ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 252

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 64
28 ta' Ġunju 2021


Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2021/C 252/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2021/C 252/02

Kawża C-690/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juge d’instruction du tribunal de grande instance de Paris (Franza) fid-29 ta’ Ottubru 2018 – Proċeduri kriminali kontra X

2

2021/C 252/03

Kawża C-691/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juge d’instruction du tribunal de grande instance de Paris (Franza) fid-29 ta’ Ottubru 2018 – Proċeduri kriminali kontra Y

3

2021/C 252/04

Kawża C-692/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juge d’instruction du tribunal de grande instance de Paris (Franza) fid-29 ta’ Ottubru 2018 – Proċeduri kriminali kontra Z

3

2021/C 252/05

Kawża C-450/20 P: Appell ippreżentat fl-10 ta’ Settembru 2020 minn Comprojecto-Projectos e Construções, Lda et mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fit-8 ta’ Lulju 2020 fil-Kawża T-90/20 REC, Comprojecto-Projectos e Construções et vs BĊE u Banco de Portugal

4

2021/C 252/06

Kawża C-503/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Audiencia Provincial de Las Palmas de Gran Canaria (Spanja) fis-6 ta’ Ottubru 2020 – Banco de Santander S. A. vs YC

5

2021/C 252/07

Kawża C-539/20 P: Appell ippreżentat fit-22 ta’ Ottubru 2020 minn Hochmann Marketing GmbH mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fit-23 ta’ Jannar 2020 fil-Kawża T-807/19, Hochmann Marketing GmbH vs Il-Kummisjoni Ewropea

5

2021/C 252/08

Kawża C-679/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Contencioso-Administrativo n.o 17 de Barcelona (Spanja) fil-15 ta’ Diċembru 2020 – Administración General del Estado vs Ayuntamiento de Les Cabanyes

6

2021/C 252/09

Kawża C-29/21 P: Appell ippreżentat fit-18 ta’ Jannar 2021 minn Tinnus Enterprises LLC mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Għaxar Awla) fit-18 ta’ Novembru 2020 fil-Kawża T-574/19 – Tinnus Enterprises vs EUIPO

6

2021/C 252/10

Kawża C-59/21 P: Appell ippreżentat fil-1 ta’ Frar 2021 minn Embutidos Monells, SA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fit-2 ta’ Diċembru 2020 fil-Kawża T-639/19 – Sánchez Romero Carvajal Jabugo vs EUIPO — Embutidos Monells (5MS MMMMM)

6

2021/C 252/11

Kawża C-67/21 P: Appell ippreżentat fit-2 ta’ Frar 2021 minn BSH Hausgeräte GmbH mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Għaxar Awla) fit-2 ta’ Diċembru 2020 fil-Kawża T-152/20, BSH Hausgeräte GmbH vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

7

2021/C 252/12

Kawża C-93/21 P: Appell ippreżentat fil-15 ta’ Frar 2021 minn easyCosmetic Swiss GmbH mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Imħallef Uniku) fid-9 ta’ Diċembru 2020 fil-Kawża T-858/19 – easyCosmetic Swiss GmbH vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

7

2021/C 252/13

Kawża C-163/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado Mercantil no 7 de Barcelona (Spanja) fil-11 ta’ Marzu 2021 – AD et vs PACCAR Inc, DAF TRUCKS NV u DAF Trucks Deutschland GmbH

7

2021/C 252/14

Kawża C-182/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fit-23 ta’ Marzu 2021 – Nokia Technologies Oy vs Daimler AG

8

2021/C 252/15

Kawża C-204/21: Rikors ippreżentat fl-1 ta’ April 2021 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Polonja

9

2021/C 252/16

Kawża C-205/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-iSpetsializiran nakazatelen sad (il-Bulgarija) fil-31 ta’ Marzu 2021 – Proċeduri kriminali kontra V.S.

11

2021/C 252/17

Kawża C-218/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal Administrativo (il-Portugall) fl-1 ta’ April 2021 – Autoridade Tributária e Aduaneira vs DSR – Montagem e Manutenção de Ascensores e Escadas Rolantes SA

12

2021/C 252/18

Kawża C-224/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD) (il-Portugall) fid-29 ta’ Marzu 2021 – VX vs Autoridade Tributária e Aduaneira

13

2021/C 252/19

Kawża C-251/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākā tiesa (Senāts) (Il-Latvja) fil-21 ta’ April 2021 – SIA Piltenes meži vs Lauku atbalsta dienests

14

2021/C 252/20

Kawża C-260/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Okrazhen sad Vidin (il-Bulgarija) fit-23 ta’ April 2021 – Corporate Commercial Bank AD, taħt proċedura ta’ falliment vs Elit Petrol AD

14

2021/C 252/21

Kawża C-262/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Korkein oikeus (il-Finlandja) fit-23 ta’ April 2021 – A vs B

15

2021/C 252/22

Kawża C-268/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Högsta domstolen (L-Isvezja) fit-23 ta’ April 2021 – Norra Stockholm Bygg AB vs Per Nycander AB

17

2021/C 252/23

Kawża C-273/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Budapest Környéki Törvényszék (l-Ungerija) fit-28 ta’ April 2021 – WD vs Agrárminiszter

17

2021/C 252/24

Kawża C-284/21 P: Appell ippreżentat fit-3 ta’ Mejju 2021 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (it-Tielet Awla Estiża) fl-24 ta’ Frar 2021 fil-Kawża T-161/18, Braesch et vs Il-Kummissjoni

18

2021/C 252/25

Kawża C-286/21: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Mejju 2021 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Franċiża

19

 

Il-Qorti Ġenerali

2021/C 252/26

Kawża T-637/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Mejju 2021 – Sun Stars & Sons vs EUIPO – Carpathian Springs (AQUA CARPATICA) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark tridimensjonali tal-Unjoni Ewropea AQUA CARPATICA – Trade marks tridimensjonali preċedenti tal-Unjoni Ewropea u nazzjonali VODAVODA – Raġuni relattiva għal rifjut – Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001))

20

2021/C 252/27

Kawża T-638/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Mejju 2021 – Sun Stars & Sons vs EUIPO – Valvis Holding (AC AQUA AC) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark tridimensjonali tal-Unjoni Ewropea AC AQUA AC – Trade marks tridimensjonali preċedenti -Unjoni Ewropea u nazzjonali VODAVODA – Raġuni relattiva għal rifjut – Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 [li sar l-Artikolu 8(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001])

20

2021/C 252/28

Kawża T-70/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Mejju 2021 – Metamorfoza vs EUIPO – Tiesios kreivės (MUSEUM OF ILLUSIONS) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea MUSEUM OF ILLUSIONS – Trade mark figurattiva preċedenti tal-Unjoni MUSEUM OF ILLUSIONS – Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001) – Artikolu 95 tar-Regolament 2017/1001)

21

2021/C 252/29

Kawża T-167/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Mejju 2021 – Tornado Boats International vs EUIPO – Haygreen (TORNADO) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea TORNADO – Raġuni assoluta ta’ invalidità – Mala fide – Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 59(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001))

22

2021/C 252/30

Kawża T-178/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Mejju 2021 – Bavaria Weed vs EUIPO (BavariaWeed) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Applikazzjoni għat-trade mark figurattivi tal-Unjoni Ewropea BavariaWeed – Raġuni assoluta għal rifjut – Trade mark li tmur kontra l-ordni pubbliku – Artikolu 7(1)(f) tar-Regolament (UE) 2017/1001 – Artikolu 7(2) tar-Regolament 2017/1001)

22

2021/C 252/31

Kawża T-274/19: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ April 2021 – Target Ventures Group vs EUIPO – Target Partners (TARGET VENTURES) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Dikjarazzjoni ta’ rinunzja għat-trademark ikkontestata – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

23

2021/C 252/32

Kawża T-358/19: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Mejju 2021 – Groupe Canal + vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni – Akkordji – Distribuzzjoni televiżiva – Deċiżjoni li tirrendi impenji vinkolanti – Irtirar tal-att ikkontestat – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

23

2021/C 252/33

Kawża T-822/19: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Mejju 2021 – Asoliva u Anierac vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament – Agrikoltura – Klassifikazzjoni f’waħda mit-tliet kategoriji taż-żejt taż-żebbuġa verġni – miżuri ta’ implimentazzjoni – Nuqqas ta’ inċidenza individwali – Inammissibbiltà)

24

2021/C 252/34

Kawża T-472/20 u T-472/20 AJ II: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ April 2021 – Jouvin vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament – Kompetizzjoni – Akkordji – Suq tal-ġbir, tal-monitoraġġ u tat-tqassim ta’ pakketti – Deċiżjoni li tiċħad ilment – Rikors manifestament nieqes minn kull bażi legali – Talba għall-għajnuna legali mressqa sussegwentement għall-preżentata ta’ rikors)

25

2021/C 252/35

Kawża T-714/20 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Mejju 2021 – Ovsyannikov vs Il-Kunsill (Miżuri provviżorji – Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina – Iffriżar ta’ fondi – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Nuqqas ta’ urġenza)

25

2021/C 252/36

Kawża T-161/21: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Marzu 2021 – McCord vs Il-Kummissjoni

26

2021/C 252/37

Kawża T-227/21: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ April 2021 – Illumina vs Il-Kummissjoni

27

2021/C 252/38

Kawża T-237/21: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Mejju 2021 – Fidelity National Information Services vs EUIPO – IFIS (FIS)

29

2021/C 252/39

Kawża T-245/21: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Mejju 2021 –Varabei vs Il-Kunsill

29

2021/C 252/40

Kawża T-248/21: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Mejju 2021 – Fibrecycle vs EUIPO (BACK-2-NATURE)

30

2021/C 252/41

Kawża T-253/21: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Mejju 2021 – Aquino vs Il-Parlament

31

2021/C 252/42

Kawża T-254/21: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Mejju 2021 – Armadora Parleros vs Il-Kummissjoni

31

2021/C 252/43

Kawża T-257/21: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Mejju 2021 – Basaglia vs Il-Kummissjoni

32

2021/C 252/44

Kawża T-259/21: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Mejju 2021 – Neolith Distribution vs EUIPO (Rappreżentazzjoni ta’ disinn ripetut ornamentali)

33

2021/C 252/45

Kawża T-268/21: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Mejju 2021 – Ryanair vs Il-Kummissjoni

34

2021/C 252/46

Kawża T-149/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Mejju 2021 – Anastasiou vs Il-Kummissjoni u l-BĊE

34

2021/C 252/47

Kawża T-150/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Mejju 2021 – Pavlides vs Il-Kummissjoni u l-BĊE

35

2021/C 252/48

Kawża T-151/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Mejju 2021 – Vassiliou vs Il-Kummissjoni u l-BĊE

35

2021/C 252/49

Kawża T-152/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Mejju 2021 – Medilab vs Il-Kummissjoni u BĊE

35

2021/C 252/50

Kawża T-514/16: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ April 2021 – Tsilikas vs Il-Kummissjoni

35

2021/C 252/51

Kawża T-534/16: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Mejju 2021 – Tsilikas vs Il-Kummissjoni

36

2021/C 252/52

Kawża T-537/16: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ April 2021 – Aycinena et vs Il-Kummissjoni

36

2021/C 252/53

Kawża T-541/16: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ April 2021 – Guillen Lazo vs Il-Parlament

36

2021/C 252/54

Kawża T-547/16: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Mejju 2021 – Miranda Garcia vs Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

36

2021/C 252/55

Kawża T-147/18: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Mejju 2021 – APG Intercon et vs Il-Kunsill et

37

2021/C 252/56

Kawża T-179/18: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Mejju 2021 – Scordis, Papapetrou & Co et vs Il-Kunsill et

37

2021/C 252/57

Kawża T-188/18: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Mejju 2021 – Papaconstantinon et vs Il-Kunsill et

37

2021/C 252/58

Kawża T-196/18: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Mejju 2021 – Vital Capital Investments et vs Il-Kunsill et

37

2021/C 252/59

Kawża T-197/18: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Mejju 2021 – JV Voscf et vs Il-Kunsill et

38

2021/C 252/60

Kawża T-208/18: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Mejju 2021 – Nessim Daoud et vs Il-Kunsill et

38

2021/C 252/61

Kawża T-702/19: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ April 2021 – Compass Overseas Holdings et vs Il-Kummissjoni

38

2021/C 252/62

Kawża T-139/20: Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ April 2021 – Applia vs Il-Kummissjoni

38

2021/C 252/63

Kawża T-140/20: Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ April 2021 – Applia vs Il-Kummissjoni

39

2021/C 252/64

Kawża T-141/20: Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ April 2021 – Applia vs Il-Kummissjoni

39

2021/C 252/65

Kawża T-142/20: Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ April 2021 – Applia vs Il-Kummissjoni

39

2021/C 252/66

Kawża T-260/20: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Mejju 2021 – Da Silva Carreira vs Il-Kummissjoni

39

2021/C 252/67

Kawża T-66/21: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Mejju 2021 – Precisis vs EUIPO – Easee (EASEE)

39


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

28.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 252/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2021/C 252/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 242, 21.6.2021

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 228, 14.6.2021

ĠU C 217, 7.6.2021

ĠU C 206, 31.5.2021

ĠU C 189, 17.5.2021

ĠU C 182, 10.5.2021

ĠU C 180, 10.5.2021

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

28.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 252/2


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juge d’instruction du tribunal de grande instance de Paris (Franza) fid-29 ta’ Ottubru 2018 – Proċeduri kriminali kontra X

(Kawża C-690/18)

(2021/C 252/02)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Juge d’instruction du tribunal de grande instance de Paris

Parti fil-proċeduri kriminali nazzjonali

X

fil-preżenza ta’: Consommation, logement et cadre de vie (CLCV), France Nature Environnement, Générations futures, Greenpeace France, ADR Europe Express, Union fédérale des consommateurs – Que choisir (UFC – Que choisir), AS et

B’digriet tas-6 ta’ Mejju 2021, il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) iddeċidiet:

1)

Il-punt 10 tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2007 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward ta’ l-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li jikkostitwixxi “element tad-disinn”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, software integrat fil-kompjuter li jikkontrolla l-magna jew li jaġixxi fuqha, meta dan jaġixxi fuq il-funzjonament tas-sistema ta’ kontroll tal-emissjonijiet u meta dan inaqqas l-effettività tagħha.

