ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 263

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 64
5 ta' Lulju 2021


Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2021/C 263/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2021/C 263/02

Kawżi Magħquda C-294/19 u C-304/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tad-29 ta’ April 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Constanţa – Ir-Rumanija) – Agenţia de Plăţi şi Intervenţie pentru Agricultură – Centrul Judeţean Tulcea vs SC Piscicola Tulcea SA (C-294/19), Ira Invest SRL vs Agenţia de Plăţi şi Intervenţie pentru Agricultură – Centrul Judeţean Tulcea (C-304/19) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Agrikoltura – Politika Agrikola Komuni (PAK) – Skemi ta’ għajnuna diretta – Ettaru eliġibbli – Impjanti tal-akwakultura – Użu katastali – Użu effettiv għal finijiet agrikoli – Użu konformi mar-reġistrazzjonijiet fir-reġistru tal-artijiet)

2

2021/C 263/03

Kawża C-383/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Hames Awla) tad-29 ta’ April 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Rejonowy w Ostrowie Wielkopolskim – il-Polonja) – Powiat Ostrowski vs Ubezpieczeniowy Fundusz Gwarancyjny (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Assigurazzjoni obbligatorja għar-responsabbiltà ċivili li tirriżulta mill-użu ta’ vetturi bil-mutur – Direttiva 2009/103/KE – L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 3 – Obbligu li jiġi konkluż kuntratt ta’ assigurazzjoni – Portata – Awtorità lokali li tkun xtrat vettura b’mod ġudizzjarju – Vettura rreġistrata, li tinsab f’art privata u intiża li tinqered)

3

2021/C 263/04

Kawża C-480/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (it-Tieni Awla) tad-29 ta’ April 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Korkein hallinto-oikeus – il-Finlandja) – Kawża mressqa minn E (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 63 TFUE – Moviment liberu tal-kapital – Taxxa fuq id-dħul – Dħul mill-kapital – Dħul imqassam minn impriża għal investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) residenti, taħt forma kuntrattwali – Dħul imqassam minn UCITS stabbilita fi Stat Membru ieħor u li għandha l-forma statutorja – Differenza fit-trattament – Artikolu 65 TFUE – Sitwazzjonijiet oġġettivament paragunabbli)

3

2021/C 263/05

Kawża C-617/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tad-29 ta’ April 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio – l-Italja) – Granarolo SpA vs Ministero dell'Ambiente e della Tutela del Territorio e del Mare, Ministero dello Sviluppo Economico, Comitato nazionale per la gestione della Direttiva 2003/87/CE e per il supporto nella gestione delle attività di progetto del protocollo di Kyoto (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Ambjent – Direttiva 2003/87/KE – Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjoni ta’ gassijiet serra – Artikolu 3(e) – Kunċett ta’ installazzjoni – Artikolu 3(f) – Kunċett ta’ operatur – Anness I, punti 2 u 3 – Regola tal-aggregazzjoni – Żieda tal-kapaċitajiet tal-attivitajiet ta’ installazzjoni – Trasferiment ta’ unità ta’ koġenerazzjoni ta’ elettriku u ta’ sħana mill-proprjetarju ta’ stabbiliment industrijali – Kuntratt ta’ provvista ta’ enerġija bejn l-impriżi ċedenti u ċessjonarja – Aġġornament tal-awtorizzazzjoni għall-emissjoni tal-gassijiet serra)

4

2021/C 263/06

Kawża C-704/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tad-29 ta’ April 2021 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Għajnuna mill-Istat – Għajnuna għat-tnedija tat-televiżjoni diġitali terrestri f’żoni remoti u inqas urbanizzati tal-Comunidad Autónoma de Castilla – La Mancha (Communauté autonome de Castille-La Manche, Spanja) – Deċiżjoni (UE) 2016/1385 – Għajnuna illegali u inkompatibbli mas-suq intern – Nuqqas ta’ eżekuzzjoni fit-terminu mogħti)

5

2021/C 263/07

Kawża C-192/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Castilla y León (Spanja) fis-26 ta’ Marzu 2021 – Clemente vs Comunidad de Castilla y León (Dirección General de la Función Pública)

5

2021/C 263/08

Kawża C-196/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul Ilfov (ir-Rumanija) fis-26 ta’ Marzu 2021 – SR vs EW

6

2021/C 263/09

Kawża C-201/21 P: Appell ippreżentat fit-30 ta’ Marzu 2021 minn Foundation for the Protection of the Traditional Cheese of Cyprus named Halloumi mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fl-20 ta’ Jannar 2021 fil-Kawża T-328/17 RENV, Foundation for the Protection of the Traditional Cheese of Cyprus named Halloumi vs EUIPO – M. J. Dairies (BBQLOUMI)

6

2021/C 263/10

Kawża C-230/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad voor Vreemdelingenbetwistingen (il-Belġju) fid-9 ta’ April 2021 – X, li taġixxi f’isimha stess u fil-kwalità tagħha ta’ rappreżentanta legali tal-ulied minuri tagħha Y u Z vs l-Istat Belġjan

7

2021/C 263/11

Kawża C-240/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Ravensburg (il-Ġermanja) fl-14 ta’ April 2021 – SA et vs Daimler AG

7

2021/C 263/12

Kawża C-247/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (l-Awstrija) fl-20 ta’ April 2021 – Luxury Trust Automobil GmbH

9

2021/C 263/13

Kawża C-261/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fil-21 ta’ April 2021 – F. Hoffmann-La Roce Ltd et vs Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato

9

2021/C 263/14

Kawża C-265/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-cour d’appel de Bruxelles (Il-Belġju) fis-26 ta’ April 2021 – AB, AB-CD vs Z EF

10

2021/C 263/15

Kawża C-266/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sofiyski gradski sad (il-Bulgarija) fis-26 ta’ April 2021 – Proċeduri kriminali kontra HV

11

2021/C 263/16

Kawża C-270/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Korkein hallinto-oikeus (il-Qorti Amministrattiva Suprema, il-Finlandja) fis-27 ta’ April 2021 – A

12

 

Il-Qorti Ġenerali

2021/C 263/17

Kawża T-199/17 RENV: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Mejju 2021 – Alba Aguilera et vs SEAE (Servizz pubbliku – Uffiċjali – Membri tal-persunal temporanju – Membri tal-persunal bil-kuntratt – Remunerazzjoni – Persunal tas-SEAE assenjat f’pajjiż terz – Artikolu 10 tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal – Evalwazzjoni annwali tal-allowance għall-kundizzjonijiet tal-għajxien – Deċiżjoni dwar it-tnaqqis tal-allowance għall-kundizzjonijiet tal-għajxien għall-persunal assenjat fl-Etjopja minn 30 għal 25 % – Koerenza reġjonali – Żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni)

13

2021/C 263/18

Kawża T-816/17 u T-318/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Mejju 2021 – Luxembourg u Amazon vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat – Għajnuna implimentata mil-Lussemburgu għal Amazon – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u illegali u li tordna l-irkupru tagħha – Deċiżjoni fiskali (tax ruling) – Prezz tat-trasferiment – Vantaġġ fiskali selettiv – Metodu ta’ ffissar tal-prezzijiet ta’ trasferiment – Analiżi funzjonali)

13

2021/C 263/19

Kawża T-218/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Mejju 2021 – Deutsche Lufthansa vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat – Settur tal-ajru – Għajnuna operattiva mogħtija mill- Ġermanja lill-ajruport ta’ Frankfurt-Hahn – Deċiżjoni li ma jitqajmux oġġezzjonijiet – Rikors għal annullament – Kwalità ta’ parti interessata – Salvagwardja tad-drittijiet proċedurali – Ammissibbiltà – Linji gwida dwar l-għajnuna lill-avjazzjoni – Dubji dwar il-kompatibbiltà tal-għajnuna mas-suq intern – Artikolu 4(4) tar-Regolament (UE) 2015/1589 – Diffikultajiet serji)

14

2021/C 263/20

Kawża T-254/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Mejju 2021 – China Chamber of Commerce for Import and Export of Machinery and Electronic Products et vs Il-Kummissjoni (Dumping – Importazzjonijiet ta’ ċerti oġġetti tal-ħadid fondut li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina – Dritt antidumping definittiv – Rikors għal annullament – Ammissibbiltà – Assoċjazzjoni – Locus standi – Interess ġuridiku – Determinazzjoni tad-dannu – Kalkolu tal-volum ta’ importazzjonijiet – Indikaturi makro ekonomiċi u mikro ekonomiċi – Teħid ta’ kampjuni – Kalkolu tal-ispiża tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni – Prezzijiet iffatturati intra-azjendali – Rabta kawżali – Analiżi ta’ imputazzjoni u ta’ nuqqas ta’ imputazzjoni – Nuqqas ta’ analiżi tad-dannu għal kull segment – Evalwazzjoni tal-importanza tat-twaqqigħ tal-prezz – Trattament kunfidenzjali ta’ informazzjoni – Drittijiet tad-difiża – Il-metodu NKP b’NKP – Paragun tal-prodotti – Kalkolu tal-valur normali – Pajjiż analogu – L-aġġustament għall-VAT – Determinazzjoni tal-ispejjeż tal-bejgħ, spejjeż ġenerali u spejjeż amministrattivi kif ukoll tal-profitti)

15

2021/C 263/21

Kawżi T-516/18 u T-525/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Mejju 2021 – Il-Lussemburgu et vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat – Għajnuna implimentata mil-Lussemburgu favur Engie d’État – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u illegali u li tordna l-irkupru tagħha – Deċiżjonijiet dwar it-taxxa bil-quddiem (tax rulings) – Riżorsi tal-Istat – Vantaġġ – Effett ikkombinat ta’ żewġ miżuri fiskali – Eżenzjoni mid-dħul minn ishma – Tassazzjoni tat-tqassim tal-profitti – Abbuż ta’ dritt – Natura selettiva – Qafas ta’ riferiment – Konstatazzjoni ta’ deroga – Komparabbiltà ta’ sitwazzjonijiet – Skema omm-sussidjarja – Grupp ta’ kumpanniji – Irkupru – Armonizzazzjoni indiretta – Drittijiet proċedurali – Obbligu ta’ motivazzjoni)

16

2021/C 263/22

Kawża T-387/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Mejju 2021 – DF u DG vs BEI (Servizz pubbliku – Uffiċjali tal-BEI – Remunerazzjoni – Deċiżjoni li tirrifjuta d-dritt għall-allowance tal-installazzjoni fl-okkażjoni tar-ritorn lejn is-sede – Responsabbiltà)

17

2021/C 263/23

Kawża T-510/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Mejju 2021 – Puma vs EUIPO – Gemma Group (Rappreżentazzjoni ta’ felin jaqbeż) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tirrappreżenta felin jaqbeż – Trade marks figurattivi internazzjonali preċedenti li jirrappreżentaw felin jaqbeż – Raġuni relattiva għal rifjut – Assenza ta’ ħsara għar-reputazzjoni – Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001])

18

2021/C 263/24

Kawża T-789/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Mejju 2021 – Moerenhout et vs Il-Kummissjoni (Dritt istituzzjonali – Inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej – Skambji kummerċjali mat-territorji taħt okkupazzjoni militari – Rifjut ta’ reġistrazzjoni – Nuqqas manifest ta’ kompetenzi tal-Kummissjoni – Artikolu 4(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 211/2011 – Politika kummerċjali komuni – Artikolu 207 TFUE – Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Artikolu 215 TFUE – Obbligu ta’ motivazzjoni – Artikolu 4(3) tar-Regolament Nru 211/2011)

18

2021/C 263/25

Kawża T-256/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Mejju 2021 – Steinel vs EUIPO (GluePro) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea GluePro – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 – Assenza ta’ karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament 2017/1001)

19

2021/C 263/26

Kawża T-324/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Mejju 2021 – Yongkang Kugooo Technology vs EUIPO – Ford Motor Company (kugoo) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea kugoo – Trade marks verbali tal-Unjoni Ewropea u nazzjonali preċedenti KUGA u verbali tal-Unjoni Ewropea preċedenti KUGA ENERGI – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001])

20

2021/C 263/27

Kawża T-465/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Mejju 2021 – Ryanair vs Il-Kummissjoni (TAP; Covid-19) (Għajnuna mill-Istat – Suq Portugiż tat-trasport bl-ajru – Għajnuna mogħtija mill-Portugall lil TAP minħabba l-pandemija tal-COVID-19 – Self mill-Istat – Deċiżjoni li ma jitqajmux oġġezzjonijiet – Punt 22 tal-Linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u għar-ristrutturazzjoni ta’ impriżi f’diffikultà – Kumpannija li tagħmel parti minn grupp – Diffikultajiet speċifiċi u li ma jirriżultawx minn tqassim arbitrarju tal-ispejjeż fi ħdan il-grupp – Diffikultajiet serji wisq sabiex jiġu solvuti mill-grupp innifsu – Obbligu ta’ motivazzjoni – Żamma fis-seħħ tal-effetti tad-deċiżjoni)

20

2021/C 263/28

Kawża T-535/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Mejju 2021 – Müller vs EUIPO (TIER SHOP) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva TIER SHOP – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Karattru deskrittiv – Assenza ta; karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 – Interess ġuridiku – Obbligu ta’ motivazzjoni – Artikolu 72(4) u l-ewwel sentenza tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament 2017/1001)

