ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 248

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 64
25 ta' Ġunju 2021


Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2021/C 248/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10269 — TDR Capital/Arrow Global) ( 1 )

1


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2021/C 248/02

Rata tal-kambju tal-euro — L-24 ta’ Ġunju 2021

2


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2021/C 248/03

Avviż dwar l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni u l-miżuri tal-Unjoni Ewropea għad-difiża tal-kummerċ fl-Irlanda ta’ Fuq mill-1 ta’ Jannar 2021

3

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2021/C 248/04

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10333 — B&C KB/Atlas Flexibles) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

4

2021/C 248/05

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10188 — Illumina/GRAIL) ( 1 )

6

2021/C 248/06

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10070 — Eurofiber/Proximus/JV) ( 1 )

7

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2021/C 248/07

Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni ta’ approvazzjoni ta’ emenda standard għal Speċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33

8

2021/C 248/08

Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni tal-approvazzjoni ta’ emenda standard għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid, kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33

16

2021/C 248/09

Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni dwar l-approvazzjoni ta’ emenda standard ta’ Speċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid, kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33

23


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

25.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 248/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.10269 — TDR Capital/Arrow Global)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 248/01)

Fit 17 ta’ Ġunju 2021, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32021M10269. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

25.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 248/2


Rata tal-kambju tal-euro (1)

L-24 ta’ Ġunju 2021

(2021/C 248/02)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1936

JPY

Yen Ġappuniż

132,20

DKK

Krona Daniża

7,4362

GBP

Lira Sterlina

0,85883

SEK

Krona Żvediża

10,1133

CHF

Frank Żvizzeru

1,0967

ISK

Krona Iżlandiża

146,20

NOK

Krona Norveġiża

10,1740

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,423

HUF

Forint Ungeriż

350,52

PLN

Zloty Pollakk

4,5245

RON

Leu Rumen

4,9245

TRY

Lira Turka

10,3802

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5756

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4678

HKD

Dollaru ta’ Hong Kong

9,2675

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6903

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,6039

KRW

Won tal-Korea t’Isfel

1 351,07

ZAR

Rand ta’ l-Afrika t’Isfel

17,0028

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,7193

HRK

Kuna Kroata

7,4993

IDR

Rupiah Indoneżjan

17 249,38

MYR

Ringgit Malażjan

4,9654

PHP

Peso Filippin

58,051

RUB

Rouble Russu

86,2638

THB

Baht Tajlandiż

38,016

BRL

Real Brażiljan

5,9041

MXN

Peso Messikan

23,9678

INR

Rupi Indjan

88,5020


(1)  Sors: rata tal-kambju ta’ referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

Il-Kummissjoni Ewropea

25.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 248/3


Avviż dwar l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni u l-miżuri tal-Unjoni Ewropea għad-difiża tal-kummerċ fl-Irlanda ta’ Fuq mill-1 ta’ Jannar 2021

(2021/C 248/03)

Kif imsemmi fl-avviż tat-18 ta’ Jannar 2021 (1), il-leġiżlazzjoni u l-miżuri tal-Unjoni Ewropea għad-difiża tal-kummerċ ma baqgħux japplikaw fir-Renju Unit mill-1 ta’ Jannar 2021. Madankollu, l-Artikolu 5(4) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq (“il-Protokoll IE/NI”) (2), li japplika minn din id-data (3), jipprevedi li l-leġiżlazzjoni għad-difiża tal-kummerċ tibqa’ tapplika għar-Renju Unit u fir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq. Il-Protokoll IE/NI huwa soġġett, minn żmien għal żmien, għall-kunsens tal-Assemblea Leġiżlattiva tal-Irlanda ta’ Fuq, fejn il-perjodu inizjali ta’ applikazzjoni jestendi sa erba’ (4) snin wara tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni (4).

Il-Protokoll IE/NI, kif emendat bid-Deċiżjoni Nru 3/2020 tal-Kumitat Konġunt tas-17 ta’ Diċembru 2020 (5) jipprevedi l-applikazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tal-liġi tal-UE dwar id-difiża tal-kummerċ lejn Renju Unit u fih fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq, soġġett għan-Noti ta’ Spjegazzjoni inklużi fl-Anness 2 tal-Protokoll IE/NI b’din id-Deċiżjoni. Is-sitwazzjoni tista’ titqassar kif ġej.

Ir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq mhuwiex parti mill-Unjoni jew Stat Membru skont it-tifsira tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni għad-difiża tal-kummerċ. Is-suq tal-Irlanda ta’ Fuq u l-operaturi ekonomiċi li jinsabu fl-Irlanda ta’ Fuq huma meqjusa bħala s-suq ta’ pajjiż mhux membru tal-Unjoni Ewropea u l-operaturi ekonomiċi jinsabu f’pajjiż mhux membru tal-Unjoni Ewropea. Madankollu, il-miżuri tal-Unjoni għad-difiża tal-kummerċ huma applikabbli għall-merkanzija li tiddaħħal fl-Irlanda ta’ Fuq minn barra l-Unjoni (inkluż minn partijiet oħra tar-Renju Unit), skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 5 tal-Protokoll IE/NI, kif ikompli jiġi speċifikat fid-Deċiżjoni Nru 4/2020 tal-Kumitat Konġunt tas-17 ta’ Diċembru 2020 (6).

Fl-aħħar nett, l-importaturi li ħallsu d-dazji anti-dumping jew kumpensatorji tal-Unjoni fuq l-importazzjoni ta’ oġġetti li kienu rilaxxati mid-dwana fl-Irlanda ta’ Fuq skont il-leġiżlazzjoni msemmija hawn fuq li saret applikabbli fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq permezz tal-Protokoll IE/NI jistgħu jitolbu biss għar-rifużjoni ta’ dawn id-dazji skont l-Artikolu 11(8) tar-Regolament (UE) 2016/1036 jew l-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) 2016/1037, rispettivament.


(1)  Avviż dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri anti-dumping u kontra s-sussidji fis-seħħ fl-Unjoni wara l-ħruġ tar-Renju Unit u l-possibbiltà ta’ rieżami (ĠU C 18, 18.1.2021, p. 41).

(2)  Moqri flimkien mal-punt 5 tal-Anness 2 (“Strumenti għad-difiża tal-kummerċ”), ta’ dan il-Protokoll.