2)

Il-punt 10 tal-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 715/2007 għandu jiġi interpretat fis-sens li jidħlu fil-kunċett ta’ “sistema għall-kontroll tal-emissjonijiet”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, kemm it-teknoloġiji u l-istrateġija msejħa “ta’ trattament sussegwenti tal-gass tal-exhaust”, li jnaqqsu l-emissjonijiet downstream, jiġifieri wara l-formazzjoni tagħhom, kif ukoll dawk li, bħas-sistema ta’ riċiklaġġ tal-gass tal-exhaust, inaqqsu l-emissjonijiet upstream, jiġifieri waqt il-formazzjoni tagħhom.

3)

Il-punt 10 tal-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 715/2007 għandu jiġi interpretat fis-sens li jikkostitwixxi “tagħmir ta’ riduzzjoni”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, dispożittiv li jidentifika kull parametru marbut mal-iżvolġiment tal-proċeduri ta’ ċertifikazzjoni stabbiliti minn dan ir-regolament, għall-finijiet li jtejjeb il-prestazzjoni, matul dawn il-proċeduri, tas-sistema ta’ kontroll tal-emissjonijiet, u b’hekk li tinkiseb iċ-ċertifikazzjoni tal-vettura, anki jekk tali titjib jista’ jiġi osservat ukoll, b’mod speċifiku, f’kundizzjonijiet ta’ użu normali tal-vettura.

4)

L-Artikolu 5(2)(a) tar-Regolament Nru 715/2007 għandu jiġi interpretat fis-sens li tagħmir ta’ riduzzjoni li jtejjeb sistematikament, waqt il-proċeduri ta’ ċertifikazzjoni, il-prestazzjoni tas-sistema ta’ kontroll tal-emissjonijiet tal-vetturi għall-finijiet li jiġu osservati l-limiti ta’ emissjonijiet iffissati minn dan ir-regolament, u b’hekk li tinkiseb iċ-ċertifikazzjoni ta’ dawn il-vetturi, ma jistax jaqa’ taħt l-eċċezzjoni għall-projbizzjoni ta’ tali tagħmir prevista f’din id-dispożizzjoni, relattiva għall-protezzjoni tal-magna mill-ħsara jew inċidenti u għat-tħaddim fis-sigurtà tal-vettura, anki jekk dan it-tagħmir jikkontribwixxi għall-prevenzjoni tat-tqaddim jew li tinstadd il-magna.


(1)  ĠU 2007, L 171, p. 1.


28.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 252/3


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juge d’instruction du tribunal de grande instance de Paris (Franza) fid-29 ta’ Ottubru 2018 – Proċeduri kriminali kontra Y

(Kawża C-691/18)

(2021/C 252/03)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Juge d’instruction du tribunal de grande instance de Paris

Parti fil-proċeduri kriminali nazzjonali

Y

fil-preżenza ta’: BT, Consommation, logement et cadre de vie (CLCV), Générations futures, Greenpeace France, CU, Union fédérale des consommateurs – Que choisir (UFC – Que choisir)

B’digriet tas-6 ta’ Mejju 2021, il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) iddeċidiet:

1)

Il-punt 10 tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2007 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li jikkostitwixxi “element tad-disinn”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, software integrat fil-kompjuter li jikkontrolla l-magna jew li jaġixxi fuqha, meta dan jaġixxi fuq il-funzjonament tas-sistema ta’ kontroll tal-emissjonijiet u meta dan inaqqas l-effettività tagħha.

2)

Il-punt 10 tal-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 715/2007 għandu jiġi interpretat fis-sens li jidħlu fil-kunċett ta’ “sistema għall-kontroll tal-emissjonijiet”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, kemm it-teknoloġiji u l-istrateġija msejħa “ta’ trattament sussegwenti tal-gass tal-exhaust”, li jnaqqsu l-emissjonijiet downstream, jiġifieri wara l-formazzjoni tagħhom, kif ukoll dawk li, bħas-sistema ta’ riċiklaġġ tal-gass tal-exhaust, inaqqsu l-emissjonijiet upstream, jiġifieri waqt il-formazzjoni tagħhom.

3)

Il-punt 10 tal-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 715/2007 għandu jiġi interpretat fis-sens li jikkostitwixxi “tagħmir ta’ riduzzjoni”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, dispożittiv li jidentifika kull parametru marbut mal-iżvolġiment tal-proċeduri ta’ ċertifikazzjoni stabbiliti minn dan ir-regolament, għall-finijiet li jtejjeb il-prestazzjoni, matul dawn il-proċeduri, tas-sistema ta’ kontroll tal-emissjonijiet, u b’hekk li tinkiseb iċ-ċertifikazzjoni tal-vettura, anki jekk tali titjib jista’ jiġi osservat ukoll, b’mod speċifiku, f’kundizzjonijiet ta’ użu normali tal-vettura.

4)

L-Artikolu 5(2)(a) tar-Regolament Nru 715/2007 għandu jiġi interpretat fis-sens li tagħmir ta’ riduzzjoni li jtejjeb sistematikament, waqt il-proċeduri ta’ ċertifikazzjoni, il-prestazzjoni tas-sistema ta’ kontroll tal-emissjonijiet tal-vetturi għall-finijiet li jiġu osservati l-limiti ta’ emissjonijiet iffissati minn dan ir-regolament, u b’hekk li tinkiseb iċ-ċertifikazzjoni ta’ dawn il-vetturi, ma jistax jaqa’ taħt l-eċċezzjoni għall-projbizzjoni ta’ tali tagħmir prevista f’din id-dispożizzjoni, relattiva għall-protezzjoni tal-magna mill-ħsara jew inċidenti u għat-tħaddim fis-sigurtà tal-vettura, anki jekk dan it-tagħmir jikkontribwixxi għall-prevenzjoni tat-tqaddim jew li tinstadd il-magna.


(1)  ĠU 2007, L 171, p. 1.


28.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 252/3


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juge d’instruction du tribunal de grande instance de Paris (Franza) fid-29 ta’ Ottubru 2018 – Proċeduri kriminali kontra Z

(Kawża C-692/18)

(2021/C 252/04)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Juge d’instruction du tribunal de grande instance de Paris.

Parti fil-proċeduri kriminali nazzjonali

Z

fil-preżenza ta’: DV, IA, ATPIC, EW et, Consommation, logement et cadre de vie (CLCV), Conseil national des associations familiales laïques (CNAFAL), FX, France Nature Environnement, Générations futures, GY, Greenpeace France, HZ et, Union fédérale des consommateurs – Que choisir (UFC – Que choisir)

B’digriet tas-6 ta’ Mejju 2021, il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) iddeċidiet:

1)

Il-punt 10 tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2007 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li jikkostitwixxi “element tad-disinn”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, software integrat fil-kompjuter li jikkontrolla l-magna jew li jaġixxi fuqha, meta dan jaġixxi fuq il-funzjonament tas-sistema ta’ kontroll tal-emissjonijiet u meta dan inaqqas l-effettività tagħha.

2)

Il-punt 10 tal-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 715/2007 għandu jiġi interpretat fis-sens li jidħlu fil-kunċett ta’ “sistema għall-kontroll tal-emissjonijiet”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, kemm it-teknoloġiji u l-istrateġija msejħa “ta’ trattament sussegwenti tal-gass tal-exhaust”, li jnaqqsu l-emissjonijiet downstream, jiġifieri wara l-formazzjoni tagħhom, kif ukoll dawk li, bħas-sistema ta’ riċiklaġġ tal-gass tal-exhaust, inaqqsu l-emissjonijiet upstream, jiġifieri waqt il-formazzjoni tagħhom.

3)

Il-punt 10 tal-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 715/2007 għandu jiġi interpretat fis-sens li jikkostitwixxi “tagħmir ta’ riduzzjoni”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, dispożittiv li jidentifika kull parametru marbut mal-iżvolġiment tal-proċeduri ta’ ċertifikazzjoni stabbiliti minn dan ir-regolament, għall-finijiet li jtejjeb il-prestazzjoni, matul dawn il-proċeduri, tas-sistema ta’ kontroll tal-emissjonijiet, u b’hekk li tinkiseb iċ-ċertifikazzjoni tal-vettura, anki jekk tali titjib jista’ jiġi osservat ukoll, b’mod speċifiku, f’kundizzjonijiet ta’ użu normali tal-vettura.

4)

L-Artikolu 5(2)(a) tar-Regolament Nru 715/2007 għandu jiġi interpretat fis-sens li tagħmir ta’ riduzzjoni li jtejjeb sistematikament, waqt il-proċeduri ta’ ċertifikazzjoni, il-prestazzjoni tas-sistema ta’ kontroll tal-emissjonijiet tal-vetturi għall-finijiet li jiġu osservati l-limiti ta’ emissjonijiet iffissati minn dan ir-regolament, u b’hekk li tinkiseb iċ-ċertifikazzjoni ta’ dawn il-vetturi, ma jistax jaqa’ taħt l-eċċezzjoni għall-projbizzjoni ta’ tali tagħmir prevista f’din id-dispożizzjoni, relattiva għall-protezzjoni tal-magna mill-ħsara jew inċidenti u għat-tħaddim fis-sigurtà tal-vettura, anki jekk dan it-tagħmir jikkontribwixxi għall-prevenzjoni tat-tqaddim jew li tinstadd il-magna.


(1)  ĠU 2007, L 171, p. 1.


28.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 252/4


Appell ippreżentat fl-10 ta’ Settembru 2020 minn Comprojecto-Projectos e Construções, Lda et mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fit-8 ta’ Lulju 2020 fil-Kawża T-90/20 REC, Comprojecto-Projectos e Construções et vs BĊE u Banco de Portugal

(Kawża C-450/20 P)

(2021/C 252/05)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Appellanti: Comprojecto-Projectos e Construções, Lda, Paulo Eduardo Matos Gomes de Azevedo, Julião Maria Gomes de Azevedo, Isabel Maria Matos Gomes de Azevedo (rappreżentant: M. Ribeiro, advogado)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Bank Ċentrali Ewropew, Banco de Portugal

Permezz ta’ digriet tal-5 ta’ Mejju 2021, il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) ċaħdet ir-rikors bħala manifestament inammissibbli.


28.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 252/5


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Audiencia Provincial de Las Palmas de Gran Canaria (Spanja) fis-6 ta’ Ottubru 2020 – Banco de Santander S. A. vs YC

(Kawża C-503/20)

(2021/C 252/06)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Audiencia Provincial de Las Palmas de Gran Canaria

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Banco de Santander S.A.

Konvenut: YC

Permezz ta’ digriet tal-25 ta’ Marzu 2021, il-Qorti tal-Ġustizzja (is-Sitt Awla) iddikjarat l-ewwel domanda manifestament inammissibbli u tirrispondi għat-tieni domanda fis-sens li d-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE tat-22 ta’ Diċembru 1986 għall-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri dwar il-kreditu lill-konsumatur (1), fil-verżjoni tagħha emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 90/88/KEE tat-22 ta’ Frar 1990 (2), u d-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE (3), għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali, kif interpretata fil-ġurisprudenza nazzjonali, li tistabbilixxi limitu tar-rata annwali ekwivalenti li tista’ tiġi imposta fuq il-konsumatur f’kuntratt ta’ kreditu għall-konsum bl-għan li tiġi miġġielda l-użura, sakemm din il-leġiżlazzjoni ma tiksirx ir-regoli armonizzati minn dawn id-direttivi, b’mod partikolari fir-rigward tal-obbligi ta’ informazzjoni.


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 1, p. 326.

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 1, p. 374.

(3)  ĠU 2008, L 133, p. 66, rettifiki fil-ĠU 2009, L 207, p. 14, fil-ĠU 2010, L 199, p. 40, u fil-ĠU 2011, L 234, p. 46.


28.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 252/5


Appell ippreżentat fit-22 ta’ Ottubru 2020 minn Hochmann Marketing GmbH mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fit-23 ta’ Jannar 2020 fil-Kawża T-807/19, Hochmann Marketing GmbH vs Il-Kummisjoni Ewropea

(Kawża C-539/20 P)

(2021/C 252/07)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellant: Hochmann Marketing GmbH (rappreżentant: J. Jennings, Rechtsanwalt)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

B’digriet tas-6 ta’ Mejju 2021, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (It-Tmien Awla) ċaħdet l-appell bħala manifestament inammissibbli u kkundannat lill-appellanti tbati l-ispejjeż tagħha stess.


28.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 252/6


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Contencioso-Administrativo n.o 17 de Barcelona (Spanja) fil-15 ta’ Diċembru 2020 – Administración General del Estado vs Ayuntamiento de Les Cabanyes

(Kawża C-679/20)

(2021/C 252/08)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de lo Contencioso-Administrativo n.o 17 de Barcelona

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Administración General del Estado

Konvenut: Ayuntamiento de Les Cabanyes

Permezz ta’ digriet tas-6 ta’ Mejju 2021, il-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) iddikjarat li hija manifestament ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tirrispondi għad-domandi magħmula mill-Juzgado de lo Contencioso-Administrativo no 17 de Barcelona (il-Qorti Amministrattiva Provinċjali Nru 17 ta’ Barcelona), permezz ta’ deċiżjoni tal-11 ta’ Diċembru 2020.


28.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 252/6


Appell ippreżentat fit-18 ta’ Jannar 2021 minn Tinnus Enterprises LLC mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Għaxar Awla) fit-18 ta’ Novembru 2020 fil-Kawża T-574/19 – Tinnus Enterprises vs EUIPO

(Kawża C-29/21 P)

(2021/C 252/09)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Tinnus Enterprises LLC (rappreżentanti: A. Odle u R. Palijama, advocaten)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

Permezz ta’ digriet tal-5 ta’ Mejju 2021, il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla tal-Ammissjoni tal-Appelli) iddeċidiet li l-appell ma kienx ammess u li Tinnus Enterprises LLC għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.


28.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 252/6


Appell ippreżentat fil-1 ta’ Frar 2021 minn Embutidos Monells, SA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fit-2 ta’ Diċembru 2020 fil-Kawża T-639/19 – Sánchez Romero Carvajal Jabugo vs EUIPO — Embutidos Monells (5MS MMMMM)

(Kawża C-59/21 P)

(2021/C 252/10)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Appellant: Embutidos Monells, SA (rappreżentanti: L. Broschat García u L. Polo Flores, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: Sánchez Romero Carvajal Jabugo, S. A. U, L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

Permezz ta’ digriet tat-18 ta’ Mejju 2021, il-Qorti tal-Ġustizzja (l-Awla li tiddeċiedi dwar l-ammissjoni tal-appelli) ddeċidiet li tiċħad l-appell u kkundannat lil Embutidos Monells, SA għall-ispejjeż tagħha.


