ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 278

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 64
12 ta' Lulju 2021


Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2021/C 278/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2021/C 278/02

Kawża C-499/18 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-6 ta’ Mejju 2021 – Bayer CropScience AG, Bayer AG vs Association générale des producteurs de maïs et autres céréales cultivées de la sous-famille des panicoïdées (AGPM) et (Appell – Regolament (KE) Nru 1107/2009 – Artikoli 4 u 21 – Kriterji għall-approvazzjoni – Reviżjoni tal-approvazzjoni – Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti – Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 485/2013 – Sustanzi attivi klotijanidin u imidakloprid – Żerriegħa ttrattata bi prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom dawn is-sustanzi attivi – Projbizzjoni fuq l-użu mhux professjonali – Prinċipju ta’ prekawzjoni)

2

2021/C 278/03

Kawża C-120/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-20 ta’ Mejju 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Raad van State – Il-Pajjiż l-Baxxi) – X vs College van burgemeester en wethouders van de gemeente Purmerend (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Trasport intern tal-merkanzija perikoluża – Direttiva 2008/68/KE – Artikolu 5(1) – Kunċett ta’ rekwiżit ta’ kostruzzjoni – Projbizzjoni li jiġu previsti rekwiżiti ta’ kostruzzjoni iktar stretti – Awtorità ta’ Stat Membru li timponi fuq stazzjon ta’ pompi tal-petrol li ma jiġix ipprovdut gass likwifikat miż-żejt (LPG) ħlief minn vetturi bit-tank li jkollhom kisi ta’ protezzjoni mis-sħana partikolari mhux previst mill-Ftehim Ewropew dwar it-Trasport Internazzjonali ta’ Oġġetti Perikolużi bit-Triq (ADR) – Illegalità – Deċiżjoni li ma tistax tiġi kkontestata fid-dritt minn kategorija ta’ partijiet fil-kawża – Possibbiltà strettament limitata sabiex jinkiseb l-annullament ta’ tali deċiżjoni f’każ ta’ kuntrarjetà manifesta mad-dritt tal-Unjoni – Prinċipju ta’ ċertezza legali – Prinċipju ta’ effettività)

3

2021/C 278/04

Kawża C-128/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-20 ta’ Mejju 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Corte suprema di cassazione – l-Italja) – Azienda Sanitaria Provinciale di Catania vs Assessorato della Salute della Regione Siciliana (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Għajnuna mill-Istat – Settur agrikolu – Qtil ta’ annimali affettwati minn mard infettiv – Kumpens lill-persuni li jrabbu l-annimali – Obbligi ta’ notifika u ta’ standstill – Artikolu 108(3) TFUE – Kunċetti ta’ għajnuna eżistenti u ta’ għajnuna ġdida – Regolament (KE) Nru 659/1999 – Eżenzjonijiet skont il-kategorija ta’ għajnuna – Regolament (UE) Nru 702/2014 – Għajnuna de minimis – Regolament (UE) Nru 1408/2013)

4

2021/C 278/05

Kawża C-504/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-29 ta’ April 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Supremo – Spanja) – Banco de Portugal, Fundo de Resolução, Novo Banco SA, Sucursal en España vs VR (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Superviżjoni bankarja – Riorganizzazzjoni u stralċ ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu – Direttiva 2001/24/KE – Miżura ta’ riorganizzazzjoni ta’ istituzzjoni ta’ kreditu meħuda minn awtorità tal-Istat Membru ta’ oriġini – Trasferiment ta’ drittijiet, assi jew obbligi fuq istituzzjoni tranżitorja – Trasferiment mill-ġdid lill-istituzzjoni ta’ kreditu suġġetta għall-miżura ta’ riorganizzazzjoni – Artikolu 3(2) – Lex concursus – Effett ta’ miżura ta’ riorganizzazzjoni fi Stati Membri oħra – Rikonoxximent reċiproku – Artikolu 32 – Effetti ta’ miżura ta’ riorganizzazzjoni fuq kawża pendenti – Eċċezzjoni għall-applikazzjoni tal-lex concursus – L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Protezzjoni ġudizzjarja effettiva – Prinċipju ta’ ċertezza legali)

4

2021/C 278/06

Kawża C-505/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-12 ta’ Mejju 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgericht Wiesbaden – il-Ġermanja) – WS vs Bundesrepublik Deutschland (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen – Artikolu 54 – Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Artikolu 50 – Prinċipju ta’ ne bis in idem – Artikolu 21 TFUE – Moviment liberu tal-persuni – Avviż aħmar ta’ Interpol – Direttiva (UE) 2016/680 – Legalità tal-ipproċessar ta’ data personali li tinsab f’tali avviż)

5

2021/C 278/07

Kawżi Magħquda C-551/19 P u C-552/19 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-6 ta’ Mejju 2021 – ABLV Bank AS (C-551/19 P), Ernests Bernis, Oļegs Fiļs, OF Holding SIA, Cassandra Holding Company SIA, (C-552/19 P) vs Il-Bank Ċentrali Ewropew (Appell – Unjoni Ekonomika u Monetarja – Unjoni Bankarja – Regolament (UE) Nruo806/2014 – Riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta’ Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRM) u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni – Artikolu 18 – Proċedura tar-riżoluzzjoni – Kundizzjonijiet – Entità li qiegħda tfalli jew li x’aktarx ser tfalli – Dikjarazzjoni mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) ta’ sitwazzjoni ta’ falliment li qiegħed iseħħ jew li x’aktarx ser iseħħ – Att preparatorju – Att li ma jistax jiġi kkontestat – Inammissibbiltà)

6

2021/C 278/08

Kawża C-707/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-20 ta’ Mejju 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Rejonowy dla Łodzi – Il-Polonja) – K.S. vs A.B. (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Assigurazzjoni għar-responsabbiltà ċivili li tirriżulta mill-użu ta’ vetturi bil-mutur – Direttiva 2009/103/KE – Artikolu 3 – Obbligu ta’ kopertura tad-danni materjali – Portata – Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tillimita l-obbligu li jiġu koperti l-ispejjeż ta’ rmonk tal-vettura ddanneġġjata għal dawk sostnuti fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru u l-ispejjeż ta’ parkeġġ għal dawk li saru neċessarji b’investigazzjoni kriminali jew għal kwalunkwe raġuni oħra)

7

2021/C 278/09

Kawża C-709/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-12 ta’ Mejju 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Vereniging van Effectenbezitters vs BP plc (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali – Regolament (UE) Nru 1215/2012 – Artikolu 7(2) – Ġurisdizzjoni f’materji ta’ delitt jew kważi-delitt – Post fejn immaterjalizza ruħu d-dannu – Dannu li jikkonsisti esklużivament f’telf finanzjarju)

8

2021/C 278/10

Kawża C-815/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-29 ta’ April 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesverwaltungsgericht – il-Ġermanja) – Natumi GmbH vs Land Nordrhein-Westfalen (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Agrikoltura u sajd – Produzzjoni organika u tikkettar ta’ prodotti organiċi – Regolament (KE) Nru 834/2007 – Artikolu 19(2) – Artikoli 21 u 23 – Regolament (KE) Nru 889/2008 – Artikolu 27(1) – Artikolu 28 – Il-punt 1.3 tal-Anness IX – Ipproċessar ta’ prodotti tal-ikel organiċi – Ingredjenti mhux organiċi ta’ oriġini agrikola – Alka lithothamnium calcareum – Trab miksub mis-sedimenti ta’ din l-alka, imnaddfa, mitħuna u mnixxfa – Klassifikazzjoni – Użu fil-prodotti tal-ikel organiċi għall-finijiet tat-tisħiħ tagħhom bil-kalċju – Awtorizzazzjoni – Kundizzjonijiet)

8

2021/C 278/11

KawżaC-844/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-12 ta’ Mejju 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgerichtshof – l-Awstrija) – CS, Finanzamt Österreich, Dienststelle Graz-Stadt, li qabel kienet Finanzamt Graz-Stadt vs Finanzamt Österreich, Dienststelle Judenburg Liezen, li qabel kienet Finanzamt Judenburg Liezen, technoRent International GmbH (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Direttiva 2006/112/KE – Artikolu 90 – Tnaqqis tal-valur taxxabbli – Artikolu 183 – Rimbors tal-eċċess ta’ VAT – Interessi moratorji – Assenza ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali – Prinċipju ta’ newtralità fiskali – Applikabbiltà diretta tad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni – Prinċipju ta’ interpretazzjoni konformi)

9

2021/C 278/12

Kawża C-847/19 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tad-29 ta’ April 2021 – Achemos Grupė UAB, Achema AB vs Il-Kummissjoni Ewropea, Ir-Repubblika tal-Litwanja, Klaipėdos Nafta AB (Appell – Għajnuna mill-Istat – Deċiżjoni li ma jitqajmux oġġezzjonijiet – Artikolu 108 TFUE – Drittijiet tal-partijiet ikkonċernati – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Investigazzjoni diliġenti u imparzjali – Portata tal-istħarriġ tal-Qorti Ġenerali – Obbligu ta’ motivazzjoni)

10

2021/C 278/13

Kawża KawżaC-879/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-20 ta’ Mejju 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Sąd Najwyższy – il-Polonja) – FORMAT Urządzenia i Montaże Przemysłowe vs Zakład Ubezpieczeń Społecznych I Oddział w Warszawie (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Sigurtà soċjali – Determinazzjoni tal-leġiżlazzjoni applikabbli – Regolament (KEE) Nru 1408/71 – Artikolu 13(2)(a) – Artikolu 14(2) – Persuna normalment impjegata fit-territorju ta’ żewġ Stati Membri jew iktar – Kuntratt ta’ xogħol uniku – Persuna li timpjega stabbilita fl-Istat Membru ta’ residenza tal-ħaddiem – Attività bħala persuna impjegata eżerċitata esklużivament fi Stati Membri oħra – Xogħol imwettaq fi Stati Membri differenti matul perijodi suċċessivi – Kundizzjonijiet)

10

2021/C 278/14

Kawża C-890/19 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tad-29 ta’ April 2021 – Fortischem a.s. vs Il-Kummissjoni Ewropea, AlzChem AG, (Appell – Għajnuna mill-Istat – Vantaġġ – Irkupru – Kontinwità ekonomika)

11

2021/C 278/15

Kawża C-913/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-20 ta’ Mejju 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Rejonowy w Białymstoku – Il-Polonja) – CNP spółka z ograniczoną odpowiedzialnością vs Gefion Insurance A/S (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali – Regolament (UE) Nru 1215/2012 – Ġurisdizzjoni fil-qasam tal-assigurazzjoni – Artikolu 10 – Artikolu 11(1)(a) – Possibbiltà li l-assiguratur b’domiċilju fit-territorju ta’ Stat Membru jiġi mħarrek fi Stat Membru ieħor, fil-każ ta’ azzjonijiet miġjuba mid-detentur ta’ polza tal-assigurazzjoni, mill-persuna assigurata jew minn benefiċjarju, quddiem il-qorti tal-post fejn ir-rikorrent għandu d-domiċilju tiegħu – Artikolu 13(2) – Azzjoni diretta mressqa mill-persuna leża kontra l-assiguratur – Kamp ta’ applikazzjoni ratione personae – Kunċett ta’ persuna leża – Professjonist tas-settur tal-assigurazzjoni – Ġurisdizzjoni speċjali – Il-punti 2 u 5 tal-Artikolu 7 – Kunċetti ta’ fergħa, ta’ aġenzija jew ta’ stabbiliment ieħor)

11

2021/C 278/16

Kawża C-4/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-20 ta’ Mejju 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Varhoven administrativen sad – il-Bulgarija) – ALTI OOD vs Direktor na Direktsia Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika Plovdiv pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Tassazzjoni – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Direttiva 2006/112/KE – Artikolu 205 – Persuni responsabbli għall-ħlas tal-VAT lejn it-Teżor pubbliku – Responsabbiltà in solidum tad-destinatarju ta’ kunsinna taxxabbli li eżerċita d-dritt tiegħu għat-tnaqqis tal-VAT fl-għarfien li l-persuna responsabbli għall-ħlas ta’ din it-taxxa ma kinitx ser tħallasha – Obbligu ta’ tali destinatarju li jħallas il-VAT mhux imħallsa minn din il-persuna responsabbli għall-ħlas tat-taxxa kif ukoll l-interessi moratorji dovuti minħabba n-nuqqas ta’ ħlas tal-imsemmija taxxa minn din tal-aħħar)

12

2021/C 278/17

Kawża C-6/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-20 ta’ Mejju 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tallinna Ringkonnakohus – l-Estonja) – Sotsiaalministeerium vs Riigi Tugiteenuste Keskus, li qabel kienet Innove SA (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kuntratti pubbliċi għal provvisti – Direttiva 2004/18/KE – Artikoli 2 u 46 – Proġett iffinanzjat mill-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn – Kriterji ta’ selezzjoni tal-offerenti – Regolament (KE) Nru 852/2004 – Artikolu 6 – Rekwiżit ta’ reġistrazzjoni jew ta’ awtorizzazzjoni maħruġa mill-awtorità nazzjonali tas-sigurtà tal-ikel tal-Istat ta’ eżekuzzjoni tal-kuntratt)

13

2021/C 278/18

Kawża C-8/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-20 ta’ Mejju 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Schleswig-HolsteinischesVerwaltungsgericht – il-Ġermanja) – L.R. vs Bundesrepublik Deutschland (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja – Kontrolli fil-fruntieri, ażil u immigrazzjoni – Politika tal-ażil – Direttiva 2013/32/UE – Proċeduri komuni għall-għoti u għall-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali – Applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali – Raġunijiet ta’ inammissibbiltà – Artikolu 2(q) – Kunċett ta’ applikazzjoni sussegwenti – Artikolu 33(2)(d) – Ċaħda minn Stat Membru ta’ applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali bħala inammissibbli minħabba ċ-ċaħda ta’ applikazzjoni preċedenti ppreżentata mill-persuna kkonċernata fi Stat terz li kkonkluda mal-Unjoni Ewropea ftehim dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi li jippermettu li jiġi ddeterminat l-Istat responsabbli għall-eżami ta’ applikazzjoni għall-ażil ippreżentata f’wieħed mill-Istati partijiet f’dan il-ftehim – Deċiżjoni finali meħuda mir-Renju tan-Norveġja)

14

2021/C 278/19

Kawża C-11/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-12 ta’ Mejju 2021 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Għajnuna mill-Istat – Għajnuna ddikkjarata illegali u inkompatibbli mas-suq intern – It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 108(2) TFUE – Kundizzjonijiet klimatiċi ħżiena – Telf sostnut minn bdiewa – Għajnuna ta’ kumpens – Obbligu ta’ rkupru – Obbligu ta’ informazzjoni – Nuqqas ta’ eżekuzzjoni)

14

2021/C 278/20

Kawża C-19/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tad-29 ta’ April 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Okręgowy w Gdańsku – il-Polonja) – I.W., R.W. vs Bank BPH S.A. (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Protezzjoni tal-konsumaturi – Direttiva 93/13/KEE – Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi – Effetti tal-konstatazzjoni tan-natura inġusta ta’ klawżola – Kuntratt ta’ self ipotekarju ddenominat f’munita barranija – Determinazzjoni tar-rata tal-kambju bejn il-muniti – Kuntratt ta’ novazzjoni – Effett dissważiv – Obbligi tal-qorti nazzjonali – Artikolu 6(1) u Artikolu 7(1))

15

2021/C 278/21

Kawża C-27/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-12 ta’ Mejju 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal de grande instance de Rennes – Franza) – PF, QG vs Caisse d’allocations familiales d’Ille et Vilaine (CAF) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Moviment liberu tal-ħaddiema – Ugwaljanza fit-trattament – Vantaġġi soċjali – Limiti massimi marbuta mar-riżorsi – Teħid inkunsiderazzjoni tar-riżorsi rċevuti matul is-sena ta’ qabel tal-aħħar li tippreċedi l-perijodu tal-ħlas tal-allowances – Ħaddiem li jirritorna fl-Istat Membru ta’ oriġini tiegħu – Tnaqqis tad-drittijiet għall-allowances tal-familja)

16

2021/C 278/22

Kawża C-47/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-29 ta’ April 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesverwaltungsgericht – Il-Ġermanja) – F. vs Stadt Karlsruhe (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Trasport – Liċenzja tas-sewqan – Irtirar tal-liċenzja fit-territorju ta’ Stat Membru differenti mill-Istat Membru li joħroġ il-liċenzja – Tiġdid tal-liċenzja mill-Istat Membru li joħroġ il-liċenzja wara d-deċiżjoni ta’ rtirar – Assenza ta’ awtomatiċità tar-rikonoxximent reċiproku)

17

2021/C 278/23

Kawża C-56/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-29 ta’ April 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgerichtshof Baden-Württemberg – Il-Ġermanja) – AR vs Stadt Pforzheim (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Trasport – Liċenzja tas-sewqan – Rikonoxximent reċiproku – Irtirar tal-liċenzja fit-territorju ta’ Stat Membru differenti mill-Istat Membru li joħroġ il-liċenzja – Inklużjoni ta’ indikazzjoni fuq il-liċenzja tas-sewqan li tindika l-assenza ta’ validità tagħha fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru)

17

2021/C 278/24

Kawża C-63/20 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-20 ta’ Mejju 2021 – Sigrid Dickmanns vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) (Appell – Servizz pubbliku – Membri tal-persunal temporanju – Kuntratt għal żmien determinat li fih klawżola ta’ xoljiment – Nuqqas ta’ inklużjoni fil-lista ta’ riżerva ta’ kompetizzjoni – Att purament konfermattiv – Terminu għat-tressiq ta’ lment)

18

2021/C 278/25

Kawża C-70/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-12 ta’ Mejju 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberster Gerichtshof – l-Awstrija) – YL vs Altenrhein Luftfahrt GmbH (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Trasport bl-ajru – Konvenzjoni ta’ Montréal – Artikolu 17(1) – Responsabbiltà tat-trasportaturi tal-ajru f’każ ta’ inċident – Kunċett ta’ inċident – Inżul bis-saħħa li jkun fil-limiti ta’ funzjonament normali tal-ajruplan – Ħsara fuq il-persuna allegatament subita minn passiġġier matul tali nżul – Assenza ta’ inċident)

18

2021/C 278/26

Kawża C-87/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-12 ta’ Mejju 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof – il-Ġermanja) – Hauptzollamt B vs XY (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Protezzjoni tal-ispeċi ta’ fawna u ta’ flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom – Regolamenti (KE) Nri 338/97 u 865/2006 – Kavjar tal-isturjun – Introduzzjoni fit-territorju doganali tal-Unjoni Ewropea bħala oġġetti personali jew domestiċi – Permess ta’ importazzjoni – Deroga – Limitu ta’ 125 gramma għal kull persuna – Qbiż – Intenzjoni li dan jingħata bħala rigal lil ħaddieħor)

19

2021/C 278/27

Kawża C-122/20 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-6 ta’ Mejju 2021 – Bruno Gollnisch vs Il-Parlament (Appell – Dritt istituzzjonali – Leġiżlazzjoni li tikkonċerna l-ispejjeż u kumpens tal-membri tal-Parlament Ewropew – Modifika tas-sistema ta’ pensjoni kumplimentari volontarja – Kunċett ta’ deċiżjoni individwali meħuda fir-rigward ta’ membru tal-Parlament – Artikolu 72 tal-miżuri ta’ applikazzjoni tal-Istatut għall-Membri tal-Parlament – Is-sitt paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE – Terminu għall-preżentata ta’ appell)

20

2021/C 278/28

Kawża C-130/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-12 ta’ Mejju 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de lo Social no 3 de Barcelona – Spanja) – YJ vs Instituto Nacional de la Seguridad Social (INSS) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Ugwaljanza fit-trattament bejn irġiel u nisa fil-qasam tas-sigurtà soċjali – Direttiva 79/7/KEE – Artikolu 4(1) – Diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi l-għoti ta’ suppliment għall-pensjoni minħabba l-maternità lin-nisa li kellhom ċertu numru ta’ ulied – Esklużjoni, mill-benefiċċju ta’ dan is-suppliment għall-pensjoni, tan-nisa li jkunu talbu rtirar antiċipat – Kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 79/7/KEE)

20

2021/C 278/29

Kawża C-142/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-6 ta’ Mejju 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Giustizia amministrativa per la Regione siciliana – l-Italja) – Analisi G. Caracciolo srl vs Regione Siciliana – Assessorato regionale della salute – Dipartimento regionale per la pianificazione, Regione Sicilia – Assessorato della salute – Dipartimento per le attività sanitarie e osservatorio, Accredia – Ente Italiano di Accreditamento, Azienda sanitaria provinciale di Palermo (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Regolament (KE) Nru 765/2008 – Rekwiżiti għall-akkreditazzjoni u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti. – Korp nazzjonali ta’ akkreditazzjoni uniku – Ħruġ taċ-ċertifikat ta’ akkreditazzjoni lill-korpi ta’ evalwazzjoni tal-konformità – Korp ta’ akkreditazzjoni li għandu s-sede tiegħu fi Stat terz – Artikolu 56 TFUE – Artikolu 102 TFUE – Artikoli 20 u 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Validità)

21

2021/C 278/30

Kawża C-202/20 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-12 ta’ Mejju 2021 – Claudio Necci vs Il-Kummissjoni Ewropea, Il-Parlament Ewropew, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (Appell – Servizz pubbliku – Ex membru tal-persunal bil-kuntratt – Sigurtà soċjali – Skema ta’ Assigurazzjoni għall-Mard Komuni għall-Istituzzjonijiet tal-Komunitajiet Ewropej (SAMK) – Artikolu 95 tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra tal-Unjoni Ewropea (KAO) – Żamma ta’ affiljazzjoni wara l-irtirar – Kundizzjoni li wieħed ikun ilu impjegat għal iktar minn tliet snin – Talba għall-affiljazzjoni mas-SAMK wara trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni – Assimilazzjoni tas-snin ta’ servizz pensjonabbli akkreditati għal snin ta’ servizz – Ċaħda tat-talba – Rikors għal annullament – Att li jikkawża preġudizzju – Digriet tal-Qorti Ġenerali li jikkonstata l-inammissibbiltà tar-rikors – Annullament)

22

2021/C 278/31

Kawża C-209/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-20 ta’ Mejju 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Upper Tribunal (Tax and Chancery Chamber) – ir-Renju Unit) – Renesola UK Ltd vs The Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Unjoni doganali – Evalwazzjoni tal-validità – Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1357/2013 – Determinazzjoni tal-pajjiż ta’ oriġini tal-moduli solari assemblati f’pajjiż terz minn ċelloli solari mmanifatturati f’pajjiż terz ieħor – Regolament (KEE) Nru 2913/92 – Kodiċi Doganali tal-Komunità – Artikolu 24 – Oriġini tal-merkanzija li l-produzzjoni tagħha tinvolvi diversi pajjiżi terzi – Kunċett tal-aħħar ipproċessar jew ħidma sostanzjali)

22

2021/C 278/32

Kawża C-230/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-20 ta’ Mejju 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Augstākā tiesa (Senāts) – il-Latvja) – BTA Baltic Insurance Company AAS vs Valsts ieņēmumu dienests (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Regolament (KEE) Nru 2913/92 – Kodiċi Doganali tal-Komunità – Artikolu 195 – Artikolu 232(1)(a) – Artikolu 221(3) – Tariffa doganali komuni – Irkupru tal-ammont tad-dejn doganali – Komunikazzjoni tal-ammont tad-dazji lid-debitur – Terminu ta’ preskrizzjoni – Appell taħt garanzija ippreżentat kontra l-garanti – Eżekuzzjoni forzata għall-finijiet tal-ħlas – Terminu raġonevoli)

23

2021/C 278/33

Kawża C-665/20 PPU: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tad-29 ta’ April 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank Amsterdam – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ kontra X (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari – Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali – Deċiżjoni Qafas 2002/584/ĠAI – Mandat ta’ arrest Ewropew – Raġunijiet għal nuqqas ta’ eżekuzzjoni fakultattiv – Punt 5 tal-Artikolu 4 – Persuna rikjesta li ġiet iġġudikata b’mod definittiv għall-istess atti minn pajjiż terz – Sentenza li ġiet skontata jew li ma tistax tiġi eżegwita iżjed taħt il-liġi tal-pajjiż li ta s-sentenza – Implimentazzjoni – Marġni ta’ diskrezzjoni tal-awtorità ġudizzjarji ta’ eżekuzzjoni – Kunċett ta’ l-istess atti – Maħfra ta’ piena mogħtija minn awtorità mhux ġudizzjarja bħala parti minn miżura ta’ klemenza ġenerali)

24

2021/C 278/34

Kawża C-428/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Apelacyjny w Warszawie (il-Polonja) fil-11 ta’ Settembru 2020 – A.K. vs Skarb Państwa

24

2021/C 278/35

Kawża C-580/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul Neamţ (ir-Rumanija) fit-3 ta’ Novembru 2020 – Ministerul Public – D.N.A. – Serviciul Teritorial Bacău vs XXX, YYY

25

2021/C 278/36

Kawża C-190/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Stuttgart (il-Ġermanja) fis-26 ta' Marzu 2021 – Paypal (Europe) Sàrl et Cie, SCA vs PQ

25

2021/C 278/37

Kawża C-206/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal administratif de Dijon (Franza) fil-31 ta’ Marzu 2021 – M. X vs Préfet de Saône-et-Loire

26

2021/C 278/38

Kawża C-245/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (il-Ġermanja) fid-19 ta’ April 2021 – Bundesrepublik Deutschland irrappreżentata mill-Bundesministerium des Innern, für Bau und Heimat vs MA, PB

27

2021/C 278/39

Kawża C-248/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (il-Ġermanja) fil-21 ta’ April 2021 – Bundesrepublik Deutschland irrappreżentata mill-Bundesministerium des Innern, für Bau und Heimat vs LE

28

2021/C 278/40

Kawża C-254/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale ordinario di Roma (l-Italja) fit-22 ta’ April 2021 – DG vs Ministero dell'Interno – Dipartimento per le Libertà Civili e l'Immigrazione – Direzione Centrale dei Servizi Civili per L’Immigrazione e l’Asilo – Unità Dublino

28

2021/C 278/41

Kawża C-256/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht München (il-Ġermanja) fit-22 ta’ April 2021 – KP vs TV u Gemeinde Bodman-Ludwigshafen

29

2021/C 278/42

Kawża C-264/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Korkein oikeus (il-Finlandja) fit-22 ta’ April 2021 – Keskinäinen Vakuutusyhtiö Fennia vs Koninklijke Philips N.V.

