzjoni u monetizzazzjoni.

Fejn ikunu ġew identifikati biss impatti residwi ta’ riskju baxx, ma tkunx meħtieġa verifika ulterjuri.

Għall-proġetti eżentati bl-iskrinjar mingħajr miżuri ta’ mitigazzjoni u għal proġetti barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva dwar il-VIA, is-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni se:

F’kooperazzjoni mal-promotur tal-proġett, jirrikonoxxi jekk ikunx hemm il-ħtieġa għal studji jew rapporti addizzjonali u jirrieżamina l-impatti u r-riskji identifikati f’dawk l-istudji u r-rapporti addizzjonali, u jqis miżuri ta’ mitigazzjoni possibbli biex jiġu evitati jew prevenuti dawk li kieku kienu probabbilment ikunu impatti negattivi sinifikanti fuq l-ambjent.

Fejn proporzjonat (possibbli u raġonevoli), jikkwantifika u jimmonetizza l-impatti identifikati.

Għall-proġetti kollha:

Is-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni huwa rrakkomandat bil-qawwa li juża l-lista ta’ kontroll pożittiva biex jidentifika l-possibbiltajiet għat-titjib tal-prestazzjoni tal-proġett.

Is-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni jrid jirrapporta lill-Kumitat tal-Investiment tal-InvestEU u jimmonitorja l-proġett.

Huwa neċessarju li tiġi żgurata l-konsistenza f’dak li huwa meħtieġ fil-komponenti differenti tal-kapital naturali, filwaqt li tittieħed inkunsiderazzjoni wkoll il-ħtieġa li l-verifika tkun proporzjonali. Meta jkun qed jirrevedi proġetti għall-finanzjament b’appoġġ mill-Fond InvestEU, is-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni se jwettaq dawn il-passi ta’ valutazzjoni abbażi tad-dokumentazzjoni pprovduta mill-promotur tal-proġett (jiġifieri rapporti ambjentali, deċiżjonijiet, permessi). Din id-dokumentazzjoni tista’ tiġi kkomplementata minn kwestjonarji mimlijin mill-promotur tal-proġett (eż. abbażi tal-proċeduri tad-diliġenza dovuta tas-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni stess) jew studji u rapporti oħra, kif meqjus neċessarju.

Fl-aħħar nett, il-konformità legali hija rekwiżit għall-proġetti kollha.

Figura 8

- Profil tal-Iskrinjar u l-Verifika Ambjentali

Image 12

It-taqsimiet li ġejjin jipprovdu gwida dwar kif is-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni, bl-appoġġ tal-promotur tal-proġett, jistgħu jindirizzaw kull pass individwali tal-valutazzjoni.

2.3.2.   Konformità Legali

L-operazzjonijiet kollha appoġġati minn InvestEU, kemm jekk ikunux soġġetti għall-verifika tas-sostenibbiltà u kemm jekk le, iridu jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni applikabbli tal-UE u dik nazzjonali. Il-konformità legali hija prerekwiżit għal kull sostenn. Is-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni jridu jistabbilixxu jew jirrieżaminaw il-proċeduri eżistenti tagħhom biex jivverifikaw (62) din il-konformità.

Sabiex jiġi żgurat li s-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni kollha japplikaw standards aċċettabbli, din it-taqsima:

tipprovdi profil tal-prinċipji ġenerali għall-kontrolli tal-konformità legali; u

tipproponi kontrolli speċifiċi tal-konformità ma’ direttivi ambjentali ewlenin tal-UE.

Il-prinċipji ġenerali huma elenkati fil-punti ta’ hawn taħt:

Il-konformità legali meħtieġa se ssegwi l-progress tal-proċess tad-Diliġenza Dovuta kif jiġi applikat normalment mis-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni (63).

Huwa rrakkomandat li proġetti li jappartjeni għall-kategoriji elenkati fl-Anness I tad-Direttiva dwar il-VIA, kif ukoll proġetti tal-Anness II li jeħtieġu VIA(jiġifieri proġetti b’impatti sinifikanti u/jew probabbilment sinifikanti), it-tnejn jitqiesu għal finanzjament taħt InvestEU fi stadju relattivament matur. Dan jippermetti li s-sieħeb inkarigati mill-implimentazzjoni jwettaq il-biċċa l-kbira mill-kontroll tal-konformità qabel jiġu impenjati l-fondi. F’każijiet eċċezzjonali, il-flessibbiltà dwar din ir-rakkomandazzjoni tista’ tkun possibbli u l-proġetti jistgħu jiġu kkunsidrati għall-finanzjament fi stadju aktar bikri. F’każijiet eċċezzjonali bħal dawn, il-finalizzazzjoni tal-proċeduri u l-issodisfar tar-rekwiżiti ta’ konformità mbagħad ikunu kundizzjoni għall-iżborż rilevanti (64). Madankollu, il-proġetti elenkati fl-Anness I tad-Direttiva dwar il-VIA jistgħu jiġu ppreżentati lill-Kumitat tal-Investiment biss meta jkunu fi stadju raġjonevolment matur, jiġifieri r-rapport dwar il-VIA jkun ġie ffinalizzat u l-konsutazzjoni pubblika tkun ġiet konkluża.

Fil-każijiet eċċezzjonali ta’ proġetti mhux maturi (eż. proġetti mingħajr valutazzjonijiet ambjentali kompluti u/jew proċeduri ta’ permess), proġett ikollu jiġi vvalutat abbażi tal-informazzjoni disponibbli. Bħala l-ewwel pass, din il-valutazzjoni tista’ tkun limitata għall-identifikazzjoni tad-direttivi ambjentali ewlenin applikabbli, u l-iżgurar ta’ indikazzjoni ċara dwar meta l-konformità legali tista’ tiġi kkonfermata. Għall-proġetti elenkati fl-Anness II tad-Direttiva VIA, bħala regola ġenerali, jenħtieġ li d-deċiżjoni ta’ skrinjar mill-awtoritajiet kompetenti tkun disponibbli fil-mument li l-proġett jitressaq għall-approvazzjoni tal-Kumitat tal-Investiment. Madankollu, f’każijiet debitament ġustifikati, il-proġett jista’ jkun aktar immatur (eż. riskji baxxi mistennija, bħal pereżempju fil-każ ta’ proġetti ta’ stazzjonijiet tal-iċċarġjar). F’każijiet bħal dawn, il-prova tista’ titwettaq mis-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni bl-użu biss tal-listi ta’ kontroll proposti f’din il-gwida. Għal proġetti potenzjalment problematiċi (eż. minħabba l-effetti sinifikanti probabbli tagħhom fuq is-siti tan-Natura 2000 jew l-oppożizzjoni pubblika), jenħtieġ kundizzjonijiet ambjentali speċifiċi għall-proġett jiġu proposti mis-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni u inklużi fil-kuntratt ta’ finanzjament. Irrispettivament mill-kundizzjonijiet speċifiċi tal-proġett (jekk meħtieġa), kif diġà msemmi, il-kuntratt ta’ finanzjament għandu dejjem jinkludi, għal tali proġetti immaturi, kundizzjoni ġenerali standard rigward is-sottomissjoni ta’ valutazzjonijiet u/jew permessi nieqsa. Dawn il-kundizzjonijiet iridu jiġu ssodisfati sa mhux aktar tard minn qabel l-iżborż rilevanti u l-verifika tal-konformità legali jenħtieġ li titlesta f’dak l-istadju u tiġi rrappurtata lill-Kumitat tal-Investiment (65). Jekk il-valutazzjoni tikkonkludi li l-proġett ikun wisq immatur u jkun jippreżenta wisq riskji, allura jenħtieġ li l-proġett ma jirċevix appoġġ u s-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni jenħtieġ li japplika fi stadju aktar tardiv biex jirċievi l-Garanzija tal-UE.

Id-direttivi ambjentali tal-UE, kif trasposti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali, jenħtieġ li jkunu l-punt ta’ referenza prinċipali biex jitwettqu l-kontroll tal-konformità legali.

Il-verifika kkompletata tal-konformità ta’ proġett mal-leġiżlazzjoni ambjentali applikabbli tal-UE jenħtieġ li jirriżulta fi tweġiba ċara dwar jekk dan ikunx “konformi” jew “mhux konformi”. Jenħtieġ li din il-verifika tkun appoġġata bi prova fl-għamla ta’ permessi, approvazzjonijiet, liċenzji, jew permessi kif ipprovduti mill-awtoritajiet kompetenti b’referenza għad-direttivi jew għal-leġiżlazzjoni nazzjonali trasposta rilevanti.

Jekk ikun hemm dubji serji dwar jekk proġett jikkonformax mal-leġiżlazzjoni tal-UE u/jew dik nazzjonali, is-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni jenħtieġ li jikkonsultaw lill-Istati Membri u/jew lill-Kummissjoni (66).

Is-sottotaqsimiet li ġejjin jiddiskutu d-direttivi ambjentali ewlenin għall-kontrolli tal-konformità legali.

a)   Id-Direttiva dwar il-VIA

Id-Direttiva dwar il-VIA tapplika għal firxa wiesgħa ta’ proġetti pubbliċi u privati, li atabbiliti fl-Annessi I u II ta’ din id-Direttiva:

VIA obbligatorja: Il-proġetti kollha elenkati fl-Anness I jitqiesu bħala li għandhom effetti sinifikanti fuq l-ambjent u għalhekk jeħtieġu VIA.

VIA wara d-determinazzjoni mill-Istati Membri (screening): Għall-proġetti elenkati fl-Anness II, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jiddeterminaw jekk il-proġett għandux ikun soġġett għal VIA. Din id-deċiżjoni ssir permezz tal-“proċedura ta’ skrinjar”, li tiddetermina l-effetti tal-proġetti abbażi tas-sollijiet/kriterji jew ta’ eżami każ b’każ. L-awtoritajiet nazzjonali jkollhom jieħdu inkunsiderazzjoni l-kriterji stabbiliti fl-Anness III tad-Direttiva dwar il-VIA.

Il-kontroll tal-konformità mal-VIA jenħtieġ li jikkonferma li l-proġett jissodisfa rekwiżiti ewlenin tad-Direttiva dwar il-VIA. F’dan ir-rigward, huwa importanti li jiġi osservat li jista’ jkun li xi ftit proġetti xorta waħda jkunu ġew awtorizzati skont is-sistema tal-VIA “mhux riveduta” preċedenti (id-Direttiva 2011/92/UE) u mhux skont is-sistema tal-VIA “riveduta” attwali (id-Direttiva 2011/92/UE mmodifikata bid-Direttiva 2014/52/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (67)). Il-kontroll tal-konformità mal-VIA għandu jsir bi tqabbil mad-Direttiva applikabbli li tkun fis-seħħ fiż-żmien li fih ikun inbeda l-proċess tal-VIA (ara fid-dettall Artikolu 3 tad-Direttiva 2014/52/UE).

Il-Lista ta’ kontroll 0 (ara l-Anness 3) tipproponi lista ta’ mistoqsijiet biex is-Sħab ta’ Implimentazzjoni jiġu ggwidati fil-verifika tal-konformità mad-Direttiva dwar il-VIA.

b)   Id-Direttivi dwar l-Għasafar u l-Ħabitats

In-network Natura 2 000 ġie stabbilit skont id-Direttiva dwar il-Ħabitats (68). Skont din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jinnominaw Żoni Speċjali ta’ Konservazzjoni (ŻSK) biex jiżguraw l-istatus ta’ konservazzjoni favorevoli ta’: (i) it-tipi ta’ ħabitats elenkati fl-Anness I tad-Direttiva fil-firxa kollha tagħhom fl-UE; u (ii) l-ispeċijiet elenkati fl-Anness II tad-Direttiva fil-firxa kollha tagħhom fl-UE. Skont id-Direttiva dwar l-Għasafar (69), in-network irid jinkludi wkoll Żoni ta’ Protezzjoni Speċjali (ŻPS) ddeżinjati għal 194 speċi partikolarment mhedda u għall-ispeċijiet kollha ta’ għasafar migratorji.

Kwalunkwe pjan jew proġett li aktarx ikollu effett sinifikanti fuq sit Natura 2000, jew individwalment jew inkella f’kombinament ma’ pjanijiet jew proġetti oħra, irid ikun soġġett għal valutazzjoni xierqa mill-Istat Membru (skont l-Artikolu 6). Din il-valutazzjoni għandha tiddetermina l-implikazzjonijiet tal-proġett jew tal-pjan għas-sit, fid-dawl tal-objettivi ta’ konservazzjoni tas-sit (70). L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jaqblu mal-pjan jew mal-proġett biss wara li jkunu aċċertaw li dan ma jkunx se jaffettwa b’mod avvers l-integrità tas-sit ikkonċernat (l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva dwar il-Ħabitats (71)).

F’ċirkostanzi eċċezzjonali, proġett xorta jista’ jitħalla jipproċedi, minkejja valutazzjoni negattiva, jekk: (i) ma jkun hemm l-ebda soluzzjoni alternattiva; u (ii) il-pjan jew il-proġett jitqies ġustifikat minn raġunijiet imperattivi ta’ interess pubbliku prevalenti, inklużi dawk ta’ natura soċjali jew ekonomika. F’każijiet bħal dawn, l-Istat Membru jrid jieħu miżuri ta’ kumpens xierqa biex jiżgura li tiġi protetta l-koerenza ġenerali tan-network Natura 2000 (l-Artikolu 6(4) tad-Direttiva dwar il-Ħabitats). Il-Kummissjoni trid tiġi infurmata dwar dawn il-miżuri permezz ta’ formola standard ta’ notifika “Informazzjoni lill-Kummissjoni Ewropea skont l-Artikolu 6(4) tad-Direttiva dwar il-Ħabitats”. (72) F’ċerti każijiet, meta ħabitat jew speċi prijoritarju jiġu affettwati b’mod sinifikanti u l-proġett ikun iġġustifikat minn raġunijiet soċjoekonomiċi, tkun meħtieġa opinjoni tal-Kummissjoni. Gwida metodoloġika dwar id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6(3) u (4) tad-Direttiva 92/43/KEE dwar il-Ħabitats (73) tinkludi aktar informazzjoni biex tiġi ssupplimentata din it-taqsima.

Għas-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni, meta tiġi vverifikata l-konformità mad-Direttiva dwar il-Ħabitats u dik dwar l-Għasafar, huma possibbli tliet xenarji:

proġett ikun ġie eżentat mill-ħtieġa ta’ valutazzjoni xierqa bl-iskrinjar mill-awtoritajiet tal-Istati Membri, jiġifieri l-proġett aktarx li ma jkollux effetti negattivi sinifikanti fuq sit/i Natura 2000; jew

proġett ikun ġie soġġett għal valutazzjoni xierqa mill-awtoritajiet tal-Istati Membri, li tkun irriżultat f’konklużjoni pożittiva mill-awtoritajiet li l-proġett mhuwiex se jkollu effetti sinifikanti fuq sit/i Natura 2000 (skont l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva dwar il-Ħabitats); jew

proġett ikun ġie soġġett għal valutazzjoni xierqa li tkun irriżultat f’konklużjoni negattiva mill-awtoritajiet tal-Istati Membri, jiġifieri l-proġett ikollu effetti negattivi sinifikanti fuq siti Natura 2000 (skont l-Artikolu 6(4) tad-Direttiva dwar il-Ħabitats).

Il-Lista ta’ kontroll 0 (ara l-Anness 3) tipproponi lista ta’ mistoqsijiet biex tiġi ggwidata l-verifika tal-konformità mad-Direttiva dwar il-Ħabitats u dik dwar l-Għasafar, skont ix-xenarju (kif deskritt hawn fuq) applikabbli għal operazzjoni individwali.

c)   Id-Direttiva Qafas dwar l-Ilma

Id-Direttiva Qafas dwar l-Ilma (2000/60/KE)(Water Framework Directive - WFD), tiżgura l-integrazzjoni sħiħa tal-perspettivi ekonomiċi u ekoloġiċi fl-immaniġġjar tal-kwalità u l-kwantità tal-ilma. Id-Direttiva tapplika għall-ilma ħelu, kostali u tranżizzjonali u tiżgura approċċ integrat għall-ġestjoni tal-ilma li jirrispetta l-integrità tal-ekosistemi sħaħ.

L-objettiv ewlieni tagħha huwa li jinkiseb (sal-2015 (74)) stat tajjeb għall-aktar minn 111 000 żoni ta’ ilma tal-wiċċ (eż. xmajjar, lagi, ilmijiet kostali) u għall-aktar minn 13 000 żoni ta’ ilma ta’ taħt l-art fit-territorju tal-UE. Il-kisba ta’ “stat tajjeb” tfisser l-iżgurar ta’ stat ekoloġiku u kimiku tajjeb tal-ilmijiet tal-wiċċ u stat kwantitattiv u kimiku tajjeb tal-ilmijiet ta’ taħt l-art (l-ilmijiet ta’ taħt l-art huma s-sorsi ewlenin ta’ astrazzjoni tal-ilma tax-xorb).

Id-Direttiva Qafas dwar l-Ilma tintroduċi wkoll rekwiżit biex l-immaniġġjar tax-xmajjar ikun ibbażat fuq il-baċini tax-xmajjar (jiġifieri l-unità ġeografika u idroloġika naturali) u mhux fuq konfini amministrattivi jew politiċi. Il-Pjan ta’ Mmaniġġjar tal-Baċini tax-Xmajjar jispjega kif l-objettivi stabbiliti għall-baċini tax-xmajjar (stat ekoloġiku, stat kwantitattiv, stat kimiku u objettivi ta’ żona protetta) għandhom jintlaħqu fiż-żmien meħtieġ.

Għas-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni , hemm żewġ xenarji possibbli meta tiġi vverifikata l-konformità mad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma:

Fl-ewwel xenarju, il-proġett ikun jinvolvi modifika ġdida għall-karatteristiċi fiżiċi ta’ korp tal-ilma tal-wiċċ jew alterazzjonijiet fil-livell ta’ korpi ta’ ilma ta’ taħt l-art li MA JKUNUX se jikkawżaw id-deterjorament tal-istatus ta’ korp tal-ilma jew jikkawżaw li ma jinkisibx l-istatus/il-potenzjal tajjeb tal-ilma. F’dan il-każ, is-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni jrid jirrivedi l-ġustifikazzjoni pprovduta mill-promotur tal-proġett biex tiġi appoġġata din il-konklużjoni.

Fit-tieni xenarju, il-proġett ikun jinvolvi modifika ġdida għall-karatteristiċi fiżiċi ta’ korp tal-ilma tal-wiċċ jew alterazzjonijiet fil-livell ta’ korpi tal-ilma ta’ taħt l-art li jiddeterjoraw l-istatus ta’ korp tal-ilma jew jikkawżaw li ma jinkisibx l-istatus/il-potenzjal tajjeb tal-ilma. F’każijiet bħal dawn, jenħtieġ li s-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni jirrivedu jekk ikunux ġew issodisfati kull waħda mill-kundizzjonijiet skont l-Artikolu 4(7), jiġifieri:

ikunu ttieħdu l-miżuri ta’ mitigazzjoni prattikabbli kollha biex jiġu mmitigati l-impatti negattivi;

il-benefiċċji tal-proġett ikunu akbar mill-benefiċċji tal-kisba tal-objettivi tad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma u/jew il-proġett ikun ta’ interess pubbliku prevalenti;

ma jkun hemm l-ebda għażla ambjentali sinifikattivament aqwa biex jintlaħaq l-objettiv tal-proġett li tkun teknikament fattibbli u mhux għalja b’mod sproporzjonat; u

il-proġett u l-ġustifikazzjonijiet imsemmija hawn fuq ikunu inklużi fil-Pjan ta’ Mmaniġġjar tal-Baċini tax-Xmajjar (RBMP).

Il-Lista ta’ kontroll 0 (ara l-Anness 3) tipproponi l-mistoqsijiet biex tiġi ggwidata l-verifika tal-konformità mad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma.

d)   Direttivi rilevanti oħra

Skont in-natura tal-operazzjonijiet li jaqgħu taħt linja ta’ appoġġ speċifika, is-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni huma mistennija jivverifikaw il-konformità ma’ direttivi speċifiċi abbażi ta’ awtorizzazzjonijiet, permessi, liċenzji, eċċ. pprovduti mill-promoturi tal-proġetti. Dawn jistgħu jinkludu:

Id-Direttiva 2001/42/KE (75)il-Valutazzjoni Strateġika Ambjentali

F’każ ta’ xi operazzjonijiet ambjentalment sensittivi minħabba n-natura, id-daqs jew il-post tagħhom, huwa rakkomandat li s-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni jirrevedi jekk proġett huwiex konsistenti ma’ qafas ta’ ppjanar (eż. pjan settorjali jew pjan tal-użu tal-art), b’mod partikolari fir-rigward ta’ alternattivi jew effetti kumulattivi.

Id-Direttiva 2010/75/UE (76)Id-Direttiva dwar l-Emissjonijiet Industrijali

Jenħtieġ li s-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni jikkonferma l-konformità tal-proġett mad-Direttiva dwar l-Emissjonijiet Industrijali abbażi ta’:

Permess (mhux dejjem applikabbli u disponibbli fi żmien is-sottomissjoni tal-applikazzjoni): jiġifieri jekk jikkonformax mal-Valuri ta’ Limitu għall-Emissjonijiet stabbiliti skont id-Direttiva u mal-Livelli ta’ Emissjonijiet Assoċjati stipulati fid-deċiżjonijiet ta’ implimentazzjoni dwar l-Aqwa Tekniki Disponibbli (BAT-AELs), kif xieraq; jew

Id-dokumentazzjoni tal-proġett ambjentali sottomessa bħala parti mill-applikazzjoni (eż. permessi ambjentali, eċċ.).

Id-Direttiva 2008/98/KE (77)Id-Direttiva Qafas dwar l-Iskart

Is-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni se jivverifika l-konformità tal-proġett mad-Direttiva Qafas dwar l-Iskart inkluża l-ġustifikazzjoni b’referenza għar-rekwiżiti ewlenin tad-Direttiva. B’mod partikolari, il-ġustifikazzjoni trid tispjega:

kif il-proġett huwa konsistenti mal-ġerarkija tal-iskart (Artikolu 4).

kif il-proġett jikkontribwixxi għall-kisba tal-miri tat-tħejjija għall-użu mill-ġdid u għar-riċiklaġġ (l-Artikolu 11(2)).

jekk il-proġett huwiex konsistenti mal-pjan ta’ ġestjoni tal-iskart rilevanti (u jekk huwiex inkluż fih bħala kundizzjoni sine qua non) u l-programm għall-prevenzjoni tal-iskart (l-Artikoli 28 u 29).

Id-Direttiva 2012/18/UE (78)Id-Direttiva Seveso-III

Id-Direttiva Seveso-III (2012/18/UE) għandha l-għan li tevita aċċidenti kbar li jinvolvu sustanzi perikolużi. Madankollu, billi l-aċċidenti xorta waħda jistgħu jseħħu, id-Direttiva għandha wkoll l-għan li tillimita l-konsegwenzi ta’ aċċidenti bħal dawn, mhux biss għas-saħħa tal-bniedem iżda wkoll għall-ambjent. Id-Direttiva tkopri stabbilimenti fejn jistgħu jkunu preżenti sustanzi perikolużi (eż. matul l-ipproċessar jew il-ħżin) fi kwantitajiet li jaqbżu ċertu soll. Mid-Direttiva huma esklużi ċerti attivitajiet industrijali li huma soġġetti għal leġiżlazzjoni oħra li tipprevedi livell ta’ protezzjoni simili (eż. stabbilimenti nukleari jew it-trasport ta’ sustanzi perikolużi).

Skont l-ammont ta’ sustanzi perikolużi preżenti, l-istabbilimenti jiġu kkategorizzati f’livell inferjuri jew superjuri, b’dan tal-aħħar suġġett għal rekwiżiti aktar stretti. Is-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni se jivverifika l-konformità tal-proġett mad-Direttiva Seveso-III abbażi tad-dokumentazzjoni tal-proġett ambjentali sottomessa bħala parti mill-applikazzjoni (eż. VIA, permessi ambjentali, eċċ.). B’mod partikolari, is-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni se jivverifika jekk il-proġetti li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva Seveso malli jitlestew ikollhomx jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-livell inferjuri jew superjuri (b’mod partikolari l-obbligu li l-promotur iħejji politika ta’ prevenzjoni ta’ aċċidenti kbar jew rapport dwar is-sikurezza li se jkollu jiġi sottomess lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru).

2.3.3.   Skrinjar ta’ InvestEU għad-dimensjoni ambjentali

Għal proġetti li jkunu soġġetti għal VIA jew għad-determinazzjoni tan-neċessità ta’ VIA, huwa mistenni li dan il-proċess u x-xogħol jagħti kontribut ewlieni għall-proċess ta’ skrinjar u verifika ta’ InvestEU, billi d-Direttiva teħtieġ li:

Għal proġetti li jeħtieġu VIA, deskrizzjoni tal-karatteristiċi tal-proġett u/jew tal-miżuri previsti sabiex jiġu evitati, prevenuti jew imnaqqsa u, jekk possibbli, jkun hemm kumpens għall-effetti avversi sinifikanti probabbli fuq l-ambjent, hija parti mir-rapport dwar il-VIA.

Għal proġetti fejn l-iskrinjar jiddetermina li mhijiex meħtieġa VIA, id-determinazzjoni se tiddikjara kwalunkwe karatteristika tal-proġett u/jew miżura, fejn proposta, maħsuba biex jiġu evitati jew prevenuti dawk li kieku kienu jkunu effetti avversi sinifikanti fuq l-ambjent.

Għal dawn il-każijiet, il-pass tal-iskrinjar ta’ InvestEU jirrevedi l-impatti residwi identifikati fir-rapport dwar il-VIA (wara l-miżuri ta’ mitigazzjoni identifikati matul il-proċedura ambjentali) għall-erba’ elementi ambjentali (arja, ilma, art u ħamrija, bijodiversità), kif ukoll għat-temi trażversali tal-istorbju u l-irwejjaħ.

Għal proġetti barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva dwar il-VIA jew fil-każ ta’ proġetti eżentati bl-iskrinjar mingħajr miżuri ta’ mitigazzjoni b’riżultat tal-implimentazzjoni ta’ sollijiet jew kriterji stabbiliti fil-livell nazzjonali, il-pass tal-iskrinjar ta’ InvestEU jirrevedi wkoll l-impatti fuq l-istess elementi u temi trażversali.

Bħala l-ewwel pass, jenħtieġ li l-impatti ambjentali (residwi (79)) jiġu riveduti bl-użu tal-Lista ta’ kontroll 1 (80) (ara l-Anness 3). Il-Kolonna (1) tal-Lista ta’ kontroll 1 jenħtieġ li tirrifletti l-eżistenza jew l-assenza ta’ impatti (residwi).

Kif diġà ssemma, din ir-reviżjoni se titwettaq fuq il-bażi tad-dokumentazzjoni ambjentali pprovduta mill-promotur tal-proġett. Din id-dokumentazzjoni tista’ tinkludi rapporti ta’ valutazzjoni ambjentali, deċiżjonijiet u permessi, studji jew rapporti addizzjonali jekk jitqies meħtieġ. Ladarba jiġi identifikat impatt (residwu), jenħtieġ li dan l-impatt jiġi kkwalifikat f’termini tar-riskju billi jitqies il-kombinament tas-sinifikanza u tal-probabbiltà tal-okkorrenza tiegħu.

Jenħtieġ li s-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni juża tliet kwalifikazzjonijiet biex jindika s-sinifikanza tal-impatt (residwu) (il-Kolonna 2 tal-Lista ta’ kontroll 1) abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-promotur tal-proġett:

Minuri Image 13 Moderata Image 14 Sinifikanti/avversa

Għall-kategorizzazzjonijiet tas-sinifikat tal-impatt, is-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni se juża d-dokumentazzjoni ambjentali sottostanti, rapporti addizzjonali jekk jitqiesu bħala meħtieġa, kif ukoll ġudizzju espert li jqis elementi bħall-volumi ta’ emissjonijiet, in-natura tal-impatt identifikat eċċ. Indikazzjonijiet aktar dettaljati għal kull wieħed mill-elementi tal-kapital naturali jingħataw fid-Dokument ta’ Appoġġ Tekniku għall-Verifika Ambjental tal-Investimenti, u fit-tabelli:

Tabella Arja S3 - 1:

Għal impatti fuq il-Kwalità tal-Arja

Ilma ta’ Taħt l-Art S2 - 5 u Ilma ta’ Taħt l-Art S3 - 3

Għal impatti fuq l-Ambjent tal-Ilma

Tabella Art S2 - 2 u Tabella Art S3 - 1

Għal impatti fuq il-Ħamrija/l-Art

Tabella Bijodiversità S2 - 1 u Tabella Bijodiversità S3 - 1

Għal impatti fuq il-Bijodiversità

Tabella CC S3 - 1

Għal Impatti ta’ Storbju

Tabella CC S3 - 2

Għal Impatti ta’ Rwejjaħ

Is-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni jenħtieġ ukoll li jindika, abbażi tal-informazzjoni u tal-valutazzjonijiet imwettqa mill-promotur tal-proġett, il-probabbiltà tal-impatt (il-kolonna 3 tal-Lista ta’ kontroll 1):

Baxxa (aktarx ma jseħħx) Image 15 Moderata (probabbiltà ugwali li jseħħ u li ma jseħħx) Image 16 Għolja (aktarx li jseħħ)

Imbagħad, il-livell ta’ riskju (il-Kolonna 4 tal-Lista ta’ kontroll 1) għal kull impatt jiġi vvalutat billi jiġu kkombinati s-sinifikanza u l-probabbiltà identifikati tiegħu (ara l-matriċi fil-Illustrazzjoni 8). Għal proġetti b’VIA, ir-rapporti assoċjati huma mistennija jinkludu valutazzjoni tas-sinifikanza tal-impatti residwi.

Illustrazzjoni 9

Kwalifikazzjoni tar-riskju għal kull impatt identifikat

Image 17

Għal impatti b’riskju medju u/jew għoli, is-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni jipproċedi bil-verifika. Mhijiex se tkun meħtieġa verifika ulterjuri għal impatti b’riskju baxx.

Minbarra dan ta’ hawn fuq, tingħata rakkomandazzjoni qawwija liis-sieħeb inkariagt mill-implimentazzjoni biex jipproċedi b’verifika pożittiva tal-aġenda (ara t-Taqsima 2.3.5).

2.3.4   Verifika: Mitigazzjoni, Kwantifikazzjoni u Monetizzazzjoni

Għal proġetti li jeħtieġu VIA jew li jiġu skrinjati b’miżuri ta’ mitigazzjoni: Għal kull wieħed mill-impatti residwi identifikati bħala ta’ riskju medju u/jew għoli, is-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni se jirrikjedi li l-promotur tal-proġett jeżamina (fuq bażi volontarja) il-fattibbiltà ta’ miżuri addizzjonali (pereżempju l-mitigazzjoni) li jistgħu jnaqqsu r-riskju residwu għal livell aktar baxx.

Għal proġetti barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva VIA jew skrinjati mingħajr miżuri ta’ mitigazzjoni: Jekk is-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni, f’kooperazzjoni mal-promotur tal-proġett, bl-użu tal-lista ta’ kontroll 1, jidentifika impatti ta’ riskju medju u/jew ta’ riskju għoli, jenħtieġ li jidentifikaw miżuri ta’ mitigazzjoni, fejn fattibbli, biex inaqqsu r-riskju għal livell aktar baxx.

Kwalunkwe miżura li tirriżulta minn dan ta’ hawn fuq jenħtieġ li ssegwi l-prinċipji tal-ġerarkija tal-mitigazzjoni rilevanti għall-element tal-kapital naturali:

Evitar ta’ impatti negattivi (jekk fattibbli).

Tnaqqis tal-firxa ta’ kwalunkwe impatt inevitabbli, bit-teħid inkunsiderazzjoni tad-durata, l-intensità u t-tip tal-impatt (dirett, indirett u kumulattiv).

Ir-riabilitazzjoni u r-restawr biex jiżguraw li l-ħażniet li jkunu ġew iddegradati jew affettwati b’mod negattiv minn proġett jiġu rrestawrati jew imġedda.

It-tpaċija tista’ titqies bħala l-aħħar rikors għal impatti negattivi (ta’ riskju medju jew għoli) li ma jistgħux jiġu evitati, mminimizzati jew ibbilanċjati permezz tar-restawr.

Figura 10

Il-ġerarkija tal-mitigazzjoni

Image 18

Sors:

Il-Kummissjoni Ewropea - Dokument ta’ Appoġġ Tekniku għall-Verifika Ambjentali ta’ Investimenti.

Mitigazzjoni tajba hija speċifika għall-kuntest u l-post, u tiddependi wkoll fuq l-impatt li jrid jiġi mitigat. Eżempji ta’ miżuri ta’ mitigazzjoni huma ppreżentati fid-Dokument ta’ Appoġġ Tekniku għall-Verifika Ambjentali ta’ Investimenti.

Meta l-promotur tal-proġett ikun jista’ jipproponi miżuri addizzjonali fattibbli, jenħtieġ li s-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni jitlob lill-promotur tal-proġett jivvaluta mill-ġdid ir-riskju residwu (ara l-Lista ta’ Kontroll 1).

F’kollaborazzjoni mal-promotur tal-proġett, is-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni, abbażi tad-dokumentazzjoni eżistenti (rapport ambjentali, permessi, eċċ.), se jipprovdi, meta u fejn disponibbli, kwantifikazzjoni tal-impatti residwi li wara l-mitigazzjoni (mitigazzjoni b’riżultat tal-proċeduri ambjentali u/jew il-mitigazzjoni proposti fil-kuntest tal-prova tas-sostenibbiltà tal-InvestEU) għandhom riskju medju u/jew għoli.

Għal gwida dwar il-kwantifikazzjoni, ara d-Dokument ta’ Appoġġ Tekniku għall-Verifika Ambjentali ta’ Investimenti u t-tabelli:

Tabella Arja S3 - 1:

Għal impatti fuq il-Kwalità tal-Arja

Ilma ta’ Taħt l-Art S3 - 3:

Għal impatti fuq l-Ambjent tal-Ilma

Tabella Art S3 – 1

Għal impatti fuq il-Ħamrija/l-Art

Tabella Bijodiversità S3 – 1 u S3-2

Għall-bijodiversità

Tabella CC S3 – 1

Għal Impatti ta’ Storbju

Tabella CC S3 – 2

Għal Impatti ta’ Rwejjaħ

Il-kwantifikazzjoni tippermetti li s-sħab inkariagti mill-implimentazzjoni jifhmu d-daqs tal-impatti ambjentali (residwi) wara li l-miżuri ta’ mitigazzjoni kollha jkunu ġew iddeterminati u inklużi fil-proġett propost. Il-kwantifikazzjoni hija wkoll prerekwiżit għall-inklużjoni tal-valutazzjoni monetarja ta’ dawn l-impatti - fejn ikun proporzjonat u raġonevoli li ssir valutazzjoni bħal din - fil-valutazzjoni ekonomika ġenerali tal-proġett.

Kif diskuss fid-Dokument ta’ Appoġġ Tekniku għall-Verifika Ambjentali ta’ Investimenti u fil-Gwida tal-KE dwar is-CBA għall-Analiżi Kost-Benefiċċji ta’ Proġetti ta’ Investiment (2014), il-valwazzjoni monetarja tal-impatti ambjentali tipikament tkun ibbażata fuq il-kunċett ta’ Valur Ekonomiku Totali, li jikkonsisti minn valuri ta’ użu u ta’ nuqqas ta’ użu (81). Sabiex titkejjel jistgħu jintużaw diversi tekniki ta’ valutazzjoni, spiss (iżda mhux esklużivament) ibbażati fuq metodi ta’ stħarriġ u/jew ta’ esperimenti bl-għażla.

Dawn it-tekniki normalment ikunu intensivi fir-riżorsi (jeħtieġu ammont kbir ta’ data u analiżi speċifiċi għall-proġett). Għal din ir-raġuni, approċċ ta’ trasferiment tal-benefiċċji jintuża b’mod aktar frekwenti fejn l-istudji fil-letteratura diġà jipprovdu valuri ta’ referenza speċifiċi għall-pajjiż (jiġifieri kostijiet unitarji) għall-impatti ambjentali li jistgħu jintużaw fil-proċess ta’ valwazzjoni.

It-Taqsimiet 4 sa 8 tad-“Dokument ta’ Appoġġ Tekniku għall-Verifika Ambjentali ta’ Investimenti” jipprovdu rieżami tal-valuri ta’ unità biex jiġi ffaċilitat l-użu ta’ trasferiment tal-benefiċċji għall-evalwazzjoni monetarja. (82) Barra minn hekk, il-“Vademecum tal-Valutazzjoni Ekonomika” li ġej u li qed jitħejja mid-DĠ REGIO bl-appoġġ ta’ JASPERS juri prassi tajba fil-valutazzjoni ekonomika tal-impatti ambjentali għal għadd ta’ setturi magħżula.

L-użu tal-monetizzazzjoni tiddependi għalhekk minn diversi fatturi, inklużi d-data disponibbli, l-iskala tal-proġett, it-tip ta’ impatt, eċċ.

L-applikabbiltà ta’ dawn it-tekniki titħalla f’idejn il-ġudizzju professjonali tas-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni/tal-promotur tal-proġett, inkluż jekk u kif titwettaq evalwazzjoni monetarja tal-impatti ambjentali wara l-mitigazzjoni, skont il-prinċipju tal-proporzjonalità.

Meta titwettaq, il-valutazzjoni monetarja tal-impatti ambjentali kkawżati mill-proġett imbagħad għandha tiġi inkluża fl-evalwazzjoni ekonomika aktar komprensiva tal-proġett li normalment titwettaq mis-sħab inkariagti mill-implimentazzjoni fil-kuntest ta’ proġetti appoġġati mill-UE, kif diskuss f’din il-gwida fil-Kapitolu 2.6 (Evalwazzjoni Ekonomika).

2.3.5.   Aġenda pożittiva

Il-promoturi tal-proġetti huma mħeġġa bil-qawwa biex iqisu l-Lista ta’ kontroll 2 għall-aġenda pożittiva (żviluppata għal kull element ambjentali, ara l-Anness 3) għal azzjonijiet potenzjali li jistgħu jikkontribwixxu biex jiġu rinforzati l-effetti pożittivi tal-proġett. Il-lista volontarja ta’ kontroll tal-aġenda pożittiva tista’ tintuża għat-tipi kollha ta’ proġetti inkluż taħt u ‘l fuq mil-livell limitu, u l-kategoriji kollha ta’ riskju. Bħala riżultat tat-tlestija tal-lista ta’ kontroll tal-aġenda pożittiva, il-promoturi tal-proġetti huma mħeġġa jipproponu azzjonijiet addizzjonali biex itejbu l-prestazzjoni ambjentali tal-operazzjoni. Meta jiġu identifikati u inklużi azzjonijiet addizzjonali biex tittejjeb il-prestazzjoni ambjentali tal-proġett, il-promoturi huma mħeġġa jikkwantifikaw l-impatti pożittivi li jirriżultaw u - fejn proporzjonat u raġonevoli - jimmonetizzawhom għall-inklużjoni fil-valutazzjoni ekonomika kumplessiva tal-proġett.

Il-lista ta’ kontroll għall-aġenda pożittiva tista’ tinkludi, iżda mhijiex limitata għal:

L-arja (promozzjoni tal-effiċjenza enerġetika u l-użu minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, minimizzazzjoni ta’ emissjonijiet niġġiesa u tal-użu minn sustanzi perikolużi);

L-ambjent tal-Ilma (titjib tal-kwalità tal-ilma ħelu u tal-ilma baħar, promozzjoni tal-użu effiċjenti mill-ilma, limitazzjoni tal-astrazzjoni u l-iskariku;

L-art u Ħamrija (promozzjoni tat-tnaqqis tal-erożjoni, titjib tal-materja organika tal-ħamrija u tal-bijodiversità, tnaqqis tad-degradazzjoni tal-art, rimedju ta’ siti kkontaminati);

Il-bijodiversità (il-konservazzjoni ta’ żoni rikki fil-bijodiversità u/jew protetti, ir-restawr tal-bijodiversità u l-ekosistemi, żieda fir-reżiljenza tal-ekosistemi, il-kontroll jew it-tneħħija ta’ speċijiet aljeni, il-konservazzjoni ta’ speċijiet indiġeni jew id-diversità ġenetika);

L-Istorbju (tnaqqis fil-livelli ta’ storbju);

L-irwejjaħ (tnaqqis fl-emissjonijiet ta’ rwejjaħ).

2.3.6.   Rappurtar u monitoraġġ

Kif deskritt fil-Kapitolu 4, fi tmiem il-proċess ta’ skrinjar u verifika ambjentali, is-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni huwa meħtieġ jipprovdi lill-Kumitat tal-Investiment ta’ InvestEU sommarju tal-verifika tas-sostenibbiltà li jkopri l-elementi ewlenin li ġejjin:

Għall-proġetti kollha, konferma tal-konformità legali mal-leġiżlazzjoni ambjentali ewlenija tal-UE (kif ippreżentata fil-Lista ta’ kontroll 0).

Ir-riżultat ta’ kwalunkwe eżerċizzju ta’ skrinjar:

Jekk hemmx xi impatti identifikati bħala ta’ riskju medju u/jew għoli (il-kolonna 4 tal-Lista ta’ Kontroll 1);

Kwalunkwe miżura volontarja (addizzjonali) ta’ mitigazzjoni għal dawn l-impatti ta’ riskju medju u/jew għoli (il-kolonna 5 tal-Lista ta’ Kontroll 1) u jekk ir-riskju jitnaqqasx b’riżultat ta’ dan.

Ir-riskju (residwu) wara kwalunkwe mitigazzjoni addizzjonali proposta fil-kuntest tal-verifika ta’ InvestEU (il-kolonna 6 tal-Lista ta’ kontroll 1).

Valutazzjoni (preferibbilment kwantifikata) tal-impatti residwi ta’ riskju medju u/jew għoli (il-kolonna 6 tal-Lista ta’ Kontroll 1) u wkoll fejn proporzjonat (jiġifieri raġonevoli u possibbli), il-monetizzazzjoni ta’ dawn l-impatti.

Kwalunkwe kunsiderazzjoni b’rabta mal-aġenda pożittiva (ara l-Lista ta’ Kontroll 2).

Fil-kuntest tal-monitoraġġ meħtieġ skont InvestEU, is-Sieħeb tal-Implimentazzjoni jenħtieġ li jikkonferma u jirrapporta, abbażi tal-monitoraġġ imwettaq bħala parti mill-proċeduri interni tiegħu u/jew mitlub lill-promoturi tal-proġett:

Kwalunkwe bidla sinifikanti fl-eżitu tal-provi, kif oriġinarjament irrapportat li tiġi bħala riżultat tat-tlestija tal-proċeduri tal-permessi.

L-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ mitigazzjoni marbuta ma’ impatti avversi u ta’ riskju għoli.

L-issodisfar tal-kundizzjonijiet ambjentali u tal-impriżi, jekk ikun hemm, mill-promotur tal-proġett.

2.4.   Dimensjoni soċjali

2.4.1   Approċċ ġenerali għall-verifika tas-sostenibbiltà soċjali

L-operazzjonijiet ta’ finanzjament u ta’ investiment tal-InvestEU għandhom l-għan li jiġġeneraw impatt soċjali pożittiv għas-soċjetà inġenerali. Madankollu, jista’ jkun hemm ukoll proġetti li jinvolvu impatti negattivi għal xi individwi jew komunitajiet. Pereżempju, jista’ jkun hemm proġett ta’ infrastruttura li għandu impatti potenzjali fuq it-titjib tal-inugwaljanzi spazjali jew is-saħħa pubblika, li jinvolvi tibdil fl-użu tal-art u/jew impatti fuq aspetti differenti tal-ħajja taċ-ċittadini. L-effetti potenzjali li jaffettwaw b’mod negattiv il-kundizzjonijiet soċjali jenħtieġ li jiġu identifikati mill-aktar fis possibbli, u jekk ikun fattibbli, it-tfassil ta’ dawk il-proġetti jenħtieġ li jiġi aġġustat biex jiġu evitati jew imminimizzati dawn l-impatti u/jew jenħtieġ li jiġu identifikati miżuri ta’ mitigazzjoni xierqa biex jiġu mmaniġġjati l-impatti inevitabbli. Il-proċess ta’ verifika se jiżgura li dawn is-sitwazzjonijiet jiġu identifikati, ivvalutati u indirizzati kif xieraq mill-promoturi tal-proġetti.

L-istandards tal-industrija għall-valutazzjoni tad-dimensjoni soċjali huma fil-biċċa l-kbira allinjati ma’ xulxin. Madankollu, dawn għadhom ivarjaw xi ftit fost l-atturi differenti tas-suq. Kemm jista’ jkun, jenħtieġ li l-iskrinjar inizjali tal-operazzjonijiet ikollu l-għan li jidentifika l-impatti diretti, indiretti u kumulattivi fuq l-aspetti soċjali essenzjali. Il-verifika soċjali, jiġifieri t-titjib tal-proposta inizjali, tkun ta’ għajnuna biex jiġu minimizzaati l-impatti detrimentali u mmassimizzati l-benefiċċji tad-dimensjoni soċjali.

Biex jinkiseb bda, ir-rieżami tal-aspetti soċjali tal-proġetti jenħtieġ li jkun jinkludi mill-inqas il-komponenti ewlenin li ġejjin:

L-iskrinjar u d-determinazzjoni tal-impatti pożittivi tal-proġetti u r-riskju assoċjat;

Kategorizzazzjoni tar-riskji għal proġetti ffinanzjati direttament li jkunu ogħla mis-soll, abbażi ta’ valutazzjoni tal-impatti negattivi potenzjali;

L-iskrinjar tal-prestazzjoni soċjali tal-proġett abbażi tal-kriterji tal-iskrinjar soċjali deskritti fit-taqsimiet li ġejjin, u l-inklużjoni ta’ kwalunkwe kundizzjoni għall-proġett, jekk meħtieġ;

Rakkomandazzjoni għat-tisħiħ ta’ impatti soċjali pożittivi abbażi tal-lista ta’ kontroll għall-aġenda pożittiva deskritta fil-Kapitolu 2.4.6 ta’ din il-gwida.

Id-dijagramma sekwenzjali li ġejja turi l-proċess ta’ verifika tas-sostenibbiltà soċjali fl-intier tiegħu.

Image 19

2.4.2.   Qafas ta’ konformità legali għad-dimensjoni soċjali

Bil-kunċett u t-tfassil tiegħu, InvestEU se jikkontribwixxi wkoll għas-sostenibbiltà soċjali fl-UE, billi jrawwem it-tiġdid tal-ekonomija, il-ġenerazzjoni ta’ impjiegi ta’ kwalità u t-titjib tal-kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol. Ir-rekwiżiti legali rilevanti tal-UE u tal-Istati Membri għall-proġetti u l-operazzjonijiet li għandhom jiġu appoġġati taħt kwalunkwe waħda mit-twieqi tal-Fond InvestEU huma l-pedament ta’ salvagwardja biex jinkisbu impatti soċjalment sostenibbli.