(3)  L-Artikolu 185 tal-Ftehim dwar il-Ħruġ.

(4)  L-Artikolu 18(5) tal-Protokoll IE/NI.

(5)  Id-Deċiżjoni Nru 3/2020 tal-Kumitat Konġunt stabbilit permezz tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika tas-17 ta’ Diċembru 2020, (ĠU L 443, 30.12.2020, p. 3).

(6)  Id-Deċiżjoni Nru 4/2020 tal-Kumitat Konġunt stabbilit bil-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika tas-17 ta’ Diċembru 2020, (ĠU L 443, 30.12.2020, p. 6).


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

25.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 248/4


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10333 — B&C KB/Atlas Flexibles)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 248/04)

1.   

Fis-17 ta’ Ġunju 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

B&C KB Holding GmbH (“B&C Group”, l-Awstrija),

Atlas Flexibles GmbH, (“Atlas Flexibles”, il-Ġermanja).

B&C Group jakkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Atlas Flexibles kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

B&C Group: investiment f’diversi kumpaniji, f’konformità ma’ kunsiderazzjonijiet strateġiċi fit-tul,

Atlas Flexibles: il-produzzjoni u l-bejgħ ta’ prodotti flessibbli għall-imballaġġ u l-kummerċ ta’ materja prima għall-manifattura tagħha.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10333 — B&C KB/ATLAS FLEXIBLES

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


25.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 248/6


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10188 — Illumina/GRAIL)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 248/05)

1.   

Fis-16 ta’ Ġunju 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 u wara referenza skont l-Artikolu 4(22) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Illumina, Inc. (“Illumina”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

GRAIL, Inc. (“GRAIL”, l-Istati Uniti tal-Amerka)

Illumina takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ GRAIL kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

Il-konċentrazzjoni kienet referuta lill-Kummissjoni mill-Autorité de la Concurrence Franċiża skont l-Artikolu 22(3) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Sussegwentement, il-Belġju, il-Greċja, l-Iżlanda, in-Netherlands u n-Norveġja ngħaqdu mar-riferiment.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Illumina: kumpanija globali tal-ġenomika, li prinċipalment tiżviluppa, timmanifattura u tikkummerċjalizza sistemi ta’ sekwenzar tal-ġenerazzjoni li jmiss (next generation sequencing, “NGS”) għall-analiżi ġenetika u ġenomika,

GRAIL: kumpanija tal-kura tas-saħħa, li tiffoka fuq l-iżvilupp ta’ teknoloġiji għat-testijiet tad-detezzjoni tal-kanċer ibbażati fuq NGS. GRAIL bdiet ukoll kummerċjalizzazzjoni inizjali u limitata tat-test Galleri tiegħu fl-Istati Uniti tal-Amerka.

3.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuna interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10188 — Illumina/GRAIL

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


25.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 248/7


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10070 — Eurofiber/Proximus/JV)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 248/06)

1.   

Fit-18 ta’ Ġunju 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Eurofiber NV (“Eurofiber”, il-Belġju),

Proximus NV (“Proximus”, il-Belġju),

il-Joint Venture (“JV”, il-Belġju).

Eurofiber u Proximus jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u tal-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ joint venture (JV) maħluqa ġdida.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Eurofiber: it-tħaddim ta’ servizzi u networks ta’ komunikazzjoni elettronika fin-Netherlands, il-Belġju, Franza u l-Ġermanja b’enfasi speċifika fuq servizzi u networks ta’ konnettività fuq il-fibra għall-klijenti kummerċjali u l-fornituri tas-servizzi,

Proximus: it-tħaddim ta’ servizzi u networks ta’ komunikazzjoni elettronika fissa u mobbli għall-klijenti residenzjali u kummerċjali fil-Belġju, kemm fil-livell tal-bejgħ bl-imnut kif ukoll fil-livell tal-bejgħ bl-ingrossa,

il-JV: l-introduzzjoni u t-tħaddim ta’ network miftuħ dens bejn Point-to Point Fiber-To-The-X f’ċerti partijiet tar-Reġjun tal-Vallonja tal-Belġju. Il-JV se tkun attiva biss fil-livell tal-bejgħ bl-ingrossa tas-suq.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10070 – Eurofiber/Proximus/JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

25.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 248/8


Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni ta’ approvazzjoni ta’ emenda standard għal Speċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33

(2021/C 248/07)

Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata f’konformità mal-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1).

KOMUNIKAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD LI TIMMODIFIKA D-DOKUMENT UNIKU

Condado de Huelva

PDO-ES-A1485-AM03

Data tal-komunikazzjoni: 16 ta’ April 2021

DESKRIZZJONI TAL-EMENDA APPROVATA U R-RAĠUNIJIET GĦALIHA

1.   Referenza għall-isem protett (it-taqsima A tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott)

Dan il-paragrafu ġie ssimplifikat billi tneħħiet l-informazzjoni mhux meħtieġa.

Raġuni:

Din it-taqsima jenħtieġ li tindika li l-isem protett huwa dak tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini; ma huwiex meħtieġ li jiġu inklużi t-tipi varji ta’ nbid koperti.

2.   Deskrizzjoni tal-inbejjed (it-taqsima B tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u t-taqsima 4 tad-Dokument Uniku)

It-tipi ta’ nbid tpoġġew f’ordni differenti u ġew raggruppati taħt il-kategoriji 1 u 3 tal-Parti II tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2).

L-Amontillado ġie inkluż fost il-“vinos generosos”. Dan l-inbid ġie protett taħt l-ewwel Regolament li jirregola d-Denominazzjoni ta’ Oriġini, ippubblikat fil-Gazzetta tal-Istat Uffiċjali Nru 14 tas-16 ta’ Jannar 1964. L-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott issa tinkludi wkoll inbejjed rożè, peress li l-inbejjed rożè ta’ kwalità għolja ilhom jiġu prodotti fil-Condado de Huelva għal snin twal u qed jiksbu statura konsiderevoli fost il-konsumaturi.

L-inbid “Palo Cortado” ġie prodott fiż-żona Condado de Huelva tul l-istorja tiegħu b’kumbinazzjoni. Dan jibda bħala nbid “Fino” bijoloġikament matur li jitlef ir-rita tiegħu ta’ ħmira “flor” hekk kif jimmatura. Bħala konsegwenza, dan huwa ffortifikat mill-ġdid u soġġett għal tqaddim ossidattiv simili għal dik tal-inbid “Oloroso” iżda għandu karatteristiċi organolettiċi differenti.