30

2021/C 278/43

Kawża C-277/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (il-Belġju) fid-29 ta’ April 2021 – Secrétariat général de l’Enseignement catholique ASBL (SeGEC), Fédération des Établissements libres subventionnés indépendants ASBL (FELSI), Groupe scolaire Don Bosco à Woluwe-Saint-Lambert ASBL, École fondamentale libre de Chênée ASBL, Collège Saint-Guibert de Gembloux ASBL, Collège Saint-Benoit de Maredsous ASBL, Pouvoir organisateur des Centres PMS libres à Woluwe ASBL vs Institut des Comptes nationaux (ICN), Banque nationale de Belgique

30

2021/C 278/44

Kawża C-278/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Østre Landsret (id-Danimarka) fit-28 ta’ April 2021 – Dansk Akvakultur, għan-nom ta’ AquaPri A/S vs Miljø- og Fødevareklagenævnet

31

2021/C 278/45

Kawża C-279/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Østre Landsret (id-Danimarka) fit-28 ta’ April 2021 – X vs Udlændingenævnet

32

2021/C 278/46

Kawża C-280/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas (Il-Litwanja) fit-30 ta’ April 2021 – P.I. vs Migracijos departamentas prie Lietuvos Respublikos vidaus reikalų ministerijos

33

2021/C 278/47

Kawża C-287/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesgericht Salzburg (l-Awstrija) fil-5 ta’ Mejju 2021 – FC vs FTI Touristik GmbH

33

2021/C 278/48

Kawża C-288/21 P: Appell ippreżentat fil-5 ta’ Mejju 2021 minn Universität Koblenz-Landau mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Għaxar Awla Estiża) fl-24 ta’ Frar 2021 fil-Kawża T-108/18, Universität Koblenz-Landau vs L-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Edukazzjoni u għall-Kultura

34

2021/C 278/49

Kawża C-291/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de première instance de Liège (Il-Belġju) fis-7 ta’ Mejju 2021 – Starkinvest SRL

35

2021/C 278/50

Kawża C-297/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Ordinario di Firenze (l-Italja) fl-10 ta’ Mejju 2021 – XXX.XX vs Ministero dell’Interno, Dipartimento per le Libertà civili e l'Immigrazione – Unità Dublino

36

2021/C 278/51

Kawża C-303/21: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Mejju 2021 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana

37

2021/C 278/52

Kawża C-342/21: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Ġunju 2021 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Slovakka

37

 

Il-Qorti Ġenerali

2021/C 278/53

Kawża T-769/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Marzu 2021 – Picard vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku – Membri tal-persunal bil-kuntratt – Riforma tar-Regolamenti tal-Persunal tal-2014 – Miżuri tranżitorji dwar ċerti modalitajiet ta’ kalkolu tad-drittijiet għall-pensjoni – Bidla fl-iskema wara l-iffirmar ta’ kuntratt ġdid bħala membru tal-persunal bil-kuntratt – Kunċett ta’ li wieħed ikun fil-kariga)

39

2021/C 278/54

Kawża T-223/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Ġunju 2021 – Casa Regina Apostolorum della Pia Società delle Figlie di San Paolo vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat – Servizzi ta’ kura tas-saħħa – Sussidji diretti mogħtija lill-isptarijiet pubbliċi fir-Reġjun tal-Lazio (l-Italja) – Deċiżjoni li tikkonstata l-assenza ta’ għajnuna mill-Istat – Rikors għal annullament – Att regolatorju li ma jinkludix miżuri ta’ implimentazzjoni – Inċidenza diretta – Ammissibbiltà – Obbligu ta’ motivazzjoni – Kunċett ta’ attività ekonomika)

39

2021/C 278/55

Kawża T-854/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Ġunju 2021 – Franz Schröder vs EUIPO – RDS Design (MONTANA) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea MONTANA – Raġuni assoluta għal rifjut – Karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001] – Dritt għal smigħ – Artikolu 94(1) tar-Regolament 2017/1001 – Eżami ex officio tal-fatti – Ammissjoni tal-provi prodotti għall-ewwel darba quddiem il-Bord tal-Appell – Artikolu 95 (1) u (2) tar-Regolament 2017/1001)

40

2021/C 278/56

Kawża T-855/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Ġunju 2021 – Franz Schröder vs EUIPO – RDS Design (MONTANA) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea – Trade mark figurattiva MONTANA – Raġuni assoluta għal rifjut – Karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament 2017/1001) – Eżami ex officio tal-fatti – Ammissjoni tal-provi prodotti għall-ewwel darba quddiem il-Bord tal-Appell – Artikolu 95(1) u (2) tar-Regolament 2017/1001)

41

2021/C 278/57

Kawża T-856/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Ġunju 2021 – Franz Schröder vs EUIPO – RDS Design (MONTANA) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea – Trade mark verbali MONTANA – Raġuni assoluta għal rifjut – Karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament 2017/1001) – Dritt għal smiegħ – Artikolu 94(1) tar-Regolament 2017/1001 – Eżami ex officio tal-fatti – Ammissjoni tal-provi prodotti għall-ewwel darba quddiem il-Bord tal-Appell – Artikolu 95(1) u (2) tar-Regolament 2017/1001)

41

2021/C 278/58

Kawża T-17/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Ġunju 2021 – adp Gauselmann vs EUIPO – Gameloft (GAMELAND) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva GAMELAND – Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti Gameloft – Raġuni relativa għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 – Limitazzjoni tas-servizzi indikati fl-applikazzjoni għat-trade mark)

42

2021/C 278/59

Kawża T-177/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Ġunju 2021 – Himmel vs EUIPO – Ramirez Monfort (Hispano Suiza) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Hispano Suiza – Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea HISPANO SUIZA – Raġuni relattiv għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001))

43

2021/C 278/60

Kawża T-183/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Ġunju 2021 – Schneider vs EUIPO – Raths (Teslaplatte) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali Teslaplatte – Raġuni assoluta għal rifjut – Karattru deskrittiv – Artikolu7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001))

43

2021/C 278/61

Kawża T-233/20: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Mejju 2021 – Rochem Group vs EUIPO – Rochem Marine (R.T.S. ROCHEM Technical Services) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Revoka tad-deċiżjoni kkontestata – Tmiem tas-suġġett tat-tilwima – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

44

2021/C 278/62

Kawża T-261/20: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta' Mejju 2021 – Rochem Group vs EUIPO – Rochem Marine (ROCHEM) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Revoka tad-deċiżjoni kkontestata – Tmiem tas-suġġett tat-tilwima – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

44

2021/C 278/63

Kawża T-262/20: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Mejju 2021 – Rochem Group vs EUIPO – Rochem Marine (ROCHEM) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Revoka tad-deċiżjoni kkontestata – Tmiem tas-suġġett tat-tilwima – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

45

2021/C 278/64

Kawża T-263/20: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Mejju 2021 – Rochem Group vs EUIPO – Rochem Marine (R.T.S. ROCHEM Technical Services) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Revoka tad-deċiżjoni kkontestata – Tmiem tas-suġġett tat-tilwima – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

46

2021/C 278/65

Kawża T-328/20: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Mejju 2021 – Electrodomesticos Taurus vs EUIPO Shenzhen Aukey E-Business (AICOOK) (Rikors għal annullament – Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Talba ta’ natura dikjaratorja – Talba għall-għoti ta’ ordni – Inammissibbiltà)

46

2021/C 278/66

Kawża T-482/20: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Mejju 2021 – LG et vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament – Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni – Investigazzjoni tal-OLAF – Sigriet tal-korrispondenza bejn avukat u klijent – Att li ma jistax jiġi kkontestat – Att preparatorju – Inammissibbiltà)

47

2021/C 278/67

Kawża T-54/21 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Mejju 2021 – OHB System vs Il-Kummissjoni (Proċeduri għal miżuri provviżorji – Kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi – Provvista ta’ satelliti ta’ tranżizzjoni Galileo – Ċaħda tal-offerta ta’ kandidat – Talba għal miżuri provviżorji – Fumus boni juris – Urġenza – Ibbilanċjar tal-interessi)

47

2021/C 278/68

Kawża T-92/21 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Mejju 2021 – Darment vs Il-Kummissjoni (Miżuri provviżorji – Ambjent – Gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra – Regolament (UE) Nru 517/2014 – Tqegħid fis-suq ta’ idrofluworokarburi – Deċiżjoni li timponi sanzjoni fuq impriża li qabżet il-kwota allokata lilha – Talba għal miżuri provviżorji – Nuqqas ta’ urġenza)

48

2021/C 278/69

Kawża T-223/21: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ April 2021 – SE vs Il-Kummissjoni

48

2021/C 278/70

Kawża T-231/21: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ April 2021 – Praesidiad vs EUIPO – Zaun (Post)

50

2021/C 278/71

Kawża T-249/21: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Mejju 2021 – SN vs Il-Parlament

51

2021/C 278/72

Kawża T-250/21: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Mejju 2021 – Zdút vs EUIPO – Nehera et (nehera)

52

2021/C 278/73

Kawża T-256/21: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Mejju 2021 – Domator24.com Paweł Nowak vs EUIPO Siwek u Didyk (Pultruni)

53

2021/C 278/74

Kawża T-262/21: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Mejju 2021 – Yanukovych vs Il-Kunsill

54

2021/C 278/75

Kawża T-263/21: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Mejju 2021 – Yanukovych vs Il-Kunsill

55

2021/C 278/76

Kawża T-270/21: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Mejju 2021 – Estetica Group Iwona Michalak vs EUIPO (PURE BEAUTY)

56

2021/C 278/77

Kawża T-272/21: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Mejju 2021 – Puigdemont i Casamajó et vs Il-Parlament

56

2021/C 278/78

Kawża T-273/21: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Mejju 2021 – The Topps Company vs EUIPO – Trebor Robert Bilkiewicz (Forma ta’ flixkun tat-trabi)

57

2021/C 278/79

Kawża T-276/21: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Mejju 2021 – Moio vs EUIPO – Paul Hartmann (moio.care)

58

2021/C 278/80

Kawża T-277/21: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Mejju 2021 – Daimler vs EUIPO (Rappreżentazzjoni ta’ elementi bi tliet ponot fuq sfond iswed I)

59

2021/C 278/81

Kawża T-278/21: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Mejju 2021 – Daimler vs EUIPO (Rappreżentazzjoni ta’ elementi bi tliet ponot fuq sfond iswed II)

60

2021/C 278/82

Kawża T-279/21: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Mejju 2021 – Daimler vs EUIPO (Rappreżentazzjoni ta’ elementi bi tliet ponot fuq sfond iswed IV)

60

2021/C 278/83

Kawża T-280/21: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Mejju 2021 – Daimler vs EUIPO (Rappreżentazzjoni ta’ elementi bi tliet ponot fuq sfond iswed III)

61

2021/C 278/84

Kawża T-283/21: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Mejju 2021 – Pejovič vs EUIPO – ETA živilska industrija (TALIS)

61

2021/C 278/85

Kawża T-284/21: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Mejju 2021 – Pejovič vs EUIPO – ETA živilska industrija (RENČKI HRAM)

62

2021/C 278/86

Kawża T-285/21: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Mejju 2021 – Alliance française de Bruxelles-Europe et vs Il-Kummissjoni

63

2021/C 278/87

Kawża T-286/21: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Mejju 2021 – Pejovič vs EUIPO – ETA živilska industrija (RENŠKI HRAM)

64

2021/C 278/88

Kawża T-287/21: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Mejju 2021 – Pejovič vs EUIPO – ETA živilska industrija (SALATINA)

65

2021/C 278/89

Kawża T-288/21: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Mejju 2021 – ALO jewelry CZ vs EUIPO – Cartier International (ALOve)

66

2021/C 278/90

Kawża T-289/21: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Mejju 2021 – Bastion Holding et vs Il-Kummissjoni

66

2021/C 278/91

Kawża T-293/21: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Mejju 2021 – Muschaweck vs EUIPO – Conze (UM)

67

2021/C 278/92

Kawża T-294/21: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Mejju 2021 – Joules vs EUIPO – Star Gold (Jules Gents)

68

2021/C 278/93

Kawża T-298/21: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Mejju 2021 – Bodegas Beronia vs EUIPO – Bodegas Carlos Serres (ALEGRA DE BERONIA)

69

2021/C 278/94

Kawża T-306/21: Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Mejju 2021 – Falke vs Il-Kummissjoni

70

2021/C 278/95

Kawża T-376/20: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Mejju 2021 – Poupart vs Il-Kummissjoni

71

2021/C 278/96

Kawża T-25/21: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Mejju 2021 – Corman vs Il-Kummissjoni

71

2021/C 278/97

Kawża T-121/21: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Mejju 2021 – Suez vs Il-Kummissjoni

71


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

12.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 278/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2021/C 278/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 263, 5.7.2021

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 252, 28.6.2021

ĠU C 242, 21.6.2021

ĠU C 228, 14.6.2021

ĠU C 217, 7.6.2021

ĠU C 206, 31.5.2021

ĠU C 189, 17.5.2021

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

12.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 278/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-6 ta’ Mejju 2021 – Bayer CropScience AG, Bayer AG vs Association générale des producteurs de maïs et autres céréales cultivées de la sous-famille des panicoïdées (AGPM) et

(Kawża C-499/18 P) (1)

(Appell - Regolament (KE) Nru 1107/2009 - Artikoli 4 u 21 - Kriterji għall-approvazzjoni - Reviżjoni tal-approvazzjoni - Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti - Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 485/2013 - Sustanzi attivi klotijanidin u imidakloprid - Żerriegħa ttrattata bi prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom dawn is-sustanzi attivi - Projbizzjoni fuq l-użu mhux professjonali - Prinċipju ta’ prekawzjoni)

(2021/C 278/02)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Bayer CropScience AG, Bayer AG (rappreżentanti: M. Zdzieborska, Solicitor, A. Robert, avocate, K. Nordlander, advokat, C. Zimmermann, avukat, u P. Harrison, solicitor)

Partijiet oħra fil-proċedura: Association générale des producteurs de maïs et autres céréales cultivées de la sous-famille des panicoïdées (AGPM), The National Farmers’ Union (NFU) (rappreżentanti: inizjalment H. Mercer, QC, u J. Robb, barrister, b’mandat minn N. Winter, solicitor, sussegwentement H. Mercer, QC, J. Robb u K. Tandy, advocate), Association européenne pour la protection des cultures (ECPA) (rappreżentanti: inizjalment D. Abrahams, E. Mullier u I. de Seze, avocats, sussegwentement D. Abrahams u E. Mullier, avocats), Rapool-Ring GmbH Qualitätsraps deutscher Züchter, European Seed Association (ESA) (rappreżentanti: inizjalment P. de Jong, avocat, K. Claeyé, advocaat u E. Bertolotto, avocate, sussegwentement P. de Jong, avocat, u K. Claeyé, advocaat), Agricultural Industries Confederation Ltd (rappreżentanti: inizjalment P. de Jong, avocat, K. Claeyé, advocaat, u E. Bertolotto, avocate, sussegwentement J. Gaul u P. de Jong, avocats, u K. Claeyé, advocaat), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Eggers, P. Ondrůšek, X. Lewis u I. Naglis, apenti), Union nationale de l’apiculture française (UNAF) (rappreżentanti: B. Fau u J.-F. Funke, avocats), Deutscher Berufs- und Erwerbsimkerbund eV, Österreichischer Erwerbsimkerbund (rappreżentanti: B. Tschida u A. Willand, Rechtsanwälte), Pesticide Action Network Europe (PAN Europe), Bee Life European Beekeeping Coordination (Bee Life), Buglife – The Invertebrate Conservation Trust, Stichting Greenpeace Council (Greenpeace) (rappreżentant: B. Kloostra, advocaat), Ir-Renju tal-Isvezja (rappreżentanti: inizjalment C. Meyer-Seitz, A. Falk, H. Shev, J. Lundberg u E. Karlsson, sussegwentement C. Meyer-Seitz, H. Shev u E. Karlsson, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tal-Kummissjoni Ewropea: Stichting De Bijenstichting (rappreżentant: L. Smale, advocate)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa inammissibbli sa fejn ġie ppreżentat minn Bayer AG.

2)

L-appell, sa fejn ġie ppreżentat minn Bayer CropScience AG, huwa miċħud.

3)

Bayer CropScience AG u Bayer AG huma kkundannati jbatu, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħhom, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea, minn Union nationale de l’apiculture française (UNAF), minn Deutscher Berufs- und Erwerbsimkerbund eV, minn Österreichischer Erwerbsimkerbund, minn Pesticide Action Network Europe (PAN Europe), minn Bee Life European Beekeeping Coordination (Bee Life), minn Buglife – The Invertebrate Conservation Trust u minn Stichting Greenpeace Council (Greenpeace).

4)

The National Farmers’ Union (NFU) u Agricultural Industries Confederation Ltd kif ukoll Stichting De Bijenstichting għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.

5)

Ir-Renju tal-Isvezja għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu.


(1)  ĠU C 381, 22.10.2018.


12.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 278/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-20 ta’ Mejju 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Raad van State – Il-Pajjiż l-Baxxi) – X vs College van burgemeester en wethouders van de gemeente Purmerend

(Kawża C-120/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Trasport intern tal-merkanzija perikoluża - Direttiva 2008/68/KE - Artikolu 5(1) - Kunċett ta’ “rekwiżit ta’ kostruzzjoni” - Projbizzjoni li jiġu previsti rekwiżiti ta’ kostruzzjoni iktar stretti - Awtorità ta’ Stat Membru li timponi fuq stazzjon ta’ pompi tal-petrol li ma jiġix ipprovdut gass likwifikat miż-żejt (LPG) ħlief minn vetturi bit-tank li jkollhom kisi ta’ protezzjoni mis-sħana partikolari mhux previst mill-Ftehim Ewropew dwar it-Trasport Internazzjonali ta’ Oġġetti Perikolużi bit-Triq (ADR) - Illegalità - Deċiżjoni li ma tistax tiġi kkontestata fid-dritt minn kategorija ta’ partijiet fil-kawża - Possibbiltà strettament limitata sabiex jinkiseb l-annullament ta’ tali deċiżjoni f’każ ta’ kuntrarjetà manifesta mad-dritt tal-Unjoni - Prinċipju ta’ ċertezza legali - Prinċipju ta’ effettività)

(2021/C 278/03)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Raad van State

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: X

Konvenut: College van burgemeester en wethouders van de gemeente Purmerend

fil-preżenza ta’: Tamoil Nederland BV

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 5(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2008 dwar it-trasport intern ta’ oġġetti perikolużi, kif emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2014/103/UE tal-21 ta’ Novembru 2014, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi l-istipulazzjoni ta’ rekwiżiti ta’ kostruzzjoni iktar stretti minn dawk li jinsabu fl-Annessi A u B tal-Ftehim Ewropew dwar it-Trasport Internazzjonali ta’ Oġġetti Perikolużi bit-Triq, konkluż f’Genève fit-30 ta’ Settembru 1957, fil-verżjoni tiegħu fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2015, bħal rekwiżit, impost mill-awtoritajiet ta’ Stat Membru fuq stazzjon ta’ pompi tal-petrol skont deċiżjoni amministrattiva li tieħu l-forma ta’ permess ambjentali, li jingħata provvista f’gass likwifikat miż-żejt biss permezz ta’ vetturi bit-tank mgħammra b’kisi ta’protezzjoni mis-sħana partikolari bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali.

2)

Id-dritt tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-prinċipju ta’ effettività, ma jipprekludix regola proċedurali tad-dritt amministrattiv nazzjonali li tipprevedi li, sabiex rekwiżit li jmur kontra d-dritt tal-Unjoni impost minn deċiżjoni amministrattiva li bħala prinċipju ma tistax tiġi kkontestata fid-dritt minn kategorija ta’ partijiet fil-kawża jkun jista’ jiġi annullat minħabba n-natura mhux eżegwibbli tiegħu kieku kien ġie implimentat permezz ta’ deċiżjoni sussegwenti, il-parti fil-kawża għandha tistabbilixxi li r-rekwiżit inkwistjoni b’mod ċar ma setax, abbażi ta’ eżami sommarju li ma jħalli lok għal ebda dubju, jiġi adottat fir-rigward tad-dritt tal-Unjoni, bla ħsara madankollu, hekk kif il-qorti tar-rinviju għandha tivverifika, li din ir-regola ma tiġix applikata b’mod strett sa tali punt li tkun illużorja, fil-fatti, il-possibbiltà għal parti fil-kawża li tikseb l-annullament effettiv tar-rekwiżit inkwistjoni.


(1)  ĠU C 155, 6.5.2019.


12.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 278/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-20 ta’ Mejju 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Corte suprema di cassazione – l-Italja) – Azienda Sanitaria Provinciale di Catania vs Assessorato della Salute della Regione Siciliana

(Kawża C-128/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Għajnuna mill-Istat - Settur agrikolu - Qtil ta’ annimali affettwati minn mard infettiv - Kumpens lill-persuni li jrabbu l-annimali - Obbligi ta’ notifika u ta’ standstill - Artikolu 108(3) TFUE - Kunċetti ta’ “għajnuna eżistenti” u ta’ “għajnuna ġdida” - Regolament (KE) Nru 659/1999 - Eżenzjonijiet skont il-kategorija ta’ għajnuna - Regolament (UE) Nru 702/2014 - Għajnuna de minimis - Regolament (UE) Nru 1408/2013)

(2021/C 278/04)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte suprema di cassazione

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Azienda Sanitaria Provinciale di Catania

Konvenut: Assessorato della Salute della Regione Siciliana

fil-preżenza ta’: AU

Dispożittiv

L-Artikolu 108(3) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li miżura stabbilita minn Stat Membru, intiża sabiex tiffinanzja, għal perijodu mifrux fuq diversi snin u ta’ ammont ta’ EUR 20 miljun, minn naħa, kumpens favur il-persuni li jrabbu l-annimali li kienu mġiegħla joqtlu annimali affettwati minn mard infettiv u, min-naħa l-oħra, l-onorarji dovuti lill-veterinarji li jaħdmu għal rashom li pparteċipaw fil-miżuri ta’ sanitazzjoni, għandha tiġi suġġetta għall-proċedura ta’ kontroll minn qabel prevista f’din id-dispożizzjoni, meta din il-miżura ma tkunx koperta minn deċiżjoni ta’ awtorizzazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea, ħlief jekk hija tissodisfa l-kundizzjonijiet previsti mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 702/2014 tal-25 ta’ Ġunju 2014 li jiddikjara ċertu kategoriji ta’ għajnuna fis-setturi tal-agrikoltura u l-forestrija u f’żoni rurali kompatibbli mas-suq intern bl-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 [TFUE] jew il-kundizzjonijiet previsti mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1408/2013 tat-18 ta’ Diċembru 2013 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 [TFUE] għall-għajnuna de minimis fis-settur tal-agrikoltura.


(1)  ĠU C 182, 27.05.2019.


12.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 278/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-29 ta’ April 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Supremo – Spanja) – Banco de Portugal, Fundo de Resolução, Novo Banco SA, Sucursal en España vs VR

(Kawża C-504/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Superviżjoni bankarja - Riorganizzazzjoni u stralċ ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu - Direttiva 2001/24/KE - Miżura ta’ riorganizzazzjoni ta’ istituzzjoni ta’ kreditu meħuda minn awtorità tal-Istat Membru ta’ oriġini - Trasferiment ta’ drittijiet, assi jew obbligi fuq “istituzzjoni tranżitorja” - Trasferiment mill-ġdid lill-istituzzjoni ta’ kreditu suġġetta għall-miżura ta’ riorganizzazzjoni - Artikolu 3(2) - Lex concursus - Effett ta’ miżura ta’ riorganizzazzjoni fi Stati Membri oħra - Rikonoxximent reċiproku - Artikolu 32 - Effetti ta’ miżura ta’ riorganizzazzjoni fuq kawża pendenti - Eċċezzjoni għall-applikazzjoni tal-lex concursus - L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Prinċipju ta’ ċertezza legali)

(2021/C 278/05)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Supremo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Banco de Portugal, Fundo de Resolução, Novo Banco SA, Sucursal en España

Konvenut: VR

Dispożittiv

L-Artikolu 3(2) u l-Artikolu 32 tad-Direttiva 2001/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ April 2001 fuq ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu, moqrija fid-dawl tal-prinċipju ta’ ċertezza legali u tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma jipprekludu r-rikonoxximent, mingħajr kundizzjoni oħra, fi proċedura ġudizzjarja fuq il-mertu pendenti fi Stat Membru li ma huwiex l-Istat Membru ta’ oriġini, li tirrigwarda obbligu, li tneħħa minn istituzzjoni ta’ kreditu wara l-ewwel miżura ta’ riorganizzazzjoni meħuda f’dan l-Istat tal-aħħar, filwaqt li dan l-obbligu ġie fdat mill-ġdid lil din l-istituzzjoni ta’ kreditu permezz tat-tieni miżura ta’ riorganizzazzjoni, b’effett retroattiv, għal data qabel il-ftuħ ta’ tali proċedura, peress li tali rikonoxximent iwassal lill-istituzzjoni ta’ kreditu li lilha jkun ġie ttrasferit l-obbligu permezz tal-ewwel miżura biex titlef, b’effett retroattiv, il-locus standi in judicio tagħha għall-finijiet ta’ din il-proċedura pendenti, u għalhekk iqiegħed fid-dubju deċiżjonijiet ġudizzjarji diġà mogħtija favur ir-rikorrenti li kienu s-suġġett ta’ din l-istess proċedura.


(1)  ĠU C 363, 28.10.2019.


12.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 278/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-12 ta’ Mejju 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgericht Wiesbaden – il-Ġermanja) – WS vs Bundesrepublik Deutschland

(Kawża C-505/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen - Artikolu 54 - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 50 - Prinċipju ta’ ne bis in idem - Artikolu 21 TFUE - Moviment liberu tal-persuni - Avviż aħmar ta’ Interpol - Direttiva (UE) 2016/680 - Legalità tal-ipproċessar ta’ data personali li tinsab f’tali avviż)

(2021/C 278/06)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgericht Wiesbaden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: WS

Konvenuta: Bundesrepublik Deutschland

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 54 tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen tal-14 ta’ Ġunju 1985 bejn il-Gvernijiet ta’ l-Istati ta’ l-Unjoni Ekonomika tal-Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża dwar it-tneħħija bil-mod ta’ kontrolli fil-fruntieri komuni tagħhom, iffirmata f’Schengen fid-19 ta’ Ġunju 1990 u li daħlet fis-seħħ fis-26 ta’ Marzu 1995 kif ukoll l-Artikolu 21(1) TFUE, moqrija fid-dawl tal-Artikolu 50 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux l-arrest provviżorju, mill-awtoritajiet ta’ Stat li huwa parti mill-Ftehim konkluż bejn il-Gvernijiet tal-Istati tal-Unjoni Ekonomika tal-Benelux, tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja u tar-Repubblika Franċiża dwar it-tneħħija bil-mod ta’ kontrolli fil-fruntieri komuni tagħhom, iffirmat f’Schengen fl-14 ta’ Ġunju 1985, jew minn dawk ta’ Stat Membru, ta’ persuna kkonċernata minn avviż aħmar ippubblikat mill-Organizzazzjoni Internazzjonali ta’ Pulizija Kriminali (Interpol), fuq it-talba ta’ Stat terz, ħlief jekk jiġi stabbilit, f’deċiżjoni ġudizzjarja definittiva meħuda fi Stat li huwa parti minn dan il-ftehim jew fi Stat Membru, li l-kawża ta’ din il-persuna kienet diġà nqatgħet b’mod finali rispettivament minn Stat li huwa parti f’dan il-ftehim jew minn Stat Membru għall-istess fatti bħal dawk li fuqhom dan l-avviż aħmar huwa bbażat.

2)

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI, moqrija fid-dawl tal-Artikolu 54 tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen, iffirmat fid-19 ta’ Ġunju 1990, u tal-Artikolu 50 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux l-ipproċessar ta’ data personali li tinsab f’avviż aħmar maħruġ mill-Organizzazzjoni Internazzjonali ta’ Pulizija Kriminali (Interpol), sakemm ma jkunx ġie stabbilit, permezz ta’ deċiżjoni ġudizzjarja definittiva meħuda fi Stat li huwa parti mill-Ftehim konkluż bejn il-Gvernijiet tal-Istati tal-Unjoni Ekonomika tal-Benelux, tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja u tar-Repubblika Franċiża dwar it-tneħħija bil-mod ta’ kontrolli fil-fruntieri komuni tagħhom, iffirmat f’Schengen fl-14 ta’ Ġunju 1985, jew fi Stat Membru, li l-prinċipju ta’ ne bis in idem japplika fir-rigward ta’ fatti li fuqhom dan l-avviż huwa bbażat, sa fejn tali pproċessar jissodisfa l-kundizzjonijiet previsti minn din id-direttiva, b’mod partikolari sa fejn huwa neċessarju għall-eżekuzzjoni ta’ missjoni mwettqa minn awtorità kompetenti, fis-sens tal-Artikolu 8(1) tal-imsemmija direttiva.

3)

Il-ħames domanda preliminari hija inammissibbli.


(1)  ĠU C 357, 21.10.2019.


12.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 278/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-6 ta’ Mejju 2021 – ABLV Bank AS (C-551/19 P), Ernests Bernis, Oļegs Fiļs, OF Holding SIA, Cassandra Holding Company SIA, (C-552/19 P) vs Il-Bank Ċentrali Ewropew

(Kawżi Magħquda C-551/19 P u C-552/19 P) (1)

(Appell - Unjoni Ekonomika u Monetarja - Unjoni Bankarja - Regolament (UE) Nruo806/2014 - Riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta’ Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRM) u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni - Artikolu 18 - Proċedura tar-riżoluzzjoni - Kundizzjonijiet - Entità li qiegħda tfalli jew li x’aktarx ser tfalli - Dikjarazzjoni mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) ta’ sitwazzjoni ta’ falliment li qiegħed iseħħ jew li x’aktarx ser iseħħ - Att preparatorju - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Inammissibbiltà)

(2021/C 278/07)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: ABLV Bank AS (C-551/19 P), Ernests Bernis, Oļegs Fiļs, OF Holding SIA, Cassandra Holding Company SIA, (C-552/19 P) (rappreżentant: inizjalment irrappreżentati minn O. Behrends u M. Kirchner, avukati, sussegwentement minn O. Behrends,

Parti oħra fil-proċedura: Il-Bank Ċentrali Ewropew (rappreżentant inizjalment irrappreżentati minn E. Koupepidou u G. Marafioti, aġenti, assistiti minn J. Rodríguez Cárcamo, avukat, sussegwentement minn E. Koupepidou, G. Marafioti u R. Ugena, aġenti)

Intervenjent insostenn tal-Bank Ċentrali Ewropew: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: inizjalment minn D. Triantafyllou, A. Nijenhuis, K.-P. Wojcik u A. Steiblytė, sussegwentement minn D. Triantafyllou, A. Nijenhuis u A. Steiblytė, aġenti)

Dispożittiv

1)

L-appelli inċidentali huma miċħuda.