B’mod simili għall-aspetti ambjentali, il-leġiżlazzjoni soċjali rilevanti tippreżenta bażi solida għall-proċess ta’ verifika tas-sostenibbiltà soċjali. L-UE għandha qafas leġiżlattiv b’saħħtu li jiggarantixxi d-drittijiet tal-Ewropej bħala ċittadini, ħaddiema (irrispettivament min-nazzjonalità tagħhom), u partijiet ikkonċernati f’ħafna oqsma, inklużi s-sikurezza u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol, il-kundizzjonijiet tax-xogħol, l-iżvelar tal-informazzjoni u l-konsultazzjonijiet mal-ħaddiema u mal-pubbliku, l-ugwaljanza bejn is-sessi, u n-nondiskriminazzjoni (83). Madankollu, meta mqabbla mal-leġiżlazzjoni ambjentali, is-setgħat tal-UE fil-qasam soċjali huma aktar limitati, u l-aspetti soċjali huma primarjament indirizzati permezz tal-leġiżlazzjoni nazzjonali. Madankollu, ir-Regolament InvestEU b’mod speċifiku jirrekjedi li jiġu stimati l-impatt soċjali tal-proġetti, inkluż fuq l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, fuq l-inklużjoni soċjali ta' ċerti żoni jew popolazzjonijiet u fuq l-iżvilupp ekonomiku ta' żoni u setturi affettwati mill-isfidi strutturali bħalma hija l-ħtieġa tad-dekarbonizzazzjoni tal-ekonomija;

Għalhekk, filwaqt li titqies il-konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE rilevanti li tkopri dawn l-oqsma, it-tiftix għall-kisba tal-progress soċjali permezz tal-interventi tal-InvestEU se jkun il-pedament għall-prova tas-sostenibbiltà soċjali. L-eżami tal-konformità se jkompli matul il-proċess peress li r-rekwiżiti legali rilevanti kollha jistgħu ma jkunux magħrufa fl-istadju bikri (ara l-qafas ta’ konformità legali fl-Anness 1) (84). Għal din ir-raġuni, il-promotur tal-proġett se jkun mistenni jiżgura konformità legali, ikun attenta għall-għażliet pożittivi tal-aġenda (ara l-Kapitolu 2.4.6) u jippreżenta lis-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni bl-evidenza fuq talba (85).

2.4.3.   Skrinjar soċjali tal-operazzjonijiet

Wara l-kontroll tal-konformità legali u skont il-kost totali tal-investiment fil-proġett, l-operazzjonijiet jgħaddu għall-pass ta’ skrinjar.

Sabiex jiġu identifikati l-firxa u l-kumplessità tal-impatti u r-riskji soċjali potenzjali, is-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni jenħtieġ li jiskrinja l-proġett propost. Il-firxa u l-kumplessità tal-kwistjonijiet soċjali jvarjaw minn proġett għal ieħor. Il-proġetti jistgħu jkollhom impatti soċjali negattivi kif ukoll pożittivi. Is-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni jrid jiżgura li: (i) l-impatti soċjali negattivi tal-proġetti jiġu identifikati permezz tal-proċess ta’ skrinjar deskritt hawn taħt; u (ii) l-impatti soċjali pożittivi tagħhom huma mħeġġa permezz tal-użu tal-lista ta’ kontroll tal-aġenda pożittiva (86). Jenħtieġ li tittieħed inkunsiderazzjoni wkoll kwalunkwe opportunità għall-massimizzazzjoni tal-impatti pożittivi li tista’ tiġi identifikata bħala parti mill-proċess ta’ skrinjar.

Fit-twettiq tal-proċess ta’ verifika tas-sostenibbiltà soċjali, is-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni se jkomplu jibnu fuq u jużaw l-istandards u l-proċeduri eżistenti tagħhom, u se jikkumplementawhom kif meħtieġ abbażi tar-rekwiżiti ta’ din il-gwida.

Għal proġetti taħt is-soll ta’ EUR 10 miljun, fil-prinċipju l-proċess ta’ verifika jintemm hawnhekk. Għal proġetti taħt is-soll li huma soġġetti għal valutazzjoni skont id-Direttiva dwar il-VIA (87), xi aspetti soċjali jiġu vvalutati bħala parti mill-proċess tal-VIA. F’każijiet bħal dawn, is-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni huma mħeġġa bil-qawwa biex jikkomplementaw il-proċess tal-VIA bl-iskrinjar soċjali ppreżentat f’din il-gwida. Bl-istess mod, huma mħeġġa bil-qawwa biex jikkunsidraw, abbażi tal-lista ta’ kontroll tal-aġenda pożittiva, ir-rakkomandazzjonijiet biex jiżdiedu l-impatti soċjali pożittivi irrispettivament mid-daqs tal-proġett. Fi kwalunkwe każ iridu jiġu rispettati s-salvagwardji minimi relatati max-xogħol, is-saħħa, is-sikurezza u rekwiżiti oħra ta’ sostenibbiltà soċjali stipulati fid-dritt tal-UE.

Għal proġetti ogħla mis-soll ta’ EUR 10 miljun, il-proġett jiġi skrinjat għall-impatti u r-riskji soċjali. Dawn il-punti li ġejjin jitqiesu bħala l-aspetti soċjali ewlenin li għandhom jitqiesu għat-twettiq ta’ valutazzjoni ex ante għad-dimensjoni soċjali:

1.

Kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-ħaddiema;

2.

Saħħa, sikurezza u sigurtà okkupazzjonali u pubbliċi;

3.

Protezzjoni u inklużjoni ta’ persuni u/jew gruppi vulnerabbli (88);

4.

L-ugwaljanza bejn il-ġeneri;

5.

L-akkwist u esproprjazzjoni tal-art. (89);

6.

Il-protezzjoni tal-wirt kulturali;

7.

L-involviment tal-partijiet interessati (90).

L-iskrinjar inizjali tal-proġetti għandu l-għan li jiggwida lill-promotur tal-proġett biex iqis, u lis-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni biex jidentifika, sa fejn ikun possibbli, l-impatti u r-riskji soċjali ewlenin li jkun mistenni li l-proġett se jkollu. Meta jagħmel dan, is-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni jenħtieġ li jqis ukoll il-kapaċità tal-promotur, il-kuntest, il-post, is-settur u t-tip ta’ proġett.

Il-proċess ta’ skrinjar soċjali se jitqies flimkien mal-elementi klimatiċi u ambjentali, u se jieħu inkunsiderazzjoni kwalunkwe element soċjali rilevanti mill-proċess tal-VIA f’każ ta’ operazzjonijiet li huma soġġetti għal valutazzjoni skont id-Direttiva dwar il-VIA. L-aspetti soċjali se jikkorrispondu għar-rekwiżiti rilevanti għall-promoturi tal-proġetti fl-istadju ta’ verifika. L-informazzjoni pprovduta jenħtieġ li tippermetti li s-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni jivvalutaw li ma jkunx hemm xi ksur ovvju u li ma jkunx hemm xi investigazzjoni li tkun għadha għaddejja. L-iskrinjar inizjali ta’ dawk l-aspetti jenħtieġ li jħeġġeġ ukoll lis-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni biex jipproponi titjib fit-tfassil tal-proġett, inkluż appoġġ permezz ta’ assistenza teknika, fid-dawl tal-immaniġġjar ta’ impatti detrimentali potenzjali u/jew tal-massimizzazzjoni tal-impatti pożittivi.

Is-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni jista’ jidentifika, bħala riżultat tal-proċess ta’ skrinjar tal-InvestEU, li wieħed jew aktar mill-aspetti soċjali deskritti hawn taħt mhumiex koperti b’mod adegwat u jġorru riskji medji jew għoljin skont il-kategorizzazzjoni tar-riskju deskritta fil-Kapitolu 2.4.4 ta’ din il-gwida. Jekk jiġri dan, il-prova tiġi attivata għaż-żona inkwistjoni u r-riċevitur finali jintalab iwettaq valutazzjoni ulterjuri xierqa u jirrimedja s-sitwazzjoni.

Kundizzjonijiet tax-xogħol

L-għan ġenerali taħt dan l-aspett soċjali huwa li tiġi żgurata l-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali tal-ħaddiema u li jiġu promossi relazzjonijiet effiċjenti bejn il-ħaddiema u l-maniġment, abbażi tal-iżvilupp ta’ kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti u f’konformità mal-liġijiet nazzjonali dwar ix-xogħol, l-impjiegi u s-sigurtà soċjali, kif ukoll il-prinċipji u l-istandards fundamentali inkorporati fid-Dritt tal-UE u fil-konvenzjonijiet ewlenin tal-ILO.

Il-konformità mal-leġiżlazzjoni dwar ix-xogħol imsemmija se tkun meħtieġa għall-promoturi tal-proġetti/għar-riċevituri finali fir-rigward tal-ħaddiema kollha fuq il-proġetti, inklużi ħaddiema full-time, part-time, temporanji minn aġenziji tax-xogħol, għal żmien fiss, staġjonali u migranti, kemm jekk impjegati direttament mill-klijent jew minn parti terza, kif ukoll għall-fornituri primarji (91).

Fl-istadju tal-iskrinjar , is-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni jenħtieġ li:

Identifika l-probabbiltà ta’ riskji ta’: it-tħaddim tat-tfal, xogħol furzat, diskriminazzjoni u trattament mhux ugwali fil-konfront ta’ ħaddiema migranti jew mhux nattivi, inugwaljanza bejn il-ġeneri, diskriminazzjoni u/jew restrizzjonijiet għal-libertà ta’ assoċjazzjoni jew riskji oħra ta’ ksur tad-dritt fundamentali tax-xogħol minħabba l-kuntest tal-pajjiż, tas-settur, tal-promotur, tal-kuntrattur jew tal-katina ta’ provvista (92);

Jitqies jekk il-promoturi tal-proġetti jkollhomx kapaċità ta’ mmaniġġjar xierqa għall-forza tax-xogħol u għad-daqs tal-proġett, u li din tkun konsistenti mal-liġijiet nazzjonali, fil-każ ta’ riskji identifikati fejn jidħlu l-ħaddiema.

Saħħa, Sikurezza u Sigurtà Okkupazzjonali u Pubbliċi  (93)

F’konformità mal-Prinċipju 10 tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali għal “Ambjent tax-xogħol tajjeb għas-saħħa, sikur u adattat sew u l-protezzjoni tad-data” tal-ħaddiema, l-għan taħt dan l-aspett soċjali huwa li jiġu żgurati, promossi u protetti s-saħħa, is-sikurezza u s-sigurtà ta’ kwalunkwe individwu involut fil-proġett. Dan jenħtieġ li jinkiseb billi jiġu pprovduti kundizzjonijiet tax-xogħol tajbin għas-saħħa, sikuri u siguri; jiġu evalwati u mmaniġġjati r-riskji għas-saħħa, is-sikurezza u s-sigurtà; u jiġi evitat kull impatt avvers relatat mas-saħħa, mas-sikurezza u mas-sigurtà. Aspetti speċifiċi li għandhom jitqiesu matul il-proċess ta’ verifika huma relatati mas-sikurezza ta’ materjali perikolużi, ma’ perikli naturali, mas-sigurtà, mal-esponiment għal mard, mas-sikurezza fit-traffiku u fit-toroq, u mat-tħejjija f’każ ta’ emerġenza, kull meta jkun meħtieġ u kif rilevanti.

Fl-istadju tal-iskrinjar , is-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni jenħtieġ li:

Jidentifika l-probabbiltà tal-impatti u r-riskji avversi tal-proġett u r-riskji li jippreżenta relatati mas-saħħa, is-sikurezza u s-sigurtà okkupazzjonali u pubbliċi; (94)

Titqies il-kapaċità ta’ mmaniġġjar tal-promotur tal-proġett b’rabta mas-saħħa okkupazzjonali u pubblika, l-immaniġġjar tas-sikurezza u/jew is-sigurtà fil-każ ta’ impatti u riskji negattivi identifikati.

Protezzjoni u inklużjoni ta’ persuni u/jew gruppi vulnerabbli  (95)

F’konformità mal-Prinċipji 2, 3 u 17 tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali għal “Ugwaljanza bejn is-Sessi”, “Opportunitajiet Indaqs” u “Inklużjoni ta’ persuni b’diżabbiltà”, l-għan ġenerali taħt dan l-aspett soċjali huwa li jiġu rispettati u promossi d-drittijiet u l-interessi ta’ gruppi vulnerabbli u/jew individwi, jiġu identifikati kwalunkwe riskji u/jew impatti negattivi li jistgħu jaffettwawhom, u jiġi żgurat li miżuri xierqa jipproteġu tali gruppi u/jew individwi matul il-proġett. Fejn rilevanti, dan jenħtieġ li jinkludi kunsiderazzjoni tal-obbligi rilevanti u/jew it-teħid ta’ azzjonijiet pożittivi biex jiġu eliminati l-ostakli għal dawk li spiss jiġu esklużi mill-proċess ta’ żvilupp minħabba f’diżabbiltajiet, kif rilevanti sabiex ikunu jistgħu jgawdu d-drittijiet tagħhom u jipparteċipaw bis-sħiħ fis-soċjetà u fl-ekonomija.

F’każ ta’ proġetti li jaffettwaw lil Popli Indiġeni (96), l-objettiv huwa li jiġi żgurat li l-proġett irawwem rispett sħiħ għad-drittijiet, għall-aspirazzjonijiet, għall-identità, għall-kultura u għall-għajxien tagħhom, u li jsiru negozjati bona fide mal-Popli Indiġeni affettwati mill-proġett u jinkiseb il-Kunsens Liberu u Infurmat tagħhom minn Qabel (Free, Prior and Informed Consent - FPIC) (97).

Fl-istadju tal-iskrinjar , is-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni jenħtieġ li:

Jidentifika l-probabbiltà li l-proġett ikollu impatti negattivi sproporzjonati fuq individwi u/jew gruppi vulnerabbli, emarġinati, diskriminati, bħall-aggravar tal-inugwaljanzi permezz, pereżempju, ta’ impatt fuq l-affordabbiltà, id-disponibbiltà u l-kwalità tas-servizzi u d-djar, inklużi l-enerġija, l-edukazzjoni u s-saħħa;

Jidentifika l-probabbiltà ta’ kwalunkwe riskju u/jew impatt avvers li jista’ jaffettwa b’mod sproporzjonat lil persuni b’diżabbiltà b’mod sproporzjonat, b’rabta ma’ ambjent tax-xogħol ġust, in-nondiskriminazzjoni, il-prevenzjoni ta’ kwalunkwe forma ta’ vjolenza, xkiel potenzjali għall-aċċess għas-servizzi jew il-benefiċċji tal-proġett (98);

Jidentifika kemm tkun il-probabbiltà li l-proġett jaffettwa Popli indiġeni;

Jekk il-proġett aktarx li jaffettwa lill-persuni jew il-gruppi msemmija hawn fuq, iqis il-kapaċità tal-promotur tal-proġett li jieħu miżuri ta’ mitigazzjoni sabiex dawn il-persuni u/jew gruppi ma jiġux milquta b’mod sproporzjonat mill-proġett.

L-ugwaljanza bejn il-ġeneri

F’konformità mal-Prinċipju 2 tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali għall- “Ugwaljanza bejn is-Sessi”, l-għan ġenerali taħt dan l-aspett soċjali huwa li tiġi żgurata opportunità ugwali għan-nisa u l-irġiel fuq il-post tax-xogħol, tiġi evitata kwalunkwe diskriminazzjoni relatata mal-ġeneru, jiġi promoss it-trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa, u jittieħdu miżuri ta’ saħħa, sikurezza u sigurtà ugwali għall-ħaddiema kollha irrispettivament mis-sess tagħhom. Minkejja li l-involviment tan-nisa fis-suq tax-xogħol żdied fl-Ewropa, l-inugwaljanzi bħad-differenzi fil-pagi bejn is-sessi, għadhom jippersistu u jaffettwaw it-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa. Bħala komponent ewlieni tal-Istrateġija tal-UE għall-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri 2020-2025 (99), kif ukoll tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (100), l-ugwaljanza bejn il-ġeneri tippromwovi l-opportunitajiet indaqs, ir-responsabbiltà u l-parteċipazzjoni għan-nisa u l-irġiel.

Fl-istadju tal-iskrinjar , is-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni jenħtieġ li:

Jidentifika l-probabbiltà li l-proġett ikollu impatti sinifikanti li jistgħu jaffettwaw lin-nisa u lill-bniet b’mod sproporzjonat, jew li jġibu magħhom riskji speċifiċi għall-ġeneru jew normi soċjali diskriminatorji abbażi tal-ġeneru;

Jidentifika l-probabbiltà li l-proġett ikollu impatti sinifikanti relatati mad-diskriminazzjoni bbażata fuq il-ġeneru u/jew mal-Vjolenza u l-Fastidju Abbażi tal-Ġeneru (GBVH), jiġifieri inklużi lmenti fil-passat relatati ma’ dawn l-aspetti, kopertura negattiva fil-midja/minn NGOs dwar il-proġett u/jew il-promotur tal-proġett;

Tikkunsidra l-kapaċità tal-promotur tal-proġett biex jimmaniġġjahom b’mod xieraq f’każ ta’ riskji identifikati.

Il-protezzjoni tal-wirt kulturali

L-għan ġenerali taħt dan l-aspett huwa li tingħata għajnuna fil-konservazzjoni tal-wirt kulturali fil-kuntest tal-proġetti ta’ InvestEU, li l-wirt kulturali jiġi protett minn impatti avversi ta’ attivitajiet ta’ proġett billi jiġu promossi l-valutazzjoni u l-immaniġġjar tal-impatt fuq il-wirt kulturali, kif ukoll li jitrawmu sensibilizzazzjoni u apprezzament tal-wirt kulturali, fejn rilevanti u fattibbli. Għalhekk, il-promotur tal-proġett se jkollu responsabbiltajiet fil-ġestjoni tal-wirt kulturali. Dawn ir-responsabbiltajiet se jirrikjedu li l-promotur tal-proġett jieħu azzjonijiet biex jidentifika, jivvaluta, jieħu u jimplimenta deċiżjonijiet dwar l-impatt fuq il-wirt kulturali minn operazzjonijiet appoġġati mill-Fond InvestEU.

Fl-istadju tal-iskrinjar , is-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni jenħtieġ li:

Jidentifikaw l-probabbiltà li l-proġett ikollu impatt fuq il-wirt kulturali tanġibbli u/jew intanġibbli, inkluż f’termini ta’ sinifikanza tal-wirt kulturali;

Jikkunsidraw il-kapaċità tal-promotur tal-proġett li jimmaniġġja kwalunkwe impatt identifikat fuq il-wirt kulturali u jikkonsultaw lill-partijiet ikkonċernati rilevanti f’każ ta’ impatti identifikati;

Tittieħed f’kunsiderazzjoni l-opinjoni tal-awtorità kompetenti responsabbli għall-wirt kulturali bħala parti mid-dokumentazzjoni ta’ permess (jekk tkun disponibbli f’dan l-istadju).

Akkwist u esproprjazzjoni tal-art

L-għan ġenerali taħt dan l-aspett soċjali huwa li jiġu promossi d-drittijiet għal abitazzjoni adegwata, għal standards tal-għajxien adegwati u għall-proprjetà ta’ persuni spostati, kif ukoll li jiġu mmaniġġjati l-impatti avversi li jirriżultaw mit-telf tal-assi tagħhom, jew l-aċċess għall-assi u/jew restrizzjonijiet fl-użu tal-art. Fi proġetti fejn l-ispostament fiżiku jew ekonomiku tal-persuni huwa meħtieġ, il-promotur tal-proġett se jkun mistenni jikkonforma mal-leġiżlazzjoni nazzjonali jew reġjonali applikabbli dwar l-akkwist tal-art u/jew l-esproprjazzjoni. Il-promotur tal-proġett se jkun mistenni jikkonforma wkoll mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE (primarjament l-Artikolu 17), il-Karta Soċjali Ewropea (primarjament l-Artikoli 31 u 34 (3)), u l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali Nru 19. Se tingħata attenzjoni speċjali fi proġetti li jeħtieġu l-ispostament ta’ persuni li jkunu qed jokkupaw jew li b’xi mod ieħor ikunu qed jużaw art jew assi mingħajr titolu formali, bħal persuni li jgħixu fil-bassifondi, persuni li jgħixu f’postijiet abbandunati, jew gruppi vulnerabbli oħra.

Fl-istadju tal-iskrinjar , is-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni jenħtieġ li jidentifika:

Il-probabbiltà li proġett ikun jeħtieġ akkwist u esproprjazzjoni tal-art;

Il-probabbiltà li proġett ikun jeħtieġ spostament, jew li jaffettwa l-użu tal-art minn detenturi informali ta’ titoli jew minn utenti informali tal-art.

Involviment tal-partijiet ikkonċernati  (101)

L-għan kumplessiv taħt dan l-aspett soċjali se jkun li jiġi promoss involviment effettiv u inklużiv tal-partijiet ikkonċernati, bħala mod kif jiġi ggarantiti d-drittijiet għal: (i) l-aċċess għal informazzjoni ambjentali; (ii) il-parteċipazzjoni tal-pubbliku fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet; u (iii) l-aċċess għall-ġustizzja (102). Jenħtieġ li dan l-involviment ikun proporzjonali għan-natura u l-iskala tal-proġett u għall-impatti u r-riskji potenzjali tal-proġett. Il-promotur se jkun mistenni jappoġġa lill-awtoritajiet kompetenti fit-twettiq tal-proċess rilevanti ta’ parteċipazzjoni pubblika, inkluż f’kuntest transfruntier.

Fl-istadju tal-iskrinjar , is-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni jenħtieġ li:

Jidentifika l-probabbiltà li l-proġett jista’ jkun iġib miegħu riskji sinifikanti għar-reputazzjoni, oppożizzjoni mill-komunitajiet lokali, jew kwistjonijiet relatati mal-legat (eż. kawża fil-qrati, ilment(i), protesta u/jew skrutinju minn Organizzazzjoni tas-Soċjetà Ċivili li jkunu għadhom għaddejjin jew mistennija)

Titqies il-kapaċità tal-promotur tal-proġett li jimplimenta involviment adegwat tal-partijiet ikkonċernati, kif rilevanti, u/jew biex jappoġġa lill-awtoritajiet kompetenti fit-twettiq tal-proċess ta’ parteċipazzjoni pubblika, fil-każ ta’ riskji identifikati;

Abbażi tal-impatti u r-riskji ambjentali u soċjali identifikati, iqis il-livelli ta’ involviment tal-partijiet ikkonċernati, inkluż id-divulgazzjoni ta’ informazzjoni dwar il-proġett, il-konsultazzjoni u l-aċċess għall-ilmenti, li aktarx ikunu meħtieġa għall-proġett, jew f’każ ta’ proġetti avvanzati, l-involviment tal-partijiet ikkonċernati sa dik id-data.

2.4.4.   Kategorizzazzjoni tar-riskju soċjali

Bħala riżultat tal-proċess ta’ skrinjar, u abbażi tal-impatti soċjali identifikati permezz ta’ dan il-proċess, is-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni jenħtieġ li jkunu jistgħu jiddeterminaw il-livelli ta’ riskju soċjali għall-proġett propost. Fid-determinazzjoni tal-livelli ta’ riskju soċjali, is-sieħeb inkarigati mill-implimentazzjoni jenħtieġ li jqis ukoll il-kapaċità tal-promoturi tal-proġetti biex jimmitigaw l-impatti u r-riskji soċjali identifikati.

Dan l-iskrinjar inizjali jenħtieġ li jindika wkoll l-aċċettazzjoni tal-proġett biex jirċievi appoġġ taħt InvestEU. Pereżempju, jekk b’riżultat tal-iskrinjar, is-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni jikkonkludi li l-proġett propost kieku jkollu xi impatti permanenti sinifikanti li ma jistgħux jiġu mmitigati u kkumpensati, u jġib miegħu riskji soċjali residwi għoljin ħafna, il-proġett ma jkunx aċċettabbli għal finanzjament taħt InvestEU. It-tabella hawn taħt tagħti stampa ġenerali tal-metodu ta’ kategorizzazzjoni għar-riskji soċjali qabel l-applikazzjoni ta’ kwalunkwe miżura ta’ mitigazzjoni.

Tabella 4

Kategorizzazzjoni tar-riskju soċjali

Kategorija tar-riskju

Definizzjoni

Eżempji ta’ tipi ta’ impatti u riskji

Implikazzjonijiet potenzjali għall-verifika

Riskju baxx

Ma hemmx, jew hemm biss impatti soċjali negattivi temporanji negliġibbli, jew xi impatti soċjali negattivi permanenti iżda mingħajr ħsara sinifikanti, li l-effetti tagħhom jistgħu jiġu mitigati bis-sħiħ.

Il-proġett ma jaffettwa lil ebda persuna u/jew grupp vulnerabbli jew lil numru żgħir ħafna ta’ persuni u/jew gruppi vulnerabbli.

Il-proġett ma jġorr l-ebda riskju sinifikanti tax-xogħol.

Ir-riskju għas-saħħa u s-sikurezza huwa minimu.

L-Impenn tal-Partijiet Ikkonċernati mwettaq sa issa kien xieraq u ma ġie identifikat l-ebda riskju.

Operazzjoni ta’ dan it-tip ma tkunx teħtieġ aktar provi.

Riskju medju

L-impatti soċjali jistgħu jiġu identifikati faċilment iżda l-miżuri ta’ rimedju u/jew ta’ mitigazzjoni huma mistennija li jnaqqsu jew jillimitaw l-effetti avversi ewlenin.

Il-proġett jeħtieġ l-ispostament ta’ residenti informali jew ta’ utenti tal-art fejn l-ispostament għandu impatti ta’ daqs limitat u dan huwa indirizzat minnufih permezz ta’ miżuri ta’ mitigazzjoni.

Il-proġett jaffettwa b’mod negattiv u direttament lil persuni vulnerabbli, fejn l-impatti potenzjali huma limitati u indirizzati minnufih permezz ta’ miżuri ta’ mitigazzjoni.

Ir-riskju għas-saħħa u s-sikurezza huwa medju.

Il-proġett aktarx li jkollu impatti fuq il-wirt kulturali li se jeħtieġu miżuri ta’ mitigazzjoni xierqa.

Operazzjoni ta’ dan it-tip tista’ tkun teħtieġ xi miżuri addizzjonali ta’ valutazzjoni u/jew immaniġġjar għall-impatti u r-riskji identifikati; Tista’ tattira wkoll kundizzjonijiet kuntrattwali soċjali speċifiċi, u teħtieġ monitoraġġ regolari u/jew rappurtar dwar il-kwistjonijiet soċjali identifikati.

Riskju għoli

Jista’ jkun hemm impatti soċjali sinifikanti, avversi u/jew fit-tul ħafna li s-severità tagħhom ma tistax tiġi ddeterminata faċilment fl-istadju tal-iskrinjar.

Il-proġett jeħtieġ l-ispostament ta’ residenti informali jew ta’ utenti tal-art fejn l-ispostament għandu impatti ta’ daqs sinifikanti u dan jeħtieġ miżuri ta’ mitigazzjoni xierqa.

Il-proġett għandu impatti negattivi diretti sinifikanti fuq persuni vulnerabbli li se jeħtieġu miżuri ta’ mitigazzjoni xierqa.

Il-proġett aktarx li jkollu impatti sinifikanti fuq Popli Indiġeni (eż. impatti fuq l-art, l-abitazzjonijiet, l-għajxien jew il-wirt kulturali tagħhom).

Minħabba l-kuntest tal-pajjiż, tas-settur, tal-promotur, tal-kuntrattur jew tal-katina ta’ provvista (103), hemm riskji ta’ tħaddim tat-tfal, ta’ xogħol furzat, ta’ diskriminazzjoni u/jew ta’ restrizzjonijiet għal-libertà ta’ assoċjazzjoni jew riskji oħra ta’ ksur tad-drittijiet fundamentali tax-xogħol.

Ir-riskju għas-saħħa u s-sikurezza huwa għoli.

Il-proġett se jwassal għall-qerda permanenti ta’ sit ta’ patrimonju.

Il-proġett iġib miegħu riskju sinifikanti għar-reputazzjoni (eż. każ tal-qorti, ilment(i), protesta u/jew skrutinju minn OSĊ li jkunu għadhom għaddejjin jew mistennija).

Operazzjoni ta’ dan it-tip ġeneralment tkun teħtieġ miżuri ta’ valutazzjoni u mmaniġġjar ulterjuri xierqa għall-impatti u r-riskji identifikati. Tista’ tattira wkoll kundizzjonijiet kuntrattwali soċjali speċifiċi, u teħtieġ monitoraġġ regolari u/jew rappurtar dwar il-kwistjonijiet soċjali identifikati.

M/A

Il-livell ta’ sinifikanza tal-impatti jew tar-riskji soċjali mhuwiex aċċettabbli

Il-proġetti huma marbuta mal-użu minn tħaddim tat-tfal, u minn xogħol furzat jew obbligat.

Il-proġett jista’ jirriżulta fil-limitazzjoni tad-drittijiet u tal-libertà individwali ta’ persuni, jew fil-ksur tad-drittijiet tal-bniedem.

Operazzjoni ta’ dan it-tip tinstab inaċċettabbli għal finanzjament taħt InvestEU.

Abbażi tal-livell ta’ riskju soċjali tal-proġett iddeterminat skont il-metodoloġija ppreżentata hawn fuq, is-sħab inkarigat mill-implimentazzjoni se jkollhom iqisu l-progress lejn l-istadju ta’ verifika, kif iddettaljat fit-taqsima li jmiss, u jimplimentaw l-azzjonijiet li ġejjin:

i.

Proġetti b’riskju soċjali għoli

Hija meħtieġa valutazzjoni fil-fond tal-impatti u r-riskji soċjali identifikati, u jistgħu jkunu meħtieġa miżuri ta’ mitigazzjoni jew ta’ rimedju:

Is-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni jidentifika r-rekwiżiti legali applikabbli u jiżgura li l-promotur tal-proġett ikun konxju u jieħu l-passi kollha meħtieġa biex jikseb il-permessi u l-awtorizzazzjonijiet kollha eċċ., kif ukoll jaġixxi f’konformità mal-liġi nazzjonali u mal-istandards internazzjonali.

Is-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni jidentifika r-riskji soċjali potenzjalment sinifikanti, il-partijiet ikkonċernati li se jiġu affettwati mill-proġett, l-awtoritajiet kompetenti li għandhom jiġu kkuntattjati/kkonsultati:

a.

Jiżgura li l-involviment tal-partijiet ikkonċernati, inkluża l-konsultazzjoni pubblika, tkun saret f’konformità mar-rekwiżiti legali, u li d-dokumentazzjoni relatata tkun disponibbli għall-pubbliku, kif applikabbli;

b.

Skont il-fażi li fiha l-proġett jkun jinsab il-proġett (disinn bikri jew diġà ngħata permess) – jistgħu jiġu rrakkomandati modifiki fid-disinn jew miżuri ta’ mitigazzjoni kif deskritt fit-taqsima li ġejja;

Il-promotur tal-proġett huwa responsabbli biex iwettaq il-VIA, fejn rilevanti, jew kwalunkwe studju ieħor meqjus neċessarju mis-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni.

Jistgħu jiġu inklużi patti fil-kuntratt ta’ finanzjament, l-iżborżi jistgħu jkunu kundizzjonati billi jiġu riċevuti l-permessi u l-awtorizzazzjonijiet meħtieġa, billi ssir l-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ mitigazzjoni maqbula, eċċ.

ii.

Proġetti b’riskju soċjali medju

Għal dawn il-proġetti se tkun meħtieġa valutazzjoni limitata abbażi taż-żoni fejn ikunu ġew identifikati impatti speċifiċi. Xorta waħda jista’ jkun meħtieġ ċertu livell ta’ miżuri ta’ rimedju/mitigazzjoni, iżda l-iskala hija mnaqqsa għal interventi puntwali:

a.

Is-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni jidentifika r-rekwiżiti legali applikabbli u jiżgura li l-promotur ikun konxju u jieħu l-passi kollha meħtieġa biex jikseb il-permessi u l-awtorizzazzjonijiet kollha, inkluża t-tħejjija tar-rapport dwar il-VIA kif rilevanti eċċ.;

b.

Għadha meħtieġa valutazzjoni soċjali għall-oqsma rilevanti;

c.

Jistgħu jkunu meħtieġa studji speċifiċi mis-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni għall-impatti puntwali identifikati;

d.

Miżuri puntwali ta’ mitigazzjoni/rimedju xorta jistgħu jiġu identifikati u s-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni jista’ jagħti parir lill-promotur tal-proġett dwar l-implimentazzjoni tagħhom.

iii.

Proġetti b’riskju soċjali baxx

Dawn il-proġetti huma eżentati mill-analiżi fil-fond u mill-verifika ulterjuri tad-dimensjoni soċjali. Huma jistgħu jipproċedu għall-pass li jinvolvi l-konsiderazzjoni tal-lista ta’ kontroll tal-aġenda pożittiva.

2.4.5.   Verifika soċjali (104)

Ladarba l-iskrinjar ta’ InvestEU jiddetermina li proġett ikollu impatt soċjali li jeħtieġ eżami aktar mill-qrib, id-dimensjoni soċjali trid tkun suġġetta għal valutazzjoni tal-verifika tas-sostenibbiltà. Fi kliem ieħor, il-verifika se titwettaq biss għall-aspett(i) identifikat(i) li jkun(u) se jintlaqat/tu b’mod sinifikanti mill-operazzjoni appoġġata. F’konformità mal-Artikolu 8(5) tar-Regolament InvestEU, jekk is-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni jikkonkludi li ma għandhiex titwettaq verifika tas-sostenibbiltà, dan irid jipprovdi ġustifikazzjoni lill-Kumitat tal-Investiment.

Il-promotur tal-proġett/ir-riċevitur finali jenħtieġ li jiżgura li l-istandards tal-UE u dawk internazzjonali applikabbli fis-seba’ oqsma msemmija fil-Kapitolu 2.4.2 jittieħdu inkunsiderazzjoni b’mod adegwat fit-tfassil tal-proġett, għal proġetti ġodda u għal proġetti f’fażi ta’ żvilupp bikri. Jenħtieġ li l-impatti jiġu vvalutati u l-ġestjoni tagħhom għandha tiġi integrata ma’ komponenti oħra ta’ valutazzjoni ambjentali u/jew soċjali, sabiex jiġi appoġġat approċċ olistiku u komprensiv għall-immaniġġjar tar-riskju (sa fejn ikun possibbli).

Il-fatturi ta’ influwenza tal-proġett li għandhom jitqiesu f’tali impriża (għalkemm mhumiex eżawrjenti) jinkludu:

il-kapaċità tal-promotur tal-proġett biex jimmaniġġja l-impatti identifikati u l-istandards u l-prattiki interni relatati;

is-severità tal-impatt iddefinita bħala funzjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni (jiġifieri t-tip ta’ impatt), l-iskala (jiġifieri l-għadd ta’ persuni affettwati u d-durata tal-effetti) u l-grad ta’ rimedju (jiġifieri sa liema punt l-impatt jista’ jiġi evitat jew immitigat);

ir-rekord tal-kuntratturi u tal-fornituri pubbliċi/privati tas-sigurtà assoċjati mal-proġett;

kwistjonijiet possibbli ta’ legat.

Il-proġetti identifikati bħala li għandhom riskji soċjali medji u għoljin se jkunu soġġetti għal aktar protezzjoni kontra l-istess aspetti soċjali, bil-ħsieb ta’:

(i)

it-twettiq ta’ valutazzjoni tal-impatt ulterjuri xierqa jew studji rilevanti; u/jew

(ii)

l-iżvilupp ta’ miżuri ta’ mitigazzjoni xierqa għal dawk l-impatti li ġew identifikati fl-istadju tal-iskrinjar.

Il-verifika soċjali bbażata fuq l-aspetti soċjali se titwettaq kif ġej:

Kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-ħaddiema. Taħt dan l-aspett, is-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni se jivverifika li l-proġett għandu s-sistemi rilevanti fis-seħħ biex jiġi żgurat ir-rispett tar-regoli rilevanti tal-UE u dawk internazzjonali li japplikaw għall-kundizzjonijiet tax-xogħol u tax-xogħol. Jekk ikun hemm xi riskji u impatti potenzjalment sinifikanti relatati mad-drittijiet tax-xogħol individwali u/jew kollettivi tal-ħaddiema tal-proġett, ikun jenħtieġ li titwettaq valutazzjoni ulterjuri xierqa u jenħtieġ li stabbiliti miżuri xierqa ta’ mitigazzjoni. Għal proġetti identifikati bħala li għandhom riskji tax-xogħol għoljin, is-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni jista’ jeħtieġ mingħand il-promotur tal-proġett ir-rapporti jew l-opinjoni l-aktar reċenti maħruġa mill-ispettorat tax-xogħol nazzjonali, jekk disponibbli, l-użu minn valutazzjonijiet tax-xogħol matul it-tħejjija tal-proġett jew awditi tax-xogħol regolari matul l-implimentazzjoni tal-proġett.

Jekk il-valutazzjonijiet jikkonfermaw l-impatti u r-riskji potenzjali, jenħtieġ li l-promotur tal-proġett jieħu miżuri biex jirrimedja għal dawn. Skont iż-żona affettwata, il-promotur tal-proġett jista’ jkollu jistabbilixxi proċeduri biex jiżgura li d-drittijiet kuntrattwali tal-ħaddiema jkunu stabbiliti u rispettati sew, li jkunu jeżistu mekkaniżmi ta’ disputi, u li tkun teżisti sistema ta’ komunikazzjoni tajba biex il-ħaddiema li jaċċessaw mekkaniżmi disponibbli.

B’mod speċifiku, is-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni se jqis jekk il-promotur tal-proġett ikollux stabbiliti proċeduri interni proporzjonali għad-daqs u t-tip tal-proġett, kif rilevanti, fir-rigward ta’:

Politiki dwar ir-Riżorsi Umani, eż. l-adozzjoni u ż-żamma ta’ politiki bil-miktub dwar ir-riżorsi umani u sistemi jew proċeduri ta’ mmaniġġjar li jkopru, fost oħrajn, ir-riskji relatati mat-tħaddim tat-tfal u max-xogħol furzat;

Linji Gwida dwar in-Nondiskriminazzjoni u l-Opportunitajiet Indaqs, jiġifieri deċiżjonijiet dwar l-impjieg abbażi ta’ karatteristiċi personali mhux relatati mar-rekwiżiti ta’ impjieg inerenti, bħall-ġeneru, ir-razza, in-nazzjonalità, l-opinjoni politika, l-istatus ta’ migrant, l-affiljazzjoni ma’ unjoni, l-oriġini etnika, soċjali jew indiġena, ir-reliġjon jew it-twemmin, l-istat ċivili jew familjari, id-diżabbiltà, l-età, l-orjentazzjoni sesswali jew l-identità tal-ġeneru;

L-eżistenza ta’ mekkaniżmi għas-soluzzjoni tat-tilwim jew ta’ mezzi alternattivi li jippermettu li l-ħaddiema jqajmu tħassib dwar il-post tax-xogħol.

Eżempji ta’ verifika dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-ħaddiema

Impatti u riskji identifikati

Eżempji ta’ valutazzjoni ulterjuri possibbli jekk jiġu identifikati r-riskji

Eżempji ta’ miżuri ta’ mitigazzjoni potenzjali jekk jiġu identifikati r-riskji

Riżorsi Umani, forza tax-xogħol u arranġamenti kuntrattwali

Għadd kbir ta’ ħaddiema migranti [għajr espatrijati bi kwalifiki għolja] impjegati taħt termini u kundizzjonijiet differenti miċ-ċittadini.

Involviment tal-ħaddiema u libertà ta’ assoċjazzjoni

Hemm allegazzjonijiet (pubbliċi) ta’ diskriminazzjoni jew ta’ rappreżalja kontra membri ta’ unjoni.

Forom ta’ koerċizzjoni

Id-dokumenti tal-ħaddiema jinżammu mill-impjegatur

Il-ħaddiema huma meħtieġa jħallsu tariffa għar-reklutaġġ / jew iħallsu l-ispejjeż tal-ivvjaġġar lura lill-impjegatur.

Ħaddiema żgħażagħ

Żgħażagħ taħt it-18-il sena jkunu qed jaħdmu fuq il-proġett.

Għal proġett fi stadju bikri, tista’ ssir Valutazzjoni dwaril-Ħaddiema biex jiġu identifikati u vvalutati aktar ir-riskji tax-xogħol.

Għal proġetti fi stadju ta’ implimentazzjoni, jistgħu jitwettqu Awditi dwar il-Ħaddiema f’intervalli regolari.

Miżuri ta’ mitigazzjoni xierqa biex jiġu indirizzati l-inadegwatezzi perċepiti (eż. ħaddiema migranti jkunu impjegati fuq termini ugwali bħall-ħaddiema lokali, u jiġi rreklutati b’mod ġust) u indikaturi għar-rapportar dwar it-titjib (eż. kundizzjonijiet tax-xogħol imtejba, appoġġ għal gruppi vulnerabbli).

Jista’ jkun meħtieġ li tingħata attenzjoni speċjali lill-modi kif il-kuntratturi, sottokuntratturi u/jew il-fornituri jittrattaw il-forza tax-xogħol tagħhom.

Jista’ jintlaħaq qbil dwar arranġamenti biex jiġu żgurati standards minimi aċċettabbli bejn is-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni u l-promotur tal-proġett qabel l-iżborż, u dawn jiddaħħlu fid-dokumentazzjoni kuntrattwali għas-sodisfazzjon tas-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni.

Saħħa, sikurezza u sigurtà okkupazzjonali u pubbliċi. Taħt dan l-aspett soċjali, is-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni se jivverifika jekk il-promoturi tal-proġetti/ir-riċevituri finali jipproteġux u jippromwovux is-saħħa, is-sikurezza u s-sigurtà tal-ħaddiema, billi jistabbilixxu pjanijiet u miżuri ta’ mmaniġġjar xierqa għal kundizzjonijiet tax-xogħol sikuri, tajbin għas-saħħa u siguri, kif ukoll għar-riskji għas-saħħa, is-sikurezza u s-sigurtà għal komunitajiet u konsumaturi affettwati mill-proġetti matul iċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu, kemm minn attivitajiet ta’ rutina kif ukoll minn dawk mhux ta’ rutina.

Pereżempju, jenħtieġ li s-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni jivverifika u jeħtieġu li l-promotur tal-proġett/ir-riċevitur finali jiżgura li jkun hemm tagħmir adegwat disponibbli għall-ħaddiema biex tiġi żgurata l-protezzjoni tagħhom matul l-implimentazzjoni tal-proġett, li jkun hemm stabbiliti proċeduri biex jiġu indirizzati kwistjonijiet relatati mas-saħħa u s-sikurezza, u li jkunu jeżistu mekkaniżmi għal kumpens finanzjarju, kif rilevanti.

B’mod speċifiku, is-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni se jivverifika li r-riċevitur finali jkollu stabbiliti, kif rilevanti u proporzjonali għad-daqs u t-tip tal-proġett:

Valutazzjoni tar-riskju biex jiġu evalwati t-theddid u l-impatti avversi fuq is-saħħa, is-sikurezza u s-sigurtà okkupazzjonali u pubbliċi fir-rigward tal-attivitajiet tal-proġett;

Pjan ta’ mmaniġġjar tas-saħħa, tas-sikurezza u tas-sigurtà li jkun jenħtieġ li jiġi aġġornat regolarment;

Tagħmir protettiv personali (PPE) adegwat għall-ħaddiema biex tiġi żgurata l-protezzjoni tagħhom matul l-implimentazzjoni tal-proġett. Kwalunkwe individwu preżenti fis-siti tal-proġetti, inklużi ħaddiema, viżitaturi, klijenti u sottokuntratturi, jenħtieġ li jkun mgħammar kif xieraq u b’mod liberu f’konformità mal-pjan ta’ mmaniġġjar tas-saħħa, tas-sikurezza u tas-sigurtà;

Superviżjoni soda matul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-proġett li tiggarantixxi s-saħħa, is-sikurezza u s-sigurtà tal-ħaddiema;

Organizzazzjoni ta’ reazzjoni għal emerġenzi relatati mal-attivitajiet tal-proġett f’kollaborazzjoni mal-awtoritajiet lokali u mal-komunitajiet affettwati, sabiex jittieħdu azzjonijiet effettivi f’każ ta’ sitwazzjonijiet ta’ emerġenza;

Valutazzjoni tar-riskju ta’ mard trażmissibbli, inkluż il-COVID-19, u tħejjija ta’ pjan ta’ mmaniġġjar f’każ ta’ mard tat-tip COVID identifikat matul ir-rieżami tal-proġett.

Eżempji ta’ verifika għas-Saħħa, is-sikurezza u s-sigurtà okkupazzjonali u pubbliċi

L-impatt u r-riskju identifikati

Eżempji ta’ valutazzjoni ulterjuri possibbli jekk jiġu identifikati r-riskji

Eżempji ta’ miżuri ta’ mitigazzjoni potenzjali jekk jiġu identifikati r-riskji

Impatti sinifikanti tal-proġett fuq is-saħħa tal-popolazzjoni lokali

Riskji medji jew għoljin relatati mal-OHS

Valutazzjoni tar-riskji għas-saħħa, għas-sikurezza u għas-sigurtà okkupazzjonali u/jew pubblika, kif rilevanti, fl-għamla ta’ valutazzjonijiet u rapporti indipendenti jew usa’ (bħar-rapport dwar il-VIA).

It-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-pjanijiet rilevanti ta’ mmaniġġjar tas-saħħa u s-sikurezza, inkluż bħala pjanijiet rilevanti ta’ prevenzjoni, tħejjija u reazzjoni għal emerġenza u pjanijiet ta’ prevenzjoni u trażżin tal-mard, pjanijiet ta’ mmaniġġjar tat-traffiku, ta’ mmaniġġjar tas-sigurtà u ta’ mmaniġġjar tal-influss. Tista’ wkoll tinkludi taħriġ u kodiċijiet ta’ kondotta xierqa għall-forzi tas-sigurtà u l-arranġamenti l-oħra kollha ta’ mmaniġġjar tas-sigurtà fuq il-post.

Protezzjoni u inklużjoni ta’ persuni u/jew gruppi vulnerabbli Skont dan l-aspett soċjali, is-sieħeb inkaarigat mill-implimentazzjoni se jieħu l-miżuri meħtieġa biex jidentifika u jevita riskji u impatti potenzjali li jippreżenta l-proġett fuq il-ħajjiet u l-għajxien ta’ persuni u gruppi vulnerabbli, emarġinati jew soġġetti għal diskriminazzjoni, kif ukoll ta’ Popli Indiġeni; Meta l-evitar ta’ dawn l-impatti u r-riskji ma jkunx fattibbli, flimkien mal-promotur tal-proġett, is-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni se jieħu passi biex inaqqas, jimminimizza, jimmitiga jew effettivament jikkumpensa/jirrimedja tali impatti. Jenħtieġ li din il-verifika tieħu inkunsiderazzjoni t-tip ta’ investiment propost biex jirċievi appoġġ taħt InvestEU, filwaqt li tosserva li dan huwa aktar rilevanti għal proġetti speċifiċi (bħall-infrastruttura soċjali). F’każ ta’ impatti potenzjali fuq Popli Indiġeni, is-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni se jeħtieġ li l-promoturi tal-proġetti jivverifikaw il-preżenza tagħhom f’żona ta’ proġett propost, jew inkella r-rabta kollettiva tagħhom magħha. Fil-każ tal-preżenza tagħhom, il-promoturi tal-proġetti se jistabbilixxu FPIC u jiżviluppaw pjanijiet xierqa għall-mitigazzjoni tal-impatt u għall-kumpens, inklużi mekkaniżmi ta’ kondiviżjoni tal-benefiċċji.