L-informazzjoni dwar l-inbejjed “Moscatel”, “Dulce” u “Pedro Ximénez” ġiet ristrutturata u dawn ġew miżjuda mal-grupp ta’ “vinos de licor dulces” biex tittejjeb il-faċilità tal-qari f’termini ta’ kontenut ta’ zokkor.

It-tabella tal-karatteristiċi analitiċi ġiet emendata billi ġew miżjuda t-tipi ġodda ta’ nbid u l-karatteristiċi kimiċi tagħhom u billi ttejbet l-istruttura u l-faċilità tal-qari.

Barra minn hekk, sabiex l-użu tat-terminu tradizzjonali “Oloroso” jinġieb f’konformità mad-denominazzjonijiet ta’ oriġini Andalusjani l-oħrajn, il-qawwa alkoħolika minima ġiet riveduta għal 16 % vol.

Id-deskrizzjoni organolettika tal-inbejjed protetti ġiet emendata. L-applikazzjoni tal-istandard UNE-EN-ISO 17065 teħtieġ din l-emenda sabiex il-karatteristiċi tal-inbejjed ikunu jistgħu jintrabtu mad-deskritturi speċifiċi u tkun tista’ ssir valutazzjoni sensorja aħjar.

3.   Korrelazzjoni fir-rigward tar-rata ta’ estrazzjoni massima permessa (it-taqsima C tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u t-taqsima 5 tad-Dokument Uniku)

Ġie kkoreġut żball li kien ġie rrepetut f’diversi emendi għall-ispeċifikazzjoni, u li jenħtieġ li bix-xieraq jiġi kkoreġut f’din l-Ispeċifikazzjoni. Il-kelma “most” ġiet sostitwita bil-kelma “inbid”, peress li attwalment ir-referenza ssir għall-inbid. Fil-verżjonijiet preċedenti, saret referenza għall-inbid ġdid bħala “most” f’konformità mad-Digriet tas-16 ta’ Frar 1999 dwar ir-Regolament li jirregola d-DOP Condado de Huelva.

4.   Rekwiżiti tat-tqaddim għall-“vinos generosos” u għall-“vinos generosos de licor” (it-taqsima C.3.2 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott)

Il-kalkolu tal-età medja ġie miżjud bħala l-metodu oġġettiv biex jiġi ddeterminat il-perjodu tat-tqaddim. Is-sistema tal-“añadas” [vendemmji uniċi] ukoll ġiet miżjuda bħala sistema li tradizzjonalment tintuża fit-tqaddim ta’ dawn l-inbejjed.

5.   Rekwiżiti tat-tqaddim għall-inbejjed bojod, ħomor u rożè (it-taqsima C.3.3 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott)

Din it-taqsima ġiet emendata sabiex jiġu żviluppati l-karatteristiċi distintivi tal-inbejjed bojod, ħomor u rożè.

6.   Aġġornament tar-referenzi għall-prodotti supplimentari użati (it-taqsima C.5 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott)

Ir-referenzi għal-leġiżlazzjoni ġew aġġornati u ġiet miżjuda referenza għal spirtu newtrali tal-għeneb.

7.   Informazzjoni dwar iż-żona demarkata (it-taqsima D tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u t-taqsima 6 tad-Dokument Uniku)

Ir-restrizzjoni dwar iż-żona tal-ipproċessar għal “vinos generosos” u “vinos generosos de licor”, li kellha żona ta’ maturazzjoni u tqaddim differenti miż-żona ta’ produzzjoni fejn jitkabbar l-għeneb, tneħħiet.

8.   Emenda għar-rendiment massimu għal kull ettaru (it-taqsima E tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u t-taqsima 5.2 tad-Dokument Uniku)

Ir-rendiment jiġi ddeterminat permezz tal-għadd ta’ dwieli mħawla, l-għadd ta’ għenieqed fuq kull dielja u l-volum tal-għanqud. Il-varjetajiet differenti tal-għeneb mhux kollha jaġixxu bl-istess mod. L-għadd ta’ għenieqed [u] il-piż tagħhom jiġu ddeterminati permezz tal-indiċi tal-erja tal-weraq. L-importanza tal-fotosinteżi wkoll jenħtieġ li tiġi kkunsidrata, peress li għandha impatt sinifikanti fuq il-livell ta’ zokkor fl-għeneb.

Fi snin riċenti, id-dwieli fil-Condado de Huelva ġew ikkonvertiti u ristrutturati. B’mod ġenerali, ir-ringieli jitħawlu 3 metri ’l bogħod minn xulxin, b’distanza ta’ 1,5 metru bejn id-dwieli. Vinji antiki bi tħarriġ f’forma ta’ sġajriet ukoll inqalgħu u ġew sostitwiti bi pjantaġġuni fuq il-kannizzati. F’dan ir-rigward, it-tħarriġ fuq il-kannizzati għandu impatt pożittiv billi jirriżulta f’inbid ta’ kwalità.

Il-kultivatur tal-inbid jieħu deċiżjonijiet li jiddefinixxu r-rendiment tal-vinja, soġġett għal fatturi fissi u varjabbli, tul is-sena u minn sena għal sena. Għal dan il-għan, hemm diversi mekkaniżmi disponibbli biex jiġi kkontrollat it-tkabbir tal-pjanti, bħaż-żbir, l-irmondar, it-tirqim u t-tneħħija tal-weraq.

Fil-qosor, il-bilanċ fil-vinja jiffavorixxi l-maturazzjoni tal-frott u l-iżvilupp ta’ konċentrazzjoni korretta tal-kulur, tal-aroma, taz-zokkor, tal-pH, tal-aċidi, tal-polifenoli u tal-elementi kollha ta’ kwalità li huma importanti biex jinkiseb inbid ta’ kwalità.

L-aħjar produtturi tal-inbid huma dawk li jiffurmaw il-faxxina biex jużaw l-ispazju bl-aħjar mod, u b’hekk jottimizzaw l-esponiment għad-dawl tax-xemx u jiżguraw li l-għeneb jiżviluppa tajjeb, li mbagħad jirriżulta f’inbid ta’ kwalità ogħla.