2)

Il-konklużjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea li l-Qorti tal-Ġustizzja tissostitwixxi r-raġunament stabbilit fil-punt 34 tad-digrieti tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tas-6 ta’ Mejju 2019, ABLV Bank vs BĊE (T-281/18, EU:T:2019:296), u tas-6 ta’ Mejju 2019, Bernis et vs BĊE (T-283/18, mhux ippubblikat, EU:T:2019:295), is-suġġett tal-appelli, huma miċħuda bħala inammissibbli.

3)

ABLV Bank AS hija kkundannata għall-ispejjeż fil-Kawża C-551/19 P.

4)

Ernests Bernis, Oļegs Fiļs, OF Holding SIA u Cassandra Holding Company SIA huma kkundannati għall-ispejjeż fil-Kawża C-552/19 P.

5)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.


(1)  ĠU C 305, 9.09.2019.


12.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 278/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-20 ta’ Mejju 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Rejonowy dla Łodzi – Il-Polonja) – K.S. vs A.B.

(Kawża C-707/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Assigurazzjoni għar-responsabbiltà ċivili li tirriżulta mill-użu ta’ vetturi bil-mutur - Direttiva 2009/103/KE - Artikolu 3 - Obbligu ta’ kopertura tad-danni materjali - Portata - Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tillimita l-obbligu li jiġu koperti l-ispejjeż ta’ rmonk tal-vettura ddanneġġjata għal dawk sostnuti fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru u l-ispejjeż ta’ parkeġġ għal dawk li saru neċessarji b’investigazzjoni kriminali jew għal kwalunkwe raġuni oħra)

(2021/C 278/08)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Rejonowy dla Łodzi

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: K.S.

Konvenut: A.B.

Dispożittiv

L-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/103/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar l-assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà, għandu jiġi interpretat fis-sens li:

huwa jipprekludi dispożizzjoni ta’ Stat Membru skont liema l-assigurazzjoni obbligatorja tar-responsabbiltà ċivili li tirriżulta mill-użu tal-vetturi bil-mutur tkopri biss b’mod obbligatorju d-danni kkostitwiti mill-ispejjeż ta’ rmonk tal-vettura li ġarrbet ħsara biss sa fejn dan l-irmonk seħħ fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru. Din il-konstatazzjoni hija mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-imsemmi Stat Membru li jillimita, mingħajr ma jirrikorri għal kriterji dwar it-territorju tiegħu, ir-rimbors tal-ispejjeż ta’ rmonk u

huwa ma jipprekludix dispożizzjoni ta’ Stat Membru skont liema din l-assigurazzjoni tkopri biss b’mod obbligatorju d-danni kkostitwiti mill-ispejjeż ta’ parkeġġ tal-vettura li tkun ġarrbet ħsara jekk il-parkeġġ kien neċessarju fil-kuntest ta’ investigazzjoni fi proċeduri kriminali jew għal kwalunkwe raġuni oħra, bil-kundizzjoni li din il-limitazzjoni ta’ kopertura tapplika mingħajr differenza fit-trattament skont l-Istat Membru ta’ residenza tal-proprjetarju jew tad-detentur tal-vettura li ġarrbet ħsara.


(1)  ĠU C 27, 27.1.2020.


12.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 278/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-12 ta’ Mejju 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Vereniging van Effectenbezitters vs BP plc

(Kawża C-709/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali - Regolament (UE) Nru 1215/2012 - Artikolu 7(2) - Ġurisdizzjoni f’materji ta’ delitt jew kważi-delitt - Post fejn immaterjalizza ruħu d-dannu - Dannu li jikkonsisti esklużivament f’telf finanzjarju)

(2021/C 278/09)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Vereniging van Effectenbezitters

Konvenut: BP plc

Dispożittiv

Il-punt 2 tal-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-okkorrenza diretta, f’kont ta’ investiment, ta’ dannu purament finanzjarju li jirriżulta minn deċiżjonijiet ta’ investiment meħuda wara informazzjoni faċilment aċċessibbli fuq livell dinji, iżda mhux eżatta, mhux kompleta jew qarrieqa li toriġina minn kumpannija internazzjonali kkwotata fil-borża ma tippermettix li tiġi stabbilita, fuq il-bażi tal-materjalizzazzjoni tad-dannu, il-ġurisdizzjoni internazzjonali ta’ qorti tal-Istat Membru fejn huwa stabbilit il-bank jew l-impriża ta’ investiment li fuq ir-reġistru tiegħu huwa rreġistrat il-kont tagħha, meta l-imsemmija kumpannija ma hijiex suġġetta għal obbligi legali ta’ pubbliċità f’dan l-Istat Membru.


(1)  ĠU C 19, 20.1.2020.


12.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 278/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-29 ta’ April 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesverwaltungsgericht – il-Ġermanja) – Natumi GmbH vs Land Nordrhein-Westfalen

(Kawża C-815/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Agrikoltura u sajd - Produzzjoni organika u tikkettar ta’ prodotti organiċi - Regolament (KE) Nru 834/2007 - Artikolu 19(2) - Artikoli 21 u 23 - Regolament (KE) Nru 889/2008 - Artikolu 27(1) - Artikolu 28 - Il-punt 1.3 tal-Anness IX - Ipproċessar ta’ prodotti tal-ikel organiċi - Ingredjenti mhux organiċi ta’ oriġini agrikola - Alka lithothamnium calcareum - Trab miksub mis-sedimenti ta’ din l-alka, imnaddfa, mitħuna u mnixxfa - Klassifikazzjoni - Użu fil-prodotti tal-ikel organiċi għall-finijiet tat-tisħiħ tagħhom bil-kalċju - Awtorizzazzjoni - Kundizzjonijiet)

(2021/C 278/10)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesverwaltungsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Natumi GmbH

Konvenuta: Land Nordrhein-Westfalen

fil-preżenza ta’: Vertreter des Bundesinteresses beim Bundesverwaltungsgericht

Dispożittiv

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 889/2008 tal-5 ta’ Settembru 2008, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi fir-rigward tal-produzzjoni, it-tikkettar u l-kontroll organiku, kif emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1584 tat-22 ta’ Ottubru 2018, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi l-użu ta’ trab miksub minn sedimenti tal-alka Lithothamnium calcareum li jiġu mnaddfa, imnixxfa u mitħuna, bħala ingredjent mhux organiku ta’ oriġini agrikola, fis-sens tal-Artikolu 28 tar-Regolament Nru 889/2008, kif emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2018/1584, fl-ipproċessar ta’ prodotti tal-ikel organiċi, bħal xarbiet organiċi abbażi tar-ross u tas-soja, għall-finijiet tat-tisħiħ tagħhom bil-kalċju.


(1)  ĠU C 77, 9.3.2020.


12.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 278/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-12 ta’ Mejju 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgerichtshof – l-Awstrija) – CS, Finanzamt Österreich, Dienststelle Graz-Stadt, li qabel kienet Finanzamt Graz-Stadt vs Finanzamt Österreich, Dienststelle Judenburg Liezen, li qabel kienet Finanzamt Judenburg Liezen, technoRent International GmbH

(KawżaC-844/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 90 - Tnaqqis tal-valur taxxabbli - Artikolu 183 - Rimbors tal-eċċess ta’ VAT - Interessi moratorji - Assenza ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali - Prinċipju ta’ newtralità fiskali - Applikabbiltà diretta tad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni - Prinċipju ta’ interpretazzjoni konformi)

(2021/C 278/11)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: CS, Finanzamt Österreich, li qabel kienet Finanzamt Graz-Stadt

Konvenuti: Finanzamt Österreich, Dienststelle Judenburg Liezen, li qabel kienet Finanzamt Judenburg Liezen, technoRent International GmbH

Dispożittiv

L-Artikolu 90(1) u l-Artikolu 183 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud tal-VAT, moqrija flimkien mal-prinċipju ta’ newtralità fiskali, għandhom jiġu interpretati fis-sens li rimbors li jirriżulta minn regolarizzazzjoni tal-valur taxxabbli taħt l-Artikolu 90(1) ta’ din id-direttiva għandu, l-istess bħal rimbors ta’ eċċess ta’ taxxa fuq il-valur miżjud taħt l-Artikolu 183 tal-imsemmija direttiva, jagħti lok għall-ħlas ta’ interessi meta ma jsirx f’terminu raġonevoli. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tagħmel dak kollu li jaqa’ taħt il-kompetenza tagħha sabiex tiżgura l-effett sħiħ ta’ dawn id-dispożizzjonijiet billi tinterpreta d-dritt nazzjonali b’mod konformi mad-dritt tal-Unjoni.


(1)  ĠU C 77 tad-9/3/2020.


12.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 278/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tad-29 ta’ April 2021 – Achemos Grupė UAB, Achema AB vs Il-Kummissjoni Ewropea, Ir-Repubblika tal-Litwanja, Klaipėdos Nafta AB

(Kawża C-847/19 P) (1)

(Appell - Għajnuna mill-Istat - Deċiżjoni li ma jitqajmux oġġezzjonijiet - Artikolu 108 TFUE - Drittijiet tal-partijiet ikkonċernati - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Investigazzjoni diliġenti u imparzjali - Portata tal-istħarriġ tal-Qorti Ġenerali - Obbligu ta’ motivazzjoni)

(2021/C 278/12)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Achemos Grupė UAB, Achema AB (rappreżentanti: R. Martens u V. Ostrovskis, advokatas)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn É. Gippini Fournier, N. Kuplewatzky u L. Armati, aġenti, sussegwentement minn É. Gippini Fournier, A. Bouchagiar u L. Armati, aġenti), Ir-Repubblika tal-Litwanja (rappreżentanti: R. Dzikovič u K. Dieninis, aġenti), Klaipėdos Nafta AB (rappreżentanti: K. Kačerauskas u V. Vaitkutė Pavan, advokatai)

Dispożittiv

1)

L-appell prinċipali huwa miċħud.

2)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq l-appell inċidentali.

3)

Achemos Grupė UAB u Achema AB huma kkundannati li jbatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom stess, dawk tal-Kummissjoni Ewropea relatati mal-appell prinċipali.

4)

Achemos Grupė UAB u Achema AB kif ukoll il-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu kull waħda minnhom l-ispejjeż tagħhom stess relatati mal-appell inċidentali.

5)

Ir-Repubblika tal-Litwanja kif ukoll Klaipėdos Nafta AB għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess relatati kemm mal-appell prinċipali kif ukoll mal-appell inċidentali.


(1)  ĠU C 19, 20.1.2020.


12.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 278/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-20 ta’ Mejju 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Sąd Najwyższy – il-Polonja) – FORMAT Urządzenia i Montaże Przemysłowe vs Zakład Ubezpieczeń Społecznych I Oddział w Warszawie

(Kawża KawżaC-879/19) (1)

(“Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sigurtà soċjali - Determinazzjoni tal-leġiżlazzjoni applikabbli - Regolament (KEE) Nru 1408/71 - Artikolu 13(2)(a) - Artikolu 14(2) - Persuna normalment impjegata fit-territorju ta’ żewġ Stati Membri jew iktar - Kuntratt ta’ xogħol uniku - Persuna li timpjega stabbilita fl-Istat Membru ta’ residenza tal-ħaddiem - Attività bħala persuna impjegata eżerċitata esklużivament fi Stati Membri oħra - Xogħol imwettaq fi Stati Membri differenti matul perijodi suċċessivi - Kundizzjonijiet”)

(2021/C 278/13)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Najwyższy

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: FORMAT Urządzenia i Montaże Przemysłowe

Konvenut: Zakład Ubezpieczeń Społecznych I Oddział w Warszawie

fil-preżenza ta’: UA

Dispożittiv

L-Artikolu 14(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati, għall-persuni li jaħdmu għal rashom u għall-membri tal-familji tagħhom li jiċċaqilqu fil-Komunità, fil-verżjoni tiegħu emendata u aġġornata bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 118/97, tat-2 ta’ Diċembru 1996, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1606/98, tad-29 ta’ Ġunju 1998, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma japplikax għal persuna li, fil-kuntest ta’ kuntratt ta’ xogħol wieħed biss konkluż ma’ persuna li timpjega waħda biss li jipprevedi l-eżerċizzju ta’ attività professjonali f’diversi Stati Membri, taħdem, matul diversi xhur suċċessivi, unikament fit-territorju ta’ kull wieħed minn dawn l-Istati Membri, meta t-tul tal-perijodi mhux interrotti ta’ xogħol imwettqa minn din il-persuna f’kull wieħed minn dawn l-Istati Membri jaqbeż it-12-il xahar, huwa fatt li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika.


(1)  ĠU C 54, 17.02.2020.


12.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 278/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tad-29 ta’ April 2021 – Fortischem a.s. vs Il-Kummissjoni Ewropea, AlzChem AG,

(Kawża C-890/19 P) (1)

(Appell - Għajnuna mill-Istat - Vantaġġ - Irkupru - Kontinwità ekonomika)

(2021/C 278/14)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Fortischem a.s. (rappreżentanti: C. Arhold, Rechtsanwalt, P. Hodál u M. Staroň, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Armati, P. Arenas u G. Conte, aġenti) AlzChem AG (rappreżentanti: A. Borsos, avukat, u V. Dolka, dikigoros

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Fortischem a.s. għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea kif ukoll minn AlzChem AG.


(1)  ĠU C 54, 17.2.2020.


12.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 278/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-20 ta’ Mejju 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Rejonowy w Białymstoku – Il-Polonja) – CNP spółka z ograniczoną odpowiedzialnością vs Gefion Insurance A/S

(Kawża C-913/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali - Regolament (UE) Nru 1215/2012 - Ġurisdizzjoni fil-qasam tal-assigurazzjoni - Artikolu 10 - Artikolu 11(1)(a) - Possibbiltà li l-assiguratur b’domiċilju fit-territorju ta’ Stat Membru jiġi mħarrek fi Stat Membru ieħor, fil-każ ta’ azzjonijiet miġjuba mid-detentur ta’ polza tal-assigurazzjoni, mill-persuna assigurata jew minn benefiċjarju, quddiem il-qorti tal-post fejn ir-rikorrent għandu d-domiċilju tiegħu - Artikolu 13(2) - Azzjoni diretta mressqa mill-persuna leża kontra l-assiguratur - Kamp ta’ applikazzjoni ratione personae - Kunċett ta’ “persuna leża” - Professjonist tas-settur tal-assigurazzjoni - Ġurisdizzjoni speċjali - Il-punti 2 u 5 tal-Artikolu 7 - Kunċetti ta’ “fergħa”, ta’ “aġenzija” jew ta’ “stabbiliment ieħor”)

(2021/C 278/15)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Rejonowy w Białymstoku

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: CNP spółka z ograniczoną odpowiedzialnością

Konvenut: Gefion Insurance A/S

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 13(2) tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali, moqri flimkien mal-Artikolu 10 tal-imsemmi regolament, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma huwiex applikabbli fil-każ ta’ tilwima bejn, minn naħa, professjonist li xtara kreditu miżmum, oriġinalment, minn persuna leża fil-konfront ta’ impriża tal-assigurazzjoni għal responsabbiltà ċivili u, min-naħa l-oħra, din l-istess impriża tal-assigurazzjoni għal responsabbiltà ċivili, b’tali mod li huwa possibbli li l-ġurisdizzjoni ġudizzjarja sabiex tingħata deċiżjoni dwar tali tilwima tkun ibbażata, jekk ikun il-każ, fuq il-punt 2 tal-Artikolu 7 jew fuq il-punt 5 tal-Artikolu 7 ta’ dan ir-regolament.

2)

Il-punt 5 tal-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 għandu jiġi interpretat fis-sens li kumpannija li teżerċita, fi Stat Membru, bis-saħħa ta’ kuntratt konkluż ma impriża tal-assigurazzjoni stabbilita fi Stat Membru ieħor, f’isem u għan-nom ta’ din tal-aħħar, attività ta’ likwidazzjoni ta’ danni fil-kuntest tal-assigurazzjoni għal responsabbiltà ċivili obbligatorja għal vetturi bil-mutur għandha titqies bħala li hija fergħa, aġenzija jew stabbiliment ieħor, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, meta din il-kumpannija:

timmanifesta ruħha fit-tul lejn l-estern bħall-estensjoni tal-impriża tal-assigurazzjoni, u

għandha tmexxija u hija materjalment mgħammra b’mod li tkun tista’ tinnegozja ma’ terzi, b’tali mod li dawn huma eżenti milli jindirizzaw direttament lill-impriża tal-assigurazzjoni.


(1)  ĠU C 54, 17.02.2020.


12.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 278/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-20 ta’ Mejju 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Varhoven administrativen sad – il-Bulgarija) – “ALTI” OOD vs Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” Plovdiv pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite

(Kawża C-4/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 205 - Persuni responsabbli għall-ħlas tal-VAT lejn it-Teżor pubbliku - Responsabbiltà in solidum tad-destinatarju ta’ kunsinna taxxabbli li eżerċita d-dritt tiegħu għat-tnaqqis tal-VAT fl-għarfien li l-persuna responsabbli għall-ħlas ta’ din it-taxxa ma kinitx ser tħallasha - Obbligu ta’ tali destinatarju li jħallas il-VAT mhux imħallsa minn din il-persuna responsabbli għall-ħlas tat-taxxa kif ukoll l-interessi moratorji dovuti minħabba n-nuqqas ta’ ħlas tal-imsemmija taxxa minn din tal-aħħar)

(2021/C 278/16)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Varhoven administrativen sad

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent):“ALTI” OOD

Konvenut: Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” Plovdiv pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite

Dispożittiv

L-Artikolu 205 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, moqri fid-dawl tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li l-persuna responsabbli in solidum, fis-sens ta’ dan l-artikolu, għandha tħallas, minbarra l-ammont ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) mhux imħallsa mill-persuna responsabbli għall-ħlas ta’ din it-taxxa, l-interessi moratorji dovuti minn din il-persuna responsabbli għall-ħlas tat-taxxa fuq dan l-ammont, meta jiġi stabbilit li, filwaqt li eżerċitat hija stess id-dritt tagħha għal tnaqqis, din il-persuna kienet taf jew kien imissha kienet taf li l-imsemmija persuna responsabbli għall-ħlas ma kinitx ser tħallas l-imsemmija taxxa.


(1)  ĠU C 77, 9.3.2020.


12.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 278/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-20 ta’ Mejju 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tallinna Ringkonnakohus – l-Estonja) – Sotsiaalministeerium vs Riigi Tugiteenuste Keskus, li qabel kienet Innove SA

(Kawża C-6/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kuntratti pubbliċi għal provvisti - Direttiva 2004/18/KE - Artikoli 2 u 46 - Proġett iffinanzjat mill-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn - Kriterji ta’ selezzjoni tal-offerenti - Regolament (KE) Nru 852/2004 - Artikolu 6 - Rekwiżit ta’ reġistrazzjoni jew ta’ awtorizzazzjoni maħruġa mill-awtorità nazzjonali tas-sigurtà tal-ikel tal-Istat ta’ eżekuzzjoni tal-kuntratt)

(2021/C 278/17)

Lingwa tal-kawża: l-Estonjan

Qorti tar-rinviju

Tallinna Ringkonnakohus

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Sotsiaalministeerium

Konvenut: Riigi Tugiteenuste Keskus, li qabel kienet Innove SA

fil-preżenza ta’: Rahandusministeerium

Dispożittiv

1)

L-Artikoli 2 u 46 tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li l-awtorità kontraenti għandha tirrikjedi, f’avviż ta’ kuntratt u bħala kriterju ta’ selezzjoni kwalitattiva, li l-offerenti jipproduċu l-prova, sa mis-sottomissjoni tal-offerta tagħhom, li huma jkollhom reġistrazzjoni jew awtorizzazzjoni meħtieġa mil-leġiżlazzjoni applikabbli għall-attività li hija s-suġġett tal-kuntratt pubbliku inkwistjoni u li hija maħruġa mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn għandu jiġi eżegwit, anki jekk diġà għandhom reġistrazzjoni jew awtorizzazzjoni simili fl-Istat Membru li fih huma stabbiliti.

2)

Il-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jistax jiġi invokat minn awtorità kontraenti li fil-kuntest ta’ proċedura għall-għoti ta’ kuntratt pubbliku rrikjediet, sabiex tikkonforma ruħha mal-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-prodotti tal-ikel, li l-offerenti jkollhom, mal-offerta tagħhom, reġistrazzjoni jew awtorizzazzjoni maħruġa mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-eżekuzzjoni tal-kuntratt.


(1)  ĠU C 87, 16.3.2020.


12.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 278/14


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-20 ta’ Mejju 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Schleswig-HolsteinischesVerwaltungsgericht – il-Ġermanja) – L.R. vs Bundesrepublik Deutschland

(Kawża C-8/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja - Kontrolli fil-fruntieri, ażil u immigrazzjoni - Politika tal-ażil - Direttiva 2013/32/UE - Proċeduri komuni għall-għoti u għall-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali - Applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali - Raġunijiet ta’ inammissibbiltà - Artikolu 2(q) - Kunċett ta’ “applikazzjoni sussegwenti” - Artikolu 33(2)(d) - Ċaħda minn Stat Membru ta’ applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali bħala inammissibbli minħabba ċ-ċaħda ta’ applikazzjoni preċedenti ppreżentata mill-persuna kkonċernata fi Stat terz li kkonkluda mal-Unjoni Ewropea ftehim dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi li jippermettu li jiġi ddeterminat l-Istat responsabbli għall-eżami ta’ applikazzjoni għall-ażil ippreżentata f’wieħed mill-Istati partijiet f’dan il-ftehim - Deċiżjoni finali meħuda mir-Renju tan-Norveġja)

(2021/C 278/18)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Schleswig-HolsteinischesVerwaltungsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: L.R.

Konvenut: Bundesrepublik Deutschland

Dispożittiv

L-Artikolu 33(2)(d) tad-Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali, moqri flimkien mal-Artikolu 2(q) tagħha, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprevedi l-possibbiltà li tiġi miċħuda bħala inammissibbli applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali, fis-sens tal-Artikolu 2(b) ta’ din id-direttiva, ippreżentata lil dan l-Istat Membru minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew minn persuna apolida li talba preċedenti tagħha sabiex tingħata l-istatus ta’ refuġjat, ippreżentata lil Stat terz bl-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 604/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida, konformement mal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda u r-Renju tan-Norveġja dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi għall-istabbiliment ta’ l-Istat responsabbli għall-eżami ta’ talba għal ażilju ppreżentata fi Stat Membru jew fl-Islanda jew fin-Norveġja, tkun ġiet miċħuda minn dan l-Istat terz.


(1)  ĠU C 87, 16.3.2020.


12.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 278/14


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-12 ta’ Mejju 2021 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika

(Kawża C-11/20) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Għajnuna mill-Istat - Għajnuna ddikkjarata illegali u inkompatibbli mas-suq intern - It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 108(2) TFUE - Kundizzjonijiet klimatiċi ħżiena - Telf sostnut minn bdiewa - Għajnuna ta’ kumpens - Obbligu ta’ rkupru - Obbligu ta’ informazzjoni - Nuqqas ta’ eżekuzzjoni)

(2021/C 278/19)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bouchagiar u T. Ramopoulos, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: E. Tsaousi, E. Leftheriotou, u A. Vasilopoulou, aġenti)

Dispożittiv

1)

Billi ma ħaditx, fit-termini stabbiliti, il-miżuri kollha neċessarji għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Diċembru 2011 dwar ħlasijiet ta’ kumpens mogħtija mill-Organizzazzjoni Griega tal-Assigurazzjoni Agrikola (ELGA) matul l-2008 u l-2009, u billi ma informatx b’mod suffiċjenti lill-Kummissjoni Ewropea bil-miżuri meħuda b’applikazzjoni ta’ din id-deċiżjoni, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 2 sa 4 tal-imsemmija deċiżjoni kif ukoll taħt it-Trattat FUE.

2)

Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 68, 2.3.2020


12.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 278/15


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tad-29 ta’ April 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Okręgowy w Gdańsku – il-Polonja) – I.W., R.W. vs Bank BPH S.A.

(Kawża C-19/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protezzjoni tal-konsumaturi - Direttiva 93/13/KEE - Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi - Effetti tal-konstatazzjoni tan-natura inġusta ta’ klawżola - Kuntratt ta’ self ipotekarju ddenominat f’munita barranija - Determinazzjoni tar-rata tal-kambju bejn il-muniti - Kuntratt ta’ novazzjoni - Effett dissważiv - Obbligi tal-qorti nazzjonali - Artikolu 6(1) u Artikolu 7(1))

(2021/C 278/20)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Okręgowy w Gdańsku

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: I.W., R.W.

Konvenut: Bank BPH S.A.

fil-preżenza ta’: Rzecznik Praw Obywatelskich

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur għandu jiġi interpretat fis-sens li hija l-qorti nazzjonali li għandha tikkonstata n-natura inġusta ta’ klawżola ta’ kuntratt konkluż bejn bejjiegħ jew fornitur u konsumatur, anki jekk din tkun ġiet emendata permezz ta’ kuntratt minn dawn il-partijiet. Tali konstatazzjoni twassal għall-istabbiliment mill-ġdid tas-sitwazzjoni li kienet tkun dik tal-konsumatur fl-assenza ta’ din il-klawżola li n-natura inġusta tagħha tkun ġiet ikkonstatata, ħlief jekk dan tal-aħħar ikun irrinunzja permezz tal-emenda tal-imsemmija klawżola inġusta għal tali stabbiliment mill-ġdid tas-sitwazzjoni permezz ta’ kunsens liberu u informat, fatt li għandu jiġi vverifikat mill-qorti nazzjonali. Madankollu, minn din id-dispożizzjoni ma jirriżultax li l-konstatazzjoni tan-natura inġusta tal-klawżola inizjali għandha, bħala prinċipju, l-effett li tannulla l-kuntratt, peress li l-emenda ta’ din il-klawżola ppermettiet li jiġi stabbilit mill-ġdid il-bilanċ bejn l-obbligi u d-drittijiet ta’ dawn il-partijiet li jirriżultaw mill-kuntratt u li jiġi eskluż id-difett li kien jivvizzjah.

2)

L-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 93/13 għandhom jiġu interpretati fis-sens li, minn naħa, huma ma jipprekludux li l-qorti nazzjonali telimina biss l-element inġust ta’ klawżola ta’ kuntratt konkluż bejn bejjiegħ jew fornitur u konsumatur meta l-għan dissważiv imfittex minn din id-direttiva jkun żgurat minn dispożizzjonijiet leġiżlattivi nazzjonali li jirregolaw l-użu tagħha, sakemm dan l-element ikun jikkonsisti f’obbligu kuntrattwali distint, li jista’ jkun is-suġġett ta’ eżami individwalizzat tan-natura inġusta tiegħu. Min-naħa l-oħra, dawn id-dispożizzjonijiet jipprekludu li l-qorti tar-rinviju telimina biss l-element inġust ta’ klawżola ta’ kuntratt konkluż bejn bejjiegħ jew fornitur u konsumatur meta tali eliminazzjoni tkun tfisser reviżjoni tal-kontenut tal-imsemmija klawżola billi taffettwa s-sustanza tagħha, fatt li għandu jiġi vverifikat minn dik il-qorti.

3)

L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 93/13 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-konsegwenzi tal-konstatazzjoni ġudizzjarja tal-preżenza ta’ klawżola inġusta f’kuntratt konkluż bejn bejjiegħ jew fornitur u konsumatur jaqgħu taħt id-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali, u l-kwistjoni tas-sopravvivenza ta’ tali kuntratt għandha tiġi evalwata ex officio mill-qorti nazzjonali skont approċċ oġġettiv abbażi ta’ dawn id-dispożizzjonijiet.

4)

L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 93/13, moqri flimkien mal-Artikolu 47 tal-Karta, għandu jiġi interpretat fis-sens li hija l-qorti nazzjonali, li tikkonstata n-natura inġusta ta’ klawżola ta’ kuntratt konkluż minn bejjiegħ jew fornitur ma’ konsumatur, li għandha tinforma lil dan tal-aħħar, fil-kuntest tar-regoli proċedurali nazzjonali u wara dibattitu kontradittorju, bil-konsegwenzi legali li għalihom jista’ jwassal l-annullament ta’ tali kuntratt, indipendentement mill-fatt li l-konsumatur ikun irrappreżentat minn mandatarju professjonali.


(1)  ĠU C 191, 8.6.2020.