B’mod speċifiku, is-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni se jivverifika li r-riċevitur finali jkollu stabbiliti, kif rilevanti u proporzjonali għad-daqs u t-tip tal-proġett:

Miżuri xierqa biex jiġu evitati u/jew imminimizzati r-riskji u l-impatti avversi fuq persuni u/jew gruppi vulnerabbli, inklużi persuni b’diżabbiltà (eż. jipprovdu trattament indaqs u jevitaw u/jew jimminimizzaw l-impatti tad-diskriminazzjoni tul iċ-ċiklu tal-proġett) jittieħdu mill-promotur tal-proġett/ir-riċevitur finali;

Għal proġetti li jaffettwaw lill-Popli Indiġeni, (i) proċess tal-FPIC sodisfaċenti, (ii) pjan xieraq għall-mitigazzjoni tal-impatti u/jew għall-kondiviżjoni tal-benefiċċji mal-komunitajiet indiġeni, (iii) ftehim iffirmat li jikkonferma l-kunsens (kundizzjonali jew mhux kundizzjonali) tal-popli indiġeni għall-proġett mal-pjan assoċjat (il-pjan irid ikun realistiku u bbaġitjat kif xieraq).

Eżempji ta’ verifika għall-protezzjoni u inklużjoni ta’ persuni u/jew gruppi vulnerabbli

L-impatt u r-riskju identifikati

Eżempji ta’ valutazzjoni ulterjuri possibbli jekk jiġu identifikati r-riskji

Eżempji ta’ miżuri ta’ mitigazzjoni potenzjali jekk jiġu identifikati r-riskji

Impatti avversi sproporzjonati potenzjali li jirriżultaw minn attivitajiet ta’ proġetti u/jew ta’ faċilitajiet assoċjati fuq gruppi vulnerabbli, inkluż fuq popolazzjonijiet indiġeni;

Il-proġett jista’ jkun wieħed li jkabbar l-ostakli għall-aċċess għas-servizzi għal persuni u/jew gruppi diġà emarġinati u esklużi, bħal persuni b’diżabbiltà.

Valutazzjoni soċjali (indipendenti jew bħala parti mill-VIA) li tkopri t-tip, il-kamp ta’ applikazzjoni, in-natura u s-sinifikanza kemm tal-impatti pożittivi kif ukoll ta’ dawk negattivi tal-proġett fuq dawn il-persuni u/jew gruppi. (105)

Meta l-proġett jaffettwa l-Popli Indiġeni, tkun iġġustifikata valutazzjoni soċjali mfassla apposta għall-ispeċifiċitajiet u s-sensittivitajiet kulturali u soċjoekonomiċi tal-komunitajiet indiġeni.

Miżuri biex jiġu evitati, mminimizzati, immitigati jew rimedjati l-impatti negattivi u, kif xieraq, biex jissaħħu l-effetti pożittivi għal persuni u/jew gruppi vulnerabbli, inkluż l-identifikazzjoni ta’ opportunitajiet u azzjonijiet biex jiġu promossi modalitajiet ta’ kondiviżjoni tal-benefiċċji għall-komunitajiet affettwati, inklużi dawn il-gruppi.

Meta l-operazzjoni taffettwa l-Popli Indiġeni jenħtieġ li jkun hemm:

i)

proċess tal-FPIC sodisfaċenti,

ii)

pjan xieraq għall-mitigazzjoni tal-impatti u/jew kondiviżjoni tal-benefiċċji mal-komunitajiet tas-Sieħeb ta’ Implimentazzjoni, u

iii)

ftehim iffirmat li jikkonferma l-kunsens (kundizzjonali jew mhux kundizzjonali) tal-komunita indiġena għall-proġett mal-pjan assoċjat, li għandu jkun realistiku u bbaġitjat kif xieraq.

Ugwaljanza bejn is-sessi. Għal proġetti fejn jiġu identifikati impatti u riskji negattivi potenzjali relatati mal-ġeneru, is-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni se jirrikjedi li l-promotur tal-proġett jivvaluta aktar l-impatt potenzjali tal-investimenti kemm fuq in-nisa kif ukoll fuq l-irġiel, u b’hekk ikun possibbli li jiġu enfasizzati dawk l-inugwaljanzi prevalenti, id-differenzi fil-pagi, id-diskriminazzjoni, l-isfidi, il-vulnerabbiltajiet, u inkella r-riskji moħbija li jagħmlu ħsara li huma rilevanti għal operazzjoni.

Il-promotur tal-proġett se jkun meħtieġ ukoll jidentifika kwalunkwe azzjoni u miżura ta’ rimedju possibbli u rilevanti sensittivi għall-ġeneru biex jipprevjeni u jindirizza b’mod effettiv kwalunkwe forma ta’ vjolenza, fastidju, inkluż il-fastidju sesswali, l-isfruttament u l-abbuż (SHEA), il-vjolenza sessista (GBV), il-bullying, l-intimidazzjoni, u/jew l-isfruttament. Tali miżuri jistgħu jinkludu, iżda mhumiex limitati għal: (i) l-iżvilupp ta’ kultura organizzattiva ta’ appoġġ li tieħu r-rapporti ta’ GBV/SHEA bis-serjetà; (ii) l-aċċess għal mekkaniżmi ta’ lmentar stabbiliti għall-ħaddiema, għall-utenti tas-servizzi u għall-komunitajiet biex jirrapportaw inċidenti jew iqajmu tħassib dwar il-GBV/SHEA; u (iii) il-forniment ta’ attivitajiet ta’ taħriġ u sensibilizzazzjoni lill-impjegati u lil partijiet ikkonċernati esterni biex ikunu jistgħu jitgħallmu dwar it-tolleranza żero tal-kumpanija fil-konfront tal-GBV/SHEA, kif ukoll dwar x’jikkostitwixxi GBV/SHEA.

B’mod speċifiku, is-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni se jivverifika li l-promotur tal-proġett/ir-riċevitur finali jkollu stabbiliti, kif rilevanti u proporzjonali għad-daqs u t-tip tal-proġett:

Politiki u proċeduri biex jiġi żgurat trattament ugwali bejn in-nisa u l-irġiel, jiġu evitati l-vjolenza sessista u l-fastidju, u jiġu evitati l-forom kollha ta’ diskriminazzjoni bejn is-sessi matul iċ-ċiklu tal-proġett. Dawn il-politiki u l-proċeduri jistgħu jinkludu politika korporattiva dwar is-sessi, id-diversità u l-inklużjoni, li tkopri l-Vjolenza u l-Fastidju bbażati fuq is-Sessi (GBVH) jew bħala politika separata jew integrata f’politiki usa’;

Miżuri ta’ rispons adegwati f’każ ta’ kwalunkwe forma ta’ vjolenza, bħall-vjolenza abbażi tal-ġeneru, l-intimidazzjoni, l-isfruttament, il-bullying, il-fastidju, inkluż il-fastidju u/jew l-abbuż sesswali.

Eżempji ta’ verifika għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri

L-impatt u r-riskju identifikati

Eżempji ta’ valutazzjoni ulterjuri possibbli jekk jiġu identifikati r-riskji

Eżempji ta’ miżuri ta’ mitigazzjoni potenzjali jekk jiġu identifikati r-riskji

Il-proġett iżid il-vulnerabbiltà tan-nisa kkawżata minn ċerti problemi bħad-diskriminazzjoni, l-attitudnijiet soċjali u l-emarġinazzjoni mit-teħid ta’ deċiżjonijiet.

Diskriminazzjoni u inugwaljanza ta’ opportunità fil-forza tax-xogħol relatata mal-proġett, u r-riskju ta’ GBV/SHEA fil-kuntest tal-proġett.

Tista’ titwettaq Analiżi tal-Ġeneru biex jiġi vvalutat l-impatt li l-operazzjoni jista’ jkollha fuq nisa u rġiel u fuq ir-relazzjonijiet bejn il-ġeneri (ir-relazzjonijiet ekonomiċi u soċjali bejn l-irġiel u n-nisa li jitfasslu u jiġu rinforzati mill-istituzzjonijiet soċjali).

Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi jew dokument simili li jistabbilixxi l-interventi li jindirizzaw l-inugwaljanzi bejn il-ġeneri u jissodisfaw il-ħtiġijiet differenti tan-nisa u tal-irġiel

Pjani ta’ mmaniġġjar reattivi għal kwistjonijiet ta’ ġeneru, u l-involviment sinifikattiv tan-nisa fit-tfassil u fl-implimentazzjoni tal-proġetti,

Żvilupp ta’ sistemi, politiki u kodiċi ta’ kondotta effettivi biex jiġu mmitigati r-riskji ta’ GBV/SHEA.

Akkwist u esproprjazzjoni tal-art. Għal proġetti li jeħtieġu l-akkwist jew l-esproprjazzjoni tal-art, is-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni se jiġbor mill-promotur informazzjoni rilevanti dwar il-konformità tal-proġett mal-leġiżlazzjoni nazzjonali jew reġjonali applikabbli relatata mal-akkwist u/jew l-esproprjazzjoni tal-art, kif rilevanti.

Għal proġetti li jaffettwaw l-użu tar-riżorsi naturali - jew l-aċċess għalihom - mill-komunitajiet, is-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni jenħtieġ li jivverifika jekk dawn l-impatti jkunux ġew debitament ivvalutati u mmitigati fir-rapporti disponibbli (bħar-rapport dwar il-VIA). Jekk dawn l-impatti ma jkunux ittieħdu inkunsiderazzjoni, is-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni jenħtieġ li jitolbu lill-promoturi tal-proġetti biex iwettqu valutazzjonijiet rilevanti.

Għal proġetti li jeħtieġu l-ispostament ta’ persuni li jokkupaw art jew assi mingħajr titolu formali, bħal persuni li jgħixu fil-bassifondi jew persuni li jgħixu f’postijiet abbandunati, is-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni se jivverifika li l-promotur tal-proġett/ir-riċevitur finali jkollu stabbiliti, kif rilevanti u proporzjonali għad-daqs u t-tip tal-proġett:

Approċċ iddokumentat li abbażi tiegħu jiġi indirizzat l-ispostament, arranġamenti ta’ implimentazzjoni u monitoraġġ li għandhom jiġu adottati biex jiġi żgurat li l-proċess isir f’konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali jew reġjonali applikabbli relatata mal-akkwist u/jew l-esproprjazzjoni tal-art u mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE (l-Artikolu 17), mal-Karta Soċjali Ewropea (primarjament l-Artikolu 31 u 34(3)), u mal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali (Prinċipju 19).

Eżempji ta’ verifika għall-akkwist tal-art u r-risistemazzjoni involuntarja

L-impatt u r-riskju identifikati

Valutazzjoni ulterjuri possibbli jekk jiġu identifikati xi riskji

Miżuri ta’ mitigazzjoni potenzjali jekk jiġu identifikati xi riskji

Spostament fiżiku jew ekonomiku ta’ persuni mingħajr titolu legali tal-art, ta’ persuni li jgħixu f’postijiet abbandunati, jew ta’ persuni li jgħixu fil-bassifondi.

F’xi każijiet, jistgħu jkunu meħtieġa ċensiment (106) u stħarriġ soċjoekonomiku bażi (107) biex jiġu stabbiliti l-għadd ta’ persuni li jkunu se jiġu spostati, l-għajxien affettwat u l-proprjetà li għandha tiġi kkumpensata.

Miżuri ta’ mitigazzjoni u/jew kumpens (potenzjalment fl-għamla ta’ Pjan ta’ Azzjoni) sabiex jiġi żgurat li mill-inqas il-kundizzjonijiet tal-għajxien ta’ dawk affettwati mill-proġett jiġu restawrati, u idealment, jittejbu.

Il-wirt kulturali Taħt dan l-aspett soċjali, is-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni se jiżgura li l-promotur tal-proġett/ir-riċevitur finali jintegraw il-ġestjoni tal-wirt kulturali fl-operazzjonijiet tagħhom biex jevitaw jew itaffu l-impatti negattivi tal-proġetti/attivitajiet tagħhom fuq il-wirt kulturali. F’każ li impatti bħal dawn ma jkunux jistgħu jiġu evitati, is-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni se jintroduċi rekwiżiti biex jappoġġa l-konservazzjoni tal-wirt kulturali minn impatti negattivi fil-kuntest tal-operazzjonijiet InvestEU billi jippromwovi l-valutazzjoni u l-ġestjoni tal-impatt tal-wirt kulturali, il-kondiviżjoni ekwa tal-benefiċċji mill-użu tal-wirt kulturali u s-sensibilizzazzjoni tal-wirt kulturali u l-apprezzament tiegħu. Għall-proġetti li jkunu jeħtieġu VIA, l-impatti fuq il-wirt kulturali tanġibbli (jiġifieri riżorsi kulturali fiżiċi) jenħtieġ li jiġu ttrattati fil-proċess tal-permessi u l-informazzjoni jenħtieġ li tkun disponibbli fir-rapport dwar il-VIA.

Għal dan il-għan, is-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni se jivverifika li l-promotur tal-proġett/ir-riċevitur finali jkollu stabbilit, kif rilevanti:

Valutazzjoni tal-impatti tal-proġett fuq il-wirt kulturali tanġibbli u intanġibbli, inkluż f’termini tas-sinifikanza tal-wirt kulturali,

Opinjoni tal-awtorità kompetenti responsabbli għall-wirt kulturali u konferma li jkunu ġew ikkonsultati l-partijiet ikkonċernati rilevanti,

Miżuri ta’ mitigazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ proċedura u programm ta’ tiftix ta’ opportunitajiet.

Eżempji ta’ verifika għall-wirt kulturali

L-impatt u r-riskju identifikati

Eżempji ta’ valutazzjoni ulterjuri possibbli jekk jiġu identifikati r-riskji

Eżempji ta’ miżuri ta’ mitigazzjoni potenzjali jekk jiġu identifikati r-riskji

L-operazzjoni tinvolvi skavar, demolizzjonijiet, ċaqliq ta’ art, għargħar jew bidliet sinifikanti oħra fl-ambjent fiżiku;

L-operazzjoni tkun tinsab f’sit ta’ wirt kulturali rikonoxxut mill-pajjiż tal-operazzjoni, jew fil-viċinanzi tiegħu;

L-operazzjoni jkollha impatti negattivi fuq il-kultura, l-għarfien u l-prattiki tal-komunitajiet lokali.

Valutazzjoni esperta tas-sinifikat tal-wirt kulturali, ir-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni nazzjonali u l-konvenzjonijiet internazzjonali rilevanti, ir-riżultati tal-konsultazzjonijiet mal-komunitajiet affettwati.

Il-valutazzjoni u l-mitigazzjoni tal-impatti fuq il-wirt kulturali se jitwettqu skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-liġijiet nazzjonali u/jew lokali, ir-regolamenti u l-pjanijiet ta’ ġestjoni taż-żoni protetti, l-obbligi nazzjonali skont il-liġijiet internazzjonali u l-prattika tajba aċċettata internazzjonalment.

Miżuri ta’ mitigazzjoni xierqa sabiex jitnaqqas u jiġi mmitigat kwalunkwe impatt negattiv fuq il-wirt kulturali, flimkien mal-iskeda ta’ implimentazzjoni u l-baġit meħtieġ għal dawn il-miżuri;

Stabbiliment ta’ dispożizzjonijiet għall-immaniġġjar ta’ sejbiet imprevisti;

Proċeduri u sistemi għall-ġestjoni tal-wirt kulturali b’mod li jkun xieraq għall-kuntest operazzjonali u tal-wirt kulturali;

Integrazzjoni ta’ kunsiderazzjonijiet tal-immaniġġjar tal-wirt kulturali fil-pjanijiet u l-proċeduri operazzjonali rilevanti kollha, bħas-sistemi ta’ permessi ta’ disturb tal-art, il-politiki dwar ir-riżorsi umani, il-proċeduri tas-saħħa u s-sikurezza.

Involviment tal-partijiet ikkonċernati. Skont dan l-aspett soċjali, is-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni se jiżgura li l-proġetti proposti jkollhom stabbiliti proċessi ta’ involviment tal-partijiet ikkonċernati li jkunu proporzjonali għar-riskji ambjentali u soċjali tal-proġett. Dawn il-proċessi jenħtieġ li jkunu bbażati fuq approċċ inklużiv u sistematiku biex jinvolvu ruħhom b’mod kostruttiv mal-partijiet ikkonċernati. Is-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni se jqis jekk il-promotur tal-proġett ikunx involut mal-partijiet ikkonċernati fi stadju bikri tal-proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet ambjentali, meta l-għażliet kollha jkunu għadhom possibbli, biex jippermetti l-kontribut sinifikattiv tagħhom u biex jiżgura li l-opinjonijiet, l-interessi u t-tħassib tagħhom jittieħdu inkunsiderazzjoni biex jinkiseb l-aqwa riżultat.

Għal proġetti b’rekwiżiti legali għall-parteċipazzjoni pubblika, jenħtieġ li s-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni jiġbor informazzjoni dwar id-djalogu li jkun għadu għaddej jew li jkun ippjanat bejn il-promotur, il-komunitajiet affettwati u partijiet interessati oħra tul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-proġett.

Proġetti li jkunu partikolarment kumplessi jew li jġibu magħhom riskji sinifikanti jistgħu jappellaw għall-istabbiliment ta’ pjan għall-involviment tal-partijiet ikkonċernati (SEP) jew proċess dokumentat ekwivalenti biex jiġu identifikati l-partijiet ikkonċernati prinċipali u jiġu stabbiliti l-forom u l-livelli ta’ involviment xierqa.

B’mod speċifiku, is-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni se jivverifika li l-promotur tal-proġett/ir-riċevitur finali jkollu stabbiliti, kif rilevanti u proporzjonali għall-kamp ta’ applikazzjoni u għall-impatti tal-proġett:

Evidenza li l-informazzjoni rilevanti tiġi ddivulgata f’waqtha jew elettronikament jew b’mezzi xierqa oħra, li jippermetti lill-pubbliku jaċċessa din l-informazzjoni faċilment u b’mod effettiv. Din l-informazzjoni tinkludi l-għan tal-proġett, ir-riskji, l-impatti avversi u l-opportunitajiet tiegħu, il-proċess ta’ involviment tal-partijiet ikkonċernati, il-mekkaniżmu ta’ lmentar u, jekk meħtieġ, il-konsultazzjonijiet pubbliċi previsti.

Arranġamenti dettaljati għall-proċess ta’ konsultazzjoni, inkluż f’kuntest transfruntier, fejn applikabbli.

Sommarju tar-riżultati tal-proċess ta’ konsultazzjoni ġenerali u kif dawk ir-riżultati ġew inkorporati jew indirizzati b’xi mod ieħor, kif rifless fid-deċiżjoni/jiet mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti li jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fil-qafas legali tal-UE;

SEP jew proċess dokumentat ekwivalenti biex jiġu stabbiliti l-istrateġiji għall-involviment mal-partijiet ikkonċernati. Jenħtieġ li dan id-dokument jiġi aġġornat matul l-implimentazzjoni tal-proġett jekk ikun hemm xi tibdil.

Disponibbiltà ta’ mekkaniżmu ta’ lmentar effettiv biex il-partijiet ikkonċernati jkunu jistgħu jqajmu l-preokkupazzjonijiet tagħhom, kif ukoll biex jiġi żgurat proċess tajjeb ta’ indirizzar tal-ilmenti, inklużi miżuri ta’ kunfidenzjalità u protezzjoni meta jkun meħtieġ.

Miżuri ppjanati biex tiġi eżaminata kwalunkwe dikjarazzjoni ta’ atti illegali jew abużivi li jaffettwaw lill-partijiet ikkonċernati. Jenħtieġ li jittieħdu miżuri xierqa, inkluż, meta jkun neċessarju, rapport lill-awtoritajiet kompetenti sabiex tiġi evitata kwalunkwe rikorrenza.

Eżempji ta’ verifika għall-involviment tal-partijiet Ikkonċernati

L-impatt u r-riskju identifikati

Eżempji ta’ valutazzjoni ulterjuri possibbli jekk jiġu identifikati r-riskji

Eżempji ta’ miżuri ta’ mitigazzjoni potenzjali jekk jiġu identifikati r-riskji

Impatti ambjentali u/jew soċjali sinifikanti li jeħtieġu divulgazzjoni ta’ informazzjoni dwar il-proġett u/jew parteċipazzjoni pubblika;

L-operazzjoni ġġib magħha riskji kbar għar-reputazzjoni, ġibdet lejha oppożizzjoni minn komunitajiet lokali, jew hija affettwata minn kwistjonijiet relatati mal-legat.

Lil hinn mir-rekwiżiti legali, prassi tajba tkun li titwettaq Analiżi tal-Partijiet Ikkonċernati sabiex jiġu identifikati, analizzati, u ddokumentati l-partijiet ikkonċernati differenti, kemm dawk li huma/jew li aktarx jiġu affettwati direttament jew indirettament, b’mod pożittiv jew negattiv, mill-proġett kif ukoll dawk li jistgħu jkollhom interess fil-proġett jew li jistgħu jinfluwenzawh (partijiet interessati oħra). Dan jista’ jsir bħala parti mill-proċess tal-VIA.

Għal proġetti kumplessi u riskjużi, Pjan għall-Involviment tal-Partijiet Ikkonċernati (SEP) jew dokument ekwivalenti li jiddeskrivi l-proċess sħiħ ta’ involviment tal-partijiet ikkonċernati għall-proġett, jispeċifika l-attivitajiet, jiddeskrivi r-rwoli, ir-riżorsi u l-iskeda ta’ żmien, u jservi bħala dokument ta’ gwida tul iċ-ċiklu tal-proġett.

Mekkaniżmu ta’ lmentar fil-livell tal-proġett biex jiġu riċevuti u jiġi ffaċilitat ir-rimedju għat-tħassib u l-ilmenti tal-partijiet ikkonċernati tul iċ-ċiklu tal-proġett.

2.4.6.   Aġenda pożittiva

L-objettiv tal-proċess attwali ta’ verifika tas-sostenibbiltà huwa li jiġi żgurat li l-proġetti li għandhom jiġu appoġġati taħt InvestEU jiġu skrinjati b’mod adegwat bl-użu ta’ sett minimu ta’ kriterji soċjali. Dan il-proċess se jiġi implimentat f’kuntest varjat ħafna, bil-promoturi tal-proġetti u l-kontropartijiet finanzjarji japplikaw livelli differenti ta’ valutazzjoni soċjali u bi proġetti li jippreżentaw kumplessità diversa ta’ kwistjonijiet soċjali.

Il-kriterji soċjali jiffukaw fuq l-identifikazzjoni, il-valutazzjoni u l-ġestjoni tal-impatti negattivi potenzjali. Madankollu, huwa rrakkomandat ħafna li l-promoturi tal-proġetti jikkunsidraw ukoll il-lista ta’ kontroll pożittiva tal-aġenda għal azzjonijiet potenzjali li jistgħu jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-effetti pożittivi tal-proġett. L-użu tal-lista ta’ kontroll għall-aġenda pożittiva tkun pass voluntarju rrakkomandat ħafna fix-xenarji kollha (jiġifieri proġetti taħt u ogħla mis-soll u fil-kategoriji kollha tar-riskju). L-użu tal-lista ta’ kontroll pożittiva jġib punteġġ addizzjonali għall-operazzjoni (108).

L-aġenda pożittiva tiffoka fuq it-tliet elementi ewlenin li ġejjin:

Ugwaljanza bejn il-ġeneri u tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa: Il-promoturi tal-proġetti/ir-riċevituri finali, f’kooperazzjoni mas-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni, huma mħeġġa jqisu l-ippjanar u t-tfassil ta’ proġetti b’attenzjoni mogħtija għall-ħtiġijiet differenti tan-nisa, tal-irġiel, tal-bniet u tas-subien. L-ippjanar u t-tfassil ta’ proġetti b’dan il-mod iwasslu għal operazzjonijiet aħjar u aktar sostenibbli li jtejbu l-ħajja ta’ aktar nies, li jkollhom effett multiplikatur sinifikanti. Dan il-fokus fuq il-ġeneru jżid l-aċċess għal u l-użu minn assi u servizzi pprovduti mill-investimenti, u b’hekk iżid ir-redditi soċjali.

Pereżempju, l-attenzjoni għall-ġeneru fis-settur tat-trasport tista’ tikkontribwixxi għal impatt akbar. Vjaġġi twal lejn ix-xogħol, li ma jkunux affidabbli jew mhux sikuri jżommu lin-nisa ’l bogħod minn impjiegi formali b’paga aħjar li għandhom it-tendenza li jkunu jinsabu f’ċentri kummerċjali u tan-negozju, u minflok jimbuttahom lejn impjiegi fis-settur informali jew part-time b’paga aktar baxxa li jkunu eqreb id-dar. F’dan il-każ, il-konsiderazzjoni tal-kwistjonijiet tas-sessi żżid l-użu tas-servizzi tat-trasport u tagħmel dawn is-servizzi aktar effettivi. Jagħti wkoll aktar għażliet ta’ impjieg lin-nisa. B’mod simili, fis-settur tal-ilma, hemm ħafna evidenza li l-parteċipazzjoni tan-nisa bħala maniġers tal-provvista lokali tal-ilma u bħala dawk li jxerrdu mġiba tajba fis-sanità jikkontribwixxu għal sistemi sostenibbli ta’ provvista tal-ilma u ta’ sanità.

Id-diversità fil-forza tax-xogħol u l-parteċipazzjoni tan-nisa fit-teħid ta’ deċiżjonijiet korporattivi jista’ jkollhom influwenza sinifikanti fuq il-prestazzjoni tan-negozji u fuq ir-redditi fuq l-investimenti. Kumpaniji b’diversità akbar bejn is-sessi huma aktar probabbli li jkollhom redditi finanzjarji ogħla mill-medji tal-industrija nazzjonali fis-settur tagħhom. L-evidenza tissuġġerixxi wkoll li n-negozji u l-pajjiżi jirnexxu l-aktar meta jkunu jistgħu jisfruttaw bl-aħjar mod l-innovazzjoni u l-kreattività kemm tan-nisa kif ukoll tal-irġiel.

Speċifikament, jenħtieġ li s-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni jikkunsidraw li jappoġġaw:

Proġetti li l-intenzjoni primarja tagħhom tkun li jindirizzaw disparità rikonoxxuta bejn il-ġeneri jew li l-benefiċjarji tagħhom ikunu nisa b’mod sproporzjonat (eż. klinika tas-saħħa riproduttiva, jew appoġġ lill-bdiewa nisa biex jaċċessaw il-kreditu);

Settur li se jkollu impatt trasformattiv fuq l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-iffrankar tal-ħin għan-nisa (eż. l-ekonomija tal-kura, ir-riċerka fil-kanċer ċervikali);

L-integrazzjoni tal-karatteristiċi tad-disinn fi proġetti ta’ infrastruttura biex jiġi żgurat l-aċċess ugwali għan-nisa u l-irġiel (eż. rotot u skedi tal-karozzi tal-linja adattati għat-tendenzi u l-ħtiġijiet tal-ivvjaġġar tan-nisa, ippjanar arkitettoniku jew urban sensittiv għall-ġeneru);

Il-ħolqien ta’ impjiegi għan-nisa, kemm dirett kif ukoll indirett. Dan jinkludi miżuri speċjali biex in-nisa jiġu attirati lejn il-forza tax-xogħol jew biex is-segregazzjoni okkupazzjonali tinqasam fil-livell tal-promotur u/jew matul it-tħaddim tal-proġett (eż. faċilitajiet ta’ tħaris tat-tfal, politiki dwar id-diversità li jmorru lil hinn mill-konformità ma’ leġiżlazzjoni eżistenti).

Inklużjoni soċjali: Il-promoturi tal-proġetti/ir-riċevituri finali, f’kooperazzjoni mas-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni, huma mħeġġa jqisu l-ippjanar u t-tfassil ta’ proġetti li jippromwovu l-inklużjoni soċjali u l-ugwaljanza. L-esklużjoni soċjali u l-faqar għadhom problema fl-UE (109). F’konformità mal-impenn globali għall-Aġenda 2030, kull proġett li jittrasforma l-prinċipju ta’ “ħadd ma jitħalla jibqa’ lura” f’azzjoni jakkwista punti addizzjonali.

Speċifikament, jenħtieġ li s-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni jqisu li jappoġġaw proġetti li jippromwovu:

Affordabbiltà: Servizzi jew infrastruttura affordabbli intenzjonati sabiex jintlaħqu popolazzjonijiet aktar vulnerabbli jew tiżdied l-ugwaljanza fl-aċċess (eż. nollijiet tat-trasport pubbliku / nollijiet, akkomodazzjoni soċjali, saħħa u/jew edukazzjoni fejn ikun hemm tariffi għall-utenti, kollateral għall-kreditu);

Aċċessibbiltà u Rimedju għall-Inugwaljanzi: Konnessjoni mal-utilitajiet (eż. konnessjonijiet tal-unitajiet domestiċi minn żoni soċjoekonomiċi deprivati), rimedju tal-inugwaljanzi ġeografiċi fl-aċċess għal servizzi bħas-saħħa u l-edukazzjoni, konnessjoni ta’ żoni iżolati u indirizzar ta’ diskrepanzi fil-forniment ta’ servizzi għal żoni jew gruppi mhux moqdija biżżejjed, bħal trasport mingħajr ħlas lejn l-iskejjel;

Nondiskriminazzjoni: Immirar ta’ gruppi speċifiċi li jiffaċċjaw ostakli fl-aċċess għal servizzi, stabbiliment ta’ miżuri speċifiċi biex titrawwem l-inklużjoni (eż. jingħelbu n-normi soċjali li jillimitaw l-aċċess għas-servizzi tal-kura tas-saħħa billi jiġi żgurat l-aċċess għall-professjonisti nisa), tfassil ta’ infrastruttura aċċessibbli (eż. biex ikun possibbli l-aċċess għal persuni b’diżabbiltà).

Tisħiħ tar-reżiljenza: Il-promoturi tal-proġetti/ir-riċevituri finali, f’kooperazzjoni mas-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni, huma mħeġġa jappoġġaw investimenti li se jnaqqsu l-probabbiltà ta’ skossi fil-futur u jżidu r-reżiljenza tas-soċjetà għal dawn l-iskossi meta jseħħu. Il-frekwenza u l-intensità ta’ dawn l-iskossi, inklużi l-pandemija, kriżijiet ekonomiċi globali, diżastri naturali u impatti tat-tibdil fil-klima, żdiedu matul is-snin. Jenħtieġ li l-attenzjoni fuq il-benesseri u l-inklużività tkun ċentrali għall-approċċ ta’ tisħiħ tar-reżiljenza tant meħtieġ.

Speċifikament, jenħtieġ li s-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni jikkunsidraw li jappoġġaw proġetti li jippromwovu:

Azzjoni dwar il-klima soċjalment inklużiva: Ħadd ma jitħalla jibqa’ lura billi jiġi żgurat li l-azzjoni dwar il-klima tmexxi ’l quddiem tranżizzjoni inklużiva u ġusta għal soċjetà b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju, inkluż għall-persuni l-aktar affettwati mit-tibdil fil-klima (eż. adattament għat-tibdil fil-klima, assigurazzjoni affordabbli għar-riskju tat-tibdil fil-klima, teknoloġiji intelliġenti fil-livell klimatiku għall-bdiewa, sorsi ta’ enerġija rinnovabbli mhux fuq il-grilja, eċċ.).

Reżiljenza ekonomika: Tisħiħ tal-kapaċitajiet biex ikun hemm ilqugħ kontra skossi imprevisti billi jsir investiment fl-infrastruttura f’żoni ġeografiċi b’vulnerabbiltà akbar għall-iskossi (jiġifieri oqsma b’esponiment akbar għall-iskossi u b’inqas kapaċità biex jifilħu tali skossi) jew f’dawk l-oqsma li aktarx jiġu taħt pressjoni fil-futur, u li jibnu ekosistemi sostenibbli tas-settur privat billi jinvestu fl-inklużjoni finanzjarja u fil-ħolqien tal-impjiegi.

2.4.7.   Rappurtar u monitoraġġ

Kif deskritt fil-Kapitolu 4, fi tmiem il-proċess ta’ verifika, is-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni se jkun obbligat jipprovdi lill-Kumitat tal-Investiment ta’ InvestEU sommarju tal-verifika tas-sostenibbiltà li jkopri l-elementi ewlenin li ġejjin:

Konferma tal-kontroll tal-konformità legali;

Kategorizzazzjoni tar-riskji għal proġetti ffinanzjati direttament li jkunu ogħla mis-soll, abbażi ta’ valutazzjoni tal-impatti negattivi potenzjali;

Għal proġetti b’riskju baxx, ġustifikazzjoni li ma ssirx verifika ulterjuri;

L-eżitu ta’ valutazzjoni ulterjuri fil-fażi tal-verifika, u l-produzzjoni ta’ tabella ta’ valutazzjoni soċjali;

Pjanijiet għall-immaniġġjar tar-riskji u l-impatti identifikati, jekk meħtieġ;

Sommarju tal-miżuri għat-tisħiħ tal-impatti soċjali pożittivi, jekk applikabbli.

L-istadju ewlieni li jmiss huwa l-monitoraġġ mill-promotur tal-proġett, li fil-każ tad-dimensjoni soċjali mhuwiex azzjoni waħda iżda proċess kontinwu u iterattiv. Għal din ir-raġuni, huwa essenzjali li kwistjonijiet ambjentali u soċjali jittieħdu inkunsiderazzjoni matul il-monitoraġġ ġenerali tal-proġett.

F’każ li s-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni jidentifika impatti sinifikanti li jistgħu jaffettwaw il-prestazzjoni soċjali tal-proġett, huwa jkun jista’ jirrakkomanda miżuri ta’ mitigazzjoni f’kooperazzjoni mal-promotur tal-proġett (bħal dawk ippreżentati fit-taqsimiet ta’ hawn fuq), u jkollu approvazzjoni kundizzjonata tal-operazzjoni. Jistgħu wkoll jiġu inklużi xi obbligi ta’ monitoraġġ fil-ftehim kuntrattwali mar-riċevitur finali.

2.5.   Dispożizzjonijiet orizzontali għat-tliet dimensjonijiet

Din it-taqsima tipprovdi xi rakkomandazzjonijiet ġenerali lis-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni, li huma validi għat-tliet dimensjonijiet kollha. Dawn ir-rakkomandazzjonijiet ikopru: (i) kif tiġi ġġudikata l-kapaċità tal-promotur tal-proġett/tar-riċevitur finali biex jittratta l-aspetti klimatiċi, ambjentali u soċjali kollha deskritti f’din il-gwida; u (ii) x’tip ta’ arranġamenti kuntrattwali jista’ jipprevedi s-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni, jekk ikun meħtieġ.

2.5.1.   Kapaċità tal-promotur tal-proġett

Fil-proċess tad-diliġenza dovuta klimatika, ambjentali u soċjali, wieħed mill-fatturi essenzjali li jiddetermina s-suċċess ta’ kwalunkwe miżura jew immaniġġjar mingħajr xkiel tal-kwistjonijiet li jolqtu s-sostenibbiltà huwa l-kapaċità tal-promotur tal-proġett/tar-riċevitur finali biex jindirizza r-rekwiżiti relatati kollha. Aktar ma jkun esperjenzat promotur tal-proġett/riċevitur finali, aktar ikun probbabli li dan ikun kapaċi jindirizza l-impatti klimatiċi, ambjentali u soċjali.

Meta tkun qiegħda titqies il-kapaċità tal-promotur tal-proġett/tar-riċevitur finali, is-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni jista’ jqis l-aspetti li ġejjin (110):

Jekk il-promotur tal-proġett ikollux stabbiliti proċeduri u sistemi biex jindirizza kwistjonijiet relatati mas-sostenibbiltà, jekk jimpenjax lilu nnifsu b’mod ċar għal użu effiċjenti mir-riżorsi naturali, għar-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, għat-trattament indaqs u għal aspetti soċjali oħra;

Jekk il-promotur tal-proġett ikollux xi miri f’dan ir-rigward, jekk il-bord maniġerjali jkunx involut u jekk l-impenji jiġux rikonoxxuti fil-livell organizzazzjonali;

Jekk il-promotur tal-proġett ikollux għodod xierqa għall-implimentazzjoni tal-impenji, tal-metodi u tal-għodod biex jivvaluta l-impatti differenti, il-kapaċità li jaġixxi fuq is-sejbiet, li jimmonitorja u jirrapporta dwarhom;

Jekk il-promotur tal-proġett ikollux stabbilita Sistema ta’ Mmaniġġjar Ambjentali u Soċjali (Environmental and Social Management System - ESMS) jew ekwivalenti li tkun allinjata jew iċċertifikata skont l-EMAS jew l-ISO 14001, l-ISO 45001 jew ekwivalenti. Jekk l-ESMS tiġix awditjata;

Jekk ikunx hemm biżżejjed persunal u riżorsi finanzjarji biex jiġu indirizzati kwistjonijiet relatati mas-sostenibbiltà;

Ir-rekord fit-trattament ta’ aspetti ta’ sostenibbiltà u t-trattament mas-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni.

2.5.2   Arranġamenti kuntrattwali

Matul id-diliġenza dovuta relatata mas-sostenibbiltà, is-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni jista’ jasal għall-konklużjoni li: (i) il-promotur tal-proġett/ir-riċevitur finali jeħtieġ li jieħu miżuri addizzjonali (eż. jimplimenta ESMS, miżuri ta’ mitigazzjoni): jew (ii) xi liċenzji u permessi jistgħu jiġu ppreżentati biss fi stadju aktar tard; jew (iii) xi azzjonijiet miftiehma jeħtieġ li jiġu mmonitorjati eċċ. Jekk dan ikun il-każ, is-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni jista’ jieħu l-azzjonijiet li ġejjin:

jintroduċi klawżoli kuntrattwali u patti bil-għan li jara li jiġu implimentati l-miżuri xierqa ta’ sostenibbiltà, u li jinħarġu penali għal nuqqasijiet ta’ konformità jew nuqqas ta’ implimentazzjoni. Dawn jistgħu jirreferu għal:

Kundizzjonijiet għall-iffirmar, jiġifieri li l-aspetti pendenti jenħtieġ li jiġu ffinalizzati qabel l-iffirmar tal-kuntratt ta’ finanzjament;

Kundizzjoni għall, li jfisser li l-iżborż tal-fondi jista’ jsir biss malli jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet;

Patti speċifiċi, jiġifieri li n-nuqqas ta’ rispett ta’ impenji speċifiċi jista’ jirriżulta f’xi għamla ta’ penali li, f’riskji estremi, jistgħu saħansitra jwasslu biex il-finanzjament jiġi rtirat.

Introduzzjoni ta’ rekwiżiti ta’ monitoraġġ u rapportar għall-proġett (eż. l-implimentazzjoni ta’ miżuri preventivi, ta’ rimedju, ta’ mitigazzjoni u ta’ kumpens li abbażi tagħhom ikunu tnaqqsu/ġew eliminati/paċuti l-impatti negattivi, rapporti ta’ progress dwar l-istatus tal-implimentazzjoni ta’ miżuri differenti u dwar il-prestazzjoni tal-operazzjoni mil-lat ta’ sostenibbiltà, informazzjoni dwar kwistjonijiet relatati mat-tilwim eċċ.)

Jenħtieġ li dawn ir-rekwiżiti jiġu fformulati b’mod ċar biex jiġi evitat nuqqas ta’ ftehim rigward ir-rwoli, il-kontenut u x’inhu mistenni mill-promoturi tal-proġetti/mir-riċevituri finali.

2.6.   Evalwazzjoni ekonomika tal-operazzjonijiet

Il-valutazzjoni tal-impatti ambjentali, soċjali u klimatiċi kkawżati mill-proġett tidħol fl-evalwazzjoni ekonomika aktar komprensiva li spiss titwettaq fil-kuntest ta’ proġetti pubblikament appoġġati mill-UE.

L-evalwazzjoni ekonomika għandha l-għan li tivvaluta sa liema punt proġett ta’ investiment jikkontribwixxi għall-benesseri soċjali u għat-tkabbir ekonomiku ġenerali. Din tieħu inkunsiderazzjoni l-benefiċċji u l-kostijiet li jirriżultaw għas-soċjetà mill-proġett, u tkejjel il-valur li l-proġett jiġġenera għall-partijiet ikkonċernati kollha, biex tiddetermina jekk is-soċjetà inġenerali tibbenefikax mill-proġett.

L-evalwazzjoni ekonomika tista’ tintuża biex il-proġetti ta’ investiment jiġu kklassifikati skont il-valur soċjoekonomiku tagħhom, u tista’ tgħin fl-allokazzjoni ta’ finanzjament u riżorsi disponibbli fost għażliet differenti ta’ investimenti jew ta’ konsum. Skont id-data disponibbli u identifikabbli dwar l-ispejjeż u l-benefiċċji tal-proġett, jistgħu jintużaw għodod differenti għall-valutazzjoni ekonomika, bħall-Analiżi tal-Kost-Benefiċċju (CBA), l-Analiżi tal-Kost-Effettività (CEA), l-Analiżi tal-Kost (Least- Cost Analysis — LCA), u sa ċertu punt aktar limitat l-Analiżi ta’ Diversi Kriterji (MCA) (111).

Għall-operazzjonijiet ta’ finanzjament u investiment InvestEU, il-Kumitat tal-Investiment se jqis diversi kriterji meta jiddeċiedi dwar jekk jagħtix il-Garanzija tal-UE. Wieħed minn dawn il-kriterji se jkun il-kontribut tal-proġett għat-tkabbir sostenibbli. Ir-riżultati tal-evalwazzjoni ekonomika jistgħu jintużaw biex jiġi indirizzat dan il-kriterju. Pereżempju, meta tiġi adottata s-CBA, ir-rata ekonomika ta’ redditu (ERR) tipprovdi indikazzjoni tal-benessri ġġenerat mill-proġett. F’każijiet oħra, il-prestazzjoni ekonomika tal-proġett tista’ tiġi vverifikata mal-parametri referenzjarji.

It-taqsimiet li ġejjin jippreżentaw il-forom ewlenin u l-prattiki eżistenti ta’ valutazzjoni ekonomika. Fil-każ ta’ InvestEU, is-CBA mhux prerekwiżit u jiġu aċċettati wkoll approċċi alternattivi għall-evalwazzjoni ekonomika.

2.6.1.   Forom ta’ evalwazzjoni ekonomika

Dak tas-CBA huwa l-approċċ preferut għall-valutazzjoni ta’ proġetti ta’ investiment peress li joffri qafas analitiku robust, oġġettiv u bbażat fuq l-evidenza għall-valutazzjoni tal-proġetti. Is-CBA huwa bbażat fuq il-kwantifikazzjoni tal-flussi mistennija ta’ beneffiċji u kostijiet tal-proġett f’termini monetarji, u tipikament jintuża għall-evalwazzjoni ta’ varjetà wiesgħa ta’ investimenti pubbliċi u privati. Meta l-benefiċċji jkunu akbar mill-kostijiet, sal-punt li l-ERR mistennija taqbeż ir-rata tal-ostaklu għas-soċjetà, il-proġett jitqies ekonomikament vijabbli.

Meta tintuża s-CBA l-impatti ambjentali u klimatiċi jiġu evalwati f’termini monetarji (fejn il-monetizzazzjoni ta’ dawk l-impatti tkun possibbli u raġjonevoli) u tieħu l-għamla ta’ elementi tal-fluss tal-flus tal-analiżi (jew pożittivi jew inkella negattivi) li jidħlu fil-kalkolu tal-indikaturi tal-prestazzjoni ekonomika, inkluża l-ERR (112).

Analiżi kost-benefiċċji tipikament tkun fl-għamla ta’ tqabbil bejn xenarju “bil-proġett” u “mingħajr il-proġett”.

Is-CEA hija rrakkomandata meta jkun hemm biss eżitu wieħed ta’ proġett u dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet ikunu jixtiequ jqabblu l-opzjonijiet li jissodisfaw l-istess objettiv, anki jekk b’intensitajiet differenti, bl-irħas kost. Tipikament tintuża għal proġetti żgħar jew għal proġetti li ma jkunux unità ta’ analiżi awtonoma iżda minflok ikunu komponent meħtieġ fi ħdan investiment akbar, bħall-għażla tat-teknoloġija, ix-xiri ta’ tagħmir jew makkinarju, jew l-iżvilupp ta’ attività jew programm speċifiku. LCA tintuża meta l-għażliet jiksbu l-istess output bl-istess intensità, iżda b’kosti differenti. F’dan il-każ, dawn jitqabblu abbażi tal-ispejjeż taċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom.

Meta tintuża s-CEA (jew l-LCA), il-valutazzjoni tal-impatti ambjentali u klimatiċi spiss ma tiġix inkluża fl-analiżi ekonomika minħabba li titqies mhux proporzjonali mat-tip u d-daqs/l-importanza tal-proġett (jew minħabba li titqies ekwivalenti fl-għażliet kollha tal-proġett li jkunu qed jitqiesu). F’dan il-każ - jew meta ma jkun hemm l-ebda evalwazzjoni ekonomika - huwa ssuġġerit li dawn l-impatti jiġu vvalutati separatament (bħala parti mill-valutazzjoni ambjentali, soċjali u klimatika tal-proġett, skont il-prinċipji murija f’din il-gwida). Bħala approċċ alternattiv, ir-riżultat tal-kosteffettività (is-soltu fl-għamla ta’ proporzjon bejn il-kostijiet u l-output) jista’ jiġi adattat biex jinkorpora l-esternalitajiet ekonomiċi tal-proġett ewlieni, bħall-emissjonijiet ta’ CO2 u ta’ sustanzi li jniġġsu fl-arja (kif inhi l-prassi pereż. fis-settur tal-enerġija). Meta jkunu negattivi, dawn l-esternalitajiet jistgħu jiġu inklużi bħala kostijiet (jiġifieri jiddaħħal in-numeratur tal-proporzjon tal-kosteffettività).

L-MCA hija għodda li tinforma lil dawk li jieħu d-deċiżjonijiet dwar il-punt sa fejn il-proġett, u l-għażliet tiegħu, ikunu xierqa mal-qafas ta’ politika ġenerali u sa fejn jikkontribwixxu għall-objettivi ta’ politika. Din tipikament tintuża għal proġetti multisettorjali jew għal proġetti b’għadd kbir ta’ outputs/impatti li mhux dejjem ikun possibbli li jiġu mmonetizzati. L-MCA hija partikolarment adattata fil-fażi tal-ippjanar taċ-ċiklu ta’ żvilupp tal-proġett biex jiġu evalwati xenarji ta’ investiment differenti.

Meta tintuża MCA, il-valutazzjoni tal-impatti ambjentali, soċjali u klimatiċi titwettaq f’termini kwantitattivi u kwalitattivi. Dawn l-impatti jistgħu jitqiesu bħala sett ta’ objettivi ta’ politika li għalihom jintużaw indikaturi ta’ kriterji, ponderazzjonijiet u ta’ punteġġi (biex jiġi vvalutat sa liema punt il-proġett aktarx li jilħaqhom). Il-metodoloġija tal-MCA tista’ tinkludi aspetti kwantitattivi tal-prestazzjoni tal-proġett bħala kriterji. Pereżempju, valutazzjoni monetarja tal-impatt fuq il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima tista’ tkun kriterju wieħed, u jista’ jkun meħtieġ valur minimu. B’dan il-mod, xi outputs tipiċi tal-analiżi kost-benefiċċji jiġu integrati fl-MCA.