Studji li saru matul is-snin urew li rendiment ta’ 8 kg/vinja tal-varjetà Zalema għal ettaru wieħed ta’ dielja b’2 200 vinja jirriżulta f’valuri fiżikokimiċi ta’ 11 u 12-il grad ta’ Baumé b’aċidità totali ta’ 3,5-4,5 g/l espressa bħala aċidu tartariku, pH ta’ 3,75 u indiċi tal-aċidu glukoniku ta’ inqas minn 0,5. Dawn il-valuri medji li nkisbu matul is-snin jirriżultaw f’inbid ta’ kwalità eċċellenti.

9.   Żieda ta’ varjetajiet ġodda ta’ għeneb (it-taqsima F tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u t-taqsima 7 tad-Dokument Uniku)

Ġew miżjuda żewġ varjetajiet ġodda ta’ nbid abjad, Verdejo u Moscatel de Grano Menudo. Dan l-għeneb ġie mkabbar fiż-żona koperta mid-DOP għal bosta snin u kiseb riżultati eċċellenti u livell għoli ta’ aċċettazzjoni. Dan jippermetti wkoll il-produzzjoni ta’ nbejjed bil-profil tipiku tal-inbejjed koperti mid-DOP. L-inklużjoni ta’ dawn il-varjetajiet ma timplika l-ebda tibdil sostanzjali fil-karatteristiċi tal-prodott finali.

10.   Żieda ta’ unità ġeografika iżgħar (it-taqsima H.4 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u t-taqsima 9 tad-Dokument Uniku)

Ġiet miżjuda l-possibbiltà li ssir referenza għall-Park Nazzjonali ta’ Doñana, bħala unità ġeografika iżgħar, fuq it-tikkettar tal-inbejjed f’konformità mal-Artikolu 55 tar-Regolament (UE) 2019/33.

DOKUMENT UNIKU

1.   Isem/ismijiet għar-reġistrazzjoni

Condado de Huelva

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

DOP – Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta

3.   Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli

1.

Inbid

3.

Inbid likur

4.   Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed

1.   Inbid abjad

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

“Joven”: Lewn isfar ċar li jagħti f’lewn dehbien ċar. Aromi tal-frott, bħal tuffieħ aħdar u aromi tal-fjuri. Aċidità perċettibbli fil-palat.

Condado de Huelva: Isfar lewn it-tiben li jagħti f’lewn dehbien skur. Aromi tal-frott bħal frott bl-għadma. Aċidità perċettibbli fil-palat.

“Tradicional”: Isfar lewn it-tiben li jagħti f’lewn dehbien. Aromi tal-frott bħal frott bl-għadma. Ftit aċidiku fil-palat.

*

Fejn il-limiti ma jiġux indikati, japplikaw dawk stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-UE rilevanti.

**

Skont il-kontenut ta’ zokkor tagħhom, l-inbejjed mis-sottokategorija ta’ nbejjed bojod Condado de Huelva jistgħu jkunu: “xotti”, jekk il-kontenut ta’ zokkor ikun daqs 4 grammi, jew inqas, għal kull litru; “medju xotti”, jekk ikun iktar minn 4 grammi għal kull litru iżda inqas minn 12-il gramma għal kull litru; “medju ħelwin”, jekk ikun daqs 12-il gramma, jew aktar, għal kull litru iżda inqas minn 45 gramma għal kull litru; “ħelwin”, jekk ikun daqs jew iktar minn 45 gramma għal kull litru.

***

L-inbejjed bojod “Joven” u “Tradicional” irid ikollhom kontenut ta’ zokkor ta’ inqas minn 5 grammi għal kull litru.

KARATTERISTIĊI ANALITIĊI

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

10

Aċidità totali minima

f’milliekwivalenti għal kull litru

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

2.   Inbid aħmar u rożè

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

Inbejjed ħomor:

Ħomor lewn iċ-ċirasa li jagħti f’aħmar lewn il-brikks. Intensità aromatika u tal-frott perċettibbli, b’aromi kemxejn perċettibbli għal perċettibbli ta’ erbaċew. Intensità tat-togħma perċettibbli u aċidità perċettibbli fil-palat, b’astrinġenza u densità perċettibbli.

Inbejjed rożè:

Roża ċar li jagħti fir-roża fl-aħmar, aromi tal-frott u tal-fjuri, intensità tat-togħma perċettibbli fil-palat, bi qrusa u ftit astrinġenza.

*

Fejn il-limiti ma jiġux indikati, japplikaw dawk stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-UE rilevanti.

**

Skont il-kontenut ta’ zokkor, l-inbejjed jistgħu jkunu: “xotti”, jekk il-kontenut ta’ zokkor ikun daqs 4 grammi, jew inqas, għal kull litru; “medju xotti”, jekk ikun iktar minn 4 grammi għal kull litru iżda inqas minn 12-il gramma għal kull litru; “medju ħelwin”, jekk ikun daqs 12-il gramma, jew aktar, għal kull litru iżda inqas minn 45 gramma għal kull litru; “ħelwin”, jekk ikun daqs 45 gramma, jew aktar, għal kull litru.

***

Il-qawwa alkoħolika proprja minima għall-inbejjed li jkollhom it-termini tat-tqaddim “Joven”, “Roble” u “Crianza” hija ta’ 11 % vol., filwaqt li għall-inbejjed li jkollhom it-termini “Reserva” u “Gran reserva” hija ta’ 12 % vol.

KARATTERISTIĊI ANALITIĊI

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

11

Aċidità totali minima

f’milliekwivalenti għal kull litru

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

3.   “Vinos generosos”

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

“Condado Pálido” jew “Fino”: Isfar lewn it-tiben li jagħti f’lewn dehbien skur. Aromi mit-tqaddim, bħall-ħmira. Kemxejn qares u mielaħ fil-palat.

“Condado Viejo” jew “Oloroso”: Lewn dehbien skur jew lewn il-kawba skur. Aromi ta’ lewż u injam mit-tqaddim ossidattiv, possibbilment bi ħjiel ta’ verniċ. Persistenti fil-palat, u jista’ jagħti sensazzjoni żejtnija.

“Amontillado”: Lewn dehbien għal lewn il-kawba. Aroma ta’ lewż u injam minħabba t-tqaddim bijoloġiku u ossidattiv doppju tiegħu. Kemxejn aċidiku, qares u persistenti fil-palat.