21

2021/C 263/29

Kawża T-628/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Mejju 2021 – Ryanair vs Il-Kummissjoni (Spanja; Covid-19) (Għajnuna mill-Istat – Spanja – Miżuri ta’ rikapitalizzazzjoni intiżi li jsostnu l-impriżi sistemiċi u strateġiċi għall-ekonomija Spanjola fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 – Deċiżjoni li ma jitqajmux oġġezzjonijiet – Qafas temporanju tal-għajnuna mill-Istat – Miżura intiża li tirrimedja disturb serju tal-ekonomija ta’ Stat Membru – Miżura intiża għall-ekonomija kollha ta’ Stat Membru – Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni – Libertà li jiġu pprovduti servizzi u libertà ta’ stabbiliment – Proporzjonalità – Kriterju tal-istabbiliment fi Spanja tal-benefiċjarji tal-għajnuna – Assenza ta’ bbilanċjar tal-effetti benefiċi tal-għajnuna mal-effetti negattivi tagħha fuq il-kundizzjonijiet tal-kummerċ u fuq iż-żamma ta’ kompetizzjoni mhux distorta – Artikolu 107(3)(b) TFUE – Kunċett ta’ skema ta’ għajnuna – Obbligu ta’ motivazzjoni)

22

2021/C 263/30

Kawża T-643/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Mejju 2021 – Ryanair vs Il-Kummissjoni (KLM; Covid-19) (Għajnuna mill-Istat – Il-Pajjiżi l-Baxxi – Garanzija mill-Istat għal self u self subordinat tal-Istat favur KLM fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 – Linji gwida temporanji tal-miżuri ta’ għajnuna mill-Istat – Deċiżjoni li ma jitqajmux oġġezzjonijiet – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern – Għajnuna preċedentement mogħtija lil kumpannija oħra tal-istess grupp ta’ impriżi – Obbligu ta’ motivazzjoni – Żamma tal-effetti tad-deċiżjoni)

22

2021/C 263/31

Kawża T-158/20: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Mejju 2021 – TrekStor vs EUIPO – Yuneec Europe (Breeze) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali Breeze – Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti Breeze – Raġuni relattiva għal rifjut – Xebh tal-prodotti – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(a) u (b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(a) u (b) tar-Regolament (UE) 2017/1001) – Rikors manifestament infondat fid-dritt)

23

2021/C 263/32

Kawża T-672/20: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Mejju 2021 – Kerstens vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament – Servizz pubbliku – Uffiċjali – Talba għal assistenza – Ċaħda tal-ilment – Terminu għall-preżentata ta’ rikors – Bidu tad-dekorrenza – Data li fiha l-parti interessata setgħet issir taf bil-kontenut tad-deċiżjoni – Tardività – Inammissibbiltà)

24

2021/C 263/33

Kawża T-38/21 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Mejju 2021 – Inivos u Inivos vs Il-Kummissjoni (Miżuri provviżorji – Kuntratti pubbliċi – Proċedura negozjata mingħajr pubblikazzjoni minn qabel ta’ avviż ta’ kuntratt – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Nuqqas ta’ urġenza)

24

2021/C 263/34

Kawża T-235/21: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ April 2021 – Il-Bulgarija vs Il-Kummissjoni

25

2021/C 263/35

Kawża T-242/21: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Mejju 2021 – Pszonka vs Il-Kunsill

26

2021/C 263/36

Kawża T-243/21: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Mejju 2021 – Pszonka vs Il-Kunsill

27

2021/C 263/37

Kawża T-251/21: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Mejju 2021 – Tigercat International vs EUIPO – Caterpillar (Tigercat)

28

2021/C 263/38

Kawża T-252/21: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Mejju 2021 – Hrebenyuk vs EUIPO (Forma ta’ kullar wieqaf)

29

2021/C 263/39

Kawża T-260/21: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Mejju 2021 – E. Breuninger vs Il-Kummissjoni

29

2021/C 263/40

Kawża T-264/21: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Mejju 2021 – Établissement Amra vs EUIPO – eXpresio (Forma ta’ stvala tal-qbiż bl-elementi verbali Aerower Jumper1 M)

30

2021/C 263/41

Kawża T-265/21: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Mejju 2021 – Sunshine Smile vs EUIPO (PlusDental+)

31

2021/C 263/42

Kawża T-266/21: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Mejju 2021 – Casanova vs BEI

31

2021/C 263/43

Kawża T-267/21: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Mejju 2021 – Amort et vs Il-Kummissjoni

32

2021/C 263/44

Kawża T-271/21: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Mejju 2021 – Ortis vs Il-Kummissjoni

33

2021/C 263/45

Kawża T-274/21: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Mejju 2021 – Synadiet et vs Il-Kummissjoni

35

2021/C 263/46

Kawża T-275/21: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Mejju 2021 – Louis Vuitton Malletier vs EUIPO – Wisniewski (Rappreżentazzjoni ta’ disinn ta’ skakkiera)

36

2021/C 263/47

Kawża T-198/18: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Mejju 2021 – Chrysses Demetriades & Co. u Provident Fund of the Employees of Chrysses Demetriades & Co. vs Il-Kunsill et

37

2021/C 263/48

Kawża T-199/18: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Mejju 2021 – SCF Terminal (Cyprus) u SHB vs Il-Kunsill et

37

2021/C 263/49

Kawża T-588/20: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Mejju 2021 – MP vs Il-Kummissjoni

37


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

5.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 263/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2021/C 263/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 252, 28.6.2021

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 242, 21.6.2021

ĠU C 228, 14.6.2021

ĠU C 217, 7.6.2021

ĠU C 206, 31.5.2021

ĠU C 189, 17.5.2021

ĠU C 182, 10.5.2021

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

5.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 263/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tad-29 ta’ April 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Constanţa – Ir-Rumanija) – Agenţia de Plăţi şi Intervenţie pentru Agricultură – Centrul Judeţean Tulcea vs SC Piscicola Tulcea SA (C-294/19), Ira Invest SRL vs Agenţia de Plăţi şi Intervenţie pentru Agricultură – Centrul Judeţean Tulcea (C-304/19)

(Kawżi Magħquda C-294/19 u C-304/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Agrikoltura - Politika Agrikola Komuni (PAK) - Skemi ta’ għajnuna diretta - Ettaru eliġibbli - Impjanti tal-akwakultura - Użu katastali - Użu effettiv għal finijiet agrikoli - Użu konformi mar-reġistrazzjonijiet fir-reġistru tal-artijiet)

(2021/C 263/02)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel Constanţa

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Agenţia de Plăţi şi Intervenţie pentru Agricultură – Centrul Judeţean Tulcea (C-294/19), Ira Invest SRL (C-304/19)

Konvenuti: SC Piscicola Tulcea SA (C-294/19), Agenţia de Plăţi şi Intervenţie pentru Agricultură – Centrul Judeţean Tulcea (C-304/19)

Dispożittiv

L-Artikolu 2(h) u l-Artikolu 34(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 tad-19 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003, kif ukoll l-Artikolu 4(1)(e) u l-Artikolu 32(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta’ appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 għandhom jiġu interpretati fis-sens li erjas ikklassifikati, fid-dritt nazzjonali, bħala intiżi għall-attività tal-akwakultura, iżda li huma jew effettivament intużaw għal finijiet agrikoli, huma erjas agrikoli.


(1)  ĠU C 288, 26.08.2019.


5.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 263/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Hames Awla) tad-29 ta’ April 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Rejonowy w Ostrowie Wielkopolskim – il-Polonja) – Powiat Ostrowski vs Ubezpieczeniowy Fundusz Gwarancyjny

(Kawża C-383/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Assigurazzjoni obbligatorja għar-responsabbiltà ċivili li tirriżulta mill-użu ta’ vetturi bil-mutur - Direttiva 2009/103/KE - L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 3 - Obbligu li jiġi konkluż kuntratt ta’ assigurazzjoni - Portata - Awtorità lokali li tkun xtrat vettura b’mod ġudizzjarju - Vettura rreġistrata, li tinsab f’art privata u intiża li tinqered)

(2021/C 263/03)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Rejonowy w Ostrowie Wielkopolskim

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Powiat Ostrowski

Konvenut: Ubezpieczeniowy Fundusz Gwarancyjny

Dispożittiv

L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/103/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar l-assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà għandu jiġi interpretat fis-sens li l-konklużjoni ta’ kuntratt ta’ assigurazzjoni għar-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vettura bil-mutur hija obbligatorja meta l-vettura kkonċernata tkun irreġistrata fi Stat Membru, meta din il-vettura ma tkunx ġiet irtirata regolarment mill-użu skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli.


(1)  ĠU C 280, 19.8.2019.


5.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 263/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (it-Tieni Awla) tad-29 ta’ April 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Korkein hallinto-oikeus – il-Finlandja) – Kawża mressqa minn E

(Kawża C-480/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 63 TFUE - Moviment liberu tal-kapital - Taxxa fuq id-dħul - Dħul mill-kapital - Dħul imqassam minn impriża għal investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) residenti, taħt forma kuntrattwali - Dħul imqassam minn UCITS stabbilita fi Stat Membru ieħor u li għandha l-forma statutorja - Differenza fit-trattament - Artikolu 65 TFUE - Sitwazzjonijiet oġġettivament paragunabbli)

(2021/C 263/04)

Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

Qorti tar-rinviju

Korkein hallinto-oikeus

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: E

fil-preżenza ta’: Veronsaajien oikeudenvalvontayksikkö

Dispożittiv

L-Artikoli 63 u 65 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu prassi fiskali ta’ Stat Membru li skontha, għall-finijiet tat-taxxa fuq id-dħul ta’ persuna fiżika residenti f’dan l-Istat Membru, id-dħul imħallas minn impriża għal investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) li għandha l-forma statutorja stabbilita fi Stat Membru ieħor ma huwiex assimilat mad-dħul imħallas mill-UCITS stabbiliti fl-ewwel Stat Membru, minħabba li dawn tal-aħħar ma għandhomx l-istess forma ġuridika.


(1)  ĠU C 295, 2.9.2019.


5.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 263/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tad-29 ta’ April 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio – l-Italja) – Granarolo SpA vs Ministero dell'Ambiente e della Tutela del Territorio e del Mare, Ministero dello Sviluppo Economico, Comitato nazionale per la gestione della Direttiva 2003/87/CE e per il supporto nella gestione delle attività di progetto del protocollo di Kyoto

(Kawża C-617/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ambjent - Direttiva 2003/87/KE - Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjoni ta’ gassijiet serra - Artikolu 3(e) - Kunċett ta’ “installazzjoni” - Artikolu 3(f) - Kunċett ta’ “operatur” - Anness I, punti 2 u 3 - Regola tal-aggregazzjoni - Żieda tal-kapaċitajiet tal-attivitajiet ta’ installazzjoni - Trasferiment ta’ unità ta’ koġenerazzjoni ta’ elettriku u ta’ sħana mill-proprjetarju ta’ stabbiliment industrijali - Kuntratt ta’ provvista ta’ enerġija bejn l-impriżi ċedenti u ċessjonarja - Aġġornament tal-awtorizzazzjoni għall-emissjoni tal-gassijiet serra)

(2021/C 263/05)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Granarolo SpA

Konvenuti: Ministero dell'Ambiente e della Tutela del Territorio e del Mare, Ministero dello Sviluppo Economico, Comitato nazionale per la gestione della Direttiva 2003/87/CE e per il supporto nella gestione delle attività di progetto del protocollo di Kyoto

fil-preżenza ta’: E.ON Business Solutions Srl, li kienet E.ON Connecting Energies Italia Srl

Dispożittiv

L-Artikolu 3(e) u (f) tad-Direttiva 2003/87 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE, kif emendata bid-Direttiva 2009/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009, moqri flimkien mal-punti 2 u 3 tal-Anness I tagħha, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix li proprjetarju ta’ stabbiliment ta’ produzzjoni, li jinkludi impjant termiku li l-attività tiegħu taqa’ taħt dan l-Anness I, ikun jista’ jikseb l-aġġornament tal-awtorizzazzjoni tiegħu li joħroġ gassijiet serra, fis-sens tal-Artikolu 7 ta’ din id-direttiva, meta ttrasferixxa unità ta’ koġenerazzjoni li tinsab fl-istess sit industrijali bħal dan l-istabbiliment u li twettaq attività li l-kapaċità tagħha hija inqas mil-limitu previst fl-imsemmi Anness I, lil impriża li tispeċjalizza fis-settur tal-enerġija, filwaqt li kkonkluda kuntratt ma’ din l-impriża li jipprevedi b’mod partikolari li l-enerġija prodotta minn din l-unità ta’ koġenerazzjoni tkun ipprovduta lil dan l-istabbiliment, fil-każ li l-impjant termiku ta’ ġenerazzjoni tal-elettriku u l-unità ta’ koġenerazzjoni ma jikkostitwixxux l-istess installazzjoni waħda, fis-sens tal-Artikolu 3(e) tal-imsemmija direttiva, u li, fi kwalunkwe każ, il-proprjetarju tal-istabbiliment ta’ produzzjoni ma għadux l-operatur tal-unità ta’ koġenerazzjoni, fis-sens tal-Artikolu 3(f) tal-istess direttiva.


(1)  ĠU C 399, 25.11.2019.


5.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 263/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tad-29 ta’ April 2021 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja

(Kawża C-704/19) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Għajnuna mill-Istat - Għajnuna għat-tnedija tat-televiżjoni diġitali terrestri f’żoni remoti u inqas urbanizzati tal-Comunidad Autónoma de Castilla – La Mancha (Communauté autonome de Castille-La Manche, Spanja) - Deċiżjoni (UE) 2016/1385 - Għajnuna illegali u inkompatibbli mas-suq intern - Nuqqas ta’ eżekuzzjoni fit-terminu mogħti)

(2021/C 263/06)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Stromsky, P. Arenas u P. Němečková, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: S. Jiménez García, aġent)

Dispożittiv

1)

Billi ma adottax, fit-termini previsti, il-miżuri neċessarji kollha sabiex jirkupra mingħand Telecom Castilla-La Mancha SA l-għajnuna mill-Istat iddikjarata illegali u inkompatibbli mas-suq intern permezz tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1385 tal-1 ta’ Ottubru 2014 dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.27408 (C 24/10 (ex NN 37/10, ex CP 19/09) implimentata mill-awtoritajiet ta’ Castilla-La Mancha għat-tnedija tat-televiżjoni diġitali terrestri f’żoni remoti u inqas urbanizzati ta’ Castilla-La Mancha, billi ma wriex li l-pagamenti kollha sospiżi tal-imsemmija għajnuna ġew annullati, u billi ma kkomunikax lill-Kummissjoni Ewropea, fit-terminu previst, il-miżuri adottati sabiex jikkonforma ruħu ma din id-deċiżjoni, ir-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 288 TFUE u taħt l-Artikoli 3 u 4 ta’ din id-deċiżjoni.