2.6.2.   Prattiki eżistenti ta’ evalwazzjoni ekonomika

Bħala parti mill-Politika ta’ Koeżjoni, ir-regolament għall-FSIE 2014-2020 kien jinkludi obbligu strett għal proġetti kbar biex iwettqu Analiżi tal-Ispejjeż u l-Benefiċċji (“CBA”). Din is-CBA trid issegwi l-metodoloġija deskritta fil-Gwida tal-Kummissjoni Ewropea għall-Analiżi tal-Ispejjeż u l-Benefiċċji tal-Proġetti ta’ Investiment (2014) (113). Għall-perjodu 2021-2027 huwa propost approċċ aktar flessibbli u proporzjonali, b’mod konsistenti mal-approċċ għall-valutazzjoni ekonomika segwit mill-BEI u minn Sħab Implimentattivi potenzjali oħra (ara hawn taħt). L-approċċ il-ġdid se jiġu ppreżentat fil-vademecum dwar l-evalwazzjoni ekonomika (Economic Appraisal Vademecum - EAV) li qiegħed jitħejja biex joħroġ kmieni fl-2021 mid-DĠ REGIO f’koordinazzjoni ma’ DĠ oħra tal-Kummissjoni u bl-appoġġ ta’ JASPERS.

L-EAV se tkun kumplimentari, u mhux tieħu, il-Gwida tal-2014 tal-Kummissjoni dwar l-Analiżi CBA u hija maħsuba biex ikun riżorsa li tista’ tintuża f’fondi differenti fil-perspettiva finanzjarja tal-2021-2027. Filwaqt li s-CBA se tibqa’ l-għodda ta’ evalwazzjoni prestabbilita għal bosta inizjattivi ffinanzjati mill-Kummissjoni, huma ssuġġeriti xi għodod oħra f’ċirkostanzi speċifiċi.

Fil-kuntest ta’ InvestEU, xi Sħab ta’ Implimentazzjoni potenzjali jistgħu jużaw ukoll evalwazzjoni ekonomika bħala parti mill-proċess tas-soltu tagħhom ta’ evalwazzjoni tal-proġetti, kif deskritt hawn taħt għal kampjun ta’ istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali magħżula.

Il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) iwettaq evalwazzjoni ekonomika tal-proġetti ffinanzjati mill-Bank. Il-BEI juża s-CBA bħala metodoloġija prestabbilita biex jistma l-ERR ta’ proġett li jieħu kont tal-benefiċċji u l-kostijiet usa’ tal-proġett għas-soċjetà, inklużi esternalitajiet ambjentali. Il-BEI japplika wkoll l-Analiżi tal-Kosteffettività (CEA) u, aktar reċentement, Analiżi b’Bosta Kriterji (MCA), bit-teħid inkunsiderazzjoni taċ-ċirkostanzi ta’ kull settur li qed jevolvu. Il-valutazzjoni tal-impatti ambjentali u soċjali tal-proġetti hija bbażata fuq l-istandards kif ippubblikati fil-manwal ambjentali u soċjali tal-Bank. Ir-riżultati tal-evalwazzjoni ekonomika jidħlu fil-qafas ta’ evalwazzjoni ġenerali tal-proġetti li japplikaw għal self mill-BEI. L-“Evalwazzjoni Ekonomika ta’ Proġetti ta’ Investiment fil-BEI” (2013) tippreżenta l-metodi ta’ evalwazzjoni ekonomika użati mill-Bank sabiex jivvaluta l-vijabbiltà ekonomika tal-proġetti (114).

L-approċċ għas-sostenibbiltà segwit mill-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (BERŻ) jinvolvi l-inkorporazzjoni ta’ rekwiżiti ambjentali u soċjali fl-evalwazzjoni u fl-implimentazzjoni tal-proġetti kollha ffinanzjati mill-Bank. Kull proġett iffinanzjat mill-BERŻ huwa suġġett għal evalwazzjoni ambjentali u soċjali bi tqabbil mal-Politika Ambjentali u Soċjali tal-BERŻ u mar-Rekwiżiti ta’ Prestazzjoni assoċjati, kif ukoll mal-istandards ambjentali sostantivi tal-UE. Barra minn hekk, minn Jannar 2019, il-BERŻ beda qed iwettaq valutazzjoni ekonomika ta’ proġetti b’livell għoli ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra. Inġenerali, meta tiġi applikata l-valutazzjoni ekonomika, titwettaq analiżi tal-kost-benefiċċji, dment li analiżi tal-kosteffettività ma titqiesx aktar xierqa f’xi ċirkostanzi speċifiċi, kif deskritt fil-Metodoloġija għall-valutazzjoni ekonomika ta’ proġetti tal-BERŻ b’livelli għoli ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra (2019) (115).

B’mod simili, il-Bank Nordiku tal-Investiment (NIB) jirrieżamina l-impatt potenzjali tal-proġetti kif ukoll ir-riskji ambjentali u soċjali skont il-Politika u l-Linji Gwida tiegħu dwar is-Sostenibbiltà. (116) Il-Bank jirrieżamina l-informazzjoni rilevanti pprovduta mill-mutwatarji, bħal valutazzjoni tal-impatt ambjentali u l-permessi u l-liċenzji applikabbli. Minbarra s-sostenibbiltà, in-NIB janalizza wkoll il-kwalità teknika u ekonomika tal-proġetti abbażi ta’ valutazzjoni kwantitattiva u kwalitattiva.

2.6.3.   Rakkomandazzjonijiet għal InvestEU

L-użu ta’ CBA u/jew metodi oħra ta’ valutazzjoni ekonomika fil-kuntest ta’ InvestEU se jiddependi fuq il-proċess normali ta’ evalwazzjoni tal-proġetti (attwali jew ippjanat) tas-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni. L-għażla tal-aktar għodod xierqa normalment titħalla f’idejn il-ġudizzju professjonali tas-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni, filwaqt li jitqies is-settur ikkonċernat, id-disponibbiltà tad-data empirika, u l-kumplessità tal-proġett.

Għal dawk is-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni li (għad) ma jkollhomx approċċ jew proċedura stabbilita biex iwettqu evalwazzjoni ekonomika (bħala parti mill-proċess tas-soltu tagħhom ta’ evalwazzjoni ta’ proġett), il-Vademecum tal-Evalwazzjoni Ekonomika li ġej u d-dokumenti ta’ referenza l-oħra pprovduti fl-Anness 4 jipprovdu qafas utli (li jissuġġerixxi l-aktar metodu xieraq ta’ evalwazzjoni ekonomika għal kull tip ta’ investiment).

Kif diskuss fil-Kapitolu 2.2 dwar il-protezzjoni kontra t-tibdil fil-klima, il-metodoloġija rakkomandata għall-valutazzjoni monetarja tal-impatti fuq it-tibdil fil-klima hija bbażata fuq il-Metodoloġija tal-Impronta tal-Karbonju tal-BEI. Din il-metodoloġija tikkonsisti fl-istima tal-volumi ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġġenerati (jew evitati) mill-proġett, permezz ta’ fatturi ta’ emissjoni xierqa, u l-valutazzjoni tagħhom bl-użu ta’ prezz parallel tal-karbonju.

Mill-perspettiva tal-verifika tar-reżistenza klimatika, huwa importanti li l-analiżi ekonomika tal-proġett ikollha bażi kredibbli li tkun konsistenti mad-direzzjoni ġenerali tal-politika tal-UE dwar it-tibdil fil-klima. Filwaqt li għad hemm element ta’ ġudizzju professjonali fil-veloċità u fin-natura tat-tranżizzjoni, il-prassi tajba teħtieġ li s-suppożizzjonijiet bażi jkunu ċari. B’mod partikolari, bażi li tassumi l-użu kontinwu ta’ attivitajiet b’livell għoli ta’ karbonju sal-2050 aktarx li ma titqiesx kredibbli.

Kif diskuss fil-Kapitolu 2.3 dwar il-verifika ambjentali, il-valwazzjoni monetarja tal-impatti ambjentali hija tipikament ibbażata fuq approċċ ta’ Valur Ekonomiku Totali li jista’ jiġi stmat b’tekniki u b’referenzi esterni differenti. Għal xi impatti speċifiċi bħat-tniġġis mill-istorbju jew tal-arja, l-istudji fil-letteratura jipprovdu valuri ta’ referenza speċifiċi għall-pajjiż (kostijiet unitarji). Dawn il-valuri ta’ referenza jistgħu jintużaw biex jimmonetizzaw dawk l-impatti (kemm negattivi kif ukoll pożittivi) li jistgħu jiġu kkwantifikati, u jinkluduhom fil-proċess ta’ evalwazzjoni (117).

Kemm l-impatti ambjentali u soċjali mmonetizzati (fejn ikun fattibbli u proporzjonat) kif ukoll l-emissjonijiet immonetizzati ta’ gassijiet serra ġġenerati/evitati mill-proġett normalment jenħtieġ li jiġu inklużi fl-evalwazzjoni ekonomika, biex tiġi ddeterminata r-Rata ta’ Redditu Ekonomiku (ERR) tal-proġett jew indikaturi rilevanti alternattivi (118) li għandhom jiġu rrapportati lill-Kumitat tal-Investiment ta’ InvestEU.

2.7.   Finanzjament korporattiv għal għanijiet ġenerali

F’każ li tranżazzjoni ta’ finanzjament b’użu ġenerali (119) tikkwalifika biex tirċievi appoġġ taħt InvestEU, filwaqt li tirrispetta l-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament tal-InvestEU u fil-Linji Gwida għall-Investiment (f’termini tal-indirizzar tal-prijoritajiet ta’ politika, tal-addizzjonalità, ta’ sitwazzjonijiet ta’ fallimenti tas-suq jew ta’ investiment mhux ottimali eċċ.), jenħtieġ li tapplika verżjoni simplifikata tal-verifika meta jinqabeż is-soll. F’dan il-każ, ma hemmx assi jew għan speċifiku li jista’ jiġi analizzat u li l-impatti tiegħu jistgħu jiġu identifikati u vvalutati.

F’din is-sitwazzjoni, jenħtieġ li l-valutazzjoni tas-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni tiffoka fuq: (i) l-approċċ tar-riċevitur finali lejn l-integrazzjoni tal-kunsiderazzjonijiet ta’ sostenibbiltà fil-proċessi tiegħu; u (ii) il-kapaċità tar-riċevitur finali b’mod ġenerali li jimmaniġġja r-riskji ambjentali u soċjali.

F’każijiet bħal dawn, huma rrakkomandati l-azzjonijiet li ġejjin lis-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni:

Il-verifika ta’ jekk ir-riċevitur finali huwiex attiv f’settur li normalment huwa assoċjat ma’ riskji ambjentali u soċjali ogħla;

Il-verifika ta’ jekk ir-riċevitur finali għandux stabbilita sistema ta’ mmaniġġjar ambjentali u soċjali (ESMS), inkluża politika dwar ir-responsabbiltà ambjentali u soċjali u kompetenza/kapaċità ppruvata fl-immaniġġjar u fl-indirizzar ta’ riskji u impatti klimatiċi, ambjentali jew soċjali rilevanti (tan-negozju jew tal-operazzjonijiet tiegħu). Pereżempju, jekk is-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni ikunx jista’ jivverifika li:

jkollu strutturi u proċeduri organizzazzjonali bi rwoli u responsabbiltajiet iddefiniti, kif ukoll li jkun hemm persunal ikkwalifikat iddeżinjat, inkluż f’termini ta’ komunikazzjoni esterna;

jkunu disponibbli riżorsi finanzjarji għal implimentazzjoni effettiva tal-ESMS li tkun allinjata jew iċċertifikata skont l-EMAS jew l-ISO 14001, l-ISO 45001 jew ekwivalenti;

jekk l-ESMS tiġi awditjata esternament, ir-rapport l-aktar reċenti tal-awdituri eċċ.;

skont ir-riċevitur finali, jekk isir rapport annwali, is-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni jkun jista’ jivverifika jekk jinkludix informazzjoni dwar l-ESG u tal-firxa/id-dettall/l-adegwatezza tal-informazzjoni tal-ESG ipprovduta fih.

Issir verifika tar-rekord tas-sostenibbiltà tar-riċevitur finali:

konformità legali mal-leġiżlazzjoni ambjentali u soċjali rilevanti għall-attività u l-operazzjonijiet tiegħu (pereżempju abbażi tal-permessi operattivi);

rekord passat ta’ nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti legali ambjentali u soċjali fi snin reċenti (120): kwalunke multi u penali għal ksur, aċċidenti jew inċidenti fi snin reċenti li jinvolvu ħsara ambjentali sinifikanti jew korrimenti serji jew imwiet, xi appelli/rikorsi mibdija mill-partijiet ikkonċernati jew minn partijiet terzi oħra (eż. tixrid aċċidentali ta’ sustanzi niġġiesa, nirien, aċċidenti fuq il-post tax-xogħol eċċ.),

kwalunkwe kwistjonijiet soċjali u relazzjonijiet mal-komunità, protesti pubbliċi, ilmenti, strajks tal-ħaddiema eċċ.

L-istess approċċ ippreżentat hawn fuq jista’ jitqies ukoll għal investimenti diretti fl-ekwità, jekk dan it-tip ta’ intervent ikun possibbli taħt il-prodotti finanzjarji nnegozjati u inklużi fil-Ftehimiet ta’ Garanzija. Minbarra l-punti hawn fuq, għal investimenti diretti fl-ekwità se jkun meħtieġ ukoll, kif applikabbli:

Kumpaniji koperti taħt l-ETS (121) fejn l-investiment appoġġat taħt InvestEU <30 %: dawn għandhom jiġu mħeġġa b’mod attiv biex jadottaw pjanijiet ta’ tranżizzjoni ekoloġika/ta’ dekarbonizzazzjoni;

Kumpaniji koperti taħt l-ETS fejn l-investiment appoġġat taħt InvestEU ikun >30 %: dawn għandhom jiġu obbligati b’mod attiv biex jadottaw pjanijiet ta’ tranżizzjoni ekoloġika/ta’ dekarbonizzazzjoni;

3.   L-APPROĊĊ TA’ VERIFIKA TAS-SOSTENIBBILTÀ GĦALL-OPERAZZJONIJIET TA’ FINANZJAMENT INDIRETT

F’finanzjament intermedjat, is-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni ma jivvalutax direttament il-proġetti jew l-operazzjonijiet individwali sottostanti. Dan għaliex hemm mill-inqas intermedjarju finanzjarju wieħed bejn is-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni u r-riċevitur finali (122). Barra minn hekk, il-proċess ta’ approvazzjoni għall-finanzjament intermedjat huwa differenti minn dak għall-finanzjament dirett (123). F’dan il-każ, il-proġetti jew l-attivitajiet individwali sottostanti ffinanzjati (minn hawn ’il quddiem “it-tranżazzjonijiet” (124)) ma jiġux ippreżentati għall-approvazzjoni tal-Kumitat tal-Investiment.

F’każ ta’ finanzjament intermedjat, ir-responsabbiltà biex tiġi żgurata s-sostenibbiltà tat-tranżazzjonijiet sottostanti fit-tliet dimensjonijiet hija ddelegata lill-intermedjarju finanzjarju. Il-livell tar-rekwiżiti ta’ verifika se jiddependi fuq it-tip ta’ finanzjament ipprovdut, it-tip u l-livell ta’ riskju potenzjali (125) tat-tranżazzjonijiet sottostanti u t-tip ta’ riċevituri finali (126).

3.1.   Rekwiżiti ġenerali ta’ verifika

Irrispettivament mit-tip ta’ finanzjament intermedjat, l-approċċ ta’ verifika tas-sostenibbiltà irid ikun jinvolvi:

valutazzjoni mis-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni tal-kapaċità tal-intermedjarju finanzjarju u tas-sistemi u/jew proċeduri tiegħu biex jiskrinja, jivvaluta u jimmaniġġja r-riskji ambjentali, klimatiċi u soċjali assoċjati mal-attivitajiet kummerċjali tiegħu; u

sett ta’ rekwiżiti minimi għat-tranżazzjonijiet sottostanti li jkun proporzjonali mal-livell ta’ riskji li jirrappreżentaw.

3.2.   Tipi ta’ finanzjament

Il-finanzjament intermedjat ikopri varjetà wiesgħa ta’ tipi ta’ finanzjament u firxa ta’ intermedjarji finanzjarji b’attivitajiet kummerċjali differenti. Għalhekk, jeħtieġ li ssir distinzjoni bejn it-tipi differenti ta’ intermedjazzjoni billi t-tranżazzjonijiet sottostanti jistgħu jikkawżaw impatti differenti u approċċi differenti. It-tipi ta’ finanzjament intermedjat li ġejjin jenħtieġ li jiġu differenzjati sabiex jiġi ddeterminat l-approċċ xieraq għall-verifika tas-sostenibbiltà: (i) fondi tal-infrastruttura; (ii) fondi mhux infrastrutturali; kif ukoll (iii) linji ta’ kreditu intermedjati jew prodotti oħra ta’ dejn immirati lejn l-SMEs, mid-caps żgħar u entitajiet eliġibbli oħra.

3.2.1.   Fondi tal-infrastruttura

Il-proġetti ta’ infrastruttura huma l-proġetti bl-ogħla probabbiltà li jkollhom impatt avvers fuq it-tliet dimensjonijiet; Huwa għalhekk li r-rekwiżiti huma aktar stretti fil-każ tal-fondi tal-infrastruttura.

Abbażi tal-kost totali tal-investiment fil-proġett, tkun meħtieġa verifika tas-sostenibbiltà għal proġetti sottostanti b’kost totali tal-proġett ta’ EUR 10 miljun (bla VAT) jew aktar.

F’dan il-każ, is-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni u l-maniġer tal-fond għandhom responsabbiltajiet differenti.

3.2.1.1.   Rekwiżiti għas-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni

Bħala parti mid-diliġenza dovuta tiegħu, is-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni se jkollu jwettaq valutazzjoni tal-kapaċità tal-maniġer tal-fond biex iwettaq valutazzjoni tal-aspetti ambjentali, soċjali u klimatiċi, f’konformità mal-prinċipji u l-objettivi ta’ verifika tas-sostenibbiltà skont l-Artikolu 8(5) u 8(6) tar-Regolament tal-InvestEU (127).

Għal dan il-għan, is-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni jrid jivvaluta jekk hemmx fis-seħħ Sistema ta’ Ġestjoni Ambjentali u Soċjali (ESMS) (128). Huma jridu jivverifikaw ukoll il-punti li ġejjin dwar l-ESMS:

L-istrateġiji u l-politiki ta’ investiment tal-fond filwaqt li jitqiesu l-fatturi klimatiċi, ambjentali u soċjali. Jiġu vverifikat wkoll li dawn l-istrateġiji ta’ investiment huma allinjati mal-għanijiet tat-temperatura u l-adattament definiti fil-Ftehim ta’ Pariġi, u konsistenti mal-perkorsi lejn żvilupp b’livell baxx ta’ karbonju u reżiljenti għat-tibdil fil-klima;

Il-kapaċità organizzattiva u l-kompetenza tal-fond, inkluż verifika dwar jekk il-maniġer tal-fond ikunx ħarreġ, iddedika u impenja persunal.

Il-proċeduri fis-seħħ li għandhom jiġu implimentati mill-fond matul il-proċess ta’ evalwazzjoni u monitoraġġ biex jiġu identifikati u mmaniġġjati kwalunkwe riskji relatati assoċjati mal-operazzjonijiet appoġġati;

Il-proċess tad-diliġenza dovuta tal-fond, inklużi l-għodod u l-proċeduri eżistenti tal-fond biex titwettaq valutazzjoni ta’ operazzjoni ta’ investiment u biex isir rapportar dwar l-eżitu tad-diliġenza dovuta lill-korpi governattivi tal-fond, u l-konsistenza mal-prinċipji u l-objettiv tal-verifika tas-sostenibbiltà;

Għodod u proċessi xierqa għar-rappurtar u l-monitoraġġ.

Jekk, abbażi tal-verifiki ta’ hawn fuq, is-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni ma jkollu l-ebda riżerva materjali dwar l-adegwatezza tal-ESMS u tal-abbiltà tal-fond li jidentifika u jimmaniġġja r-riskji ambjentali, klimatiċi u soċjali tal-investimenti sottostanti tiegħu, allura s-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni jkun jista’ jistrieħ fuq l-ESMS tal-fond għall-valutazzjoni tal-proġetti appoġġati mill-Fond taħt InvestEU.

Il-maniġer tal-fond se jkun meħtieġ jirrapporta lis-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni dwar il-prestazzjoni ambjentali, klimatika u soċjali tal-proġetti sottostanti. Is-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni se jirriserva d-dritt li jitlob lill-maniġer tal-fond għal informazzjoni (129) dwar proġetti individwali biex jivverifika kif il-fond iwettaq id-diliġenza dovuta klimatika, ambjentali u soċjali.

Jekk, fil-mument tal-valutazzjoni mis-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni, il-maniġer tal-fond ma jkollux ESMS fis-seħħ jew jiġu identifikati ċerti diskrepanzi (130) mis-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni, il-fond ikollu jimplimenta ESMS xierqa jew itejjeb dik eżistenti sal-ewwel prelevament jew mhux aktar tard mill-għeluq finali.

3.2.1.2.   Rekwiżiti għall-maniġer tal-fond

It-taqsima li ġejja tiddeskrivi l-approċċ irrakkomandat lill-maniġers tal-fond biex jiżviluppaw l-ESMS tagħhom.

Il-maniġer tal-fond huwa mistenni li jistabbilixxi ESMS u jmantniha tul il-ħajja tal-Fond, jew mill-inqas għall-perjodu li fih ikun se jintuża l-appoġġ taħt InvestEU. L-ESMS se jistabbilixxi l-politiki, l-istruttura organizzattiva, l-attivitajiet tal-ippjanar, ir-responsabbiltajiet, il-prattiki, il-proċeduri u r-riżorsi meħtieġa. Dan se jiżgura l-valutazzjoni sistematika u strutturata tal-investimenti u l-monitoraġġ tal-konformità kontinwa tagħhom mal-Ambjent, il-Klima u r-Rekwiżiti Soċjali (“Rekwiżiti tal-ECS”) spjegati hawn taħt:

i.

Skrinjar tal-proġetti kollha bi tqabbil mal-lista ta’ attivitajiet esklużi mill-appoġġ taħt InvestEU u ma’ kwalunkwe lista ta’ esklużjoni oħra ddeterminata mis-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni li japplika l-politiki interni tiegħu;

ii.

Konformità mal-liġijiet u r-regolamenti ambjentali, klimatiċi u soċjali rilevanti tal-UE u nazzjonali (inklużi l-obbligi ambjentali, klimatiċi, soċjali u tax-xogħol applikabbli li huma stabbiliti bid-Dritt tal-Unjoni u dik nazzjonali);

iii.

Tiġi żgurata l-konsistenza mal-prinċipji u l-objettivi tal-verifika tas-sostenibbiltà; u

iv.

Tiġi żgurata l-konsistenza mal-istandards u mar-regoli u l-proċeduri interni tas-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni.

Bħala parti mill-proċess ta’ investiment, is-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni se jobbliga lill-maniġer tal-fond li:

i.

jidentifika r-riskji ambjentali, klimatiċi u soċjali potenzjalment sinifikanti;

ii.

jikkategorizza r-riskji rispettivi assoċjati mal-investiment skont is-sinifikat tagħhom;

iii.

jirrieżamina l-miżuri ta’ mitigazzjoni li għandhom jiġu stabbiliti mill-promotur bi tqabbil mar-Rekwiżiti ECS;

iv.

jaqbel dwar pjan ta’ azzjoni mal-promotur tal-proġett f’każ li proġett sottostanti ma jkunx jikkonforma mar-Rekwiżiti ECS;

Il-maniġer tal-fond jista’ jqis ukoll, sa fejn ikun possibbli u fuq il-bażi tal-aħjar sforz, il-kriterji “la tagħmilx ħsara sinifikanti” stabbiliti mit-Tassonomija tal-UE fil-valutazzjoni tagħhom.

Dimensjoni klimatika

Il-maniġer tal-fond se jkun obbligat, permezz tal-involviment tiegħu mal-promoturi tal-proġetti, li jintegra l-kunsiderazzjonijiet klimatiċi li ġejjin (131) fl-ESMS tiegħu:

Għall-adattament għall-klima: Għal proġetti ’l fuq mil-livell limitu, jenħtieġ li l-ESMS jinkludi proċessi xierqa biex jivvaluta s-sinifikat u jintegra l-adattament għall-klima u r-riskji ta’ vulnerabbiltà u miżuri xierqa ta’ disinn/mitigazzjoni, fejn rilevanti. Jekk jiġu identifikati riskji sinifikanti, il-maniġer tal-fond jenħtieġ li jivverifika li jkunu qed jiġu stabbiliti miżuri ta’ mitigazzjoni xierqa mill-promotur tal-proġett (132).

Għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima: L-ESMS trid tiżgura analiżi, kwantifikazzjoni u rapportar xierqa dwar l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra għal proġetti li jemettu aktar minn 20 000 tunnellata ta’ CO2e fis-sena.

Dimensjoni ambjentali

Għal proġetti li jeħtieġu VIA, jenħtieġ li l-maniġer tal-fond jintalab biex: (i) jivverifikaw li l-proċeduri ambjentali jsiru skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali; (ii) jiġbor id-dokumentazzjoni relatata; (iii) jivverifika li l-konsultazzjoni pubblika u l-involviment tal-partijiet ikkonċernati jitwettqu; u (iv) jivverifikaw li l-miżuri ta’ mitigazzjoni inklużi fil-valutazzjoni jkunu qed jiġu implimentati mill-promotur tal-proġett.

Għall-proġetti tal-VIA tal-Anness II skrinjati (b’riżultat ta’ eżami każ b’każ), jenħtieġ li l-maniġer tal-fond jeħtieġ id-deċiżjoni ta’ skrinjar u jivverifika li l-promotur tal-proġett jimplimenta kwalunkwe miżura ta’ mitigazzjoni inkluża mill-awtoritajiet kompetenti.

Għal proġetti li jkunu suġġetti għar-rekwiżiti tad-Direttiva dwar il-Ħabitats u/jew tad-Direttiva dwar l-Għasafar (133), il-maniġer tal-fond ikun irid jivverifika l-konformità b’mod partikolari mal-Artikolu 6(3) tad-Direttiva dwar il-Ħabitats, kif ukoll li l-awtorità kompetenti tkun ikkonkludiet li:

proġett ikun ġie eżentat mill-ħtieġa ta’ valutazzjoni xierqa bl-iskrinjar mill-awtoritajiet tal-Istati Membri, jiġifieri l-proġett aktarx li ma jkollux effetti negattivi sinifikanti fuq sit/i Natura 2000; jew

proġett ikun ġie soġġett għal valutazzjoni xierqa mill-awtoritajiet tal-Istati Membri, li tkun irriżultat f’konklużjoni pożittiva mill-awtoritajiet li l-proġett mhuwiex se jkollu effetti sinifikanti fuq sit/i Natura 2000 (skont l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva dwar il-Ħabitats); jew

proġett ikun ġie soġġett għal valutazzjoni xierqa li tkun irriżultat f’konklużjoni negattiva mill-awtoritajiet tal-Istati Membri, jiġifieri l-proġett ikollu effetti negattivi sinifikanti fuq siti Natura 2000 (skont l-Artikolu 6(4) tad-Direttiva dwar il-Ħabitats).

Għal proġetti barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva dwar il-VIA, huwa rrakkomandat bil-qawwa li l-maniġer tal-fond juża jew il-gwida fil-Kapitolu 2 għall-identifikazzjoni ta’ impatti potenzjali (u l-Lista ta’ kontroll 1), jew inkella japplika standards rikonoxxuti fil-livell internazzjonali, bħall-Istandards ta’ Prestazzjoni tal-IFC, l-Istandards Ambjentali u Soċjali tal-BEI, l-Istandards ta’ Prestazzjoni tal-BERŻ, jew il-Prinċipji tal-Ekwatur.

Dimensjoni soċjali

Jenħtieġ li l-proġetti jikkonformaw mas-Salvagwardji Soċjali Minimi kif deskritt fil-Kapitolu 1.4.

Barra minn hekk, jenħtieġ li l-maniġer tal-fond jivverifika li l-promotur tal-proġett ikollu stabbiliti proċeduri adegwati biex mill-inqas jiżgura l-konformità mal-liġijiet nazzjonali (fost oħrajn dwar l-impjieg, ix-xogħol u s-saħħa u s-sigurtà okkupazzjonali u tal-komunità). Il-maniġer tal-fond għandu jiċċekkja wkoll li l-promotur tal-proġett ikollu stabbiliti sistemi biex jipproteġi u jippromwovi s-saħħa, is-sikurezza u s-sigurtà tal-ħaddiema. Fejn rilevanti u pertinenti, għandhom jitqiesu aspetti speċifiċi b’rabta mas-sikurezza ta’ materjali perikolużi, ma’ perikli naturali, mas-sigurtà, mal-esponiment għall-mard, mas-sikurezza fit-traffiku u fit-toroq, u mat-tħejjija f’każ ta’ emerġenza.

Jenħtieġ li l-maniġer tal-fond jivverifika wkoll jekk ikunux twettqu l-involviment tal-partijiet ikkonċernati u l-konsultazzjoni pubblika, kif meħtieġ mid-direttivi ambjentali u soċjali rilevanti.

Jekk jiġu identifikati impatti soċjali sinifikanti fil-każ ta’ proġetti li jkunu jirrekjedu VIA, il-maniġer tal-fond irid jivverifika li l-miżuri ta’ mitigazzjoni indikati fir-rapport dwar il-VIA jew fid-deċiżjonijiet ta’ skrinjar ikunu stabbiliti mill-promotur tal-proġett.

Huwa rrakkomandat li l-maniġer tal-fond iqis l-espansjoni tal-analiżi tal-aspetti soċjali f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 2.4 (134).

Għall-promozzjoni tal-adozzjoni tal-aġenda pożittiva, il-maniġer tal-fond, f’kooperazzjoni mal-promoturi tal-proġetti/riċevituri finali, huwa mħeġġeġ jieħu inkunsiderazzjoni wkoll il-possibbiltà li jsaħħaħ l-impatti ambjentali, klimatiċi u soċjali pożittivi tal-proġetti li jkun qed jiffinanzja, u b’hekk iżid il-prestazzjoni ġenerali tagħhom mil-lat ta’ sostenibbiltà (135).

Il-maniġer tal-fond se jirrapporta fuq bażi regolari lis-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni dwar il-prestazzjoni ambjentali, klimatika u soċjali prinċipali tal-investimenti tal-fond, inkluż dwar l-indikaturi ESC settorjali u rilevanti maqbula (bħall-emissjonijiet ta’ gassijiet serra, il-ħolqien ta’ impjiegi, l-ebda impatt fuq il-bijodiversità, eċċ.) u l-benefiċċji ekonomiċi, kemm kwalitattivi iżda wkoll kwantitattivi fejn ikun fattibbli.

3.2.2.   Fondi ta’ ekwità jew ta’ dejn mhux infrastrutturali

L-impatt avvers potenzjali fuq it-tliet dimensjonijiet tal-investimenti ta’ InvestEU f’fondi mhux infrastrutturali jiddependi mill-esponiment għar-riskju għas-sostenibbiltà li l-fond ikun mistenni jimmaniġġja, jiġifieri l-profil tar-riskju għas-sostenibbiltà tat-tranżazzjonijiet sottostanti mistennija.

Is-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni se jkollu jivvaluta l-preżenza ta’ ESMS jew ta’ proċeduri simili (jiġifieri l-proċeduri ta’ mmaniġġjar tar-riskju ambjentali, klimatiċi u soċjali fis-seħħ); u jivverifika li l-ESMS jew il-proċeduri jkunu proporzjonali għall-profil tar-riskju tas-sostenibbiltà tal-fond.

Bħala minimu, il-maniġer tal-fond se jkun meħtieġ ikollu l-kapaċità biex:

i.

Jagħmel skrinjar tal-tranżazzjonijiet kollha bi tqabbil mal-lista ta’ attivitajiet esklużi mill-appoġġ taħt InvestEU u ma’ kwalunkwe lista ta’ esklużjoni oħra ddeterminata mis-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni li japplika l-politiki interni tiegħu;

ii.

Jistabbilixxi obbligu li t-tranżazzjonijiet ffinanzjati jkunu f’konformità mal-liġijiet u r-regolamenti ambjentali, klimatiċi u soċjali nazzjonali rilevanti, inklużi r-regolamenti ambjentali, tax-xogħol u tas-saħħa u s-sigurtà okkupazzjonali, mal-permessi tal-ippjanar, mal-liċenzji u l-permessi operattivi, kif rilevanti

iii.

jidentifika dawk it-tranżazzjonijiet b’riskju ambjentali, klimatiku jew soċjali sinifikanti u, għal dawn il-proġetti ta’ riskju għoli, jiżgura mill-inqas is-salvagwardji li ġejjin, kif rilevanti:

a.

Għal proġetti li jeħtieġu valutazzjoni tal-impatt ambjentali: Il-maniġer tal-fond ikun irid jivverifika li jkunu ħarġu l-permessi kollha u li l-valutazzjonijiet u l-awtorizzazzjonijiet ikunu f’konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli

b.

Fejn il-fond aktarx jinvesti f’kumpaniji koperti taħt l-ETS (136), għandhom japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

i.

Għal fondi b’investiment <30 % appoġġat taħt InvestEU: Il-kumpaniji koperti taħt l-ETS iridu jiġu mħeġġa b’mod attiv biex jadottaw pjanijiet ta’ tranżizzjoni/dekarbonizzazzjoni ekoloġiċi

ii.

Għal fondi b’investiment >30 % appoġġat taħt InvestEU: Il-kumpaniji koperti taħt l-ETS iridu jkunu obbligati b’mod attiv biex jadottaw pjanijiet ta’ tranżizzjoni/dekarbonizzazzjoni ekoloġiċi

c.

Għal investimenti f’fondi fejn l-għanijiet tal-impatt soċjali ikunu intrinsiċi għall-istrateġija segwita mill-intermedjarju finanzjarju (investiment tal-impatt): jenħtieġ li tiġi żgurata r-responsabbiltà għall-kisba tal-impatt tagħhom.

3.2.3.   Linji ta’ kreditu intermedjati jew prodotti oħra ta’ dejn immirati lejn l-SMEs, mid-caps żgħar u entitajiet eliġibbli oħra

F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità u filwaqt li jitqies li l-bini ta’ għarfien espert fid-dimensjonijiet ambjentali, klimatiċi u soċjali jeħtieġ xi żmien u investiment min-naħa tal-intermedjarji finanzjarji, se jiġi implimentat approċċ simplifikat għall-prova tas-sostenibbiltà.

Is-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni se jkollu jivvaluta jekk l-intermedjarju finanzjarju għandux fis-seħħ proċeduri xierqa ta’ ġestjoni tar-riskji ambjentali, klimatiċi u soċjali li jkopru dan li ġej; u jiddetermina l-kapaċità tiegħu li:

i.

Jagħmel skrinjar tat-tranżazzjonijiet kollha bi tqabbil mal-lista ta’ attivitajiet esklużi mill-appoġġ taħt InvestEU u ma’ kwalunkwe lista ta’ esklużjoni oħra ddeterminata mis-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni li japplika l-politiki interni tiegħu.

ii.

Jistabbilixxi l-obbligu li t-tranżazzjonijiet kollha jkunu f’konformità mal-liġijiet u r-regolamenti ambjentali, klimatiċi u soċjali nazzjonali rilevanti (inklużi r-regolamenti ambjentali, tax-xogħol u tas-saħħa u s-sigurtà okkupazzjonali, mal-permessi tal-ippjanar, mal-liċenzji u l-permessi operattivi) kif rilevanti.

iii.

Jidentifika dawk it-tranżazzjonijiet li jeħtieġu valutazzjoni tal-impatt ambjentali u jivverifika li jkunu nkisbu l-permessi kollha u li l-valutazzjonijiet u l-awtorizzazzjonijiet ikunu f’konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli

iv.

Barra minn hekk, tranżazzjonijiet li jkollhom bħala klijenti finali segmenti ta’ persuni individwali b’objettiv ta’ politika soċjali eż. gruppi vulnerabbli jew intrapriżi soċjali, jistgħu jeħtieġu protezzjoni adegwata abbażi ta’ prinċipji ta’ finanzjament etiku għoljin, kif inhu attwalment il-każ għal operazzjonijiet ta’ mikrofinanzjament koperti mill-Kodiċi Ewropew ta’ Prassi Tajba għal Operazzjonijiet ta’ mikrofinanzjament. Dan jenħtieġ li jiġi ulterjorment speċifikat fil-Ftehim ta’ Garanzija mas-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni.

Is-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni se jħeġġeġ lill-intermedjarju finanzjarju biex japplika l-aħjar prattiki fit-tliet dimensjonijiet ta’ sostenibbiltà kollha fl-attivitajiet kummerċjali kollha tiegħu, irrispettivament minn jekk dawn ikunux appoġġjati taħt InvestEU jew le.

B’mod partikolari, l-intermedjarju finanzjarju huwa mħeġġeġ li:

jiżviluppa u jmantni prattiki tajba ta’ mmaniġġjar ambjentali, klimatiku u soċjali permezz tal-implimentazzjoni ta’ ESMS, inkluż l-iżvilupp u ż-żamma tal-kapaċità organizzazzjonali meħtieġa biex jitwettaq immaniġġjar tar-riskju ambjentali, klimatiku u soċjali u l-allokazzjoni ta’ riżorsi umani u finanzjarji xierqa għal din il-funzjoni.

fejn xieraq, jenħtieġ li l-intermedjarju finanzjarju jesplora opportunitajiet għall-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet ta’ finanzjament b’benefiċċji ambjentali, klimatiċi u/jew soċjali għolja, f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-“Gwida għall-ittraċċar klimatiku u ambjentali” u mad-dispożizzjonijiet dwar il-prodotti finanzjarji ta’ InvestEU, bit-teħid inkunsiderazzjoni tat-Tassonomija tal-UE għal Finanzjament Sostenibbli kull meta jkun possibbli u b’appoġġ għall-Patt Ekoloġiku Ewropew. Jenħtieġ li l-intermedjarju finanzjarju jesplora wkoll opportunitajiet biex jiżviluppa soluzzjoni ta’ finanzjament li tikkontribwixxi għall-ugwaljanza bejn is-sessi, l-inklużjoni soċjali u l-iżvilupp ekonomiku ta’ oqsma u setturi partikolarment affettwati minn sfidi strutturali.

Fejn is-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni jidentifika xi diskrepanzi, tista’ tintuża Assistenza Teknika biex jiġu indirizzati dawn id-diskrepanzi.

4.   RWOLI, RESPONSABBILTAJIET U L-PROĊESS TA’ INVESTEU

4.1.   Rwoli u responsabbiltajiet

Dan id-dokument ġie żviluppat primarjament biex is-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni jingħataw għajnuna fl-indirizzar tar-rekwiżiti ta’ verifika tas-sostenibbiltà tar-Regolament tal-InvestEU. Madankollu, huwa wkoll biex tiġi pprovduta stampa ċara tar-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-atturi differenti involuti. Il-verifika tas-sostenibbiltà hija eżerċizzju li se jinkludi diversi partijiet ikkonċernati u r-responsabbiltà primarja dejjem se tkun tal-promotur tal-proġett/tar-riċevitur finali.

Din it-taqsima tippreżenta informazzjoni dwar kif kull parti hija involuta fil-proċess. Ma għandhiex l-għan li tkun eżawrjenti, u tiddistingwi bejn finanzjament dirett u indirett.

4.1.1.   Rwol u responsabbiltajiet tal-promotur tal-proġett/tar-riċevitur finali

Il-promotur tal-proġett/ir-riċevitur finali huwa l-prinċipal responsabbli mill-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-proġett. Bit-teħid inkunsiderazzjoni tal-gwida dwar il-verifika għal finanzjament dirett u indirett stabbilit fil-Kapitoli 2 u 3, il-promotur tal-proġett/ir-riċevitur finali għandu r-responsabbiltajiet imfissra hawn taħt.

Għall-finanzjament dirett jew fondi tal-infrastruttura, il-promotur tal-proġett/ir-riċevitur finali:

huwa responsabbli li: (i) jara li jkun hemm konformità mal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE, dik nazzjonali jew internazzjonali; (ii) jinfurmaw ruħhom dwar il-formalitajiet meħtieġa; (iii) il-kisba tal-permessi jew l-awtorizzazzjonijiet meħtieġa u l-issodisfar tal-kundizzjonijiet stabbiliti minn dawn il-permessi u awtorizzazzjonijiet.

huwa responsabbli li jipprovdi l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa b’livell xieraq ta’ dettall lis-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni (jew lill-maniġer tal-fond) biex ikunu jistgħu jwettqu d-diliġenza dovuta tagħhom u biex jindirizzaw r-rekwiżiti ta’ din il-gwida;

huwa responsabbli għat-twettiq ta’ studji addizzjonali jew valutazzjonijiet tal-impatt, kif meħtieġ mil-liġi (eż. skont id-Direttiva EIA), jekk meħtieġ mill-awtoritajiet kompetenti, jew jekk meħtieġ mis-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni (jew il-maniġer tal-fond). Il-promotur tal-proġett/ir-riċevitur finali huwa responsabbli wkoll għat-twettiq ta’ kwalunkwe konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati/proċess ta’ involviment tal-partijiet ikkonċernati kif meħtieġ mil-liġi (eż. skont id-Direttiva VIA), jekk meħtieġ mill-awtoritajiet kompetenti jew mis-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni (jew il-maniġer tal-fond).

skont il-kontenut tal-awtorizzazzjonijiet mogħtija, il-promotur tal-proġett/ir-riċevitur finali huwa responsabbli għall-monitoraġġ, il-valutazzjoni u l-ġestjoni tal-impatti klimatiċi, ambjentali u/jew soċjali tal-proġett fuq bażi kontinwa. Il-promotur tal-proġett/ir-riċevitur finali huwa responsabbli wkoll għall-istabbiliment ta’ pjan ta’ ġestjoni klimatika, ambjentali u/jew soċjali jew ekwivalenti (peress li pjan bħal dan mhuwiex speċifikament meħtieġ fid-Direttiva VIA) biex jindirizza kwalunkwe impatt identifikat. Dan il-pjan jista’ jistabbilixxi miżuri ta’ mitigazzjoni biex jitnaqqsu l-impatti negattivi jew l-azzjonijiet biex jiżdiedu l-effetti pożittivi tal-proġett.

irid ikun konformi mal-kuntratt ta’ finanzjament u jikkonforma mal-obbligi klimatiċi, ambjentali u soċjali miftiehma kuntrattwalment, jekk ikun hemm. Dan jinkludi r-rispett tal-obbligu li jiġu pprovduti rapporti minn żmien għal żmien (jekk ikun meħtieġ) dwar il-prestazzjoni klimatika, ambjentali u/jew soċjali tal-proġett lis-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni (jew lill-maniġer tal-fond) kif mitlub abbażi ta’ din il-gwida, jew f’konformità mar-regoli u l-proċeduri eżistenti tagħhom;

jista’ jkun obbligati jistabbilixxi strutturi organizzazzjonali biex jidentifika u jimmaniġġja kwistjonijiet ambjentali u soċjali b’mod effettiv.

jinforma lis-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni (jew lill-maniġer tal-fond) b’mod f’waqtu u ddokumentat dwar kwalunkwe bidla sostanzjali li aktarx taffettwa b’mod sinifikanti l-istatus tas-sostenibbiltà tal-proġett jew it-tfassil oriġinali tiegħu, u timmodifika l-valutazzjoni mwettqa (eż. is-sospensjoni amministrattiva jew ġudizzjarja jew l-annullament ta’ awtorizzazzjonijiet, aċċidenti) jew kwalunkwe tilwim legali li jista’ jirriżulta tul il-ħajja tal-finanzjament;

jinforma minnufih lis-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni (jew lill-maniġer tal-fond) b’mod f’waqtu u ddokumentat dwar kwalunkwe inċident/aċċident li jista’ jkollu effett potenzjali fuq il-prestazzjoni klimatika, ambjentali u/jew soċjali tal-proġett, jew fuq ir-relazzjonijiet tiegħu mal-partijiet ikkonċernati/komunitajiet.

jimmaniġġja kwalunkwe rekwiżit ieħor li jista’ jirriżulta mill-verifika tas-sostenibbiltà tal-proġett.

Għall-finanzjament indirett (għajr fondi infrastrutturali)

Bl-eċċezzjoni ta’ fondi infrastrutturali (koperti hawn fuq), għall-bqija tal-finanzjament intermedjat huwa applikabbli approċċ simplifikat, kif deskritt fil-Kapitolu 3. F’dan il-każ, bħala minimu, ir-riċevitur finali għandu l-obbligi li ġejjin:

huwa responsabbli li: (i) jara li jkun hemm konformità mal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE, dik nazzjonali jew internazzjonali; (ii) jinfurmaw ruħhom dwar il-formalitajiet meħtieġa; (iii) jikseb il-permessi jew l-awtorizzazzjonijiet meħtieġa u l-kundizzjonijiet stabbiliti minn dawn il-permessi u awtorizzazzjonijiet jiġu rispettati.

jippreżenta prova tal-proċeduri ta’ awtorizzazzjoni formali lill-intermedjarju finanzjarju (fl-għamla ta’ permessi, deċiżjoni jew awtorizzazzjonijiet, kif meħtieġ mil-leġiżlazzjoni nazzjonali), kif meħtieġ mill-intermedjarju finanzjarju jew kif applikabbli.

jikkonferma l-konformità legali fl-għamla ta’ awtodikjarazzjoni, skont kif ikun applikabbli.

ikun responsabbli biex jipprovdi l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa lill-intermedjarju finanzjarju biex ikun jista’ jwettaq id-diliġenza dovuta tiegħu u biex jindirizza r-rekwiżiti ta’ din il-gwida.

ikun responsabbli għall-implimentazzjoni ta’ pjanijiet ta’ dekarbonizzazzjoni, kif applikabbli (skont il-Kapitolu 3.2.2).

4.1.2.   Rwol u responsabbiltajiet tas-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni

Finanzjament dirett

Għall-finanzjament dirett, is-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni se jkollu r-responsabbiltajiet li ġejjin:

jiskrinja l-proġetti kollha bi tqabbil mal-lista ta’ attivitajiet esklużi milll-appoġġ taħt InvestEU (l-Anness V.B tar-Regolament tal-UE dwar InvestEU);

jivverifika l-konformità tal-proġett mal-qafas legali rilevanti u jivverifika li l-permessi/il-liċenzji kollha jkunu f’konformità mar-rekwiżiti legali;

iwettaq l-iskrinjar u l-verifika ta’ InvestEU, fejn applikabbli, f’konformità ma’ din il-gwida. Dan jista’ jinkludi, pereżempju:

il-verifika tad-dokumentazzjoni ppreżentata mill-promotur tal-proġett/mir-riċevitur finali;

l-identifikazzjoni u l-verifika ta’ jekk hemmx xi impatt negattiv residwu kkawżat mill-proġett; il-kwantifikazzjoni u, fejn possibbli, il-monetizzazzjoni kemm tal-impatti negattivi kif ukoll ta’ dawk pożittivi biex jiddaħħlu fil-valutazzjoni ekonomika tal-proġett;

il-ħtieġa ta’ studji u rapporti addizzjonali, billi dan jista’ jirriżulta bħala neċessarju mill-valutazzjoni, u verifikazzjoni tal-miżuri ta’ mitigazzjoni għall-impatti identifikati proposti mill-promotur;

l-għoti ta’ pariri u appoġġ, kif applikabbli/meħtieġ u sa fejn ikun possibbli, lill-promotur tal-proġett/lir-riċevitur finali fl-immaniġġjar tar-riskji klimatiċi, ambjentali u/jew soċjali assoċjati mal-proġett;

il-valutar tal-kapaċità tal-promotur tal-proġett/tar-riċevitur finali li jittratta u jimplimenta r-rekwiżiti kollha relatati mal-verifika;

it-twettiq tal-valutazzjoni ekonomika tal-proġett, fejn applikabbli;

il-monitoraġġ tal-proġett u l-istatus ta’ sostenibbiltà tiegħu għall-perjodu tal-kuntratt mal-promotur tal-proġett, kif ukoll l-issodisfar tal-kundizzjonijiet inklużi fil-kuntratt finanzjarju;

l-għoti ta’ sommarju ta’ verifika tas-sostenibbiltà (jew ġustifikazzjoni għan-nuqqas ta’ verifika tas-sostenibbiltà) lill-Kumitat tal-Investiment u l-involviment fi djalogu, jekk ikunu meħtieġa kjarifiki addizzjonali.