“Palo Cortado”: Lewn il-qastan li jagħti f’lewn il-kawba. Aromi ta’ lewż u injam. Intens u persistenti ħafna fil-palat.

*

Fejn il-limiti ma jiġux indikati, japplikaw dawk stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-UE rilevanti.

**

L-inbejjed “Condado Pálido” jew “Fino” jrid ikollhom inqas minn 5 grammi ta’ zokkor riduċenti għal kull litru.

***

L-inbejjed “Condado Viejo” jew “Oloroso”, “Amontillado” u “Palo Cortado” jistgħu, b’riżultat tal-proċessi ta’ konċentrazzjoni assoċjati mat-tqaddim ossidattiv, ikollhom kontenut ta’ zokkor riduċenti sa 9 grammi għal kull litru, diment li l-kontenut tal-aċidità totali espress fi grammi ta’ aċidu tartariku għal kull litru ma jkunx aktar minn 2 grammi għal kull litru inqas mill-kontenut ta’ zokkor riduċenti.

****

Il-qawwa alkoħolika proprja għall-“Condado Pálido” jew għall-“Fino” trid tkun bejn 15 % vol. u 17 % vol.

KARATTERISTIĊI ANALITIĊI

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

16

Aċidità totali minima

f’milliekwivalenti għal kull litru

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

4.   “Vinos generosos de licor”

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

Pale Dry: Lewn isfar ċar li jagħti f’lewn dehbien. Aroma ta’ ħmira ta’ intensità medja. Qawwi, mimli togħma u medju xott għal medju ħelu fil-palat.

Pale Cream: Isfar lewn it-tiben li jagħti f’lewn dehbien skur. Aromi karatteristiċi tat-tqaddim bijoloġiku, pereżempju tal-ħmira.

Medium: Lewn l-ambra li jagħti f’lewn il-kawba intens. Aroma speċifika għall-proċess tat-tqaddim, b’aromi possibbli ta’ tqaddid.

Cream: Lewn dehbien skur li jagħti f’lewn il-kawba intens. Aroma karatteristika tal-proċess tat-tqaddim, b’aromi possibbli ta’ tqaddid. Qawwi fil-palat.

*

Fejn il-limiti ma jiġux indikati, japplikaw dawk stabbiliti fil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE.

**

Kontenut ta’ zokkor riduċenti fi grammi għal kull litru: Pale Dry minn 5 sa 45, Pale Cream minn 45 sa 115, Medium minn 5 sa 115, Cream minn 115 sa 140.

KARATTERISTIĊI ANALITIĊI

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

15

Aċidità totali minima

f’milliekwivalenti għal kull litru

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

5.   “Vinos de licor dulces”

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

“Dulce”: Lewn dehbien li jagħti f’lewn il-kawba intens. Aromi ta’ frott. Qawwi fil-palat.

“Pedro Ximénez”: Lewn il-kawba li jagħti f’lewn il-kawba intens jew iswed. Aromi tat-tqaddid, possibbilment bi ħjiel veġetali. Qawwi ħafna fil-palat.

“Moscatel”: Lewn l-ambra li jagħti f’lewn il-kawba intens. Aromi speċifiċi għall-varjetà, bħal ħjiel ta’ fjuri u ta’ frott, b’aromi possibbli ta’ tqaddid. Kemxejn aċidiku u qawwi fil-palat.

“Mistela”: Lewn dehbien li jagħti f’lewn il-kawba intens. Aromi ta’ frott. Qawwi fil-palat.

*

Fejn il-limiti ma jiġux indikati, japplikaw dawk stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-UE rilevanti.

**

Kontenut ta’ zokkor riduċenti fi grammi għal kull litru: aktar minn 45 għad-“Dulce”, u aktar minn 150 għall-“Pedro Ximénez”, il-“Moscatel” u l-“Mistela”.

KARATTERISTIĊI ANALITIĊI

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

15

Aċidità totali minima

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

5.   Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid

5.1.   Prattiki enoloġiċi speċifiċi

1.   Prattika enoloġika speċifika

Iż-żona ta’ produzzjoni hija ż-żona ġeografika li fiha jinsabu l-vinji reġistrati, li jinkludu t-tipi ta’ ħamrija Albariza, Arenas u Barros. Wara l-fermentazzjoni, l-inbejjed jistgħu jiġu soġġetti għal tqaddim bijoloġiku jew ossidattiv, jew permezz tas-sistema dinamika magħrufa bħala “criaderas y soleras” [sistema ta’ taħlit fi frazzjonijiet] jew sistema statika ta’ “añadas” [vendemmji uniċi].

Matul it-tqaddim bijoloġiku, saff li jibqa’ fil-wiċċ jew rita ta’ ħmira – magħrufa bħala “flor” – tifforma fuq il-wiċċ espost tal-inbid. Fit-tqaddim ossidattiv, l-inbejjed jitqaddmu permezz ta’ esponiment għall-ossiġenu. Prattika oħra li tintuża hija “cabeceo” [taħlit], li tinvolvi t-taħlit jew il-kombinazzjoni ta’ nbejjed differenti jew saħansitra t-taħlit ta’ nbejjed ma’ prodotti supplimentari.

2.   Restrizzjoni rilevanti fuq il-produzzjoni tal-inbejjed

Il-pressjoni applikata biex jiġi estratt il-most jenħtieġ li ma tirriżultax f’aktar minn 70 litru ta’ nbid li jinkiseb minn kull 100 kg ta’ għeneb maqtugħ.

Fil-produzzjoni tal-“Pedro Ximénez” u tal-“Moscatel”, jistgħu jintużaw most ikkonċentrat u nbid xott tal-varjetajiet Zalema, Palomino Fino, Listán del Condado u Garrido Fino, diment li flimkien ma jirrappreżentawx aktar minn 30 % tal-prodott finali totali u li l-proporzjon ta’ nbid xott ta’ dawn il-varjetajiet ma jirrappreżentax aktar minn 15 % tal-prodott totali. It-tqaddim isir fi krietel u/jew fi btieti b’kapaċità massima ta’ 1 000 litru għall-inbejjed bojod u 330 litru għall-inbejjed ħomor.