2)

Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 413, 09.12.2019.


5.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 263/5


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Castilla y León (Spanja) fis-26 ta’ Marzu 2021 – Clemente vs Comunidad de Castilla y León (Dirección General de la Función Pública)

(Kawża C-192/21)

(2021/C 263/07)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Superior de Justicia de Castilla y León

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Clemente

Konvenut: Comunidad de Castilla y León (Dirección General de la Función Pública)

Domandi preliminari

1)

Il-kunċett ta’ “ħaddiem komparabbli permanenti” użat fil-klawżola 4(1) tal-Ftehim qafas fuq ix-xogħol għal żmien determinat iffirmat fit-18 ta’ Marzu 1999 bejn l-organizzazzjonijiet interprofessjonali ta’ natura ġenerali (CES, UNICE u CEEP) li jinsab bħala anness għad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70 tat-28 ta’ Ġunju 1999 (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-kuntest tal-konsolidazzjoni tal-grad personali, is-servizz imwettaq bħala impjegat temporanju taċ-ċivil minn impjegat permanenti taċ-ċivil, qabel ma kiseb dan l-istatus, huwa paragunabbli għas-servizz imwettaq minn impjegat permanenti taċ-ċivil ieħor?

2)

Il-klawżola 4(1) tal-Ftehim qafas fuq ix-xogħol għal żmien determinat iffirmat fit-18 ta’ Marzu 1999 bejn l-organizzazzjonijiet interprofessjonali ta’ natura ġenerali (CES, UNICE u CEEP) li jinsab bħala anness għad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70 tat-28 ta’ Ġunju 1999 għandha tiġi interpretata fis-sens li, kemm il-fatt li dan iż-żmien diġà ġie stmat u kkalkolat għall-ksib tal-istatus ta’ impjegat permanenti taċ-ċivil, kif ukoll l-istruttura tal-karriera vertikali tal-impjegati taċ-ċivil fil-leġiżlazzjoni nazzjonali, huma raġunijiet oġġettivi li jiġġustifikaw li s-servizz imwettaq bħala impjegat temporanju taċ-ċivil minn impjegat permanenti taċ-ċivil, qabel ma kiseb dan l-istatus, ma jitteħidx inkunsiderazzjoni għall-konsolidazzjoni tal-grad personali?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 368).


5.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 263/6


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul Ilfov (ir-Rumanija) fis-26 ta’ Marzu 2021 – SR vs EW

(Kawża C-196/21)

(2021/C 263/08)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Tribunalul Ilfov

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: SR

Konvenut: EW

Partijiet oħra fil-proċedura: FB, CX, IK

Domanda preliminari

Fil-każ li qorti tiddeċiedi u tordna t-taħrika tal-intervenjenti fi proċedura ċivili, “l-applikant” fis-sens tal-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1393/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2007 dwar in-notifika fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali (notifika ta’ dokumenti) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1348/2000 (1), huwa l-qorti tal-Istat Membru li tiddeċiedi li tħarrek lill-intervenjenti jew il-parti fil-kawża fil-proċeduri pendenti quddiem l-imsemmija qorti?


(1)  ĠU 2007, L 324, p. 79, rettifika fil-ĠU 2015, L 68, p. 91.


5.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 263/6


Appell ippreżentat fit-30 ta’ Marzu 2021 minn Foundation for the Protection of the Traditional Cheese of Cyprus named Halloumi mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fl-20 ta’ Jannar 2021 fil-Kawża T-328/17 RENV, Foundation for the Protection of the Traditional Cheese of Cyprus named Halloumi vs EUIPO – M. J. Dairies (BBQLOUMI)

(Kawża C-201/21 P)

(2021/C 263/09)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Foundation for the Protection of the Traditional Cheese of Cyprus named Halloumi (rappreżentanti: S. Malynicz QC, S. Baran, Barrister, V. Marsland, Solicitor)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), M. J. Dairies EOOD

B’ordni tal-21 ta’ Mejju 2021 tal-Viċi President, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-appell huwa miċħud bħala inammissibbli u li Foundation for the Protection of the Traditional Cheese of Cyprus named Halloumi għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


5.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 263/7


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad voor Vreemdelingenbetwistingen (il-Belġju) fid-9 ta’ April 2021 – X, li taġixxi f’isimha stess u fil-kwalità tagħha ta’ rappreżentanta legali tal-ulied minuri tagħha Y u Z vs l-Istat Belġjan

(Kawża C-230/21)

(2021/C 263/10)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Raad voor Vreemdelingenbetwistingen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: X, li taġixxi f’isimha stess u fil-kwalità tagħha ta’ rappreżentanta legali tal-ulied minuri tagħha Y u Z

Konvenut: L-Istat Belġjan

Domandi preliminari

1)

Id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Artikolu 2(f) moqri flimkien mal-Artikolu 10(3)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/86/KE tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li refuġjat li jkun “minuri mhux akkompanjat” li jirrisjedi fi Stat Membru għandu jkun “mhux miżżewweġ” skont il-liġi nazzjonali tiegħu sabiex igawdi mid-dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja ma’ axxendenti f’linja diretta?

2)

Fl-affermattiv, refuġjat minuri li ż-żwieġ tiegħu li seħħ barra mill-pajjiż ma jiġix irrikonoxxut minħabba motivi ta’ ordni pubbliku, jista’ jitqies li jkun “minuri mhux akkompanjat”, kif imsemmi fl-Artikolu 2(f) u fl-Artikolu 10(3) tad-Direttiva 2003/86/KE?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 224


5.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 263/7


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Ravensburg (il-Ġermanja) fl-14 ta’ April 2021 – SA et vs Daimler AG

(Kawża C-240/21)

(2021/C 263/11)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Ravensburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: SA, FT, LH, IL, TN

Konvenut: Daimler AG

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 18(1), l-Artikolu 26(1) u l-Artikolu 46 tad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Direttiva Kwadru) (1), flimkien mal-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2007 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward ta’ l-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi (2) għandhom ukoll l-għan li jipproteġu l-interessi ta’ xerrejja individwali ta’ vetturi bil-mutur?

Fl-affermattiv:

2)

Dan jinkludi wkoll l-interess ta’ xerrej individwali ta’ vettura li ma jakkwistax vettura li ma tikkonformax mar-rekwiżiti tad-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari li ma jakkwistax vettura li tkun mgħammra b’tagħmir ta’ riduzzjoni li huwa pprojbit skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament Nru 715/2007?

Irrispettivament mir-risposti li jingħataw għall-ewwel u għat-tieni domanda:

3)

Huwa inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni li xerrej li jkun xtara b’mod involontarju vettura mqiegħda fis-suq mill-manifattur b’tagħmir ta’ riduzzjoni li huwa pprojbit skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament Nru 715/2007 ikun jista’ jressaq talbiet taħt id-dritt ċivili kontra l-manifattur tal-vettura għal kumpens għad-dannu sostnut minnu fil-kuntest ta’ delitt, b’mod partikolari anki talba għar-rimbors tal-prezz tax-xiri mħallas għall-vettura inkambju għaċ-ċessjoni u t-trasferiment tas-sjieda tal-vettura, biss f’każijiet eċċezzjonali fejn il-manifattur tal-vettura jkun aġixxa intenzjonalment u kontra l-morali?

Fl-affermattiv:

4)

Huwa imperattiv taħt id-dritt tal-Unjoni li talba taħt id-dritt ċivili mix-xerrej tal-vettura kontra l-manifattur tal-vettura għal kumpens fil-kuntest ta’ delitt tkun possibbli fil-każ ta’ kwalunkwe nuqqas (b’negliġenza jew intenzjonali) mill-manifattur tal-vettura fir-rigward tat-tqegħid fis-suq ta’ vettura li hija mgħammra b’tagħmir ta’ riduzzjoni li huwa pprojbit skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament Nru 715/2007?

Irrispettivament mir-risposti li jingħataw għall-ewwel sar-raba’ domanda:

5)

Huwa inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni li, skont id-dritt nazzjonali, ix-xerrej tal-vettura jrid jieħu inkunsiderazzjoni tal-benefiċċju għall-użu effettiv tal-vettura, fil-każ li jitlob ir-rimbors mill-manifattur, bħala kumpens fil-kuntest ta’ delitt, tal-prezz tax-xiri tal-vettura mqiegħda fis-suq b’tagħmir ta’ riduzzjoni li huwa pprojbit skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament Nru 715/2007, inkambju għaċ-ċessjoni u t-trasferiment tas-sjieda tal-vettura?

Fin-negattiv:

6)

Huwa inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni li dan il-benefiċċju għall-użu effettiv jiġi kkalkolat fuq il-prezz sħiħ tax-xiri mingħajr l-ebda tnaqqis għad-deprezzament fil-valur tal-vettura li jirriżulta mill-fatt li tkun mgħammra b’tagħmir ta’ riduzzjoni li huwa pprojbit u/jew fir-rigward tal-użu, mhux mixtieq mix-xerrej, ta’ vettura li ma tikkonformax mad-dritt tal-Unjoni?

Irrispettivament mir-risposti li jingħataw għall-ewwel sas-sitt domanda:

7)

Il-punt 2 tal-Artikolu 348(3) taz-Zivilprozessordnung (il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili), sa fejn din id-dispożizzjoni tirrigwarda wkoll l-adozzjoni ta’ deċiżjonijiet ta’ rinviju skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 267 TFUE, huwa inkompatibbli mal-kompetenza tal-qrati nazzjonali għal rinviju għal deċiżjoni preliminari taħt it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 267 TFUE, u għalhekk ma japplikax għall-adozzjoni ta’ deċiżjonijiet ta’ rinviju?


(1)  ĠU 2007, L 263, p. 1.

(2)  ĠU 2007, L 171, p. 1.


5.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 263/9


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (l-Awstrija) fl-20 ta’ April 2021 – Luxury Trust Automobil GmbH

(Kawża C-247/21)

(2021/C 263/12)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Luxury Trust Automobil GmbH

Konvenuti: Finanzamt Österreich, Dienststelle Baden Mödling

Domandi preliminari

1.

L-Artikolu 42(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1) flimkien mal-Artikolu 197(1)(c) ta’ din id-direttiva (fil-verżjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2010/45/UE tat-13 ta’ Lulju 2010 li temenda d-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud fir-rigward tar-regoli dwar il-fatturazzjoni (2)), għandu jiġi interpetat fis-sens li jitqies li jkun hemm indikazzjoni tad-destinatarju tal-kunsinna bħala l-persuna taxxabbli meta l-fattura, li ma tindika ebda ammont tat-taxxa fuq il-valur miżjud, tirreferi għal “tranżazzjoni triangolari intraKomunitarja eżentata”?

2.

Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda:

a)

Tali indikazzjoni fil-fattura tista’ tiġi validament emendata retroattivament (permezz ta’ “tranżazzjoni triangolari intraKomunitarja skont l-Artikolu 25 tal-Umsatzsteuergesetz (il-Liġi dwar it-Taxxa fuq id-Dħul mill-Bejgħ)). Id-dejn fiskali huwa ttrasferit lejn id-destinatarju tal-provvista”)?

b)

Sabiex emenda tkun effettiva, huwa neċessarju li d-destinatarju tal-fattura jirċievi l-fattura emendata?

c)

L-effett tal-emenda japplika retroattivament mid-data tal-fattura oriġinali?

3.

L-Artikolu 219a tad-Direttiva 2006/112 (fil-verżjoni tad-Direttiva 2010/45 u tar-rettifika [tal-verżjoni Ġermaniża] (3)) għandu jiġi interpretat fis-sens li għandhom jiġu applikati r-regoli dwar il-fatturazzjoni tal-Istat Membru li r-regoli tiegħu jkunu applikabbli jekk “akkwirent” ma jkunx (għadu) ġie indikat fuq il-fattura bħala l-persuna taxxabbli jew għandhom jiġu applikati r-regoli tal-Istat Membru li jkunu applikabbli jekk l-indikazzjoni ta’ “akkwirent” bħala l-persuna taxxabbli titqies li hija valida?


(1)  ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.

(2)  ĠU 2010, L 189, p. 1.

(3)  Rettifika tad-Direttiva 2010/45/UE dwar emenda tad-Direttiva 2006/112 (ĠU 2010, L 299, p. 46).


5.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 263/9


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fil-21 ta’ April 2021 – F. Hoffmann-La Roce Ltd et vs Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato

(Kawża C-261/21)

(2021/C 263/13)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: F. Hoffmann-La Roche Ltd, Novartis AG, Novartis Farma SpA, Roche SpA

Konvenut: Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato

Domandi preliminari

1)

Il-qorti nazzjonali, li d-deċiżjonijiet tagħha ma jistgħux ikunu s-suġġett ta’ rimedju ġudizzjarju tad-dritt intern, f’kawża li fiha t-talba tar-rikorrent tkun intiża direttament sabiex jiġi kkonstatat il-ksur tal-prinċipji espressi mill-Qorti tal-Ġustizzja fl-istess kawża sabiex jinkiseb l-annullament tas-sentenza appellata, tista’ tivverifika l-applikazzjoni korretta, f’każ konkret, tal-prinċipji espressi mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawża inkwistjoni, jew hija l-Qorti tal-Ġustizzja li għandha twettaq tali eżami?