28.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 252/7


Appell ippreżentat fit-2 ta’ Frar 2021 minn BSH Hausgeräte GmbH mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Għaxar Awla) fit-2 ta’ Diċembru 2020 fil-Kawża T-152/20, BSH Hausgeräte GmbH vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-67/21 P)

(2021/C 252/11)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellant: BSH Hausgeräte GmbH (rappreżentant: S. Biagosch, Rechtsanwalt)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

B’digriet tat-12 ta’ Mejju 2021, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (Awla tal-Ammissjoni tal-Appelli) iddeċidiet li l-appell ma huwiex ammess u kkundannat lill-appellanti għall-ispejjeż tagħha stess.


28.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 252/7


Appell ippreżentat fil-15 ta’ Frar 2021 minn easyCosmetic Swiss GmbH mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Imħallef Uniku) fid-9 ta’ Diċembru 2020 fil-Kawża T-858/19 – easyCosmetic Swiss GmbH vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

(Kawża C-93/21 P)

(2021/C 252/12)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellant: easyCosmetic Swiss GmbH (rappreżentanti: D. Terheggen, Rechtsanwalt, S. E. Sullivan, Rechtsanwältin)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea, U.W.I. Unternehmensberatungs- und Wirtschaftsinformations GmbH

Permezz ta’ digriet tal-20 ta’ Mejju 2021, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (Awla tal-Ammissjoni tal-Appelli) ċaħdet l-ammissjoni tal-appell u ddeċidiet li l-appellanti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


28.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 252/7


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado Mercantil no 7 de Barcelona (Spanja) fil-11 ta’ Marzu 2021 – AD et vs PACCAR Inc, DAF TRUCKS NV u DAF Trucks Deutschland GmbH

(Kawża C-163/21)

(2021/C 252/13)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado Mercantil no 7 de Barcelona

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: AD et

Konvenuti: PACCAR Inc, DAF TRUCKS NV u DAF Trucks Deutschland GmbH

Domanda preliminari

L-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2014/104/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Novembru 2014 dwar ċerti regoli li jirregolaw l-azzjonijiet għad-danni skont il-liġi nazzjonali għall-ksur tad-dispożizzjonijiet tal-liġi tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri u tal-Unjoni Ewropea (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li l-produzzjoni ta’ provi rilevanti tagħmel riferiment biss għad-dokumenti diġà eżistenti fil-pussess ta’ konvenut jew ta’ terz li jeżistu diġà jew jekk, għall-kuntrarju, l-Artikolu 5(1) jinkludi wkoll il-possibbiltà ta’ produzzjoni ta’ dokumenti li l-parti li lilha hija indirizzata t-talba għal informazzjoni jkollha toħloq ex novo, billi tgħaqqad jew tikklassifika informazzjoni, għarfien jew data li huma fil-pussess tagħha?


(1)  ĠU 2014, L 349, p. 1.


28.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 252/8


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fit-23 ta’ Marzu 2021 – Nokia Technologies Oy vs Daimler AG

(Kawża C-182/21)

(2021/C 252/14)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Nokia Technologies Oy

Konvenut: Daimler AG

Partijiet oħra fil-proċedura: Continental Automotive GmbH, Continental Automotive Hungary Kft., Bury Sp. z.o.o., TomTom Sales B.V., VALEO Telematik und Akustik GmbH (li kienet Peiker acustic GmbH), Robert Bosch GmbH, Huawei Technologies Deutschland GmbH, TomTom International B.V., Sierra Wireless S.A.

Domandi preliminari

A.

Jeżisti obbligu li tingħata liċenzja bi prijorità lil fornituri?

1)

Impriża li tinsab fi stadju sussegwenti fil-proċess ekonomiku tista’ tinvoka, bħala difiża f’azzjoni għal kontrafazzjoni intiża li titwaqqaf il-kontrafazzjoni mressqa mid-detentur ta’ privattiva essenzjali għal standard stabbilit minn organizzazzjoni tal-istandardizzazzjoni (iktar ’il quddiem “PES”), f’sitwazzjoni fejn l-imsemmi detentur ikun intrabat b’mod irrevokabbli, quddiem l-organizzazzjoni tal-istandardizzazzjoni, li jagħti din il-privattiva taħt liċenzja lil terzi taħt kundizzjonijiet ġusti, raġonevoli u mhux diskriminatorji (iktar ’il quddiem il-“kundizzjonijiet FRAND”), l-eċċezzjoni ta’ abbuż minn pożizzjoni dominanti fis-sens tal-Artikolu 102 TFUE jekk l-istandard li għalih il-privattiva kontenzjuża hija essenzjali, jew ċerti partijiet minn dan l-istandard, ikunu diġà implimentati fi prodott preliminari akkwistat mill-konvenut fl-azzjoni għall-kontrafazzjoni, f’sitwazzjoni fejn il-fornituri li jkunu jixtiequ jiksbu liċenzja jiġu rrifjutati, mid-detentur tal-privattiva, l-għoti ta’ liċenzja illimitata taħt kundizzjonijiet FRAND fir-rigward tat-tipi kollha ta’ użu rilevanti fid-dawl tad-dritt dwar il-privattivi, fir-rigward tal-prodotti li jimplimentaw l-istandard?

a)

Dan ikun il-każ b’mod partikolari meta, fis-settur ekonomiku kkonċernat tad-distributur tal-prodott finali, tkun l-użanza li s-sitwazzjoni tad-disponibbiltà tal-privattivi użati fir-rigward tal-partijiet li jinqalgħu tiġi kkjarifikata bil-kisba ta’ liċenzji mill-fornituri?

b)

Teżisti prijorità fl-għoti ta’ liċenzji fir-rigward tal-fornituri f’kull stadju tal-katina tal-provvista jew biss fir-rigward tal-fornitur li jinsab immedjatament fl-istadju preċedenti għad-distributur tal-prodott finali fi tmiem tal-katina taż-żieda ta’ valur? Hawnhekk huma determinanti wkoll l-użanzi kummerċjali?

2)

Il-projbizzjoni tal-abbuż prevista fid-dritt dwar l-akkordji timplika li l-fornitur għandu jingħata l-liċenzja illimitata tiegħu stess taħt kundizzjonijiet FRAND fir-rigward tat-tipi kollha ta’ użu rilevanti fid-dawl tad-dritt dwar il-privattivi, fir-rigward tal-prodotti li jimplimentaw l-istandard, fis-sens li d-distributuri finali (u, jekk ikun il-każ, ix-xerrejja fi stadju preċedenti) ma jkunx għad għandhom għalfejn jiksbu, min-naħa tagħhom, liċenzja separata għalihom stess min-naħa tad-detentur tal-PES sabiex jevitaw kontrafazzjoni meta l-parti li tinqala’ kkonċernata tintuża konformement mal-użu intenzjonat tagħha?

3)

Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda: l-Artikolu 102 TFUE jipprevedi kundizzjonijiet partikolari dwar il-kwalità u/jew il-kwantità, jew kundizzjonijiet oħra, fir-rigward tal-kriterji li fuq il-bażi tagħhom id-detentur ta’ PES jiddeċiedi kontra liema persuna li potenzjalment wettqu kontrafazzjoni ta’ privattivi, fid-diversi livelli tal-istess katina ta’ produzzjoni jew ta’ żieda fil-valur, ser jiftaħ azzjoni għal kontrafazzjoni intiża li titwaqqaf il-kontrafazzjoni?

B.

Applikazzjoni konkreta tar-rekwiżiti tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta’ Lulju 2015, Huawei Technologies (1):

1)

Irrispettivament mill-fatt li l-obbligi ta’ azzjoni li għandhom reċiprokament id-detentur ta’ PES u l-utent ta’ PES (twissija fir-rigward tal-kontrafazzjoni, talba għall-għoti ta’ liċenzja, offerta ta’ liċenzja taħt kundizzjonijiet FRAND; offerta ta’ liċenzja lill-fornitur li għandu jibbenefika bi prijorità minn liċenzja) għandhom jiġu ssodisfatti fl-istadju prekontenzjuż, huwa possibbli li dawn l-obbligi, li ma kinux twettqu qabel infetħet il-proċedura, jitwettqu a posteriori, jiġifieri matul il-proċedura ġudizzjarja u mingħajr ma jintilfu drittijiet?

2)

Għandu jitqies li ma hemmx talba serja għall-għoti ta’ liċenzja min-naħa tal-utent tal-privattiva sakemm minn evalwazzjoni kompleta taċ-ċirkustanzi kollha li fiha ssir din it-talba ma jirriżultax b’mod ċar u inekwivoku li l-utent tal-PES jixtieq din il-liċenzja u huwa lest jikkonkludi kuntratt ta’ liċenzja mad-detentur tal-PES taħt kundizzjonijiet FRAND, ikunu xi jkunu l-modalitajiet ta’ dawn il-kundizzjonijiet (li, fl-assenza ta’ offerta ta’ liċenzja fformulata f’dak il-mument, bl-ebda mod ma jkunu diġà prevedibbli)?

a)

Persuna li twettaq kontrafazzjoni u li, għal diversi xhur wara li tkun irċeviet twissija dwar il-kontrafazzjoni, ma tweġibx għal din it-twissija, tagħti b’hekk l-impressjoni ġenerali li ma tixtieqx tikseb liċenzja, b’tali mod li, minkejja talba għal liċenzja mressqa verbalment, ma jkunx jista’ jingħad li kien hemm talba, bil-konsegwenza li l-azzjoni għal kontrafazzjoni mressqa mid-detentur ta’ PES ikollha tintlaqa’?

b)

Kundizzjonijiet ta’ liċenzja ppreżentati mill-utent ta’ PES fil-kuntest ta’ kontro offerta jippermettu l-konklużjoni li ma kienx hemm talba għal liċenzja, bil-kundizzjoni li l-azzjoni għal kontrafazzjoni mressqa mid-detentur ta’ PES ikollha tintlaqa’ mingħajr ma jiġi eżaminat minn qabel jekk l-offerta ta’ liċenzja stess min-naħa tad-detentur ta’ PES (li saret qabel il-kontro offerta tal-utent ta’ PES) hijiex min-naħa tagħha konformi mal-kundizzjonijiet FRAND?

c)

Tali konklużjoni hija fi kwalunkwe każ eskluża jekk il-kundizzjonijiet għall-għoti tal-liċenzja, ibbażati fuq il-kontro offerta u li jippermettu, bħala ipoteżi, il-konklużjoni li ma hemmx talba għal liċenzja, ikunu tali li l-inkompatibbiltà tagħhom mal-kundizzjonijiet FRAND la tkun evidenti u lanqas ma tirriżulta mill-ġurisprudenza tal-qrati superjuri?


(1)  C-170/13, EU:C:2015:477.


28.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 252/9


Rikors ippreżentat fl-1 ta’ April 2021 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Polonja

(Kawża C-204/21)

(2021/C 252/15)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrent: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P.J.O. Van Nuffel, K. Herrmann, aġenti)

Konvenut: Ir-Repubblika tal-Polonja

Talbiet

billi adottat u żammet fis-seħħ l-Artikolu 42a(1) u (2) kif ukoll l-Artikolu 55(4) tal-ustawa prawo o ustroju sądów powszechnych (il-Liġi dwar l-Organizzazzjoni tal-Qrati Komuni) (iktar ’il quddiem il-“Liġi p.u.s.p.”), l-Artikolu 26(3) u l-Artikolu 29(2) u (3) tal-ustawa o Sądzie Najwyższym (il-Liġi dwar il-Qorti Suprema), l-Artikolu 5(1a) u (1b) tal-ustawa o sądach administracyjnych (il-Liġi dwar il-Qrati Amministrattivi) fil-verżjoni li tirriżulta mil-Liġi tal-20 ta’ Diċembru 2019 – Prawo o ustroju sądów powszechnych, ustawy o Sądzie Najwyższym oraz niektórych innych ustaw (il-Liġi dwar l-Organizzazzjoni tal-Qrati Komuni, il-Liġi dwar il-Qorti Suprema kif ukoll liġijiet oħrajn) (iktar ’il quddiem il-“Liġi emendatorja”), kif ukoll l-Artikolu 8 tal-Liġi emendatorja, li jiddikjaraw inaċċettabbli li kull qorti nazzjonali teżamina l-osservanza tar-rekwiżiti tal-Unjoni ta’ qorti indipendenti u imparzjali stabbilita preċedentement permezz tal-liġi, ir-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE flimkien mal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea fid-dawl tal-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem dwar l-Artikolu 6(1) KEDB kif ukoll l-Artikolu 267 TFUE u l-prinċipju ta’ supremazija tad-dritt tal-Unjoni.