Finanzjament indirett

Għal finanzjament intermedjat, is-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni jenħtieġ li jippromwovi InvestEU bħala strument li jappoġġa l-prinċipji ta’ finanzjament sostenibbli u jħeġġeġ lill-intermedjarji finanzjarji jadottaw imġiba responsabbli minn perspettiva ta’ sostenibbiltà. Skont it-tip ta’ intermedjazzjoni, dan jista’ jinkludi:

għall-fondi infrastrutturali, valutazzjoni tal-kapaċità tal-maniġer tal-fond biex jindirizza r-rekwiżiti ta’ verifika tas-sostenibbiltà, kif applikabbli, f’konformità mar-rekwiżiti deskritti fil-Kapitolu 3;

valutazzjoni tal-kapaċità tal-intermedjarju finanzjarju u tas-sistemi u/jew proċeduri stabbiliti li l-intermedjarju finanzjarju għandu biex jiġu skrinjati, vvalutati u mmaniġġjati r-riskji ambjentali, klimatiċi u soċjali assoċjati mal-attivitajiet kummerċjali tiegħu u f’konformità mar-rekwiżiti ta’ din il-gwida;

inklużjoni ta’ rekwiżiti speċifiċi fil-ftehimiet mal-intermedjarji finanzjarji, billi jista’ jkun meħtieġ sabiex jiġi żgurat li d-dispożizzjonijiet applikabbli ta’ din il-gwida jiġu indirizzati kif xieraq.

Fejn possibbli huwa rakkomandat li s-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni jenħtieġ li jgħin lill-intermedjarji finanzjarji biex jiżviluppaw is-sistemi ambjentali u soċjali tagħhom stess u jħeġġeġ lill-intermedjari finanzjarji li jiżviluppaw prodotti finanzjarji li jikkontribwixxu għall-Patt Ekoloġiku Ewropew.

4.1.3.   Rwol tal-intermedjarju finanzjarju

Ir-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-intermedjarju finanzjarju huma deskritti fid-dettall fil-Kapitolu 3.

4.1.4.   Rwol tal-Kumitat tal-Investiment (137)

Għal operazzjonijiet diretti, il-Kumitat tal-Investiment irid iqis, fil-proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet, l-informazzjoni pprovduta mis-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni f’konformità mad-dispożizzjonijiet fil-Kapitolu 4.2.

Il-Kumitat tal-Investiment huwa intitolat jitlob informazzjoni supplimentari mis-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni dwar aspetti ta’ sostenibbiltà u r-riżultati tal-verifika, jekk iqis li dan huwa meħtieġ jew jekk iqisu li l-ġustifikazzjoni tan-nuqqas ta’ ħtieġa għall-verifika mhix suffiċjenti.

4.1.5.   Rwol il-Kummissjoni

Il-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mas-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni, se timmonitorja li din il-gwida tiġi applikata b’mod konsistenti u koerenti fit-twieqi ta’ politika tal-Fond InvestEU.

Il-Kummissjoni, permezz tal-korpi ta’ governanza rilevanti u d-dokumentazzjoni relatata, se tinforma lis-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni dwar l-iżvilupp tal-prijoritajiet ta’ politika u l-impenji għas-sostenibbiltà tal-UE u kif dawn huma riflessi f’InvestEU.

Il-Kummissjoni hija responsabbli għall-aġġornament ta’ din il-gwida, b’mod partikolari biex tinkludi r-riżultati tal-evalwazzjoni li għandha titwettaq fir-rieżami ta’ nofs it-terminu. Huwa responsabbli wkoll mill-aġġornament ta’ din il-gwida bi kwalunkwe żvilupp metodoloġiku jew legali rilevanti li jista’ jtejjeb l-applikazzjoni tal-prova tas-sostenibbiltà jew il-prestazzjoni tas-sostenibbiltà tal-operazzjonijiet ta’ finanzjament u ta’ investiment appoġġati.

4.1.6.   Awtoritajiet pubbliċi kompetenti (138)

L-awtoritajiet pubbliċi kompetenti huma kategorija speċjali ta’ partijiet ikkonċernati li għandhom rwol importanti fil-proċess ta’ verifika tas-sostenibbiltà, għalkemm mhumiex involuti direttament fih. L-awtoritajiet pubbliċi kompetenti għandhom jiżguraw li r-rekwiżiti legali jiġu implimentati b’mod korrett u li jkun hemm konformità magħhom mill-atturi ekonomiċi kollha. Huma responsabbli għall-infurzar tal-liġi, għat-twettiq tal-verifiki kollha meħtieġa, kif ukoll għall-ħruġ tal-permessi, liċenzji jew kwalunkwe tip ieħor ta’ awtorizzazzjoni.

F’xi każijiet, l-awtoritajiet pubbliċi kompetenti jistgħu fil-prinċipju jassistu lill-promoturi tal-proġetti bil-proċess legali kollu. Huma jistgħu jassistu wkoll lis-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni jew lill-intermedjarji finanzjarji biex jifhmu l-impatti ambjentali jew soċjali tal-proġetti u l-kuntest usa’ tagħhom fir-rigward tal-impatti kumulattivi fuq dawn id-dimensjonijiet.

4.2.   Il-proċess ta’ InvestEU

Ir-riżultati tal-verifika tas-sostenibbiltà se jiġu integrati fi flussi operattivi relatati differenti u se jkunu ta’ influwenza fuq il-proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet. It-taqsima li ġejja tispjega kif il-verifika tista’ tiġi allinjata ma’ dawn il-proċessi l-oħra. Din it-taqsima tindirizza wkoll id-differenzjazzjoni bejn finanzjament dirett u indirett. Madankollu, il-verifika tas-sostenibbiltà hija biss parti minn qafas usa’ u kwalunkwe rekwiżit li jirriżulta minn din il-gwida jenħtieġ li jiġi allinjat mal-proċessi ġenerali għall-Programm InvestEU (139).

4.2.1.   Kontroll tal-politika

L-operazzjonijiet ta’ finanzjament u investiment kollha se jiġu soġġetti għal verifika ta’ politika u s-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni se jkollhom jissottomettu Formola ta’ Talba għal Verifika ta’ Politika lill-Kummissjoni f’dan ir-rigward (140). Għall-BEI, tapplika l-Proċedura tal-Artikolu 19. Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-proċedura huwa li jiġi żgurat li l-operazzjoni proposta b’mod kumplessiv tikkonforma b’mod ġenerali mar-rekwiżiti legali tal-UE (141) u li tkun konformi ma’, jew tikkontribwixxi għall-għanijiet u l-ambizzjonijiet ta’ politika tal-UE, inklużi dawk tas-sostenibbiltà. Huma biss l-operazzjonijiet li jkunu għaddew mill-Verifika ta’ Politika li se jiġu ppreżentati lill-Kumitat tal-Investiment. Il-pass tal-kontroll tal-politika huwa parti mill-proċess aktar ġenerali ta’ InvestEU tas-sottomissjoni u l-approvazzjoni ta’ operazzjonijiet ta’ finanzjament u investiment (142).

Għal finanzjament dirett, il-verifika ta’ politika se titwettaq għal investimenti indipendenti (proġett ta’ investiment, finanzjament korporattiv ġenerali eċċ.). Fil-mument tal-verifika ta’ politika, l-informazzjoni disponibbli għas-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni tista’ ma tippermettix valutazzjoni aktar fil-fond jew it-twettiq tal-iskrinjar sħiħ ta’ InvestEU għall-identifikazzjoni ta’ impatti possibbli fuq is-sostenibbiltà. Għalhekk, is-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni, fuq il-bażi tal-aħjar sforz, se jipprovdi informazzjoni preliminari dwar il-qafas legali u regolatorju applikabbli għall-operazzjoni proposta fejn jidħlu t-tliet dimensjonijiet tas-sostenibbiltà.

L-informazzjoni ambjentali u soċjali inkluża għall-kontroll tal-politika jenħtieġ li tkun konċiża u tipprovdi stampa ċara lill-Kummissjoni dwar l-aspetti legali u regolatorji rilevanti għall-proġett. Informazzjoni addizzjonali li tista’ tiġi pprovduta tinkludi, sa fejn ikun possibbli: (i) speċifiċitajiet dwar il-post u ż-żoni protetti fil-qrib; (ii) konsultazzjonijiet pubbliċi mnedija u dettalji simili oħra. Abbażi ta’ din l-informazzjoni, huwa mistenni li s-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni jkun f’pożizzjoni li jidentifika l-qafas legali u regolatorju applikabbli, b’mod partikolari jekk il-proġett jaqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva dwar il-VIA jew jekk il-leġiżlazzjoni settorjali tkunx applikabbli (eż. id-Direttiva dwar il-Ħabitats, id-Direttiva Qafas dwar l-Ilma u d-Direttiva dwar Emissjonijiet Industrijali).

Matul il-konsultazzjoni, il-Kummissjoni tista’ tipprovdi feedback dwar il-partikolaritajiet ta’ setturi jew żoni, jew dwar l-applikabbiltà tal-leġiżlazzjoni ambjentali tal-UE. Il-proċess ta’ konsultazzjoni se jiġi speċifikat u ddettaljat aktar fil-Ftehim ta’ Garanzija.

Fil-qosor, is-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni jista’ jipprovdi l-informazzjoni li ġejja fil-Formola ta’ Talba għal Verifika ta’ Politika:

Il-qafas legali u regolatorju wiesa’ applikabbli għall-proġett, sa fejn jista’ jiġi identifikat f’dan l-istadju (143), skont il-maturità tal-proġett (eż. kwalunkwe leġiżlazzjoni tal-UE, internazzjonali jew nazzjonali li tkun rilevanti għat-tliet dimensjonijiet, sa fejn ikun possibbli).

Jekk il-proġett jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva dwar il-VIA – l-Anness I jew l-Anness II u jekk ikunx tlesta t-teħid tad-deċiżjonijiet skont il-VIA. Jekk il-proġett jaqa’ taħt l-Anness II, jekk tkunx ġiet iffinalizzata l-proċedura ta’ skrinjar mill-awtorità kompetenti u, jekk iva, jekk tkunx meħtieġa VIA.

Jekk id-Direttiva riveduta dwar il-VIA tkunx tapplika għall-proġett, u jekk ikunux issodisfati d-dispożizzjonijiet rispettivi dwar it-tibdil fil-klima.

Referenza għad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma, id-Direttiva dwar il-Ħabitats u dik dwar l-Ġħasafar, id-Direttiva dwar l-Emissjonijiet Industrijali eċċ., fejn applikabbli u sa fejn ikun possibbli.

4.2.2.   Formola għal talba ta’ garanzija

Għal operazzjonijiet diretti, jista’ jiġi ddeterminat li abbażi tal-iskrinjar InvestEU ma tkun meħtieġa l-ebda prova. Jekk dan ikun il-każ, jenħtieġ li tiġi pprovduta ġustifikazzjoni lill-Kumitat tal-Investiment (jekk jogħġbok ara l-mudell fl-Anness 2).

F’każijiet fejn tkun meħtieġa verifika, is-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni irid iħejji sommarju tal-verifika tas-sostenibbiltà (144) rigward id-dimensjoni klimatika, ambjentali u soċjali, f’konformità mal-gwida. Dan is-sommarju jrid jiġi ppreżentat bħala Anness għall-Formola tat-Talba għall-Garanzija. Il-mudell għal dan is-sommarju huwa dak maqbul fil-kuntest tal-proċess ta’ approvazzjoni u l-governanza tal-Programm InvestEU.

Is-sommarju jenħtieġ li jinkludi informazzjoni konċiża dwar il-prestazzjoni tal-proġett propost mil-lat ta’ sostenibbiltà, li se tgħin lill-Kumitat tal-Investiment biex jifhem aħjar il-profil klimatiku, ambjentali u soċjali tal-operazzjoni. Is-sommarju jenħtieġ li jinkludi dettalji dwar id-dimensjoni/jiet rilevanti. F’każ li ma tkunx meħtieġa verifika għal dimensjoni waħda jew tnejn, din l-informazzjoni se tiġi inkluż fil-ġustifikazzjoni msemmija hawn fuq.

Dan is-sommarju jkollu l-intenzjoni li jispjega: (i) l-impatti identifikati (negattivi jew pożittivi); (ii) il-miżuri ewlenin implimentati; u (iii) ir-riskji residwi (145) wara li l-miżuri ta’ mitigazzjoni kollha jkunu ġew stabbiliti. Jenħtieġ li jispjega wkoll għaliex dawn ir-riskji residwi jew l-impatti mmitigati huma aċċettabbli biex il-proġett ikompli jiġi ffinanzjat, u f’konformità mal-objettivi ta’ InvestEU. Fejn applikabbli, jenħtieġ li l-monetizzazzjoni u l-inklużjoni ta’ impatti negattivi u pożittivi (inklużi esternalitajiet fl-evalwazzjoni ekonomika) jiġu koperti wkoll. Huwa rrakkomandat li l-lingwa użata ma tkunx teknika wisq. Dan se jgħin biex ikun jappella għal udjenza akbar u jagħti stampa ċara lill-Kumitat tal-Investiment dwar l-istatus ta’ sostenibbiltà tal-proġett propost.

Gwida aktar dettaljata dwar x’jista’ jiġi inkluż fis-sommarju tal-verifika tas-sostenibbiltà tista’ tinstab fl-Anness 2.

4.2.3.   Tabella ta’ valutazzjoni

Ir-riżultati tal-verifika tas-sostenibbiltà tal-proġett iridu wkoll jiġu inklużi fit-tabella ta’ valutazzjoni biex jakkumpanjaw il-formola għal talba ta’ garanzija. Il-verifika tas-sostenibbiltà hija wieħed mill-aspetti, fost bosta kunsiderazzjonijiet oħra, li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni fil-valutazzjoni tal-operazzjonijiet proposti biex tiġi riċevuta Garanzija tal-UE. Ir-rekwiżiti u l-kriterji speċifiċi għat-tabella ta’ valutazzjoni huma inklużi fl-Att Delegat rilevanti.

4.2.4.   Rappurtar lill-Kummissjoni

Ir-Regolament tal-InvestEU jinkludi dispożizzjonijiet dwar l-obbligi ta’ rapputar u monitoraġġ - jekk jogħoġbok are l-Artikoli 17 u 28, u l-Anness III.

Fil-prinċipju, ir-riżultati li ġejjin tal-proċess ta’ verifika tas-sostenibbiltà iridu jiġu rrapportati lill-Kummissjoni:

1.

Is-sommarju dwar il-verifika tas-sostenibbiltà – dan jenħtieġ li jiġi rrappurtat kull sena flimkien mar-rapporti tas-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni lill-Kummissjoni għal kull proġett li jgħaddi mill-prova (ex-post) - finanzjament dirett.

Għall-fondi tal-infrastruttura, verżjoni simplifikata tas-sommarju dwar il-prova tas-sostenibbiltà jenħtieġ li tiġi rrapportata kull sena, f’konformità mar-rekwiżiti l-oħra ta’ rapportar stabbiliti bejn is-Sieħeb tal-Implimentazzjoni u l-maniġer tal-fond, u f’konformità mal-fluss ta’ ħidma ġenerali dwar ir-rappurtar. Bħala minimu, din il-verżjoni simplifikata jenħtieġ li tinkludi informazzjoni dwar it-tip ta’ tranżazzjoni, is-settur, il-konferma tal-konformità legali, l-impatti identifikati u l-miżuri ta’ mitigazzjoni stabbiliti (kif applikabbli), il-metodoloġiji użati għad-determinazzjoni tal-marka tal-karbonju, ir-rakkomandazzjonijiet għat-titjib tal-aġenda pożittiva, fejn possibbli.

2.

Kwalunkwe bidla sostanzjali fil-profil tas-sostenibbiltà jew fil-prestazzjoni tal-operazzjoni approvata, kwalunkwe tilwim legali li jista’ jfeġġ hekk kif iseħħ jew kwalunkwe ksur ta’ kuntratt mir-riċevitur finali, jekk ikunu ġew inklużi klawsoli kundizzjonali fil-ftehim ta’ finanzjament hekk kif iseħħ. Jekk possibbli, tista’ tiġi inkluża wkoll informazzjoni dwar l-azzjonijiet korrettivi stabbiliti.

Dan huwa meħtieġ għal finanzjament dirett. Għall-finanzjament indirett, is-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni jenħtieġ li jużaw ir-regoli u l-proċeduri tagħhom stess u mhumiex meħtieġa jirrapportaw lill-Kummissjoni;

3.

L-emissjonijiet annwali ta’ gassijiet serra tal-proġett f’każ li dawn l-emissjonijiet jkunu ogħla mis-sollijiet previsti għall-kalkolu tal-impronta tal-karbonju - għandhom jiġu speċifikati fir-rekwiżiti ta’ rapportar operazzjonali. Dan huwa meħtieġ għall-finanzjament dirett u għall-fondi infrastrutturali;

4.

L-emissjonijiet annwali ta’ gassijiet serra mnaqqsa/evitati f’tunnellati ta’ ekwivalenti Livell aggregat ta’ CO2 – livell aggregat – għandu jiġi speċifikati fir-rekwiżiti ta’ rapportar operazzjonali. Dan huwa meħtieġ għal finanzjament dirett.

5.

Għadd ta’ proġetti li jgħaddu minn valutazzjoni sħiħa tar-riskju klimatiku u tal-vulnerabbiltà għall-adattament għall-klima. Dan huwa meħtieġ għall-finanzjament dirett u għall-fondi infrastrutturali;

6.

Għal finanzjament intermedjat, jenħtieġ li s-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni jirrapportaw dwar kemm hemm intermedjarji finanzjarji li jkollhom ESMS fis-seħħ;

Ir-rekwiżiti ta’ rapportar se jiġu speċifikati ulterjurment fil-Ftehim ta’ Garanzija.


(1)  Ir-Regolament (UE) 2021/523 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-Programm InvestEU u li jemenda r-Regolament (UE) 2015/1017 (ĠU L 107, 26.3.2021, p. 30), https://eur-lex.europa.eu/legal-content/EN/TXT/PDF/?uri=CELEX:32021R0523&from=EN

(2)  Dan id-dokument ma jindirizzax il-kapaċità finanzjarja tal-operazzjonijiet ta’ finanzjament u investiment li jirċievu appoġġ taħt InvestEU.

(3)  L-iskrinjar ta’ InvestEU huwa kunċett li jintuża biss għall-għan ta’ din il-gwida u ma għandux jiġi konfuż mal-iskrinjar imwettaq mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti eż. fil-kuntest tad-Direttiva dwar il-VIA u ta’ leġiżlazzjoni rilevanti oħra.

(4)  Id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65) https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:32014L0024&from=MT

(5)  Lista mhux eżawrjenti ta’ rekwiżiti legali li għandhom jitqiesu u li għandu jkun hemm konformità magħhom – kif applikabbli – tingħata fl-Anness 1 ta’ din il-gwida. Il-leġiżlazzjoni applikabbli tista’ tvarja skont is-settur tan-negozju u l-pajjiż.

(6)  Is-sħab in karigati mill-implimentazzjoni jew l-intermedjarji finanzjarji mhumiex mistennija jissostitwixxu lill-awtoritajiet kompetenti inkarigati mill-infurzar tar-rekwiżiti legali. Dawn jenħtieġ li jivverifikaw l-eżistenza tal-prova ta’ konformità legali fl-għamla ta’ permessi, awtorizzazzjonijiet, jew jeħtieġu awtodikjarazzjoni, kif applikabbli eċċ.

(7)  https://ec.europa.eu/commission/priorities/deeper-and-fairer-economic-and-monetary-union/european-pillar-social-rights/european-pillar-social-rights-20-principles_en

(8)  https://unfccc.int/process-and-meetings/the-paris-agreement/the-paris-agreement

(9)  https://sdgs.un.org/goals

(10)  https://www.weforum.org/reports/the-global-risks-report-2018

(11)  Id-Direttiva Nru 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU L 26, 28.1.2012, p. 1) kif emendata mid-Direttiva 2014/52/UE.

(12)  Il-VAT mhux inkluża.

(13)  Dan huwa mingħajr preġudizzju għall-kriterji ta’ eliġibbiltà speċifiċi żviluppati għal prodotti differenti

(14)  Ir-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2020 dwar l-istabbiliment ta’ qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli, u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/2088 (ĠU L 198, 22.6.2020, p. 13).

(15)  Is-sitt objettivi ambjentali skont ir-Regolament dwar it-Tassonomija huma: il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima; l-adattament għat-tibdil fil-klima; l-użu sostenibbli u l-protezzjoni għar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar; it-transizzjoni lejn ekonomija ċirkolari; il-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis; u l-ħarsien u r-restawr tal-bijodiversità u l-ekosistemi.

(16)  Il-verifika tas-sostenibbiltà hija applikabbli għall-attivitajiet kollha koperti minn InvestEU, irrispettivament minn jekk humiex koperti mit-Tassonomija tal-UE jew le, f’konformità ma’ din il-gwida.

(17)  L-operazzjonijiet jenħtieġ li jkunu jirrispettaw il-kriterji ta’ eliġibbiltà stabbiliti fil-Linji Gwida għall-Investiment, fl-iskedi informattivi dwar il-prodotti finanzjarji jew fil-Ftehim ta’ Garanzija.

(18)  Id-Direttiva 2009/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 23 ta’ April 2009 dwar il-ħżin ġeoloġiku tad-dijossidu tal-karbonju u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE, id-Direttivi 2000/60/KE, 2001/80/KE, 2004/35/KE, 2006/12/KE, 2008/1/KE u r-Regolament (KE) Nru 1013/2006 (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 114).

(19)  Id-Direttiva (UE) 2018/410 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Marzu 2018 li temenda d-Direttiva 2003/87/KE biex jiżdiedu t-tnaqqis kosteffettiv tal-emissjonijiet u l-investimenti għal emissjonijiet baxxi ta' karbonju, u d-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 (ĠU L 76, 19.3.2018, p. 3).

(20)  Dedikat huwa definit bħala mibni u akkwistat bl-intenzjoni espliċita li b’mod predominanti jittrasporta jew jaħżen il-fjuwils fossili matul il-proġett (sors: il-pjan Direzzjonali tal-Bank Klimatiku tal-Grupp tal-BEI 2021-2025).

(21)  L-MSS jinkludu wkoll l-objettiv ta’ allinjament mal-Linji Gwida tal-OECD għall-Intrapriżi Multinazzjonali u mal-Prinċipji Gwida tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem, inklużi l-prinċipji u d-drittijiet stipulati fit-tmien konvenzjonijiet fundamentali identifikati fid-dikjarazzjoni tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol dwar id-Drittijiet u l-Prinċipji Fundamentali fuq ix-Xogħol u fil-Karta Internazzjonali tad-Drittijiet tal-Bniedem. Billi għad iridu jiġu deċiżi r-rekwiżiti speċifiċi għall-konformità, din il-parti għadha mhijiex applikabbli għall-operazzjonijiet ta’ InvestEU.

(22)  Dan jista’ jsir fil-forma ta’ awtodikjarazzjoni mir-riċevitur finali. Dan jista’ jsir ukoll billi dawn ir-referenzi jiġu inklużi fl-arranġamenti kuntrattwali: (i) bejn is-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni u l-benefiċjarju finali; jew (ii) bejn is-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni u l-intermedjarju finanzjarju u bejn l-intermedjarju finanzjarju u r-riċevitur finali, skont il-każ.

(23)  Magħruf ukoll bħala l-proċess ta’ parteċipazzjoni pubblika (inklużi aċċess għall-informazzjoni, proċess ta’ konsultazzjoni) u aċċess għall-ġustizzja fil-qafas legali tal-UE (bħal kif stabbilit fid-Direttiva 2011/92/UE dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (id-Direttiva dwar il-VIA) kif emendata, bid-Direttiva 2014/52/UE u d-Direttiva 2010/75/UE dwar l-Emissjonijiet Industrijali (il-Prevenzjoni u l-Kontroll Integrati tat-Tniġġis).

(24)  It-terminu “ħaddiema fuq il-proġett” jirreferi għal: (i) persuni impjegati jew involuti direttament mill-promotur (inklużi l-proponent tal-proġett u l-aġenziji li jimplimentaw il-proġett) biex jaħdmu speċifikament fuq il-proġett (ħaddiema diretti); u (ii) persuni impjegati jew involuti permezz ta’ partijiet terzi biex iwettqu xogħol relatat mal-funzjonijiet ewlenin tal-proġett, irrispettivament mill-post (ħaddiema b’kuntratt). Barra minn hekk, ir-riskji tat-tħaddim tat-tfal u/jew tax-xogħol furzat fil-ktajjen ta’ provvista jenħtieġ li jiġu analizzati u mmaniġġjati, jekk jiġu identifikati.

(25)  Sakemm isir dan ir-rieżami ta’ nofs it-terminu, it-Tassonomija tal-UE se tkun fis-seħħ, u l-kriterji tekniċi ta’ skrinjar se jkunu ġew żviluppati. Possibbilment se jkun hemm ukoll xi gwida addizzjonali dwar kif għandhom jiġu indirizzati dawn il-kriterji.

(26)  https://ec.europa.eu/info/law/better-regulation/have-your-say/initiatives/12129-Revision-of-Non-Financial-Reporting-Directive

(27)  Skont l-Artikolu 8(5) tar-Regolament tal-InvestEU, “l-operazzjonijiet ta’ finanzjament u ta’ investiment [appoġġati mill-fond InvestEU, ed.] għandhom jiġu skrinjati biex jiġi ddeterminat jekk għandhomx impatt ambjentali, klimatiku jew soċjali. Jekk dawk l-operazzjonijiet ikollhom impatt bħal dan, dawn għandhom ikunu soġġetti għall-ittestjar tas-sostenibbiltà klimatika, ambjentali u soċjali bil-għan li jiġu minimizzati l-impatti negattivi u jiġu massimizzati l-benefiċċji għall-klima, l-ambjent u d-dimensjonijiet soċjali...Proġetti li ma jkunux konsistenti mal-għanijiet klimatiċi ma għandhomx ikunu eliġibbli għall-appoġġ skont dan ir-Regolament.”

(28)  Azzjonijiet addizzjonali biex jiġi evitat jew jitnaqqas kwalukwe effett negattiv li jifdal, jekk ikun hemm, jew kunsiderazzjoni ta’ “aġenda pożittiva” (jiġifieri azzjonijiet biex jittejbu l-kredenzjali ambjentali, soċjali u klimatiċi tal-operazzjoni).

(29)  Għall-impatti identifikati fir-rapport tal-EIA, fejn il-proċess tal-EIA se jservi bħala input ewlieni għall-verifika tas-sostenibbiltà. Jekk jogħġbok ara wkoll il-Kapitolu 2.4.3 fejn jingħataw rakkomandazzjonijiet għal proġetti taħt is-soll

(30)  Bħala eżempju, għas-subsett ta’ proġetti soġġetti għal VIA (Anness I jew Anness II skrinjati) mwettqa f’konformità mar-rekwiżiti tad-Direttiva dwar il-VIA kif emendata, l-eżitu tal-verifika tar-reżistenza klimatika għandu jiġi rifless ukoll fir-rapport dwar il-VIA.

(31)  Il-valutazzjoni tad-dimensjoni ambjentali, klimatika u/jew soċjali għandha tieħu inkunsiderazzjoni wkoll l-infrastruttura u l-faċilitajiet assoċjati/anċillari li jistgħu jitqiesu bħala parti integrali mill-proġett jew li mingħajrhom il-proġett ma jkunx vijabbli, kif isir normalment mis-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni fil-kuntest tad-diliġenza dovuta interna tagħhom (ara pereżempju l-Manwal Ambjentali u Soċjali tal-BEI u l-Politika Ambjentali u Soċjali tal-BERŻ). Xi gwida ġenerali dwar dan is-suġġett hija disponibbli hawn: https://ec.europa.eu/environment/eia/pdf/Note%20-%20Interpretation%20of%20Directive%2085-337-EEC.pdf.

(32)  Il-Gwida dwar il-verifika tar-reżistenza klimatika tal-infrastruttura fil-perjodu 2021-2027 se tiġi ppubblikata fl-ewwel nofs tal-2021.

(33)  Ara wkoll il-qafas metodoloġiku żviluppat fil-kuntest tal-Grupp ta’ Ħidma tal-Istituzzjonijiet Finanzjarji Ewropej dwar l-Adattament għat-Tibdil fil-Klima (EUFIWACC): https://www.eib.org/attachments/press/integrating-climate-change-adaptation-in-project-development.pdf

(34)  https://www.eib.org/attachments/strategies/eib_project_carbon_footprint_methodologies_en.pdf

(35)  Il-Grupp ta’ Kontabbiltà tal-Emissjonijiet ta’ Gassijiet Serra tal-IFI attwalment qed jaħdem fuq dokument li se jipprovdi gwida addizzjonali għall-prassi tajba, li se jiġi ppubblikat fl-2021.

(36)  Il-Ftehim ta’ Pariġi: https://unfccc.int/process-and-meetings/the-paris-agreement/the-paris-agreement

(37)  L-immaniġġjar taċ-ċiklu tal-proġett (PCM) huwa l-proċess ta’ ppjanar, organizzazzjoni, koordinazzjoni u kontroll ta’ proġett effettivament u b’mod effiċjenti tul il-fażijiet tiegħu, mill-ippjanar sal-implimentazzjoni u t-tħaddim sad-dekummissjonar.

(38)  Ara wkoll l-EUFIWACC (2016) – disponibbli hawnhekk: http://www.eib.org/attachments/press/integrating-climate-change-adaptation-in-project-development.pdf

(39)  Ara t-taqsima dwar l-iskrinjar. Proġetti f’ċerti setturi – eż. fit-trasport urban – spiss ikunu parti minn dokument ta’ ppjanar integrat (eż. Pjan ta’ Mobbiltà Urbana Sostenibbli) li jkollu l-għan li jiddefinixxi programm ta’ investiment koerenti.

(40)  Hemm diversi definizzjonijiet ta’ vulnerabbiltà u riskju, ara eż. IPCC AR4 (2007) dwar il-vulnerabbiltà u IPCC SREX (2012) u IPCC AR5 (2014) dwar ir-riskju (bħala funzjoni tal-probabbiltà u l-konsegwenzi tal-periklu), http://ipcc.ch/

(41)  Għal ħarsa ġenerali strutturata lejn l-indikaturi tat-tibdil fil-klima u l-indikaturi tal-impatt tat-tibdil fil-klima (perikli) ara eż. ir-Rapport tal-EEA “Climate change, impacts and vulnerability in Europe 2016” (Tibdil fil-klima, impatti u vulnerabbiltà fl-Ewropa 2016), https://www.eea.europa.eu/publications/climate-change-impacts-and-vulnerability-2016, ir-Rapport tal-EEA “Climate change adaptation and disaster risk reduction in Europe” (Adattament għat-tibdil fil-klima u tnaqqis tar-riskju ta’ diżastri fl-Ewropa), https://www.eea.europa.eu/publications/climate-change-adaptation-and-disaster u d-Dokument Tekniku tal-ETC CCA “Extreme weather and climate in Europe” (It-temp estrem u l-klima fl-Ewropa) (2015), http://cca.eionet.europa.eu/reports, u https://www.eionet.europa.eu/etcs/etc-cca/products/etc-cca-reports/extreme-20weather-20and-20climate-20in-20europe, kif ukoll https://www.eea.europa.eu/soer-2020/intro (Kapitolu 7) http://www.eea.europa.eu/soer-2015/europe/climate-change-impacts-and-adaptation

(42)  Aktar informazzjoni rigward il-projezzjonijiet tal-immudellar tal-klima rrakkomandati jistgħu jinstabu fil-Gwida dwar il-verifika tar-reżistenza klimatika tal-infrastruttura fil-perjodu 2021-2027

(43)  Il-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà klimatika tista’ ssir relattivament kmieni fiċ-ċiklu ta’ żvilupp tal-proġett u, skont il-maturità tal-proġett, id-deċiżjoni biex issir valutazzjonijiet tar-riskju tat-tibdil fil-klima xi drabi jista’ jkun li jkollha tittieħed mill-promotur tal-proġett. F’każijiet bħal dawn, il-valutazzjoni tista’ tkun suġġetta għal verifika indipendenti (jew verifika interna mis-Sieħeb ta’ Implimentazzjoni) qabel jintlaħaq l-istadju tad-deċiżjoni ta’ finanzjament.

(44)  Kif irrakkomandat mill-Gwida dwar il-verifika tar-reżistenza klimatika tal-infrastruttura fil-perjodu 2021-2027, jista’ jkun rilevanti li l-investiment jitqies f’kuntest usa’. It-tibdil fil-klima se jaffettwa wkoll is-sistemi ambjentali u soċjali madwar l-assi ffinanzjati mill-investiment ta’ InvestEU, u l-interazzjonijiet tagħhom ma’ dawn is-sistemi. Barra minn hekk, l-operazzjonijiet tal-investiment jistgħu jiġu affettwati serjament mill-impatt tat-tibdil fil-klima fuq infrastruttura oħra li tappoġġa l-attivitajiet tiegħu, inklużi faċilitajiet assoċjati. Dan jenfasizza l-importanza ta’ ħsieb integrat u transsettorjali biex jitqiesu r-riskji tat-tibdil fil-klima u r-reżiljenza f’kuntest usa’ ta’ ekosistemi u sistemi soċjali.

(45)  Jista’ jkun hemm ukoll elementi ta’ proġett ta’ investiment li jitqiesu bħala mhux essenzjali fejn il-kostijiet tal-miżuri ta’ adattament ikunu akbar mill-benefiċċji tal-evitar tar-riskji, u l-aħjar għażla tista’ tkun li l-infrastruttura mhux essenzjali titħalla tfalli f’ċerti ċirkostanzi. Din ukoll hija forma ta’ mmaniġġjar tar-riskju.

(46)  Hemm ammont dejjem jiżdied ta’ letteratura u esperjenza rigward l-għażliet għall-adattament, l-evalwazzjoni u l-ippjanar, kif ukoll ir-riżorsi relatati għal Stati Membri speċifiċi. Pereżempju, Sħab ta’ Implimentazzjoni interessati jistgħu jikkonsultaw:

Climate-ADAPT (http://climate-adapt.eea.europa.eu/) dwar l-adattament għal eżempji ta’ miżuri ta’ adattament u studji tal-każ

l-Istudju ta’ DĠ REGIO dwar “Climate change adaptation of major infrastructure projects” (L-adattament għat-tibdil fil-klima ta’ proġetti kbar ta’ infrastruttura): https://ec.europa.eu/regional_policy/en/information/publications/studies/2018/climate-change-adaptation-of-major-infrastructure-projects

ir-Rapport 8/2014 tal-EEA “Adaptation of transport to climate change in Europe” (Adattament tat-trasport għat-tibdil fil-klima fl-Ewropa), http://www.eea.europa.eu/publications/adaptation-of-transport-to-climate

ir-Rapport 1/2019 tal-EEA “Adaptation challenges and opportunities for the European energy system – Building a climate-resilient low-carbon energy system” (Sfidi u opportunitajiet għall-adattament għas-sistema tal-enerġija Ewropea – Nibnu sistema tal-enerġija reżiljenti għall-klima u b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju): https://www.eea.europa.eu/publications/adaptation-in-energy-system

(47)  F’din il-gwida, il-kelma “mitigazzjoni” hija speċifika għall-kuntest, li jfisser fir-rigward tal-verifika tar-reżistenza klimatika u tal-verifika ambjentali. Pereżempju, b’rabta mal-verifika tar-reżistenza klimatika, “mitigazzjoni” tfisser intervent mill-bniedem biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra jew biex jissaħħu l-bjar ta’ gassijiet serra.

(48)  Il-prinċipju L-effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel huwa definit fl-Artikolu 2(18) tar-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika, (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 1),

https://eur-lex.europa.eu/legal-content/EN/TXT/?uri=uriserv:OJ.L_.2018.328.01.0001.01.ENG

(49)  Inkluż fost affarijiet oħra verifiki sikuri fuq il-fruntiera esterna u tal-parkeġġ.

(50)  Proġetti f’ċerti setturi – eż. fit-trasport urban – spiss ikunu parti minn dokument ta’ ppjanar integrat (eż. Pjan ta’ Mobbiltà Urbana Sostenibbli) li jkollu l-għan li jiddefinixxi programm ta’ investiment koerenti. Filwaqt li kull investiment/proġett individwali inkluż fi programmi ta’ investiment bħal dawn jista’ ma jkunx ogħla mis-sollijiet, jista’ jkun rilevanti li jiġu vvalutati l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra fil-livell tal-programm sħiħ, bl-għan li jinqabad il-kontribut importanti ġenerali lejn il-mitigazzjoni tal-gassijiet serra.

(51)  Il-miżuri li jindirizzaw is-sikurezza fit-toroq u t-tnaqqis tal-istorbju tal-merkanzija jistgħu jiġu eżentati

(52)  Minħabba l-effetti kumulattivi, xi emissjonijiet żgħar ta’ gassijiet serra jistgħu jkunu l-punt kritiku minn impatt mhux sinifikanti lejn il-kategorija ta’ impatt sinifikanti – u mbagħad ikollhom jittieħdu inkunsiderazzjoni.

(53)  Huwa rrakkomandat li jiġi adottat l-istess approċċ għall-istadju tal-ippjanar, pereżempju fis-settur tat-trasport, fejn l-għażliet l-aktar rilevanti biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra jinsabu fi ħdan għażliet relatati mal-istabbiliment operazzjonali tan-network u mal-għażla ta’ modalitajiet u politiki.

(54)  L-Impronta tal-karbonju tista’ tiġi kkalkulata mis-Sieħeb ta’ Implimentazzjoni abbażi ta’ informazzjoni riċevuta mill-promotur tal-proġett, jew tista’ tintalab mill-promotur tal-proġett. F’każ li l-promotur tal-proġett ikun dak li qed iwettaq l-Impronta tal-karbonju, idealment tkun meħtieġa verifika jew mis-Sieħeb ta’ Implimentazzjoni jew minn espert indipendenti estern. Inkella, l-Impronta tal-karbonju tista’ titwettaq minn espert indipendenti.

(55)  EIB Project Carbon Footprint Methodologies for the Assessment of Project GHG Emissions and Emission Variations (Metodoloġiji tal-Impronta tal-Karbonju tal-BEI għall-Proġetti għal Valutazzjoni tal-Emissjonijiet ta’ Gassijiet Serra u tal-Varjazzjonijiet fl-Emissjonijiet tal-Proġetti), Lulju 2020, https://www.eib.org/attachments/strategies/eib_project_carbon_footprint_methodologies_en.pdf

(56)  Il-Pjan Direzzjonali tal-Grupp tal-BEI għal Bank Klimatiku 2021-25 https://www.eib.org/attachments/strategies/eib_group_climate_bank_roadmap_en.pdf. Osserva li dan jirreferi għall-kost parallel sħiħ tal-ilħuq tal-miri fl-aspetti kollha tal-ekonomija, aktar milli l-kostijiet – espliċiti jew impliċiti – tal-politiki differenti dwar it-tibdil fil-klima (taxxi, permessi, regolamenti, standards, eċċ.)

(57)  Jekk jintuża kost tal-karbonju ogħla, dan il-kost għandu jiġi ġġustifikat kif xieraq minn metodoloġija korretta bbażata fuq prinċipji aċċettati fil-livell internazzjonali.

(58)  Għall-finijiet ta’ din il-gwida, l-art titqies flimkien mal-ħamrija.

(59)  Definizzjoni meħuda mill-Koalizzjoni tal-Kapital Naturali

(60)  F’konformità mal-gwida tal-UE dwar l-integrazzjoni tal-ekosistemi u s-servizzi tagħhom fit-teħid tad-deċiżjonijiet, SWD (2019) 305 final

(61)  Aktar informazzjoni dwar ir-rwoli u r-responsabbiltajiet tista’ tinstab fil-Kapitolu 4.1.

(62)  Inkluż jitolbu dikjarazzjonijiet ta’ konformità mir-riċevituri finali.

(63)  Meta s-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni jibdew jinvolvu lilhom infushom mal-promotur, it-teħid ta’ deċiżjonijiet ambjentali jista’ jkun għadu għaddej. Dan jista’ jfisser li fil-bidu s-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni ikunu jistgħu jidentifikaw biss il-qafas legali applikabbli għall-proġett, u t-teħid ta’ deċiżjonijiet ambjentali jista’ jsir b’mod parallel mal-proċess ġenerali tad-diliġenza dovuta u l-konformità tkun tista’ tiġi kkonfermata fi stadju aktar tardiv.

(64)  F’każ ta’ proġetti multi-komponenti, il-konformità legali se tiġi vverifikata għal kull komponent hekk kif jiġi żviluppat. F’ċerti każijiet, il-kundizzjonijiet preċedenti jistgħu japplikaw għal kull żborż rilevanti għall-komponent rispettiv tal-proġett. Studji għall-iżvilupp ta’ proġetti u ħlasijiet assoċjati ma’ dawn l-istudji huma eżentati minn dan ir-rekwiżit.

(65)  Jekk, abbażi tar-riżultati tat-teħid ta’ deċiżjonijiet ambjentali, isiru bidliet sinifikanti bi tqabbil mal-valutazzjoni inizjali tas-Sieħeb ta’ Implimentazzjoni, jenħtieġ li l-verifika tiġi aġġornata biex tinkludi dawn il-bidliet. Jenħtieġ li dan jiġi rrapportat lill-Kummissjoni f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 4.2.

(66)  Ara l-Kapitolu 4 għall-arranġamenti ta’ din il-konsultazzjoni mal-Kummissjoni.

(67)  Id-Direttiva 2014/52/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 2011/92/UE dwar il-valutazzjoni tal-effetti ta' ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent Test b'rilevanza għaż-ŻEE (ĠU L 124, 25.4.2014, p. 1).

(68)  Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni ta’ l-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7) https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX:31992L0043

(69)  Id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (ĠU L 20, 26.1.2010, p. 7) https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX%3A32009L0147

(70)  Skont il-gwida tal-Kummissjoni dwar l-istabbiliment ta’ objettivi ta’ konservazzjoni (2012), l-objettivi ta’ konservazzjoni speċifiċi għas-sit jistabbilixxu l-kundizzjoni li għandha tintlaħaq mill-ispeċijiet u t-tipi ta’ ħabitats f’sit partikolari, sabiex is-sit ikun jista’ jikkontribwixxi għall-għan ġenerali ta’ stat ta’ konservazzjoni favorevoli ta’ dawn l-ispeċijiet u t-tipi ta’ ħabitats fil-livell nazzjonali, bijoġeografiku jew Ewropew (ara l-Artikolu 2(2) tad-Direttiva).

(71)  L-Artikolu 6(3) japplika wkoll għaż-Żoni ta’ Protezzjoni Speċjali kklassifikati skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva dwar l-Għasafar.

(72)  https://ec.europa.eu/environment/nature/natura2000/management/docs/art6/form_art_6_4_mt.doc

(73)  https://ec.europa.eu/environment/nature/natura2000/management/docs/art6/natura_2000_assess_en.pdf

(74)  Is-sejba tal-kontroll tal-idoneità tad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma turi li d-Direttiva rnexxielha tistabbilixxi qafas ta’ governanza għall-immaniġġjar integrat tal-ilma għall-aktar minn 110 000 korp tal-ilma fl-UE, u b’hekk naqqset il-pass tad-deterjorament tal-istatus tal-ilma u naqqset it-tniġġis kimiku.

Min-naħa l-oħra, l-implimentazzjoni tad-Direttiva ddewmet b’mod sinifikanti u inqas minn nofs il-korpi tal-ilma tal-UE għandhom status tajjeb, minkejja li l-iskadenza biex dan jinkiseb kienet l-2015, bl-eċċezzjoni ta’ każijiet iġġustifikati kif xieraq.

(75)  Id-Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2001 dwar l-istima ta' l-effetti ta' ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent (ĠU L 197, 21.7.2001, p. 30).

(76)  Id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17).

(77)  Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad- 19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3).

(78)  Id-Direttiva 2012/18/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar il-kontroll ta’ perikli ta’ inċidenti kbar li jinvolvu sustanzi u taħlitiet perikolużi li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE (ĠU L 197, 24.7.2012, p. 1).

(79)  Għal operazzjonijiet soġġetti għal VIA jew operazzjonijiet li ġew eżentati mill-ħtieġa li jagħmlu VIA b’miżuri ta’ mitigazzjoni.

(80)  Il-listi ta’ kontroll ipprovduti jistgħu jiġu adattati mis-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni biex jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ proġett speċifiku jew ta’ kategorija ta’ proġetti.

(81)  Ara b’mod partikolari l-Kapitolu 4.3 “Rimedju ambjentali, protezzjoni u prevenzjoni tar-riskju”.

(82)  Madankollu, dawn il-valuri ta’ unità jistgħu jvarjaw f’termini tar-robustezza u l-aċċettazzjoni tagħhom. Pereżempju, l-użu minn valuri ta’ unità eżistenti għall-kostijiet ta’ ħsara assoċjati ma’ żieda fl-emissjonijiet tal-arja u fl-istorbju llum il-ġurnata huwa aċċettat u huwa prattika konsolidata fl-UE. B’kuntrast ma’ dan, il-valuri ta’ unità eżistenti relatati mal-impatti fuq l-ilma, l-art u l-bijodiversità jintużaw aktar skarsament minħabba li jitqiesu bħala aktar speċifiċi għall-lokalità.

(83)  Il-prinċipji u l-istandards soċjali l-aktar rilevanti f’dan ir-rigward huma fit-Trattati tal-UE u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, u f’diversi direttivi li l-Istati Membri huma obbligati jimplimentaw fis-sistemi legali nazzjonali rispettivi tagħhom.

(84)  InvestEU se tappoġġa primarjament operazzjonijiet fl-UE. Madankollu, f’każijiet limitati, jista’ jkun hemm pajjiżi ġirien involuti (eż. fi proġetti transkonfinali jew simili). F’dawn il-każijiet limitati, il-promoturi tal-proġetti se jintalbu jikkunsidraw l-aspetti soċjali skont l-ispirtu u l-prinċipji tal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE.

(85)  Din l-evidenza tista’ tkun fl-għamla ta’ kopji ta’ kull permess legali, deċiżjoni, opinjoni, jew fin-nuqqas tagħhom, awtodikjarazzjoni mill-promotur relatata mal-konformità mar-rekwiżiti legali rilevanti.

(86)  Ara l-Anness 3.

(87)  Id-Direttiva 2011/92/UE dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent, kif emendata bid-Direttiva 2014/52/UE.

(88)  F’xi każijiet, ċerti individwi jew gruppi huma vulnerabbli, emarġinati, huma soġġetti għal diskriminazzjoni sistematika jew jiġu esklużi abbażi tal-karatteristiċi soċjoekonomiċi tagħhom. Dawn il-karatteristiċi jinkludu, iżda mhumiex limitati għal, is-sess, l-orjentazzjoni sesswali, is-sess, l-identità tal-ġeneru, l-etniċità, il-kasta, l-oriġini indiġena jew soċjali, l-età, id-diżabbiltà, ir-reliġjon jew it-twemmin, l-opinjoni politika jew kwalunkwe opinjoni oħra, l-attiviżmu, l-affiljazzjoni ma’ unjoni jew kwalunkwe forma oħra ta’ organizzazzjoni tal-ħaddiema, in-nazzjonalità, il-lingwa, l-istatus maritali jew tal-familja, l-edukazzjoni u/jew il-litteriżmu, il-kundizzjoni medika, l-istat ta’ migrant/refuġjat, il-minoranza jew l-istatus ekonomiku (f’termini ta’ dħul u aċċess għas-servizzi).