12.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 278/16


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-12 ta’ Mejju 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal de grande instance de Rennes – Franza) – PF, QG vs Caisse d’allocations familiales d’Ille et Vilaine (CAF)

(Kawża C-27/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Moviment liberu tal-ħaddiema - Ugwaljanza fit-trattament - Vantaġġi soċjali - Limiti massimi marbuta mar-riżorsi - Teħid inkunsiderazzjoni tar-riżorsi rċevuti matul is-sena ta’ qabel tal-aħħar li tippreċedi l-perijodu tal-ħlas tal-allowances - Ħaddiem li jirritorna fl-Istat Membru ta’ oriġini tiegħu - Tnaqqis tad-drittijiet għall-allowances tal-familja)

(2021/C 278/21)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal de grande instance de Rennes

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: PF, QG

Konvenut: Caisse d’allocations familiales d’Ille et Vilaine (CAF)

Dispożittiv

L-Artikolu 45 TFUE u l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) Nru 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2011 dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tikkunsidra bħala sena ta’ riferiment għall-kalkolu tal-benefiċċji tal-familja li għandhom jingħataw is-sena ta’ qabel tal-aħħar li tippreċedi l-perijodu tal-ħlas, b’tali mod li, fil-każ ta’ żieda sostanzjali fid-dħul irċevut minn uffiċjal nazzjonali meta kien ikkollokat f’istituzzjoni tal-Unjoni li tinsab fi Stat Membru ieħor, l-ammont tal-allowances tal-familja jiġi, mar-ritorn ta’ dan l-uffiċjal fl-Istat Membru ta’ orġini, sostanzjalment imnaqqas matul sentejn.


(1)  ĠU C 95, 23.3.2020.


12.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 278/17


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-29 ta’ April 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesverwaltungsgericht – Il-Ġermanja) – F. vs Stadt Karlsruhe

(Kawża C-47/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Trasport - Liċenzja tas-sewqan - Irtirar tal-liċenzja fit-territorju ta’ Stat Membru differenti mill-Istat Membru li joħroġ il-liċenzja - Tiġdid tal-liċenzja mill-Istat Membru li joħroġ il-liċenzja wara d-deċiżjoni ta’ rtirar - Assenza ta’ awtomatiċità tar-rikonoxximent reċiproku)

(2021/C 278/22)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesverwaltungsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: F.

Konvenut: Stadt Karlsruhe

Dispożittiv

L-Artikolu 2(1) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(4) tad-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar il-Liċenzji tas-Sewqan għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux li Stat Membru, li fit-territorju tiegħu d-detentur ta’ liċenzja tas-sewqan tal-kategoriji A u B maħruġa minn Stat Membru ieħor ikun tneħħielu d-dritt tas-sewqan minħabba aġir li jikkostitwixxi ksur, li seħħ waqt residenza temporanja f’dan it-territorju wara l-ħruġ tal-imsemmija liċenzja, jirrifjuta li jirrikonoxxi sussegwentement il-validità ta’ din il-liċenzja, wara li din tkun ġiet imġedda, skont l-Artikolu 7(3) ta’ din id-direttiva, mill-Istat Membru fejn tinsab ir-residenza normali tad-detentur tal-imsemmija liċenzja, fis-sens tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 12 tal-imsemmija direttiva. Madankollu, hija l-qorti tar-rinviju li għandha teżamina jekk, konformement mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, ir-regoli previsti mil-leġiżlazzjoni tal-ewwel Stat Membru, li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet li d-detentur tal-liċenzja tas-sewqan għandu jissuġġetta ruħu għalihom sabiex jirkupra d-dritt tas-sewqan fit-territorju tiegħu, jeċċedux il-limiti ta’ dak li huwa xieraq u neċessarju sabiex jintlaħaq l-għan imfittex mid-Direttiva 2006/126, li jikkonsisti fit-titjib tas-sigurtà fit-toroq.


(1)  ĠU C 161, 11.5.2020.


12.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 278/17


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-29 ta’ April 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgerichtshof Baden-Württemberg – Il-Ġermanja) – AR vs Stadt Pforzheim

(Kawża C-56/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Trasport - Liċenzja tas-sewqan - Rikonoxximent reċiproku - Irtirar tal-liċenzja fit-territorju ta’ Stat Membru differenti mill-Istat Membru li joħroġ il-liċenzja - Inklużjoni ta’ indikazzjoni fuq il-liċenzja tas-sewqan li tindika l-assenza ta’ validità tagħha fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru)

(2021/C 278/23)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgerichtshof Baden-Württemberg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: AR

Konvenut: Stadt Pforzheim

Dispożittiv

Id-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar il-Liċenzji tas-Sewqan, kif emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2011/94/UE tat-28 ta’ Novembru 2011, għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi li Stat Membru li jkun adotta, skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(4) ta’ din id-direttiva, kif emendata bid-Direttiva 2011/94, deċiżjoni ta’ rifjut ta’ rikonoxximent tal-validità ta’ liċenzja tas-sewqan maħruġa minn Stat Membru ieħor minħabba aġir li jikkostitwixxi ksur mid-detentur tagħha, li seħħ matul residenza temporanja fit-territorju tal-ewwel Stat Membru wara l-ħruġ ta’ din il-liċenzja, jagħmel ukoll fuq l-imsemmija liċenzja indikazzjoni li tipprojbixxi lil dan id-detentur milli jsuq fl-imsemmi territorju, filwaqt li l-imsemmi detentur ma stabbilixxiex ir-residenza normali tiegħu, fis-sens tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 12 tad-Direttiva 2006/126, kif emendata bid-Direttiva 2011/94, fit-territorju tiegħu.


(1)  ĠU C 209, 22.06.2020.


12.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 278/18


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-20 ta’ Mejju 2021 – Sigrid Dickmanns vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

(Kawża C-63/20 P) (1)

(Appell - Servizz pubbliku - Membri tal-persunal temporanju - Kuntratt għal żmien determinat li fih klawżola ta’ xoljiment - Nuqqas ta’ inklużjoni fil-lista ta’ riżerva ta’ kompetizzjoni - Att purament konfermattiv - Terminu għat-tressiq ta’ lment)

(2021/C 278/24)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellant: Sigrid Dickmanns (rappreżentant: H. Tettenborn, Rechtsanwalt)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) (rappreżentanti: A. Lukošiūtė, aġent, assistita minn B. Wägenbaur, Rechtsanwalt)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Sigrid Dickmanns hija kkundannata għall-ispejjeż ta’ din il-kawża.


(1)  ĠU C 201, 15.6.2020.


12.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 278/18


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-12 ta’ Mejju 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberster Gerichtshof – l-Awstrija) – YL vs Altenrhein Luftfahrt GmbH

(Kawża C-70/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Trasport bl-ajru - Konvenzjoni ta’ Montréal - Artikolu 17(1) - Responsabbiltà tat-trasportaturi tal-ajru f’każ ta’ inċident - Kunċett ta’ “inċident” - Inżul bis-saħħa li jkun fil-limiti ta’ funzjonament normali tal-ajruplan - Ħsara fuq il-persuna allegatament subita minn passiġġier matul tali nżul - Assenza ta’ inċident)

(2021/C 278/25)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberster Gerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: YL

Konvenut: Altenrhein Luftfahrt GmbH

Dispożittiv

L-Artikolu 17(1) tal-Konvenzjoni għall-Unifikazzjoni ta’ Ċerti Regoli għat-Trasport Internazzjonali bl-Ajru, konkluża f’Montréal fit-28 ta’ Mejju 1999, li kienet iffirmata mill-Komunità Ewropea fid-9 ta’ Diċembru 1999 u approvata għan-nom tagħha permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/539/KE, tal-5 ta’ April 2001, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ “inċident” previst minn din id-dispożizzjoni ma jkoprix inżul li jkun seħħ b’mod konformi mal-proċeduri u mal-limitazzjonijiet operattivi applikabbli għall-ajruplan inkwistjoni, inklużi t-tolleranzi u l-marġni previsti fir-rigward tal-fatturi ta’ prestazzjoni li għandhom effett sinjifikattiv fuq l-inżul, kif ukoll billi jittieħdu inkunsiderazzjoni regoli tal-arti u l-aħjar prattiki fil-qasam tal-operat tal-ajruplani, anki jekk il-passiġġier ikkonċernat jipperċepixxi dan l-inżul bħala avveniment mhux previst.


(1)  ĠU C 201, 15.06.2020.


12.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 278/19


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-12 ta’ Mejju 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof – il-Ġermanja) – Hauptzollamt B vs XY

(Kawża C-87/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protezzjoni tal-ispeċi ta’ fawna u ta’ flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom - Regolamenti (KE) Nri 338/97 u 865/2006 - Kavjar tal-isturjun - Introduzzjoni fit-territorju doganali tal-Unjoni Ewropea bħala oġġetti personali jew domestiċi - Permess ta’ importazzjoni - Deroga - Limitu ta’ 125 gramma għal kull persuna - Qbiż - Intenzjoni li dan jingħata bħala rigal lil ħaddieħor)

(2021/C 278/26)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Hauptzollamt B

Konvenut: XY

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 7(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 tad-9 ta’ Diċembru 1996 dwar il-protezzjoni ta’ speċi ta’ fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1320/2014 tal-1 ta’ Diċembru 2014, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kavjar tal-isturjun, fil-mument tal-introduzzjoni tiegħu fit-territorju doganali tal-Unjoni Ewropea, jista’ jitqies bħala “oġġett personali jew domestiku”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, meta huwa intiż li jingħata bħala rigal lil terz, sakemm ebda element ma jindika għan kummerċjali, u jista’ jibbenefika, għalhekk, mid-deroga, prevista fl-imsemmija dispożizzjoni, għall-obbligu għall-importatur tiegħu li jippreżenta permess ta’ importazzjoni.

2)

L-Artikolu 57(5)(a) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 865/2006 tal-4 ta’ Mejju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/870 tal-5 ta’ Ġunju 2015, għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta l-kwantità ta’ kavjar tal-isturjun introdott fit-territorju doganali tal-Unjoni teċċedi l-limitu ta’ 125 gramma għal kull persuna u li l-importatur ma huwiex fil-pussess ta’ permess maħruġ għall-finijiet tal-importazzjoni mwettqa, huwa l-kavjar tal-isturjun kollu importat b’dan il-mod li għandu jiġi kkonfiskat mill-awtorità doganali kompetenti.


(1)  ĠU C 175, 25.5.2020.


12.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 278/20


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-6 ta’ Mejju 2021 – Bruno Gollnisch vs Il-Parlament

(Kawża C-122/20 P) (1)

(Appell - Dritt istituzzjonali - Leġiżlazzjoni li tikkonċerna l-ispejjeż u kumpens tal-membri tal-Parlament Ewropew - Modifika tas-sistema ta’ pensjoni kumplimentari volontarja - Kunċett ta’ “deċiżjoni individwali meħuda fir-rigward ta’ membru tal-Parlament” - Artikolu 72 tal-miżuri ta’ applikazzjoni tal-Istatut għall-Membri tal-Parlament - Is-sitt paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE - Terminu għall-preżentata ta’ appell)

(2021/C 278/27)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Bruno Gollnisch (rappreżentant: B. Bonnefoy-Claudet, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: M. Ecker u Z. Nagy, aġenti)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

B. Gollnisch huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 175, 25.5.2020


12.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 278/20


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-12 ta’ Mejju 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de lo Social no 3 de Barcelona – Spanja) – YJ vs Instituto Nacional de la Seguridad Social (INSS)

(Kawża C-130/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ugwaljanza fit-trattament bejn irġiel u nisa fil-qasam tas-sigurtà soċjali - Direttiva 79/7/KEE - Artikolu 4(1) - Diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi l-għoti ta’ suppliment għall-pensjoni minħabba l-maternità lin-nisa li kellhom ċertu numru ta’ ulied - Esklużjoni, mill-benefiċċju ta’ dan is-suppliment għall-pensjoni, tan-nisa li jkunu talbu rtirar antiċipat - Kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 79/7/KEE)

(2021/C 278/28)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de lo Social no 3 de Barcelona

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: YJ

Konvenut: Instituto Nacional de la Seguridad Social (INSS)

Dispożittiv

Id-Direttiva tal-Kunsill 79/7/KEE tad-19 ta’ Diċembru 1978 dwar l-implimentazzjoni progressiva tal-prinċipju tat-trattament ugwali ta’ l-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ sigurtà soċjali ma tapplikax għal leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi, favur nisa li kellhom mill-inqas żewġ ulied bijoloġiċi jew adottati, suppliment għall-pensjoni minħabba l-maternità fil-każ ta’ rtirar fl-età legali jew fil-każ ta’ rtirar antiċipat għal ċerti raġunijiet previsti mil-liġi, iżda mhux fil-każ ta’ rtirar antiċipat volontarju tal-persuna kkonċernata.


(1)  ĠU C 201, 15.6.2020.


12.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 278/21


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-6 ta’ Mejju 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Giustizia amministrativa per la Regione siciliana – l-Italja) – Analisi G. Caracciolo srl vs Regione Siciliana – Assessorato regionale della salute – Dipartimento regionale per la pianificazione, Regione Sicilia – Assessorato della salute – Dipartimento per le attività sanitarie e osservatorio, Accredia – Ente Italiano di Accreditamento, Azienda sanitaria provinciale di Palermo

(Kawża C-142/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet - Regolament (KE) Nru 765/2008 - Rekwiżiti għall-akkreditazzjoni u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti. - Korp nazzjonali ta’ akkreditazzjoni uniku - Ħruġ taċ-ċertifikat ta’ akkreditazzjoni lill-korpi ta’ evalwazzjoni tal-konformità - Korp ta’ akkreditazzjoni li għandu s-sede tiegħu fi Stat terz - Artikolu 56 TFUE - Artikolu 102 TFUE - Artikoli 20 u 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Validità)

(2021/C 278/29)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Giustizia amministrativa per la Regione siciliana

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Analisi G. Caracciolo srl

Konvenuti: Regione Siciliana – Assessorato regionale della salute – Dipartimento regionale per la pianificazione, Regione Sicilia – Assessorato della salute – Dipartimento per le attività sanitarie e osservatorio, Accredia – Ente Italiano di Accreditamento, Azienda sanitaria provinciale di Palermo

fil-preżenza ta’: Perry Johnson Laboratory Accreditation Inc.

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 4(1) u (5) u l-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 339/93, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu l-interpretazzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li l-attività ta’ akkreditazzjoni tista’ tiġi eżerċitata minn korpi li ma humiex il-korp nazzjonali ta’ akkreditazzjoni uniku, fis-sens ta’ dan ir-regolament, li għandhom is-sede tagħhom fi Stat terz, anki meta dawn il-korpi jiggarantixxu l-osservanza tal-istandards internazzjonali u juru, b’mod partikolari permezz ta’ arranġamenti ekwivalenti ta’ rikonoxximent reċiproku, li għandhom kwalifika ekwivalenti għal dik tal-imsemmi korp ta’ akkreditazzjoni uniku.

2)

L-eżami tat-tieni domanda preliminari ma wassal għal ebda element ta’ natura li jaffettwa l-validità tad-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu II tar-Regolament Nru 765/2008 fid-dawl tal-Artikoli 56 u 102 TFUE u kif ukoll tal-Artikoli 20 u 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 209, 22.6.2020.


12.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 278/22


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-12 ta’ Mejju 2021 – Claudio Necci vs Il-Kummissjoni Ewropea, Il-Parlament Ewropew, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-202/20 P) (1)

(Appell - Servizz pubbliku - Ex membru tal-persunal bil-kuntratt - Sigurtà soċjali - Skema ta’ Assigurazzjoni għall-Mard Komuni għall-Istituzzjonijiet tal-Komunitajiet Ewropej (SAMK) - Artikolu 95 tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra tal-Unjoni Ewropea (KAO) - Żamma ta’ affiljazzjoni wara l-irtirar - Kundizzjoni li wieħed ikun ilu impjegat għal iktar minn tliet snin - Talba għall-affiljazzjoni mas-SAMK wara trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni - Assimilazzjoni tas-snin ta’ servizz pensjonabbli akkreditati għal snin ta’ servizz - Ċaħda tat-talba - Rikors għal annullament - Att li jikkawża preġudizzju - Digriet tal-Qorti Ġenerali li jikkonstata l-inammissibbiltà tar-rikors - Annullament)

(2021/C 278/30)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Claudio Necci (rappreżentanti: inizjalment minn S. Orlandi u T. Martin, avukati, sussegwentement minn S. Orlandi, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Mongin u T. S. Bohr, aġenti), Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: J. Van Pottelberge u I. Terwinghe, aġenti), Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u M. Alver, aġenti)

Dispożittiv

1)

Id-digriet tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-25 ta’ Marzu 2020, Necci vs Il-Kummissjoni (T-619/19, mhux ippubblikat, EU:T:2020:131), huwa annullat.

2)

Il-kawża qiegħda tintbagħat lura quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

3)

L-ispejjeż huma rriżervati.


(1)  ĠU C 304, 14.9.2020.


12.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 278/22


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-20 ta’ Mejju 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Upper Tribunal (Tax and Chancery Chamber) – ir-Renju Unit) – Renesola UK Ltd vs The Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs

(Kawża C-209/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Unjoni doganali - Evalwazzjoni tal-validità - Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1357/2013 - Determinazzjoni tal-pajjiż ta’ oriġini tal-moduli solari assemblati f’pajjiż terz minn ċelloli solari mmanifatturati f’pajjiż terz ieħor - Regolament (KEE) Nru 2913/92 - Kodiċi Doganali tal-Komunità - Artikolu 24 - Oriġini tal-merkanzija li l-produzzjoni tagħha tinvolvi diversi pajjiżi terzi - Kunċett tal-“aħħar ipproċessar jew ħidma sostanzjali”)

(2021/C 278/31)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Upper Tribunal (Tax and Chancery Chamber)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Renesola UK Ltd

Konvenut: The Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs

Dispożittiv

L-eżami tal-ewwel domanda preliminari ma żvela ebda element ta’ natura li jaffettwa l-validità tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1357/2013 tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2454/93 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju.


(1)  ĠU C 262, 10.8.2020.


12.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 278/23


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-20 ta’ Mejju 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Augstākā tiesa (Senāts) – il-Latvja) – “BTA Baltic Insurance Company” AAS vs Valsts ieņēmumu dienests

(Kawża C-230/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Regolament (KEE) Nru 2913/92 - Kodiċi Doganali tal-Komunità - Artikolu 195 - Artikolu 232(1)(a) - Artikolu 221(3) - Tariffa doganali komuni - Irkupru tal-ammont tad-dejn doganali - Komunikazzjoni tal-ammont tad-dazji lid-debitur - Terminu ta’ preskrizzjoni - Appell taħt garanzija ippreżentat kontra l-garanti - Eżekuzzjoni forzata għall-finijiet tal-ħlas - Terminu raġonevoli)

(2021/C 278/32)

Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

Qorti tar-rinviju

Augstākā tiesa (Senāts)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent:“BTA Baltic Insurance Company” AAS

Konvenut: Valsts ieņēmumu dienests

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 195 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1186/2009 tas-16 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ eżenzjonijiet mid-dazju doganali, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-garanti għal dejn doganali msemmi f’dak l-artikolu ma jistax ikun ikkwalifikat bħala “debitur” fis-sens tal-Artikolu 221(3) tar-Regolament Nru 2913/92, kif emendat bir-Regolament Nru 1186/2009, u għaldaqstant, it-terminu ta’ preskrizzjoni ta’ tliet snin mid-data tat-tnissil tad-dejn doganali previst f’dik id-dispożizzjoni ma jistax japplika.

2)

L-Artikolu 232(1)(a) tar-Regolament Nru 2913/92, kif emendat bir-Regolament Nru 1186/2009, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-obbligu tal-Istati Membri, previst f’dik id-dispożizzjoni, li jagħmlu użu mill-possibbiltajiet kollha li d-dispożizzjonijiet fis-seħħ jagħtuhom sabiex jiksbu l-ħlas tad-dazji japplikaw mhux biss għad-debitur, iżda wkoll għall-garanti, u li dan tal-aħħar jista’ għalhekk jiġi kkunsidrat, bis-saħħa tal-imsemmi Artikolu 232(1)(a), bħala l-persuna li kontriha hija diretta l-eżekuzzjoni forzata u li hija suġġetta għar-regoli tal-Istat Membru, inklużi dawk relatati mat-termini, fi kwistjonijiet ta’ eżekuzzjoni.

3)

Ir-regola li tirriżulta mill-prinċipju ta’ ċertezza legali li tgħid li għandu jiġi osservat terminu ta’ preskrizzjoni raġonevoli għandha tkun interpretata fis-sens li tapplika għall-azzjoni mressqa kontra l-garanti sabiex jiġi żgurat l-irkupru ta’ dejn doganali.


(1)  ĠU C 255, 3.8.2020.


12.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 278/24


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tad-29 ta’ April 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank Amsterdam – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ kontra X

(Kawża C-665/20 PPU) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali - Deċiżjoni Qafas 2002/584/ĠAI - Mandat ta’ arrest Ewropew - Raġunijiet għal nuqqas ta’ eżekuzzjoni fakultattiv - Punt 5 tal-Artikolu 4 - Persuna rikjesta li ġiet iġġudikata b’mod definittiv għall-istess atti minn pajjiż terz - Sentenza li ġiet skontata jew li ma tistax tiġi eżegwita iżjed taħt il-liġi tal-pajjiż li ta s-sentenza - Implimentazzjoni - Marġni ta’ diskrezzjoni tal-awtorità ġudizzjarji ta’ eżekuzzjoni - Kunċett ta’ “l-istess atti” - Maħfra ta’ piena mogħtija minn awtorità mhux ġudizzjarja bħala parti minn miżura ta’ klemenza ġenerali)

(2021/C 278/33)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank Amsterdam

Parti fil-kawża prinċipali

X

Dispożittiv

1)

Il-punt 5 tal-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri (2002/584/ĠAI), kif emendata bid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/299/ĠAI tas-26 ta’ Frar 2009, għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta Stat Membru jagħżel li jittrasponi din id-dispożizzjoni fid-dritt intern tiegħu, l-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni għandu jkollha marġni ta’ diskrezzjoni sabiex tiddetermina jekk hemmx lok jew le li tirrifjuta li teżegwixxi mandat ta’ arrest Ewropew għar-raġuni msemmija fl-imsemmija dispożizzjoni.

2)

Il-punt 2 tal-Artikolu 3 u l-punt 5 tal-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584, kif emendata bid-Deċiżjoni Qafas 2009/299, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-kunċett ta’ “l-istess atti” li jinsab f’dawn iż-żewġ dispożizzjonijiet, għandu jiġi interpretat b’mod uniformi.

3)

Il-punt 5 tal-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584, kif emendata bid-Deċiżjoni Qafas 2009/299, li jissuġġetta l-applikazzjoni tar-raġuni għal nuqqas ta’ eżekuzzjoni fakultattiv prevista f’din id-dispożizzjoni għall-kundizzjoni li, fil-każ ta’ kundanna, is-sentenza tkun ġiet skontata, tkun qiegħda tiġi skontata jew ma tkunx tista’ tiġi eżegwita iżjed taħt il-liġi tal-pajjiż li ta s-sentenza, għandu jiġi interpretat fis-sens li din il-kundizzjoni tkun issodisfatta meta l-persuna rikjesta tkun ġiet ikkundannata b’mod definittiv għall-istess atti permezz ta’ piena ta’ priġunerija li parti minnha tkun ġiet eżegwita f’pajjiż terz li fih tkun ingħatat is-sentenza, filwaqt li tkun ibbenefikat għall-bqija tal-kundanna minn maħfra tal-piena, mogħtija minn awtorità mhux ġudizzjarja ta’ dan il-pajjiż, bħala parti minn miżura ta’ klemenza ġenerali li hija applikabbli wkoll għal persuni kkundannati għal atti gravi, u li ma hijiex ibbażata fuq kunsiderazzjonijiet razzjonali ta’ politika kriminali. Hija l-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni, fl-eżerċizzju tal-marġni ta’ diskrezzjoni li għandha, li għandha tibbilanċja, minn naħa, il-prevenzjoni tal-impunità kif ukoll il-ġlieda kontra l-kriminalità u, min-naħa l-oħra, il-garanzija taċ-ċertezza legali tal-persuna kkonċernata.


(1)  ĠU C 128, 12.4.2021.


12.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 278/24


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Apelacyjny w Warszawie (il-Polonja) fil-11 ta’ Settembru 2020 – A.K. vs Skarb Państwa

(Kawża C-428/20)

(2021/C 278/34)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Apelacyjny w Warszawie

Partijiet fil-kawża prinċipali

Appellant: A.K.

Konvenut: Skarb Państwa

Domandi preliminari

Skont l-Artikolu 2 tad-Direttiva 2005/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2005 li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 72/166/KEE, 84/5/KEE, 88/357/KEE u 90/232/KEE u d-Direttiva 2000/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward ta’ l-użu ta’ vetturi bil-mutur (1), Stat Membru li jkun stabbilixxa perijodu ta’ tranżizzjoni għall-aġġustament tal-ammonti minimi ggarantiti, għandu l-obbligu li jżid l-ammonti ggarantiti b’mill-inqas nofs l-ammonti ddefiniti fl-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 84/5/KEE, kif emendat, fi żmien 30 xahar mill-iskadenza tat-terminu għall-eżekuzzjoni tad-Direttiva:

fir-rigward tal-kuntratti kollha ta’ assigurazzjoni tal-vetturi fis-seħħ wara l-iskadenza tal-imsemmija 30 xahar, inkluż il-kuntratti konklużi qabel il-11 ta’ Diċembru 2009 iżda fis-seħħ anki wara dik id-data, fir-rigward ta’ fatti dannużi li seħħew wara l-11 ta’ Diċembru 2009,

jew esklużivament fir-rigward ta’ kuntratti ġodda ta’ assigurazzjoni tal-vetturi konklużi wara l-11 ta’ Diċembru 2009?


(1)  ĠU 2005, L 149, p. 14.


12.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 278/25


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul Neamţ (ir-Rumanija) fit-3 ta’ Novembru 2020 – Ministerul Public – D.N.A. – Serviciul Teritorial Bacău vs XXX, YYY

(Kawża C-580/20)

(2021/C 278/35)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Tribunalul Neamţ

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: XXX, YYY

Partijiet oħra fil-proċedura: Ministerul Public – D.N.A. – Serviciul Teritorial Bacău

Permezz ta’ digriet tal-11 ta’ Mejju, il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) iddeċidiet li t-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Neamț (il-Qorti tal-Kontea ta’ Neamț, ir-Rumanija) permezz ta’ deċiżjoni tal-14 ta’ Ottubru 2020 hija manifestament inammissibbli.


12.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 278/25


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Stuttgart (il-Ġermanja) fis-26 ta' Marzu 2021 – Paypal (Europe) Sàrl et Cie, SCA vs PQ

(Kawża C-190/21)

(2021/C 278/36)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberlandesgericht Stuttgart

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Paypal (Europe) Sàrl et Cie, SCA

Konvenut: PQ

Domandi preliminari

1)

Talba abbażi ta’ tort, ikkunsidrata b’mod iżolat u mogħtija tifsira indipendenti, għandha titqies bħala kwistjoni relatata ma’ kuntratt skont l-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (1) fil-każ fejn kwistjoni relatata ma’ tort tikkompeti b’xi mod ma’ kwistjoni relatata ma’ kuntratt, iżda l-eżistenza tagħha ma tiddependix fuq l-interpretazzjoni tal-kuntratt?

2)

Jekk l-ewwel domanda tingħata risposta fin-negattiv: Meta fornitur ta’ servizzi ta’ pagament jittrasferixxi flus elettroniċi mill-kont ta’ klijent lejn il-kont ta’ pagament ta’ operatur ta’ logħob tal-azzard miżmum mal-istess fornitur ta’ servizzi ta’ pagament, u meta l-involviment tal-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament fil-pagamenti lill-operatur ta’ logħob tal-azzard jista’ jitqies li għandu natura ta’ tort, il-post fejn ikun twettaq l-avveniment dannuż fis-sens tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 1215/2012 jinsab:

2.1

Fil-post fejn huwa stabbilit il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament, bħala l-post tat-tranżazzjoni bi flus elettroniċi?

2.2

Fil-post fejn talba għal rimbors tal-ispejjeż takkumula għall-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament kontra l-klijent li ordna l-pagament bħala riżultat tat-tranżazzjoni (kemm-il darba din tkun legali)?

2.3

Fil-post fejn jirrisjedi l-klijent li ordna l-pagament?