billi adottat u żammet fis-seħħ l-Artikolu 26(2) u (4) sa (6) u l-Artikolu 82(2) sa (5) tal-Liġi dwar il-Qorti Suprema fil-verżjoni li tirriżulta mil-Liġi emendatorja, kif ukoll l-Artikolu 10 tal-Liġi emendatorja, li jagħtu l-kompetenza esklużiva lill-Izba Kontroli Nadzwyczajnej i Spraw Publicznych Sądu Najwyższego (l-Awla ta’ Kontroll Straordinarju u tal-Affarijiet Pubbliċi tal-Qorti Suprema) għall-eżami ta’ lmenti u kwistjonijiet ġuridiċi dwar in-nuqqas ta’ indipendenza ta’ qorti jew ta’ mħallef, ir-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE flimkien mal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Artikolu 267 TFUE u l-prinċipju ta’ supremazija tad-dritt tal-Unjoni;

billi adottat u żammet fis-seħħ il-punti 2 u 3 tal-Artikolu 107(1) tal-Liġi p.u.s.p. u l-punti 1 sa 3 tal-Artikolu 72(1) tal-Liġi dwar il-Qorti Suprema fil-verżjoni li tirriżulta mil-Liġi emendatorja li jippermettu li jiġi kkwalifikat bħala offiża dixxiplinari l-eżami dwar l-issodisfar tar-rekwiżiti tal-Unjoni minn qorti indipendenti u imparzjali stabbilita preċedentement bis-saħħa tal-liġi, ir-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha li jirriżultaw mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE flimkien mal-Artikolu 47 tal-Karta dwar id-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Artikolu 267 TFUE;

billi tat lill-Izba Dyscyplinarna Sądu Najwyższego (l-Awla Dixxiplinari tal-Qorti Suprema), li l-indipendenza u l-imparzjalità tagħha ma humiex iggarantiti, is-setgħa li tiddeċiedi kawżi li għandhom impatt dirett fuq l-istatus u t-twettiq tal-funzjonijiet ta’ mħallfin u assistenti mħallfin (bħall-awtorizzazzjoni sabiex jitressqu proċeduri kriminali kontra mħallfin u assistenti mħallfin jew inkella awtorizzazzjoni biex dawn jiġu arrestati, kawżi fil-qasam tad-dritt tax-xogħol u tas-sigurtà soċjali li jirrigwardaw imħallfin tal-Qorti Suprema kif ukoll kawżi dwar l-irtirar ta’ mħallfin tal-Qorti Suprema), ir-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt it-tieni subparagrafu tal-artikolu 19(1) TUE;

billi adottat u żammet fis-seħħ l-Artikolu 88a tal-Liġi dwar il-Qrati Komuni, l-Artikolu 45(3) tal-Liġi dwar il-Qorti Suprema, u l-Artikolu 8(2) tal-Liġi dwar il-Qrati Amministrattivi, fil-verżjoni li tirriżulta mil-Liġi emendatorja, ir-Repubblika tal-Polonja kisret id-dritt ta’ rispett tal-ħajja privata u d-dritt għall-protezzjoni tad-data personali ggarantiti mill-Artikolu 7 u mill-Artikolu 8(1) tal-Karta tad-Drittjiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll l-Artikolu 6(1)(c) u (e), l-Artikolu 6(3) u l-Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data (1);

tikkundanna lir-Repubblika tal-Polonja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Fid-dawl taċ-ċirkustanzi tal-ħolqien tagħha, tal-kompożizzjoni tagħha u tal-kompetenzi mogħtija lilha, l-Awla Dixxiplinari tal-Qorti Suprema ma tikkostitiwixxix entità ġudizzjarja li tissodisfa l-kwalitajiet ta’ qorti indipendenti fis-sens tal-Artikolu 19(1) TUE moqri flimkien mal-Artikolu 47 tal-Karta. Għaldaqstant, il-fatt li l-konjizzjoni tagħha tinżamm fil-każijiet li jirrigwardaw imħallfin nazzjonali oħra dwar l-istatus u l-kundizzjonijiet tal-eżekuzzjoni tal-funzjoni ta’ mħallef jikser l-indipendenza tagħhom u jmur kontra l-Artikolu 19(1) TFUE.

Id-dispożizzjonijiet tal-Liġi emendatorja tal-20 ta’ Diċembru 2019 li jeskludu l-possibbiltà li l-qrati nazzjonali jeżaminaw l-issodisfar, minn kompożizzjonijiet li jiddeċiedu kawżi li jaqgħu taħt id-dritt tal-Unjoni, tar-rekwiżiti ta’ indipendenza u imparzjalità ta’ qorti li tkun ġiet stabbilita preċedentement bis-saħħa tal-liġi fis-sens tal-Artikolu 19(1) TUE moqri flimkien mal-Artikolu 47 tal-Karta jiksru dawn id-dispożizzjonijiet u jmorru kontra l-mekkaniżmu tad-domandi preliminari stabbilit fl-Artikolu 267 TFUE. Għalhekk, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, il-qrati nazzjonali għandhom l-obbligu jiżguraw li l-kawżi dwar id-drittijiet tal-individwu li huwa jislet mid-dritt tal-Unjoni jiġu eżaminati minn qorti indipendenti u imparzjali stabbilita minn qabel permezz tal-liġi. Il-klassifikazzjoni ta’ tali eżami bħala offiża dixxiplinari wkoll tikser id-dritt tal-Unjoni. Kull imħallef ta’ qorti nazzjonali li jaġixxi bħala qorti tad-dritt tal-Unjoni għandu jkollu l-possibbiltà jwettaq eżami ex officio jew fuq talba, dwar jekk kawżi li jaqgħu taħt id-dritt tal-Unjoni humiex eżaminati minn qorti indipendenti fis-sens tad-dritt tal-Unjoni, mingħajr theddida li jinbdew proċeduri dixxiplinari kontra dawn l-imħallfin. Il-fatt li l-Awla ta’ Kontroll Straordinarju u tal-Affarijiet Pubbliċi tal-Qorti Suprema tiġi fdata bil-ġurisdizzjoni esklużiva għall-eżami ta’ rikorsi intiżi biex imħallef jiġi eskluż minn kawża partikolari jew għad-determinazzjoni tal-ġudikatura adegwata, fuq il-bażi ta’ nuqqas ta’ imħallef jew qorti indipendenti, jipprekludi lil qrati nazzjonali oħra milli jissodisfaw l-obbligi msemmija hawn fuq u jagħmlu lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea domandi preliminari dwar l-interpretazzjoni ta’ dan ir-rekwiżit tal-Unjoni. Madankollu, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, kull qorti nazzjonali tista’ tagħmel domandi preliminari fuq il-bażi tal-Artikolu 267 TFUE, u l-qrati li minnhom ma jkun hemm ebda rimedju ġudizzjarju huma obbligati jagħmlu dan fil-każ ta’ dubji ta’ interpretazzjoni.

L-obbligu ta’ kull imħallef sabiex fi żmien 30 jum mill-ħatra tiegħu fil-funzjoni ta’ mħallef jagħti u jippubblika fil-Biuletyn Informacji Publicznej (il-Bullettin tal-Informazzjoni Pubblika), l-informazzjoni dwar is-sħubija tiegħu f’assoċjazzjonijiet jew għaqdiet u dwar il-funzjonijiet imwettqa minnu f’fondazzjonijiet li ma jwettqux attività ekonomika, u kif ukoll dwar l-appartenenza tiegħu għal partit politiku qabel il-ħatra fil-ġudikatura jikser id-dritt fundamentali ta’ mħallef għar-rispett tal-ħajja privata u d-data personali u d-dispożizzjonijiet tar-RĠPD.


(1)  ĠU 2016, L 119, p. 1, rettifika fil-ĠU 2018, L 127, p. 2.


28.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 252/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-iSpetsializiran nakazatelen sad (il-Bulgarija) fil-31 ta’ Marzu 2021 – Proċeduri kriminali kontra V.S.

(Kawża C-205/21)

(2021/C 252/16)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Spetsializiran nakazatelen sad

Proċeduri kriminali mressqa minn:

Ministerstvo na vatreshnite raboti, Glavna direktsia za borba s organiziranata prestapnost

Proċeduri kriminali mressqa kontra:

V.S.

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 10 tad-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI (1), huwa implimentat b’mod validu permezz tar-riferiment fid-dritt nazzjonali, fl-Artikolu 25(3) u fl-Artikolu 25a taż-Zakon za ministerstvo na vatrishnite raboti (il-Liġi dwar il-Ministeru għall-Affarijiet Interni), għad-dispożizzjoni simili li tinsab fl-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (2)?

2)

Ir-rekwiżit previst fl-Artikolu 10(a) tad-Direttiva 2016/680, ikkunsidrat flimkien mal-Artikolu 52 kif ukoll mal-Artikoli 3 u 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea dwar ir-restrizzjoni prevista fil-liġi għall-integrità tal-persuna u għall-protezzjoni tad-data personali, ikun issodisfatt fil-każ ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali kunfliġġenti dwar l-ammissibbiltà tal-ipproċessar ta’ data ġenetika u bijometrika għall-finijiet ta’ reġistrazzjoni mal-pulizija?

3)

Hija konformi mal-Artikolu 6(a) tad-Direttiva 2016/680, ikkunsidrat flimkien mal-Artikolu 48 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, leġiżlazzjoni nazzjonali, f’dan il-każ l-Artikolu 68(4) tal-Liġi dwar il-Ministeru għall-Affarijiet Interni, li tipprovdi li l-qorti hija obbligata tordna l-ġbir obbligatorju ta’ data personali (ritratti, marki tas-swaba’ u kampjun ta’ DNA), fil-każ li l-persuna mixlija b’reat intenzjonat ta’ natura ġenerali tirrifjuta li tikkoopera volontarjament fil-ġbir ta’ din id-data personali, mingħajr ma l-qorti tista’ tevalwa jekk hemmx bażi serja sabiex wieħed jaħseb li din il-persuna wettqet ir-reat li bih hija mixlija?

4)

Hija konformi mal-Artikolu 10, mal-Artikolu 4(1)(a) u (c), mal-Artikolu 8(1) u (2) tad-Direttiva 2016/680 leġiżlazzjoni nazzjonali, f’dan il-każ l-Artikolu 68(1) sa (3) tal-Liġi dwar il-Ministeru għall-Affarijiet Interni, li tipprevedi bħala regola ġenerali t-teħid ta’ ritratti, it-teħid tal-marki tas-swaba’ u t-teħid ta’ kampjun tad-DNA fir-rigward tal-persuni kollha mixlija b’reat intenzjonat ta’ natura ġenerali?


(1)  ĠU 2016, L 119, p. 89, rettifika fil-ĠU 2018, L 127, p. 6.

(2)  ĠU 2016, L 119, p. 1, rettifika fil-ĠU 2018, L 127, p. 2.


28.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 252/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal Administrativo (il-Portugall) fl-1 ta’ April 2021 – Autoridade Tributária e Aduaneira vs DSR – Montagem e Manutenção de Ascensores e Escadas Rolantes SA

(Kawża C-218/21)

(2021/C 252/17)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Supremo Tribunal Administrativo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Autoridade Tributária e Aduaneira.

Konvenut: DSR – Montagem e Manutenção de Ascensores e Escadas Rolantes SA

Domandi preliminari

1)

Applikazzjoni tal-punt 2.27 tal-Lista I annessa mal-Código IVA (il-Kodiċi tal-VAT) fis-sens li tinkludi t-tiswija u l-manutenzjoni tal-liftijiet mwettqa mill-impriża msemmija fil-fatti […] b’rata mnaqqsa ta’ VAT, hija konformi mad-dritt tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari mal-Anness IV tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1)?

2)

Applikazzjoni ta’ din l-istess dispożizzjoni tal-Kodiċi tal-VAT li tieħu wkoll inkunsiderazzjoni d-dispożizzjonijiet previsti barra minn hekk fid-dritt nazzjonali – l-Artikoli 1207, 204(1)(e) u (3) u 1421(2)(b) tal-Kodiċi Ċivili (regoli li fihom huma previsti l-kunċetti ta’ kuntratt għal xogħlijiet, ta’ proprjetà immobbli u l-preżunzjoni li l-lift jitqies bħala parti komuni tal-binja taħt sistema ta’ koproprjetà) hija konformi mad-dritt tal-Unjoni, b’mod speċifiku mal-Anness IV tad-Direttiva 2006/112?


(1)  ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.


28.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 252/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD) (il-Portugall) fid-29 ta’ Marzu 2021 – VX vs Autoridade Tributária e Aduaneira

(Kawża C-224/21)

(2021/C 252/18)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: VX

Konvenut: Autoridade Tributária e Aduaneira

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 63 TFUE, fid-dawl tal-Artikolu 65(1) TFUE, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi sistema fiskali ta’ Stat Membru, f’sistema ta’ tassazzjoni diretta, fuq id-dħul personali, li fiha jikkoeżistu, fil-każ ta’ persuni taxxabbli mhux residenti, u fir-rigward tad-dħul ta’ qliegħ kapitali fuq proprjetà miksub mill-bejgħ ta’ proprjetà immobbli li tinsab f’dan l-Istat Membru, żewġ skemi legali li fihom wieħed (i) jirriżulta fl-applikazzjoni ta’ rata […] fissa speċjali, proporzjonali, ta’ 28 %, fuq it-total tal-qliegħ kapitali (tax base) ikkalkolat skont ir-regoli ġenerali ta’ kalkolu (kwantifikazzjoni, quantum) ta’ dan il-qliegħ, u l-ieħor (ii) jirriżulta fl-applikazzjoni tal-iskema tar-residenti, sa fejn, ladarba jiġi kkalkolat il-qliegħ kapitali permezz tal-istess regoli ġenerali, jittieħed inkunsiderazzjoni biss nofs (50 %) ta’ dan il-qliegħ (tax base) u, b’mod obbligatorju, iseħħ il-kumulu (permezz ta’ inkrementazzjoni, għadd) tiegħu (dan il-50 % tal-qliegħ) mad-dħul ulterjuri dinji miksub f’din is-sena mill-persuna taxxabbli, sabiex b’hekk tkun tista’ tiġi kkalkolata r-rata applikabbli għat-total tad-dħul skont it-tabella ġenerali applikabbli għar-residenti (fejn ir-rati, progressivi fuq diversi livelli, imorru minn 14,50 % sa 48 %, liema rati jistgħu jiġu inkrementati b’massimu ta’ 5 % jekk l-ammont totali tad-dħul jeċċedi ammonti speċifiċi), li tiġi applikata, fil-każ ta’ persuni mhux residenti, biss għal dan id-dħul – għad-dħul ta’ qliegħ kapitali fuq proprjetà immobbli li fir-rigward tiegħu jittieħed inkunsiderazzjoni biss nofs dan il-qliegħ (filwaqt li fil-każ tal-persuna residenti r-rata hekk ikkalkolata tiġi applikata għal dan id-dħul u għad-dħul ulterjuri magħmul matul is-sena)?

Għandu jingħad li l-għażla bejn sistema jew oħra possibbli ssir mill-persuna taxxabbli mhux residenti fid-dikjarazzjoni tad-dħul li għandha tissottometti fl-Istat Membru, il-Portugall, fejn dan l-obbligu jirriżulta f’kull sitwazzjoni, jiġifieri, sew jekk din tagħżel li tiġi ntaxxata mill-iskema ġenerali għal persuni mhux residenti (ara l-punt (i) iktar ’il fuq), kif ukoll jekk din tagħżel li tiġi ntaxxata mill-iskema għall-persuni residenti (ara l-punt (ii) iktar ’il fuq), fejn f’dik id-dikjarazzjoni għandha tindika waħda fost dawn iż-żewġ għażliet. Huwa fatt li l-obbligu ta’ dikjarazzjoni tal-persuni mhux residenti (sottomissjoni ta’ dikjarazzjoni tad-dħul, Formola 3) diġà kien jeżisti anki qabel il-bidla leġiżlattiva li żiedet, fil-formola uffiċjali ta’ din id-dikjarazzjoni, il-possibbiltà li tintgħażel l-iskema tal-persuni residenti.