(89)  Inkluż kemm l-ispostament fiżiku kif ukoll dak ekonomiku.

(90)  Magħruf ukoll bħala l-proċess ta’ parteċipazzjoni pubblika (inklużi aċċess għall-informazzjoni u proċess ta’ konsultazzjoni) fil-qafas legali tal-UE (eż. id-Direttiva 2011/92/UE dwar il-valutazzjoni tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent kif emendata mid-Direttiva 2012/52/UE, id-Direttiva 2010/75/UE dwar l-Emissjonijiet Industrijali (il-Prevenzjoni u l-Kontroll Integrati tat-Tniġġis).

(91)  Il-fornituri primarji huma dawk il-fornituri li, fuq bażi kontinwa, jipprovdu direttament lill-proġett oġġetti jew materjali li jkunu essenzjali għall-funzjonijiet ewlenin tal-proġett.

(92)  B’mod partikolari għal proġetti li jinvolvu operazzjonijiet barra mill-UE minħabba ktajjen ta’ provvista internazzjonali.

(93)  Abbażi tal-Artikolu 153 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ġiet adottata varjetà wiesgħa ta’ miżuri tal-UE dwar is-sikurezza u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol. Id-direttivi Ewropej huma legalment vinkolanti u jridu jiġu trasposti f’liġijiet nazzjonali mill-Istati Membri. Aktar informazzjoni dwar is-sikurezza u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol tista’ tinstab ukoll fuq is-sit web tal-Kummissjoni Ewropea, id-DĠ Impjiegi u Affarijiet Soċjali.

(94)  F’każ ta’ proġetti li jkunu soġġetti għal VIA, xi wħud minn dawn l-aspetti (inklużi dawk relatati ma’ xi impatti u riskji relatati mas-saħħa u s-sikurezza tal-komunità u pubblika) jistgħu jiġu indirizzati fil-proċess tal-għoti ta’ permess u l-informazzjoni dwar dan tista’ tiġi inkluża fir-rapport dwar il-VIA, jekk dan ikun disponibbli f’dan l-istadju.

(95)  Ara n-nota 84 f’qiegħ il-paġna għad-definizzjoni.

(96)  Il-popli indiġeni li jgħixu fl-Artiku Ewropew jinkludu s-Saami u l-Inuit (Kalaallit). B’mod speċifiku, is-Saami jgħixu f’żoni ċirkumpolari tal-Finlandja, tal-Iżvezja, tan-Norveġja u tar-Russja tal-Majjistral, filwaqt li n-Nenets, l-Evenk u ċ-Chukchi jgħixu fir-Russja, u l-Inuit (Kalaallit) fi Greenland. Is-Sħab ta’ Implimentazzjoni jistgħu jkunu preżenti wkoll fir-Reġjuni Ultraperiferiċi u fil-Pajjiżi u Territorji Extra-Ewropej.

(97)  Il-FAO żviluppat manwal ta’ prassi tajba għall-FPIC: https://www.refworld.org/pdfid/57fdec864.pdf.

(98)  F’konformità mal-Istrateġija Ewropea tad-Diżabbiltà 2010-2020. Se tiġi adottata strateġija ġdida għall-perjodu 2021-2030.

(99)  https://ec.europa.eu/info/policies/justice-and-fundamental-rights/gender-equality/gender-equality-strategy_en

(100)  L-Għan ta’ Żvilupp Sostenibbli 5: “Kisba fl-ugwaljanza bejn il-ġeneri u t-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa u l-bniet kollha”.

(101)  Il-partijiet ikkonċernati huma persuni u/jew komunitajiet li: (i) ikunu affettwati direttament u indirettament mill-proġett, inklużi r-rappreżentanti leġittimi tagħhom; (ii) ikollhom interess fil-proġett u/jew il-kapaċità li jinfluwenzaw l-eżitu tiegħu, kemm b’mod pożittiv kif ukoll negattiv; u li (iii) jipparteċipaw fil-proġett: a) istituzzjonijiet, gruppi u individwi li jkollhom diversi rwoli fil-proġett; u b) il-forza tax-xogħol tal-proġett. Magħruf ukoll bħala “il-pubbliku kkoċernat” fl-UE kif definit fil-qafas ġuridiku relevanti tal-UE (eż. id-Direttiva 2011/92/UE dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent kif emendata mid-Direttiva 2012/52/UE, id-Direttiva 2010/75/UE dwar l-Emissjonijiet Industrijali (il-Prevenzjoni u l-Kontroll Integrat tat-Tniġġis).

(102)  F’konformità mal-Konvenzjoni ta’ Aarhus dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni tal-pubbliku fit-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) (magħrufa bħala l-Konvenzjoni ta’ Aarhus), https://unece.org/DAM/env/pp/documents/cep43e.pdf. Ara l-Anness 1 għad-definizzjoni ta’ “informazzjoni ambjentali”.

(103)  B’mod partikolari mal-fornituri primarji.

(104)  Eżempji ta’ miżuri ta’ mitigazzjoni huma ppreżentati fil- “Gwida dwar il-verifika tas-sostenibbiltà soċjali tal-operazzjonijiet ta’ investiment u ta’ finanzjament”.

(105)  F’konformità mal-Prinċipji Internazzjonali għall-Valutazzjoni tal-Impatt tal-IAIA.

http://www.socialimpactassessment.com/documents/IAIA%202015%20Social%20Impact%20Assessment%20guidance%20document.pdf

(106)  Jenħtieġ li ċ-ċensiment jinkludi inventarju tat-telf (assi, aċċess għar-riżorsi jew għas-servizzi, eċċ.), stħarriġ dettaljat tal-kejl u valutazzjoni tal-assi mitlufa, u għandu jkopri t-total tal-popolazzjoni affettwata.

(107)  L-istħarriġ soċjoekonomiku bażi jista’ jiġi dderivat minn stħarriġ ta’ kampjun u huwa kritiku fl-identifikazzjoni tal-profil soċjoekonomiku, kulturali u politiku attwali tal-persuni affettwati; il-livelli ta’ reżiljenza jew vulnerabbiltà ġenerali tagħhom; u gradi sussegwenti u tipi ta’ impatti.

(108)  Ara l-Anness 3 għad-dettalji.

(109)  Fl-2017, 22,4 % mill-popolazzjoni tal-UE kienet għadha f’riskju ta’ faqar jew ta’ esklużjoni soċjali – inklużi 24,9 % mit-tfal kollha fl-Ewropa, 23,3 % min-nisa, u 18,2 % ta’ dawk li għandhom aktar minn 65 sena. Madwar 7 % mill-Ewropej kollha kienu għadhom jgħixu f’deprivazzjoni materjali estrema, u dak in-numru aktarx jiżdied minħabba l-implikazzjonijiet ekonomiċi tal-pandemija.

(110)  L-informazzjoni ppreżentata fil-Kapitolu 2.7 tista’ tkun utli meta tiġi vvalutata l-kapaċità tal-promotur tal-proġett.

(111)  Ta’ min jinnota li dawn l-għodod mhumiex neċessarjament alternattivi għal xulxin u jistgħu jintużaw bħala komplementi. Pereżempju, analiżi MCA tista’ tintuża biex jiġu skrinjati għażliet strateġiċi fl-istadju preliminari taċ-ċiklu tal-proġett. Ladarba tiġi identifikata l-għażla strateġika, imbagħad ikun jista’ jsir tqabbil tas-soluzzjonijiet tekniċi speċifiċi permezz ta’ CBA/CEA/LCA.

(112)  Għall-perjodu 2014-2020, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/207 (ĠU L 38, 13.2.2015, p. 1) ipprovda rati ta’ skont soċjali ta’ referenza (5 % għall-Istati Membri ta’ Koeżjoni u 3 % għal Stati Membri oħra), li jibqgħu referenza utli għall-perjodu 2021-2027. Valuri simili huma rakkomandati wkoll mill-Gwida tal-Kummissjoni dwar is-CBA tal-2014. Xi prattiki tajba rilevanti se jiġu deskritti wkoll fil-vademecum dwar l-evalwazzjoni ekonomika (Economic Appraisal Vademecum - EAV) li dalwaqt joħroġ, li qed titħejja mid-DĠ REGIO f’koordinazzjoni ma’ DĠ oħra tal-Kummissjoni u bl-appoġġ ta’ JASPERS.

(113)  Ara: https://ec.europa.eu/regional_policy/sources/docgener/studies/pdf/cba_guide.pdf

(114)  Ara https://www.eib.org/attachments/thematic/economic_appraisal_of_investment_projects_en.pdf

(115)  Ara: https://www.ebrd.com/news/publications/institutional-documents/methodology-for-the-economic-assessment-of-ebrd-projects-with-high-greenhouse-gasemissions.html

(116)  Ara: https://www.nib.int/filebank/a/1332328414/506da9436eb1c0d4ec17b8b5a929d820/56-Sustainability_Policy_Guidelines-2012.pdf

(117)  Id-Dokument ta’ Appoġġ Tekniku għall-Verifika Ambjentali ta’ Investimenti mħejji minn DĠ Ambjent jipprovdi rieżami tal-valuri ta’ unità biex jiġi ffaċilitat l-użu minn approċċ ta’ trasferiment tal-benefiċċji għall-evalwazzjoni monetarja. Xi informazzjoni u referenzi għal-letteratura rilevanti huma pprovduti wkoll fil-Gwida tal-Kummissjoni Ewropea dwar is-CBA. Barra minn hekk, il-Vademecum tal-Valutazzjoni Ekonomika li ġej u li qed jitħejja mid-DĠ REGIO bl-appoġġ ta’ JASPERS juri prassi tajba fil-valutazzjoni ekonomika tal-impatti ambjentali għal għadd ta’ setturi magħżula.

(118)  L-użu tar-rata ta’ skont magħżula, li jkun hemm bżonn li tiġi deskrita u ġġustifikata fid-dokumentazzjoni ta’ verifika tas-sostenibbiltà.

(119)  Din hija tranżazzjoni li ma għandhiex kamp ta’ applikazzjoni ddefinit u konkret, iżda minflok hija aktar maħsuba biex tipprovdi finanzjament kurrenti lil kumpanija biex tkopri l-ħtiġijiet operazzjonali tagħha fuq terminu qasir (eż. linji ta’ kapital operatorju).

(120)  Dan jista’ jsir permezz ta’ ċċekkjar tal-kopertura tal-midja, ta’ rapporti u siti web ta’ NGOs, tal-midja soċjali, ta’ bażijiet ta’ data disponibbli għall-pubbliku eċċ. Huwa rrakkomandat orizzont tal-ħames snin l-aktar reċenti (jekk mhux possibbli, jenħtieġ li jiġu koperti mill-inqas is-sentejn l-aktar reċenti).

(121)  Is-setturi koperti mill-ETS huma ppreżentati fl-Anness I tad-Direttiva dwar l-ETS: https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:02003L0087-20200101&qid=1604659666744&from=MT#tocId68

(122)  Għal aktar dettalji dwar l-intermedjarji finanzjarji li jistgħu jkunu involuti, jekk jogħġbok ara l-Linji Gwida għall-Investiment (il-Kapitoli 2.3.1, 6.1.2.1, 6.2.2.1, 6.3.2.1 u 6.4.2.1).

(123)  F’termini ta’ x’inhu ppreżentat lill-Kumitat tal-Investiment.

(124)  Għajr it-taqsima dwar il-Fondi tal-Infrastruttura, fejn se jintuża t-terminu proġett jew operazzjoni ta’ investiment.

(125)  Ir-riskju f’din it-taqsima jirreferi għal aspetti ambjentali u soċjali, mhux għar-riskju finanzjarju. Għal gwida indikattiva dwar il-kategorizzazzjoni tar-riskji ambjentali u soċjali, ara l-Lista ta’ Kategorizzazzjoni tar-Riskju Ambjentali u Soċjali tal-BERŻ - https://www.ebrd.com/who-we-are/our-values/environmental-emanual-toolkit.html

(126)  Ir-riċevituri finali ma jkunux magħrufa fil-mument meta ssir id-diliġenza dovuta tal-intermedjarju finanzjarju.

(127)  Kif spjegat aktar fil-Kapitolu 2.

(128)  ESMS huwa definit bħala sett ta’ politiki, proċessi u prattiki adegwati għall-identifikazzjoni, il-valutazzjoni, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tar-riskji u l-impatti ambjentali, klimatiċi u soċjali assoċjati mal-proġetti jew l-attivitajiet sottostanti ffinanzjati mill-intermedjarju finanzjarju.

(129)  It-talba għal informazzjoni trid tkun proporzjonali għall-proġetti sottostanti u għandha tqis kwalunkwe obbligu legali u ta’ kunfidenzjalità.

(130)  Rigward il-kapaċità tal-maniġer tal-fond biex iwettaq il-valutazzjoni tal-proġetti sottostanti b’mod konsistenti mal-prinċipji u l-objettivi tal-verifika tas-sostenibbiltà dettaljata f’din il-gwida kif ukoll mal-istandards u r-regoli u l-proċeduri interni tas-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni.

(131)  Ara wkoll il-Kapitolu 2.2 għal gwida addizzjonali.

(132)  Pereżempju, fil-kuntest tal-proċess tal-VIA fejn ikunu ġew identifikati riskji sinifikanti tat-tibdil fil-klima, il-maniġer tal-fond ikollu jivverifika li l-miżuri ta’ mitigazzjoni indikati fir-rapport dwar il-VIA jew fid-deċiżjonijiet ta’ skrinjar jiġu stabbiliti mill-promotur tal-proġett.

(133)  Aktar informazzjoni fil-Kapitolu 2.3.2.

(134)  Huwa rrakkomandat ukoll li tingħata kunsiderazzjoni xierqa lill-prinċipji stabbiliti fil-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali.

(135)  Aktar gwida dwar l-aġenda pożittiva tista’ tinstab fil-Kapitolu 2 u fl-Anness 3.

(136)  Is-setturi koperti mill-ETS huma ppreżentati fl-Anness I tad-Direttiva dwar l-ETS: https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:02003L0087-20200101&qid=1604659666744&from=MT#tocId68

(137)  Ir-regoli u l-proċeduri għall-kumitat tal-investiment, kif ukoll il-proċess ta’ approvazzjoni ma jaqgħux taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din il-gwida. L-informazzjoni ppreżentata hawn għandha l-iskop li tippreżenta r-riżultati tal-verifika mal-istadji jew mal-partijiet ikkonċernati differenti, iżda hija biss għal skopijiet ta’ informazzjoni.

(138)  Din it-taqsima hija inkluża sempliċiment biex jiġi rikonoxxut ir-rwol importanti tal-awtoritajiet kompetenti. Bl-ebda mod ma hija intenzjonata żżid rekwiżiti ta’ verifika addizzjonali għas-Sħab ta’ Implimentazzjoni.

(139)  Fil-Ftehim ta’ Garanzija se jiġu inklużi obbligi speċifiċi.

(140)  F’konformità mal-Artikolu 22 tar-Regolament tal-InvestEU.

(141)  Il-konformità legali hawnhekk tinkludi l-konformità ġenerali, u ma tirreferix għall-konformità legali relatata mal-proċess ta’ verifika, li hija spjegat fid-dettall fil-Kapitolu 2 u fil-Kapitolu 3.

(142)  Il-proċess kumplessiv mfassal għal InvestEU jrid jiġi segwit kif deskritt fil-fluss ta’ ħidma separat dwar il-proċess ta’ sottomissjoni u approvazzjoni.

(143)  Is-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni huwa mistenni li jindika xi jkun pjuttost possibbli f’dak il-mument partikolari abbażi tal-aqwa sforz.

(144)  Għall-għanijiet ta’ pubblikazzjoni, kif applikabbli, se tingħata kunsiderazzjoni dovuta għar-regoli u l-prattiki li jikkonċernaw informazzjoni kunfidenzjali u kummerċjalment sensittiva.

(145)  Ir-riskji residwi għandhom jiġu ppreżentati biss għal proġetti li jeħtieġu VIA fejn ikunu qed jiġu kkalkulati mill-awtoritajiet kompetenti.


ANNESS 1

Lista ta’ rekwiżiti legali

Il-lista li ġejja hija biss indikattiva, ma tikkostitwixxix kopertura eżawrjenti tar-rekwiżiti legali kollha li jistgħu jkunu applikabbli għall-operazzjonijiet differenti ta’ finanzjament u investiment għat-tliet dimensjonijiet. Għandha l-għan li tappoġġa lis-sħab inkariagti mill-implimentazzjoni u, fejn rilevanti, lill-intermedjarji finanzjarji, fit-twettiq tar-rieżami tal-konformità legali tal-operazzjonijiet proposti ta’ finanzjament u investiment ta’ InvestEU għad-dimensjoni soċjali.

Dimensjoni Soċjali – Qafas ta’ Konformità Legali

Id-Direttiva ETS (Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE. Id-Direttiva (UE) 2018/410 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Marzu 2018 li temenda d-Direttiva 2003/87/KE biex jiżdiedu t-tnaqqis kosteffettiv tal-emissjonijiet u l-investimenti għal emissjonijiet baxxi ta' karbonju, u d-Deċiżjoni (UE) 2015/1814).

Id-Direttiva CCS (Id-Direttiva 2009/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-ħżin ġeoloġiku tad-diossidu tal-karbonju u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE, id-Direttivi tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2000/60/KE, 2001/80/KE, 2004/35/KE, 2006/12/KE, 2008/1/KE u r-Regolament (KE) Nru 1013/2006).

Dimensjoni Ambjentali – Qafas ta’ Konformità Legali

Id-direttivi ewlenin speċifikati fil-gwida dwar id-dimensjoni ambjentali huma elenkati hawn taħt.

Skont in-natura tal-operazzjonijiet li jaqgħu taħt linja ta’ appoġġ speċifika, għall-finanzjament dirett is-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni huma mistennija jivverifikaw il-konformità ma’ direttivi speċifiċi, abbażi ta’ awtorizzazzjonijiet, permessi, liċenzji, eċċ. ipprovduti mill-promoturi tal-proġetti.

Id-Direttiva dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali (id-Direttiva 2011/92/UE kif emendata bid-Direttiva 2014/52/UE) - https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX:32014L0052

Id-Direttiva dwar il-Valutazzjoni Strateġika Ambjentali (id-Direttiva 2001/42/KE) - https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX:32001L0042

Id-Direttiva dwar il-Ħabitats (Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992) - https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX:31992L0043

Id-Direttiva dwar l-Għasafar (id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009) - https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX%3A32009L0147

Id-Direttiva Qafas dwar l-Ilma (id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000) - https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=celex:32000L0060

Id-Direttiva dwar l-Emissjonijiet Industrijali (id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010) - https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=celex%3A32010L0075

Id-Direttiva Qafas dwar l-Iskart (id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008) - https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=celex%3A32008L0098

Id-Direttiva Seveso-III (id-Direttiva 2012/18/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012) - https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX%3A32012L0018

Dimensjoni Soċjali – Qafas ta’ Konformità Legali

L-UE u l-Istati Membri tagħha għandhom qafas legali robust relatat mal-istandards tad-Drittijiet tal-Bniedem, tax-Xogħol u tal-Protezzjoni Soċjali. Fil-kuntest tal-proċess ta’ diliġenza dovuta, il-promoturi tal-proġetti/ir-riċevituri finali li jfittxu l-appoġġ InvestEU jridu jipprovdu lis-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni b’evidenza li turi li l-operazzjonijiet proposti jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE applikabbli.

Il-lista ta’ kontroll hawn taħt għandha l-għan li tappoġġa lis-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni u, fejn rilevanti, lill-intermedjarji finanzjarji, fit-twettiq tar-rieżami tal-konformità legali tal-operazzjonijiet proposti ta’ finanzjament u investiment ta’ InvestEU għad-dimensjoni soċjali.

Is-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni għandu jivverifika jekk l-operazzjoni proposta tkunx tikkonforma mal-leġiżlazzjoni tal-UE li ġejja, kif rilevanti:

Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX:12012P/TXT

It-testi ewlenin tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-impjiegi, l-affarijiet soċjali u l-inklużjoni fl-oqsma li ġejjin:

Il-liġi tax-xogħol

Is-saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol

Il-moviment liberu tal-ħaddiema

Il-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali

It-testi sħaħ tal-leġiżlazzjoni Ewropea (Direttivi, Regolamenti, Deċiżjonijiet, eċċ.) u dokumenti uffiċjali oħra (Komunikazzjonijiet eċċ.) huma disponibbli fuq is-sit web tal-Eur-Lex tal-UE.

Strument legali

Ambitu

Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE tad-29 ta’ Ġunju 2000

Ugwaljanza fit-trattament bejn il-persuni irrispettivament mill-oriġini tar-razza jew etnika

Id-Direttiva 2010/41/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2010

It-trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa involuti f’attività b’kapaċità li fiha jaħdmu għal rashom

Id-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 dwar il-ħin tax-xogħol

Id-Direttiva dwar il-Ħin tax-Xogħol

Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999

Ftehim qafas dwar xogħol għal terminu fiss

Id-Direttiva tal-Kunsill 97/81/KE tal-15 ta’ Diċembru 1997

Il-Ftehim Qafas dwar ix-xogħol part-time

Id-Direttiva 2008/104/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-L-Erbgħa, 19 ta’ Novembru 2008

Xogħol temporanju

Ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 1998 fi ħdan il-qafas tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp tal-Komunità u tal-Istati Membri

Popli indiġeni

Id-Direttiva 89/391/KEE – id-“Direttiva Qafas” dwar l-OSH.

Aktar leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-OSH

Is-sigurtà u s-saħħa fuq ix-xogħol

Ambjent tax-xogħol adattat għall-ħtiġijiet professjonali tagħhom

Ambjent tax-xogħol li jippermettilhom itawlu l-parteċipazzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol

Id-Direttiva 89/654/KEE tat-30 ta’ Novembru 1989

Ħtiġiet minimi ta’ sigurtà u ta’ saħħa fuq il-post tax-xogħol

Id-Direttiva 2009/104/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009

Rekwiżiti minimi ta’ sikurezza u ta’ saħħa fl-użu tat-tagħmir tax-xogħol mill-ħaddiema fuq ix-xogħol

Id-Direttiva tal-Kunsill 89/656/KEE tat-30 ta’ Novembru 1989

Ħtiġiet minimi ta’ sigurtà u ta’ saħħa għall-użu ta’ tagħmir ta’ protezzjoni personali mill-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol

Id-Direttiva tal-Kunsill 94/33/KE tat-22 ta’ Ġunju 1994

Il-protezzjoni taż-żgħażagħ fuq ix-xogħol

Id-Direttiva tal-Kunsill 92/85/KEE tad-19 ta’ Ottubru 1992

Mizuri biex jinkoraġġixxu t-titjib fis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għall-ħaddiema nisa tqal u ħaddiema li welldu reċentement, jew li qed ireddgħu

Id-Direttiva (UE) 2019/882

Rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà ta’ prodotti u servizzi għal persuni b’diżabilità

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/48/KE

Adozzjoni mill-Komunità Ewropea tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabbiltà

Id-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 (id-Direttiva dwar il-VIA)

Emendata bid-Direttiva 2014/52/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014.

Parteċipazzjoni pubblika bħala parti mill-proċess tal-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent

Id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010

Parteċipazzjoni pubblika relatata mal-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis)

Id-Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ġunju 2001 (Valutazzjonijiet Ambjentali Strateġika)

Parteċipazzjoni pubblika fil-kuntest tal-istima tal-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent

Id-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2003

Aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali

Il-Konvenzjoni dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni tal-pubbliku fit-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali (il-Konvenzjoni ta’ Aarhus, Aarhus 1988)

Aċċess għal informazzjoni ambjentali, parteċipazzjoni tal-pubbliku fit-teħid ta’ deċiżjonijiet u aċċess għall-ġustizzja

Il-Konvenzjoni dwar il-valutazzjoni tal-impatt ambjentali f’kuntest transfruntier (il-Konvenzjoni ta’ Espoo, Espoo 1991)

Parteċipazzjoni u l-konsultazzjoni pubblika f’kuntest transfruntier

Id-Direttiva 2019/1152 dwar Kondizzjonijiet tax-Xogħol Trasparenti u Prevedibbli

Informazzjoni rigward aspetti tax-xogħol

Perjodi ta’ prova

Impjieg addizzjonali

Leġiżlazzjoni kontra l-abbuż għal kuntratti “żero-hour”

Talbiet għal trasferiment

Id-Direttiva 2011/98

Ġabra komuni ta’ drittijiet għal ħaddiema ta’ pajjiżi terzi residenti legalment fi Stat Membru

Id-Direttiva 2006/54/KE

Trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi, promozzjoni, paga u kundizzjonijiet tax-xogħol

Id-Direttiva 2002/14/KE

Qafas Ġenerali dwar l-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-impjegati fil-Komunità Ewropea

Id-Direttiva 2000/78/KE

Kundizzjonijiet ta’ aċċess għal attivitajiet ta’ impjieg u ta’ impjieg indipendenti

Kundizzjonijiet għall-impjieg u tax-xogħol

Sħubija ma’, u l-involviment, f’organizzazzjoni ta’ ħaddiema jew ta’ min iħaddem jew f’kull organizzazzjoni li l-membri tagħha jeżerċitaw professjoni partikulari

Diskriminazzjoni u ugwaljanza fit-trattament

Akkomodazzjoni għal persuni b’dizabilità

Id-Direttiva 94/33/KE

Xogħol mit-tfal

Vulnerabbilità taz-zgħażagħ

Xogħol u xogħol ta’ bil-lejl għaż-żgħażagħ

Mistrieħ annwali u pawsi

Ir-Rakkomandazzjonijiet dwar l-Eżaminar ta’ Lmenti, 1967 (Nru 130) mill-ILO

Drittijiet tal-ħaddiema meta jissottometu lmenti mingħajr preġudizzju

Proċeduri ta’ eżaminar ta’ lmenti

Ir-Regolament (UE) 2017/821 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

Obbligi tad-diliġenza dovuta tal-katina tal-provvista għall-importaturi tal-Unjoni ta’ landa, tantalu u tungstenu, il-minerali tagħhom, u deheb li joriġinaw minn żoni affettwati minn kunflitti u ta’ riskju għoli


Anness 2

Informazzjoni li għandha tingħata lill-Kumitat tal-Investiment ta’ InvestEU (Kapitolu 2)

I.   Ġustifikazzjoni biex ma ssirx il-verifika – skont ir-rekwiżiti tar-Regolament tal-InvestEU (il-premessa 13 u l-Artikolu 8(5))

Identifikazzjoni tal-proġett

Kost totali tal-proġett (mingħajr il-VAT):

Image 20 anqas minn EUR 10 miljun

Image 21 aktar minn EUR 10 miljun

Riżultati tal-iskrinjar tal-InvestEU  (1)

Jekk il-proġett huwa eżentat mill-iskrinjar/mill-prova abbażi tal-limitu, jekk jogħġbok semmi dan flimkien ma’ konferma qasira tal-konformità legali

Jekk le:

Klima

Adattament:

Iddeskrivi fil-qosor il-bażi biex ma titwettaqx il-valutazzjoni tar-riskju klimatiku abbażi tar-riżultati tal-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà klimatika.

Mitigazzjoni:

Huwa rrakkomandat li l-proġett jgħaddi mill-Impronta tal-Karbonju skont il-Kapitolu 2.2 tal-gwida dwar il-prova tas-sostenibbiltà?

Image 22 Iva Image 23 Le

Ġustifikazzjoni qasira dwar għaliex l-Impronta tal-karbonju mhijiex neċessarja u għaliex ma titqiesx xi kunsiderazzjoni oħra.

Ambjent

Iddeskrivi fil-qosor il-qafas legali li jikkonċerna affarijiet ambjentali u li huwa rilevanti għall-proġett:

eż.: informazzjoni qasira dwar jekk proġett huwiex konsistenti ma’ qafas ta’ ppjanar (jiġifieri jekk jirriżultax minn pjan/programm li kien soġġett għal valutazzjoni ambjentali strateġika); jekk il-proġett jaqax jew le taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva dwar il-VIA, tad-Direttivi dwar il-Ħabitats u l-Għasafar, tad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma, tad-Direttiva dwar l-Emissjonijiet Industrijali eċċ.

Iddeskrivi fil-qosor ir-riżultati tal-iskrinjar ta’ InvestEU imwettaq abbażi tal-Lista ta’ Kontroll 1 fl-Anness 3 tal-gwida dwar il-verifika tas-sostenibbiltà.

Pereżempju, ipprovdi ġustifikazzjoni qasira għaliex: (i) jitqies li l-proġett ma għandux impatt/i jew inkella impatt/i baxx/i biss fuq l-elementi tal-kapital naturali u ż-żewġ temi trasversali;

(ii) il-proġett jeħtieġ VIA, iżda ma ġew identifikati l-ebda impatti residwi sinifikanti.

Soċjali

Iddeskrivi fil-qosor ir-riżultati tal-iskrinjar ta’ InvestEU imwettaq abbażi tal-Lista ta’ Kontroll fl-Anness 3 tal-gwida dwar il-verifika tas-sostenibbiltà.

Pereżempju, ipprovdi ġustifikazzjoni qasira għaliex huwa kkunsidrat li l-proġett ma għandu l-ebda impatt jew impatt/i baxx biss fuq id-dimensjonijiet tal-kriterji tad-dimensjoni soċjali deskritti fil-Kapitolu 2.4 tal-gwida dwar il-prova tas-sostenibbiltà.

II.   Informazzjoni li tista’ tiġi inkluża fis-sommarju tal-verifika tas-sostenibbiltà:

a)

Identifikazzjoni tal-proġett: informazzjoni ġenerali dwar il-proġett (is-settur u l-qasam ta’ eliġibbiltà, it-tip ta’ finanzjament, l-ammont, il-kost totali tal-proġett, ir-riċevitur finali, il-post, eċċ.);

b)

Id-Direttiva dwar il-VIA: proġett suġġett għall-VIA (li jirrekjedi verifika ambjentali irrispettivament mill-kost totali tal-proġett);

c)

Deskrizzjoni qasira tal-proċess ta’ verifika tas-sostenibbiltà: din il-parti se tittieħed fil-Formola għal Talba ta’ Garanzija u se tinkludi l-aspetti ta’ sostenibbiltà ewlenin tal-proġett:

Il-konformità u l-konsistenza tal-operazzjoni mal-leġiżlazzjoni tal-UE u mal-politiki tal-UE applikabbli fil-qasam/oqsma relevanti, kif ukoll ma’ konvenzjoni/jiet internazzjonali rilevanti oħra u mad-dritt nazzjonali jew xi kwistjonijiet relatati mal-konformità (jekk ikun hemm);

Riżultati tal-proċess ta’ verifika tas-sostenibbiltà: (i) sommarju tal-impatti klimatiċi/ambjentali/soċjali, kemm pożittivi kif ukoll negattivi; (ii) miżuri ta’ mitigazzjoni jew kumpens proposti u l-kosti tagħhom (jekk disponibbli); (iii) riskji residwi (jekk ikun hemm); u (iv) aspetti ta’ monetizzazzjoni (jekk applikabbli) eċċ.;

Arranġamenti speċifiċi, kif applikabbli: eż. dispożizzjonijiet kuntrattwali speċjali rigward il-kundizzjonijiet u l-patti preċedenti, arranġamenti ta’ monitoraġġ speċjali eċċ.; identifikazzjoni ta’ proġetti ta’ infrastruttura fejn ikunu ġew identifikati miżuri ta’ mitigazzjoni limitati biss mis-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni u jekk dawn ikunux ġew irrakkomandati u implimentati.

d)

Dimensjoni klimatika - informazzjoni aktar dettaljata rigward id-dimensjoni klimatika se tiġi pprovduta f’din it-taqsima, kif applikabbli u rilevanti għall-proġett:

Qafas legali applikabbli għall-proġett minn perspettiva klimatika, pereżempju jekk id-Direttiva dwar il-VIA riveduta (2014) tapplikax għall-proġett u jekk il-kunsiderazzjonijiet klimatiċi jkunux ġew indirizzati kif meħtieġ bħala parti mir-rapport dwar il-VIA;

Adattament għat-tibdil fil-klima: deskrizzjoni fil-qosor u r-riżultati tal-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà klimatika, deskrizzjonijiet tar-riskji identifikati u tal-valutazzjoni tar-riskju tat-tibdil fil-klima, miżuri ta’ adattament stabbiliti u l-kostijiet tagħhom, riskji residwi (jekk ikun hemm), u kif dawn se jiġu indirizzati matul il-fażi tal-implimentazzjoni u dik operattiva tal-proġett;

Mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima: il-bażi għat-twettiq tal-Impronta tal-karbonju, jekk l-Impronta tal-karbonju tkun ġiet ikkalkulata mis-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni jew minn xi parti oħra (il-promotur tal-proġett jew espert indipendenti), il-metodoloġija użata, il-bażi għat-twettiq (jew le) tal-monetizzazzjoni tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra u l-identifikazzjoni ta’ possibbiltajiet b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju, il-kosti paralleli tal-karbonju użat u l-metodoloġija sottostanti (jekk tkun differenti minn dik irrakkomandata), jispeċifikaw il-ħajja mistennija tal-infrastruttura u jiddeskrivu l-kompatibbiltà tal-proġett mal-kundizzjonijiet tan-newtralità klimatika;

Miżuri volontarji li r-riċevitur finali jkun qabel li jieħu sabiex itejjeb il-prestazzjoni klimatika tal-proġett (adattament għat-tibdil fil-klima taħt is-soll, użu minn teknoloġiji aħjar biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra eċċ.).

e)

Dimensjoni Ambjentali - informazzjoni aktar dettaljata rigward id-dimensjoni ambjentali se tingħata f’din it-taqsima, kif applikabbli u rilevanti għall-proġett:

Il-konformità mal-qafas regolatorju u legali applikabbli għall-proġett, mad-Direttiva dwar il-VIA (deċiżjonijiet disponibbli dwar il-VIA jew l-iskrinjar), jew ma’ Direttivi rilevanti oħra, mas-sitwazzjoni tal-permessi u l-awtorizzazzjonijiet meħtieġa, ma’ kwalunkwe kwistjoni relatata mal-konformità (jekk ikun hemm);

Jekk l-informazzjoni neċessarja għat-twettiq tal-verifika tkun ittieħdet minn rapporti formali meħtieġa bil-leġiżlazzjoni u/jew jekk kienu meħtieġa studji addizzjonali mis-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni;

Deskrizzjoni qasira tal-impatti identifikati għal kwalunkwe waħda mid-dimensjonijiet ambjentali indikati f’din il-gwida, tal-valutazzjoni tal-alternattivi, tal-impatti kumulattivi, tal-miżuri proposti ta’ mitigazzjoni u kumpens u l-kostijiet tagħhom, tal-kwantifikazzjoni u l-monetizzazzjoni tar-riskji residwi kif inklużi fl-evalwazzjoni ekonomika tal-proġett, fejn applikabbli;

Ġustifikazzjoni għaliex ir-riskji residwi jew l-impatti identifikati/mitigati huma aċċettabbli u deskrizzjoni ta’ kwalunkwe miżura ta’ mitigazzjoni identifikata u implimentata (lil hinn minn dawk meħtieġa minħabba l-konformità legali);

Miżuri volontarji bbażati fuq il-lista ta’ kontroll pożittiva fl-Anness 3 li jkunu twettqu mill-promotur tal-proġett/mir-riċevitur finali biex tittejjeb il-prestazzjoni ambjentali tal-proġett u l-kostijiet tagħhom, kif ukoll konferma tal-inklużjoni tagħhom fl-evalwazzjoni ekonomika tal-proġett.

f)

Dimensjoni Soċjali - informazzjoni aktar dettaljata rigward id-dimensjoni soċjali se tingħata f’din it-taqsima, kif applikabbli u rilevanti għall-proġett:

Konformità tal-operazzjoni mal-leġiżlazzjoni tax-xogħol u dik soċjali applikabbli u l-konformità ma’ konvenzjonijiet u karti internazzjonali, u kwalunkwe kwistjoni relatata mal-konformità (jekk ikun hemm);

Deskrizzjoni qasira tal-impatti identifikati għal kwalunkwe wieħed mill-kriterji soċjali indikati f’din il-gwida, il-miżuri proposti ta’ mitigazzjoni u kumpens u l-kostijiet tagħhom, rapporti addizzjonali meħtieġa mis-sieħeb ta’ implimentazzjoni (jekk ikun il-każ);

Ġustifikazzjoni għaliex ir-riskji residwi jew l-impatti identifikati/mitigati jitqiesu aċċettabbli u f’konformità mal-objettivi ta’ InvestEU;

Miżuri volontarji bbażati fuq il-lista ta’ kontroll pożittiva fl-Anness 3 li jkunu twettqu mill-promotur tal-proġett/mir-riċevitur finali biex tittejjeb il-prestazzjoni soċjali tal-proġett u l-kostijiet tagħhom.

L-objettivi tal-Investiment, b’mod partikolari dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi, l-inklużjoni soċjali jew ir-reżiljenza soċjali u/jew fuq oqsma u setturi affettwati minn sfidi strutturali, kif applikabbli.

g)

Aspetti oħra ta’ sostenibbiltà – aspetti rilevanti oħra għall-valutazzjoni tas-sostenibbiltà, kif applikabbli għall-proġett:

Konsultazzjonijiet pubbliċi u tipi oħra ta’ involviment tal-partijiet ikkonċernati: jekk dawn ikunu twettqu bħala parti minn proċedura ta’ VIA jew mill-promotur fuq bażi volontarja, kwalunkwe obbligu li jirriżulta u kif dan ikun ġie indirizzat, il-miżuri ta’ mitigazzjoni addizzjonali implimentati għall-protezzjoni tal-wirt kulturali eċċ.;

Informazzjoni dwar il-kapaċità tal-promotur tal-proġett/tar-riċevitur finali biex jindirizza l-impatti identifikati u jimplimenta l-miżuri rrakkomandati, is-sistemi li jkollu fis-seħħ, jekk dawn is-sistemi jkunux suġġetti għal xi tip ta’ awditu jew jekk isegwux standards speċifiċi;

Informazzjoni dwar l-arranġamenti kuntrattwali, il-klawsoli kundizzjonali introdotti fil-kuntratt ta’ finanzjament, l-impenji addizzjonali li jridu jitwettqu mill-promotur tal-proġett/mir-riċevitur finali, kundizzjonijiet speċjali għall-iżborż, l-inkorporazzjoni ta’ obbligi ta’ sostenibbiltà fil-kuntratt ta’ finanzjament, ir-rekwiżiti ta’ rappurtar u ta’ monitoraġġ.


(1)  F’konformità mar-rekwiżiti tal-gwida dwar il-verifika tas-sostenibbiltà fir-rigward tal-proporzjonalità.


ANNESS 3

Listi ta’ kontroll għall-verifika li għandhom jintużaw mis-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni għall-verifika taħt kull dimensjoni

Listi ta’ kontroll għall-verifika – dimensjoni klimatika (Kapitolu 2)

Dimensjoni klimatika — Il-listi ta’ kontroll għall-iskrinjar u l-ittestjar

Reżiljenza għat-tibdil fil-klima - adattament għat-tibdil fil-klima

Fażi ta’ Skrinjar

Lista ta’ kontroll:

Iva / Le

Kummenti u Informazzjoni li għandhom jiġu pprovduti mis-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni fid-dokumentazzjoni tal-SPG lill-Kumitat tal-Investiment

Ġiet ipprovduta informazzjoni biex tispjega f’liema stadji tal-iżvilupp tal-proġett ġew ikkunsidrati kwistjonijiet ta’ adattament/reżiljenza għat-tibdil fil-klima, u kif sar dan?

 

 

Hemm deskrizzjoni tal-metodoloġija użata għall-proċess tal-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà u tar-riskju, u din il-metodoloġija tidher loġika u kompluta, u fl-aħħar mill-aħħar hija konformi mal-gwida tal-SPG?

 

 

Hemm referenzi għat-tbassir tal-klima u s-sorsi tad-data rilevanti (1) li jkopru kemm il-klima attwali kif ukoll dik fil-futur? Dan ikopri kemm xenarji ta’ terminu qasir kif ukoll dawk fit-tul fejn rilevanti (jiġifieri jkopri l-ħajja tal-proġett u/jew il-perjodu analizzat)?

 

 

Ittieħdu inkunsiderazzjoni l-perikli rilevanti kollha (fatturi tat-tibdil fil-klima)?

 

 

Il-vulnerabbiltà tal-proġett (u tal-komponenti tiegħu) ġiet ivvalutata (abbażi tat-tip ta’ proġett u fejn jinsab il-proġett)?

 

 

Jekk jogħġbok ipprovdi l-konklużjonijiet dettaljati tal-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà u ġustifikazzjoni dettaljata dwar l-għażla biex a) jitwaqqaf il-proċess ta’ verifika jew b) ikun hemm progressjoni lejn il-fażi tal-valutazzjoni tar-riskju.

 

 

Valutazzjoni tar-riskju tat-tibdil fil-klima

Jekk il-proġett ġie vvalutat bħala vulnerabbli għal ċerti fatturi klimatiċi (jiġifieri l-fażi tal-iskrinjar tkun ikkonkludiet li jeżistu riskji potenzjali għall-klima), twettqet valutazzjoni tar-riskju (li tivvaluta kemm il-probabbiltà kif ukoll l-impatt tar-riskji għall-adattament għat-tibdil fil-klima)?

 

 

Għall-proġett, ġew identifikati riskji sinifikanti għall-adattament għat-tibdil fil-klima?

 

 

Jekk iva, ġew implimentati miżuri rilevanti fil-proġett (inkorporati fit-tfassil u/jew fit-tħaddim u l-manutenzjoni)?

 

 

Huwa ppruvat li l-miżuri se jnaqqsu r-riskji sa livell aċċettabbli?

 

 

Jekk jogħġbok ipprovdi l-konklużjonijiet dettaljati tal-valutazzjoni tar-riskju tat-tibdil fil-klima.

 

 

Il-konsistenza ma’ strateġiji u pjanijiet tal-UE u, kif applikabbli, nazzjonali, reġjonali u lokali dwar l-adattament għat-tibdil fil-klima, u ma’ dokumenti strateġiċi u ta’ ppjanar rilevanti oħra ġiet ivverifikata u kkonfermata?

 

 


Newtralità klimatika - mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

Fażi ta’ Skrinjar

Lista ta’ kontroll:

Iva / Le

Kummenti u Informazzjoni li għandhom jiġu pprovduti mis-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni fid-dokumentazzjoni tal-SPG lill-Kumitat tal-Investiment

Il-proġett jaqa’ taħt waħda mill-kategoriji ta’ proġetti b’livelli baxxi ta’ emissjonijiet mistennija u li għalihom il-valutazzjoni tal-impronta tal-karbonju MHUX meħtieġa?

 

 

L-emissjonijiet assoluti u/jew relattivi huma mistennija li jkunu inqas minn 20 000 tunnellata ta’ CO2e/sena (pożittivi jew negattivi)?

 

 

Jekk jogħġbok ipprovdi l-konklużjonijiet dettaljati tal-iskrinjar u ġustifikazzjoni dettaljata dwar l-għażla biex a) jitwaqqaf il-proċess ta’ verifika tal-mitigazzjoni tal-klima jew b) ikun hemm progressjoni lejn il-fażi tal-istima u l-monetizzazzjoni tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra.

 

 

Konsistenza mal-objettivi klimatiċi tal-UE u kalkolu tal-impronta tal-karbonju

Il-proġett huwa kompatibbli mal-objettivi tan-newtralità klimatika tal-UE abbażi tal-applikazzjoni tal-kriterji DNSH tat-Tassonomija jew ta’ metodoloġija oħra aċċettata fil-livell internazzjonali? Jekk jogħġbok ipprovdi dettalji dwar il-metodoloġija użata biex tiġi kkonfermata l-kumpatibbiltà u dwar il-konklużjonijiet milħuqa.

 

 

L-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tal-proġett ġew ikkalkulati f’konformità ma’ metodoloġija rikonoxxuta fil-livell internazzjonali? Jekk jogħġbok ipprovdi dettalji kif meħtieġ fil-gwida tal-SPG.

 

 

L-emissjonijiet annwali stmati ta’ gassijiet serra tal-proġett f’sena ta’ operazzjoni standard (jew medja) ġew ipprovduti f’termini kemm (a) assoluti u (b) relattivi (jiġifieri bi tqabbil ma’ xenarju bażi “mingħajr il-proġett”), f’tunnellati ta’ ekwivalenti ta’ CO2 fis-sena?

 

 

L-emissjonijiet inkrimentali ta’ gassijiet serra assoċjati mal-proġett ġew immonetizzati (bl-użu ta’ prezz parallel standard tal-karbonju) u ġew inklużi fl-evalwazzjoni ekonomika jew fl-analiżi kost-benefiċċji?

 

 

Il-proġett jirriżulta f’żieda jew fi tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra? Jekk jogħġbok ipprovdi dettalji.

 

 

Il-kompatibbiltà tal-proġett ma’ perkors kredibbli lejn il-miri globali ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra għall-2030 u l-2050 ġiet ivverifikata u kkonfermata? Bħala parti minn dan, għall-infrastruttura b’tul ta’ ħajja lil hinn mill-2050, il-kompatibbiltà tal-proġett mal-operat, il-manutenzjoni u d-dekummissjonar eventwali taħt kundizzjonijiet ta’ newtralità klimatika ġiet ivverifikata u kkonfermata?

 

 

Listi ta’ kontroll għall-verifika – dimensjoni ambjentali (Kapitolu 2)

Dimensjoni ambjentali - konformità ġuridika - Lista ta’ Kontroll 0

A.1.

Il-konsistenza tal-operazzjoni ma’ qafas ta’ ppjanar

Iva/Le

A.1.1.

L-operazzjoni hija parti minn pjan/programm/strateġija fil-livell lokali, reġjonali jew nazzjonali?

 

A.1.2.

Jekk iva, dan il-pjan/programm/strateġija kien suġġett għal valutazzjoni ambjentali f’konformità mad-Direttiva SEA 2001/42/UE?

 

(Is-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni se joqgħod fuq awtodikjarazzjoni mill-promotur tal-proġett)

 

A.2.

Applikazzjoni tad-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (id-“Direttiva dwar il-VIA”) kif emendata

 

A.2.1.

L-operazzjoni hija elenkata fl-annessi tad-Direttiva dwar il-VIA:

 

l-Anness I tad-Direttiva dwar il-VIA (aqbeż għall-mistoqsija A.2.2)

 

l-Anness II tad-Direttiva dwar il-VIA (aqbeż għall-mistoqsija A.2.3)

 

L-ebda wieħed miż-żewġ Annessi (aqbeż għall-mistoqsija A.2.4)

 

(Għandha tiġi pprovduta ġustifikazzjoni qasira għaliex jitqies li l-operazzjoni mhijiex elenkata fl-ebda wieħed mill-Annessi)

 

A.2.2.

Meta tkun koperta mill-Anness I tad-Direttiva dwar il-VIA, inkludi r-rapport dwar il-VIA, is-Sommarju Mhux Tekniku u d-Deċiżjoni tal-Awtorità Kompetenti li tikkonkludi l-proċess tal-VIA  (2), u uża l-kaxxa tat-test hawn taħt għal informazzjoni u spjegazzjonijiet addizzjonali:

 

1)

Ir-Rapport dwar il-VIA tħejja skont l-Artikolu 5(1) u l-Anness IV tad-Direttiva dwar il-VIA?