2)

Is-sentenza tal-Consiglio di Stato (il-Kunsill tal-Istat, l-Italja) Nru 4990/2019 kisret, fis-sens indikat mill-partijiet, il-prinċipji espressi mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tat-23 ta’ Jannar 2018, għal dak li jirrigwarda a) l-inklużjoni, fl-istess suq rilevanti, ta’ żewġ prodotti mediċinali, mingħajr teħid inkunsiderazzjoni tat-teħid ta’ pożizzjoni ta’ awtoritajiet li kkonstataw l-illegalità tal-provvista u tal-offerta ta’ Avastin off-label u b) l-ommissjoni li tiġi vverifikata n-natura allegatament qarrieqa tal-informazzjoni mxandra mill-kumpanniji?

3)

L-Artikolu 4(3) u l-Artikolu 19(1) TUE kif ukoll l-Artikolu 2(1) u (2) u l-Artikolu 267 TFUE, moqrija b’mod partikolari fid-dawl tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, jipprekludu sistema bħal dik li tikkonċerna l-Artikolu 106 tal-codice del processo amministrativo (il-Kodiċi tal-Ġustizzja Amministrattiva) u l-Artikoli 395 u 396 tal-codice di procedura civile (il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili), sa fejn ma tippermettix li jintuża r-rimedju ġudizzjarju tar-reviżjoni (revocazione) kontra s-sentenzi tal-Consiglio di Stato (il-Kunsill tal-Istat) li jkunu kunfliġġenti ma’ sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja, u, b’mod partikolari, mal-prinċipji ġuridiċi stabbiliti minn din tal-aħħar fil-kuntest ta’ rinviju għal deċiżjoni preliminari?


5.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 263/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-cour d’appel de Bruxelles (Il-Belġju) fis-26 ta’ April 2021 – AB, AB-CD vs Z EF

(Kawża C-265/21)

(2021/C 263/14)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour d’appel de Bruxelles

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: AB, AB-CD

Konvenut: Z EF

Domandi preliminari

1)

Il-kunċett ta’ “materji li għandhom x’jaqsmu ma’ xi kuntratt” fis-sens tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nruo 44/2001 tat-22 ta’ Diċembru 2000 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (1) (iktar ’il quddiem ir-“Regolament Brussell I”:

a.

għandu jiġi interpretat bħala li jimponi li jiġi stabbilit obbligu ġuridiku b’kunsens mogħti liberament minn persuna fir-rigward ta’ persuna oħra u li fuqu tibbaża l-azzjoni tar-rikorrent u dan anki jekk l-obbligu ma jkunx b’kunsens mogħti liberament min-naħa tal-konvenut u/jew fir-rigward tar-rikorrent?

b.

fil-każ ta’ risposta pożittiva, liema għandu jkun il-livell ta’ konnessjoni bejn l-obbligu ġuridiku assunt liberament u r-rikorrent u/jew il-konvenut?

2)

Il-kunċett ta’ “azzjoni” li fuqu “jibbaża ruħu” r-rikorrent jimplika, bħall-kriterju użat sabiex issir distinzjoni bejn azzjoni li taqa’ taħt il-materji li għandhom x’jaqsmu ma’ xi kuntratt fis-sens tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament Brussell I jew il-“materji li għandhom x’jaqsmu ma’ tort, delitt jew kwasi delitt” fis-sens tal-Artikolu 5(3) tal-istess regolament (C-59/19, punt 32), li jiġi vverifikat jekk l-interpretazzjoni tal-obbligu ġuridiku assunt liberamet tidhirx indispensabbli sabiex tiġi evalwata l-bażi tal-azzjoni?

3)

L-azzjoni ġudizzjarja li biha r-rikorrent ikollu l-intenzjoni jsostni li huwa l-proprjetarju ta’ oġġett li tiegħu għandu l-pussess billi jibbaża ruħu fuq kuntratt doppju ta’ bejgħ, l-ewwel wieħed li seħħ bejn il-koproprjetarju oriġinali ta’ dan l-oġġetti (il-konjuġi tal-konvenut, ukoll koproprejtarju oriġinali) mal-bejjiegħ tar-rikorrent, u t-tieni wieħed li seħħ bejn dawn tal-aħħar, taqa’ taħt il-materji li għandhom x’jaqsmu ma’ xi kuntratt fis-sens tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament Brussell I?

a.

Ir-risposta tkun differenti jekk il-konvenut jinvoka l-fatt li l-ewwel kuntratt ma kienx kuntratt ta’ bejgħ iżda kuntratt ta’ depożitu?

b.

Jekk wieħed minn dawn l-eżempji jaqa’ taħt il-materji li għandhom x’jaqsmu ma’ xi kuntratt, liema kuntratt għandu jittieħed inkunsiderazzjoni sabiex jiġi ddeterminat l-post tal-obbligu li jservi ta’ bażi għal din it-talba?

4)

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali (Ruma I) (2) għandu jiġi interpretat bħala li japplika fl-eżempju kopert fit-tielet domanda preliminari u, f’dak il-każ, għandu dan jittieħed inkunsiderazzjoni?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42.

(2)  ĠU 2008, L 177, p. 6 u rettifika fil-ĠU 2009, L 309, p. 87.


5.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 263/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sofiyski gradski sad (il-Bulgarija) fis-26 ta’ April 2021 – Proċeduri kriminali kontra HV

(Kawża C-266/21)

(2021/C 263/15)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Sofiyski gradski sad

Parti fil-proċeduri kriminali nazzjonali

HV

Domandi preliminari

1)

Deċiżjonijiet ġudizzjarji f’kawżi kriminali li permezz tagħhom, fir-rigward ta’ reati li jikkonsistu fi ksur tar-regoli tat-traffiku li jikkawża, b’negliġenza, ħsara moderata fuq il-persuna, min iwettaq ir-reat jiġi kkundannat għal sanzjoni amministrattiva li tinvolvi ċ-ċaħda tad-dritt tas-sewqan għal żmien determinat, jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-punt 4 tal-Artikolu 2 u tal-Artikolu 4(1)(d) tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/947/ĠAI tas-27 ta’ Novembru 2008 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku ta’ sentenzi u deċiżjonijiet li jinvolvu probation bil-ħsieb ta’ sorveljanza ta’ miżuri ta’ probation u ta’ sanzjonijiet alternattivi (ĠU 2008, L 337, p. 102)?

2)

L-Artikolu 11(2) u l-ewwel sat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 11(4) tad-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Novembru 2006 dwar il-Liċenzji tas-Sewqan (ĠU 2006, L 403, p. 18) jippermettu lil Stat Membru, li fih ikollu r-residenza abitwali tiegħu d-detentur ta’ liċenzja tas-sewqan maħruġa minn dan l-istess Stat, jirrifjuta li jirrikonoxxi u li jeżegwixxi sanzjoni amministrattiva, imposta fi Stat Membru ieħor, li tinvolvi ċ-ċaħda temporanja tad-dritt tas-sewqan ta’ vettura bil-mutur bħala konsegwenza tal-fatt li dan id-detentur kiser ir-regoli tat-traffiku u kkawża, b’negliġenza, ħsara moderata fuq il-persuna lil terzi, f’sitwazzjoni fejn ir-reat twettaq meta min wettaq ir-reat kellu liċenzja tas-sewqan maħruġa lilu mill-Istat ta’ residenza sabiex tissostitwixxi l-liċenzja inizjalment maħruġa mill-Istat li fih ġie kkundannat?


5.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 263/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Korkein hallinto-oikeus (il-Qorti Amministrattiva Suprema, il-Finlandja) fis-27 ta’ April 2021 – A

(Kawża C-270/21)

(2021/C 263/16)

Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

Qorti tar-rinviju

Korkein hallinto-oikeus

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: A

Konvenut: Opetushallitus

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 3(1)(a) tad-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Settembru 2005 dwar ir-Rikonoxximent ta’ Kwalifiki Professjonali (ĠU 2005, L 255, p. 22, rettifiki fil-ĠU 2007, L 271, p. 18, fil-ĠU 2008, L 93, p. 28 u fil-ĠU 2014, L 305, p. 115), kif emendata bid-Direttiva 2013/55/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Novembru 2013 li temenda d-Direttiva 2005/36/KE dwar ir-rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali u r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern (“ir-Regolament tal-IMI”) (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li għandha titqies bħala professjoni rregolata, professjoni li fir-rigward tagħha, minn naħa, il-kundizzjonijiet ta’ kwalifika huma ddefiniti f’regolament adottat mill-Ministru għall-Edukazzjoni ta’ Stat Membru, il-kontenut ta’ kompetenzi pedagoġiċi meħtieġa fir-rigward ta’ għalliem ta’ kindergarten huwa ddefinit f’liġi professjonali u dan l-Istat Membru inkluda l-professjoni ta’ għalliem ta’ kindergarten f’bażi ta’ data ta’ professjonijiet irregolati miżmuma mill-Kummissjoni, iżda li fir-rigward tagħha, min-naħa l-oħra, il-kliem tar-regolament dwar il-kundizzjonijiet ta’ kwalifika meħtieġa għall-finijiet tal-eżerċizzju ta’ din il-professjoni tagħti lill-persuna li timpjega setgħa diskrezzjonali li tevalwa jekk il-kundizzjonijiet ta’ kwalifika, b’mod partikolari l-kundizzjoni dwar il-kompetenza pedagoġika, humiex issodisfatti, u l-modalitajiet li jippermettu li jiġi attestat il-pussess ta’ din il-kompetenza pedagoġika ma humiex irregolamentati f’dan ir-regolament u lanqas f’liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi oħra?

2)

Fil-każ li r-risposta għall-ewwel domanda preliminari tkun fl-affermattiv, attestazzjoni dwar il-kompetenza professjonali mogħtija mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini, li l-kisba tagħha hija suġġetta għal esperjenza professjonali fil-professjoni inkwistjoni, għandha titqies bħala attestazzjoni ta’ kompetenza jew bħala ċertifikat ta’ taħriġ fis-sens tal-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2005/36 meta l-esperjenza professjonali li fuq il-bażi tagħha huwa fondat l-għoti ta’ din l-attestazzjoni tkun ġiet akkwistata, minn naħa, fl-Istat Membru tal-oriġini f’perijodu li fih kienet Repubblika Soċjalista Sovjetika u, min-naħa l-oħra, fl-Istat Membru ospitanti, iżda mhux fl-Istat Membru tal-oriġini wara li sar indipendenti mill-ġdid?

3)

L-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 2005/36 għandu jiġi interpretat fis-sens li kwalifika professjonali bbażata fuq diploma li nkisbet fi stabbiliment ta’ tagħlim li jinsab fit-territorju ġeografiku ta’ Stat Membru f’perijodu li fih dan l-Istat Membru ma kienx Stat indipendenti, iżda Repubblika Soċjalista Sovjetika, u fuq esperjenza professjonali li nkisbet abbażi ta’ din id-diploma fl-imsemmija Repubblika Soċjalista Sovjetika qabel l-imsemmi Stat Membru sar indipendenti mill-ġdid, għandha titqies bħala kompetenza professjonali miksuba f’pajjiż terz, b’mod li, sabiex tiġi invokata din il-kwalifika professjonali, għandha barra minn hekk tiġi ssodisfatta l-kundizzjoni ta’ esperjenza professjonali ta’ tliet snin miksuba fl-Istat Membru tal-oriġini wara li sar indipendenti mill-ġdid?


(1)  ĠU 2013, L 354, p. 132


Il-Qorti Ġenerali

5.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 263/13


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Mejju 2021 – Alba Aguilera et vs SEAE

(Kawża T-199/17 RENV) (1)

(“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Membri tal-persunal temporanju - Membri tal-persunal bil-kuntratt - Remunerazzjoni - Persunal tas-SEAE assenjat f’pajjiż terz - Artikolu 10 tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal - Evalwazzjoni annwali tal-allowance għall-kundizzjonijiet tal-għajxien - Deċiżjoni dwar it-tnaqqis tal-allowance għall-kundizzjonijiet tal-għajxien għall-persunal assenjat fl-Etjopja minn 30 għal 25 % - Koerenza reġjonali - Żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni”)

(2021/C 263/17)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Ruben Alba Aguilera (Addis Ababa, l-Etjopja) u s-27 rikorrent ieħor li isimhom jidher fl-anness tas-sentenza (rappreżentant: S. Orlandi, avukat)

Konvenut: Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (rappreżentanti: S. Marquardt u R. Spáč, aġenti, assistiti minn M. Troncoso Ferrer, C. García Fernández u F.-M. Hislaire, avukati)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni ADMIN(2016) 7 tas-SEAE tad-19 ta’ April 2016 dwar l-istabbiliment tal-AKGĦ imsemmija fl-Artikolu 10 tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal – Proċedura 2016, sa fejn tnaqqas, mill-1 ta’ Jannar 2016, l-allowance għall-kundizzjonijiet tal-għajxien imħallas lill-persunal tal-Unjoni Ewropea assenjat fl-Etjopja.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni ADMIN(2016) 7 tad-Direttur Ġenerali tal-Baġit u l-Amministrazzjoni tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) tad-19 ta’ April 2016, dwar l-istabbiliment tal-allowance għall-kundizzjonijiet tal-għajxien msemmija fl-Artikolu 10 tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal – Proċedura 2016 hija annullata, sa fejn tnaqqas, mill-1 ta’ Jannar 2016, l-allowance għall-kundizzjonijiet tal-għajxien imħallas lill-persunal tal-Unjoni Ewropea assenjat fl-Etjopja.

2)

Is-SEAE huwa kkundannat għall-ispejjeż sostnuti fil-Kawżi T-119/17, C-427/18 P u T-119/17 RENV.


(1)  ĠU C 129, 24.4.2017.