Għandu jingħad ukoll li, meta jagħżel li jiġi ntaxxat mill-iskema għall-persuni residenti, il-persuna mhux residenti għandha tinforma (fl-istess dikjarazzjoni) l-ammont globali tad-dħul dinji tagħha fis-sena. […]

2)

L-Artikolu 63 TFUE, fid-dawl tal-Artikolu 65(1) TFUE, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi sistema fiskali ta’ Stat Membru, f’sistema ta’ tassazzjoni diretta, fuq id-dħul personali, li fil-każ (a) tal-persuni residenti t-tassazzjoni ssir billi jiġi akkumulat b’mod obbligatorju l-qliegħ kapitali, imnaqqas għal 50 % (tax base), flimkien mad-dħul dinji miksub fl-istess sena mill-persuna taxxabbli (mingħajr il-possibbiltà ta’ opt out), fejn b’hekk jiġi kkalkolat id-dħul globali annwali tal-persuna residenti, li fir-rigward tiegħu jiġu applikati r-rati progressivi fuq diversi livelli skont it-tabella ġenerali (u, wara li jsir it-tnaqqis/ħlasijiet personali), u fil-każ (b) tal-persuni mhux residenti t-tassazzjoni tad-dħul mill-qliegħ kapitali fuq proprjetà immobbli ssir permezz tal-applikazzjoni ta’ rata speċjali fissa fuq il-qliegħ kapitali total (tax base) (ara li jkun sar il-kalkolu tal-valur ta’ dan il-qliegħ mill-istess regoli applikabbli għall-persuni residenti)?

Għandu jingħad li f’(a) ir-rati progressivi huma inklużi bejn 14,50 % u 48 % fejn ir-rata marġinali massima tista’ tiżdied b’rata ta’ massimu ta’ 5 % jekk l-ammont total tad-dħul jeċċedi ammonti speċifiċi, filwaqt li f’(b) ir-rata, speċjali, hija ta’ 28 %.


28.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 252/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākā tiesa (Senāts) (Il-Latvja) fil-21 ta’ April 2021 – SIA “Piltenes meži” vs Lauku atbalsta dienests

(Kawża C-251/21)

(2021/C 252/19)

Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

Qorti tar-rinviju

Augstākā tiesa (Senāts)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: SIA “Piltenes meži”

Il-parti l-oħra għall-Appell: Lauku atbalsta dienests

Domandi preliminari

1)

Il-pagamenti għall-mikroriżervi maħluqa fiż-żoni tal-foresti sabiex jitwettqu l-għanijiet tad-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 30(6) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (1)?

2)

L-għoti ta’ kumpens dovut għall-mikroriżervi maħluqa sabiex jitwettqu l-għanijiet tad-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (2) huwa suġġett għar-restrizzjonijiet dwar il-pagamenti lill-impriżi f’diffikultà previsti bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 702/2014 tal-25 ta’ Ġunju 2014 li jiddikjara ċertu kategoriji ta’ għajnuna, fis-setturi tal-agrikoltura u l-forestrija u f’żoni rurali, kompatibbli mas-suq intern bl-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (3)?


(1)  ĠU 2013, L 347, p. 487 u rettifika fil-ĠU 2016, L 130, p. 1.

(2)  ĠU 2010, L 20, p. 7.

(3)  ĠU 2014, L 193, p. 1.


28.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 252/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Okrazhen sad Vidin (il-Bulgarija) fit-23 ta’ April 2021 – Corporate Commercial Bank AD, taħt proċedura ta’ falliment vs Elit Petrol AD

(Kawża C-260/21)

(2021/C 252/20)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Okrazhen sad Vidin

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Corporate Commercial Bank, taħt proċedura ta’ falliment

Konvenut: Elit Petrol AD

Domandi preliminari

1.

L-Artikolu 63 TFUE, li jirregola l-moviment liberu tal-kapital u tal-pagamenti, għandu jiġi interpretat fis-sens li jkopri operazzjoni ta’ tpaċija fir-rigward ta’ istituzzjoni bankarja f’sitwazzjoni fejn kumpannija kummerċjali, li tkun id-debitriċi tal-bank, tonora l-obbligi tagħha permezz tat-tpaċija tal-krediti reċiproċi tagħha kontra l-istess bank li l-ammont tagħhom ikun iddeterminat, ikkwantifikat u dovut?

2.

L-Artikolu 63 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li bidla fil-kundizzjonijiet għall-validità ta’ tpaċijiet diġà mwettqa b’mod legali bejn kumpannija kummerċjali u istituzzjoni bankarja, li twassal sabiex it-tpaċijiet imwettqa jitqiesu li huma invalidi minħabba kundizzjonijiet ġodda li japplikaw b’mod retroattiv għat-tpaċijiet diġà mwettqa, tikkostitwixxi restrizzjoni fis-sens tal-Artikolu 63(1) TFUE f’sitwazzjoni fejn il-bidla twassal għal limitazzjoni tal-possibbiltà li jiġu onorati l-obbligi fil-konfront ta’ kumpanniji oħra li l-azzjonijiet jew l-ishma fil-kapital tagħhom ikunu miżmuma minn persuni minn Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea jew li fir-rigward tagħhom tali persuni jżommu bonds?

3.

L-Artikolu 63 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jippermetti leġiżlazzjoni nazzjonali li temenda b’mod retroattiv il-kundizzjonijiet għall-validità ta’ tpaċijiet diġà mwettqa b’mod legali bejn kumpannija kummerċjali u istituzzjoni bankarja u li twassal sabiex it-tpaċijiet imwettqa jitqiesu li huma invalidi minħabba l-kundizzjonijiet ġodda li japplikaw b’mod retroattiv għat-tpaċijiet diġà mwettqa?

4.

L-Artikolu 4(2)(a) TFUE kif ukoll l-Artikoli 26, 27, 114 u 115 TFUE, li jirregolaw is-suq intern tal-Unjoni Ewropea, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jippermettu, anki f’dawk il-każijiet fejn ir-relazzjonijiet legali jkunu biss bejn suġġetti tad-dritt tal-istess nazzjonalità u għalhekk ikunu jistgħu jitqiesu li huma relazzjonijiet legali interni mingħajr ebda relazzjoni transkonfinali diretta mas-suq intern tal-Unjoni, leġiżlazzjoni nazzjonali li temenda b’mod retroattiv il-kundizzjonijiet għall-validità ta’ tpaċijiet diġà mwettqa b’mod legali bejn kumpannija kummerċjali u istituzzjoni bankarja fi Stat Membru u li twassal sabiex it-tpaċijiet imwettqa jitqiesu li huma invalidi minħabba l-kundizzjonijiet ġodda li japplikaw b’mod retroattiv għat-tpaċijiet diġà mwettqa?

5.

L-Artikolu 2 TUE, ikkunsidrat flimkien mal-Artikolu 19(1) TUE, kif ukoll l-ewwel u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jippermettu l-adozzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li tibdel il-kundizzjonijiet għat-twettiq effettiv ta’ tpaċijiet ma’ istituzzjoni bankarja filwaqt li tagħti espliċitament lill-kundizzjonijiet il-ġodda effett retroattiv u filwaqt li tiddikjara ineffettivi t-tpaċijiet imwettqa b’mod legali f’perijodu preċedenti, f’sitwazzjoni fejn fl-Istat Membru kkonċernat tkun infetħet proċedura ta’ insolvenza kontra l-istituzzjoni bankarja u jkunu pendenti proċeduri ġudizzjarji li fil-kuntest tagħhom ikun qiegħed jintalab li t-tpaċijiet imwettqa fil-konfront tal-bank jiġu ddikjarati invalidi fir-rigward tal-perijodu li matulu kienu japplikaw kundizzjonijiet legali differenti għat-twettiq tagħhom?

6.

Il-prinċipju ta’ ċertezza legali, bħala prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, għandu jiġi interpretat fis-sens li jippermetti leġiżlazzjoni nazzjonali li tibdel il-kundizzjonijiet għat-twettiq effettiv ta’ tpaċijiet ma’ istituzzjoni bankarja filwaqt li tagħti espliċitament lill-kundizzjonijiet il-ġodda effett retroattiv u filwaqt li tiddikjara ineffettivi t-tpaċijiet imwettqa b’mod legali f’perijodu preċedenti, f’sitwazzjoni fejn fl-Istat Membru kkonċernat tkun infetħet proċedura ta’ insolvenza kontra l-istituzzjoni bankarja u jkunu pendenti proċeduri ġudizzjarji li fil-kuntest tagħhom ikun qiegħed jintalab li t-tpaċijiet imwettqa fil-konfront tal-bank jiġu ddikjarati invalidi fir-rigward tal-perijodu li matulu kienu japplikaw kundizzjonijiet legali differenti għat-twettiq tagħhom?


28.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 252/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Korkein oikeus (il-Finlandja) fit-23 ta’ April 2021 – A vs B

(Kawża C-262/21)

(2021/C 252/21)

Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

Qorti tar-rinviju

Korkein oikeus

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: A

Konvenut: B

Domandi preliminari

1)

Il-punt 11 tal-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 tas-27 ta’ Novembru 2003 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000 (1) (iktar ’il quddiem ir-“Regolament Brussell IIa”), dwar it-tneħħija inġusta ta’ minuri, għandu jiġi interpretat fis-sens li sitwazzjoni fejn wieħed mill-ġenituri, mingħajr il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor, ineħħi lill-minuri mill-post ta’ residenza tiegħu u jieħdu fi Stat Membru ieħor, li jkun l-Istat Membru responsabbli taħt deċiżjoni ta’ trasferiment meħuda minn awtorità b’applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 604/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida (2), għandha tiġi kklassifikata bħala tneħħija inġusta?

2)

Fil-każ li tingħata risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda, il-punt 11 tal-Artikolu 2 tar-Regolament Brussell IIa, dwar iż-żamma inġusta, għandu jiġi interpretat fis-sens li sitwazzjoni fejn qorti tal-Istat ta’ residenza tal-minuri tkun annullat id-deċiżjoni meħuda minn awtorità sabiex tittrasferixxi l-eżami tal-każ, iżda fejn il-minuri li r-ritorn tiegħu jkun ġie ordnat ma jkunx għad għandu dokument ta’ residenza attwali validu fl-Istat ta’ residenza tiegħu, jew id-dritt li jidħol jew li jibqa’ fl-Istat inkwistjoni, għandha tiġi kklassifikata bħala żamma inġusta?

3)

Jekk, fid-dawl tar-risposta għall-ewwel jew għat-tieni domanda, ir-Regolament Brussell IIa għandu jiġi interpretat fis-sens li hemm tneħħija inġusta jew żamma inġusta tal-minuri u li dan il-minuri għandu għalhekk jiġi rritornat lejn l-Istat ta’ residenza tiegħu, il-punt (b) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 13 tal-Konvenzjoni ta’ Den Haag tal-1980 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi r-ritorn tal-minuri għar-raġuni li:

(i)

hemm riskju gravi, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, li r-ritorn ta’ minuri mhux akkumpanjat li ommu kienet tieħu ħsiebu personalment ser jesponi lil dan il-minuri għal dannu fiżiku jew psikoloġiku jew inkella ser iqiegħed lill-minuri f’sitwazzjoni intollerabbli; jew

(ii)

il-minuri, fl-Istat ta’ residenza tiegħu, ser jittieħed taħt kura u mqiegħed f’faċilità, waħdu jew ma’ ommu, sitwazzjoni din li tindika li hemm riskju gravi, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, li r-ritorn tal-minuri ser jesponih għal dannu fiżiku jew psikoloġiku jew inkella ser iqiegħed lill-minuri f’sitwazzjoni intollerabbli; jew

(iii)

mingħajr dokument ta’ residenza attwali validu, il-minuri ser jitqiegħed f’sitwazzjoni intollerabbli fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni?

4)

Jekk, fid-dawl tar-risposta għat-tielet domanda, huwa possibbli li r-raġuni għal rifjut prevista fil-punt (b) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 13 tal-Konvenzjoni ta’ Den Haag tal-1980 tiġi interpretata fis-sens li hemm riskju gravi li r-ritorn tal-minuri ser jesponih għal dannu fiżiku jew psikoloġiku jew inkella ser iqiegħed lill-minuri f’sitwazzjoni intollerabbli, l-Artikolu 11(4) tar-Regolament Brussell IIa, flimkien mal-kunċett tal-aħjar interessi tal-minuri, imsemmi fl-Artikolu 24 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u f’dan ir-regolament, għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’sitwazzjoni fejn la l-minuri u lanqas l-omm ma jkollhom dokument ta’ residenza attwali validu fl-Istat ta’ residenza tal-minuri, u fejn għalhekk la għandhom id-dritt li jidħlu u lanqas id-dritt li jibqgħu f’dan l-Istat, l-Istat ta’ residenza tal-minuri għandu jagħmel arranġamenti adegwati sabiex jiżgura li l-minuri u ommu jkunu jistgħu jibqgħu legalment fl-Istat Membru inkwistjoni? Jekk l-Istat ta’ residenza tal-minuri għandu tali obbligu, il-prinċipju ta’ fiduċja reċiproka bejn l-Istati Membri għandu jiġi interpretat fis-sens li l-Istat li jirritorna l-minuri jista’, skont dan il-prinċipju, jippreżumi li l-Istat ta’ residenza tal-minuri ser jissodisfa dawn l-obbligi, jew l-interessi tal-minuri jeżiġu li jinkisbu, mingħand l-awtoritajiet tal-Istat ta’ residenza, dettalji dwar il-miżuri speċifiċi li ttieħdu jew li ser jittieħdu għall-protezzjoni tal-minuri, b’tali mod li l-Istat Membru li jirritorna l-minuri jkun jista’ jevalwa, b’mod partikolari, in-natura adegwata ta’ dawn il-miżuri fid-dawl tal-interessi tal-minuri?