 

2)

Saru konsultazzjonijiet mal-awtoritajiet ambjentali, mal-awtoritajiet b’kompetenzi reġjonali u lokali kkonċernati mill-proġett, mal-pubbliku u, jekk applikabbli, konsultazzjonijiet ma’ Stati Membri oħra, f’konformità mal-Artikoli 6 u 7 tad-Direttiva dwar il-VIA?

 

3)

Id-deċiżjoni tal-awtorità kompetenti (jekk diġà adottata) tqiegħdet għad-dispożizzjoni tal-pubbliku?

 

 

 

A.2.3.

Meta tkun koperta mill-Anness II tad-Direttiva dwar il-VIA:

 

1)

Jekk tkun twettqet VIA, jekk jogħġbok inkludi d-dokumenti meħtieġa elenkati taħt il-punt A.2.2

 

2)

Jekk ma tkunx twettqet VIA, jekk jogħġbok inkludi d-determinazzjoni meħtieġa fl-Artikolu 4(5)(b)  (3) tad-Direttiva dwar il-VIA (spiss imsejħa “deċiżjoni ta’ skrinjar”) u kkonferma li din tkun tqiegħdet għad-dispożizzjoni tal-pubbliku u li jkunu tqiesu l-kriterji tal-Anness III.

 

3)

Jekk ma tkunx twettqet determinazzjoni, jekk jogħġbok ipprovdi s-sollijiet jew il-kriterji użati skont id-dritt nazzjonali u l-Artikolu 4(2)(b) tad-Direttiva dwar il-VIA.

 

 

 

A.2.4.

Meta l-operazzjoni ma tkunx koperta mill-Annessi tad-Direttiva dwar il-VIA, jekk jogħġbok ipprovdi l-permess ta’ kostruzzjoni (permess ta’ approvazzjoni rilevanti ieħor), jekk disponibbli.

 

 

 

A.3.

Applikazzjoni tad-Direttiva 92/43/KEE dwar il-konservazzjoni tal-ħabitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (1) (id-Direttiva dwar il-Ħabitats u l-Għasafar); valutazzjoni tal-effetti fuq is-siti Natura 2000

 

A.3.1.

L-operazzjoni kienet soġġetta għal valutazzjoni xierqa kif meħtieġ mill-Artikolu 6(3)  (4) tad-Direttiva dwar il-Ħabitats?

 

A.3.2.

Jekk it-tweġiba għall-mistoqsija A.3.1 hija “Iva”, jekk jogħġbok ipprovdi:

 

1)

il-valutazzjoni xierqa mwettqa skont l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva dwar il-Ħabitats;

 

2)

kopja tal-formola standard ta’ notifika “Informazzjoni lill-Kummissjoni Ewropea skont l-Artikolu 6(4) tad-Direttiva dwar il-Ħabitats”, kif innotifikata lill-Kummissjoni (DĠ Ambjent), jekk applikabbli u/jew;

 

3)

opinjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 6(4) tad-Direttiva dwar il-Ħabitats għal proġetti li jkollhom impatti sinifikanti fuq il-ħabitats u/jew l-ispeċijiet prijoritarji u li jkunu ġġustifikati minn raġunijiet imperattivi ta’ interess pubbliku prevalenti għajr is-saħħa tal-bniedem u s-sikurezza pubblika, jew konsegwenzi ta’ benefiċċju ta’ importanza primarja għall-ambjent.

 

A.3.3.

Jekk it-tweġiba għall-mistoqsija A.3.1 hija “Le”, jekk jogħġbok ipprovdi:

 

1)

il-ġustifikazzjoni għaliex valutazzjoni xierqa ma tqisitx bħala meħtieġa (bħala parti mid-deċiżjonijiet tal-VIA jew bħala dokument awtonomu);

 

2)

mappa (fuq skala ta’ 1:100 000 jew fuq l-eqreb skala possibbli) li tindika l-post fejn tinsab l-operazzjoni kif ukoll is-siti Natura 2 000 kkonċernati.

 

A.4.

Applikazzjoni tad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (id-“Direttiva Qafas dwar l-Ilma”); valutazzjoni tal-effetti fuq korpi tal-ilma

 

A.4.1.

L-operazzjoni se tiddeterjora l-istat ta’ korp tal-ilma jew tipprevieni l-ksib ta’ stat/potenzal ta’ ilma tajjeb?

 

1)

Jekk it-tweġiba għall-mistoqsija A.4.1. hija “Iva”, (5) jekk jogħġbok ipprovdi l-valutazzjoni u spjegazzjoni dettaljata ta’ kif ġew/se jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha skont l-Artikolu 4.7 tad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma.

 

2)

Jekk it-tweġiba għall-mistoqsija A.4.1. hija “Le”, jekk jogħġbok ipprovdi ġustifikazzjoni għaliex l-użu mill-eċċezzjonijiet skont l-Artikolu 4(7) mhuwiex meqjus bħala meħtieġ (eż. intwera li l-effetti potenzjali kollha tal-operazzjoni huma temporanji jew insinifikanti f’termini tad-WFD fl-iskala tal-korp tal-ilma, u la ġew identifikati effetti possibbli f’kombinament u lanqas xi impatt residwu fuq il-korp tal-ilma jekk jiġu implimentati l-miżuri ta’ mitigazzjoni identifikati, eċċ.)

 

 

 

A.5.

Fejn applikabbli, informazzjoni dwar il-konformità ma’ direttivi ambjentali oħra

 

A.5.1.

Applikazzjoni tad-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (id-“Direttiva dwar l-Emissjonijiet Industrijali”) —

 

Jekk jogħġbok spjega kif il-proġett jikkonforma mar-rekwiżiti tad-Direttiva 2010/75/UE, b’mod partikolari mal-applikazzjoni tal-Aqwa Tekniki Disponibbli (BAT) u, fejn applikabbli, mal-valuri ta’ limitu tal-emissjonijiet stipulati f’dik id-Direttiva.

 

 

 

A.5.2.

Kwalunkwe direttiva ambjentali rilevanti oħra (jekk jogħġbok spjega hawn taħt)

 

 

 

Dimensjoni ambjentali – skrinjar u verifika għal elementi ambjentali - Lista ta’ kontroll 1 (Kapitolu 2)

Lista ta’ kontroll biex jiġu identifikati impatti negattivi potenzjalment sinifikanti fejn tidħol l-Arja

 

SKRINJAR

VERIFIKA

Mistoqsija

Iva / Le / Deskrizzjoni fil-qosor  (6)

[1]

X’inhu s-sinifikat tal-impatt

[2]  (7)

X’inhu s-sinifikat tal-impatt

[3]  (8)

X’inhu l-Livell ta’ riskju tal-impatt

[4]  (9)

Mitigazzjoni (addizzjonali) proposta

[5]

Livell ta’ Riskju Residwu wara l-mitigazzjoni (addizzjonali)

[6]

1)

Il-proġett/l-operazzjoni se tinvolvi azzjonijiet li se jikkawżaw impatti fuq il-kwalità tal-arja, eż. minħabba l-emissjonijiet tat-trab, il-konsum tal-enerġija, l-emissjonijiet mill-proċessi tal-manifattura, jew bidliet sinifikanti fil-modi tat-trasport jew fl-infrastruttura?

 

 

 

 

 

 

2)

Il-proġett/l-operazzjoni jinsab f’Żona tal-Kwalità tal-Arja li ma tilħaqx il-miri stabbiliti skont il-Pjan reġjonali/nazzjonali għall-Kwalità tal-Arja? L-emissjonijiet mill-proġett ikunu relatati ma’ dawk l-istess miri?

 

 

 

 

 

 

3)

Hemm fatturi oħra li għandhom jitqiesu, bħal żvilupp konsegwenzjali li jista’ jwassal għal impatti fuq il-kwalità tal-ilma jew għall-potenzjal ta’ impatti kumulattivi ma’ attivitajiet eżistenti jew ippjanati oħra fil-lokalità (eż. permezz ta’ żidiet f’attività oħra ta’ manifattura industrijali bħala parti mill-ħolqien ta’ raggruppament ta’ manifattura)?

 

 

 

 

 

 

4)

Ikunu meħtieġa xi attivitajiet oħra bħala konsegwenza tal-proġett, li jista’ jwassal għal żieda fl-emissjonijiet atmosferiċi?

 

 

 

 

 

 


Lista ta’ kontroll biex jiġu identifikati impatti negattivi potenzjalment sinifikanti fejn jidħol l-Ambjent tal-ilma

 

SKRINJAR

VERIFIKA

Mistoqsija

Iva / Le / Deskrizzjoni fil-qosor

[1]

X’inhu s-sinifikat tal-impatt

[2]

X’inhi l-probabbiltà tal-impatt

[3]

X’inhu l-Livell ta’ riskju tal-impatt

[4]

Mitigazzjoni (addizzjonali) proposta

[5]

Livell ta’ Riskju Residwu wara l-mitigazzjoni (addizzjonali)

[6]

1)

Il-proġett se jinvolvi azzjonijiet li se jaffettwaw l-ilmijiet tal-wiċċ, ilmijiet ta’ taħt l-art jew ilma baħar (temporanji jew permanenti)?

 

 

 

 

 

 

2)

Il-proġett se jwassal għal riskji mill-kontaminazzjoni tal-ambjent tal-ilma mill-iskariki ta’ sustanzi niġġiesa fl-ilmijiet tal-wiċċ, fl-ilmijiet ta’ taħt l-art, fl-ilmijiet kostali jew fil-baħar? Jew inkella se jwassal għal skariki sinifikanti għal xogħlijiet tat-trattament tal-ilma mormi?

 

 

 

 

 

 

3)

Il-proġett se jinvolvi l-użu, il-ħżin, it-trasport, it-trattament jew il-produzzjoni ta’ sustanzi/taħlitiet (inklużi bijoċidi u pestiċidi) li jistgħu jikkawżaw ħsara lill-ambjent tal-ilma? Meta twieġeb din il-mistoqsija, jekk jogħġbok ħu inkunsiderazzjoni l-klassifikazzjoni tal-periklu tagħhom kif ukoll kwalunkwe klassifikazzjoni oħra skont REACH (eż. bħala SVHC minħabba l-proprjetajiet PBT/vPvB jew li jfixklu s-Sistema Endokrinali)

 

 

 

 

 

 

4)

Hemm fatturi oħra li għandhom jitqiesu, bħal żvilupp konsegwenzjali li jista’ jwassal għal impatti fuq il-kwalità tal-ilma jew għall-potenzjal ta’ impatti kumulattivi ma’ attivitajiet eżistenti jew ippjanati oħra fil-lokalità (eż. permezz ta’ żidiet f’attività oħra ta’ manifattura industrijali bħala parti mill-ħolqien ta’ raggruppament ta’ manifattura)?

 

 

 

 

 

 

5)

Hemm xi żoni fi ħdan jew madwar il-post li diġà huma soġġetti għal tniġġis jew ħsara ambjentali, eż. fejn jinqabżu l-istandards ambjentali legali eżistenti, li jistgħu jiġu affettwati mill-Proġett?

 

 

 

 

 

 

6)

Il-post li fih jinsab il-proġett huwa suxxettibbli għal kundizzjonijiet ta’ erożjoni, għargħar jew nixfa, li jistgħu jirriżultaw f’impatti fuq l-ambjent tal-ilma?

 

 

 

 

 

 


Lista ta’ kontroll biex jiġu identifikati impatti negattivi potenzjalment sinifikanti fejn jidħlu l-Art u l-Ħamrija

 

SKRINJAR

VERIFIKA

Mistoqsija

Iva / Le / Deskrizzjoni fil-qosor

[1]

X’inhu s-sinifikat tal-impatt

[2]

X’inhi l-probabbiltà tal-impatt

[3]

X’inhu l-Livell ta’ riskju tal-impatt

[4]

Mitigazzjoni (addizzjonali) proposta

[5]

Livell ta’ Riskju Residwu wara l-mitigazzjoni (addizzjonali)

[6]

1)

Il-proġett/l-operazzjoni se jinvolvu azzjonijiet li jistgħu jikkawżaw erożjoni?

Dan jista’ jirriżulta minn:

taqlib tal-ħamrija eż. ħrit tul inklinazzjonijiet

tneħħija tal-għata veġetattiva tal-ħamrija u/jew ta’ ringieli ta’ sġajriet

użu mhux xieraq minn makkinarju tqil

 

 

 

 

 

2)

Il-proġett/l-operazzjoni se jinvolvu azzjonijiet li jistgħu jikkawżaw id-degradazzjoni tal-materja organika tal-ħamrija?

Dan jista’ jirriżulta minn:

konverżjoni tal-użu tal-art

drenaġġ ta’ artijiet mistagħdra

deforestazzjoni

 

 

 

 

 

3)

Il-proġett/l-operazzjoni se jinvolvu azzjonijiet li jistgħu jikkawżaw kompattazzjoni?

Dan jista’ jirriżulta minn:

użu mhux xieraq minn makkinarju tqil

densitajiet għoljin ta’ bhejjem

xogħlijiet ta’ kostruzzjoni kbar

 

 

 

 

 

4)

Il-proġett/l-operazzjoni se jinvolvu azzjonijiet li jistgħu jikkawżaw salinizzazzjoni?

Dan jista’ jirriżulta minn:

teknoloġija ta’ irrigazzjoni ta’ kwalità baxxa

drenaġġ mhux xieraq

sfruttament eċċessiv tal-ilma ta’ taħt l-art

 

 

 

 

 

5)

Il-proġett/l-operazzjoni se jinvolvu azzjonijiet li jistgħu jikkawżaw uqigħ tal-art?

Dan jista’ jirriżulta minn:

qsim tat-topografija minħabba f’xogħlijiet ta’ kostruzzjoni

tibdil fl-użu tal-art, eż. deforestazzjoni

estrazzjoni ta’ materjali

 

 

 

 

 

6)

Il-proġett/l-operazzjoni se jinvolvu azzjonijiet li jistgħu jikkawżaw kontaminazzjoni tal-ħamrija?

Dan jista’ jirriżulta minn:

installazzjonijiet industrijali

installazzjonijiet tal-estrazzjoni

ħżin ta’ sustanzi kimiċi

depożizzjoni atmosferika ta’ sustanzi kimiċi perikolużi

 

 

 

 

 

7)

Il-proġett/l-operazzjoni se jinvolvu azzjonijiet li jistgħu jikkawżaw issiġillar?

Dan jista’ jirriżulta minn:

tifrix urban

żieda fit-trasport

 

 

 

 

 

8)

Hemm xi żoni jew karatteristiċi ta’ importanza storika jew kulturali fil-post, jew madwaru, li jistgħu jiġu affettwati mill-Proġett?

 

 

 

 

 

 

9)

Il-proġett jaffettwa l-użu jew l-aċċess għar-riżorsi naturali mill-komunitajiet?

 

 

 

 

 

 

10)

Hemm xi fatturi oħra li għandhom jitqiesu, bħal żvilupp konsegwenzjali li jista’ jwassal għal impatti fuq it-teħid tal-art u għall-potenzjal ta’ impatti kumulattivi ma’ attivitajiet eżistenti jew ippjanati oħra fil-lokalità (eż. permezz ta’ żidiet f’attività oħra ta’ manifattura industrijali bħala parti mill-ħolqien ta’ raggruppament ta’ manifattura)?

 

 

 

 

 

 

11)

Ikunu meħtieġa xi attivitajiet oħra bħala konsegwenza tal-proġett, li jista’ jwassal għal użu ta’ art u ħamrija?

 

 

 

 

 

 


Lista ta’ kontroll biex jiġu identifikati impatti negattivi potenzjalment sinifikanti fejn tidħol il-Bijodiversità

 

SKRINJAR

VERIFIKA

Mistoqsija

Iva / Le / Deskrizzjoni fil-qosor

[1]

X’inhu s-sinifikat tal-impatt

[2]

X’inhi l-probabbiltà tal-impatt

[3]

X’inhu l-Livell ta’ riskju tal-impatt

[4]

Mitigazzjoni (addizzjonali) proposta

[5]

Livell ta’ Riskju Residwu wara l-mitigazzjoni (addizzjonali)

[6]

1)

Hemm xi siti ddeżinjati li jistgħu jiġu affettwati mill-proġett?

 

 

 

 

 

 

2)

Il-kostruzzjoni jew id-dekummissjonar tal-proġett se jinvolvu azzjonijiet li se jikkawżaw impatti temporanji fuq sit iddeżinjat jew fuq l-ekosistema naturali?

 

 

 

 

 

 

3)

Il-kostruzzjoni jew id-dekummissjonar tal-proġett se jinvolvu azzjonijiet li se jikkawżaw impatti fuq siti protetti jew fuq siti importanti fil-livell lokali jew fuq l-ekosistema naturali?

 

 

 

 

 

 

4)

Jista’ l-proġett innifsu, matul il-fażi operattiva tiegħu, ikollu impatt fuq sit iddeżinjat jew fuq sit importanti fil-livell lokali jew fuq l-ekosistema naturali?

 

 

 

 

 

 

5)

Il-Proġett se jwassal għal riskji mill-kontaminazzjoni ta’ siti ddeżinjati jew tal-ekosistema naturali?

 

 

 

 

 

 

6)

Il-Proġett se jinvolvi l-użu, il-ħżin, it-trasport, it-trattament jew il-produzzjoni ta’ sustanzi/taħlitiet (inklużi bijoċidi u pestiċidi) li jistgħu jikkawżaw ħsara lill-flora u l-fawna?

 

 

 

 

 

 

7)

Hemm xi żoni oħra fuq jew madwar il-post li huma importanti jew sensittivi għal raġunijiet tal-ekoloġija tagħhom li jistgħu jiġu affettwati mill-proġett, inkluża l-preżenza ta’ speċi mhedda?

 

 

 

 

 

 

8)

Hemm xi ħabitats jew ekosistemi naturali li huma importanti (eż. għat-tibjit) jew sensittivi, li mhumiex iddeżinjati iżda li jistgħu jiġu affettwati mill-proġett?

 

 

 

 

 

 

9)

Hemm fatturi oħra li għandhom jitqiesu, bħal żvilupp konsegwenzjali li jista’ jwassal għal impatti fuq il-bijodiversità tal-madwar?

 

 

 

 

 

 

10)

Hemm xi żoni ddeżinjati jew ħabitats importanti fil-livell lokali fuq jew madwar il-post li huma diġà soġġetti għal tniġġis jew ħsara ambjentali, eż. fejn jinqabżu l-istandards ambjentali legali eżistenti, li jistgħu jiġu affettwati mill-proġett?

 

 

 

 

 

 


Lista ta’ kontroll biex jiġu identifikati impatti negattivi potenzjalment sinifikanti fejn jidħol l-istorbju

 

SKRINJAR

VERIFIKA

Mistoqsija

Iva / Le / Deskrizzjoni fil-qosor

[1]

X’inhu s-sinifikat tal-impatt

[2]

X’inhi l-probabbiltà tal-impatt

[3]

X’inhu l-Livell ta’ riskju tal-impatt

[4]

Mitigazzjoni (addizzjonali) proposta

[5]

Livell ta’ Riskju Residwu wara l-mitigazzjoni (addizzjonali)

[6]

1)

Il-proġett/l-operazzjoni se tinvolvi azzjonijiet li jistgħu jwasslu għal livelli ta’ storbju u vibrazzjoni ogħla mil-livelli li jikkawżaw fastidju jew effetti fuq is-saħħa? Jekk jogħġbok ikkunsidra kemm l-effetti ta’ binhar kif ukoll ta’ billejl

 

 

 

 

 

 

2)

Il-proġett se jkun jinsab f’żona urbanizzata jew residenzjali, u se jirriżulta f’żidiet sinifikanti fil-livelli ta’ storbju binhar jew billejl matul l-operat tiegħu?

 

 

 

 

 

 

3)

Jekk il-proġett jinvolvi bidliet fl-infrastruttura tat-trasport jew fil-vetturi ferrovjarji, ġew ikkunsidrati kwistjonijiet dwar l-istorbju u l-vibrazzjoni bħala parti mid-disinn tal-proġett jew mid-disinn tat-tagħmir?

 

 

 

 

 

 

4)

Hemm xi rotot tat-trasport fuq jew madwar il-post li huma suxxettibbli għal livelli għoljin ta’ traffiku jew konġestjoni, jew li jikkawżaw problemi ta’ storbju ambjentali, u li jistgħu jiġu affettwati mill-proġett?

 

 

 

 

 

 

5)

Hemm fatturi oħra li għandhom jitqiesu, bħal żvilupp konsegwenzjali li jista’ jwassal għall-potenzjal ta’ impatti kumulattivi ma’ attivitajiet eżistenti jew ippjanati oħra fil-lokalità/iż-żona (eż. permezz ta’ żidiet fit-traffiku jew f’attività oħra ta’ manifattura industrijali bħala parti mill-ħolqien ta’ raggruppament ta’ manifattura)?

 

 

 

 

 

 

6)

Hemm xi żoni fuq jew madwar il-post li huma okkupati minn użu sensittiv tal-art eż. sptarijiet, skejjel, postijiet ta’ qima, faċilitajiet komunitarji, li jistgħu jiġu affettwati mill-proġett?

Hemm xi żoni fuq jew madwar il-post li diġà huma soġġetti għal tniġġis akustiku eċċessiv jew għal impatti relatati mal-vibrazzjoni, eż. fejn l-objettivi eżistenti tal-UE mhumiex qed jintlaħqu u li jistgħu jiġu affettwati mill-proġett?

 

 

 

 

 

 


Lista ta’ kontroll biex jiġu identifikati impatti negattivi potenzjalment sinifikanti fejn jidħlu l-irwejjaħ

 

SKRINJAR

VERIFIKA

Mistoqsija

Iva / Le / Deskrizzjoni fil-qosor

[1]

X’inhu s-sinifikat tal-impatt

[2]

X’inhi l-probabbiltà tal-impatt

[3]

X’inhu l-Livell ta’ riskju tal-impatt

[4]

Mitigazzjoni (addizzjonali) proposta

[5]

Livell ta’ Riskju Residwu wara l-mitigazzjoni (addizzjonali)

[6]

1)

It-tħaddim tal-proġett se jwassal għal emissjonijiet ta’ rwejjaħ offensivi?

 

 

 

 

 

 

2)

Hemm potenzjal li l-irwejjaħ ikunu ta’ natura u ta’ intensità li jistgħu jwasslu għal fastidju jew għal impatti fuq is-saħħa?

 

 

 

 

 

 

3)

Is-sit se jkun jinsab f’żona li, bit-teħid inkunsiderazzjoni tad-direzzjoni tar-riħ eċċ., ikun hemm potenzjal li popolazzjonijiet residenzjali u oħrajn li huma vulnerabbli jiġu affettwati bħala riċevituri?

 

 

 

 

 

 

4)

Hemm xi fatturi oħra li għandhom jitqiesu, bħal żvilupp konsegwenzjali li jista’ jwassal għall-potenzjal ta’ impatti kumulattivi ma’ attivitajiet eżistenti jew ippjanati oħra fil-lokalità (eż. permezz ta’ żidiet f’attività bħala parti minn raggruppament)?

 

 

 

 

 

 

Dimensjoni ambjentali – Aġenda pożittiva - Lista ta’ kontroll 2 (Kapitolu 2)

Aġenda Pożittiva - Kwalità tal-Arja

Mistoqsija

Iva / Le / Deskrizzjoni fil-qosor

Dan aktarx li jirriżulta f’impatt pożittiv sinifikanti?

Iva / Le - Għaliex

Impenn volontarju għall-inkorporazzjoni ta’ miżuri addizzjonali għat-titjib tal-prestazzjoni ambjentali tal-operazzjoni

1)

Il-proġett se jirriżulta f’titjib fl-effiċjenza enerġetika? Dan jista’ jirriżulta minn:

intensità enerġetika aktar baxxa fl-attivitajiet ta’ manifattura

intensità enerġetika aktar baxxa fir-rekwiżiti tat-trasport

tnaqqis fid-domanda għat-trasport/għall-enerġija

eċċ.

 

 

 

2)

Il-proġett se jirriżulta fl-użu minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli?

 

 

 

3)

Il-proġett se jinvolvi l-qbid tal-enerġija f’materjali ta’ skart?

 

 

 

4)

Il-proġett se jżid il-potenzjal għall-użu mill-ġdid jew għar-riċiklaġġ ta’ prodotti finali, u b’hekk inaqqas il-konsum tal-enerġija assoċjat mal-produzzjoni ta’ materjali verġni?

 

 

 

5)

It-teknoloġiji ta’ produzzjoni ntgħażlu sabiex jiġi mminimizzat il-potenzjal għal emissjonijiet tal-arja fis-sors?

 

 

 

6)

It-teknoloġiji ta’ produzzjoni ntgħażlu f’konformità mad-Direttiva dwar l-Ekodisinn u r-Regolamenti dwar it-Tikkettar tal-Enerġija?

 

 

 

7)

Intgħażlu teknoloġiji ta’ produzzjoni u inputs kimiċi b’mod li jiġi mminimizzat l-użu minn sustanzi perikolużi li kieku jiġu emessi fl-arja f’gassijiet ta’ skart, jew permezz ta’ emissjonijiet minn proċessi?

 

 

 

8)

Ittieħdu azzjonijiet oħra bħala parti mit-tfassil tal-proġett biex jiġu limitati l-emissjonijiet fl-arja?

 

 

 

9)

Hemm xi aspetti oħra li juru prassi ambjentali tajba fit-tħaddim tal-proġett kif ukoll fil-konsenja tiegħu? Eż. żieda fis-sensibilizzazzjoni tar-residenti u ta’ negozji oħra, vantaġġ meħud minn opportunità fi ħdan settur ambjentali li qed jikber

 

 

 


Aġenda Pożittiva – Ambjent tal-Ilma

Mistoqsija

Iva / Le / Deskrizzjoni fil-qosor

Dan aktarx li jirriżulta f’impatt pożittiv sinifikanti?

Iva / Le - Għaliex

Impenn volontarju għall-inkorporazzjoni ta’ miżuri addizzjonali għat-titjib tal-prestazzjoni ambjentali tal-operazzjoni

1)

Il-proġett se jirriżulta f’titjib fl-effiċjenza fl-użu tal-ilma? Dan jista’ jirriżulta minn:

bidliet fit-teknoloġiji ta’ produzzjoni għal teknoloġiji aktar effiċjenti

installazzjoni ta’ miżuri oħra li jiffrankaw l-ilma

żieda fl-użu mill-ġdid jew fir-riċiklaġġ tar-riżorsi tal-ilma?

 

 

 

2)

Il-proġett se jirriżulta fi tnaqqis fl-astrazzjonijiet mill-ambjent tal-ilma f’żoni li jbatu minn astrazzjoni eċċessiva (staġjonali jew annwali)? eż. il-kostruzzjoni ta’ ġibjun għall-ħżin tal-ilma fix-xitwa

 

 

 

3)

Il-proġett se jirriżulta fi tnaqqis fl-iskariki fl-ambjent tal-ilma, jew permezz tad-drenaġġ jew inkella diretti?

 

 

 

4)

Il-proġett se jżid il-potenzjal għall-użu mill-ġdid jew għar-riċiklaġġ ta’ prodotti finali, u b’hekk titnaqqas id-domanda għal materjali verġni intensivi ħafna fl-użu tal-ilma?

 

 

 

5)

Intgħażlu teknoloġiji ta’ produzzjoni u inputs kimiċi b’mod li jiġi mminimizzat il-potenzjal ta’ rilaxx ta’ sustanzi perikolużi fl-ambjent tal-ilma?

 

 

 

6)

Ittieħdu azzjonijiet oħra bħala parti mit-tfassil tal-proġett biex jiġu limitati l-impatti fuq l-ambjent tal-ilma?

 

 

 

7)

Hemm xi aspetti oħra li juru prassi ambjentali tajba fit-tħaddim tal-proġett kif ukoll fil-konsenja tiegħu? Eż. żieda fis-sensibilizzazzjoni tar-residenti u ta’ negozji oħra, vantaġġ meħud minn opportunità fi ħdan settur ambjentali li qed jikber?

 

 

 


Aġenda Pożittiva – Art/Ħamrija

Mistoqsija

Iva / Le / Deskrizzjoni fil-qosor

Dan aktarx li jirriżulta f’impatt pożittiv sinifikanti?

Iva / Le - Għaliex

Impenn volontarju għall-inkorporazzjoni ta’ miżuri addizzjonali għat-titjib tal-prestazzjoni ambjentali tal-operazzjoni

1)

Il-proġett se jikkontribwixxi biex titwaqqaf l-erożjoni? Dan jista’ jirriżulta minn:

riforestazzjoni

 

 

 

2)

Il-proġett se jtejjeb il-kwalità u l-kwantità tal-materja organika tal-ħamrija?

 

 

 

3)

Il-proġett se jnaqqas jew se jwaqqaf is-salinizzazzjoni?

 

 

 

4)

Il-proġett se jnaqqas ir-riskju idroġeoloġiku?

 

 

 

5)

Il-proġett se jikkontribwixxi għar-rimedju ta’ siti kkontaminati?

 

 

 

6)

Il-proġett se jirrestawra siti industrijali/urbani lura għal siti naturali?

 

 

 

7)

Il-proġett se jarrikkixxi l-bijodiversità tal-ħamrija?

 

 

 

8)

Il-proġett se jikkontribwixxi għall-valur panoramiku jew għax-xenarju ta’ kwalità għolja fuq jew madwar il-post li fih jinsab?

 

 

 

9)

Il-proġett se joħloq jew se jipproteġi rotot jew faċilitajiet fuq jew madwar il-post li jintużaw mill-pubbliku għar-rikreazzjoni?

 

 

 

10)

Il-proġett se jipproteġi żoni jew karatteristiċi ta’ importanza storika jew kulturali fuq jew madwar il-post li fih jinsab?

 

 

 

11)

Il-proġett se jtejjeb il-kwalità jew iżid il-kwantità ta’ riżorsi skarsi eż. ilma ta’ taħt l-art, ilmijiet tal-wiċċ, forestrija, agrikoltura, sajd?

 

 

 

12)

Il-proġett se jtejjeb il-kwalità tal-arja jew se jikkontribwixxi għall-konformità mal-limiti massimi nazzjonali ta’ emissjonijiet għas-sustanzi li jniġġsu fl-arja?

 

 

 


Aġenda Pożittiva – Bijodiversità

Mistoqsija

Iva / Le / Deskrizzjoni fil-qosor

Dan aktarx li jirriżulta f’impatt pożittiv sinifikanti?

Iva / Le - Għaliex

Impenn volontarju għall-inkorporazzjoni ta’ miżuri addizzjonali għat-titjib tal-prestazzjoni ambjentali tal-operazzjoni

1)

Il-proġett se jirriżulta f’bidliet fiżiċi fil-lokalità li:

jgħinu fil-kontroll jew fl-eliminazzjoni ta’ speċijiet aljeni?

jgħinu fil-konservazzjoni ta’ speċijiet indiġeni jew tad-diversità ġenetika?

jgħinu fil-konservazzjoni ta’ żoni għonja fil-bijodiversità/jew protetti u/jew ta’ speċijiet indiġeni selvaġġi, b’mod partikolari l-ispeċijiet protetti u/jew mhedda?

jgħinu fil-ħolqien ta’ żoni protetti?

jgħinu għar-restawr tal-ekosistemi naturali

 

 

 

2)

Il-proġett se jirriżulta fi proċessi/sistemi ġodda fejn l-użu minn sustanzi jew materjali li huma perikolużi jew tossiċi għall-ambjent (flora, fawna) jitnaqqas jew jiġi evitat?

 

 

 

3)

Il-proġett se jirriżulta fi tnaqqis fil-produzzjoni ta’ skart solidu? Jew fi kwalità mtejba tal-iskart li jiġi applikat fuq l-art (eż. ħama tad-drenaġġ)?

 

 

 

4)

Il-proġett se jnaqqas ir-riskju li siti protetti jew żoni għonja fil-bijodiversità jew l-ekosistema naturali jiġu kkontaminati minn sustanzi niġġiesa?

 

 

 

5)

Ittieħdu azzjonijiet oħra bħala parti mit-tfassil tal-proġett biex jiġu llimitati l-impatti fuq il-bijodiversità?

 

 

 

6)

Il-proġett jintegra soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura fit-tfassil tiegħu? (eż. soqfa ekoloġiċi, ħitan ħodor, eċċ.)

 

 

 

7)

Hemm xi aspetti oħra li juru prassi ambjentali tajba fit-tħaddim tal-proġett kif ukoll fil-konsenja tiegħu? Eż. żieda fis-sensibilizzazzjoni tar-residenti u ta’ negozji oħra, vantaġġ meħud minn opportunità fi ħdan settur ambjentali li qed jikber?

 

 

 


Aġenda Pożittiva — relatata mat-tnaqqis tal-Istorbju, il-Vibrazzjoni u l-Għajnejn

Mistoqsija

Iva / Le / Deskrizzjoni fil-qosor

Dan aktarx li jirriżulta f’impatt pożittiv sinifikanti?

Iva / Le - Għaliex

Impenn volontarju għall-inkorporazzjoni ta’ miżuri addizzjonali għat-titjib tal-prestazzjoni ambjentali tal-operazzjoni

Mistoqsijiet għall-identifikazzjoni ta’ impatti pożittivi fuq it-tnaqqis tal-istorbju jew il-vibrazzjoni

 

1)

Il-proġett se jirriżulta fi tnaqqis f’impatti relatati mal-istorbju/vibrazzjonijiet? Dan jista’ jirriżulta minn:

miżuri speċifiċi biex jitnaqqsu l-istorbju u l-vibrazzjoni;

tnaqqis indirett fl-istorbju matul il-lejl jew matul il-jum minħabba f’bidliet fl-attivitajiet;

titjib fl-infrastruttura li jwassal għal tnaqqis fl-effetti relatati mal-vibrazzjonijiet.

 

 

 

2)

Il-proġett se jirriżulta fit-trasferiment ta’ attivitajiet li jiġġeneraw l-istorbju ’l barra minn żona residenzjali jew minn post imdawwar b’popolazzjonijiet vulnerabbli, eż. sptar?

 

 

 

3)

Il-proġett se jinkludi miżuri speċifiċi biex jitnaqqsu l-istorbju jew il-vibrazzjoni?

 

 

 

4)

It-teknoloġiji ta’ produzzjoni ntgħażlu b’mod li jiġi mminimizzat il-potenzjal għal impatti fis-sors?

 

 

 

5)

Ittieħdu azzjonijiet oħra bħala parti mill-post li fih jinsab il-proġett jew mit-tfassil tiegħu biex jiġu llimitati l-impatti?

 

 

 

Mistoqsijiet għall-identifikazzjoni ta’ impatti pożittivi fuq it-tnaqqis tal-irwejjaħ

 

Il-proġett se jirriżulta fi tnaqqis f’emissjonijiet ta’ rwejjaħ permezz tal-installazzjoni ta’ impjant ġdid? Jekk iva, dan kieku jaffettwa n-natura, il-frekwenza jew id-durata tal-irwejjaħ, eċċ.?

 

 

 

Il-proġett se jirriżulta fit-trasferiment ta’ attivitajiet li jiġġeneraw irwejjaħ ’il barra minn post imdawwar b’popolazzjonijiet vulnerabbli kbar, sensittivi u/jew vulnerabbli?

 

 

 

Il-proġett se jinkludi miżuri speċifiċi biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ rwejjaħ?

 

 

 

It-teknoloġiji ta’ produzzjoni ntgħażlu b’mod li jiġi mminimizzat il-potenzjal għal impatti fis-sors?

 

 

 

Ittieħdu azzjonijiet oħra bħala parti mill-post li fih jinsab il-proġett jew mit-tfassil tiegħu biex jiġu llimitati l-impatti, eż. l-użu minn sistemi ta’ ventilazzjoni lokali flimkien ma’ metodi ta’ trattament tal-gass tal-egżost?

 

 

 

Listi ta’ kontroll għall-verifika – Dimensjoni soċjali (Kapitolu 2)

Dimensjoni Soċjali - Lista ta’ kontroll għall-iskrinjar

Meta jsir l-iskrinjar tad-dimensjonijiet soċjali ta’ proġetti, huwa rrrakkomandat li s-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni jużaw il-lista ta’ kontroll li ġejja bħala gwida. Il-lista ta’ kontroll hija maħsuba biex tidentifika impatti avversi possibbli abbażi tas-seba’ aspetti soċjali spjegati f’din il-gwida.

Abbażi tal-gwida pprovduta fil-Kapitolu 2.4.3. dwar l-iskrinjar soċjali tal-operazzjonijiet u tal-mistoqsijiet ta’ skrinjar proposti hawn taħt, is-sħab inkatigati mill-implimentazzjoni għandhom jindikaw ir-rilevanza ta’ ċerti impatti u riskji soċjali fil-kolonni Iva u Le hawn taħt. F’każ li t-tweġiba tkun affermattiva għal xi wħud mill-mistoqsijiet, huwa rrakkomandat li s-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni jikkonsultaw it-tabella ta’ kategorizzazzjoni tar-riskju soċjali inkluża fil-Kapitolu 2.4.4 dwar il-kategorizzazzjoni tar-riskju soċjali, biex jiġi ddeterminat il-livell ta’ riskju u biex dan jiġi kklassifikat bħala baxx, medju jew għoli. F’każ li wieħed jew aktar mill-aspetti soċjali jitqiesu bħala ta’ riskju medju jew għoli, is-Sieħeb ta’ Implimentazzjoni għandu jipproċedi għall-istadju ta’ verifika.

Aspetti soċjali / impatti

Iva

Le

Informazzjoni mhux disponibbli

Livell ta’ riskju (għoli / medju / baxx) Deskrizzjoni qasira

Kundizzjonijiet tax-xogħol

Hemm xi kwistjonijiet evidenti possibbli relatati mal-konformità mal-leġiżlazzjoni applikabbli tal-UE u dik nazzjonali skont il-qafas ta’ konformità legali, bħal b’rabta mar-relazzjonijiet tal-impjegati u r-remunerazzjoni tal-persunal?

Il-proġett iġib miegħu riskji ta’ tħaddim tat-tfal, xogħol furzat, diskriminazzjoni u/jew restrizzjonijiet għal-libertà ta’ assoċjazzjoni jew riskji oħra ta’ ksur tad-dritt fundamentali tax-xogħol, minħabba l-kuntest tal-pajjiż, is-settur, il-promotur, il-kuntrattur jew il-katina ta’ provvista (10)?

F’każ ta’ riskji tax-xogħol identifikati, il-promotur tal-proġett għandu kapaċità ta’ mmaniġġjar xierqa għall-forza tax-xogħol u għad-daqs tal-proġett, u li hija konsistenti mal-leġiżlazzjoni nazzjonali?

 

 

 

 

Is-Saħħa, is-Sikurezza u s-Sigurtà Okkupazzjonali u Pubbliċi

Il-proġett aktarx li jkollu impatt sinifikanti (dirett/indirett) fuq is-saħħa, is-sikurezza u s-sigurtà okkupazzjonali?

Il-proġett aktarx li jkollu impatt sinifikanti (dirett/indirett) fuq is-saħħa, is-sikurezza u s-sigurtà tal-komunità u dik pubblika?

F’każ ta’ impatti identifikati, il-promotur tal-proġett għandu kapaċità xierqa ta’ saħħa, sikurezza u sigurtà okkupazzjonali proporzjonali mal-impatti probabbli tal-proġett?

 

 

 

 

Il-protezzjoni u l-inklużjoni ta’ persuni u/jew gruppi vulnerabbli

Il-proġett aktarx li jkollu impatti avversi fuq persuni u/jew fuq gruppi vulnerabbli, inklużi persuni b’diżabbiltà? (bħall-aggravar tal-inugwaljanzi permezz ta’, pereżempju, l-impatt fuq l-affordabbiltà, id-disponibbiltà u l-kwalità tas-servizzi u d-djar, inklużi l-enerġija, l-edukazzjoni u s-saħħa)

Il-proġett jinkludi karatteristiċi li jistgħu jindirizzaw ostakli għall-aċċess għal servizzi minn persuni b’diżabbiltà? Jekk iva, il-promotur għandu l-kapaċità li jimplimentahom?

Il-proġett jiżgura l-aċċessibbiltà għall-persuni b’diżabilità għal dak li hemm fis-suġġett?

Huwa probabbli li l-proġett ikollu impatti fuq xi grupp ta’ Popli Indiġeni (eż. kwalunkwe impatt fuq l-art, l-abitazzjonijiet, l-għajxien jew il-wirt kulturali tagħhom)?

F’każ ta’ impatti identifikati, il-promotur tal-proġett għandu kapaċità xierqa biex jindirizzahom b’mod adegwat?

 

 

 

 

Ugwaljanza bejn il-ġeneri

Il-proġett iqis il-perspettiva tal-ugwaljanza bejn is-sessi fit-tfassil, l-implimentazzjoni, il-ġestjoni u l-evalwazzjoni tiegħu, inkluża data diżaggregata skont is-sessi?

Il-proġett aktarx li jkollu impatti sinifikanti li huma mistennija jaffettwaw lin-nisa u lill-bniet b’mod sproporzjonat?

Il-proġett iġib miegħu riskji speċifiċi relatati mal-ġeneru jew normi soċjali diskriminatorji bbażati fuq il-ġeneru?

Il-proġett aktarx li jkollu riskji sinifikanti relatati mad-diskriminazzjoni bbażata fuq il-ġeneru u/jew mal-Vjolenza u l-Fastidju Abbażi tal-Ġeneru (GBVH) (inklużi eż. ilmenti fil-passat relatati ma’ dawn l-aspetti, kopertura negattiva fil-midja/minn NGOs dwar il-proġett u/jew il-promotur tal-proġett)?

F’każ ta’ riskji identifikati, il-promotur tal-proġett għandu l-kapaċità biex jimmitiga dawk ir-riskji?

Il-promotur għandu l-kapaċità li jiżgura aċċess ugwali għall-benefiċċji ġġenerati mill-proġett kemm għall-irġiel kif ukoll għan-nisa (ħlief għal proġetti mmirati speċifikament għan-nisa)?

 

 

 

 

Il-Protezzjoni tal-Wirt Kulturali

Il-proġett aktarx li jkollu impatt avvers fuq proprjetà kulturali mhux replikabbli (eż. siti arkeoloġiċi, storiċi jew reliġjużi), siti b’valuri naturali uniċi jew wirt kulturali intanġibbli (eż. prattiki soċjali, ritwali u avvenimenti festivi)? Jekk iva, l-opinjoni tal-awtorità kompetenti responsabbli għall-wirt kulturali hija disponibbli?

Jekk ġew identifikati r-riskji, il-proġett għandu l-kapaċità li jimmaniġġja kull impatt identifikat fuq il-wirt kulturali?

 

 

 

 

L-akkwist tal-art, l-esproprjazzjoni, u t-tibdil fl-użu tal-art

Il-proġett se jeħtieġ akkwist tal-art, esproprjazzjoni, u tibdil fl-użu tal-art?

Il-proġett aktarx li jkun jeħtieġ l-ispostament ta’ detenturi informali ta’ titoli jew ta’ persuni li jokkupaw ċerta art, jew inkella jirrestrinġihom jew jeliminalhom l-aċċess għall-użu tal-art?

 

 

 

 

Involviment tal-partijiet ikkonċernati

Il-proġett aktarx li jġib miegħu r-riskji sinifikanti għar-reputazzjoni, oppożizzjoni minn komunitajiet lokali, jew kwistjonijiet relatati mal-legat (eż. każ tal-qorti, investigazzjoni, ilmen(i), protesta u/jew skrutinju minn OSĊ li jkunu għadhom għaddejjin jew mistennija)?

Il-promotur tal-proġett għandu l-kapaċità li jimplimenta involviment adegwat tal-partijiet ikkonċernati, kif rilevanti, u/jew jappoġġa lill-awtoritajiet kompetenti fit-twettiq tal-proċess ta’ parteċipazzjoni pubblika?

 

 

 

 

Aspetti rilevanti oħra

Il-kapaċità/il-prestazzjoni ambjentali u soċjali ġenerali tal-promotur hija adegwata biex timmaniġġja kwistjonijiet ambjentali & soċjali b’mod sodisfaċenti?

Il-promotur għandu stabbilita sistema ta’ mmaniġġjar xierqa u effettiva?

Fil-passat, l-istorja tal-proġett jew tal-promotur tal-proġett (simili) iltaqgħet ma’ xi lmenti jew kopertura mill-midja avversa jew mill-NGOs dwar aspett soċjali wieħed/diversi? F’dan il-każ, spjega r-raġuni għaliex u kif ġew indirizzati (mitigazzjoni/kumpens/oħrajn).

 

 

 

 

Dimensjoni soċjali - Lista ta’ kontroll għall-aġenda pożittiva (Kapitolu 2)

Is-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni u, fejn xieraq, l-intermedjarji finanzjarji, huma mħeġġa jidentifikaw u jużaw b’mod sistematiku l-lista ta’ kontroll għall-aġenda pożittiva hawn taħt għal kull proġett li, direttament jew indirettament, jinvolvi:

investimenti f’attività ekonomika li tikkontribwixxi għal objettiv soċjali, b’mod partikolari investiment li jikkontribwixxi fis-sostenn ta’ persuni jew gruppi vulnerabbli, għall-indirizzar tal-inugwaljanza jew li jrawwem l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u t-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa, il-koeżjoni soċjali, l-integrazzjoni soċjali u r-relazzjonijiet industrijali; jew

investimenti fil-kapital uman jew f’komunitajiet ekonomikament jew soċjalment żvantaġġati.

L-għan pożittiv tal-impatt soċjali jitlob li,

1.

Il-kisba ta’ impatt soċjali pożittiv li jista’ jitkejjel, flimkien ma’ għanijiet ta’ investiment oħra, tissemma’ b’mod espliċitu fil-proposta ta’ investiment jew f’dokumenti rilevanti oħra, inkluż; eż. impenn korporattiv għall-aderenza mal-prinċipji ta’ finanzjament sostenibbli u l-implimentazzjoni tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDGs) u

2.

Il-pjan ta’ ħidma tal-investiment jew kwalunkwe dokument xieraq ieħor stabbilit għal dak il-għan:

a.

jiddefinixxi ex ante l-objettivi tal-impatt soċjali li l-proġett jew it-tranżazzjoni se jikkontribwixxu għalihom; kif ukoll

b.

jistabbilixxi rappurtar adegwat biex jiġu ppreżentati r-riżultati miksuba ex post.

L-operazzjoni tirċievi punteġġ addizzjonali fit-tabella ta’ valutazzjoni ta’ InvestEU jekk tindirizza b’mod pożittiv wieħed jew aktar mill-aspetti elenkati fit-tabella hawn taħt. Il-kategorizzazzjoni ppreżentata fit-tabella hija għal gwida biss u se jkollha tiġi vverifikata bi tqabbil mal-verżjoni finali tat-tabella ta’ valutazzjoni ta’ InvestEU.

 

Ġust

Tajjeb

Tajjeb ħafna

Eċċellenti

Ugwaljanza bejn il-ġeneri u tisħiħ tal-pożizzjoni ekonomika tan-nisa

L-ebda impatt pożittiv dirett, speċifiku jew sinifikanti fuq l-ugwaljanza bejn il-ġeneri li kieku jirriżulta mill-proġett.

Eżempju : appoġġ lil xi korporazzjoni kbira eżistenti li Il-politiki tar-riżorsi umani tagħha tikkonforma mal-leġiżlazzjoni u li l-prodotti tagħhom huma newtrali għall-ġeneru – batteriji.