2.4

Fil-post fejn jinżamm il-kont tal-bank tal-klijent, li għalih il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament ikollu prokura ta’ debitu dirett li jippermettilu li jżid il-kreditu fil-kont tal-flus elettroniċi?

2.5

Fil-post fejn jintilfu bil-logħob tal-azzard il-flus ittrasferiti mill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament lejn il-kont tal-imħatri li l-lagħab għandu mal-operatur ta’ logħob tal-azzard, jiġifieri, il-post fejn huwa stabbilit l-operatur ta’ logħob tal-azzard?

2.6

Fil-post fejn il-klijent jilgħab il-logħba pprojbita (kemm-il darba dan ikun ukoll il-post fejn jirrisjedi l-klijent)?

2.7

F’ebda wieħed minn dawn il-postijiet?

2.8

Jekk il-parti 2 tat-tieni domanda tingħata risposta fl-affermattiv u huwa l-post fejn talba għal rimbors tal-ispejjeż takkumula għall-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament kontra l-klijent bħala riżultat tal-operazzjoni: Fejn takkumula t-talba għal rimbors tal-ispejjeż kontra l-klijent li ordna l-pagament? Jista’ l-post ta’ provvista tal-kuntratt qafas għal servizzi ta’ pagament jew il-post fejn jirrisjedi d-debitur jitqiesu li huma l-post fejn jinsab id-dejn?


(1)  ĠU 2012 L 351, p. 1.


12.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 278/26


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal administratif de Dijon (Franza) fil-31 ta’ Marzu 2021 – M. X vs Préfet de Saône-et-Loire

(Kawża C-206/21)

(2021/C 278/37)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal administratif de Dijon

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: M. X

Konvenut: Préfet de Saône-et-Loire

Domanda preliminari

Il-punt (b) tal-paragrafu 1 tal-Artikolu 7, kif ukoll il-paragrafu 4 tal-Artikolu 8 tad-Direttiva 2004/38/KE tad-29 ta’ April 2004 (1), billi jeżiġu assigurazzjoni għall-mard u riżorsi suffiċjenti sabiex ma jkunux ta’ piż fuq is-sistema ta’ għajnuna soċjali, jikkostitwixxu diskriminazzjoni indiretta […] għad-detriment ta’ persuni li, minħabba d-diżabbiltà tagħhom ma jistgħux jeżerċitaw attività professjonali jew jistgħu jeżerċitaw biss attività limitata jistgħu b’hekk ma jkollhomx għad-dispożizzjoni tagħhom riżorsi suffiċjenti sabiex jipprovdu għall-bżonnijiet tagħhom mingħajr ma jagħmlu użu sinjifikattiv jew saħansitra mhux raġonevoli mis-sistema ta’ għajnuna soċjali tal-Istat Membru li fih huma jirrisjedu?


(1)  Direttiva 2004/38/KE tal-parlament ewropew u tal-kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini ta’ l-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju ta’ l-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 46).


12.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 278/27


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (il-Ġermanja) fid-19 ta’ April 2021 – Bundesrepublik Deutschland irrappreżentata mill-Bundesministerium des Innern, für Bau und Heimat vs MA, PB

(Kawża C-245/21)

(2021/C 278/38)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesverwaltungsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Bundesrepublik Deutschland

Konvenuti: MA, PB

Domandi preliminari

1)

Sospensjoni amministrattiva tal-infurzar tad-deċiżjoni tat-trasferiment, li hija revokabbli biss minħabba l-impossibbiltà attwali (temporanja) tat-trasferimenti kkawżata mill-pandemija COVID 19, taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 27(4) tar-Regolament (UE) Nru 604/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida (1) waqt proċeduri ta’ appell ġudizzjarju?

2)

Fil-każ li r-risposta għall-ewwel domanda tkun fl-affermattiv: tali deċiżjoni ta’ sospensjoni twassal għal interruzzjoni tat-terminu tat-trasferiment skont l-Artikolu 29(1) tar-Regolament Dublin III?

3)

Fil-każ li r-risposta għat-tieni domanda tkun fl-affermattiv: dan japplika wkoll jekk, qabel it-tifqigħa tal-pandemija COVID 19, qorti kienet ċaħdet l-applikazzjoni mill-persuna li kienet qiegħda tfittex il-protezzjoni sabiex tiġi sospiża l-implimentazzjoni tad-deċiżjoni tat-trasferiment skont l-Artikolu 27(3)(c) tar-Regolament Nru 604/2013 sal-eżitu tal-proċeduri ta’ appell?


(1)  ĠU 2013, L 180, p. 31, rettifika fil-ĠU 2017, L 49, p. 50.


12.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 278/28


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (il-Ġermanja) fil-21 ta’ April 2021 – Bundesrepublik Deutschland irrappreżentata mill-Bundesministerium des Innern, für Bau und Heimat vs LE

(Kawża C-248/21)

(2021/C 278/39)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesverwaltungsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Bundesrepublik Deutschland

Konvenut: LE

Domandi preliminari

1)

Sospensjoni amministrattiva tal-infurzar tad-deċiżjoni tat-trasferiment, li hija revokabbli biss minħabba l-impossibbiltà attwali (temporanja) tat-trasferimenti kkawżata mill-pandemija COVID 19, taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 27(4) tar-Regolament (UE) Nru 604/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida (1) waqt proċeduri ta’ appell ġudizzjarju?

2)

Fil-każ li r-risposta għall-ewwel domanda tkun fl-affermattiv: tali deċiżjoni ta’ sospensjoni twassal għal interruzzjoni tat-terminu tat-trasferiment skont l-Artikolu 29(1) tar-Regolament Dublin III?

3)

Fil-każ li r-risposta għat-tieni domanda tkun fl-affermattiv: dan japplika wkoll jekk, qabel it-tifqigħa tal-pandemija COVID 19, qorti kienet ċaħdet l-applikazzjoni mill-persuna li kienet qiegħda tfittex il-protezzjoni sabiex tiġi sospiża l-implimentazzjoni tad-deċiżjoni tat-trasferiment skont l-Artikolu 27(3)(c) tar-Regolament Nru 604/2013 sal-eżitu tal-proċeduri ta’ appell?


(1)  ĠU 2013, L 180, p. 31, rettifika fil-ĠU 2017, L 49, p. 50.


12.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 278/28


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale ordinario di Roma (l-Italja) fit-22 ta’ April 2021 – DG vs Ministero dell'Interno – Dipartimento per le Libertà Civili e l'Immigrazione – Direzione Centrale dei Servizi Civili per L’Immigrazione e l’Asilo – Unità Dublino

(Kawża C-254/21)

(2021/C 278/40)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale ordinario di Roma

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: DG

Konvenut: Ministero dell'Interno – Dipartimento per le Libertà Civili e l'Immigrazione – Direzione Centrale dei Servizi Civili per L’Immigrazione e l’Asilo – Unità Dublino

Domandi preliminari

1)

Id-dritt għal rimedju effettiv, fis-sens tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Karta”) għandu jiġi interpretat fis-sens li, fiċ-ċirkustanzi tal-kawża prinċipali, l-Artikoli 4 u 19 ta’ din l-istess Karta jiggarantixxu wkoll protezzjoni mir-riskju ta’ refoulement indirett wara t-trasferiment lejn Stat Membru tal-Unjoni Ewropea li diġà jkun eżamina u ċaħad l-ewwel applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali, u li fih ma jkunx hemm difetti sistemiċi fis-sens tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament Nru 604/2013 (1) (meta ma jkun hemm l-ebda Stat Membru ieħor responsabbli skont il-kriterji stabbiliti fil-Kapitoli III u IV)?

2)

Il-qorti tal-Istat Membru li fih ġiet ippreżenta t-tieni applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali, li tkun ġiet adita b’rikors skont l-Artikolu 27 tar-Regolament Nru 604/2013 u li għaldaqstant għandha l-ġurisdizzjoni sabiex tevalwa t-trasferiment fi ħdan l-Unjoni Ewropea iżda mhux sabiex tiddeċiedi dwar l-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali, għandha tqis bħala eżistenti r-riskju ta’ refoulement indirett lejn pajjiż terz, meta l-Istat Membru fejn ġiet ippreżentata l-ewwel applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali jkun interpreta b’mod differenti il-kunċett ta’ “Protezzjoni interna” stabbilit fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2011/95/UE (2)?

3)

L-evalwazzjoni [tar-riskju] ta’ refoulement indirett wara interpretazzjoni differenti tal-bżonn ta’ “Protezzjoni interna” minn żewġ Stati Membri, hija kompatibbli mal-Artikolu 3(1) (it-tieni parti) tar-Regolament [Nru 604/2013] u mal-projbizzjoni ġenerali magħmula fil-konfront ta’ ċittadini ta’ pajjiż terz li jagħżlu l-pajjiż tal-Unjoni li fih jippreżentaw l-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali tagħhom?

4)

Jekk ir-risposta għad-domandi preċedenti tkun fl-affermattiv:

a)

L-evalwazzjoni tal-eżistenza tar-[riskju] ta’ refoulement indirett magħmula mill-qorti tal-Istat li fih l-applikant ikun ippreżenta t-tieni applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali wara ċ-ċaħda tal-ewwel applikazzjoni tiegħu, għandha l-ħtieġa li tapplika l-klawżola stabbilita fl-Artikolu 17(1), u ddefinita fir-Regolament Nru 604/2013 bħala “Klawsoli diskrezzjonali”?

b)

Liema huma l-kriterji li l-qorti adita [skont] l-Artikolu 27 tar-Regolament Nru 604/2013 għandha tuża sabiex tevalwa r-riskju ta’ refoulement indirett, minbarra dawk stabbiliti fil-Kapitoli III u IV, inkunsiderazzjoni tal-fatt li tali riskju diġà jkun ġie eskluż mill-Istat li jkun eżamina l-ewwel applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali?


(1)  Regolament (UE) Nru 604/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida (ĠU 2013, L 180, p. 31, rettifika fil-ĠU 2017, L 49, p. 50).

(2)  Direttiva 2011/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar standards għall-kwalifika ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali, għal stat uniformi għar-refuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (riformulazzjoni) (ĠU 2011, L 337, p. 9).


12.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 278/29


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht München (il-Ġermanja) fit-22 ta’ April 2021 – KP vs TV u Gemeinde Bodman-Ludwigshafen

(Kawża C-256/21)

(2021/C 278/41)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberlandesgericht München

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: KP

Konvenuti: TV, Gemeinde Bodman-Ludwigshafen

Domanda preliminari

L-Artikolu 124(d) u l-Artikolu 128 tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2017 dwar it-trademark tal-Unjoni Ewropea (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-qorti tat-trade marks tal-Unjoni għandha ġurisdizzjoni sabiex tiddeċiedi dwar l-invalidità ta’ trade mark tal-Unjoni sostnuta permezz ta’ kontrotalba fis-sens tal-Artikolu 128 ta’ dan ir-regolament anki wara li l-kawża ta’ ksur ta’ trade mark ibbażata fuq din it-trade mark tal-Unjoni fis-sens tal-Artikolu 124(a) tkun ġiet irtirata?


(1)  ĠU 2017, L 154, p. 1.


12.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 278/30


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Korkein oikeus (il-Finlandja) fit-22 ta’ April 2021 – Keskinäinen Vakuutusyhtiö Fennia vs Koninklijke Philips N.V.

(Kawża C-264/21)

(2021/C 278/42)

Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

Qorti tar-rinviju

Korkein oikeus

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Keskinäinen Vakuutusyhtiö Fennia

Konvenut: Koninklijke Philips N.V.

Domandi preliminari

1)

Il-kunċett ta’ produttur fis-sens tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 1999/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 Mejju 1999 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 85/374/KE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri dwar responabbiltà għall-prodotti difettużi (1) jirrikjedi li persuna li tqiegħed isimha, il-marka tan-negozju tagħha jew fattur distintiv ieħor fuq il-prodott, jew li awtorizzat dan it-tqegħid, tippreżenta lilha nnifisha ukoll bħala l-produttur tal-prodott b’xi mod ieħor?

2)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, fid-dawl ta’ liema kriterji għandu jiġi evalwat il-fatt li persuna tippreżenta lilha nnifisha bħala l-produttur tal-prodott? Huwa rilevanti għal din l-evalwazzjoni li l-prodott kien immanifatturat minn sussidjarja tal-proprjetarju tat-trade mark u ddistribwit minn sussidjarja oħra?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 4, p. 147.


12.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 278/30


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (il-Belġju) fid-29 ta’ April 2021 – Secrétariat général de l’Enseignement catholique ASBL (SeGEC), Fédération des Établissements libres subventionnés indépendants ASBL (FELSI), Groupe scolaire Don Bosco à Woluwe-Saint-Lambert ASBL, École fondamentale libre de Chênée ASBL, Collège Saint-Guibert de Gembloux ASBL, Collège Saint-Benoit de Maredsous ASBL, Pouvoir organisateur des Centres PMS libres à Woluwe ASBL vs Institut des Comptes nationaux (ICN), Banque nationale de Belgique

(Kawża C-277/21)

(2021/C 278/43)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Secrétariat général de l’Enseignement catholique ASBL (SeGEC), Fédération des Établissements libres subventionnés indépendants ASBL (FELSI), Groupe scolaire Don Bosco à Woluwe-Saint-Lambert ASBL, École fondamentale libre de Chênée ASBL, Collège Saint-Guibert de Gembloux ASBL, Collège Saint-Benoit de Maredsous ASBL, Pouvoir organisateur des Centres PMS libres à Woluwe ASBL

Konvenuti: Institut des Comptes nationaux (ICN), Banque nationale de Belgique

Domandi preliminari

1)

L-inċiż (h) tal-punt 20.309 tal-Anness A tar-Regolament Nru 549/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar is-sistema Ewropea tal-kontijiet nazzjonali u reġjonali fl-Unjoni Ewropea (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li leġiżlazzjoni li permezz tagħha amministrazzjoni pubblika kompetenti fil-qasam tal-attività tat-tagħlim:

tapprova l-programm ta’ studji,

tirregola kemm l-istruttura tal-istudji kif ukoll l-attivitajiet prijoritarji u speċifiċi, torganizza kontroll tal-kundizzjonijiet ta’ reġistrazzjoni u ta’ tkeċċija tal-istudenti, deċiżjonijiet tal-kunsilli tal-klassi u tal-parteċipazzjoni finanzjarja, torganizza l-irraggruppar tal-istabbilimenti skolastiċi fi ħdan networks strutturati u teħtieġ it-tfassil ta’ proġetti edukattivi, pedagoġiċi u ta’ stabbiliment kif ukoll is-sottomissjoni ta’ rapport ta’ attivitajiet,

torganizza kontroll u spezzjoni speċjalment dwar il-fergħat mgħallma, il-livell tal-istudji u l-applikazzjoni tal-liġijiet lingwistiċi bl-esklużjoni tal-metodi pedagoġiċi u

timponi għal kull klassi, taqsima, livell jew diviżjonijiet oħrajn numru minimu ta’ studenti, ħlief fil-każ ta’ deroga ministerjali,

għandha titqies bħala “eċċessiva” fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, sal-punt li tiddetta jew torbot, effettivament, il-politika ġenerali jew il-programm tad-diviżjonijiet tal-qasam ta’ attività kkonċernat?

2)

Il-punt 20.15 tal-Anness A tal-istess regolament, għandu jiġi interpretat bħala li jinkludi fil-kunċett ta’ leġiżlazzjoni ġenerali regoli speċifiċi li jikkostitwixxu “statut”, applikabbli għall-membri tal-persunal tal-istituzzjonijiet mingħajr skop ta’ lukru attivi fil-qasam tat-tagħlim li huma s-suġġett ta’ finanzjament minn amministrazzjoni pubblika?


(1)  ĠU 2013, L 174, p. 1


12.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 278/31


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Østre Landsret (id-Danimarka) fit-28 ta’ April 2021 – Dansk Akvakultur, għan-nom ta’ AquaPri A/S vs Miljø- og Fødevareklagenævnet

(Kawża C-278/21)

(2021/C 278/44)

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Qorti tar-rinviju

Østre Landsret

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Dansk Akvakultur, għan-nom ta’ AquaPri A/S

Konvenut: Miljø- og Fødevareklagenævnet

Intervenjent: Landbrug & Fødevarer (insostenn ta’ AquaPri A/S)

Domandi preliminari

1)

L-[ewwel sentenza tal-]Artikolu 6(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni ta’ l-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (Direttiva dwar il-Habitats) (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa applikabbli għal sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża preżenti li fiha tintalab awtorizzazzjoni sabiex jitkompla l-operat ta’ farm tal-ħut, fejn l-attività tal-farm tal-ħut u l-emissjoni tan-nitroġenu u ta’ nutrijenti oħra baqgħu l-istess meta mqabbla mal-attività u mal-emissjoni awtorizzati fl-2006, iżda fejn ma saret ebda evalwazzjoni tal-attività ġenerali u tal-effetti kumulattivi tal-farms tal-ħut kollha fiż-żona inkonnessjoni mal-awtorizzazzjoni preċedenti tal-farm tal-ħut, sa fejn l-awtoritajiet rilevanti eżaminaw biss l-emissjoni addizzjonali ġenerali tan-nitroġenu eċċ, mill-farm tal-ħut ikkonċernat?

2)

Huwa rilevanti, għall-finijiet tar-risposta għall-ewwel domanda, li l-Pjan ta’ Ġestjoni tal-Baċir Idrografiku 2015-2021 jieħu inkunsiderazzjoni l-preżenza ta’ farms tal-ħut fiż-żona sa fejn jiżgura ammont speċifiku ta’ nitroġenu sabiex il-farms tal-ħut eżistenti fiż-żona jkunu jistgħu jużaw l-awtorizzazzjonijiet ta’ emissjonijiet preżenti tagħhom u li l-emissjonijiet attwali mill-farms tal-ħut jibqgħu fil-limiti stabbiliti?

3)

Jekk, f’sitwazzjoni bħal dik tal-kawża preżenti, għandha ssir evalwazzjoni skont l-[ewwel sentenza tal-]Artikolu 6(3) tad-Direttiva dwar il-Habitats, l-awtorità rilevanti hija rikjesta, inkonnessjoni ma’ din l-evalwazzjoni, li tieħu inkunsiderazzjoni l-limiti tal-emissjonijiet tan-nitroġenu previsti fil-Pjan ta’ Ġestjoni tal-Baċir Idrografiku 2015-2021 u kwalunkwe informazzjoni oħra u evalwazzjonijiet rilevanti li jistgħu jirriżultaw mill-Pjan ta’ Ġestjoni tal-Baċir Idrografiku jew mill-pjan Natura 2000 għaż-żona?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 102


12.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 278/32


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Østre Landsret (id-Danimarka) fit-28 ta’ April 2021 – X vs Udlændingenævnet

(Kawża C-279/21)

(2021/C 278/45)

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Qorti tar-rinviju

Østre Landsret

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: X

Konvenut: Udlændingenævnet

Domandi preliminari

1)

Il-klawżola “standstill” fl-Artikolu 13 tad-Deċiżjoni Nru 1/80 (1) tipprekludi l-introduzzjoni u l-applikazzjoni ta’ dispożizzjoni nazzjonali li, bħala kundizzjoni għar-riunifikazzjoni tal-konjuġi, teżiġi – sakemm ma jkunx hemm raġunijiet imperattivi f’każ speċifiku – li l-konjuġi/konkubin jgħaddi minn test tal-lingwa fil-lingwa uffiċjali tal-Istat Membru ospitanti, li bħala ħaddiem Tork fl-Istat Membru tal-Unjoni Ewropea kkonċernat, huwa kopert mill-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni u mid-Deċiżjoni Nru 1/80, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li fiha l-ħaddiem Tork akkwista d-dritt ta’ residenza permanenti f’dan l-Istat Membru taħt il-leġiżlazzjoni fis-seħħ preċedentement, li ma kinitx teżiġi li l-fatt li wieħed jgħaddi minn test tal-lingwa tal-Istat Membru kkonċernat ikun prekundizzjoni għall-akkwist ta’ dak id-dritt?

2)

Il-projbizzjoni speċifika ta’ diskriminazzjoni stabbilita fl-Artikolu 10(1) tad-Deċiżjoni Nru 1/80 tkopri dispożizzjoni nazzjonali li, bħala kundizzjoni għar-riunifikazzjoni tal-konjuġi, teżiġi – sakemm ma jkunx hemm raġunijiet imperattivi f’każ speċifiku – li l-konjuġi/konkubin jgħaddi minn test tal-lingwa fil-lingwa uffiċjali tal-Istat Membru ospitanti, li bħala ħaddiem Tork fl-Istat Membru tal-Unjoni Ewropea kkonċernat, huwa kopert mill-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni u mid-Deċiżjoni Nru 1/80, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li fiha l-ħaddiem Tork akkwista d-dritt ta’ residenza permanenti fl-Istat Membru kkonċernat taħt il-leġiżlazzjoni fis-seħħ preċedentement, li ma kinitx teżiġi li l-fatt li wieħed jgħaddi minn test tal-lingwa tal-Istat Membru kkonċernat ikun prekundizzjoni għall-akkwist ta’ dak id-dritt?

3)

Fil-każ li r-risposta għat-tieni domanda tkun fin-negattiv, il-projbizzjoni ġenerali ta’ diskriminazzjoni stabbilita fl-Artikolu 9 tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni tipprekludi dispożizzjoni nazzjonali, bħal dik imsemmija, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li fiha l-ħaddiem Tork akkwista d-dritt ta’ residenza permanenti fl-Istat Membru kkonċernat taħt il-leġiżlazzjoni fis-seħħ preċedentement, li ma kinitx tirrikjedi li l-fatt li wieħed jgħaddi minn test tal-lingwa tal-Istat Membru ospitanti ikun prekundizzjoni għall-akkwist ta’ dak id-dritt, filwaqt li tali rekwiżit ma japplikax għal ċittadini tal-Istat Membru Nordiku inkwistjoni (f’dan il-każ, id-Danimarka) u ta’ pajjiżi Nordiċi oħra, jew għal persuni oħra li huma ċittadini ta’ Stat Membru tal-Unjoni (u għalhekk ma japplikax għal ċittadini tal-Unjoni jew taż-ŻEE)?

4)

Fil-każ li r-risposta għat-tielet domanda tkun fl-affermattiv, il-projbizzjoni ġenerali stabbilita fl-Artikolu 9 tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni tista’ tiġi invokata direttament quddiem il-qrati nazzjonali?


(1)  Deċiżjoni Nru 1/80 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni tad-19 ta’ Settembru 1980 dwar l-Iżvilupp tal-Assoċjazzjoni KEE-Turkija.


12.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 278/33


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas (Il-Litwanja) fit-30 ta’ April 2021 – P.I. vs Migracijos departamentas prie Lietuvos Respublikos vidaus reikalų ministerijos

(Kawża C-280/21)

(2021/C 278/46)

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Qorti tar-rinviju

Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: P.I.

Konvenut: Migracijos departamentas prie Lietuvos Respublikos vidaus reikalų ministerijos

Domanda preliminari

L-oppożizzjoni għal grupp li jopera illegalment u li huwa influwenti minħabba korruzzjoni li jopprimi lil applikant għal ażil permezz tal-makkinarju tal-Istat u li fir-rigward tiegħu difiża leġittima hija impossibbli minħabba l-korruzzjoni estensiva fl-Istat għandha titqies li hija ekwivalenti għal opinjoni politika attribwita fis-sens tal-Artikolu 10 tad-Direttiva 2011/95/EU? (1)


(1)  Direttiva 2011/95/EU tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar standards għall-kwalifika ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali, għal stat uniformi għar-refuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (ĠU 2011, L 337, p. 9).


12.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 278/33


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesgericht Salzburg (l-Awstrija) fil-5 ta’ Mejju 2021 – FC vs FTI Touristik GmbH

(Kawża C-287/21)

(2021/C 278/47)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landesgericht Salzburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: FC

Konvenut: FTI Touristik GmbH

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 12(2) tad-Direttiva (UE) 2015/2302 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar pakketti tal-ivvjaġġar u arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta, li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li rtirar mill-pakkett ta’ vjaġġar, min-naħa tal-vjaġġatur, abbażi ta’ “ċirkostanzi inevitabbli u straordinarji” huwa ġeneralment permissibbli biss immedjatament qabel il-bidu tal-vjaġġ jew fis-sens li dan l-irtirar jista’ wkoll isir bejn tlieta u erba’ xhur qabel f’każijiet individwali?

2)

Fil-każ li dikjarazzjoni ta’ rtirar hija bħala prinċipju permissibbli mingħajr ebda restrizzjoni ta’ żmien, għandha tiġi magħmula d-domanda li ġejja:

a)

huwa biżżejjed, għall-finijiet tal-eżami li jsir mill-perspettiva ta’ vjaġġatur fir-rigward tal-perijodu ta’ vvjaġġar ippjanat fil-kuntest ta’ kunsiderazzjoni ex ante, li ċ-ċirkustanzi msemmija preċedentement u li l-effetti ħżiena li jirriżultaw jistgħu diġà jiġu stmati b’ċerta probabbiltà u, fil-każ ta’ sitwazzjoni perikoluża li tkun diġà seħħet, li bi probabbiltà kbira ma jistax ikun mistenni titjib sinjifikattiv, u

b)

jekk irtirar iddikjarat qabel iż-żmien huwiex għad-detriment tal-vjaġġatur jekk ċirkustanzi li diġà jeżistu fil-mument tad-dikjarazzjoni ta’ rtirar isiru evidenti biss immedjatament qabel il-bidu ppjanat tal-vjaġġ b’tali mod li l-vjaġġ fl-aħħar mill-aħħar ma jistax isir mill-operatur turistiku jew ma kienx ikun raġonevoli għall-vjaġġatur li jipparteċipa fih?

3)

Fl-evalwazzjoni tal-eżistenza ta’ ċirkustanzi inevitabbli u straordinarji fid-destinazzjoni jew fil-viċinanza immedjata tagħha u l-effetti ħżiena kunsiderevoli li jirriżultaw fl-implimentazzjoni tal-pakkett ta’ vjaġġar,

a)

hija biss kwistjoni ta’ ċirkustanzi oġġettivi jew huma wkoll ċirkustanzi suġġettivi min-naħa tal-vjaġġatur li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni, f’dan il-każ, pereżempju, l-iskop partikolari tal-vjaġġ u l-fatt li żewġt itfal jivvjaġġaw miegħu, u

b)

fl-evalwazzjoni tas-sitwazzjoni probabbli ta’ riskju matul il-perijodu tal-vjaġġ, id-destinazzjoni tal-ivvjaġġar, Sardegna u mhux il-bqija tal-Italja, hija ta’ prijorità, minbarra l-vjaġġ tal-wasla u r-ritorn?

4)

Hemm dritt ta’ rtirar mingħajr ħlas jekk iċ-ċirkustanzi li fuqhom jistrieħ il-vjaġġatur diġà kienu jeżistu fil-mument tal-prenotazzjoni jew kienu għall-inqas prevedibbli jew dan jista’ għall-inqas iwassal għall-applikazzjoni ta’ kriterju iktar strett meta tiġi evalwata n-natura raġonevoli tal-effetti ħżiena?

5)

Jekk il-kundizzjonijiet għal kanċellazzjoni ta’ vvjaġġar mingħajr ħlas ma jiġux issodisfatti, tqum il-kwistjoni dwar jekk “tariffa ta’ terminazzjoni adatta u ġustifikabbli” fis-sens tal-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 2015/2302, għandhiex tkun biss fil-limiti tal-perċentwali normalment użati fis-settur, ibbażati fuq rati empiriċi, jew jekk huwiex dejjem neċessarju li jiġu eżaminati l-ispejjeż u d-dħul iffrankati mistennija minn użi oħra tas-servizzi tal-ivvjaġġar fil-każ individwali speċifiku, billi tiġi żvelata l-bażi ta’ kalkolu tal-operatur turistiku?

6)

Jista’ jsir użu mid-dritt nazzjonali fl-evalwazzjoni tan-natura raġonevoli ta’ tariffi ta’ kanċellazzjoni b’rata fissa, jekk dan jippermetti li l-ammont jiġi ddeterminat fid-diskrezzjoni tal-qorti fil-każ li tkun mistennija spiża proċedurali sproporzjonata?

7)

L-aħħar sentenza tal-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 2015/2302, li tgħid li l-operatur turistiku għandu jiġġustifika l-ammont tat-tariffa ta’ kanċellazzjoni fuq talba tal-vjaġġatur, tirreferi wkoll għal tariffa ta’ kanċellazzjoni miftiehma b’rata perċentwali fissa u liema konsegwenzi legali jirriżultaw min-nuqqas tal-operatur turistiku li jikkonforma ma’ dan l-obbligu jew li jikkonforma miegħu b’mod adegwat?