5)

Jekk l-Istat ta’ residenza tal-minuri ma jkollux l-obbligu, imsemmi iktar ’il fuq fir-raba’ domanda, li jieħu miżuri adegwati, huwa meħtieġ, fid-dawl tal-Artikolu 24 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, li l-Artikolu 20 tal-Konvenzjoni ta’ Den Haag tal-1980 jiġi interpretat, fis-sitwazzjonijiet imsemmija fil-punti (i) sa (iii) tat-tielet domanda, fis-sens li din id-dispożizzjoni tipprekludi r-ritorn tal-minuri minħabba li r-ritorn tal-minuri jista’ jitqies li jmur kontra, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, il-prinċipji fundamentali marbuta mal-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 243, rettifika fil-ĠU 2013, L 82, p. 63.

(2)  ĠU 2013, L 180, p. 31, rettifika fil-ĠU 2017, L 49, p. 50.


28.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 252/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Högsta domstolen (L-Isvezja) fit-23 ta’ April 2021 – Norra Stockholm Bygg AB vs Per Nycander AB

(Kawża C-268/21)

(2021/C 252/22)

Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Qorti tar-rinviju

Högsta domstolen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Norra Stockholm Bygg AB

Konvenut: Per Nycander AB

Parti oħra fil-proċedura: Entral AB

Domandi preliminari

1)

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6(3) u (4) tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (1) jikkonċernaw ukoll ir-regoli proċedurali nazzjonali relattivi għall-obbligi fil-qasam tal-obbligu li jiġu kkomunikati provi?

2)

Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda tkun fl-affermattiv, ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data jimplika li, waqt l-evalwazzjoni tal-punt jekk għandhiex tiġi ordnata l-komunikazzjoni ta’ att li fih data personali, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni wkoll l-interessi tal-persuni kkonċernati? F’dan il-każ, id-dritt tal-Unjoni jimponi kundizzjonijiet relattivi għall-metodi ta’ din l-evalwazzjoni?


(1)  Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU 2016, L 119, p. 1, rettifika fil-ĠU 2018, L 127, p. 2).


28.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 252/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Budapest Környéki Törvényszék (l-Ungerija) fit-28 ta’ April 2021 – WD vs Agrárminiszter

(Kawża C-273/21)

(2021/C 252/23)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Budapest Környéki Törvényszék

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: WD

Konvenut: Agrárminiszter

Domanda preliminari

L-Artikolu 32(2)(a) u (b) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta’ appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li superfiċji, ikklassifikata fir-reġistru tal-artijiet bħala “ajrudrom irtirat mill-azjenda agrikola”, u li fuqha ma sseħħ l-ebda attività relatata ma’ ajrudrom, għandha titqies li tintuża b’mod predominanti għal attivitajiet agrikoli jekk fuq l-imsemmija superfiċji jitwettqu attivitajiet ta’ trobbija ta’ annimali għal finijiet agrikoli?


(1)  ĠU 2013, L 347, p. 608, rettifika fil-ĠU 2016, L 130, p. 7.


28.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 252/18


Appell ippreżentat fit-3 ta’ Mejju 2021 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (it-Tielet Awla Estiża) fl-24 ta’ Frar 2021 fil-Kawża T-161/18, Braesch et vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-284/21 P)

(2021/C 252/24)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bouchagiar u K. Blanck, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: Anthony Braesch, Trinity Investments DAC, Bybrook Capital Master Fund LP, Bybrook Capital Hazelton Master Fund LP, Bybrook Capital Badminton Fund LP

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza appellata;

tiddeċiedi hija stess fuq ir-rikors fl-ewwel istanza u tiċħad ir-rikors bħala inammissibbli; u

tikkundanna lill-partijiet l-oħra fil-proċeduri għall-ispejjeż tal-proċeduri.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti tissottometti aggravju wieħed.

Skont l-appellanti, il-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 108(2) TFUE u l-Artikolu 1(h) tar-Regolament dwar il-Proċeduri tal-Għajnuna mill-Istat (1) billi kklassifikat b’mod żbaljat lir-rikorrenti fl-ewwel istanza bħala “partijiet ikkonċernati” jew “partijiet interessati”.

Fuq din il-bażi, il-Qorti Ġenerali kkonkludiet b’mod żbaljat li r-rikorrenti fl-ewwel istanza kellhom locus standi sabiex jippreżentaw proċeduri taħt ir-raba’ inċiż tal-Artikolu 263 TFUE kontra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2017) 4690 final tal-4 ta’ Lulju 2017 dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.47677 (2017/N) li tawtorizza għajnuna mill-Istat kompatibbli mill-Italja lil Banca Monte dei Paschi di Siena.


(1)  Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat-13 ta’ Lulju 2015 li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2015, L 248, p. 9).


28.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 252/19


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Mejju 2021 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Franċiża

(Kawża C-286/21)

(2021/C 252/25)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: O. Beynet, M. Noll-Ehlers, aġenti)

Konvenut: Ir-Repubblika Franċiża

Talbiet

F’din il-kawża, il-Kummissjoni għandha l-unur titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tikkonstata, minn naħa, li billi eċċediet b’mod sistematiku u persistenti l-valur ta’ limitu għal kull jum għall-partikuli fini (PM10) mill-1 ta’ Jannar 2005 fl-agglomerazzjoni u żona ta’ kwalità ta’ Pariġi (FR04A01/FR11ZAG01) u mill-1 ta’ Jannar 2005 u sal-2016 inkluża fiż-żona Martinique/Fort-de-France (FR39N10/FR02ZAR01), ir-Repubblika Franċiża kompliet tonqos milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2008 dwar il-kwalità ta’ l-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa (1), moqri flimkien mal-Anness XI tal-imsemmija direttiva;

min-naħa l-oħra, li r-Repubblika Franċiża naqset, f’dawn iż-żewġ żoni mill-11 ta’ Ġunju 2010, milli twettaq l-obbligi tagħha taħt it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 23(1) tad-Direttiva 2008/50/KE, moqri flimkien mal-Anness XV tagħha, u b’mod partikolari l-obbligu li tiżgura li l-perijodu ta’ eċċess ikun l-iqsar possibbli.

Motivi u argumenti prinċipali

Għal Pariġi, il-valur ta’ limitu għal kull jum ma huwiex osservat, b’mod mhux interrott, mill-2005 sa meta ġiet ipprovduta l-aħħar informazzjoni, jiġifieri fl-2019. Barra minn hekk, wieħed jikkonstata li d-distakk mill-konformità fir-rigward tal-eċċessi tal-valur għal kull jum fiż-żona ta’ Pariġi huwa għoli (in-numru ta’ eċċessi huwa d-doppju tan-numru ta’ eċċessi awtorizzati) u ma ttejjibx mill-2015. Għaż-żona ta’ Martinique, il-valur ta’ limitu għal kull jum ma ġiex osservat sal-2016 u dan b’mod kontinwu (bl-eċċezzjoni tal-2008).

Fiż-żewġ żoni ta’ Pariġi u ta’ Martinique, il-valuri ta’ limitu għall-PM10 ġew eċċeduti fil-mument tal-iskadenza tat-terminu tar-risposta għall-opinjoni motivata. F’dak il-mument, Franza kellha tistabbilixxi u tinnotifika pjanijiet. L-analiżi turi li Franza ma adottatx tali pjanijiet. Il-miżuri li ttieħdu (fil-livell nazzjonali u reġjonali) minn Franza naqsu milli jiggarantixxi li l-perijodu ta’ eċċess ikun l-iqsar possibbli, kif meħtieġ mid-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2008/50/KE.


(1)  ĠU 2008, L 152, p. 1


Il-Qorti Ġenerali

28.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 252/20


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Mejju 2021 – Sun Stars & Sons vs EUIPO – Carpathian Springs (AQUA CARPATICA)

(Kawża T-637/19) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tridimensjonali tal-Unjoni Ewropea AQUA CARPATICA - Trade marks tridimensjonali preċedenti tal-Unjoni Ewropea u nazzjonali VODAVODA - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”)

(2021/C 252/26)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Sun Stars & Sons Pte Ltd (Singapor, Singapor) (rappreżentanti: M. Maček u C. Saettel, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Crespo Carrillo u V. Ruzek, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Carpathian Springs SA (Vatra Dornei, ir-Rumanija) (rappreżentanti: D. Bogdan, G. Bozocea u M. Stănescu, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-6 ta’ Awwissu 2019 (Każ R 317/2018-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Sun Stars & Sons u Carpathian Springs.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Sun Stars & Sons Pte Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 399, 25.11.2019.


28.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 252/20


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Mejju 2021 – Sun Stars & Sons vs EUIPO – Valvis Holding (AC AQUA AC)

(Kawża T-638/19) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tridimensjonali tal-Unjoni Ewropea AC AQUA AC - Trade marks tridimensjonali preċedenti -Unjoni Ewropea u nazzjonali VODAVODA - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 [li sar l-Artikolu 8(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”)

(2021/C 252/27)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Sun Stars & Sons Pte Ltd (Singapor, Singapor) (rappreżentanti: M. Maček u C. Saettel, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Crespo Carrillo u V. Ruzek, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Valvis Holding SA (Bukarest, ir-Rumanija) (rappreżentanti: D. Bogdan, G. Bozocea u M. Stănescu, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-6 ta’ Awwissu 2019 (Każ R 649/2018-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Sun Stars & Sons u Valvis Holding.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Valvis Holding SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 399, du 25.11.2019.


28.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 252/21


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Mejju 2021 – Metamorfoza vs EUIPO – Tiesios kreivės (MUSEUM OF ILLUSIONS)

(Kawża T-70/20) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea MUSEUM OF ILLUSIONS - Trade mark figurattiva preċedenti tal-Unjoni MUSEUM OF ILLUSIONS - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Artikolu 95 tar-Regolament 2017/1001”)

(2021/C 252/28)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Metamorfoza d.o.o. (Zagreb, il-Kroazja) (rappreżentant: A. Bijelić, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Rampini u V. Ruzek, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Tiesios kreivės (Vilnius, il-Litwanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-2 ta’ Diċembru 2019 (Każ R 663/2019-2), relatat ma’ proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Tiesios kreivės u Metamorfoza.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Propjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-2 ta’ Diċembru 2019 (Każ R 663/2019-2) hija annullata.

2)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 103, 30.3.2020.


28.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 252/22


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Mejju 2021 – Tornado Boats International vs EUIPO – Haygreen (TORNADO)

(Kawża T-167/20) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea TORNADO - Raġuni assoluta ta’ invalidità - Mala fide - Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 59(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”)

(2021/C 252/29)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Tornado Boats International ApS (Lystrup, id-Danimarka) (rappreżentant: M. Hoffgaard Rasmussen, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Folliard-Monguiral u V. Ruzek, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: David Haygreen (Colwyn Bay, ir-Renju Unit) (rappreżentant: R. Harrison, solicitor)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-17 ta’ Jannar 2020 (Każ R 1169/2018-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn D. Haygreen u Tornado Boats International.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Tornado Boats International ApS għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).

3)

David Haygreen għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.


(1)  ĠU C 175, 25.5.2020.


28.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 252/22


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Mejju 2021 – Bavaria Weed vs EUIPO (BavariaWeed)

(Kawża T-178/20) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark figurattivi tal-Unjoni Ewropea BavariaWeed - Raġuni assoluta għal rifjut - Trade mark li tmur kontra l-ordni pubbliku - Artikolu 7(1)(f) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Artikolu 7(2) tar-Regolament 2017/1001”)

(2021/C 252/30)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Bavaria Weed GmbH (Herrsching am Ammersee, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Wolhändler, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Söder, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-22 ta’ Jannar 2020 (Każ R 1458/2019-5), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv BavariaWeed bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Bavaria Weed GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 191, 8.6.2020.


28.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 252/23


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ April 2021 – Target Ventures Group vs EUIPO – Target Partners (TARGET VENTURES)

(Kawża T-274/19) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Dikjarazzjoni ta’ rinunzja għat-trademark ikkontestata - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

(2021/C 252/31)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Target Ventures Group Ltd (Road Town, il-Gżejjer Verġni Brittaniċi) (rappreżentanti: T. Dolde u P. Homann, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: P. Sipos, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Target Partners GmbH (Munich, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Klett, u C. Mikyska, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-4 ta’ Frar 2019 (Każ R 1685/2017-2), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Target Ventures Group u Target Partners.

Dispożittiv

1)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

2)

Target Ventures Group Ltd u Target Partners GmbH huma kkundannati jbatu l-ispejjeż tagħhom stess kif ukoll, kull waħda, nofs l-ispejjeż tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).


(1)  ĠU C 213, 24.6.2019.


28.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 252/23


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Mejju 2021 – Groupe Canal + vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-358/19) (1)

(“Kompetizzjoni - Akkordji - Distribuzzjoni televiżiva - Deċiżjoni li tirrendi impenji vinkolanti - Irtirar tal-att ikkontestat - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

(2021/C 252/32)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Groupe Canal + SA (Issy-les-Moulineaux, Franza) (rappreżentanti: P. Wilhelm, P. Gassenbach u O. De Juvigny, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Dawes, C. Urraca Caviedes u L. Wildpanner, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Marzu 2019 li jirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (Il-Każ AT.40023 — Aċċess transfruntier għal televiżjoni bi ħlas), li tirrendi ġuridikament vinkolanti l-impenji mogħtija minn The Walt Disney Company, The Walt Disney Company Limited, Universal Studios International B.V., Universal Studios Limited and Comcast Corporation, CPT Holdings Inc., Colgems Productions Limited, Sony Corporation, Warner Bros. International Television Distribution Inc., Warner Media LLC, Sky UK Limited u Sky Limited.

Dispożittiv

1)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.

2)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talba għal intervent tar-Repubblika Franċiża.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti minn Groupe Canal +, bl-eċċezzjoni ta’ dawk relatati mat-talba għal intervent.

4)

Groupe Canal +, il-Kummissjoni u r-Repubblika Franċiża għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom relatati mat-talba għal intervent.


(1)  ĠU C 270, 12.8.2019.