3.   Prattika ta’ kultivazzjoni

Il-prattiki ta’ kultivazzjoni jridu f’kull ħin jirrispettaw l-ambjent u b’mod partikolari jevitaw il-kontaminazzjoni tal-ilma u tal-ħamrija. Id-densità tat-tħawwil trid tkun bejn 1 950 u 4 000 dielja għal kull ettaru. Id-dwieli jistgħu jiġu mħarrġa permezz tal-metodi awtonomi (sġajriet) u/jew fuq kannizzati (vara y pulgar, li huwa simili għal Guyot, u/jew zokk doppju). Meta jkollhom jiġu rreġistrati pjantaġġuni mħallta mal-Bord Regolatorju, trid tiġi żgurata separazzjoni sħiħa bejn il-varjetajiet fil-ħsad.

5.2.   Rendimenti massimi għal kull ettaru

1.   Zalema

18 000 kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru

2.   Varjetajiet awtorizzati oħrajn

12 000 kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru

6.   Definizzjoni taż-żona demarkata

Iż-żona tal-produzzjoni u tat-tqaddim tal-inbejjed protetti mid-Denominazzjoni ta’ Oriġini Condado de Huelva tinkludi ż-żoni ta’ vitikultura u l-ishma li jinsabu fil-muniċipalitajiet ta’ Almonte, Beas, Bollullos Par del Condado, Bonares, Chucena, Gibraleón, Hinojos, La Palma del Condado, Lucena del Puerto, Manzanilla, Moguer, Niebla, Palos de la Frontera, Rociana del Condado, San Juan del Puerto, Trigueros, Villalba del Alcor u Villarrasa, kollha fil-provinċja ta’ Huelva.

7.   Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid / jinkisbu l-inbejjed

 

CABERNET FRANC

 

CABERNET SAUVIGNON

 

CHARDONNAY

 

COLOMBARD

 

GARRIDO FINO

 

LISTAN DEL CONDADO

 

MERLOT

 

MOSCATEL DE ALEJANDRÍA

 

MOSCATEL DE GRANO MENUDO

 

PALOMINO FINO

 

PEDRO XIMÉNEZ

 

SAUVIGNON BLANC

 

SYRAH

 

TEMPRANILLO

 

VERDEJO

 

ZALEMA

8.   Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet

Rabta

Din id-DOP tikkorrispondi għad-Depressjoni Baetika u testendi fuq art ċatta jew kemxejn immewġa. Il-klima hija Mediterranja, għalkemm l-esponiment taż-żona għall-Atlantiku, iffaċilitata mit-topografija, iġġib influwenzi oċeaniċi li, flimkien mal-prossimità lejn il-Park Nazzjonali Doñana u l-għarfien espert tradizzjonali fiż-żona, jaffettwaw it-tipi ta’ nbejjed li jiġu prodotti hemmhekk. L-inbejjed likuri, inklużi l-inbejjed “vinos generosos”, [jiġu mmaturati] permezz ta’ sistemi tradizzjonali – is-sistema “criaderas y soleras” u s-sistema “statika” – li fiha l-ġestjoni tal-krietel tal-ballut u/jew tal-btieti hija importanti għall-kwalità tal-inbejjed. L-arkitettura u l-ġestjoni tal-kantini tal-inbid jipprovdu l-mikroklima ottima għat-tqaddim.

9.   Rekwiżiti oħra applikabbli (ippakkjar, tikkettar, rekwiżiti addizzjonali)

Qafas legali:

Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit ieħor:

Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

L-isem tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Condado de Huelva, minbarra l-informazzjoni ġeneralment stabbilita fil-leġiżlazzjoni applikabbli, irid jidher b’mod prominenti fuq it-tikketti tal-inbejjed fil-fliexken u ppakkjati. Barra minn hekk, f’konformità mal-Artikolu 120(1)(g) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, it-tikketta għall-inbejjed protetti tista’ fakultattivament ikollha referenza għall-isem ta’ unità ġeografika iżgħar jew ikbar miż-żona koperta mid-Denominazzjoni ta’ Oriġini, li jfisser l-ismijiet tal-muniċipitaljiet fiż-żona ta’ produzzjoni bħala unitajiet ġeografiċi iżgħar u referenza għall-Andalusija bħala l-unità ġeografika ikbar. It-tikketti għall-inbejjed prodotti f’Almonte, Hinojos, Bollullos Par del Condado, Rociana del Condado, Bonares, Lucena del Puerto, Palos de la Frontera u Moguer jista’ jkollhom ukoll referenza għall-Park Nazzjonali ta’ Doñana bħala unità ġeografika iżgħar.

Link għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott

https://juntadeandalucia.es/export/drupaljda/PC_Condado_modificado_2.pdf


(1)  ĠU L 9, 11.1.2019, p. 2.

(2)  Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671).


25.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 248/16


Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni tal-approvazzjoni ta’ emenda standard għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid, kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33

(2021/C 248/08)

Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1)

KOMUNIKAZZJONI TA’ APPROVAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD

COTEŞTI

PDO-RO-A1577-AM02

Data tal-komunikazzjoni: 6 ta’ April 2021

DESKRIZZJONI TAL-EMENDA APPROVATA U R-RAĠUNIJIET GĦALIHA

1.   Emenda tal-inbid u tar-rendimenti tad-dwieli

Matul l-aħħar snin, minħabba fiż-żieda fit-temperaturi medji ta’ kull xahar, b’mod partikolari fix-xhur meta l-varjetajiet imħawla fiż-żona demarkata tad-DOP Cotești jilħqu l-maturità, fl-isfond ta’ fluttwazzjoni-żieda fl-ammont ta’ xita, kien possibbli li jinkiseb ħsad ta’ bejn 15 u 25 % akbar mingħajr ebda telf fil-kwalità.

Il-pjantaġġuni ġodda ġew stabbiliti bħala riżultat tal-proġetti ta’ konverżjoni/ristrutturar u fil-biċċa l-kbira kienu jinvolvu t-tħawwil tal-varjetajiet Tămâioasa Românească, Busuioaca de Bohotin, Feteasca Regală, Feteasca Albă u Feteasca Neagră, kif ukoll il-varjetajiet internazzjonali Traminer roz, Riesling de Rhin, Chardonnay, Sauvignon u Cabernet Sauvignon. Xi wħud mill-varjetajiet imħawla ġew minn selezzjonijiet klonali li għalihom, l-informazzjoni dwar il-produzzjoni kwantitattiva ġiet imkejla għal żoni anqas favorevoli (e.ż. iż-żona tal-vitikultura B), għalkemm meta ġew imħawla fi klima ħafna aktar favorevoli wrew potenzjal tal-produzzjoni pjuttost akbar.