5.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 263/13


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Mejju 2021 – Luxembourg u Amazon vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-816/17 u T-318/18) (1)

(“Għajnuna mill-Istat - Għajnuna implimentata mil-Lussemburgu għal Amazon - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u illegali u li tordna l-irkupru tagħha - Deċiżjoni fiskali (tax ruling) - Prezz tat-trasferiment - Vantaġġ fiskali selettiv - Metodu ta’ ffissar tal-prezzijiet ta’ trasferiment - Analiżi funzjonali”)

(2021/C 263/18)

Lingwi tal-kawżi: l-Ingliż u l-Franċiż

Partijiet

Rikorrent fil-kawża T-816/17: Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu (rappreżentanti: T. Uri, aġent, assistit minn D. Waelbroeck, A. Steichen u J. Bracker, avukati)

Rikorrent fil-kawża T-318/18: Amazon EU Sàrl (Lussemburgu, Lussemburgu), Amazon.com, Inc. (Seattle, Washington, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: D. Paemen, M. Petite u A. Tombiński, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti fil-kawża T-816/17: P. Stancanelli, P.-J. Loewenthal u F. Tomat, aġenti, assistit minn M. Chammas, avukat, u, fil-kawża T-318/18: P.-J. Loewenthal u F. Tomat, aġent)

Intervenjent insostenn tar-rikorrent fil-Kawża T-816/17: L-Irlanda (rappreżentanti: J. Quaney u A. Joyce, aġenti, assistit minn P. Gallagher, SC, B. Doherty, barrister, u S. Kingston, SC)

Suġġett

Talbiet ibbażati fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiżi għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/859 tal-4 ta’ Ottubru 2017 dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.38944 (2014/C) (ex 2014/NN) implimentata mil-Lussemburgu għal Amazon (ĠU 2018, L 153, p. 1).

Dispożittiv

1)

Il-Kawżi T-816/17 u T-318/18 huma magħquda għall-finijiet ta’ din is-sentenza.

2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/859 tal-4 ta’ Ottubru 2017 dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.38944 (2014/C) (ex 2014/NN) implimentata mil-Lussemburgu għal Amazon, hija annullata.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Gran Dukat tal-Lussemburgu, minn Amazon.com, Inc. u minn Amazon EU Sàrl.

4)

L-Irlanda għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 72, 26.2.2018.


5.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 263/14


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Mejju 2021 – Deutsche Lufthansa vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-218/18) (1)

(“Għajnuna mill-Istat - Settur tal-ajru - Għajnuna operattiva mogħtija mill- Ġermanja lill-ajruport ta’ Frankfurt-Hahn - Deċiżjoni li ma jitqajmux oġġezzjonijiet - Rikors għal annullament - Kwalità ta’ parti interessata - Salvagwardja tad-drittijiet proċedurali - Ammissibbiltà - Linji gwida dwar l-għajnuna lill-avjazzjoni - Dubji dwar il-kompatibbiltà tal-għajnuna mas-suq intern - Artikolu 4(4) tar-Regolament (UE) 2015/1589 - Diffikultajiet serji”)

(2021/C 263/19)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Deutsche Lufthansa AG (Cologne, Ġermanja) (rappreżentanti: A. Martin-Ehlers, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Hermann, T. Maxian Rusche u S. Noë, aġenti)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: J. Möller, R. Kanitz, S. Heimerl u S. Costanzo, aġenti), Land Rheinland-Pfalz (il-Ġermanja) (rappreżentanti: R. van der Hout u C. Wagner, avukati)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2017) 5289 final, tal-31 ta’ Lulju 2017, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.47969 (2017/N), implimentata mill-Ġermanja li tirrigwarda għajnuna operattiva mill-Istat mogħtija mill-ajruport ta’ Frankfurt-Hahn.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2017) 5289 final, tal-31 ta’ Lulju 2017, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.47969 (2017/N), implimentata mill-Ġermanja li tirrigwarda għajnuna operattiva mill-Istat mogħtija mill-ajruport ta’ Frankfurt-Hahn, hija annullata.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, l-ispejjeż ta’ Deutsche Lufthansa AG.

3)

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u l-Land Rheinland-Pfalz għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 190, 4.6.2018.


5.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 263/15


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Mejju 2021 – China Chamber of Commerce for Import and Export of Machinery and Electronic Products et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-254/18) (1)

(“Dumping - Importazzjonijiet ta’ ċerti oġġetti tal-ħadid fondut li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina - Dritt antidumping definittiv - Rikors għal annullament - Ammissibbiltà - Assoċjazzjoni - Locus standi - Interess ġuridiku - Determinazzjoni tad-dannu - Kalkolu tal-volum ta’ importazzjonijiet - Indikaturi makro ekonomiċi u mikro ekonomiċi - Teħid ta’ kampjuni - Kalkolu tal-ispiża tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni - Prezzijiet iffatturati intra-azjendali - Rabta kawżali - Analiżi ta’ imputazzjoni u ta’ nuqqas ta’ imputazzjoni - Nuqqas ta’ analiżi tad-dannu għal kull segment - Evalwazzjoni tal-importanza tat-twaqqigħ tal-prezz - Trattament kunfidenzjali ta’ informazzjoni - Drittijiet tad-difiża - Il-metodu NKP b’NKP - Paragun tal-prodotti - Kalkolu tal-valur normali - Pajjiż analogu - L-aġġustament għall-VAT - Determinazzjoni tal-ispejjeż tal-bejgħ, spejjeż ġenerali u spejjeż amministrattivi kif ukoll tal-profitti”)

(2021/C 263/20)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: China Chamber of Commerce for Import and Export of Machinery and Electronic Products (Bejing, iċ-Ċina) u d-9 rikorrenti l-oħra li l-ismijiet tagħhom jidhru fl-anness għas-sentenza (rappreżentanti: R. Antonini, E. Monard u B. Maniatis, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Maxian Rusche u P. Němečková, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-kovenuta: EJ Picardie (Saint-Crépin-Ibouvillers, Franza) u s-7 intervenjenti l-oħra li l-ismijiet tagħhom jidhru fl-anness għas-sentenza (rappreżentanti: U. O’Dwyer, B. O’Connor, solicitors, u M. Hommé, avukat)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/140 tad-29 ta’ Jannar 2018 li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti oġġetti tal-ħadid fondut li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jtemm l-investigazzjoni fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti oġġetti tal-ħadid fondut li joriġinaw fl-Indja (ĠU 2018, L 25, p. 6) sa fejn jikkonċerna r-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

China Chamber of Commerce for Import and Export of Machinery and Electronic Products u r-rikorrenti l-oħra li isimhom jidhru fl-anness huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 211, 18.6.2018.


5.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 263/16


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Mejju 2021 – Il-Lussemburgu et vs Il-Kummissjoni

(Kawżi T-516/18 u T-525/18) (1)

(“Għajnuna mill-Istat - Għajnuna implimentata mil-Lussemburgu favur Engie d’État - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u illegali u li tordna l-irkupru tagħha - Deċiżjonijiet dwar it-taxxa bil-quddiem (tax rulings) - Riżorsi tal-Istat - Vantaġġ - Effett ikkombinat ta’ żewġ miżuri fiskali - Eżenzjoni mid-dħul minn ishma - Tassazzjoni tat-tqassim tal-profitti - Abbuż ta’ dritt - Natura selettiva - Qafas ta’ riferiment - Konstatazzjoni ta’ deroga - Komparabbiltà ta’ sitwazzjonijiet - Skema omm-sussidjarja - Grupp ta’ kumpanniji - Irkupru - Armonizzazzjoni indiretta - Drittijiet proċedurali - Obbligu ta’ motivazzjoni”)

(2021/C 263/21)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent fil-Kawża T-516/18: Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu (rappreżentanti: T. Uri, aġent, assistit minn D. Waelbroeck, avukat)

Rikorrenti fil-Kawża T-525/18: Engie Global LNG Holding Sàrl (Lussemburgu, il-Lussemburgu), Engie Invest International SA (Lussemburgu), Engie, (Courbevoie, Franza) (rappreżentanti: B. Le Bret, M. Struys u C. Rydzynski, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Stromsky u S. Noë, aġenti)

Intervenjent insostenn tal-kovenu fil-Kawża T-516/18: L-Irlanda (rappreżentanti: J. Quaney, M. Browne u A. Joyce, aġenti, assistiti minn P. Gallagher, S. Kingston, SC, u B. Doherty, barrister)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u li tfittex l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/421 tal-20 ta’ Ġunju 2018 dwar għajnuna mill-Istat SA.44888 (2016/C) (ex 2016/NN) implimentata mil-Lussemburgu favur Engie (ĠU 2019, L 78, p. 1).

Dispożittiv

1)

Il-Kawżi T-516/18 u T-525/18 huma magħquda għall-finijiet tas-sentenza.

2)

Ir-rikorsi huma miċħuda.

3)

Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu stess, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-Kawża T-516/18.

4)

Engie Global LNG Holding Sàrl, Engie Invest International SA u Engie għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom, dawk sostnuti mill-Kummissjoni fil-Każ T-525/18.

5)

L-Irlanda għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 399, 5.11.2018.


5.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 263/17


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Mejju 2021 – DF u DG vs BEI

(Kawża T-387/19) (1)

(“Servizz pubbliku - Uffiċjali tal-BEI - Remunerazzjoni - Deċiżjoni li tirrifjuta d-dritt għall-allowance tal-installazzjoni fl-okkażjoni tar-ritorn lejn is-sede - Responsabbiltà”)

(2021/C 263/22)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: DF, DG (rappreżentanti: L. Levi u A. Blot, avukati)

Konvenut: Bank Ewropew tal-Investiment (rappreżentanti: M. Loizou u K. Carr, aġenti, assistiti minn J. Currall u B. Wägenbaur, avukati)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u fuq l-Artikolu 50a tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u intiża, minn naħa, għall-annullament, l-ewwel nett, tad-deċiżjonijiet tal-BEI tas-6 ta’ Marzu 2018 u t-28 ta’ Frar 2019 li r-rikorrenti ma jingħatawx il-benefiċċju tal-allowance tal-installazzjoni, it-tieni, tad-deċiżjonijiet tal-BEI tad-19 u s-27 ta’ Marzu 2019 li jikkonfermaw id-deċiżjoni li ma tingħatax l-allowance tal-installazzjoni u li jiċħdu t-talba tagħhom għall-ftuħ ta’ proċedura ta’ konċiljazzjoni, it-tielet, tad-deċiżjonijiet tal-BEI tal-14 ta’ Ġunju 2019 li jikkonfermaw id-deċiżjoni li ma tingħatax l-allowance tal-installazzjoni u, min-naħa l-oħra, għall-kisba ta’ kumpens għad-dannu li r-rikorrenti allegatament sofrew minħabba dawn id-deċiżjonijiet.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjonijiet tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) tas-6 ta’ Marzu 2018 u d-19 ta’ Marzu 2019 li DF ma jingħatax il-ħlas tal-allowance tal-installazzjoni prevista fl-Artikolu 5 tal-Anness VII tad-dispożizzjonijiet amministrattivi applikabbli għall-uffiċjali tal-BEI huma annullati.

2)

Id-deċiżjonijiet tal-BEI tat-28 ta’ Frar u s-27 ta’ Marzu 2019 li DG ma jingħatax il-ħlas tal-allowance tal-installazzjoni prevista fl-Artikolu 5 tal-Anness VII tad-dispożizzjonijiet amministrattivi applikabbli għall-uffiċjali tal-BEI huma annullati.

3)

Il-BEI huwa kkundannat iħallas lil DF u lil DG, bħala ħsara għall-kalkolu tal-ammonti, l-allowance tal-installazzjoni prevista fl-Artikoli 5 u 17 tal-Anness VII tad-dispożizzjonijiet amministrattivi applikabbli għall-uffiċjali tal-BEI, miżjuda bl-interessi moratorji, mid-data tal-għoti ta’ din is-sentenza, kkalkolati fir-rata tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) miżjuda b’żewġ punti, u sad-data tal-ħlas sħiħ mill-BEI.

4)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

5)

Il-BEI huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 288, 26.8.2019.


5.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 263/18


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Mejju 2021 – Puma vs EUIPO – Gemma Group (Rappreżentazzjoni ta’ felin jaqbeż)

(Kawża T-510/19) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tirrappreżenta felin jaqbeż - Trade marks figurattivi internazzjonali preċedenti li jirrappreżentaw felin jaqbeż - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ ħsara għar-reputazzjoni - Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”)

(2021/C 263/23)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Puma SE (Herzogenaurach, il-Ġermanja) (rappreżentanti: P. González-Bueno Catalán de Ocón, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Hanf u S. Hanne, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Gemma Group Srl (Cerasolo Ausa, l-Italja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-30 ta’ April 2019 (Każ R 2057/2018-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Puma u Gemma Group.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Puma SE hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).


(1)  ĠU C 328, 30.09.2019.


5.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 263/18


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Mejju 2021 – Moerenhout et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-789/19) (1)

(“Dritt istituzzjonali - Inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej - Skambji kummerċjali mat-territorji taħt okkupazzjoni militari - Rifjut ta’ reġistrazzjoni - Nuqqas manifest ta’ kompetenzi tal-Kummissjoni - Artikolu 4(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 211/2011 - Politika kummerċjali komuni - Artikolu 207 TFUE - Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Artikolu 215 TFUE - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 4(3) tar-Regolament Nru 211/2011”)

(2021/C 263/24)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Tom Moerenhout (Humbeek, il-Belġju) u s-sitt rikorrenti l-oħra li isimhom jidher fl-anness tas-sentenza (rappreżentant: G. Devers, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: I. Martínez del Peral u S. Delaude, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1567 tal-4 ta’ Settembru 2019 dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini proposta bl-isem “L-iżgurar tal-konformità tal-Politika Kummerċjali Komuni mat-Trattati tal-UE u mal-liġi internazzjonali” (ĠU 2019, L 241, p. 12).

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1567 tal-4 ta’ Settembru 2019 dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini proposta bl-isem “L-iżgurar tal-konformità tal-Politika Kummerċjali Komuni mat-Trattati tal-UE u mal-liġi internazzjonali” hija annullata.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 45, 10.2.2020.