8)

L-operatur turistiku għandu jġorr il-piż tal-invokazzjoni u l-oneru tal-prova tan-natura adegwata ta’ tariffa ta’ kanċellazzjoni miftiehma b’rata perċentwali fissa jew hija dejjem ir-responsabbiltà tal-vjaġġatur li joġġezzjona u jipprova dak li l-operatur turistiku normalment jiffranka skont il-mument tal-kanċellazzjoni u dak li jista’ jakkwista billi jbiegħ is-servizzi tal-ivvjaġġar lil ħaddieħor?


(1)  ĠU 2015, L 326, p. 1.


12.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 278/34


Appell ippreżentat fil-5 ta’ Mejju 2021 minn Universität Koblenz-Landau mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Għaxar Awla Estiża) fl-24 ta’ Frar 2021 fil-Kawża T-108/18, Universität Koblenz-Landau vs L-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Edukazzjoni u għall-Kultura

(Kawża C-288/21 P)

(2021/C 278/48)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellant: Universität Koblenz-Landau (rappreżentanti: C. von der Lühe, Rechtsanwalt, R. Di Prato, Rechtsanwältin)

Parti oħra fil-proċedura: L-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Edukazzjoni u għall-Kultura

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-24 ta’ Frar 2021 fil-Kawża T-108/18 u tiddikjara li t-talbiet għal ħlas lura fil-konfront tal-appellanti, magħmula permezz tad-deċiżjoni tal-parti l-oħra fil-proċedura tal-21 ta’ Diċembru 2017 (Każ OF/2016/0720) kif ukoll tas-7 ta’ Frar 2018 (Każ OF/2016/0720) ma jeżistux,

sussidjarjament, tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea u tibgħat lura l-kawża lill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea,

tikkundanna lill-parti l-oħra għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell, l-appellanti tinvoka tliet aggravji.

1.

L-ewwel aggravju: ilment proċedurali minħabba n-nuqqas ta’ ftuħ mill-ġdid tal-proċedura orali

L-appellanti ssostni li l-fatti ġodda invokati minnha fl-ewwel istanza, li hija saret taf bihom biss wara t-tmiem tal-proċedura orali u li sa dak il-punt ma setgħetx tintroduċi fil-proċeduri, iċaħħdu lid-deċiżjoni kkontestata mir-raġunament tagħha dwar punti essenzjali, peress li hija bbażata fuq fatti li ma ġewx ikkonfermati mill-konstatazzjonijiet tal-awtorità nazzjonali responsabbli għall-investigazzjoni kriminali.

Barra minn hekk, it-talba tagħha mressqa fl-ewwel istanza sabiex terġa’ tinfetaħ il-proċedura orali minħabba fatti ġodda li qabel ma kinux magħrufa li kellhom sinjifikat legali fuq l-eżitu tat-tilwima b’tali mod li kienu kapaċi jinfluwenzawha favur il-parti kienet ġiet miċħuda wara żball ta’ evalwazzjoni.

2.

It-tieni aggravju: interpretazzjoni żbaljata tal-portata tal-prinċipju ta’ dritt għal smigħ

Il-Qorti Ġenerali naqset milli tirrikonoxxi li minħabba l-fatt li kien oġġettivament impossibbli għar-rikorrenti, mingħajr dan kien tort tagħha stess u fil-mument tad-deċiżjoni kkontestata tal-konvenuta, li tipproduċi dokumenti li jipprovaw l-użu xieraq tal-fondi, il-konvenuta għamlet konstatazzjoni dwar l-użu xieraq tal-fondi li kienet ta’ detriment għar-rikorrenti.

3.

It-tielet aggravju: nuqqas ta’ osservanza tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi u tal-portata tal-prinċipju ta’ proporzjonalità

Il-Qorti Ġenerali naqset milli tevalwa, jew naqset milli tevalwa mingħajr żball ta’ liġi, l-eżistenza ta’ aspettattiva leġittima tar-rikorrenti, li nħolqot mill-konferma bil-miktub tal-konvenuta li l-proġetti ffinanzjati kkontestati twettqu sewwa.

Il-Qorti Ġenerali ma stabbilixxietx li kien hemm diskrepanza attwali fil-fatti, li sussegwentement saret evidenti, fuq il-bażi tad-dikjarazzjoni tal-konvenuta li tikkonferma l-użu korrett tal-fondi, u li kienet adatta biss sabiex tqajjem dubju fuq evalwazzjoni oriġinarjament pożittiva tal-proċessi ta’ implimentazzjoni u l-adegwatezza tagħhom.

Fl-aħħar, ma huwiex kompatibbli mal-prinċipju ta’ proporzjonalità li l-indikazzjonijiet ta’ sitwazzjoni diverġenti possibbli ma humiex kompletament iċċarati billi jiġu eżawriti s-sorsi ta’ għarfien disponibbli għall-konvenuta u għal-Qorti Ġenerali, qabel ittieħdet l-iktar miżura radikali possibbli fost il-miżuri kollha mill-konvenuta (f’dan il-każ, il-ħlas lura tal-finanzjament kollu approvat u mħallas).


12.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 278/35


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de première instance de Liège (Il-Belġju) fis-7 ta’ Mejju 2021 – Starkinvest SRL

(Kawża C-291/21)

(2021/C 278/49)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal de première instance de Liège

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Starkinvest SRL

Domandi preliminari

1)

Deċiżjoni ġudizzjarja mogħtija li tikkundanna lil parti għall-ħlas ta’ pagamenti ta’ penalità f’każ ta’ ksur ta’ ordni ta’ waqfien tikkostitwixxi deċiżjoni li teżiġi li d-debitur iħallas il-pretensjoni tal-kreditur fis-sens tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) Nru 655/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 li jistabbixxi proċedura ta’ Ordni Ewropea tal-Preservazzjoni tal-Kontijiet sabiex jiġi ffaċilitat l-irkupru transkonfinali tad-dejn f’materji ċivili u kummerċjali (1)?

2)

Deċiżjoni ġudizzjarja li tikkundanna lil parti għall-ħlas ta’ pagamenti ta’ penalità, għalkemm eżegwibbli fil-pajjiż ta’ oriġini, taqa’ taħt il-kunċett ta’ “deċiżjoni” fis-sens tal-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 655/2014 fejn ma jkunux ġew finalment determinati konformement mal-Artikolu 55 tar-Regolament (UE) Nru 1215/12 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (2)?


(1)  ĠU 2014, L 189, p. 59.

(2)  ĠU 2012, L 351, p. 1.


12.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 278/36


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Ordinario di Firenze (l-Italja) fl-10 ta’ Mejju 2021 – XXX.XX vs Ministero dell’Interno, Dipartimento per le Libertà civili e l'Immigrazione – Unità Dublino

(Kawża C-297/21)

(2021/C 278/50)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Ordinario di Firenze

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: XXX.XX

Konvenut: Ministero dell’Interno, Dipartimento per le Libertà civili e l'Immigrazione – Unità Dublino

Domandi preliminari

1)

Prinċipalment, l-Artikolu 17(1) tar-Regolament (UE) 604/2013 (1) għandu jiġi interpretat, f’konformità mal-Artikoli 19 u 47 tal-[Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea] u tal-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) 604/2013 fis-sens li l-qorti tal-Istat Membru, adita bil-kontestazzjoni tad-dispożizzjoni tal-unità “Dublin”, tkun tista’ tiddikjara r-responsabbiltà tal-Istat nazzjonali li għandu jwettaq it-trasferiment abbażi tal-Artikolu 18(1)(d), fejn tistabbilixxi l-eżistenza, fl-Istat Membru responsabbli, ta’ riskju li jista’ jwassal għal ksur tal-prinċipju tan-non-refoulement billi l-applikant jintbagħat lura lejn il-pajjiż ta’ oriġini tiegħu, fejn jiġi espost għal perikolu ta’ mewt jew ta’ trattamenti inumani jew degradanti.

2)

Sussidjarjament, l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (UE) 604/2013 għandu jiġi interpretat f’konformità mal-Artikoli 19 u 47 tal-[Karta] u mal-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) 604/2013, fis-sens li l-qorti tkun tista’ tiddikjara r-responsabbiltà tal-Istat Membru li jkun obbligat li jwettaq it-trasferiment skont l-Artikolu 18(1)(d) tal-istess regolament [għall-eżami tal-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali], meta tiġi stabbilita:

a)

l-eżistenza fl-Istat Membru responsabbli tar-riskju ta’ ksur tal-prinċipju ta’ non-refoulement billi l-applikant jintbagħat lura lejn il-pajjiż ta’ oriġini tiegħu, fejn jiġi espost għal perikolu ta’ mewt jew trattamenti inumani jew degradanti;

b)

l-impossibbiltà li jitwettaq it-trasferiment lejn Stat ieħor li jinħatar fuq il-bażi tal-kriterji elenkati fil-Kapitolu III tar-Regolament (UE) 604/2013.


(1)  Regolament (UE) Nru 604/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida (ĠU 2013, L 180, p. 31).


12.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 278/37


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Mejju 2021 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana

(Kawża C-303/21)

(2021/C 278/51)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: W. Roels u A. Spina, aġenti)

Konvenut: Ir-Repubblika Taljana

Talbiet

Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tiddikjara li, billi teskludi liċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea li ma humiex Taljani u li ma jkollhomx l-intenzjoni jistabbilixxu ruħhom fl-Italja mill-iskema ta’ taxxa b’rata mnaqqsa fir-rigward tal-akkwist tal-ewwel abitazzjoni tagħhom, li ma tkunx abitazzjoni lussuża, fit-territorju Taljan, ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 18 u 63 TFUE;

tikkundanna lir-Repubblika Taljana għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Rata mnaqqsa tat-taxxa fuq ir-reġistrazzjoni dovuta mal-akkwist fl-Italja ta’ proprjetà immobbli intiża li sservi bħala abitazzjoni (imsejħa “abitazzjoni ewlenija”) hija applikata taħt ċerti kundizzjonijiet, li jinkludu l-kundizzjoni li l-proprjetà tkun tinsab fit-territorju muniċipali li fih il-persuna taxxabbli tirrisjedi jew għandha l-intenzjoni tistabbilixxi r-residenza tagħha fi żmien 18-il xahar mill-akkwist tal-proprjetà immobbli. Għall-finijiet tal-applikazzjoni tat-tnaqqis fiskali, din il-kundizzjoni tapplika mingħajr distinzjoni kemm għaċ-ċittadini Taljani u kemm għaċ-ċittadini ta’ Stati Membri oħra. Madankollu, fid-dawl tad-dispożizzjonijiet li huma s-suġġett ta’ dan ir-rikors, tali rekwiżit ma huwiex meħtieġ fir-rigward biss taċ-ċittadini ta’ nazzjonalità Taljana li, minħabba raġunijiet marbuta ma’ xogħol, jgħixu barra mill-pajjiż.

Skont il-Kummissjoni, meta tipprovdi, għall-finijiet tat-tnaqqis fiskali, li ċ-ċittadinanza Taljana tal-persuni taxxabbli hija l-fattur determinanti li jwassal għad-distinzjoni bejn ċittadini Taljani u ċittadini tal-Istati Membri l-oħra, il-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni tikkostitwixxi diskriminazzjoni diretta bbażata fuq in-nazzjonalità, li hija pprojbita fl-Artikolu 18 TFUE.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni ssostni li, peress li l-akkwist ta’ proprjetà immobbli fit-territorju ta’ Stat Membru min-naħa ta’ persuna mhux residenti jikkostitwixxi investiment fi proprjetà immobbli li jaqa’ fil-kategorija tal-movimenti ta’ kapital bejn l-Istati Membri, it-trattament preferenzjali mogħti liċ-ċittadini ta’ Stat Membru u previst fil-leġizlazzjoni nazzjonali inkwistjoni jikkostitwixxi restrizzjoni għal-libertà ta’ moviment tal-kapital li hija pprojbita fl-Artikolu 63(1) TFUE u li ma tistax tiġi ġġustifikata oġġettivament fuq il-bażi tal-Artikolu 65(1) u (3) TFUE.


12.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 278/37


Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Ġunju 2021 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Slovakka

(Kawża C-342/21)

(2021/C 278/52)

Lingwa tal-kawża: is-Slovakk

Partijiet

Rikorrent: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Noll-Ehlers, R. Lindenthal, aġenti)

Konvenut: Ir-Repubblika Slovakka

Talbiet

Il-Kummissjoni Ewropea titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tikkonstata li, minħabba li qabżet b’mod sistemiku u kostanti l-valur ta’ limitu ta’ kuljum ta’ PM10 mill-2005 ’l quddiem fiż-żona SKBB01 Banskobystrický kraj (bl-esklużjoni tas-sena 2016) u fl-agglomerazzjoni SKKO0.1 Košice (bl-esklużjoni tas-snin 2009, 2015 u 2016), ir-Repubblika Slovakka naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2008 dwar il-kwalità ta’ l-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa (1), ikkunsidrat flimkien mal-Anness XI tagħha,

tikkonstata li, minħabba li fil-pjanijiet dwar il-kwalità tal-arja ma pprevedietx miżuri adegwati sabiex il-perijodu li matulu jinqabżu l-limiti jkun jista’ jinżamm l-iqsar possibbli fiż-żona SKBB01 Banskobystrický kraj, fl-agglomerazzjoni SKKO0.1 Košice u fiż-żona SKKO02 Košice kraj, ir-Repubblika Slovakka naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 23(1) tad-Direttiva 2008/50, ikkunsidrat flimkien mal-Anness XV tagħha,

tikkundanna lir-Repubblika Slovakka għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Id-Direttiva 2008/50 tistabbilixxi l-valur ta’ limitu għall-konċentrazzjoni ta’ kuljum ta’ PM10 (50 μg/m3). Il-valur ta’ limitu għall-konċentrazzjoni ma għandux jinqabeż iktar minn 35 darba f’sena kalendarja waħda. Ir-Repubblika Slovakka kisret b’mod sistemiku u kostanti l-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2008/50 fiż-żona Banskobystrický kraj u fl-agglomerazzjoni Košice, kif joħroġ mir-rapporti annwali dwar il-kwalità tal-arja ppreżentati mir-Repubblika Slovakka fuq il-bażi tal-Artikolu 27 tad-Direttiva.

Barra minn hekk, l-Artikolu 23(1) tad-Direttiva 2008/50 jipprevedi li, meta f’żoni jew f’agglomerazzjonijiet partikolari l-livelli ta’ sustanzi li jniġġsu fl-arja ambjentali jaqbżu l-valuri ta’ limitu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw it-tfassil ta’ pjanijiet dwar il-kwalità tal-arja għal dawn iż-żoni u għal dawn l-agglomerazzjonijiet, bil-għan li jintlaħaq il-valur ta’ limitu rilevanti previst fl-Anness XI. Fil-każ li jinqabżu l-valuri ta’ limitu li t-terminu previst sabiex jintlaħqu jkun diġà skada, il-pjanijiet dwar il-kwalità tal-arja għandhom jipprevedu miżuri adegwati sabiex il-perijodu li matulu jinqabżu jinżamm l-iqsar possibbli. Il-Kummissjoni ssostni li r-Repubblika Slovakka naqset milli twettaq l-obbligu tagħha li tfassal pjanijiet dwar il-kwalità tal-arja fil-każ li jinqabżu l-valuri ta’ limitu fiż-żona Banskobystrický kraj, fiż-żona Košice kraj u fl-agglomerazzjoni Košice li jipprevedu miżuri adegwati sabiex il-perijodu li matulhom jinqabżu dawn il-limiti jinżamm l-iqsar possibbli. Issa, in-nuqqas jirriżulta mis-sempliċi fatt li, fiż-żewġ żoni u fl-agglomerazzjoni, ir-Repubblika Slovakka kisret b’mod sistemiku u kostanti l-Artikolu 13(1) billi ppermettiet li jinqabeż il-valur ta’ limitu ta’ kuljum ta’ PM10. Il-ksur tal-Artikolu 13(1) tad-Direttiva jirriżulta wkoll min-nuqqas ta’ konformità tal-pjanijiet dwar il-kwalità tal-arja, min-natura inkompleta tal-istrateġija dwar il-kwalità tal-arja, min-nuqqas ta’ miżuri supplimentari adegwati u min-nuqqasijiet fil-leġiżlazzjoni Slovakka.


(1)  ĠU 2008, L 152, p. 1.


Il-Qorti Ġenerali

12.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 278/39


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Marzu 2021 – Picard vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-769/16) (1)

(“Servizz pubbliku - Membri tal-persunal bil-kuntratt - Riforma tar-Regolamenti tal-Persunal tal-2014 - Miżuri tranżitorji dwar ċerti modalitajiet ta’ kalkolu tad-drittijiet għall-pensjoni - Bidla fl-iskema wara l-iffirmar ta’ kuntratt ġdid bħala membru tal-persunal bil-kuntratt - Kunċett ta’ ‘li wieħed ikun fil-kariga’”)

(2021/C 278/53)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Maxime Picard (Hettange-Grande, Franza) (rappreżentanti: M.-A. Lucas u M. Bertha, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Mongin u G. Gattinara, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament, minn naħa, tat-tweġiba tal-amministratur tat-taqsima “Pensjonijiet” tal-Uffiċċju “Amministrazzjoni u Ħlas tal-Intitolamenti Individwali” (PMO) tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Jannar 2016 u, min-naħa l-oħra, sa fejn ikun neċessarju, tad-deċiżjoni tal-25 ta’ Lulju 2016 tad-Direttur tad-Direttorat E tad-Direttorat Ġenerali tar-Riżorsi Umani tal-Kummissjoni li tiċħad l-ilment tar-rikorrent tal-1 ta’ April 2016 kontra d-deċiżjoni jew l-assenza ta’ deċiżjoni li tirriżulta mit-tweġiba tal-4 ta’ Jannar 2016.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Maxime Picard huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 14, 16.1.2017.


12.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 278/39


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Ġunju 2021 – Casa Regina Apostolorum della Pia Società delle Figlie di San Paolo vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-223/18) (1)

(“Għajnuna mill-Istat - Servizzi ta’ kura tas-saħħa - Sussidji diretti mogħtija lill-isptarijiet pubbliċi fir-Reġjun tal-Lazio (l-Italja) - Deċiżjoni li tikkonstata l-assenza ta’ għajnuna mill-Istat - Rikors għal annullament - Att regolatorju li ma jinkludix miżuri ta’ implimentazzjoni - Inċidenza diretta - Ammissibbiltà - Obbligu ta’ motivazzjoni - Kunċett ta’ attività ekonomika”)

(2021/C 278/54)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Casa Regina Apostolorum della Pia Società delle Figlie di San Paolo (Albano Laziale, l-Italja) (rappreżentant: F. Rosi, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Hermann u F. Tomat, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2017) 7973 final tal-4 ta’ Diċembru 2017 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.39913 (2017/NN) – l-Italja – Kumpens allegat tal-isptarijiet pubbliċi fir-Reġjun tal-Lazio.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Casa Regina Apostolorum della Pia Società delle Figlie di San Paolo għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 190, 4.6.2018.


12.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 278/40


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Ġunju 2021 – Franz Schröder vs EUIPO – RDS Design (MONTANA)

(Kawża T-854/19) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea MONTANA - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001] - Dritt għal smigħ - Artikolu 94(1) tar-Regolament 2017/1001 - Eżami ex officio tal-fatti - Ammissjoni tal-provi prodotti għall-ewwel darba quddiem il-Bord tal-Appell - Artikolu 95 (1) u (2) tar-Regolament 2017/1001”)

(2021/C 278/55)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Franz Schröder GmbH & Co. KG (Delbrück, il-Ġermanja) (rappreżentanti: L. Pechan u N. Fangmann, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Gája, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjent quddiem il-Qorti Ġenerali: RDS Design ApS (Allerød, id-Danimarka) (rappreżentant: J. Viinberg, avukat)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-14 ta’ Ottubru 2019 (Każ R 2393/2018–4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Franz Schröder u RDS Design.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Franz Schröder GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha, kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).

3)

RDS Design ApS għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 54, 17.2.2020.


12.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 278/41


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Ġunju 2021 – Franz Schröder vs EUIPO – RDS Design (MONTANA)

(Kawża T-855/19) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea - Trade mark figurattiva MONTANA - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament 2017/1001) - Eżami ex officio tal-fatti - Ammissjoni tal-provi prodotti għall-ewwel darba quddiem il-Bord tal-Appell - Artikolu 95(1) u (2) tar-Regolament 2017/1001”)

(2021/C 278/56)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Franz Schröder GmbH & Co. KG (Delbrück, il-Ġermanja) (rappreżentanti: L. Pechan u N. Fangmann, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Gája, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: RDS Design ApS (Allerød, id-Danimarka) (rappreżentant: J. Viinberg, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Ottubru 2019 (Każ R 1006/2019–4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Franz Schröder u RDS Design.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Franz Schröder GmbH & Co. KG hija kkundannata, minbarra għall-ispejjeż rispettivi tagħha, għal dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).

3)

RDS Design ApS għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 54, 17.2.2020.


12.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 278/41


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Ġunju 2021 – Franz Schröder vs EUIPO – RDS Design (MONTANA)

(Kawża T-856/19) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea - Trade mark verbali MONTANA - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament 2017/1001) - Dritt għal smiegħ - Artikolu 94(1) tar-Regolament 2017/1001 - Eżami ex officio tal-fatti - Ammissjoni tal-provi prodotti għall-ewwel darba quddiem il-Bord tal-Appell - Artikolu 95(1) u (2) tar-Regolament 2017/1001”)

(2021/C 278/57)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Franz Schröder GmbH & Co. KG (Delbrück, il-Ġermanja) (rappreżentanti: L. Pechan u N. Fangmann, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Gája, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: RDS Design ApS (Allerød, id-Danimarka) (rappreżentant: J. Viinberg, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Ottubru 2019 (Każ R 2394/2018–4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Franz Schröder u RDS Design

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Franz Schröder GmbH & Co. KG hija kkundannata, minbarra għall-ispejjeż rispettivi tagħha, għal dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).

3)

RDS Design ApS għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 54, 17.2.2020.


12.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 278/42


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Ġunju 2021 – adp Gauselmann vs EUIPO – Gameloft (GAMELAND)

(Kawża T-17/20) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva GAMELAND - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti Gameloft - Raġuni relativa għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Limitazzjoni tas-servizzi indikati fl-applikazzjoni għat-trade mark”)

(2021/C 278/58)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: adp Gauselmann GmbH (Espelkamp, il-Ġermanja) (rappreżentant: K. Mandel, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: S. Palmero Cabezas, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Gameloft SE (Pariġi, Franza) (rappreżentant: M. Decker, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-5 ta’ Novembru 2019 (Każ R 2502/2018-5) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Gameloft u adp Gauselmann.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

adp Gauselmann GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 68, 2.3.2020.


12.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 278/43


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Ġunju 2021 – Himmel vs EUIPO – Ramirez Monfort (Hispano Suiza)

(Kawża T-177/20) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Hispano Suiza - Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea HISPANO SUIZA - Raġuni relattiv għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”)

(2021/C 278/59)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Erwin Leo Himmel (Walchwil, l-Isvizzera) (rappreżentant: A. Gomoll, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: M. Fischer, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Gonzalo Anadres Ramirez Monfort (Barcelona, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ Jannar 2020 (Każ R 67/2019-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn E. Himmel u G. A. Ramirez Monfort.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-21 ta’ Jannar 2020 (Każ R 67/2019-1) hija annullata.

2)

L-EUIPO huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 191, 8.6.2020.


12.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 278/43


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Ġunju 2021 – Schneider vs EUIPO – Raths (Teslaplatte)

(Kawża T-183/20) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali Teslaplatte - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001”))

(2021/C 278/60)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Christian Schneider (Leverkusen, il-Ġermanja) (rappreżentant: R. Buttron, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Walicka, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjent quddiem il-Qorti Ġenerali: Oliver Raths (Männedorf, l-Isvizzera) (rappreżentanti: G. Jacobs u M. Maybaum, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-15 ta’ Jannar 2020 (Każ R 247/2019-2), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn M. Raths u M. Schneider.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Christian Schneider huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 191, 8.6.2020.


12.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 278/44


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Mejju 2021 – Rochem Group vs EUIPO – Rochem Marine (R.T.S. ROCHEM Technical Services)

(Kawża T-233/20) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Revoka tad-deċiżjoni kkontestata - Tmiem tas-suġġett tat-tilwima - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

(2021/C 278/61)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Rochem Group AG (Zug, l-Isvizzera) (rappreżentant: K. Guridi Sedlak, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: P. Sipos, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Rochem Marine Srl (Genova, l-Italja) (rappreżentanti: R. Gioia u L. Mansi, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-20 ta’ Frar 2020 (Każ R 1544/2019-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Rochem Marine u Rochem Group.

Dispożittiv

1)

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

2)

L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) huwa kkundannat għall-ispejjeż rispettivi tiegħu, kif ukoll għal dawk sostnuti minn Rochem Group AG u Rochem Marine Srl.


(1)  ĠU C 215, 29.6.2020.


12.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 278/44


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta' Mejju 2021 – Rochem Group vs EUIPO – Rochem Marine (ROCHEM)

(Kawża T-261/20) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Revoka tad-deċiżjoni kkontestata - Tmiem tas-suġġett tat-tilwima - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

(2021/C 278/62)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Rochem Group AG (Zug, l-Isvizzera) (rappreżentanti: K. Guridi Sedlak, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: P. Sipos aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Rochem Marine Srl (Genova, l-Italja) (rappreżentani: R. Gioia u L. Mansi, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-2 ta’ Marzu 2020 (Każ R 1547/2019-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Rochem Marine u Rochem Group.

Dispożittiv

1)

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

2)

L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) huwa kkundannat għall-ispejjeż rispettivi tiegħu, kif ukoll għal dawk sostnuti minn Rochem Group AG u Rochem Marine Srl.


(1)  ĠU C 222, 6.7.2020.


12.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 278/45


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Mejju 2021 – Rochem Group vs EUIPO – Rochem Marine (ROCHEM)

(Kawża T-262/20) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Revoka tad-deċiżjoni kkontestata - Tmiem tas-suġġett tat-tilwima - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

(2021/C 278/63)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Rochem Group AG (Zug, l-Isvizzera) (rappreżentant: K. Guridi Sedlak, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: P. Sipos, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Rochem Marine Srl (Genova, l-Italja) (rappreżentanti: R. Gioia u L. Mansi, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-2 ta’ Marzu 2020 (Każ R 1546/2019-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Rochem Marine u Rochem Group.

Dispożittiv

1)

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

2)

L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) huwa kkundannat għall-ispejjeż rispettivi tiegħu, kif ukoll għal dawk sostnuti minn Rochem Group AG u Rochem Marine Srl.


(1)  ĠU C 222, 6.7.2020.


12.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 278/46


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Mejju 2021 – Rochem Group vs EUIPO – Rochem Marine (R.T.S. ROCHEM Technical Services)

(Kawża T-263/20) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Revoka tad-deċiżjoni kkontestata - Tmiem tas-suġġett tat-tilwima - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

(2021/C 278/64)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Rochem Group AG (Zug, l-Isvizzera) (rappreżentant: K. Guridi Sedlak, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: P. Sipos, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Rochem Marine Srl (Genova, l-Italja) (rappreżentanti: R. Gioia u L. Mansi, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-2 ta’ Marzu 2020 (Każ R 1545/2019-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Rochem Marine u Rochem Group.

Dispożittiv

1)

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

2)

L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) huwa kkundannat għall-ispejjeż rispettivi tiegħu, kif ukoll għal dawk sostnuti minn Rochem Group AG u Rochem Marine Srl.


(1)  ĠU C 215, 29.6.2020.


12.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 278/46


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Mejju 2021 – Electrodomesticos Taurus vs EUIPO Shenzhen Aukey E-Business (AICOOK)

(Kawża T-328/20) (1)

(“Rikors għal annullament - Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Talba ta’ natura dikjaratorja - Talba għall-għoti ta’ ordni - Inammissibbiltà”)

(2021/C 278/65)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Electrodomésticos Taurus, SL (Oliana, Spanja) (rappreżentant: E. Manresa Medina, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: S. Palmero Cabezas, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Shenzhen Aukey E-Business Co. Ltd (Shenzhen, iċ-Ċina)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-23 ta’ Marzu 2020 (Każ R 2212/2019-5) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Electrodomésticos Taurus u Shenzhen Aukey E-Business.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Electrodomésticos Taurus, SL hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 240, 20.7.2020.