28.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 252/24


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Mejju 2021 – Asoliva u Anierac vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-822/19) (1)

(“Rikors għal annullament - Agrikoltura - Klassifikazzjoni f’waħda mit-tliet kategoriji taż-żejt taż-żebbuġa verġni - miżuri ta’ implimentazzjoni - Nuqqas ta’ inċidenza individwali - Inammissibbiltà”)

(2021/C 252/33)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Asociación Española de la Industria y Comercio Exportador de Aceite de Oliva (Asoliva) (Madrid, Spanja), Asociación Nacional de Industriales Envasadores y Refinadores de Aceites Comestibles (Anierac) (Madrid) (rappreżentant: V. Rodríguez Fuentes, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Konstantinidis, F. Castilla Contreras u M. Morales Puerta, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tal-Artikolu 1(1)(b) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1604 tas-27 ta’ Settembru 2019 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2568/91 dwar il-karatteristiċi taż-żejt taż-żebbuġa u l-fdal taż-żejt taż-żebbuġa u dwar il-metodi ta’ analiżi rilevanti (ĠU 2019, L 250, p. 14).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Asociación Española de la Industria y Comercio Exportador de Aceite de Oliva (Asoliva) u Asociación Nacional de Industriales Envasadores y Refinadores de Aceites Comestibles (Anierac) huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 27, 27.1.2020.


28.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 252/25


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ April 2021 – Jouvin vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-472/20 u T-472/20 AJ II) (1)

(“Rikors għal annullament - Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-ġbir, tal-monitoraġġ u tat-tqassim ta’ pakketti - Deċiżjoni li tiċħad ilment - Rikors manifestament nieqes minn kull bażi legali - Talba għall-għajnuna legali mressqa sussegwentement għall-preżentata ta’ rikors”)

(2021/C 252/34)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Frédéric Jouvin (Clichy, Franza) (rappreżentant: L. Bôle -Richard, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Ernst, A. Keidel u A. Boitos, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2020) 3503 final tat-28 ta’ Mejju 2020 li tiċħad l-ilment imressaq mir-rikorrent dwar allegat ksur tal-Artikolu 101 TFUE.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament infondat fid-dritt

2)

It-talba għall-għajnuna legali hija miċħuda.

3)

Frédéric Jouvin huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 423, 7.12.2020.


28.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 252/25


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Mejju 2021 – Ovsyannikov vs Il-Kunsill

(Kawża T-714/20 R)

(“Miżuri provviżorji - Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina - Iffriżar ta’ fondi - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza”)

(2021/C 252/35)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Dmitry Vladimirovich Ovsyannikov (Moska, ir-Russja) (rappreżentanti: J. Iriarte Ángel u E. Delage González, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: H. Marcos Fraile u P. Mahnič, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK tas-17 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina (ĠU 2014, L 78, p. 16), tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 tas-17 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina (ĠU 2014, L 78, p. 6, u rettifika fil-ĠU 2014, L 294, p. 64), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2163 tal-20 ta’ Novembru 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145 (ĠU 2017, L 304, p. 51), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/2153 tal-20 ta’ Novembru 2017 li jimplimenta r-Regolament Nru 269/2014 (ĠU 2017, L 304, p. 3), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/399 tat-13 ta’ Marzu 2020 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145 (ĠU 2020, L 78, p. 44), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/398 tat-13 ta’ Marzu 2020 li jimplimenta r-Regolament Nru 269/2014 (ĠU 2020, L 78, p. 1), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1269 tal-10 ta’ Settembru 2020 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145 (ĠU 2020, L 298, p. 23), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1267 tal-10 ta’ Settembru 2020 li jimplimenta r-Regolament Nru 269/2014 (ĠU 2020, L 298, p. 1), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1368 tal-1 ta’ Ottubru 2020 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145 (ĠU 2020, L 318, p. 5), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1367 tal-1 ta’ Ottubru 2020 li jimplimenta r-Regolament Nru 269/2014 (ĠU 2020, L 318, p. 1), sa fejn dawn l-atti jirrigwardaw lir-rikorrent.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


28.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 252/26


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Marzu 2021 – McCord vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-161/21)

(2021/C 252/36)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Raymond Irvine McCord (Belfast, ir-Renju Unit) (rappreżentant: C. O’Hare, Solicitor)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

skont l-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, tannulla d-deċiżjoni u/jew l-abbozz ta’ regolament tad-29 ta’ Jannar 2021 tal-Kummissjoni Ewropea sabiex jiġi applikat l-Artikolu 16 tal-Protokoll dwar l-Irlanda ta’ Fuq tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (2020/L 29/07) (il-“Ftehim dwar il-ħruġ”) u;

skont l-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea li ma jkunx hemm politika ppubblikata jew ordni li l-Kummissjoni Ewropea tiżviluppa u tippubblika politika dwar iċ-ċirkustanzi li fihom il-Kummissjoni tapplika l-Artikolu 16 tal-Protokoll dwar l-Irlanda ta’ Fuq;

skont l-Artikolu 265 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, tiddikjara li l-Kummissjoni Ewropea naqset milli tieħu azzjoni sabiex ikun hemm politika ppubblikata jew ordni li l-Kummissjoni Ewropea tiżviluppa u tippubblika politika dwar iċ-ċirkustanzi li fihom il-Kummissjoni tapplika l-Artikolu 16 tal-Protokoll dwar l-Irlanda ta’ Fuq;

tordna li l-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż tar-rikorrent ta’ dan ir-rikors, inklużi l-ispejjeż legali preparatorji kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent isostni li d-deċiżjoni u/jew abbozz ta’ regolament sabiex jiġi invokat l-Artikolu 16 tal-Protokoll dwar l-Irlanda ta’ Fuq tal-tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (1), mill-Kummissjoni Ewropea kienu sproporzjonati u kontra l-liġi. Huwa jissottometti wkoll li l-Kummissjoni għandha tippubblika l-politika tagħha dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 16 tal-Protokoll dwar l-Irlanda ta’ Fuq tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika.


(1)  Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (ĠU 2020 L 29, p. 7).


28.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 252/27


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ April 2021 – Illumina vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-227/21)

(2021/C 252/37)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Illumina, Inc. (Wilmington, Delaware, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: D. Beard, QC, u P. Chappatte, lawyer)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tad-19 ta’ April 2021 (Każ COMP/M.10188), skont l-Artikolu 22(3) tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (1), li permezz tagħha hija aċċettat it-talba għal rinviju tad-9 ta’ Marzu 2021 taħt l-Artikolu 22(1) tar-Regolament (KE) dwar il-Konċentrazzjonijiet magħmula mill-Awtorità għall-Kompetizzjoni (Franza) u ddikjarat ruħha kompetenti sabiex teżamina l-konċentrazzjoni bejn Illumina, Inc. u GRAIL, Inc. taħt ir-Regolament KE dwar il-Konċentrazzjonijieten;

tannulla l-ħames deċiżjonijiet l-oħra tal-Kummissjoni indirizzati lill-Pajjiżi l-Baxxi, lill-Belġju, lill-Greċja, lill-Islanda u lin-Norveġja rispettivament, li jippermettu lill-imsemmija Stati Membri jingħaqdu mat-talba għal rinviju;

tannulla t-talba għal rinviju;

sa fejn huwa neċessarju, tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Marzu 2021 li permezz tagħha Illumina ġiet informata li l-Kummissjoni kienet irċeviet talba għal rinviju u li kellha l-konsegwenza legali, konformement mat-tieni sentenza tal-Artikolu 22(4) tar-Regolament KE dwar il-Konċentrazzjonijiet, li tipprojbixxi lil Illumina twettaq il-konċentrazzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament KE dwar il-konċentrazzjonijiet;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li teżamina l-konċentrazzjoni ma taqax taħt il-kompetenza tagħha. B’mod partikolari, id-deċiżjoni:

tiddefinixxi b’mod żbaljat l-għan tar-Regolament KE dwar il-Konċentrazzjonijiet;

ma tirrikonoxxix li r-rinviji tal-kawżi taħt l-Artikolu 22 tar-Regolament KE dwar il-Konċentrazzjonijiet (u tal-Artikolu 9 tiegħu) huma eċċezzjoni u li s-setgħat għandhom jiġu interpretati b’mod restrittiv;

hija vvizzjata bi żball f’dak li jirrigwarda l-kuntest leġiżlattiv tal-Artikolu 22 tar-Regolament KE dwar il-Konċentrazzjonijiet;

tinterpreta b’mod żbaljat it-termini tal-Artikolu 22 tar-Regolament KE dwar il-Konċentrazzjonijiet;

tinkludi interpretazzjoni tal-Kummissjoni li tmur kontra l-prinċipji ta’ sussidjarjetà, ta’ ċertezza legali u ta’ proporzjonalità.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li teżamina l-konċentrazzjoni hija invalida għaliex ir-rinviju intalab b’mod tardiv mill-Awtorità għall-Kompetizzjoni Franċiża u/jew fuq li d-deċiżjoni tippreġudika ċ-ċertezza legali u d-dritt għal amministrazzjoni tajba minħabba d-dewmien tal-Kummissjoni. B’mod partikolari:

Il-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-kunċett ta’ “komunikazzjoni” msemmi fl-Artikolu 22(1) tar-Regolament KE dwar il-Konċentrazzjonijiet sabiex tiddetermina d-data li minnha t-terminu ta’ ħmistax-il jum ta’ xogħol beda jiddekorri u kienet żbaljata meta ma kkonkludietx li t-talba kienet saret b’mod tardiv, b’tali mod li ma kellhiex is-setgħa tadotta d-deċiżjoni.

Barra minn hekk, jew b’mod sussidjarju, jekk u sa fejn huwa bl-ittra ta’ stedina skont l-Artikolu 22(5) tar-Regolament KE dwar il-Konċentrazzjonijiet li l-operazzjoni ta’ konċentrazzjoni kienet ġiet “mgħarrfa” lill-awtoritajiet Franċiżi (u/jew lil Stati Membri oħrajn), id-dewmien tal-Kummissjoni sabiex tibgħat l-ittra ta’ stedina kien kontra l-punċipju fundamentali ta’ ċertezza legali u l-obbligu li tittieħed azzjoni f’terminu raġonevoli skont il-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li teżamina l-konċentrazzjoni tikkostitwixxi bidla fil-politika li tippreġudika l-aspettattivi leġittimi ta’ Illumina u ċ-ċertezza legali, peress li, fil-11 ta’ Settembru 2020, il-Kummissarju Vestager għamlet dikjarazzjoni preċiża u mingħajr kundizzjoni li kien ser ikun hemm bidla fil-politika tal-Kummissjoni rigward ir-rinviji tal-kawżi taħt l-Artikolu 22 wara l-pubblikazzjoni ta’ linji gwida ġodda. Issa, l-ittra ta’ stedina ntbagħtet qabel il-pubblikazzjoni tal-linji gwida l-ġodda, jiġifieri fi żmien fejn il-politika ddikjarata tal-Kummissjoni kienet li tiskoraġġixxi t-talbiet ta’ rinviji min-naħa tal-Istati Membri li ma kellhomx kompetenza bis-saħħa tal-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom stess. Il-Kummissjoni segwiet, għaldaqstant, il-politika l-ġdida tagħha qabel il-pubblikazjoni tal-linji gwida l-ġodda tagħha li jikkonċernaw l-Artikolu 22, li jmur kontra l-aspettattivi leġittimi ta’ Illumnia u taċ-ċertezza legali.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ fatt u ta’ evalwazzjoni li jqiegħdu inkwistjoni l-bażi tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li teżamina l-konċentrazzjoni. B’mod partikolari:

id-deċiżjoni u/jew it-talba huma illegali minħabba żbalji fattwali importanti li jivvizzjaw l-ittra ta’ stedina u t-talba ta rinviju u/jew proċedura inġusta/ksur tar-rispett tad-drittijiet tad-difiża;

il-Kummissjoni kkonkludiet b’mod żbaljat li hemm impatt fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri għaliex ma kellhiex provi rilevanti;

il-Kummissjoni kkonkludiet b’mod żbaljat li l-konċentrazzjoni thedded li taffettwa b’mod sinjifikattiv il-kompetizzjoni peress li hija ma kellhiex provi rilevanti.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nruo139/2004 tal-20 ta’ Jannar 2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet [Konċentrazzjonijiet]) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 3, p. 40).


28.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 252/29


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Mejju 2021 – Fidelity National Information Services vs EUIPO – IFIS (FIS)

(Kawża T-237/21)

(2021/C 252/38)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Fidelity National Information Services, Inc. (Jacksonville, Florida, l-Istati Uniti) (rappreżentant: P. Wilhelm, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Banca IFIS SpA (Mestre, l-Italja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea FIS – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 232 236

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-26 ta’ Frar 2021 fil-Każ R 1460/2020-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u l-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti b’rabta ma’ dan l-appell.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


28.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 252/29


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Mejju 2021 –Varabei vs Il-Kunsill

(Kawża T-245/21)

(2021/C 252/39)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Mikalai Mikalevich Varabei (Novopolotsk, il-Bjelorussja) (rappreżentanti: G. Kremslehner, H. Kühnert, avukati, u M. Lester QC)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla, b’effett immedjat, id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/353 tal-25 ta’ Frar 2021 li temenda d-Deċiżjoni 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Belarussja (1) u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/339 tal-25 ta’ Frar 2021 li jimplimenta l-Artikolu 8a tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Belarussja (2).

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż rispettivi tiegħu u għal dawk sostnuti mir-rikorrent.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka motivi wieħed ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni. Ir-rikorrent jinvoka li l-Kunsill ma spjegax kif l-interessi tan-negozju tar-rikorrent juri jew li r-rikorrent jibbenefika minn jew inkella jsostni r-reġim ta’ Lukashenka. Bil-kontra ta’ dan, l-interessi tar-rikorrent fis-setturi taż-żejt, tat-tranżitu tal-faħam u Bankarju ma humiex ta’ tip jew ta’ daqs li jindikaw li r-rikorrent b’xi mod isostni jew jibbenefika mir-reġim .

Sussidjarjament, ir-rikorrent isostni li l-elenkar tiegħu ma jistax jiġi sostnut abbażi tal-fatt li huwa wieħed mis-sidien ta’ Bremino Group. Dan tal-aħħar la rċieva benefiċċji selettivi tat-taxxa u lanqas xi forma oħra ta’ sostenn mill-amministrazzjoni tal-Bjelorussja.


(1)  ĠU L 68,26.2.2021,p. 189.

(2)  ĠU L 68,26.2.2021,p. 29.