5.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 263/19


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Mejju 2021 – Steinel vs EUIPO (GluePro)

(Kawża T-256/20) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea GluePro - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Assenza ta’ karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament 2017/1001”)

(2021/C 263/25)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Steinel GmbH (Herzebrock-Clarholz, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Breuer u K. Freudenstein, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: E. Markakis, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Frar 2020 (Każ R 2516/2019-2), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali GluePro bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Steinel GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 215, 29.6.2020.


5.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 263/20


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Mejju 2021 – Yongkang Kugooo Technology vs EUIPO – Ford Motor Company (kugoo)

(Kawża T-324/20) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea kugoo - Trade marks verbali tal-Unjoni Ewropea u nazzjonali preċedenti KUGA u verbali tal-Unjoni Ewropea preċedenti KUGA ENERGI - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”)

(2021/C 263/26)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Yongkang Kugooo Technology Co. Ltd (Yongkang, iċ-Ċina) (rappreżentant: P. Pérot, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Rampini u V. Ruzek, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Ford Motor Company (Dearborn, Michigan, l-Istati Uniti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-24 ta’ Marzu 2020 (Każ R 65/2019-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Ford Motor Company u Yongkang Kugooo Technology.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Yongkang Kugooo Technology Co. Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 247, 27.7.2020.


5.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 263/20


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Mejju 2021 – Ryanair vs Il-Kummissjoni (TAP; Covid-19)

(Kawża T-465/20) (1)

(“Għajnuna mill-Istat - Suq Portugiż tat-trasport bl-ajru - Għajnuna mogħtija mill-Portugall lil TAP minħabba l-pandemija tal-COVID-19 - Self mill-Istat - Deċiżjoni li ma jitqajmux oġġezzjonijiet - Punt 22 tal-Linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u għar-ristrutturazzjoni ta’ impriżi f’diffikultà - Kumpannija li tagħmel parti minn grupp - Diffikultajiet speċifiċi u li ma jirriżultawx minn tqassim arbitrarju tal-ispejjeż fi ħdan il-grupp - Diffikultajiet serji wisq sabiex jiġu solvuti mill-grupp innifsu - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żamma fis-seħħ tal-effetti tad-deċiżjoni”)

(2021/C 263/27)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ryanair DAC (Swords, l-Irlanda) (rappreżentanti: E. Vahida, F.-C. Laprévote, S. Rating, I. G.-Metaxas-Maranghidis u V. Blanc, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn, V. Bottka u S. Noë, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-kovenuta: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: P. Dodeller u E. de Moustier, aġenti), Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentant: B. Majczyna, aġent), Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandes, P. Barros da Costa u S. Jaulino, aġenti, assistiti minn N. Mimoso Ruiz, avukat)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2020) 3989 finali, tal-10 ta’ Ġunju 2020, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.57369 (2020/N) – COVID-19 – Il-Portugall – Għajnuna mogħtija lil TAP.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2020) 3989 finali tal-10 ta’ Ġunju 2020 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.57369 (2020/N) – COVID-19 – Il-Portugall – Għajnuna mogħtija lil TAP, hija annullata.

2)

L-effetti tal-annullament tal-imsemmija deċiżjoni għandhom jiġu sospiżi sal-adozzjoni ta’ deċiżjoni ġdida mill-Kummissjoni Ewropea skont l-Artikolu 108 TFUE. L-imsemmija effetti għandhom jinżammu sospiżi għal perijodu li ma jistax jaqbeż xahrejn mid-data tal-għoti ta’ din is-sentenza fil-każ li l-Kummissjoni tiddeċiedi li tadotta din id-deċiżjoni ġdida fil-kuntest tal-Artikolu 108(3) TFUE u matul perijodu addizzjonali raġonevoli jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li tiftaħ il-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE.

3)

Il-Kummissjoni hija kkundannata tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha, kif ukoll dawk sostnuti minn Ryanair DAC.

4)

Ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika tal-Polonja u r-Repubblika Portugiża għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 287, 31.8.2020.


5.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 263/21


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Mejju 2021 – Müller vs EUIPO (TIER SHOP)

(Kawża T-535/20) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva TIER SHOP - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru deskrittiv - Assenza ta; karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Interess ġuridiku - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 72(4) u l-ewwel sentenza tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament 2017/1001”)

(2021/C 263/28)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Müller GmbH & Co. KG (Ulm, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Mühlberger, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: E. Markakis, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-29 ta’ Ġunju 2020 (Każ R 2600/2019-5), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv TIER SHOP bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Müller GmbH & Co. KG hija kkundannata, minbarra għall-ispejjeż rispettivi tagħha, għal dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)


(1)  ĠU C 348, 19.10.2020.


5.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 263/22


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Mejju 2021 – Ryanair vs Il-Kummissjoni (Spanja; Covid-19)

(Kawża T-628/20) (1)

(“Għajnuna mill-Istat - Spanja - Miżuri ta’ rikapitalizzazzjoni intiżi li jsostnu l-impriżi sistemiċi u strateġiċi għall-ekonomija Spanjola fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 - Deċiżjoni li ma jitqajmux oġġezzjonijiet - Qafas temporanju tal-għajnuna mill-Istat - Miżura intiża li tirrimedja disturb serju tal-ekonomija ta’ Stat Membru - Miżura intiża għall-ekonomija kollha ta’ Stat Membru - Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni - Libertà li jiġu pprovduti servizzi u libertà ta’ stabbiliment - Proporzjonalità - Kriterju tal-istabbiliment fi Spanja tal-benefiċjarji tal-għajnuna - Assenza ta’ bbilanċjar tal-effetti benefiċi tal-għajnuna mal-effetti negattivi tagħha fuq il-kundizzjonijiet tal-kummerċ u fuq iż-żamma ta’ kompetizzjoni mhux distorta - Artikolu 107(3)(b) TFUE - Kunċett ta’ ‘skema ta’ għajnuna’ - Obbligu ta’ motivazzjoni”)

(2021/C 263/29)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ryanair DAC (Swords, l-Irlanda) (rappreżentanti: F.-C. Laprévote, E. Vahida, V. Blanc, I.-G. Metaxas-Maranghidis u S. Rating, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn, S. Noë u F. Tomat, aġenti)

Intervenjent insostenn tal-kovenuta: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: L. Aguilera Ruiz u S. Centeno Huerta, aġenti), Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: P. Dodeller u T. Stehelin, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2020) 5414 finali tal-31 ta’ Lulju 2020, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.57659 (2020/N) – Spanja COVID-19 – Fond ta’ Rikapitalizzazzjoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ryanair DAC hija kkundannata tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

3)

Ir-Renju ta’ Spanja u r-Repubblika Franċiża għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 414, 30.11.2020.


5.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 263/22


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Mejju 2021 – Ryanair vs Il-Kummissjoni (KLM; Covid-19)

(Kawża T-643/20) (1)

(“Għajnuna mill-Istat - Il-Pajjiżi l-Baxxi - Garanzija mill-Istat għal self u self subordinat tal-Istat favur KLM fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 - Linji gwida temporanji tal-miżuri ta’ għajnuna mill-Istat - Deċiżjoni li ma jitqajmux oġġezzjonijiet - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern - Għajnuna preċedentement mogħtija lil kumpannija oħra tal-istess grupp ta’ impriżi - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żamma tal-effetti tad-deċiżjoni”)

(2021/C 263/30)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Ryanair DAC (Swords, l-Irlanda) (rappreżentanti: F.-C. Laprévote, V. Blanc, E. Vahida, S. Rating u I.-G. Metaxas-Maranghidis, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn, S. Noë u C. Georgieva, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-kovenuta: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: E. de Moustier u P. Dodeller, aġenti), Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: J. Langer, aġent, assistit minn I. Rooms, avukata), Koninklijke Luchtvaart Maatschappij NV (Amstelveen, Il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: K. Schillemans, H. Vanderveen u P. Huizing, avukati)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2020) 4871 final tat-13 ta’ Lulju 2020 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.57116 (2020/N) – Il-Pajjiżi l-Baxxi – COVID-19: Garanzija ta’ self mill-Istat u self mill-Istat lil KLM.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2020) 4871 final tat-13 ta’ Lulju 2020 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.57116 (2020/N) – Il-Pajjiżi l-Baxxi – COVID-19: Garanzija ta’ self mill-Istat u self mill-Istat lil KLM hija annullata.

2)

L-effetti tal-annullament tal-imsemmija deċiżjoni għandhom jiġu sospiżi sal-adozzjoni ta’ deċiżjoni ġdida mill-Kummissjoni Ewropea skont l-Artikolu 108 TFUE. L-imsemmija effetti għandhom jinżammu sospiżi għal perijodu li ma jistax jaqbeż xahrejn mid-data tal-għoti ta’ din is-sentenza fil-każ li l-Kummissjoni tiddeċiedi li tadotta din id-deċiżjoni ġdida fil-kuntest tal-Artikolu 108(3) TFUE u għal perijodu addizzjonali raġonevoli jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li tiftaħ il-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE

3)

Il-Kummissjoni hija kkundannata tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll dawk ta’ Ryanair DAC.

4)

Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Repubblika Franċiża u Koninklijke Luchtvaart Maatschappij NV għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 423, 7.12.2020.


5.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 263/23


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Mejju 2021 – TrekStor vs EUIPO – Yuneec Europe (Breeze)

(Kawża T-158/20) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali Breeze - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti Breeze - Raġuni relattiva għal rifjut - Xebh tal-prodotti - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(a) u (b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(a) u (b) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Rikors manifestament infondat fid-dritt”)

(2021/C 263/31)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: TrekStor Ltd (Hong Kong, iċ-Ċina) (rappreżentanti: O. Spieker, A. Schönfleisch, N. Willich u N. Achilles, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Söder, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Yuneec Europe GmbH (Kaltenkirchen, il-Ġermanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Jannar 2020 (Każ R 470/2020-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Yuneec Europe u TrekStor.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

TrekStor Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 191, 8.6.2020.


5.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 263/24


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Mejju 2021 – Kerstens vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-672/20) (1)

(“Rikors għal annullament - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Talba għal assistenza - Ċaħda tal-ilment - Terminu għall-preżentata ta’ rikors - Bidu tad-dekorrenza - Data li fiha l-parti interessata setgħet issir taf bil-kontenut tad-deċiżjoni - Tardività - Inammissibbiltà”)

(2021/C 263/32)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Petrus Kerstens (La Forclaz, l-Isvizzera) (rappreżentant: C. Mourato, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: T. Bohr, aġent)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni tal-20 u tal-31 ta’ Jannar 2020 li permezz tagħhom huma miċħuda, rispettivament, it-talba għal assistenza D/517/19 u t-talba għal assistenza D/516/19 imressqa mir-rikorrent skont l-Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Petrus Kerstens huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 9, 11.1.2021


5.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 263/24


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Mejju 2021 – Inivos u Inivos vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-38/21 R)

(“Miżuri provviżorji - Kuntratti pubbliċi - Proċedura negozjata mingħajr pubblikazzjoni minn qabel ta’ avviż ta’ kuntratt - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza”)

(2021/C 263/33)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Inivos Ltd (Londra, ir-Renju Unit), Inivos BV (Rotterdam, il-Pajjiżi Baxxi) (rappreżentanti: R. Martens u L. Hoet, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Araujo Arce u M. Ilkova, aġenti)

Suġġett

Talba abbażi tal-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-“kuntratti-qafas dwar robots ta’ diżinfettar għall-isptarijiet Ewropej (COVID-19)” FW-00103506 u FW-00103507, konklużi mill-Kummissjoni fid-19 ta’ Novembru 2020 ma’ żewġ offerenti.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


5.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 263/25


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ April 2021 – Il-Bulgarija vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-235/21)

(2021/C 263/34)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Partijiet

Rikorrent: Ir-Repubblika tal-Bulgarija (rappreżentanti: Ts. Mitova u L. Zaharieva)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/261 tas-17 ta’ Frar 2021 li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nefqa mġarrba mill-Istati Membri fil-kuntest tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (1), fil-parti tagħha li tikkonċerna l-partita tal-baġit 6200, sa fejn teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea fil-kuntest tal-FAEG infiq imġarrab mir-Repubblika tal-Bulgarija fl-ammont ta’ EUR 7 656 848,97, u

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv: ksur tal-Artikolu 52 tar-Regolament Nru 1306/2013 (2), ikkunsidrat flimkien mal-Artikolu 34 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 908/2014 (3) u mal-Linji gwida tal-2015 dwar il-kalkolu tal-korrezzjonijiet finanzjarji fil-qafas tal-proċeduri tal-approvazzjoni ta’ konformità u finanzjarja tal-kontijiet (4), ksur tad-drittijiet tad-difiża kif ukoll ksur tal-prinċipji ta’ kooperazzjoni leali, ta’ kontradittorju u ta’ amministrazzjoni tajba, minħabba bidla tal-bażi legali fir-rigward tal-proċedura ta’ approvazzjoni ta’ konformità li permezz tagħha l-infiq, li huwa s-suġġett tad-deċiżjoni kontenzjuża, ġie eskluż mill-finanzjament tal-Unjoni.

2.

It-tieni motiv: ksur tal-Artikolu 296 TFUE minħabba n-natura kontradittorja u insuffiċjenti tal-motivi tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2021/261.

3.

It-tielet motiv: ksur tal-Artikolu 54(5)(a) tar-Regolament Nru 1306/2013, ikkunsidrat flimkien mal-Artikolu 54(1) tiegħu, minħabba interpretazzjoni żbaljata mill-Kummissjoni fis-sens li, f’dan il-każ, it-terminu ta’ 18-il xahar, previst fl-Artikolu 54(1) tar-Regolament Nru 1306/2013, beda jiddekorri mal-“wasla għand l-aġenzija tal-pagamenti” tar-rapporti finali tal-OLAF.

4.