12.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 278/47


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Mejju 2021 – LG et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-482/20) (1)

(“Rikors għal annullament - Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni - Investigazzjoni tal-OLAF - Sigriet tal-korrispondenza bejn avukat u klijent - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Att preparatorju - Inammissibbiltà”)

(2021/C 278/66)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: LG u l-5 rikorrenti l-oħra li isimhom jinsab fl-anness tad-digriet (rappreżentanti: A. Sigal u M. Teder, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Adamopoulos u J. Baquero Cruz, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni li ġiet allegatament adottata mill-Uffiċċju Ewropew tal-Ġlieda kontra l-Frodi (OLAF) f’ittra tas-26 ta’ Mejju 2020, li permezz tagħha l-OLAF ċaħad it-talba ta’ protezzjoni tal-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet bejn l-avukati u l-klijenti fir-rigward tal-komunikazzjoni bejn ir-rikorrenti u l-avukati tagħhom.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

LG u r-rikorrenti l-oħra li isimhom jinsab fl-anness għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 348, 19.10.2020.


12.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 278/47


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Mejju 2021 – OHB System vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-54/21 R)

(“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi - Provvista ta’ satelliti ta’ tranżizzjoni Galileo - Ċaħda tal-offerta ta’ kandidat - Talba għal miżuri provviżorji - Fumus boni juris - Urġenza - Ibbilanċjar tal-interessi”)

(2021/C 278/67)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: OHB System AG (Bremen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: W. Würfel u F. Hausmann, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Wilms, J. Estrada de Solà, L. Mantl u L. André, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 278 TFUE u intiża, minn naħa, għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet tal-Aġenzija Spazjali Ewropea (ESA) tad-19 u tat-22 ta’ Jannar 2021, f’isem u għan-nom tal-Kummissjoni, dwar iċ-ċaħda tal-offerta tar-rikorrenti għall-kuntratt pubbliku 2018/S 091-206089 u l-attribuzzjoni ta’ dan il-kuntratt pubbliku lil żewġ offerenti oħra, kif ukoll, min-naħa l-oħra, għall-ordni lill-Kummissjoni li tagħti aċċess għad-dokumenti tas-sejħa għal offerti.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

Id-digrieti tal-31 ta’ Jannar 2021, OHB System vs Il-Kummissjoni (T-54/12 R) u tas-26 ta’ Frar 2021, OHB vs Il-Kummissjoni (T-54/21 R), huma annullati.

3)

L-ispejjeż huma rriżervati, bl-eċċezzjoni ta’ dawk esposti minn Airbus Defence and Space GmbH. Din tal-aħħar għandha tbati l-ispejjeż fil-kuntest tat-talba għal intervent tagħha.


12.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 278/48


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Mejju 2021 – Darment vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-92/21 R)

(Miżuri provviżorji - Ambjent - Gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra - Regolament (UE) Nru 517/2014 - Tqegħid fis-suq ta’ idrofluworokarburi - Deċiżjoni li timponi sanzjoni fuq impriża li qabżet il-kwota allokata lilha - Talba għal miżuri provviżorji - Nuqqas ta’ urġenza)

(2021/C 278/68)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Darment Oy (Helsinki, il-Finlandja) (rappreżentant: C. Ginter, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. De Meester u K. Talabér-Ritz, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 279 TFUE u intiża, minn naħa, sabiex il-Kummissjoni tiġi ordnata tieqaf tapplika għar-rikorrenti, għas-sena 2021 u għall-perijodi ta’ allokazzjoni segwenti, sanzjoni abbażi tal-Artikolu 25(2) tar-Regolament (UE) Nru 517/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 (ĠU 2014, L 150, p. 195), u, min-naħa l-oħra, sabiex il-Kummissjoni tiġi ordnata talloka lir-rikorrenti kwota ta’ importazzjoni bl-ingrossa ta’ idrofluworokarburi għall-perijodu ta’ allokazzjoni 2021 u l-perijodi ta’ allokazzjoni segwenti.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


12.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 278/48


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ April 2021 – SE vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-223/21)

(2021/C 278/69)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: SE (rappreżentanti: L. Levi u M. Vandenbussche, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-applikazzjoni tiegħu għall-pożizzjoni COM/2020/1474, li sar jaf biha mhux iktar tard mill-15 ta’ Settembru 2020;

tannulla d-deċiżjoni tat-28 ta’ Ottubru 2020 li tiċħad it-talba tiegħu skont l-Artikolu 90(1) tar-Regolamenti tal-Persunal li tirrigwarda l-eliġibbiltà tiegħu għal promozzjoni u sabiex jiġi assenjat mill-ġdid jew jingħata grad ieħor f’pożizzjoni ġdida;

sa fejn neċessarju, tannulla d-deċiżjonijiet tat-18 ta’ Jannar 2021 u tat-3 ta’ Marzu 2021 rispettivament li jiċħdu l-ilmenti tar-rikorrent tas-16 ta’ Settembru 2020 u tat-2 ta’ Novembru 2020;

tordna l-kumpens għad-dannu materjali mġarrab minnu li jirriżulta mit-telf tal-opportunità li jiġi ttrasferiet/jinħatar għall-pożizzjoni COM/2020/1474 mill-1 ta’ Settembru 2020, kif stmat fl-applikazzjoni tiegħu;

tordna l-kumpens għad-dannu materjali mġarrab minnu li jirriżulta mit-telf tal-opportunità ta’ promozzjoni mis-16 ta’ Mejju 2020, kif stmat fl-applikazzjoni tiegħu;

tordna l-kumpens għad-dannu materjali mġarrab minnu li jirriżulta mit-telf tal-opportunità li jsir uffiċjal abbażi tal-parteċipazzjoni tiegħu f’kompetizzjonijiet interni li huma rriżervati għal membri tal-persunal bil-kuntratt tal-grad 2(b) AD, kif stmat fl-applikazzjoni tiegħu;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ gruppi ta’ motivi, li jammontaw għal tmien motivi b’kollox.

L-ewwel grupp ta’ motivi jirrigwarda r-rikors tar-rikorrent sa fejn huwa intiż kontra ċ-ċaħda tal-applikazzjoni tiegħu għall-pożizzjoni COM/2020/1474, filwaqt li t-tieni grupp ta’ motivi jirrigwarda r-rikors tiegħu sa fejn huwa intiż kontra d-deċiżjoni li ċċaħdu mill-opportunità ta’ promozzjoni, għoti ta’ grad ieħor, klassifikazzjoni mill-ġdid u/jew ħatra għal pożizzjoni oħra.

1.

L-ewwel motiv (l-ewwel grupp ta’ motivi), ibbażat fuq allegazzjoni ta’ nuqqas ta’ notifika u nuqqas ta’ motivazzjoni tad-deċiżjoni.

Huwa argementat li r-rikorrent qatt ma’ rċieva notifika formali dwar l-eżitu tal-applikazzjoni tiegħu għall-pożizzjoni vakanti COM/2020/1474, bi ksur tal-obbligu pprovdut fl-Artikolu 25(2) tar-Regolamenti tal-Persunal u tad-dmir ta’ amministrazzjoni tajba stabbilit fl-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Huwa sar jaf fil-15 ta’ Settembru 2020 li persuna oħra daħlet fis-servizz f’din il-pożizzjoni bħala membru tal-persunal bil-kuntratt fil-grad 2(b). Din id-deċiżjoni, hija wkoll, ma ġietx immotivata korrettament.

2.

It-tieni motiv (l-ewwel grupp ta’ motivi), ibbażat fuq l-allegazzjoni li ċ-ċaħda tal-applikazzjoni għall-pożizzjoni COM/2020/1474 hija illegali peress li hija bbażata fuq interpretazzjoni żbaljata tal-Artikolu 8(2) u tal-Artikolu 10(3) tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra tal-Unjoni Ewropea (CEOS) – Ksur tal-Artikolu 8(2) u tal-Artikolu 10(3) taċ-CEOS, tal-kuntratt tar-rikorrent u tal-interess tas-servizz.

Mid-diversi skambji ta’ posta elettronika, jidher li l-amministrazzjoni taħseb b’mod żbaljat li ma huwiex possibbli għal membru tal-persunal bil-kuntratt fil-Kummissjoni li jikseb kuntratt ieħor bħala membru tal-persunal bil-kuntratt matul il-karriera tiegħu u li skont l-Artikolu 8(2) taċ-CEOS membru tal-persunal bil-kuntratt (TA2(b)) jista’ jkollu kuntratt wieħed biss. Madankollu, ir-rikorrent jargumenta li ma hemm xejn fiċ-CEOS li jsostni dan.

3.

It-tielet motiv (l-ewwel grupp ta’ motivi), ibbażat fuq l-allegazzjoni ta’ nuqqas ta’ implimentazzjoni ta’ prattiki amministrattivi stabbiliti, nuqqas ta’ ugwaljanza fit-trattament u diskriminazzjoni abbażi ta’ età.

Ir-rikorrent jargumenta li hemm diversi każijiet fejn membri tal-persunal bil-kuntratt tal-grad 2b kienu assenjati mill-ġdid għal pożizzjonijiet differenti fejn huma wettqu kompiti u responsabbiltajiet differenti mingħajr il-ħtieġa ta’ kuntratt ġdid, pereżempju taħt il-Junior Professionals Program (JPP).

4.

Ir-raba’ motiv (l-ewwel grupp ta’ motivi), ibbażat fuq l-allegazzjoni ta’ nuqqas ta’ trasparenza, ċaħda tad-dritt għal smigħ, u ċaħda ta’ rimedju effettiv.

L-amministrazzjoni, huwa argumentat, ma kienx trasparenti bil-ġestjoni ta’ din il-proċedura. Kien involut f’prattiki dubjużi li rriżultaw fiċ-ċaħda tad-dritt għal smigħ tar-rikorrent u tal-possibbiltà ta’ rimedju effettiv.

5.

L-ewwel motiv (it-tieni grupp ta’ motivi), ibbażat fuq l-allegazzjoni ta’ interpretazzjoni irregolari tal-Artikolu 8(2) u tal-Artikolu 10(3) taċ-CEOS – Ksur tal-Artikolu 8(2) u tal-Artikolu 10(3) taċ-CEOS, tal-kuntratt tar-rikorrent u tal-interess tas-servizz.

Huwa argumentat li l-pożizzjoni tal-amministrazzjoni li tiċħad lir-rikorrent promozzjoni, għoti ta’ grad ieħor, klassifikazzjoni mill-ġdid u/jew ħatra għal pożizzjoni oħra hija manifestament żbaljata u hija nieqsa minn bażi legali għar-raġunijiet spjegati fir-rigward tal-ewwel deċiżjoni kkontestata.

6.

It-tieni motiv (it-tieni grupp ta’ motivi), ibbażat fuq l-allegazzjoni ta’ nuqqas ta’ ugwaljanza fit-trattament u diskriminazzjoni abbażi ta’ età bejn membri tal-persunal bil-kuntratt 2(b) fil-Kummissjoni.

Fir-rigward tal-eliġibbiltà tar-rikorrent li japplika u jkun ittrasferiet għal pożizzjonijiet oħra għal membri tal-persunal bil-kuntratt, u b’mod speċifiku għal pożizzjonijiet vakanti ta’ membri tal-persunal bil-kuntratt taħt l-Artikolu 2(b) taċ-CEOS, ir-rikorrent jallega li l-amministrazzjoni tadotta prattiki diskriminatorji bejn applikanti JPP, li huma wkoll membri tal-persunal bil-kuntratt 2(b), u r-rikorrent, li huwa wkoll membrui tal-persunal bil-kuntratt 2(b).

7.

It-tielet motiv (it-tieni grupp ta’ motivi), ibbażat fuq l-allegazzjoni ta’ nuqqas ta’ ugwaljanza fit-trattament bejn membri tal-persunal bil-kuntratt 2(b) ta’ entitajiet differenti tal-Unjoni.

Il-possibbiltà ta’ promozzjoni għal membri tal-persunal bil-kuntratt 2(b) ġiet irrikonoxxuta b’mod espliċitu minn istituzzjonijiet u korpi oħra tal-Unjoni Ewropea. Bin-nuqqas ta’ organizzazzjoni ta’ eżerċizzji ta’ promozzjoni u bin-nuqqas ta’ disponibbiltà tal-istess dritt għal promozzjoni għal membri tal-persunal bil-kuntratt 2(b), il-Kummissjoni Ewropea tittratta lil tali membri tal-persunal bil-kuntratt b’mod inqas favorevoli minn istituzzjonijiet u korpi oħra.

8.

Ir-raba’ motiv (it-tieni grupp ta’ motivi), ibbażat fuq l-allegazzjoni ta’ nuqqas ta’ ugwaljanza fit-trattament bejn membri tal-persunal bil-kuntratt 2(b) u membri tal-persunal bil-kuntratt oħra fil-Kummissjoni.

Fir-rigward ta’ promozzjoni jew klassifikazzjoni mill-ġdid, in-nuqqas tal-amministrazzjoni li torganizza eżerċizzji ta’ promozzjoni jew li tippermetti promozzjonijiet individwali jwassal għal nuqqas ta’ ugwaljanza fit-trattament bejn ir-rikorrent, bħala membru tal-persunal bil-kuntratt 2(b), meta mqabbel ma’ kategoriji oħrajn ta’ membri tal-persunal bil-kuntratt, u b’mod partikolari, membri tal-persunal bil-kuntratt 2(a) u 2(c).


12.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 278/50


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ April 2021 – Praesidiad vs EUIPO – Zaun (Post)

(Kawża T-231/21)

(2021/C 278/70)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Praesidiad Holding (Zwevegem, il-Belġju) (rappreżentanti: M. Rieger-Janson u D. Op de Beeck, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Zaun Ltd (Wolverhampton, Ir-Renju Unit)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tad-disinn kontenzjuż: ir-rikorrent

Disinn kontenzjuż ikkonċernat: disinn tal-Unjoni Nru 127 204-0001 (Post)

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-15 ta’ Frar 2021 fil-Każ R 2068/2019-3

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkonferma d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni tal-EUIPO tad-19 ta’ Lulju 2019 li tiċħad l-applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tad-disinn ikkontestat;

tikkundanna lill-EUIPO (u, jekk il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem l-EUIPO tintervjeni, il-parti l-oħra bħala intervenjenti) għall-ispejjeż ta’ dawn il-proċeduri u għall-ispejjeż tad-detentur tad-disinn.

Motivi invokati

Il-Bord applika b’mod ħażin is-sentenza ta’ DOCERAM fl-interpretazzjoni tiegħu tal-Artikolu 8(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002 peress li huwa naqas milli jidentifika b’mod xieraq il-prodott;

Il-Bord applika b’mod ħażin is-sentenza ta’ DOCERAM fl-interpretazzjoni tiegħu tal-Artikolu 8(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002 peress li naqas milli jieħu inkunsiderazzjoni evidenza ta’ ċirkustanzi oġġettivi li jindikaw kunsiderazzjonijiet differenti minn funzjoni teknika;

Il-Bord applika b’mod ħażin is-sentenza ta’ DOCERAM fl-interpretazzjoni tiegħu tal-Artikolu 8(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002 peress li naqas milli japplika t-test ta’ ċirkustanzi oġġettivi, u minflok indika li kienet meħtieġa evidenza taċ-ċirkustanzi tad-disinn;

Il-Bord naqas milli jagħti raġunijiet, kuntrarjament għall-Artikolu 62 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002, għaliex l-evidenza tad-detentur tad-disinn ġiet miċħuda bħala irrilevanti u/jew infondata;

Il-Bord impona b’mod ħażin l-oneru tal-prova fuq id-detentur tad-disinn, minflok fuq l-applikant għal invalidità.


12.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 278/51


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Mejju 2021 – SN vs Il-Parlament

(Kawża T-249/21)

(2021/C 278/71)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: SN (rappreżentant: P. Eleftheriadis, Solicitor)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla fl-intier tagħha d-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew tal-21 ta’ Diċembru 2020;

tannulla fl-intier tagħha n-nota ta’ debitu indirizzata lir-rikorrent, għall-ammont ta’ EUR 196 199,84, Nru 7010000021, tal-15 ta’ Jannar 2021; u

tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Parlament Ewropew kiser l-Artikolu 137 tar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Komunità Ekonomika Ewropea u tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika. (1)

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Parlament Ewropew wettaq żball ta’ liġi u ma applikax il-kriterju eżatt ta’ “ħlas indebitu” skont l-Artikoli 32 u 68 tad-Deċiżjoni tal-Bureau tad-19 ta’ Mejju u tad-9 ta’ Lulju 2008 dwar miżuri ta’ implimentazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew. (2)

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Parlament Ewropew naqas milli jieħu inkunsiderazzjoni d-dritt ta’ libertà u ta’ indipendenza ta’ Membru, skont l-Artikoli 2 u 21 tal-Istatut għall-Membri tal-Parlament Ewropew. (3)

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni skont l-Artikolu 296 TFUE, għaċ-ċaħda ta’ tmienja u sittin mit-tmienja u sebgħin dokument prodott mill-Membru, bħala evidenza “inammissibbli”, nuqqas ta’ motivazzjoni għalfejn ġie kkunsidrat li s-salarju kollu “tħallas indebitament”, għalkemm sitt xhur biss mill-kuntratt ta’ tletin xahar kienu s-suġġett ta’ investigazzjoni sħiħa, u nuqqas ta’ motivazzjoni għall-kontradizzjoni tal-konstatazzjonijiet tal-OLAF, li eżoneraw lir-rikorrent minn kwalunkwe diżonestà.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni ta’ żbalji manifesti ta’ fatt.


(1)  Ir-Regolament Nru 31(KEE), 11(KEEA), li jistabbilixxi r-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Komunità Ekonomika Ewropea u tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (ĠU P 45, 14.6.1962, p. 1385)

(2)  Deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament Ewropew tad-19 ta’ Mejju u tad-9 ta’ Lulju 2008 dwar miżuri ta’ implimentazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew (2009/C 159/01) (ĠU 2009, C 159, p. 1)

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta’ Settembru 2005 li tadotta l-istatut għall-membri tal-Parlament Ewropew (2005/684/KE, Euratom) (ĠU 2005, L 262, p. 1).


12.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 278/52


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Mejju 2021 – Zdút vs EUIPO – Nehera et (nehera)

(Kawża T-250/21)

(2021/C 278/72)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Ladislav Zdút (Bratislava, is-Slovakkja) (rappreżentant: Y. Echevarría García, lawyer)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Partijiet oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Isabel Nehera (Sutton, Ontario, il-Kanada), Jean-Henri Nehera (Burnaby, British Columbia, il-Kanada), Natasha Sehnal (Montferrier-sur-Lez, Franza)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrent quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea “nehera” bl-iswed – Trade mark tal-Unjoni Nru 11 794 112

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-10 ta’ Marzu 2021 fil-Każ R 1216/2020-2

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż sostnuti fil-kuntest tal-proċedimenti quddiem l-EUIPO.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 59(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


12.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 278/53


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Mejju 2021 – Domator24.com Paweł Nowak vs EUIPO Siwek u Didyk (Pultruni)

(Kawża T-256/21)

(2021/C 278/73)

Lingwa tar-rikors: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrent: Domator24.com Paweł Nowak (Zielona Góra, il-Polonja) (rappreżentant: T. Gawliczek, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Partijiet oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Piotr Siwek (Gdańsk, il-Polonja), Sebastian Didyk (Gdańsk)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tad-disinn kontenzjuż: ir-rikorrent quddiem il-Qorti Ġenerali

Disinn kontenzjuż ikkonċernat: id-disinn tal-Unjoni Nru 3 304 021-0001 (pultruni)

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-15 ta’ Marzu 2021 fil-Każ R 1275/2020-3

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tordna lill-parti li titlef il-kawża tħallas lir-rikorrent l-ispejjeż tal-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea u, abbażi tal-Artikolu 190(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, l-ispejjeż indispensabbli sostnuti mir-rikorrent għall-finijiet tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO;

fil-każ li l-partijiet l-oħra jintervjenu fil-kawża, tordnalhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 25(1)(b) moqri flimkien mal-Artikolu 7(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002, billi ġie aċċettat li fid-data tal-preżentata tal-applikazzjoni d-disinn ma kellux karattru individwali;

Ksur tal-Artikolu 25(1)(b) moqri flimkien mal-Artikolu 7(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002, billi ġie aċċettat li d-disinn preċedenti li ġie invokat bħala prova seta’ sar suffiċjentement magħruf matul it-twettiq ordinarju tan-negozju fl-oqsma speċjalizzati fis-settur tal-gaming.

Ksur tar-regoli dwar l-oneru tal-prova.

Ksur tar-regoli dwar l-evalwazzjoni libera tal-prova;

Ksur tal-Artikolu 25(1)(b) moqri flimkien mal-Artikolu 6(1)(b) u mal-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002;

Ksur tal-Artikolu 25(1)(b) moqri flimkien mal-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002.


12.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 278/54


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Mejju 2021 – Yanukovych vs Il-Kunsill

(Kawża T-262/21)

(2021/C 278/74)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Viktor Fedorovych Yanukovych (Rostov on Don, ir-Russja) (rappreżentant: B. Kennelly, lawyer)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent qed jitlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/373 tal-4 ta’ Marzu 2021 li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (1) u Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/352 tal-4 ta’ Marzu 2021 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (2) (“id-Disa’ Strumenti li Jemendaw” jew “Is-Sanzjonijiet tal-2021”), sa fejn jikkonċernaw ir-rikorrent.

Ir-rikorrent jitlob ukoll li l-Kunsill jiġi kkundannat iħallas l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq il-fatt li l-Kunsill ma vverifikax u ma setax jivverifika li d-deċiżjoni(jiet) tal-awtoritajiet tal-Ukrajna li fuqhom ibbaża ruħu meta elenka lir-rikorrent, ġew adottati f’konformità mad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea tad-difiża u għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva.

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq il-fatt li l-Kunsill għamel żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni meta ddetermina li l-kriterju ta’ denominazzjoni kien issodisfatt. B’mod partikolari, il-Kunsill aċċetta l-materjal ipprovdut mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali tal-Ukrajna mingħajr eżami xieraq u/jew mingħajr ma qies l-ineżattezzi identifikati mir-rikorrent. Il-Kunsill kellu jwettaq verifiki addizzjonali kif ukoll jitlob il-komunikazzjoni ta’ provi addizzjonali mingħand l-awtoritajiet tal-Ukrajna fid-dawl tal-osservazzjonijiet li ressaq ir-rikorrent u l-provi skaġunanti li pproduċa, iżda l-inkjesti limitati tal-Kunsill ma laħqux dak li kien meħtieġ. Konsegwentement, ma hemm l-ebda bażi fattwali solida biżżejjed għas-Sanzjonijiet tal-2021.

3.

It-tielet motiv huwa bbażat fuq il-fatt li d-drittijiet tar-rikorrent għall-proprjetà skont l-Artikolu 17(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea ġew miksura, billi, fost l-oħrajn, il-miżuri restrittivi huma restrizzjoni mhux iġġustifikata, mhux neċessarja u sproporzjonata fuq dawk id-drittijiet, peress li: (i) ma hemm l-ebda suġġeriment li xi fondi allegatament approprjati indebitament mir-rikorrent jitqiesu li ġew ittrasferiti barra mill-Ukrajna; (ii) miżuri domestiċi tal-Ukrajna huma b’mod ċar adegwati u suffiċjenti; u (iii) il-miżuri restrittivi issa ilhom fis-seħħ għal seba’ snin fuq il-bażi ta’ investigazzjoni ta’ qabel il-proċess li fil-verità hija mejta jew għall-inqas fi staġnar totali.


(1)  ĠU 2021, L 77, p. 29.

(2)  ĠU 2021, L 77, p. 2.


12.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 278/55


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Mejju 2021 – Yanukovych vs Il-Kunsill

(Kawża T-263/21)

(2021/C 278/75)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Oleksandr Viktorovych Yanukovych (Sankt-Peterburg, ir-Russja) (rappreżentant: B. Kennelly, lawyer)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent qed jitlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/373 tal-4 ta’ Marzu 2021 li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (1) u Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/352 tal-4 ta’ Marzu 2021 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (2) (“id-Disa’ Strumenti li Jemendaw” jew “Is-Sanzjonijiet tal-2021”), sa fejn jikkonċernaw ir-rikorrent.

Ir-rikorrent jitlob ukoll li l-Kunsill jiġi kkundannat għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq il-fatt li l-Kunsill ma vverifikax u ma setax jivverifika li d-deċiżjoni(jiet) tal-awtoritajiet tal-Ukrajna li fuqhom ibbaża ruħu meta elenka lir-rikorrent, ġew adottati f’konformità mad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea tad-difiża u għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva.

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq il-fatt li l-Kunsill għamel żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni meta ddetermina li l-kriterju ta’ denominazzjoni kien issodisfatt. B’mod partikolari, il-Kunsill aċċetta l-materjal ipprovdut mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali tal-Ukrajna mingħajr eżami xieraq u/jew mingħajr ma qies l-ineżattezzi identifikati mir-rikorrent. Il-Kunsill kellu jwettaq verifiki addizzjonali kif ukoll jitlob il-komunikazzjoni ta’ provi addizzjonali mingħand l-awtoritajiet tal-Ukrajna fid-dawl tal-osservazzjonijiet li ressaq ir-rikorrent u l-provi skaġunanti li pproduċa, iżda l-inkjesti limitati tal-Kunsill ma laħqux dak li kien meħtieġ. Konsegwentement, ma hemm l-ebda bażi fattwali solida biżżejjed għas-Sanzjonijiet tal-2021.

3.

It-tielet motiv huwa bbażat fuq il-fatt li d-drittijiet tar-rikorrent għall-proprjetà skont l-Artikolu 17(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea ġew miksura, billi, fost l-oħrajn, il-miżuri restrittivi huma restrizzjoni mhux iġġustifikata, mhux neċessarja u sproporzjonata fuq dawk id-drittijiet, peress li: (i) ma hemm l-ebda suġġeriment li xi fondi allegatament approprjati indebitament mir-rikorrent jitqiesu li ġew ittrasferiti barra mill-Ukrajna; (ii) miżuri domestiċi tal-Ukrajna huma b’mod ċar adegwati u suffiċjenti; u (iii) il-miżuri restrittivi issa ilhom fis-seħħ għal seba’ snin fuq il-bażi ta’ investigazzjoni ta’ qabel il-proċess li fil-verità hija mejta jew għall-inqas fi staġnar totali.


(1)  ĠU 2021, L 77, p. 29.

(2)  ĠU 2021, L 77, p. 2.


12.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 278/56


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Mejju 2021 – Estetica Group Iwona Michalak vs EUIPO (PURE BEAUTY)

(Kawża T-270/21)

(2021/C 278/76)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrent: Estetica Group Iwona Michalak (Varsavja, il-Polonja) (rappreżentant: P. Gutowski, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea “PURE BEAUTY” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 160 933

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-16 ta’ Marzu 2021 fil-Każ R 1456/2020-5

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tibdel id-deċiżjoni kkontestata billi tiddikjara li fir-rigward tat-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni ma hemmx raġuni assoluta għar-rifjut tar-reġistrazzjoni skont l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi minħabba n-nuqqas ta’ osservanza, mill-Bord tal-Appell, ta’ prassi deċiżjonali preċedenti tal-Uffiċċju li tippermetti r-reġistrazzjoni ta’ indikazzjonijiet verbali u figurattivi ta’ livell ta’ fantażija simili għal dak tat-trade mark li għaliha saret applikazzjoni, filwaqt li f’dan il-każ ma kinux jeżistu ċirkustanzi partikolari li jiġġustifikaw in-nuqqas ta’ osservanza ta’ tali prassi.


12.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 278/56


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Mejju 2021 – Puigdemont i Casamajó et vs Il-Parlament

(Kawża T-272/21)

(2021/C 278/77)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Carles Puigdemont i Casamajó (Waterloo, il-Belġju), Antoni Comín i Oliveres (Waterloo), Clara Ponsatí i Obiols (Waterloo) (rappreżentanti: P. Bekaert, J. Costa i Rosselló, G. Boye u S. Bekaert, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjonijiet tal-Parlament Ewropew tad-9 ta’ Marzu 2021 dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta’ Carles Puigdemont i Casamajó (P9_TA(2021)0059 – [2020/2024(IMM)]), Antoni Comín i Oliveres (P9_TA(2021)0060 – [2020/2025(IMM)]) u Clara Ponsatí Obiols (P9_TA(2021)0061 – [2020/2031(IMM)]),

tordna lill-konvenut ibati l-ispejjeż kollha ta’ din il-proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw tmien motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li l-Parlament ma ssodisfax l-obbligu tiegħu ta’ motivazzjoni suffiċjenti u adegwata għad-deċiżjonijiet ikkontestati, u għalhekk kiser l-obbligu ta’ motivazzjoni skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE, u l-Artikolu 41(2)(c) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, flimkien mad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva stabbilit fl-Artikolu 47 tal-Karta.