Xi impatti pożittivi fuq l-istandard tal-għajxien tan-nisa bħal żieda fl-aċċess għall-benefiċċji soċjali jew ekonomiċi ġġenerati mill-proġett.

L-ebda karatteristika speċifika biex tiġi indirizzata l-ugwaljanza bejn il-ġeneri jew biex in-nisa jintlaħqu aħjar.

Eżempju : sptar ġenerali ġdid

Karatteristiċi speċifiċi tad-disinn biex jintlaħqu l-benefiċjarji nisa / tiġi mmirata l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, politiki inklużivi tal-impjiegi, sikurezza u sigurtà mtejba lil hinn mill-konformità, analiżi tal-ġeneru / pjanijiet ta’ azzjoni.

Eżempju : skedar tat-trasport pubbliku bbażat fuq analiżi tax-xejriet tat-trasport tan-nisa u tal-irġiel; forniment ta’ impjiegi għan-nisa bħala karatteristika ewlenija tal-fażijiet tal-kostruzzjoni u/jew tat-tħaddim tal-proġett.

L-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri hija l-impatt prinċipali intenzjonat tal-operazzjoni, bl-objettiv ġenerali tal-proġett ikun it-tisħiħ tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri u/jew it-tnaqqis ta’ disparità rikonoxxuta bejn il-ġeneri.

Il-proġett / is-servizz:

huwa mfassal għall-ħtiġijiet uniċi tan-nisa jew tal-bniet

jindirizza xi problema li taffettwa lin-nisa u/jew lill-bniet b’mod sproporzjonat, u/jew

tnaqqas b’mod sinifikanti l-faqar fil-ħin u x-xogħol ta’ kwalità baxxa tan-nisa

Abbażi ta’ analiżi kuntestwali tal-ġeneru u jinkludi indikaturi għall-eżiti tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri.

Eżempju : Appoġġ għall-kliniki tas-saħħa riproduttiva; trasport lejn żoni li fil-biċċa l-kbira jimpjegaw lin-nisa; edukazzjoni tal-bniet; intraprenditorija tan-nisa.

Inklużjoni soċjali

L-ebda impatt pożittiv dirett, speċifiku jew sinifikanti fuq l-inklużjoni soċjali li kieku jirriżulta mill-proġett. L-ebda rilevanza u l-ebda miżura speċifika fis-seħħ biex jissaħħu l-ugwaljanza, l-inklużjoni, l-affordabbiltà jew l-aċċessibbiltà lil hinn mill-konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali.

Il-benefiċċji tal-proġett huma relatati mal-impatt f’termini ta’ aċċess għal, u disponibbiltà ta’ servizzi jew infrastruttura li qabel ma kinux disponibbli għall-benefiċjarji tal-proġett.

Eżempju : sptar li joffri kura affordabbli li ma kinitx disponibbli qabel; disponibbiltà akbar ta’ servizzi soċjali/faċilitajiet edukattivi/trasport pubbliku/akkomodazzjoni soċjali affordabbli; forniment ta’ aċċess affordabbli għall-informazzjoni u għat-teknoloġija ta’ komunikazzjoni.

Il-proġett jinkludi karatteristiċi biex tissaħħaħ l-inklużjoni soċjali u/jew fid-dinja tax-xogħol ta’ gruppi speċifiċi jew l-aċċessibbiltà minn oqsma speċifiċi, jew inkella biex jittejbu l-istandards tal-għajxien ta’ popolazzjonijiet u persuni vulnerabbli, inklużi persuni b’diżabbiltà. Dan jista’ jinkludi l-iżgurar ta’ aċċess għal sistemi u infrastruttura ta’ mobbiltà u trasport sikuri, affordabbli, inklużivi, effiċjenti u sostenibbli; jew il-promozzjoni tal-edukazzjoni aċċessibbli u ta’ kwalità u għal opportunitajiet ta’ tagħlim tul il-ħajja b’mod inklużiv u ekwu.

Il-karatteristiċi jistgħu jinkludu karatteristiċi ta’ disinn fiżiku u/jew miżuri biex jingħelbu d-diskriminazzjoni u l-preġudizzju fl-għoti ta’ servizzi, u/jew miżuri għal aktar affordabbiltà għal gruppi soċjoekonomiċi baxxi u/jew aktar aċċessibbiltà għal persuni li jgħixu f’żoni l-aktar fil-bżonn.

Il-proġett jiżgura aċċess għall-persuni b’diżabilità fuq bażi ugwali ma’ ħaddieħor.

Eżempju : appoġġ għal akkomodazzjoni soċjali adegwata, sikura u affordabbli b’eliġibbiltajiet mmirati lejn gruppi vulnerabbli speċifiċi; infrastruttura aġġustata biex tindirizza l-ostakli għall-aċċess għal persuni b’diżabbiltà; il-ħolqien immirat ta’ impjiegi għaż-żgħażagħ.

L-għan/intenzjoni primarja tal-proġett huwa li jindirizza inugwaljanzi speċifiċi u rikonoxxuti, kemm jekk ġeografiċi kif ukoll/jew soċjali. Dan jista’ jinkludi miżuri mmirati biex b’mod sproporzjonat jintlaħqu gruppi speċifiċi bħall-persuni vulnerabbli jew kollettivi f’riskju li jaqgħu fl-esklużjoni soċjali bħala benefiċjarji primarji tal-proġett, jew biex isir immirar ġeografiku speċifiku ta’ żoni taħt pressjoni.

Eżempju : appoġġ lill-muniċipalitajiet li jospitaw għadd kbir ta’ refuġjati; riġenerazzjoni ta’ subborgi deprivati; investiment f’intrapriżi soċjali; appoġġ għall-akkomodazzjoni integrata wassal għal strateġiji għall-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali.

Tisħiħ tar-reżiljenza

L-ebda impatt pożittiv dirett, speċifiku jew sinifikanti fuq l-isforz biex ħadd ma jitħalla jibqa’ lura/it-tisħiħ tar-reżiljenza. L-ebda rilevanza u l-ebda miżura speċifika fis-seħħ b’rabta mal-azzjoni dwar il-klima u r-reżiljenza ekonomika.

Il-benefiċċji tal-proġett huma relatati mal-impatt f’termini ta’ aċċess għal servizzi jew infrastruttura li qabel ma kinux disponibbli għall-benefiċjarji tal-proġett, l-ebda miżura ta’ tfassil speċifika biex jiġi żgurat li ħadd ma jitħalla jibqa’ lura, l-ebda fokus fuq iż-żoni ġeografiċi jew il-gruppi speċifiċi l-aktar fil-bżonn fiż-żona kkonċernata.

Eżempju : aċċess għall-enerġija rinnovabbli iżda mingħajr ipprezzar li jirrifletti l-ħtiġijiet u l-introjtu.

Il-proġett jinkludi karatteristiċi biex tiżdied l-inklużjoni ta’ gruppi speċifiċi jew l-aċċessibbiltà minn oqsma speċifiċi jew biex jiżdiedu l-istandards tal-għajxien, il-kapaċità adattiva, il-promozzjoni tal-aċċessibbiltà għal impjieg sħiħ u produttiv, u xogħol deċenti, inkluż għal popolazzjonijiet vulnerabbli (irid ikun lil hinn mill-konformità).

Il-karatteristiċi jistgħu jinkludu karatteristiċi ta’ disinn fiżiku u/jew analiżi speċifika/immappjar reġjonali biex jiggwidaw it-tfassil tal-proġett u l-għażliet ta’ investiment lejn il-verifika fil-futur.

Eżempju: effiċjenza enerġetika fl-akkomodazzjoni soċjali li tnaqqas il-kontijiet tad-dawl għal residenti ekonomikament/soċjalment emarġinati; effiċjenza enerġetika fid-djar tal-kura tal-anzjani, fl-isptarijiet, fil-bini edukattiv.

L-għan/intenzjoni primarja tal-proġett hija:

ir-rikostruzzjoni wara diżastru

l-adattament għat-tibdil fil-klima għal dawk l-aktar vulnerabbli għall-effetti tat-tibdil fil-klima

ir-reżiljenza ekonomika f’reġjuni rikonoxxuti bħala taħt pressjoni u vulnerabbli għal skossi esterni

l-iżvilupp urban f’reġjuni li jiffaċċaw influss kbir ta’ migrazzjoni rurali

l-infrastruttura medika biex tappoġġja r-rispons waqt il-pandemiji

Dan jista’ jinkludi miżuri mmirati biex jintlaħqu gruppi speċifiċi bħala benefiċjarji primarji tal-proġett, jew biex isir immirar ġeografiku speċifiku ta’ żoni taħt pressjoni.

Eżempju : investimenti f’negozji ta’ bijodiversità u ta’ forestrija mmexxija min-nisa; akkomodazzjoni u infrastruttura urbana reżiljenti għall-klima f’viċinati żvantaġġati, u titjib tas-servizzi bażiċi; infrastruttura pubblika reżiljenti għall-klima fil-muniċipalitajiet l-aktar fil-bżonn affettwati minn diżastri naturali, biex tissaħħaħ ir-reżiljenza tagħhom għal skossi fil-futur, bħall-influss ta’ refuġjati.


(1)  Proporzjonali għal-limiti tal-proġett, inkluża l-ħajja mistennija tal-assi fiżiċi.

(2)  Din tista’ tkun fl-għamla ta’ Konklużjoni Motivata (l-Artikolu 1(2)g.iv tad-Direttiva dwar il-VIA) jew ta’ Kunsens għall-Iżvilupp (l-Artikolu (1) 2.c tad-Direttiva dwar il-VIA).

(3)  L-Artikolu 4(4), għal skrinjar li jkun sar skont id-Direttiva dwar il-VIA qabel ir-reviżjoni tiegħu fl-2014.

(4)  Jekk jogħġbok osserva li l-Artikolu 6(3) japplika wkoll għaż-Żoni ta’ Protezzjoni Speċjali kklassifikati skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva dwar l-Għasafar.

(5)  Jekk jogħġbok osserva li jekk il-proġett/l-operazzjoni ma tinvolvix modifika ġdida għall-karatteristiċi fiżiċi ta’ korp tal-ilma jew alterazzjonijiet fil-livell ta’ korp ta’ ilma ta’ taħt l-art, l-applikazzjoni tal-Artikolu 4(7) WFD hija limitata għal korpi tal-ilma tal-wiċċ bi status għoli u għal attivitajiet tal-bniedem li jkunu sostenibbli. Lil hinn minn dawn tal-aħħar, operazzjonijiet li jiddeterjoraw l-istat ta’ korp tal-ilma (jew ixekklu l-objettiv stabbilit) se jitqiesu bħala mhux konformi.

(6)  Għal proġetti soġġetti għal VIA jew “eżentati” minn VIA, it-tweġiba ta’ iva jew le għandha tingħata abbażi tal-impatt wara l-mitigazzjoni (b’riżultat tat-teħid ta’ deċiżjonijiet ambjentali).

(7)  Is-sinifikat tal-impatti residwi (kolonna 2) li għandhom jiġu vvalutati skont skala li ġejja: minuri-moderata-sinifikanti/avversa.

(8)  Il-probabbiltà tal-impatt (Kolonna 3) li għandha tiġi vvalutata skont skala li ġejja: baxxa (aktarx ma sseħħx); moderata (probabbiltà ugwali li sseħħ u li ma sseħħx); għolja (aktarx isseħħ).

(9)  Il-livell ta’ riskju (Kolonna 4) għal kull impatt se jiġi vvalutat billi jiġu kkombinati s-sinifikanza identifikata tiegħu u l-probabbiltà tiegħu (ara l-matriċi fl-Illustrazzjoni 8 fuq p. 29).

(10)  Inkluż għal proġetti li jinvolvu operazzjonijiet barra mill-UE, anke minħabba ktajjen ta’ provvista internazzjonali.


ANNESS 4

Riżorsi u dokumenti ta’ gwida oħra li jistgħu jitqiesu għall-verifika tas-sostenibbiltà ta’ InvestEU

Klima

Il-Kummissjoni Ewropea, (pubblikazzjoni skedata - 2021), Avviż tal-Kummissjoni dwar gwida teknika fir-rigward tal-verifika tar-reżistenza klimatika tal-infrastruttura fil-perjodu 2021-2027

Linji Gwida Informali għall-Maniġers ta’ Proġetti - Nagħmlu l-investimenti vulnerabbli reżiljenti għall-klima: https://climate-adapt.eea.europa.eu/metadata/guidances/non-paper-guidelines-for-project-managers-making-vulnerable-investments-climate-resilient/guidelines-for-project-managers.pdf

Grupp ta’ Ħidma tal-Istituzzjonijiet ta’ Finanzjament Ewropej dwar l-Adattament għat-Tibdil fil-Klima (EUFIWACC): https://www.eib.org/attachments/press/integrating-climate-change-adaptation-in-project-development.pdf

Qafas Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Finanzjarji għal Approċċ Armonizzat għall-Kontabbiltà tal-Gassijiet Serra

Metodoloġija tal-Impronta tal-Karbonju tal-BEI: https://www.eib.org/attachments/strategies/eib_project_carbon_footprint_methodologies_en.pdf

Il-pjan Direzzjonali tal-Grupp tal-BEI dwar il-Bank Klimatiku: https://www.eib.org/en/publications/the-eib-group-climate-bank-roadmap

Ambjent

Il-Kummissjoni Ewropea, (pubblikazzjoni skedata - 2021), Dokument ta’ Appoġġ Tekniku għall-Verifika Ambjentali ta’ Investimenti ffinanzjati taħt il-Programm InvestEU

Is-sit web ta’ DĠ Ambjent dwar il-gwida għall-Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali - https://ec.europa.eu/environment/eia/eia-support.htm

Is-sit web ta’ DĠ Ambjent dwar il-gwida għas-siti Natura 2000 - https://ec.europa.eu/environment/nature/natura2000/management/guidance_en.htm

Is-sit web ta’ DĠ Ambjent dwar il-gwida dwar id-Direttiva Qafas dwar l-Ilma - https://ec.europa.eu/environment/water/water-framework/facts_figures/guidance_docs_en.htm

L-għodda ta’ Lista ta’ kontroll ta’ JASPERS għad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma - http://www.jaspersnetwork.org/plugins/servlet/documentRepository/displayDocumentDetails?documentId=441

Dokumenti ta’ Referenza tal-Aqwa Tekniki Disponibbli (BREFs) u l-konklużjonijiet tal-BAT relatati stabbiliti skont id-Direttiva 2010/75/UE (“id-Direttiva dwar l-Emissjonijiet Industrijali”) — https://eippcb.jrc.ec.europa.eu/reference

L-Ambjent u l-Klima

Kriterji tal-Ekotikketta tal-UE: https://ec.europa.eu/environment/ecolabel/products-groups-and-criteria.html

Il-kriterji tal-akkwist pubbliku ekoloġiku tal-UE - https://ec.europa.eu/environment/gpp/eu_gpp_criteria_en.htm

Dokumenti ta’ Referenza Settorjali adottati skont l-Artikolu 46(1) tar-Regolament (KE) Nru 1221/2009 dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta’ organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta’ ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS ) - https://ec.europa.eu/environment/emas/emas_publications/sectoral_reference_documents_en.htm

Soċjali

Il-Kummissjoni Ewropea, (2021), Il-Programm InvestEU: Gwida dwar il-verifika tas-sostenibbiltà soċjali ta’ operazzjonijiet ta’ investiment u finanzjament

https://ec.europa.eu/social/main.jsp?catId=738&langId=en&pubId=8380&furtherPubs=yes

Evalwazzjoni ekonomika

Riżorsi

Boardmand, A. E., Greenberg, D. H, Vining, A. R., and Weimer, D. L. (2018), Cost-Benefit Analysis, Concept and Practice (Analiżi Kost-Benefiċċji, Kunċett u Prattika), il-Ħames Edizzjoni, Cambridge University Press.

CEDEX. (2010), Economic evaluation of transport projects – Linji Gwida. https://www.evaluaciondeproyectos.es/EnWeb/Results/Manual/PDF/EnManual.pdf

De Rus, G. (2010), Introduction to cost-benefit analysis: looking for reasonable shortcuts (Introduzzjoni għall-analiżi kost-benefiċċji: tiftix għal tqassir raġonevoli). Edward Elgar Publishing.

DĠ MOVE. (2019) Handbook on the external costs of transport (Manwal dwar il-kostijiet esterni tat-trasport). https://ec.europa.eu/transport/themes/sustainable/internalisation-transport-external-costs_en

Il-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (2019), Methodology for the economic assessment of EBRD projects with high greenhouse gas emissions (Metodoloġija għall-valutazzjoni ekonomika ta’ proġetti tal-BERŻ b’livell għoli ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra). Nota teknika. https://www.ebrd.com/news/publications/institutional-documents/methodology-for-the-economic-assessment-of-ebrd-projects-with-high-greenhouse-gasemissions.html

Il-Kummissjoni Ewropea, (2014), Guide to Cost-Benefit Analysis of Investment Projects (Gwida għall-Analiżi Kost-Benefiċċji ta’ Proġetti ta’ Investiment). https://ec.europa.eu/regional_policy/sources/docgener/studies/pdf/cba_guide.pdf

Il-Kummissjoni Ewropea, (pubblikazzjoni skedata - 2021), Vademecum dwar l-Evalwazzjoni Ekonomika

Il-Bank Ewropew tal-Investiment (2013), The Economic Appraisal of Investment Projects at the EIB (L-Evalwazzjoni Ekonomika ta’ Proġetti ta’ Investiment fil-BEI). https://www.eib.org/attachments/thematic/economic_appraisal_of_investment_projects_en.pdf

Florio, M. (2014), Applied welfare economics: Cost-benefit analysis of projects and policies (Ekonomija soċjali applikata: Analiżi kost-benefiċċji tal-proġetti u l-politiki). Routledge.

Laird, J. J., & Viles, A. J. (2017), Transport investment and economic performance: A framework for project appraisal (Investiment fit-trasport u prestazzjoni ekonomika: Qafas għall-evalwazzjoni tal-proġetti). Transport Policy, 56, 1-11.

Markandya, A. (2016), Cost benefit analysis and the environment: How to best cover impacts on biodiversity and ecosystem services (Analiżi kost-benefiċċji u l-ambjent: L-aqwa mod kif jistgħu jiġu koperti l-impatti fuq il-bijodiversità u s-servizzi tal-ekosistema), Dokumenti ta’ Ħidma tal-OECD dwar l-Ambjent, Nru 101, OECD Publishing, Pariġi. https://www.oecd-ilibrary.org/docserver/5jm2f6w8b25l-en.pdf?expires=1604056519&id=id&accname=guest&checksum=41F76E5FE73B4454CBB4C8ACED91173A

Il-Bank Nordiku tal-Investiment (2012), Sustainability Policy and Guidelines (Politika Sostenibbli u Linji Gwida). https://www.nib.int/filebank/a/1332328414/506da9436eb1c0d4ec17b8b5a929d820/56-Sustainability_Policy_Guidelines-2012.pdf

OECD (2018), Cost-Benefit Analysis and the Environment: Further Developments and Policy Use (Analiżi Kost-Benefiċċji u l-Ambjent: Aktar Żviluppi u Użu ta’ Politika), OECD Publishing, Pariġi. https://www.oecd-ilibrary.org/docserver/9789264085169-en.pdf?expires=1604056484&id=id&accname=ocid194786&checksum=3E0F811740359FD0A586F82414D62EBD

Riżorsi għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet

DĠ REGIO – Forum ta’ JASPERS dwar is-CBA fir-rigward tas-setturi tat-trasport (2015)

DĠ REGIO – Forum ta’ JASPERS dwar is-CBA fir-rigward tal-infrastruttura ta’ Riċerka, Żvilupp u Innovazzjoni (2016)

DĠ REGIO – Forum ta’ JASPERS dwar is-CBA fir-rigward tas-Settur ambjentali (2017)

DĠ REGIO – Forum ta’ JASPERS dwar is-CBA fir-rigward tas-Settur tal-enerġija (2018)

DĠ REGIO – Forum ta’ JASPERS dwar is-CBA fir-rigward tas-Settur tal-broadband (2019)

Riżorsi addizzjonali

1.   Linji Gwida tal-Grupp tal-Bank Dinji dwar l-Ambjent, is-Saħħa u s-Sikurezza

https://www.ifc.org/wps/wcm/connect/topics_ext_content/ifc_external_corporate_site/sustainability-at-ifc/policies-standards/ehs-guidelines/ehsguidelines

Linji Gwida Ġenerali tal-EHS - https://www.ifc.org/wps/wcm/connect/29f5137d-6e17-4660-b1f9-02bf561935e5/Final%2B-%2BGeneral%2BEHS%2BGuidelines.pdf?MOD=AJPERES&CVID=jOWim3p

Il-Linji Gwida Ġenerali tal-EHS jinkludu informazzjoni dwar:

L-Ambjent;

Is-saħħa u sikurezza okkupazzjonali;

Is-aħħa u sikurezza tal-komunità;

Il-kostruzzjoni u d-dekummissjonar;

Referenzi u Sorsi Addizzjonali.

Linji Gwida għas-Settur Industrijali:

https://www.ifc.org/wps/wcm/connect/topics_ext_content/ifc_external_corporate_site/sustainability-at-ifc/policies-standards/ehs-guidelines/ehsguidelines

https://www.ifc.org/wps/wcm/connect/topics_ext_content/ifc_external_corporate_site/sustainability-at-ifc/publications/publications_gpn_ehshydropwer

2.   Riżorsi tal-BEI

https://www.eib.org/en/publications/environmental-and-social-standards

https://www.eib.org/en/publications/guidance-note-on-indegenous-and-local-community

https://www.eib.org/en/publications/environmental-climate-and-social-guidelines-on-hydropower-development

https://www.eib.org/en/publications/the-eib-in-the-circular-economy-guide

https://www.eib.org/attachments/thematic/climate_solutions_en.pdf

https://www.eib.org/en/publications/guidance-note-on-biodiversity-and-ecosystems

https://www.eib.org/en/publications/the-eib-group-climate-bank-roadmap.htm

3.   Riżorsi tal-BERŻ

https://www.ebrd.com/key-sustainability-downloads.html

https://www.ebrd.com/who-we-are/our-values/environmental-and-social-policy/implementation.html

4.   Finanzjament intermedjat

https://www.ebrd.com/who-we-are/our-values/environmental-emanual-information.html

https://firstforsustainability.org/

5.   Riżorsi utli oħra

Gwida tal-Kummissjoni dwar l-integrazzjoni tal-ekosistemi u tas-servizzi tagħhom fit-teħid ta’ deċiżjonijiet;

L-OECD żviluppat dokument dwar sussidji dannużi għall-bijodiversità u rapport reċenti tal-OECD lill-G7 jagħti aktar informazzjoni ġenerali dwar il-finanzjament tal-bijodiversità, għalkemm jinkludi stimi ta’ sussidji dannużi għall-bijodiversità fil-livell globali u rakkomandazzjonijiet ewlenin;

The rapport tal-OECD tal-2005 dwar sussidji dannużi għall-ambjent

Dan ir-rapport Franċiż dwar is-sussidji pubbliċi dannużi għall-bijodiversità.

Prinċipji tal-ekwatur: https://equator-principles.com/best-practice-resources/

Il-gwida tal-UNEP għall-attività bankarja u s-sostenibbiltà: https://www.unepfi.org/wordpress/wp-content/uploads/2017/06/CONSOLIDATED-BANKING-GUIDE-MAY-17-WEB.pdf

UNEP FI - Il-Prinċipji għal Attività Bankarja Responsabbli: https://www.unepfi.org/banking/bankingprinciples/

https://www.unpri.org/pri/about-the-pri.


ANNESS 5

Glossarju

Id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom jintużaw biss fil-kuntest ta’ InvestEU u huma pprovduti għaċ-ċarezza u għall-faċilità ta’ referenza. Dawn ma jissostitwux definizzjonijiet uffiċjali. Xi wħud jittieħdu mill-Gwida dwar il-verifika tar-reżistenza klimatika tal-infrastruttura 2021-2027 u huma dderivati mill-Glossarju tal-IPCC (1) jew kif indikat mod ieħor:

Adattament: Fis-sistemi umani, il-proċess ta’ aġġustament għall-klima attwali jew mistennija u għall-effetti tagħha, sabiex tiġi mmoderata l-ħsara jew jiġu sfruttati l-opportunitajiet ta’ benefiċċju. F’sistemi naturali, il-proċess ta’ aġġustament għall-klima attwali u għall-effetti tagħha; l-intervent mill-bniedem jista’ jiffaċilita l-aġġustament għall-klima mistennija u għall-effetti tagħha.

Għażliet għall-adattament: Il-firxa ta’ strateġiji u miżuri li huma disponibbli u xierqa biex jiġi indirizzat l-adattament. Dawn jinkludu firxa wiesgħa ta’ azzjonijiet li jistgħu jiġu kkategorizzati bħala strutturali, istituzzjonali, ekoloġiċi jew komportamentali.

Kapaċità adattiva: Il-kapaċità tas-sistemi, tal-istituzzjonijiet, tal-bnedmin u ta’ organiżmi oħra li jaġġustaw għal ħsara potenzjali, li jieħdu vantaġġ mill-opportunitajiet, jew li jirreaġixxu għall-konsegwenzi.

Tibdil fil-klima: It-tibdil fil-klima jirreferi għal bidla fl-istat tal-klima li tista’ tiġi identifikata (eż. billi jintużaw testijiet statistiċi) mill-bidliet fil-medja u/jew fil-varjabbiltà tal-proprjetajiet tagħha, u li tippersisti għal perjodu estiż, tipikament deċennji jew anke għal żmien itwal. It-tibdil fil-klima jista’ jseħħ minħabba proċessi interni naturali jew forza esterna bħal modulazzjonijiet taċ-ċikli solari, eruzzjonijiet vulkaniċi u bidliet antropoġeniċi persistenti fil-kompożizzjoni tal-atmosfera jew fl-użu tal-art. Osserva li l-Konvenzjoni dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC), fl-Artikolu 1 tagħha, tiddefinixxi t-tibdil fil-klima bħala: bidla fil-klima li hija attribwita direttament jew indirettament għall-attività tal-bniedem li tbiddel il-kompożizzjoni tal-atmosfera globali u li tinsab barra l-varjabbiltà naturali fil-klima osservata matul perjodi ta’ żmien kumparabbli. Għalhekk, il-UNFCCC tiddistingwi bejn it-tibdil fil-klima attribwibbli għall-attivitajiet tal-bniedem li jbiddlu l-kompożizzjoni atmosferika u l-varjabbiltà fil-klima attribwibbli għal kawżi naturali.

Estrem tal-klima (avveniment estrem tat-temp jew klimatiku): L-okkorrenza ta’ valur ta’ parametru tat-temp jew tal-klima li jkun ogħla (jew inqas) minn valur ta’ limitu qrib l-estremitajiet superjuri (jew inferjuri) tal-firxa ta’ valuri osservati tal-parametru. Għas-sempliċità, kemm avvenimenti estremi tat-temp kif ukoll avvenimenti klimatiċi estremi kollettivament jissejħu “estremi tal-klima.”

Newtralità klimatika: Kunċett ta’ stat li fih l-attivitajiet tal-bniedem ma jirriżultaw fl-ebda effett nett fuq is-sistema tal-klima. Il-kisba ta’ stat bħal dan tkun teħtieġ l-ibbilanċjar tal-emissjonijiet residwi bit-tneħħija tal-emissjonijiet (id-diossidu tal-karbonju), kif ukoll it-teħid akkont tal-effetti bijoġeofiżiċi reġjonali jew lokali tal-attivitajiet tal-bniedem li, pereżempju, jaffettwaw l-albedu tal-wiċċ jew il-klima lokali.

Projezzjoni klimatika: Projezzjoni klimatika hija r-reazzjoni simulata tas-sistema tal-klima għal xenarju ta’ emissjoni jew konċentrazzjoni ta’ gassijiet serra jew ta’ aerosols fil-futur, ġeneralment idderivata permezz ta’ mudelli klimatiċi. Il-projezzjonijiet klimatiċi huma distinti mit-tbassir tal-klima minħabba d-dipendenza tagħhom fuq ix-xenarju ta’ sfurzar tal-emissjonijiet/konċentrazzjoni/radjazzjoni użat, li min-naħa tiegħu ikun ibbażat fuq suppożizzjonijiet li jikkonċernaw, pereżempju, żviluppi soċjoekonomiċi u teknoloġiċi fil-futur li jistgħu jiġu realizzati jew le.

Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali (VIA): il-proċess tat-twettiq ta’ VIA, kif meħtieġ bid-Direttiva 2011/92/UE, kif emendata bid-Direttiva 2014/52/UE dwar il-valutazzjoni tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent. Il-passi prinċipali tal-proċess tal-VIA huma: it-tħejjija tar-Rapport tal-EIA, it-twettiq ta’ konsultazzjonijiet mal-awtoritajiet u mal-pubbliku kkonċernat, it-teħid tad-deċiżjonijiet u l-informazzjoni dwar id-deċiżjoni meħuda.

Sistema ta’ Mmaniġġjar Ambjentali u Soċjali (2) : sett ta’ politiki, proċessi u prattiki adegwati biex jiġu identifikati, ivvalutati, immaniġġjati u mmonitorjati r-riskji u l-impatti ambjentali, klimatiċi u soċjali assoċjati mal-attivitajiet kummerċjali ta’ organizzazzjoni jew mal-proġetti jew l-attivitajiet sottostanti ffinanzjati f’każ ta’ intermedjarju finanzjarju.

Esponiment (3) : Il-preżenza ta’ persuni; għajxien; servizzi u riżorsi ambjentali; infrastruttura; jew assi ekonomiċi, soċjali jew kulturali f’postijiet li jistgħu jiġu affettwati b’mod avvers.

Riċevitur finali: Kull persuna ġuridika jew fiżika li tibbenefika mill-appoġġ finanzjarju taħt InvestEU li jitwassal permezz ta’ sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni, inkluż permezz ta’ Intermedjarji Finanzjarji, li jkun jikkonforma mat-termini u l-kundizzjonijiet stipulati fil-prodott finanzjarju rilevanti ta’ InvestEU.

Operazzjonijiet ta’ finanzjament u investiment: Operazzjonijiet biex jiġu ffinzjati, direttament jew indirettament, riċevituri finali permezz ta’ prodotti finanzjarji u fl-għamla ta’ kwalunkwe tip ta’ finanzjament elenkat fl-Artikolu 15 tar-Regolament tal-InvestEU, imwettqa minn sieħeb ta’ implimentazzjoni f’ismu stess, ipprovduti f’konformità mar-regoli interni, il-politiki u l-proċeduri tas-Sieħeb ta’ Implimentazzjoni u meħuda inkunsiderazzjoni fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji proprji tas-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni jew, fejn applikabbli, iddivulgati fin-noti tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji. Jikkorrispondu għall-finanzjament taħt InvestEU.

Skrinjar ta’ InvestEU: huwa l-proċess meħtieġ mir-Regolament tal-InvestEU għall-identifikazzjoni ta’ impatti eventwali li proġett jista’ jkollu fuq kwalunkwe waħda mit-tliet dimensjonijiet. L-iskrinjar ta’ InvestEU jinvolvi valutazzjoni ġenerali tal-informazzjoni ex ante marbuta mal-aspetti ta’ sostenibbiltà. Dan se jitwettaq mis-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni jew mill-intermedjarju finanzjarju (kif applikabbli) abbażi tal-informazzjoni pprovduta mir-riċevitur finali.

L-iskrinjar ta’ InvestEU ma għandux jiġi konfuż mal-iskrinjar imwettaq mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti inkorporat fid-Direttiva dwar il-VIA.

Verifika ta’ InvestEU: Metodu għall-valutazzjoni, ir-rappurtar u l-indirizzar tal-prestazzjoni mil-lat ta’ sostenibbiltà tal-proġett propost. Din tinvolvi l-evalwazzjoni, kemm b’mod kwantitattiv kif ukoll kwalitattiv, tal-impatti probabbli tal-proġett fuq il-madwar tiegħu (eż. impatti klimatiċi, ambjentali u/jew soċjali pożittivi u/jew negattivi), iżda wkoll l-impatti taċ-ċirkostanzi klimatiċi, ambjentali u soċjali li qed jinbidlu fuq il-proġett (eż. impatti fuq il-proġett dovuti għall-esponiment għar-riskji tat-tibdil fil-klima jew id-disponibbiltà tar-riżorsi).

Proġett: investiment f’assi fiżiċi u/jew f’attivitajiet b’kamp ta’ applikazzjoni u objettivi ddefiniti b’mod ċar, bħal infrastruttura, akkwist ta’ tagħmir, makkinarju jew nefqiet kapitali oħra, żvilupp ta’ teknoloġija, riċerka speċifika u attività ta’ innovazzjoni, rikondizzjonar tal-effiċjenza enerġetika.

Promotur tal-proġett: il-mutwatarju fil-kuntratt ta’ finanzjament, il-persuna ġuridika li tagħti bidu għall-proġett.

Impatt residwu: Impatt avvers li jibqa’ anke wara li jkunu ġew stabbiliti l-miżuri ta’ mitigazzjoni.

Riskju: Il-potenzjal għal konsegwenzi avversi fejn tkun involuta xi ħaġa ta’ valur u fejn l-okkorrenza u l-grad ta’ eżitu ma jkunux ċerti. Fil-kuntest tal-valutazzjoni tal-impatti klimatiċi, ir-riskju tat-terminu spiss jintuża biex jirreferi għall-potenzjal ta’ konsegwenzi avversi ta’ periklu relatat mal-klima, jew ta’ reazzjonijiet ta’ adattament jew ta’ mitigazzjoni għal dak il-periklu, fuq il-ħajjiet, l-għajxien, is-saħħa u l-benesseri, fuq ekosistemi u speċijiet, fuq assi ekonomiċi, soċjali u kulturali, fuq servizzi (inklużi servizzi tal-ekosistema), u fuq l-infrastruttura. Ir-riskju jirriżulta mill-interazzjoni tal-vulnerabbiltà (tas-sistema affettwata), tal-esponiment tagħha (għall-periklu) tul iż-żmien, kif ukoll tal-periklu (relatat mal-klima) u tal-probabbiltà tal-okkorrenza tiegħu.

Valutazzjoni tar-riskju: L-istima xjentifika kwalitattiva u/jew kwantitattiva tar-riskji.

Immaniġġjar tar-riskju: Pjanijiet, azzjonijiet, strateġiji jew politiki biex jitnaqqsu l-probabbiltà u/jew il-konsegwenzi tar-riskji jew biex jiġu indirizzati l-konsegwenzi.

Sensittività (4) : Il-grad sa fejn sistema tiġi affettwata, jew b’mod avvers jew inkella ta’ benefiċċju, mill-varjabbiltà klimatika jew mill-bidla. L-effett jista’ jkun dirett (eż. bidla fir-rendiment tal-għelejjel b’reazzjoni għal bidla fit-temperatura medja jew għall-medda jew il-varjabbiltà tagħha) jew indirett (eż. danni kkawżati minn żieda fil-frekwenza tal-għargħar kostali minħabba żieda fil-livell tal-baħar).

Valutazzjoni Ambjentali Strateġika (VAS): il-proċess tat-twettiq ta’ valutazzjoni ambjentali kif meħtieġ bid-Direttiva 2001/42/KE dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent. Il-passi prinċipali tal-proċess tal-VAS huma t-tħejjija tar-Rapport tal-VAS, ir-reklamar u l-konsultazzjoni, u t-teħid ta’ deċiżjonijiet.

Reżiljenza urbana: Il-kapaċità li tista’ titkejjel ta’ kwalunkwe sistema urbana, inklużi l-abitanti tagħha, biex iżżomm il-kontinwità tul l-iskossi u l-istress kollha, filwaqt li tadatta u tittrasforma lilha nfisha b’mod pożittiv lejn is-sostenibbiltà.

Vulnerabbiltà [AR4 tal-IPCC (5)]: Il-grad sa fejn sistema tkun suxxettibbli għal, u ma tistax tkampa, mal-effetti avversi tat-tibdil fil-klima, inklużi l-varjabbiltà klimatika u l-estremi. Il-vulnerabbiltà hija funzjoni tan-natura, id-daqs, u r-rata tat-tibdil fil-klima kif ukoll tal-varjazzjoni li sistema tkun esposta għaliha, is-sensittività tagħha, u l-kapaċità adattiva tagħha.

Vulnerabbiltà [AR5 tal-IPCC (6)]: Il-propensità jew il-predispożizzjoni għal effetti avversi. Il-vulnerabbiltà tinkludi varjetà ta’ kunċetti u elementi, inkluż is-sensittività jew is-suxxettibbiltà għall-ħsara u n-nuqqas ta’ kapaċità biex wieħed ikampa u jadatta.

Gruppi vulnerabbli: F’xi każijiet ċerti individwi jew gruppi huma vulnerabbli, emarġinati, diskriminati sistematikament jew esklużi abbażi tal-karatteristiċi soċjoekonomiċi tagħhom. Dawn il-karatteristiċi jinkludu, iżda mhumiex limitati għal, is-sess, l-orjentazzjoni sesswali, is-sess, l-identità tal-ġeneru, l-etniċità, il-kasta, l-oriġini indiġena jew soċjali, l-età, id-diżabbiltà, ir-reliġjon jew it-twemmin, l-opinjoni politika jew kwalunkwe opinjoni oħra, l-attiviżmu, l-affiljazzjoni ma’ unjoni jew kwalunkwe forma oħra ta’ organizzazzjoni tal-ħaddiema, in-nazzjonalità, il-lingwa, l-istatus maritali jew tal-familja, l-edukazzjoni u/jew il-litteriżmu, il-kundizzjoni medika, l-istat ta’ migrant/refuġjat, il-minoranza jew l-istatus ekonomiku (f’termini ta’ dħul u aċċess għas-servizzi).


(1)  Il-Glossarju tal-IPCC li jakkumpanja r-rapport speċjali dwar it-tisħin globali b’1,5 °C: https://www.ipcc.ch/report/sr15/glossary/

(2)  https://firstforsustainability.org/risk-management/managing-environmental-and-social-risk-2_2/managing-environmental-and-social-risk-2_2_2/what-is-an-esms/

(3)  Glossarju SREX tal-IPCC: https://archive.ipcc.ch/pdf/special-reports/srex/SREX-Annex_Glossary.pdf

(4)  Il-Glossarju AR4 WG2 tal-IPCC: https://archive.ipcc.ch/pdf/glossary/ar4-wg2.pdf

(5)  AR4 tal-IPCC Tibdil fil-Klima 2007: Impatti, Adattament u Vulnerabbiltà, Appendiċi I: Glossarju, https://www.ipcc.ch/site/assets/uploads/2018/02/ar4-wg2-app-1.pdf

(6)  AR5 SYR tal-IPCC, Rapport ta’ Sinteżi, Anness II: Glossarju, https://www.ipcc.ch/site/assets/uploads/2019/01/SYRAR5-Glossary_en.pdf


ANNESS 6

Gwida addizzjonali għal finanzjament intermedjat (Kapitolu 3)

Konformità legali ambjentali – Lista ta’ Kontroll Issimplifikata 0 għall-Intermedjarji Finanzjarji (FIs)

A.1. Applikazzjoni tad-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (id-“Direttiva dwar il-VIA”) kif emendata

Iva/Le

A.1.1. L-operazzjoni hija elenkata fl-annessi tad-Direttiva dwar il-VIA:

 

l-Anness I tad-Direttiva dwar il-VIA (aqbeż għall-mistoqsija A.1.2)

 

l-Anness II tad-Direttiva dwar il-VIA (aqbeż għall-mistoqsija A.1.3)

 

 

A.1.2. Meta tkun koperta mill-Anness I tad-Direttiva dwar il-VIA, ikkonferma dan li ġej:

 

1)

Tħejja ta’ Rapport dwar il-VIA skont l-Artikolu 5(1) u l-Anness IV tad-Direttiva dwar il-VIA

 

2)

Id-Deċiżjoni tal-awtorità kompetenti li tikkonkludi l-proċess tal-VIA  (1) saret disponibbli għall-pubbliku (jekk diġà disponibbli).

 

 

A.1.3. Meta tkun koperta mill-Anness II tad-Direttiva dwar il-VIA:

 

1)

Jekk tkun twettqet VIA, jekk jogħġbok ikkonferma l-punti elenkati taħt il-punt A.1.2

 

2)

Jekk ma tkunx twettqet VIA, jekk jogħġbok ikkonferma li d-determinazzjoni meħtieġa fl-Artikolu 4(5)(b)  (2) tad-Direttiva dwar il-VIA (spiss imsejħa “deċiżjoni ta’ skrinjar”) tkun tqiegħdet għad-dispożizzjoni tal-pubbliku (jekk disponibbli).

 

 

 

A.2. Applikazzjoni tad-Direttiva 92/43/KEE dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (1) (id-Direttiva dwar il-Ħabitats); valutazzjoni tal-effetti fuq is-siti Natura 2000

 

A.2.1. L-operazzjoni kienet soġġetta għal valutazzjoni xierqa kif meħtieġ mill-Artikolu 6(3) tad-Direttiva dwar il-Ħabitats?  (3)

 

 

A.2.2. Jekk it-tweġiba għall-mistoqsija A.2.1 hija “Iva”, jekk jogħġbok ikkonferma li teżisti d-dokumentazzjoni li ġejja:

 

1)

il-valutazzjoni xierqa mwettqa skont l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva dwar il-Ħabitats;

 

2)

il-formola standard ta’ notifika “Informazzjoni lill-Kummissjoni Ewropea skont l-Artikolu 6(4) tad-Direttiva dwar il-Ħabitats”, kif innotifikata lill-Kummissjoni (DĠ Ambjent), jekk applikabbli u/jew;

 

3)

opinjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 6(4) tad-Direttiva dwar il-Ħabitats għal proġetti li jkollhom impatti sinifikanti fuq il-ħabitats u/jew l-ispeċijiet prijoritarji u li jkunu ġġustifikati minn raġunijiet imperattivi ta’ interess pubbliku prevalenti għajr is-saħħa tal-bniedem u s-sikurezza pubblika, jew konsegwenzi ta’ benefiċċju ta’ importanza primarja għall-ambjent.

 

 

A.2.3. Jekk it-tweġiba għall-mistoqsija A.2.1 hija “Le”, jekk jogħġbok ikkonferma li teżisti d-dokumentazzjoni li ġejja:

 

1)

ġustifikazzjoni għaliex valutazzjoni xierqa ma tqisitx bħala meħtieġa (bħala parti mid-deċiżjonijiet tal-VIA jew bħala dokument awtonomu);

 

Informazzjoni dwar l-ESMS fl-intermedjarji finanzjarji

Huwa rrakkomandat bil-qawwa li l-intermedjarji finanzjarji jiżviluppaw Sistema ta’ Mmaniġġjar Ambjentali u Soċjali (ESMS) li tkun infurmata minn standards u prattiki rikonoxxuti fil-livell internazzjonali u li tkun proporzjonali mal-livell ta’ riskji ta’ sostenibbiltà li l-istituzzjoni tkun esposta għalih permezz tal-portafoll tagħha.

Meta tiġi vvalutata l-kapaċità tal-intermedjarju finanzjarju biex jindirizza l-impatti u r-riskji klimatiċi, ambjentali u soċjali, is-Sieħeb ta’ Implimentazzjoni jista’ jivverifika (4):

Jekk l-intermedjarju finanzjarju għandux politiki u proċeduri ambjentali u soċjali fis-seħħ;

Jekk ikunux allokati biżżejjed persunal u riżorsi finanzjarji biex jiġu implimentati l-politiki u l-proċeduri msemmija hawn fuq, jekk il-persunal ikollux biżżejjed ħiliet u kompetenzi fl-oqsma tas-sostenibbiltà;

Ir-rwoli u r-responsabbiltajiet ikunu ddefiniti b’mod ċar u magħrufa fi ħdan l-organizzazzjoni. Dipartimenti oħra, bħar-riskju legali u ta’ kreditu, ikunu konxji mir-rekwiżiti ambjentali u soċjali. Fl-aħjar xenarju possibbli, il-valutazzjoni tar-riskju ambjentali u soċjali tiġi integrata fil-proċess ġenerali ta’ mmaniġġjar tal-kreditu u r-riskju (proporzjonali għar-riskju ta’ sostenibbiltà li l-istituzzjoni tkun esposta għalih);

Ikun hemm stabbiliti sistemi u teknoloġiji xierqa biex jinqabdu l-aspetti ambjentali u soċjali u d-diliġenza dovuta relatata;

Il-maniġment ikun involut u jivverifika r-riżulati perjodikament;

Ikunu stabbiliti proċeduri ta’ monitoraġġ u jiġu ddefiniti l-KPIs;

Ir-rekord tal-intermedjarju finanzjarju fir-rigward tal-aspetti tal-ESG.

Fejn rilevanti, il-punti ta’ hawn fuq jistgħu jiġu kkomplementati mill-istandards tas-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni stess f’dan ir-rigward.

Aktar informazzjoni u gwida jistgħu jinstabu fl-informazzjoni disponibbli pubblikament indikata hawn taħt:

https://firstforsustainability.org/risk-management/

https://www.ebrd.com/downloads/about/sustainability/14-env-social.pdf

https://www.eib.org/en/publications/environmental-and-social-standards.htm

Riżorsi addizzjonali

Il-Manwal tal-BERŻ dwar l-Immaniġġjar tar-Riskju Ambjentali u Soċjali (Manwal Elettroniku) jipprovdi lill-intermedjarji finanzjarji materjal u bi gwida komprensivi biex iwettqu attivitajiet ta’ mmaniġġjar tar-riskju ambjentali u soċjali għal tranżazzjonijiet ta’ għoti b’self u ta’ investiment, f’konformità mar-Rekwiżiti ta’ Prestazzjoni rilevanti tal-BERŻ - https://www.ebrd.com/who-we-are/our-values/environmental-emanual-information.html

Gwida għall-FIs dwar kif għandhom jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-PR 2 (Kundizzjonijiet tax-xogħol)

Gwida għall-FIs dwar kif għandhom jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-PR 4 (Saħħa, Sikurezza u Sigurtà)

Prinċipji ta’ Mekkaniżmi ta’ Lmenti tal-Impjegati għall-FIs

Gwida – Introduzzjoni għar-Riskji Ambjentali u Soċjali

Sistemi ta’ Mmaniġġjar Ambjentali u Soċjali (ESMS) fl-FIs

Gwida – Żjara fuq il-Post u Lista ta’ Kontroll għall-FIs

Gwida – Kontroll tal-Konformità Regolatorja

Gwida – Użu minn esperti ambjentali u soċjali


(1)  Din tista’ tkun fl-għamla ta’ Konklużjoni Motivata (l-Artikolu 1.2.g.iv tad-Direttiva dwar il-VIA) jew ta’ Kunsens għall-Iżvilupp (l-Artikolu 1.2.c tad-Direttiva dwar il-VIA).

(2)  L-Artikolu 4(4), għal skrinjar li jkun sar skont id-Direttiva dwar il-VIA qabel ir-reviżjoni tiegħu fl-2014.

(3)  Meta operazzjoni tkun soġġetta għal Valutazzjoni Xierqa, ir-rapport dwar il-Valutazzjoni Xierqa normalment ikun parti distinta mir-rapport dwar il-VIA u d-deċiżjoni tal-awtorità kompetenti tkun parti mid-deċiżjoni li tikkonkludi l-proċess tal-VIA. Għal operazzjonijiet fejn id-Direttiva dwar il-VIA emendata ma kinitx applikabbli, jista’ jkun hemm każijiet fejn ir-rapport dwar il-Valutazzjoni Xierqa u d-deċiżjoni tal-awtorità kompetenti jkunu sett ta’ dokumenti separat.

(4)  Xi informazzjoni hija ppreżentata wkoll fil-Kapitolu 3.