L-adattament tas-selezzjoni klonali u l-użu ta’ struttura salvaġġa xierqa kkontribwixxew għal żieda sinifikanti fir-rendimenti.

Il-proġetti ta’ konverżjoni/ristrutturar estensiv(a) tal-pjantaġġuni bidlu d-densità u l-purità tal-pjantaġġuni b’mod sinifikanti, jiġifieri d-densitajiet żdiedu meta mqabbla mad-densità medja tal-pjantaġġuni preċedenti. Il-bidliet huma dovuti għal fatturi enoloġiċi, li jirriżultaw minn tagħmir tal-vinifikazzjoni ġdid u mill-użu ta’ soluzzjonijiet tekniċi ġodda fil-qasam tal-materjali tal-vinifikazzjoni, li jgħinu biex jiżdiedu l-kwantità u l-kwalità tal-inbejjed.

Il-Kapitolu IV tal-Ispeċifikazzjoni u l-punti 5.1 u 5.2 tad-Dokument Uniku ġew emendati.

2.   Emenda għaż-żona ġeografika demarkata

Iż-żona ġeografika hija emendata biex tinkludi l-muniċipalità ta’ Slobozia Ciorăști bil-villaġġi ta’ Jiliște, Slobozia Ciorăști u Armeni, li jinsabu fil-fruntiera tan-Nofsinhar taċ-ċentri tal-vitikultura ta’ Dumbrăveni, Popești u Urechești, li huma parti mid-DOP Cotești u qrib tagħha, u għalhekk huma fil-viċinat tal-parti tan-Nofsinhar taż-żona demarkata tad-DOP Cotești.

Il-pożizzjoni ta’ dawn il-muniċipalitajiet barra mill-ark sub-Karpazjan tfisser li għandhom kundizzjonijiet tal-ħamrija u klimatiċi simili (riżorsi solari termali suffiċjenti u xita ottimali, durata medja ta’ dawl tax-xemx li tiżgura maturazzjoni ottimali tal-għeneb u konċentrazzjoni ta’ zokkor, ħamrija ta’ sawra ħafifa u medja li huma xierqa għal inbejjed bojod, eċċ.). Għalhekk, il-pjantaġġuni tad-dwieli għandhom il-prerekwiżiti neċessarji għal żvilupp kwalitattiv simili għal dak fil-vinji u fiċ-ċentri tal-inbid tal-viċinat. Il-muniċipalità u l-villaġġi tagħha jibbenefikaw mill-kundizzjonijiet li jirriżultaw mill-pożizzjoni tagħhom fil-baċir tax-xmara Râmna.

Iż-żona teħtieġ li tiġi estiża għall-muniċipalitajiet ta’ Jiliște, Slobozia Ciorăști u Armeni. Il-Kapitolu II tal-Ispeċifikazzjoni u l-punt 6 tad-Dokument Uniku huma emendati.

3.   Żieda ta’ kundizzjonijiet għall-produzzjoni tal-inbid rożè

L-Ispeċifikazzjoni ġiet emendata biex tinkludi l-kundizzjonijiet fejn l-inbejjed bojod u rożè jistgħu jinkisbu mill-varjetajiet Pinot Gris u Traminer roz skont l-għażliet teknoloġiċi tal-produttur.

Il-Kapitolu II tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-Punt 5.1 tad-Dokument Uniku ġew emendati.

4.   Introduzzjoni ta’ varjetà tal-għeneb tal-inbid ġdida għall-kultivazzjoni

L-Ispeċifikazzjoni tad-DOP Cotești hija emendata biex tinkludi l-varjetà tal-vinifikazzjoni Syrah u l-ispeċifikazzjonijiet organolettiċi. Minn dik il-varjetà, jista’ jinkiseb inbid b’togħma ta’ frott iswed tal-foresta, ħxejjex aromatiċi, għud is-sus, ċikkulata sewda, bżar, b’livell għoli ta’ aċidu tanniku. Fil-proċess tal-vinifikazzjoni normalment tiffunzjona tajjeb ħafna bħala għenba awtonoma, iżda spiss tiġi kkombinata mal-varjetajiet Cabernet Sauvignon u Merlot.

Il-Kapitolu III tal-Ispeċifikazzjoni u t-Taqsima 7 tad-Dokument Uniku huma emendati.

5.   Deroga dwar l-ipproċessar tal-inbejjed fil-viċinat taż-żona ġeografika

L-Ispeċifikazzjoni hija emendata biex tinkludi kundizzjonijiet għal sitwazzjonijiet fejn, f’ċerti kundizzjonijiet klimatiċi li, flimkien mal-potenzjal ta’ ċerti varjetajiet, għandhom impatt pożittiv fuq ir-rendimenti fi pjantaġġuni fiż-żona demarkata, huwa possibbli li jiġu pproċessati mosti u/jew inbejjed li jġibu d-DOP Cotești anke lil hinn miż-żona demarkata, fiż-żona tal-viċinat fejn iċ-ċentri tal-inbid joffru l-aħjar kapaċità. Fiż-żona tal-viċinat tiġi żgurata vinifikazzjoni rapida, vinifikazzjoni f’temperatura kkontrollata u fermentazzjoni f’temperatura kkontrollata, li jippreżervaw il-potenzjal aromatiku ta’ ċerti varjetajiet. Iż-żona tal-viċinat tinkludi l-muniċipalitajiet tal-Kontea ta’ Vrancea li ġejjin: Panciu, Movilița, Odobești, Unirea, Jariștea u Bolotești.

Il-Kapitolu V tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u t-Taqsima 9 tad-Dokument Uniku ġew emendati.

DOKUMENT UNIKU

1.   Isem/ismijiet għar-reġistrazzjoni

Coteşti

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

DOP - Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta

3.   Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli

1.

Inbid

4.   Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed

1.   Il-karatteristiċi analitiċi u organolettiċi tal-inbejjed meta jiġu rilaxxati għall-konsum

DESKIRZZJONI TESTWALI FIL-QOSOR

Fetească albă – inbid fin, aromatikament newtrali; meta jiġi ffermentat f’temperaturi baxxi, jista’ jiżviluppa ċerti aromi ta’ fermentazzjoni.