28.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 252/30


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Mejju 2021 – Fibrecycle vs EUIPO (BACK-2-NATURE)

(Kawża T-248/21)

(2021/C 252/40)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Fibrecycle Pty Ltd (Helensyale, l-Awstralja) (rappreżentant: T. Stein, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark verbali li tindika l-Unjoni “BACK-2-NATURE” – Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 1 485 655 li tindika l-Unjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-3 ta’ Marzu 2021 fil-Każ R 1699/2020-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


28.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 252/31


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Mejju 2021 – Aquino vs Il-Parlament

(Kawża T-253/21)

(2021/C 252/41)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Roberto Aquino (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: L. Levi, avukata)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara li dan ir-rikors huwa ammissibbli u fondat;

għaldaqstant,

tannulla d-deċiżjoni tas-7 ta’ Lulju 2020 li permezz tagħha d-Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali tal-Persunal annulla l-elezzjoni tal-President tal-Kumitat tal-Persunal u ddeċieda li jerġa’ jipproċedi bl-imsemmija elezzjoni;

jannulla l-laqgħa kostituttiva tal-14 ta’ Settembru 2020 u l-elezzjonijiet li seħħew fiha u, b’mod partikolari, l-elezzjoni tal-President tal-Kumitat tal-Persunal;

tannulla d-deċiżjoni tal-5 ta’ Frar 2021 li tiċħad l-ilment imressaq mir-rikorrent fis-6 ta’ Ottubru 2020;

tikkundanna lill-konvenut għall-kumpens tad-dannu morali evalwat ex aequo et bono għal EUR 2 000;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur mill-konvenut tad-dmir tiegħu li jiżgura li l-uffiċjali tiegħu u l-Membri tiegħu għandhom il-possibbiltà li jagħżlu r-rappreżentanti tagħhom b’libertà sħiħa u b’osservanza ta’ regoli stabbiliti. Ir-rikorrent jinvoka wkoll il-ksur tal-Artikolu 4 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Kumitat tal-Persunal u tad-dmir ta’ diliġenza.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tad-dritt għal smigħ u tal-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.


28.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 252/31


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Mejju 2021 – Armadora Parleros vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-254/21)

(2021/C 252/42)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Armadora Parleros, SL (Santa Eugenia de Ribeira, Spanja) (rappreżentant: J. Navas Marqués, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara li l-Kummissjoni Ewropea kisret l-Artikolu 118 tar-Regolament Nru 1224/2009 li jirregola l-Politika Komuni tas-Sajd permezz ta’ ommissjoni, billi ma wettqitx kontroll u superviżjoni xierqa dwar l-applikazzjoni korretta ta’ dan ir-regolament mir-Renju ta’ Spanja, li jista’ jikkostitwixxi att li jikkawża preġudizzju lir-rikorrenti ARMADORA PARLEROS, S.L.;

tiddikjara li dan il-ksur tal-Kummissjoni kkawża dannu lir-rikorrenti ARMADORA PARLEROS, S.L., fit-telf tal-lucrum cessans mis-sajd għall-kavalli u l-merluzz fil-perijodu mill-2006 sal-2020;

tordna lill-Kummissjoni Ewropea tħallas lill-entità kummerċjali ARMADORA PARLEROS, S.L. ammont ta ’ DISA’ MILJUN, TMIEN MIJA U WIEĦED U TMENIN ELF, ERBA’ MIJA U ERBGĦA U TLETIN EURO u WIEĦED U SITTIN ĊENTEŻMU (EUR 9 881 434,61) bħala kumpens għad-danni, flimkien mal-interessi bir-rati legali u kapitalizzazzjoni tal-imsemmija interessi;

tordna lill-Kummissjoni Ewropea tħallas l-ispejjeż legali kollha inkorsi.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motiv uniku.

Fil-fatt, ir-rikorrenti takkuża lill-Kummissjoni Ewropea b’aġir illegali. B’mod partikolari fir-rigward tal-ommissjoni fid-dmir tagħha ta’ sorveljanza u kontroll fir-rigward tar-Renju ta’ Spanja dwar l-applikazzjoni effettiva tal-Politika Komuni tas-Sajd (iktar ’il quddiem il-“PKS”), u speċifikament tar-Regolament tal-Kunsill Nru 2847/93 tat-12 ta’ Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta’ kontroll li tapplika għall-politika komuni tas-sajd (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 4, Vol. 2, p. 70) u tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (ĠU 2009, L 343, p. 1, rettifiki fil-ĠU 2013, L 355, p. 93, ĠU 2014, L 318, p. 34 u fil-ĠU 2015, L 149, p. 23). Isir riferiment b’mod partikolari għan-“nuqqas ta’ verifika tal-qawwa tal-magni tat-tkarkir li joperaw fl-ilmijiet tal-ibħra tar-reġjuni ta’ Cantabria u tal-Majjistral”.

Bħala riżultat ta’ dan il-ksur, ir-rikorrenti sofriet dannu bejn l-2006 u l-2020 minħabba l-impossibbiltà li tuża l-bastiment “Vianto Tercero” li, minħabba applikazzjoni ħażina tal-PKS, kellu jiġi skrappjat u konsegwentement, bl-ebda mod ma jista’ jintuża. Dan kollu ħoloq telf ekonomiku għall-kumpannija ARMADORA PARLEROS S.L.


28.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 252/32


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Mejju 2021 – Basaglia vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-257/21)

(2021/C 252/43)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Giorgio Basaglia (Milano, l-Italja) (rappreżentanti: G. Balossi, F. Fimmanò u G. Borriello, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha tikkundanna lill-Kummissjoni tħallas kumpens għad-dannu mġarrab minn Giorgio Basaglia, għar-raġunijiet esposti fir-rikors tiegħu u fuq il-bażi tar-responsabbiltà mhux kuntrattwali, fl-ammont totali ta’ mhux inqas minn EUR 5 013 328,64.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka motiv wieħed u jiddedika parti għall-kwantifikazzjoni tad-dannu mġarrab.

Dwar ir-responsabbiltà mhux kuntrattwali, ir-rikorrent josserva f’dan il-każ li:

permezz tas-sentenza tagħha tat-23 ta’ Settembru 2020, Basaglia vs Il-Kummissjoni (T-727/19, mhux ippubblikata, EU:T:2020:446), il-Qorti Ġenerali kienet annullat id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirrifjuta t-talba għal aċċess għal dokumenti mressqa mir-rikorrent;

permezz ta’ din is-sentenza, il-Qorti Ġenerali kkonfermat b’mod partikolari l-illegalità tal-aġir tal-Kummissjoni sa fejn hija kienet illimitat unilateralment id-dritt tar-rikorrent li jkollu aċċess għad-dokumenti mitluba;

dan l-aġir illegali kkawża dannu evidenti, kemm fil-kuntest tal-proċeduri kriminali pendenti kontra r-rikorrent, kif ukoll fil-kuntest tal-proċedura fiskali quddiem il-Qorti tal-Awdituri – peress li r-rikorrent ma setax jiżviluppa kompletament id-difiża tiegħu fi kwalunkwe waħda minn dawn it-tliet proċeduri; u li

teżisti rabta kawżali ċara bejn l-aġir illegali u d-dannu mġarrab.


28.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 252/33


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Mejju 2021 – Neolith Distribution vs EUIPO (Rappreżentazzjoni ta’ disinn ripetut ornamentali)

(Kawża T-259/21)

(2021/C 252/44)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Neolith Distribution, SL (Madrid, Spanja) (rappreżentant: N. Fernández Fernández Pacheco, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea (Rappreżentazzjoni ta’ disinn ripetut ornamentali) – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 162 188.

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Marzu 2021 fil-Każ R 2155/2020-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tingħata deċiżjoni li tordna lill-EUIPO jaċċetta, għaliex konformi mal-liġi, ir-reġistrazzjoni tal-applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 18 162 188 għall-prodotti kollha koperti minn din it-trade mark fil-klassi 19;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-proċeduri quddiem l-EUIPO u quddiem il-Qorti Ġenerali.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


28.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 252/34


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Mejju 2021 – Ryanair vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-268/21)

(2021/C 252/45)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Ryanair DAC (Swords, l-Irlanda) (rappreżentanti: E. Vahida, F. -C. Laprévote, V. Blanc, S. Rating u I.-G. Metaxas-Maranghidis, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-konvenuta tat-22 ta’ Diċembru 2020 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.59029 – L-Italja – COVID-19 – Skema ta’ kumpens għal kumpanniji tal-ajru li għandhom liċenzja tal-operat Taljana (1); u

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-konvenuta kisret dispożizzjonijiet speċifiċi tat-TFUE u tal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni Ewropea li fuqhom hija bbażata l-liberalizzazzjoni tat-trasport bl-ajru fl-UE sa mill-aħħar tas-snin tmenin (jiġifieri, in-nondiskriminazzjoni, il-libertà li jiġu pprovduti servizzi – applikati għat-trasport bl-ajru permezz tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 (2) – u l-libertà ta’ stabbiliment).

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-konvenuta applikat b’mod żbaljat l-Artikolu 107(2)(b) TFUE u wettqet żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni fl-eżami tal-proporzjonalità tal-għajnuna fir-rigward tad-dannu kkawżat mill-kriżi tal-COVID-19.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-konvenuta naqset milli tibda’ proċedura formali ta’ investigazzjoni minkejja diffikultajiet serji u kisret id-drittijiet proċedurali tar-rikorrenti.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-konvenuta kisret id-dmir ta’ motivazzjoni tagħha


(1)  ĠU 2021 C 50, p. 6 sa 7.

(2)  Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2008 dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi ta’ l-ajru fil-Komunità (ĠU 2008, L 293, p. 3).


28.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 252/34


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Mejju 2021 – Anastasiou vs Il-Kummissjoni u l-BĊE

(Kawża T-149/14) (1)

(2021/C 252/46)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tal-Ewwel Awla Estiża ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 159, 26.5.2014.


28.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 252/35


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Mejju 2021 – Pavlides vs Il-Kummissjoni u l-BĊE

(Kawża T-150/14) (1)

(2021/C 252/47)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tal-Ewwel Awla Estiża ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 159, 26.5.2014.


28.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 252/35


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Mejju 2021 – Vassiliou vs Il-Kummissjoni u l-BĊE

(Kawża T-151/14) (1)

(2021/C 252/48)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tal-Ewwel Awla Estiża ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 159, 26.5.2014.


28.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 252/35


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Mejju 2021 – Medilab vs Il-Kummissjoni u BĊE

(Kawża T-152/14) (1)

(2021/C 252/49)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tal-Ewwel Awla Estiża ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 159, 26.5.2014.


28.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 252/35


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ April 2021 – Tsilikas vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-514/16) (1)

(2021/C 252/50)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tat-Tmien Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 388, 3.11.2014 (kawża inizjalment irreġistrata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea taħt in-numru F-74/14 u ttrasferita quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fl-1.9.2016


28.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 252/36


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Mejju 2021 – Tsilikas vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-534/16) (1)

(2021/C 252/51)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tat-Tmien Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 89, 16.3.2015 (kawża inizjalment irreġistrata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea bin-numru F-11/15 u ttrasferita quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fl-1.9.2016)


28.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 252/36


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ April 2021 – Aycinena et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-537/16) (1)

(2021/C 252/52)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tat-Tmien Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 89, 16.3.2015 (kawża inizjalment irreġistrata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea taħt in-numru F-14/15 u ttrasferita lill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fl-1.9.2016).


28.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 252/36


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ April 2021 – Guillen Lazo vs Il-Parlament

(Kawża T-541/16) (1)

(2021/C 252/53)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tat-Tmien Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 127, 20.4.2015, (kawża inizjalment irreġistrata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea taħt in-numru F-22/15 u ttrasferita lill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fl-1.9.2016).


28.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 252/36


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Mejju 2021 – Miranda Garcia vs Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

(Kawża T-547/16) (1)

(2021/C 252/54)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tat-Tmien Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 190, 8.6.2015 (kawża inizjalment irreġistrata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea bin-numru F-53/15 u ttrasferita quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fl-1.9.2016).


28.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 252/37


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Mejju 2021 – APG Intercon et vs Il-Kunsill et

(Kawża T-147/18) (1)

(2021/C 252/55)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tal-Ewwel Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 166, 14.5.2018.


28.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 252/37


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Mejju 2021 – Scordis, Papapetrou & Co et vs Il-Kunsill et

(Kawża T-179/18) (1)

(2021/C 252/56)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tal-Ewwel Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 166, 14.5.2018.


28.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 252/37


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Mejju 2021 – Papaconstantinon et vs Il-Kunsill et

(Kawża T-188/18) (1)

(2021/C 252/57)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tal-Ewwel Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 166, 14.5.2018.


28.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 252/37


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Mejju 2021 – Vital Capital Investments et vs Il-Kunsill et

(Kawża T-196/18) (1)

(2021/C 252/58)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tal-Ewwel Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 166, 14.5.2018.


28.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 252/38


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Mejju 2021 – JV Voscf et vs Il-Kunsill et

(Kawża T-197/18) (1)

(2021/C 252/59)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tal-Ewwel Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 190, 4.6.2018.


28.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 252/38


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Mejju 2021 – Nessim Daoud et vs Il-Kunsill et

(Kawża T-208/18) (1)

(2021/C 252/60)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tal-Ewwel Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 211, 18.6.2018.


28.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 252/38


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ April 2021 – Compass Overseas Holdings et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-702/19) (1)

(2021/C 252/61)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-Presidenta tat-Tieni Awla ordnat it-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 10, 13.1.2020.


28.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 252/38


Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ April 2021 – Applia vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-139/20) (1)

(2021/C 252/62)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tas-Seba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 161, 11.5.2020.


28.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 252/39


Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ April 2021 – Applia vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-140/20) (1)

(2021/C 252/63)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tas-Seba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 161, 11.5.2020.


28.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 252/39


Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ April 2021 – Applia vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-141/20) (1)

(2021/C 252/64)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tas-Seba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 161, 11.5.2020.


28.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 252/39


Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ April 2021 – Applia vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-142/20) (1)

(2021/C 252/65)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tas-Seba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 161, 11.5.2020.


28.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 252/39


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Mejju 2021 – Da Silva Carreira vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-260/20) (1)

(2021/C 252/66)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tal-ewwel Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 215, 29.6.2020.


28.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 252/39


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Mejju 2021 – Precisis vs EUIPO – Easee (EASEE)

(Kawża T-66/21) (1)

(2021/C 252/67)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tal-Għaxar Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 88, 15.3.2021.