Ir-raba’ motiv: ksur tal-Artikolu 54(5)(b) tar-Regolament Nru 1306/2013, ikkunsidrat flimkien mal-Artikolu 54(1) tiegħu, ksur tal-Artikolu 325 TFUE u ksur tal-prinċipji ta’ sussidjarjetà u ta’ awtonomija proċedurali minħabba l-konklużjoni infondata u żbaljata tal-Kummissjoni fis-sens li l-aġenzija tal-pagamenti ma aġixxietx bid-diliġenza meħtieġa sabiex tistabbilixxi l-ammonti kontenzjużi u kienet negliġenti għaliex ma fetħitx proċedura amministrattiva ta’ rkupru fit-terminu previst fl-Artikolu 54(1) tar-Regolament Nru 1306/2013.

5.

Il-ħames motiv: l-ammont stabbilit fid-deċiżjoni kontenzjuża fir-rigward tal-infiq eskluż mill-finanzjament tal-Unjoni ma josservax ir-regoli tal-Artikolu 54 tar-Regolament Nru 1306/2013 u jikser il-prinċipju ta’ proporzjonalità.


(1)  ĠU 2021, L 59, p. 10.

(2)  Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (ĠU 2013, L 347, p. 549, rettifiki fil-ĠU 2016, L 130, p. 6 u fil-ĠU 2017, L 327, p. 83).

(3)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 908/2014 tas-6 ta’ Awwissu 2014 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-aġenziji tal-pagamenti u korpi oħra, il-ġestjoni finanzjarja, l-approvazzjoni ta’ kontijiet, ir-regoli dwar kontrolli, garanziji u trasparenza (ĠU 2014, L 255, p. 59, rettifika fil-ĠU 2015, L 114, p. 25).

(4)  C(2015) 3675 final.


5.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 263/26


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Mejju 2021 – Pszonka vs Il-Kunsill

(Kawża T-242/21)

(2021/C 263/35)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Partijiet

Rikorrent: Artem Wiktorowycz Pszonka (Kramatorsk, l-Ukraina) (rappreżentant: M. Mleziva, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/394 tal-4 ta’ Marzu 2021 li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (1) kif ukoll ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/391 tal-4 ta’ Marzu 2021 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (2), sa fejn id-deċiżjoni msemmija u r-regolament imsemmi jirrigwardaw lir-rikorrent;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu kif ukoll dawk tar-rikorrent.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tad-dritt għal amministrazzjoni tajba

insostenn tal-ilment tiegħu r-rikorrent isostni, inter alia, li billi adotta d-deċiżjoni kkontestata l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ma aġixxiex bid-diliġenza meħtieġa inkwantu, qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, la ħa inkunsiderazzjoni l-argumenti tar-rikorrent u lanqas il-provi favurih prodotti minnu, iżda bbaża ruħu biss b’mod partikolari fuq sunt konċiż redatt mill-Prosekutur Ġenerali tal-Ukraina u ma talabx informazzjoni supplementari dwar il-progress tal-investigazzjoni fl-Ukraina.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tad-dritt tar-rikorrent għall-proprjetà

f’dan ir-rigward ir-rikorrent isostni li r-restrizzjonijiet, imposti fil-konfront tiegħu, huma sproporzjonati u ma humiex neċessarji kif ukoll li jiksru l-garanziji ta’ protezzjoni taħt id-dritt internazzjonali tad-dritt għal proprjetà li għalih huwa intitolat.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tad-drittijiet fundamentali tar-rikorrent iggarantiti lilu mill-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali

f’dan ir-rigward ir-rikorrent isostni li r-restrizzjonijiet imposti fil-konfront tiegħu kisru d-dritt tiegħu għal smigħ xieraq, il-prinċipju ta’ preżunzjoni ta’ innoċenza, id-drittijiet tad-difiża kif ukoll id-dritt ta’ protezzjoni tal-proprjetà privata.


(1)  ĠU 2021, L 77, p. 29.

(2)  ĠU 2021, L 77, p. 2.


5.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 263/27


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Mejju 2021 – Pszonka vs Il-Kunsill

(Kawża T-243/21)

(2021/C 263/36)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Partijiet

Rikorrent: Wiktor Pawłowycz Pszonka (Kiev, l-Ukraina) (rappreżentant: M. Mleziva, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/394 tal-4 ta’ Marzu 2021 li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (1) kif ukoll ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/391 tal-4 ta’ Marzu 2021 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (2), sa fejn id-deċiżjoni msemmija u r-regolament imsemmi jirrigwardaw lir-rikorrent;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu kif ukoll dawk tar-rikorrent.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tad-dritt għal amministrazzjoni tajba

insostenn tal-ilment tiegħu r-rikorrent isostni, inter alia, li billi adotta d-deċiżjoni kkontestata l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ma aġixxiex bid-diliġenza meħtieġa inkwantu, qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, la ħa inkunsiderazzjoni l-argumenti tar-rikorrent u lanqas il-provi favurih prodotti minnu, iżda bbaża ruħu biss b’mod partikolari fuq sunt konċiż redatt mill-Prosekutur Ġenerali tal-Ukraina u ma talabx informazzjoni supplementari dwar il-progress tal-investigazzjoni fl-Ukraina.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tad-dritt tar-rikorrent għall-proprjetà

f’dan ir-rigward ir-rikorrent isostni li r-restrizzjonijiet, imposti fil-konfront tiegħu, huma sproporzjonati u ma humiex neċessarji kif ukoll li jiksru l-garanziji ta’ protezzjoni taħt id-dritt internazzjonali tad-dritt għal proprjetà li għalih huwa intitolat.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tad-drittijiet fundamentali tar-rikorrent iggarantiti lilu mill-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali

f’dan ir-rigward ir-rikorrent isostni li r-restrizzjonijiet imposti fil-konfront tiegħu kisru d-dritt tiegħu għal smigħ xieraq, il-prinċipju ta’ preżunzjoni ta’ innoċenza, id-drittijiet tad-difiża kif ukoll id-dritt ta’ protezzjoni tal-proprjetà privata.


(1)  ĠU 2021, L 77, p. 29.

(2)  ĠU 2021, L 77, p. 2.


5.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 263/28


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Mejju 2021 – Tigercat International vs EUIPO – Caterpillar (Tigercat)

(Kawża T-251/21)

(2021/C 263/37)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Tigercat International Inc. (Cambridge, Ontario, il-Kanada) (rappreżentanti: S. Weidert, M. Pemsel u H. Bug, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Caterpillar Inc. (Peoria, Illinois, l-Istati Uniti)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “Tigercat” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 124 368

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-25 ta’ Frar 2021 fil-Każ R 16/2020-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem it-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO għall-ispejjeż, inklużi dawk tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 60(1)(a) kkunsidrat flimkien mal-Artikolu 8(1)(b) u mal-Artikolu 85(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


5.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 263/29


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Mejju 2021 – Hrebenyuk vs EUIPO (Forma ta’ kullar wieqaf)

(Kawża T-252/21)

(2021/C 263/38)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Anna Hrebenyuk (Griesheim, il-Ġermanja) (rappreżentant: H.-J. Ruhl, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ trade mark tridimensjonali tal-Unjoni Ewropea (Forma ta’ kullar wieqaf) – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 975 716

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-25 ta’ Frar 2021 fil-Każ R 1902/2020-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata kif ukoll id-deċiżjoni mogħtija mill-Uffiċċju fl-ewwel istanza fit-3 ta’ Marzu 2020;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 6 flimkien mal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


5.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 263/29


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Mejju 2021 – E. Breuninger vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-260/21)

(2021/C 263/39)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: E. Breuninger GmbH & Co. (Stuttgart, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Vetter, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla, skont l-Artikolu 264(1) TFUE, id-deċiżjoni tal-konvenuta tal-20 ta’ Novembru 2020 (Għajnuna mill-Istat Nru SA.59289) kif emendata bid-deċiżjoni tal-konvenuta tat-12 ta’ Frar 2021 (Għajnuna mill-Istat Nru SA.61744),

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

1.

L-iskema ta’ għajnuna Ġermaniża “Bundesregelung Fixkostenhilfe 2020” (Skema Federali għal Għajnuna ta’ Spiża Fissa 2020” approvata mill-konvenuta ma hijiex kompatibbli mas-suq intern peress li toħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni, mingħajr ma tkun eċċezzjonalment iġġustifikata f’dan il-każ. Il-konvenuta wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni meta ddeċidiet li l-iskema ta’ għajnuna prevista, li tirrikjedi tnaqqis fid-dħul mill-bejgħ tal-impriża kollha ta’ mill-inqas 30 %, hija kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3)(b) TFUE. Skont ir-rikorrenti, l-approċċ globali tal-iskema ta’ għajnuna tista’ teskludi kumpanniji bħar-rikorrenti, b’diversi oqsma tan-negozju milquta mill-pandemija COVID-19 b’modi differenti, li minnhom in-negozju bażiku ra tnaqqis fid-dħul mill-bejgħ ta’ 30 % minħabba l-għeluq, milli jistgħu japplikaw għal għajnuna, sempliċement minħabba li qasam tan-negozju ieħor ma jsofri l-ebda telf ta’ dħul mill-bejgħ u bil-kalkolu ta’ medja aritmetika tad-dħul mill-bejgħ ta’ oqsma ta’ negozju differenti jfisser li l-limitu ta’ 30 % ma jintlaħaqx. Dawn il-kumpanniji għaldaqstant jistgħu – b’kuntrast ma’ kumpanniji f’qasam ta’ negozju wieħed biss – ma jirċievu l-ebda għajnuna u jkollhom jissussidjaw b’mod inkroċjat l-ispejjeż fissi mhux koperti tan-negozju magħluqa tagħhom mill-oqsma tan-negozju l-oħra tagħhom. Dan iwassal għal distorsjoni tal-kompetizzjoni kemm fir-rigward tal-kompetituri fil-qasam tan-negozju affettwat mill-COVID-19 kif ukoll fir-rigward ta’ kompetituri fil-qasam tan-negozju mhux affettwat mill-COVID-19.

2.

Il-konvenuta kisret id-drittijiet proċedurali tar-rikorrenti skont l-Artikolu 108(2) TFUE billi ma tathiex l-opportunità li tesprimi t-tħassib tagħha dwar il-kompatibbilità tal-iskema ta’ għajnuna mas-suq intern fil-proċedura ta’ eżami preliminari.


5.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 263/30


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Mejju 2021 – Établissement Amra vs EUIPO – eXpresio (Forma ta’ stvala tal-qbiż bl-elementi verbali “Aerower Jumper1 M”)

(Kawża T-264/21)

(2021/C 263/40)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Établissement Amra (Vaduz, Liechtenstein) (rappreżentant: M. Gomez Galvo, avukata)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: eXpresio, estudio creativo, SL (La Nucía, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark tridimensjonali tal-Unjoni Ewropea (Forma ta’ stvala tal-qbiż bl-elementi verbali “Aerower Jumper1 M”) – Trade mark tal-Unjoni Nru 17 417 015

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-15 ta’ Marzu 2021 fil-Każ R 1083/2020-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ amministrazzjoni tajba;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(a), (b) u (e)(ii) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


5.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 263/31


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Mejju 2021 – Sunshine Smile vs EUIPO (PlusDental+)

(Kawża T-265/21)

(2021/C 263/41)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Sunshine Smile GmbH (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentant: D. Kirschner, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea PlusDental+ bil-kuluri blu u aħmar – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 126 826

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-18 ta’ Marzu 2021 fil-Każ R 1834//2020-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tordna l-pubblikazzjoni tal-applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Nr. 18 126 826;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tad-dritt għal smigħ skont l-Artikolu 94(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


5.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 263/31


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Mejju 2021 – Casanova vs BEI

(Kawża T-266/21)

(2021/C 263/42)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Philippe Casanova (Fort-de-France, Franza) (rappreżentanti: L. Levi u A. Blot, avukati)

Konvenut: Il-Bank Ewropew tal-Investiment

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara dan ir-rikors ammissibbli u fondat;

konsegwentement

tannulla d-deċiżjoni tat-12 ta’ Ġunju 2020 li biha ir-rikorrent ġie infurmat li l-kuntratt tiegħu ma kienx ikkonfermat wara l-perijodu ta’ probazzjoni u għaldaqstant kien ser jintemm fit-30 ta’ Ġunju 2020;

kif meħtieġ, tannulla d-deċiżjoni tal-BEI bid-data tat-8 ta’ Frar 2021 li tiċħad it-talba għal konċiljazzjoni u r-rikors amministrattiv tar-rikorrent ippreżentati fil-11 ta’ Awwissu 2020, li b’hekk tikkonferma d-deċiżjoni tat-12 ta’ Ġunju 2020;

tagħti kumpens għad-danni materjali u morali tar-rikorrent;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur, minn naħa, tal-Artikolu 24 tal-Konvenzjoni tar-rappreżentazzjoni tal-persunal tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) u, min-naħa l-oħra, tal-prinċipju ta’ ċertezza legali.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq l-inkompetenza tal-awtur tal-att, tal-ksur tal-prinċipju ta’ imparzjalità u tal-ksur tal-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni mwettqa matul il-perijodu ta’ probazzjoni inizjali u matul l-estenzjoni tal-perijodu ta’ prova.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq użu ħażin tal-poter imwettaq mill-BEI.


5.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 263/32


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Mejju 2021 – Amort et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-267/21)

(2021/C 263/43)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Heidi Amort (Jenesien, l-Italja) u 22 rikorrent ieħor (rappreżentant: R. Holzeisen, avukata)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni kkontestata, flimkien mal-emendi u mal-inklużjonijiet sussegwenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikors kontra d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea C(2021) 1763 (final) tal-11 ta’ Marzu 2021 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq skond ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għal “COVID-19 Vaccine Janssen – Vaċċin tal-COVID-19 (Ad26.COV2-S[rikombinanti])”, prodott mediċinali għall-użu mill-bniedem, huwa bbażat fuq il-motivi li ġejjin.

1.