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni ta’ ksur tar-Regola 9(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Parlament Ewropew, flimkien mal-Artikoli 21, 21 u 47 tal-Karta, fir-rigward tad-dritt ta’ qorti stabbilita preċedentement mil-liġi, peress li t-talba għat-tneħħija ma kinitx indirizzata lill-Parlament minn awtorità kompetenti ta’ Stat Membru.

3.

It-tielet motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni tad-dritt li jkollhom ħwejjiġhom ipproċessati imparzjalment u ġustament, kif stabbilit fl-Artikolu 41(1) tal-Karta, li jammonta wkoll għal ksur tal-Artikolu 39(2) tal-Karta, flimkien ma’ nuqqas ta’ motivazzjoni fir-rigward ta’ diversi deċiżjonijiet proċedurali, u għalhekk bi ksur tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE, u tal-Artikolu 41(2)(c) tal-Karta, u bi ksur tal-Artikolu 15 TFUE u tal-Artikolu 47 tal-Karta.

4.

Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni ta’ ksur tad-dritt għal smigħ stabbilit fl-Artikolu 41(2)(b) tal-karta, flimkien mad-dritt għal aċċess għal dokumenti skont l-Artikolu 42 tal-Karta, u d-drittijiet ta’ difiża u protezzjoni ġudizzjarja effettiva.

5.

Il-ħames motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ kooperazzjoni leali, li jirriżulta min-nuqqas ta’ ċarezza tad-deċiżjonijiet ikkontestati fir-rigward tal-portata tat-tneħħijiet deċiżi, b’konnessjoni mad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva u d-dritt ta’ difiża stabbilit fl-Artikoli 47 u 48 tal-Karta.

6.

Is-sitt motiv huwa bbażat fuq ksur tal-immunitajiet previsti fl-Artikolu 343 TFUE u fl-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 7, flimkien mal-Artikoli 6, 39(2) u 45 tal-Karta, l-Artikolu 21 TFUE, u r-Regola 5(2) tar-Regoli tal-Proċedura, peress li l-Parlament jew totalment ma ħax inkunsiderazzjoni l-kriterji pprovduti fil-liġi sabiex jiddeċiedi dwar talba għat-tneħħija tal-immunità, jew wettaq żball manifest ta’ evalwazzjoni fir-rigward ta’ tali kriterji pprovduti mil-liġi.

7.

Is-seba’ motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba kif stabbilit fl-Artikolu 41 tal-Karta, u tal-prinċipju ta’ ugwaljanza kif stabbilit fl-Artikoli 20 u 21 tal-Karta, flimkien mal-Artikoli 343 TFUE, l-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 7, u l-Artikoli 6, 39(2) u 45 tal-Karta, peress li l-Parlament jew ma segwiex il-kriterji addizzjonali pprovduti fil-preċedent tiegħu stess sabiex jiddeċiedi dwar talba għat-tneħħija tal-immunità jew wettaq żball manifest ta’ evalwazzjoni.

8.

It-tmien motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba u tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament, flimkien mal-Artikoli 6, 20, 21, 39(2) u 45 tal-Karta, fir-rigward ta’ preċedenti li juru li l-Parlament ma jneħħix l-immunità għall-finijiet ta’ arrest tal-Membri tiegħu mingħajr kundanna, u fir-rigward tal-applikazzjoni tar-Regola 9(7) tar-Regoli tal-Proċedura.


12.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 278/57


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Mejju 2021 – The Topps Company vs EUIPO – Trebor Robert Bilkiewicz (Forma ta’ flixkun tat-trabi)

(Kawża T-273/21)

(2021/C 278/78)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: The Topps Company, Inc. (Wilmington, Delaware, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: D. Wieddekind u D. Wiemann, lawyers)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Trebor Robert Bilkiewicz (Gdansk, il-Polonja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrent quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark tridimensjonali tal-Unjoni Ewropea (Forma ta’ flixkun tat-trabi) – Trade mark tal-Unjoni Nru 1 400 407

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-10 ta’ Marzu 2021 fil-Każ R 1326/2020-2

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra għall-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 18(1)(a) tar-Regolament Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


12.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 278/58


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Mejju 2021 – Moio vs EUIPO – Paul Hartmann (moio.care)

(Kawża T-276/21)

(2021/C 278/79)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Moio GmbH (Fürth, il-Ġermanja) (rappreżentant: E. Grande García, avukata)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Paul Hartmann AG (Heidenheim, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea moio.care – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 938 097

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-24 ta’ Marzu 2021 fil-Każ R 1034/2020-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn tippreġudika lir-rikorrenti;

b’mod sussidjarju, tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn tikkonstata probabbiltà ta’ konfużjoni fis-sens tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-trade mark tal-Unjoni preċedenti Nru 16 395 055, “Molicare”;

b’mod iktar sussidjarju, tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn tikkonstata probabbiltà ta’ konfużjoni fir-rigward tal-prodotti koperti mill-applikazzjoni li jaqgħu fil-klasssi 5 kif ukoll tal-prodotti segwenti li jaqgħu fil-klassi 9: Tagħmir tal-ipproċessar tad-data; Tagħmir periferali għar-riproduzzjoni tad-data; Applikazzjoni tat-tagħmir ċellulari; Riċevituri tad-data ċellulari; Apparat mobbli għall-komunikazzjoni ta’ data; Settijiet ta’ trasmissjoni [telekomunikazzjoni]; Softwer sensorjali; Softwer tat-telekomunikazzjoni;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


12.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 278/59


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Mejju 2021 – Daimler vs EUIPO (Rappreżentazzjoni ta’ elementi bi tliet ponot fuq sfond iswed I)

(Kawża T-277/21)

(2021/C 278/80)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Daimler AG (Stuttgart, il-Ġermanja) (rappreżentant: N. Siebertz, avukata)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea (Rappreżentazzjoni ta’ elementi bi tliet ponot fuq sfond iswed I) – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 206 090

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-18 ta’ Marzu 2021 fil-Każ R 1895/2020–5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tal-proċeduri u għal dawk tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


12.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 278/60


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Mejju 2021 – Daimler vs EUIPO (Rappreżentazzjoni ta’ elementi bi tliet ponot fuq sfond iswed II)

(Kawża T-278/21)

(2021/C 278/81)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Daimler AG (Stuttgart, il-Ġermanja) (rappreżentant: N. Siebertz, avukata)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea (rappreżentazzjoni ta’ elementi bi tliet ponot fuq sfond iswed II) – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 206 086

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-18 ta’ Marzu 2021 fil-Każ R 1896/2021-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tal-kawża u tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


12.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 278/60


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Mejju 2021 – Daimler vs EUIPO (Rappreżentazzjoni ta’ elementi bi tliet ponot fuq sfond iswed IV)

(Kawża T-279/21)

(2021/C 278/82)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Daimler AG (Stuttgart, il-Ġermanja) (rappreżentant: N. Siebertz, avukata)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea (rappreżentazzjoni ta’ elementi bi tliet ponot fuq sfond iswed IV) – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 206 087

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-18 ta’ Marzu 2021 fil-Każ R 1898/2020-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tal-kawża u tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


12.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 278/61


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Mejju 2021 – Daimler vs EUIPO (Rappreżentazzjoni ta’ elementi bi tliet ponot fuq sfond iswed III)

(Kawża T-280/21)

(2021/C 278/83)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Daimler AG (Stuttgart, il-Ġermanja) (rappreżentant: N. Siebertz, avukata)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea (rappreżentazzjoni ta’ elementi bi tliet ponot fuq sfond iswed III) – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 206 085

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-18 ta’ Marzu 2021 fil-Każ R 1897/2020-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tal-kawża u tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


12.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 278/61


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Mejju 2021 – Pejovič vs EUIPO – ETA živilska industrija (TALIS)

(Kawża T-283/21)

(2021/C 278/84)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Edvin Pejovič (Pobegi, is-Slovenja) (rappreżentant: U. Pogačnik, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: ETA živilska industrija d.o.o. (Kamnik, is-Slovenja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “TALIS” – Trade mark tal-Unjoni Nru 15 632 871

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-23 ta’ Marzu 2021 fil-Każ R 888/2020-4

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tilqa’ dan ir-rikors;

tbiddel id-deċiżjoni kkontestata b’tali mod li tilqa’ l-appell tar-rikorrent u tbiddel id-deċiżjoni mogħtija fil-kuntest tal-proċedimenti għal kanċellazzjoni Nru 26 909 C tas-17 ta’ Marzu 2020 b’dan il-mod, li tilqa’ t-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark ikkontestata TALIS u li tiddikjara li t-trade mark ikkontestata hija invalida fl-intier tagħha;

fl-alternattiv, tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tibgħat il-każ lura lill-EUIPO għal iktar deliberazzjoni;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż kollha.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 60(1)(a) flimkien mal-Artikolu 8(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 59(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 63(1)(b) flimkien mal-Artikolu 46(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


12.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 278/62


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Mejju 2021 – Pejovič vs EUIPO – ETA živilska industrija (RENČKI HRAM)

(Kawża T-284/21)

(2021/C 278/85)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Edvin Pejovič (Pobegi, is-Slovenja) (rappreżentant: U. Pogačnik, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: ETA živilska industrija d.o.o. (Kamnik, is-Slovenja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea “RENČKI HRAM” – Trade mark tal-Unjoni Nru 15 297 336

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-23 ta’ Marzu 2021 fil-Każ R 1050/2020-4

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tilqa’ dan ir-rikors;

tbiddel id-deċiżjoni kkontestata b’tali mod li tilqa’ l-appell tar-rikorrent u tbiddel id-deċiżjoni mogħtija fil-kuntest tal-proċedimenti għal kanċellazzjoni Nru 34 709 C tat-12 ta’ Mejju 2020 b’tali mod li tilqa’ t-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade marki kkontestata RENČKI HRAM u li tiddikjara li t-trade mark ikkontestata hija invalida fl-intier tagħha;

fl-alternattiv, tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tibgħat il-każ lura lill-EUIPO għal iktar deliberazzjoni;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż kollha.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 60(1)(a) flimkien mal-Artikolu 8(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 59(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 63(1)(b) flimkien mal-Artikolu 46(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


12.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 278/63


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Mejju 2021 – Alliance française de Bruxelles-Europe et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-285/21)

(2021/C 278/86)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Alliance française de Bruxelles-Europe (Brussel, il-Belġju) u 7 rikorrenti oħra (rappreżentant: E. van Nuffel d’Heynsbroeck, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tordna, sad-digriet li jtemm il-proċedura għal miżuri provviżorji, is-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea li tqiegħed għall-lott 4 (lingwa Franċiża) tal-kuntratt dwar il-kuntratti-qafas relatati mat-taħriġ lingwistiku għall-istituzzjonijiet, korpi u aġenziji tal-Unjoni Ewropea (Nru HR/2020/OP/0014), fl-ewwel post lill-grupp CLL Centre de Langues – Allingua u fit-tieni post lill-grupp Alliance Europe Multilingual, ikkostitwit mir-rikorrenti, u li tordna kwalunkwe miżura oħra meħtieġa, b’mod partikolari l-effett ta’ din is-sospensjoni fuq kwalunkwe kuntratt eventwalment konkluż bi ksur tal-perijodu ta’ stennija stipulat mill-Artikolu 175 tar-Regolament Finanzjarju;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq nuqqas ta’ motivazzjoni suffiċjenti, bi ksur tal-Artikolu 170(3) tar-Regolament Finanzjarju. Ir-rikorrenti jsostnu f’dan ir-rigward li l-eżami tar-raġunijiet ikkomunikati relatati mal-kwalitajiet tal-offerta mressqa mir-rikorrenti u mal-karatteristiċi u l-vantaġġi tal-offerta mill-offerent ikklassifikat f’pożizzjoni aħjar, ma juru l-ebda korrelazzjoni bejn l-evalwazzjoni u l-klassifikazzjoni assenjata u li għalhekk ma huwiex possibbli li wieħed jifhem għaliex l-offerta tar-rikorrenti hija kklassifikata f’pożizzjoni inferjuri għal dik tal-offerta tal-offerent ikklassifikat f’pożizzjoni aħjar.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq nuqqas ta’ eżerċizzju effettiv tas-setgħa ta’ diskrezzjoni fis-sens li l-Kummissjoni Ewropea ċaħdet mill-evalwazzjoni tagħha elementi tal-proposta teknika tal-offerta tar-rikorrenti aċċessibbli permezz ta’ link hypertext ikkodifikat u integrat fl-offerta tagħhom, għar-raġuni li dawn l-elementi setgħu jiġu prodotti jew modifikati wara l-iskadenza tat-terminu ta’ żmien għas-sottomissjoni tal-offerti, mingħajr ma attwalment tivverifika jekk jeżistix riskju bħal dan.

3.

It-tielet motiv, imqajjem sussidjarjament, ibbażat fuq nuqqas manifest ta’ evalwazzjoni, fis-sens li ma hemm l-ebda korrelazzjoni ċara bejn l-evalwazzjoni tal-kwalitajiet intrinsiċi tal-offerta mressqa mir-rikorrenti u l-klassifikazzjoni assenjata lill-kriterji ta’ kwalità.


12.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 278/64


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Mejju 2021 – Pejovič vs EUIPO – ETA živilska industrija (RENŠKI HRAM)

(Kawża T-286/21)

(2021/C 278/87)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Edvin Pejovič (Pobegi, is-Slovenja) (rappreżentant: U. Pogačnik, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: ETA živilska industrija d.o.o. (Kamnik, is-Slovenja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “RENŠKI HRAM” – Trade mark tal-Unjoni Nru 15 297 302

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-23 ta’ Marzu 2021 fil-Każ R 679/2020-4

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tilqa’ dan ir-rikors;

tbiddel id-deċiżjoni kkontestata b’tali mod li tilqa’ l-appell tar-rikorrent u tbiddel id-deċiżjoni mogħtija fil-kuntest tal-proċedimenti għal kanċellazzjoni Nru 26 907 C tas-17 ta’ Marzu 2020 b’dan il-mod, li tilqa’ t-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark ikkontestata RENŠKI HRAM u li tiddikjara li t-trade mark ikkontestata hija invalida fl-intier tagħha;

fl-alternattiv, tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tibgħat il-każ lura lill-EUIPO għal iktar deliberazzjoni;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż kollha.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 60(1)(a) flimkien mal-Artikolu 8(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 59(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 63(1)(b) flimkien mal-Artikolu 46(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


12.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 278/65


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Mejju 2021 – Pejovič vs EUIPO – ETA živilska industrija (SALATINA)

(Kawża T-287/21)

(2021/C 278/88)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Edvin Pejovič (Pobegi, is-Slovenja) (rappreżentant: U. Pogačnik, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: ETA živilska industrija d.o.o. (Kamnik, is-Slovenja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “SALATINA” – Trade mark tal-Unjoni Nru 15 940 141

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-23 ta’ Marzu 2021 fil-Każ R 889/2020-4

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tilqa’ dan ir-rikors;

tbiddel id-deċiżjoni kkontestata b’tali mod li tilqa’ l-appell tar-rikorrent u tbiddel id-deċiżjoni mogħtija fil-kuntest tal-proċedimenti għal kanċellazzjoni Nru 26 905 C tas-17 ta’ Marzu 2020 b’dan il-mod, li tilqa’ t-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark ikkontestata SALATINA u li tiddikjara li t-trade mark ikkontestata hija invalida fl-intier tagħha;

fl-alternattiv, tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tibgħat il-każ lura lill-EUIPO għal iktar deliberazzjoni;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż kollha.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 60(1)(a) flimkien mal-Artikolu 8(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 59(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq motivi ta’ mala fide;

Ksur tal-Artikolu 63(1)(b) flimkien mal-Artikolu 46(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


12.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 278/66


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Mejju 2021 – ALO jewelry CZ vs EUIPO – Cartier International (ALOve)

(Kawża T-288/21)

(2021/C 278/89)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: ALO jewelry CZ s. r. o. (Praga, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: K. Čermák, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Cartier International AG (Steinhausen, l-Isvizzera)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea “ALOve” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 16 724 701

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-18 ta’ Marzu 2021 fil-Każ R 2679/2019-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


12.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 278/66


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Mejju 2021 – Bastion Holding et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-289/21)

(2021/C 278/90)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Bastion Holding BV u 53 rikorrent ieħor (Amsterdam, il-Pajjiżi Baxxi) (rappreżentanti: B. Braeken u X.Y.G. Versteeg, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

prinċipalment, tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2021) 1872 final tal-15 ta’ Marzu 2021 dwar it-tielet emenda tal-iskema ta’ għotja diretta sabiex issostni l-ispejjeż fissi għall-impriżi milquta mill-imxija COVID-19 (SA.62241 (2021/N)) – il-Pajjiżi l-Baxxi, sa fejn tirrigwarda l-ammont massimu ta’ EUR 600 000 għall-impriżi l-kbar;

sussidjarjament, tannulla l-imsemmija deċiżjoni fl-intier tagħha;

barra minn hekk, tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq in-nuqqas tal-Kummissjoni li tiftaħ proċedura ta’ investigazzjoni formali billi tiddeċiedi b’mod żbaljat li l-miżura ta’ għajnuna mill-Istat ma tqajjimx dubji dwar il-kompatibbiltà tagħha mas-suq intern.

Taħt dan il-motiv, ir-rikorrenti jargumentaw, l-ewwel, li l-miżura ta’ għajnuna mill-Istat ma hijiex xierqa sabiex tilħaq l-għan tagħha, li huwa li tirrimedja disturb serju fl-ekonomija Olandiża, billi tikkumpensa l-ispejjeż fissi ta’ impriżi li sofrew telf ta’ dħul mill-bejgħ ta’ 30 % bħala riżultat tal-imxija COVID-19 u l-miżuri governattivi sussegwentement imposti. L-ammont massimu ta’ għajnuna huwa, fil-fehma tar-rikorrenti, mhux xieraq sabiex jintlaħaq l-għan imfittex mill-miżura ta’ għajnuna mill-Istat. Il-miżura ta’ għajnuna mill-Istat tagħti massimu ta’ EUR 600 000 lill-impriżi l-kbar. Ammont bħal dan ma huwiex biżżejjed sabiex jirrimedja disturb serju fl-ekonomija Olandiża billi jiżgura li l-impriżi jibqgħu ekonomikament vijabbli. Speċjalment għal impriżi kbar bħar-rikorrenti, EUR 600 000 ma humiex biżżejjed sabiex jagħmlu tajjeb b’mod effettiv għat-telf tad-dħul mill-bejgħ sostnut bħala riżultat tal-imxija COVID-19.

It-tieni, ir-rikorrenti jsostnu li l-miżura ta’ għajnuna mill-Istat hija sproporzjonata. L-iskema attwali tmur lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex tevita n-nuqqas ta’ likwidità ffaċċjat mill-kumpanniji żgħar u medji (iktar 'il quddiem l-“SMEs”) u jsostnu l-ispejjeż fissi tagħhom. Fil-fatt, l-ammont sproporzjonat mogħti lil dawn il-kumpanniji jippermettilhom ikunu iktar kompetittivi, peress li ma humiex daqshekk ristretti mill-ispejjeż fissi tagħhom. Barra minn hekk, l-SMEs li rċevew għajnuna ma humiex marbuta daqs ir-rikorrenti li jirrikorru (1) għall-kapital azzjonarju tagħhom sabiex jibqgħu kompetittivi. Ir-rikorrenti jirċievu ammont massimu ta’ EUR 600 000 sabiex jibqgħu joperaw tlieta u tletin lukanda. L-SMEs, min-naħa l-oħra, huma eliġibbli sabiex jirċievu kważi l-istess ammont ta’ għajnuna sabiex jindirizzaw in-nuqqasijiet ta’ likwidità ta’ lukanda żgħira jew ta’ daqs medju biss.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq nuqqasijiet proċedurali mill-Kummissjoni, peress li d-deċiżjoni kkontestata fiha motivazzjoni inadegwata

It-tieni motiv għall-annullament jirrigwarda n-nuqqasijiet proċedurali tad-deċiżjoni kkontestata. Id-deċiżjoni, skont ir-rikorrenti, fiha dikjarazzjoni ta’ raġunijiet inadegwata, peress li ma tindirizzax (il-ġustifikazzjoni tad-) differenza sproporzjonata f’għajnuna massimizzata għall-SMEs u dik għall-impriżi l-kbar fi kwalunkwe daqs jew forma. Lanqas ma tindirizza n-natura xierqa tal-miżura nnifisha, jew il-fatt li l-SMEs kienu eliġibbli sabiex jirċievu għajnuna taħt żewġ miżuri ta’ għajnuna preċedenti. Bid-deċiżjoni tagħha, il-Kummissjoni għalhekk ma ppermettietx lir-rikorrenti jaċċertaw ir-raġunijiet għad-deċiżjoni li l-miżura ta’ għajnuna mill-Istat tqieset kompatibbli mas-suq intern. Dan jikser l-Artikolu 296 TFUE.


(1)  Nota editorjali: ir-rikors jirreferi għall-kumpaniji kkonċernati li huma rikjesti “jikkonsultaw” il-kapital azzjonarju tagħhom.


12.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 278/67


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Mejju 2021 – Muschaweck vs EUIPO – Conze (UM)

(Kawża T-293/21)

(2021/C 278/91)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Ulrike Muschaweck (München, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Konle, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Joachim Conze (München)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “UM” – Trade mark tal-Unjoni Nru 9 305 731

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-15 ta’ Marzu 2021 fil-Każ R 2260/2019-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni tal-EUIPO tas-6 ta’ Awwissu 2019 sa fejn iżżomm fis-seħħ ir-reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Nru 9 305 731 fir-rigward ta’ servizzi oħra, b’mod partikolari fir-rigward ta’:

Klassi 44: servizzi mediċi fil-qasam tal-kirurġija tal-ernja;

tilqa’ fl-intier tagħha t-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark tal-Unjoni Nru 9 305 731;

tikkonstata, għalhekk, l-invalidità tat-trade mark tal-Unjoni Nru 9 305 731 b’effett mill-20 ta’ Ġunju 2017 fir-rigward tal-prodotti u tas-servizzi kollha, b’mod partikolari fir-rigward ta’:

Klassi 10: Strumenti u apparat kirurġiċi, mediċi, dentali u għal użu veterinarju, dirgħajn, għajnejn u snien artifiċjali; oġġetti ortopediċi; materjali għas-sutura.

Klassi 41: Divertiment u edukazzjoni; taħriġ; divertiment; attivitajiet kulturali u sportivi; is-servizzi kollha msemmija iktar ’il fuq fil-qasam tas-servizzi mediċi;

Klassi 42: servizzi u riċerka xjentifiċi u teknoloġiċi u servizzi ta’ disinn relatati; analiżi industrijali u servizzi ta’ riċerka; tfassil u żvilupp ta’ hardware u software għall-kompjuters; is-servizzi kollha msemmija iktar ’il fuq fil-qasam tas-servizzi mediċi.

Klassi 44: servizzi mediċi u servizzi għall-kura tal-annimali; kura tas-sbuħija u tas-saħħa għall-bnedmin u għall-annimali; servizzi fil-qasam tal-agrikoltura, tal-ortikoltura u tal-forestrija.

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Difett legali formali tad-deċiżjoni kkontestata: assenza ta’ rappreżentant effettiv tal-parti l-oħra; preżentazzjoni tardiva min-naħa tal-proprjetarju tat-trade mark;

Difett legali materjali tad-deċiżjoni kkontestata: assenza tal-kunsens tal-proprjetarju inizjali tat-trade mark għall-użu tagħha; assenza ta’ użu ġenwin tat-trade mark tal-Unjoni “UM”; użu tat-trade mark tal-Unjoni “UM” biż-żieda ta’ “Dr. Muschaweck”.


12.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 278/68


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Mejju 2021 – Joules vs EUIPO – Star Gold (Jules Gents)

(Kawża T-294/21)

(2021/C 278/92)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Joules Ltd (Market Harborough, ir-Renju Unit) (rappreżentant: P. Martin-Berthon, lawyer)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Star Gold GmbH (Pforzheim, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea “Jules Gents” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 719 305

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-15 ta’ Marzu 2021 fil-Każ R 1123/2018-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata fl-intier tagħha;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti, inklużi l-ispejjeż tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 71(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u tal-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem;

Ksur tal-Artikoli 71(1) u 95(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-Artikolu 27(2) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/625 u tal-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem;

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


12.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 278/69


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Mejju 2021 – Bodegas Beronia vs EUIPO – Bodegas Carlos Serres (ALEGRA DE BERONIA)

(Kawża T-298/21)

(2021/C 278/93)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Bodegas Beronia, SA (La Rioja, Spanja) (rappreżentant: J. Mora Cortés, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Bodegas Carlos Serres, SL (La Rioja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea ALEGRA DE BERONIA – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 012 451

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Marzu 2021 fil-Każ R 2013/2020-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata, sa fejn tiċħad l-Appell R 2013/2020-1 u tirrifjuta fit-totalità tagħha t-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 18.012.451 ALEGRA DE BERONIA (verbali) għall-prodotti kkontestati kollha.

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2017 dwar it-trade mark tal-Unjoni Ewropea.


12.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 278/70


Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Mejju 2021 – Falke vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-306/21)

(2021/C 278/94)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Falke KGaA (Schmallenberg, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Vetter, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla, skont l-Artikolu 264(1) TFUE, id-deċiżjoni tal-konvenuta tal-20 ta’ Novembru 2020 (Għajnuna mill-Istat Nru SA.59289) kif emendata bid-deċiżjoni tal-konvenuta tat-12 ta’ Frar 2021 (Għajnuna mill-Istat Nru SA.61744),

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

1.

L-iskema ta’ għajnuna Ġermaniża “Bundesregelung Fixkostenhilfe 2020” (Skema Federali għal Għajnuna ta’ Spiża Fissa 2020) approvata mill-konvenuta ma hijiex kompatibbli mas-suq intern peress li toħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni, mingħajr ma tkun eċċezzjonalment iġġustifikata f’dan il-każ. Il-konvenuta wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni meta ddeċidiet li l-iskema ta’ għajnuna prevista, li tirrikjedi tnaqqis fid-dħul mill-bejgħ tal-impriża kollha ta’ mill-inqas 30 %, hija kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3)(b) TFUE. Skont ir-rikorrenti, l-approċċ globali tal-iskema ta’ għajnuna tista’ teskludi kumpanniji bħar-rikorrenti, b’diversi oqsma tan-negozju milquta mill-pandemija COVID-19 b’modi differenti, li minnhom in-negozju bażiku ra tnaqqis fid-dħul mill-bejgħ ta’ 30 % minħabba l-għeluq, milli jistgħu japplikaw għal għajnuna, sempliċement minħabba li qasam tan-negozju ieħor ma jsofri l-ebda telf ta’ dħul mill-bejgħ u bil-kalkolu ta’ medja aritmetika tad-dħul mill-bejgħ ta’ oqsma ta’ negozju differenti jfisser li l-limitu ta’ 30 % ma jintlaħaqx. Dawn il-kumpanniji għaldaqstant jistgħu – b’kuntrast ma’ kumpanniji f’qasam ta’ negozju wieħed biss – ma jirċievu l-ebda għajnuna u jkollhom jissussidjaw b’mod inkroċjat l-ispejjeż fissi mhux koperti tan-negozju magħluqa tagħhom mill-oqsma tan-negozju l-oħra tagħhom. Dan iwassal għal distorsjoni tal-kompetizzjoni kemm fir-rigward tal-kompetituri fil-qasam tan-negozju affettwat mill-COVID-19 kif ukoll fir-rigward ta’ kompetituri fil-qasam tan-negozju mhux affettwat mill-COVID-19.

2.

Il-konvenuta kisret id-drittijiet proċedurali tar-rikorrenti skont l-Artikolu 108(2) TFUE billi ma tathiex l-opportunità li tesprimi t-tħassib tagħha dwar il-kompatibbilità tal-iskema ta’ għajnuna mas-suq intern fil-proċedura ta’ eżami preliminari.


12.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 278/71


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Mejju 2021 – Poupart vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-376/20) (1)

(2021/C 278/95)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tal-Ewwel Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 262, 10.8.2020.


12.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 278/71


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Mejju 2021 – Corman vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-25/21) (1)

(2021/C 278/96)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tal-Ewwel Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 72, 1.3.2021.


12.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 278/71


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Mejju 2021 – Suez vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-121/21) (1)

(2021/C 278/97)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tat-Tielet Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 138, 19.4.2021.