L-ewwel motiv: id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni kkontestata tikser il-punti 1 u 2 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 507/2006 (1). Skont ir-rikorrenti gie pprovat xjentifikament li l-paniku mifrux mad-dinja kollha minħabba r-rata għolja ta’ mwiet allegatament assoċjata mal-infezzjoni SARS-CoV-2 huwa infondat. Barra minn hekk, il-WHO u l-UE ma kinux irrikonoxxew b’mod xieraq is-sitwazzjoni ta’ kriżi f’termini ta’ theddida għas-saħħa pubblika.

2.

It-tieni motiv: id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni kkontestata tikser l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 507/2006 minħabba:

l-assenza ta’ bilanċ riskju-benefiċċju pożittiv stabbilit fil-punt 28a tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 2001/83/KE (2);

l-assenza tar-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 4(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 507/2006, peress li l-applikant probabbilment ma jkunx jista’ jipprovdi d-data klinika sħiħa;

l-assenza tar-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 4(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 507/2006 peress li ma hemm l-ebda ħtiġijiet mediċi mhux indirizzati li jistgħu jiġu indirizzati mill-prodott mediċinali awtorizzat;

l-assenza tar-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 4(1)(d) tar-Regolament (KE) Nru 507/2006.

3.

It-tielet motiv: ksur tar-Regolament (KE) Nru 1394/2007 (3), tad-Direttiva 2001/83/KE u tar-Regolament (KE) Nru 726/2004 (4).

4.

Ir-raba’ motiv: ksur serju tal-Artikoli 168 u 169 TFUE kif ukoll tal-Artikoli 3, 35 u 38 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.


(1)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 507/2006 tad-29 ta’ Marzu 2006 dwar l-awtorizzazzjoni kondizzjonali għat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem li jagħmlu parti mill-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU 2006, L 330M, p. 315).

(2)  Direttiva 2001/83/KEE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 27, p. 69).

(3)  Regolament (KE) Nru 1394/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2007 dwar prodotti mediċinali ta’ terapija avvanzata u li jemenda d-Direttiva 2001/83/KE u r-Regolament (KE) Nru 726/2004 (ĠU 2007, L 324, p. 121, rettifika fil-ĠU 2009, L 87, p. 174).

(4)  Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 34, p. 229).


5.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 263/33


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Mejju 2021 – Ortis vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-271/21)

(2021/C 263/44)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Ortis (Bütgenbach, il-Belġju) (rappreżentant: A. de Brosses, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

taqta’ u tiddeċiedi li r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 2021/468 jikser l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 u l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1925/2006; li huwa għalhekk ivvizzjat bi żbalji ta’ liġi

taqta’ u tiddeċiedi li r-Regolament (UE) Nru 2021/468 huwa vvizzjat b’użu ħażin ta’ poter;

taqta’ u tiddeċiedi li r-Regolament (UE) Nru 2021/468 u l-bażi xjentifiku tiegħu, l-opinjoni tal-EFSA tat-22 ta’ Novembru 2017, huma vvizzjati bi żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni;

taqta’ u tiddeċiedi li r-Regolament (UE) Nru 2021/468 jikser il-prinċipju ta’ ċertezza legali;

taqta’ u tiddeċiedi li r-Regolament (UE) Nru 2021/468 jikser il-prinċipju ta’ proporzjonalità;

konsegwentement,

tannulla r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 2021/468 tat-18 ta’ Marzu 2021 li jemenda l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-ispeċijiet botaniċi li fihom derivati tal-idrossiantraċen;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq żbalji ta’ liġi. Ir-rikorrenti tinvoka f’dan ir-rigward il-fatt li r-regolament ikkontestat jikser l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1925/2006 (1), li jeżiġi riskju identifikat, bil-klassifikazzjoni fil-Parti A tal-Anness III ta’ dan ir-regolament tas-sustanzi u tal-preparati msemmija, filwaqt li jeżisti inċertezza xjentifiċi u bil-klassifikazzjoni fil-Parti C tal-Anness III ta’ prodotti minbarra sustanzi, u jikser l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 (2), minħabba li huwa bbażat fuq evalwazzjoni tar-riskji parzjali u mhux konformi.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq użu ħażin ta’ poter, minħabba li diversi indizji, preċiżi, plawżibbli u konkordanti juru li l-għan ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-konsumaturi, allegat mill-Kummissjoni, ma jikkorrispondix għar-realtà. Ir-rikorrent ssostni li r-regolament ikkontestat għandu b’mod partikolari l-effett li jirriżerva unikament għall-prodotti mediċinali d-dritt ta’ użu tal-preparati u sustanzi li fihom derivati tal-idrossiantraċen (iktar ’il quddiem “HAD”) li tqegħdu fil-Parti A tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1925/2006, minkejja li dan ma huwiex l-għan intiż.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni. Skont ir-rikorrenti, l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) tat-22 ta’ Novembru 2017 li fuqha huwa bbażat ir-regolament ikkontestat hija vvizzjata b’diversi żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni, sa fejn l-EFSA evalwat ir-riskju ġenotossiku u karċinoġenu tal-HAD mingħajr l-osservanza tal-metodi ta’ evalwazzjoni tar-riskju tagħha stess, jew il-metodi ta’ evalwazzjoni tar-riskju tal-OCDE u billi siltet konklużjonijiet li jikkontradixxu l-konklużjonijiet tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini. Ir-regolament ikkontestat huwa għalhekk ivvizzjat bi żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni, peress li, minn naħa, il-Kummissjoni inkludiet fil-Parti A tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1925/2006 sustanzi u preparati, minkejja li l-opinjoni tal-EFSA tat-22 ta’ Novembru 2017 juri l-eżistenza ta’ inċertezza xjentifiċi, min-naħa l-oħra, hija ma applikatx il-prinċipju ALARA għall-miżuri ta’ ġestjoni tar-riskju u, fl-aħħar nett, hija ma kkunsidratx l-evoluzzjoni tal-għarfien xjentifiku li seħħet wara l-opinjoni tal-EFSA tat-22 ta’ Novembru 2017.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali, minħabba li t-tfassil tar-regolament ikkontestat huwa inkoerenti sa fejn, minn naħa, huwa jirreferi għall-kelma “preparati” filwaqt li din il-kelma ma hija ddefinita fl-ebda test, min-naħa l-oħra, ċerti sustanzi HAD jidhru li huma fl-istess ħin kemm ipprojbiti kif ukoll awtorizzati, iżda taħt kontroll u, fl-aħħar nett, l-iStanding Committee on Plants, Animals, Food and Feed (il-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf), kellu jwettaq kjarifiki għat-test.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, sa fejn ir-regolament ikkontestat jikklassifika sustanzi fil-Parti A tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1925/2006 mingħajr l-istabbiliment ta’ ebda limitu, li jwassal għall-projbizzjoni tagħhom, filwaqt li din il-projbizzjoni ma hijiex neċessarja sabiex jintlaħaq l-għan mixtieq ta’ protezzjoni tas-saħħa pubblika.


(1)  Regolament (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar iż-żieda ta’ vitamini u minerali u ta’ ċerti sustanzi oħra ma’ l-ikel (ĠU 2006, L 404, p. 26).

(2)  Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà ta’ l-ikel (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 6, p. 463, rettifika fil-ĠU 2014, L 327, p. 9 u fil-ĠU 2016, L 227).


5.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 263/35


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Mejju 2021 – Synadiet et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-274/21)

(2021/C 263/45)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Syndicat national des compléments alimentaires (Synadiet) (Pariġi, Franza) u l-21 rikorrenti l-oħra (rappreżentanti: A. De Brosses, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

taqta’ u tiddeċiedi li r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 2021/468 jikser l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 u l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1925/2006; li huwa għalhekk ivvizzjat bi żbalji ta’ liġi

taqta’ u tiddeċiedi li r-Regolament (UE) Nru 2021/468 huwa vvizzjat b’użu ħażin ta’ poter;

taqta’ u tiddeċiedi li r-Regolament (UE) Nru 2021/468 u l-bażi xjentifiku tiegħu, l-opinjoni tal-EFSA tat-22 ta’ Novembru 2017, huma vvizzjati bi żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni;

taqta’ u tiddeċiedi li r-Regolament (UE) Nru 2021/468 jikser il-prinċipju ta’ ċertezza legali;

taqta’ u tiddeċiedi li r-Regolament (UE) Nru 2021/468 jikser il-prinċipju ta’ proporzjonalità;

konsegwentement,

tannulla r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 2021/468 tat-18 ta’ Marzu 2021 li jemenda l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-ispeċijiet botaniċi li fihom derivati tal-idrossiantraċen;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq żbalji ta’ liġi. Ir-rikorrenti jinvokaw f’dan ir-rigward il-fatt li r-regolament ikkontestat jikser l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1925/2006 (1), li jeżiġi riskju identifikat, bil-klassifikazzjoni fil-Parti A tal-Anness III ta’ dan ir-regolament tas-sustanzi u tal-preparati msemmija, filwaqt li jeżisti inċertezza xjentifiċi u bil-klassifikazzjoni fil-Parti C tal-Anness III ta’ prodotti minbarra sustanzi, u jikser l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 (2), minħabba li huwa bbażat fuq evalwazzjoni tar-riskji parzjali u mhux konformi.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq użu ħażin ta’ poter, minħabba li diversi indizji, preċiżi, plawżibbli u konkordanti juru li l-għan ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-konsumaturi, allegat mill-Kummissjoni, ma jikkorrispondix għar-realtà. Ir-rikorrenti jsostnu li r-regolament ikkontestat għandu b’mod partikolari l-effett li jirriżerva unikament għall-prodotti mediċinali d-dritt ta’ użu tal-preparati u sustanzi li fihom derivati tal-idrossiantraċen (iktar ’il quddiem “HAD”) li tqegħdu fil-Parti A tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1925/2006, minkejja li dan ma huwiex l-għan intiż.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni. Skont ir-rikorrenti, l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) tat-22 ta’ Novembru 2017 li fuqha huwa bbażat ir-regolament ikkontestat hija vvizzjata b’diversi żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni, sa fejn l-EFSA evalwat ir-riskju ġenotossiku u karċinoġenu tal-HAD mingħajr l-osservanza tal-metodi ta’ evalwazzjoni tar-riskju tagħha stess, jew il-metodi ta’ evalwazzjoni tar-riskju tal-OCDE u billi siltet konklużjonijiet li jikkontradixxu l-konklużjonijiet tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini. Ir-regolament ikkontestat huwa għalhekk ivvizzjat bi żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni, peress li, minn naħa, il-Kummissjoni inkludiet fil-Parti A tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1925/2006 sustanzi u preparati, minkejja li l-opinjoni tal-EFSA tat-22 ta’ Novembru 2017 juri l-eżistenza ta’ inċertezza xjentifiċi, min-naħa l-oħra, hija ma applikatx il-prinċipju ALARA għall-miżuri ta’ ġestjoni tar-riskju u, fl-aħħar nett, hija ma kkunsidratx l-evoluzzjoni tal-għarfien xjentifiku li seħħet wara l-opinjoni tal-EFSA tat-22 ta’ Novembru 2017.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali, minħabba li t-tfassil tar-regolament ikkontestat huwa inkoerenti sa fejn, minn naħa, huwa jirreferi għall-kelma “preparati” filwaqt li din il-kelma ma hija ddefinita fl-ebda test, min-naħa l-oħra, ċerti sustanzi HAD jidhru li huma fl-istess ħin kemm ipprojbiti kif ukoll awtorizzati, iżda taħt kontroll u, fl-aħħar nett, l-iStanding Committee on Plants, Animals, Food and Feed (il-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf), kellu jwettaq kjarifiki għat-test.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, sa fejn ir-regolament ikkontestat jikklassifika sustanzi fil-Parti A tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1925/2006 mingħajr l-istabbiliment ta’ ebda limitu, li jwassal għall-projbizzjoni tagħhom, filwaqt li din il-projbizzjoni ma hijiex neċessarja sabiex jintlaħaq l-għan mixtieq ta’ protezzjoni tas-saħħa pubblika.


(1)  Regolament (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar iż-żieda ta’ vitamini u minerali u ta’ ċerti sustanzi oħra ma’ l-ikel (ĠU 2006, L 404, p. 26).

(2)  Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà ta’ l-ikel (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 6, p. 463, rettifika fil-ĠU 2014, L 327, p. 9 u fil-ĠU 2016, L 227).


5.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 263/36


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Mejju 2021 – Louis Vuitton Malletier vs EUIPO – Wisniewski (Rappreżentazzjoni ta’ disinn ta’ skakkiera)

(Kawża T-275/21)

(2021/C 263/46)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Louis Vuitton Malletier (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: P. Roncaglia, N. Parrotta u P.-Y. Gautier, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Norbert Wisniewski (Varsavja, il-Polonja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrent quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni tat-trade mark li tirrappreżenta disinn ta’ skakkiera – Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 986 207 li tindika l-Unjoni

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-25 ta’ Frar 2021 fil-Każ R 1307/2020-5

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tirriforma d-deċiżjoni kkontestata billi tikkonkludi li r-rikorrent akkwista karattru distintiv permezz tal-użu;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrent matul dawn il-proċeduri;

tikkundanna lil Norbert Wisniewski għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrent matul dawn il-proċeduri.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(3) u tal-Artikolu 59(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


5.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 263/37


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Mejju 2021 – Chrysses Demetriades & Co. u Provident Fund of the Employees of Chrysses Demetriades & Co. vs Il-Kunsill et

(Kawża T-198/18) (1)

(2021/C 263/47)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tal-Ewwel Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 182, 28.5.2018.


5.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 263/37


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Mejju 2021 – SCF Terminal (Cyprus) u SHB vs Il-Kunsill et

(Kawża T-199/18) (1)

(2021/C 263/48)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tal-Ewwel Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 231, 2.7.2018.


5.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 263/37


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Mejju 2021 – MP vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-588/20) (1)

(2021/C 263/49)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tal-Ewwel Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 414, 30.11.2020.