Fetească regală – dinamiku u ġentili fl-istess ħin, b’aroma delikata tat-tuffieħ, noti ta’ fjuri.

Galbenă de Odobești – aroma delikata, inbid b’potenzjal alkoħoliku baxx.

Tămâioasă românească – għandu rikkezza aromatika fl-ewwel snin tiegħu, u aroma ta’ ward ħelu; mat-tqaddim, jikseb aroma ta’ misk, żbib, għasel u ħwawar.

Șarbă –ċitru, noti ta’ ħxejjex aromatiċi, b’vivaċità, freskezza, aromi ta’ fjuri ta’ ward, ħabaq.

Frâncușa – inbejjed b’qawwa alkoħolika moderata u karattru newtrali.

Crâmpoșia – kulur abjad fl-isfar bi sfumaturi ħodor u aroma sottili ta’ frott frisk.

Riesling – togħma newtrali.

Sauvignon – inbejjed xotti, b’aċidità medja jew għolja, freskezza evidenti, noti ta’ ħxejjex aromatiċi, jew aromi ta’ frott tropikali, spiss aroma ta’ fjuri tad-dwieli.

Chardonnay – aromi differenti, newtrali, tal-butir, tropikali; minħabba l-aċidità tiegħu, huwa materja prima tajba ħafna għall-inbid frizzanti.

KARATTERISTIĊI ANALITIĊI

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

15

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

9

Aċidità totali minima

3,5 fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

20

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

250

2.   Il-karatteristiċi analitiċi u organolettiċi tal-inbejjed meta jiġu rilaxxati għall-konsum

DESKIRZZJONI TESTWALI FIL-QOSOR

Fetească neagră – karattru awster, il-vinifikazzjoni biex jinkiseb inbid nofsu misjur u ħelu mezzan tenfasizza l-aroma speċifika ta’ pruni mqadda, kulur aħmar fil-vjola f’inbejjed żgħar.

Băbească neagră – potenzjal alkoħoliku ta’ 10-11 % skont il-volum.

Cabernet Sauvignon – xieraq għall-maturazzjoni u t-tqaddim, aromatiku b’noti selvaġġi u tal-injam, aromi ta’ bżar ħelu aħdar u ribes iswed.

Merlot – korporatura medja, aromi dominanti ta’ lampun, pruna u ribes iswed, varjetà ppreferuta għall-coupage l-aktar mal-Cabernet Sauvignon.

Pinot noir – bħala nbid żgħir, għandu noti ta’ ċirasa, pruna u frawli (frott aħmar, misjur); hekk kif jimmatura, jikseb noti ta’ żbib, tiben, tabakk, ġilda, faqqiegħ u bżar iswed, u kulur trasparenti kannella fl-aħmar.

Syrah – inbid b’togħma qawwija li tfakkar fil-frott iswed tal-foresta, fil-ħwawar, fl-għud is-sus, fiċ-ċikkulata sewda u fil-bżar. Id-densità tiegħu hija ogħla mill-medja, u normalment ikollu kontenut għoli ta’ tannini, li jagħmluh perfett biex jakkumpanja ikel pikkanti, ħaruf u laħam tal-kaċċa. Fil-proċess tal-vinifikazzjoni, normalment taħdem tajjeb ħafna bħala għenba awtonoma, iżda spiss tiġi kkombinata ma’ varjetajiet oħra, normalment mal-Cabernet Sauvignon jew il-Merlot, li jwassal għal inbid eleganti b’lonġevità impressjonanti.

Huwa għandu kontenut għoli ta’ zokkor, kontenut għoli ta’ alkoħol, kulur aħmar jgħajjat, xi drabi b’laqtiet vjola, huwa intens, b’aromi kumplessi ta’ bżar, ċirasa sewda, frott tal-foresta frisk, aċidità bbilanċjata u sawra bellusija.

KARATTERISTIĊI ANALITIĊI

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

15

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

9

Aċidità totali minima

3,5 milliekwivalenti għal kull litru

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

20

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

250

5.   Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid

5.1.   Prattiki enoloġiċi speċifiċi

1.   Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid

Prattika enoloġika speċifika

L-inbejjed bojod u rożè jistgħu jinkisbu mill-varjetajiet Pinot gris u Traminer roz skont l-għażliet teknoloġiċi tal-produttur.

5.2.   Rendimenti massimi

1.   Sauvignon, Pinot gris, Chardonnay, Muscat Ottonel, Traminer aromat

14 000 kg ta’ għeneb għal kull ettaru

2.   Tămâioasă românească, Busuioacă de Bohotin, Traminer roz

14 500 kg ta’ għeneb għal kull ettaru

3.   Fetească albă, Riesling de Rhin, Băbească gri, Crâmpoșie selecționată, Șarba, Băbească neagră, Burgund mare, Cadarcă, Negru Aromat

15 500 kg ta’ għeneb kull ettaru

4.   Fetească regală, Riesling italian, Aligote, Frâncușă, Galbenă de Odobești, Mustoasă de Măderat, Plăvaie, Furmint

18 000 kg ta’ għeneb kull ettaru

5.   Syrah

21 500 kg ta’ għeneb kull ettaru

6.   Fetească neagră, Cabernet Sauvignon, Pinot noir, Merlot

17 500 kg ta’ għeneb kull ettaru

7.   Inbejjed bojod, inbejjed rożè

135 ettolitru kull ettaru

8.   Inbejjed ħomor

130 ettolitru kull ettaru

6.   Żona ġeografika demarkata

Il-Kontea ta’ Vrancea:

Muniċipalitajiet: Vârteşcoiu, Câmpineanca, Pietroasa, Faraoanele, Râmniceanca, Beciu, Pietroasa, Olteni;

Muniċipalitajiet: Broşteni, Căpătanu, Pituluşa, Arva

Muniċipalitajiet: Cârligele, Dălhăuţi, Bonţeşti, Blidari;

Muniċipalitajiet: Coteşti, Budeşti, Valea Coteşti, Goleştii de Sus;

Muniċipalitajiet: Urecheşti, Popeşti, Tercheşti;

Muniċipalitajiet: Dumbrăveni, Dragosloveni, Cândeşti, Alexandru Vlahuţă, Dumbrăveni;

Muniċipalitajiet: Bordeşti, Bordeştii de Jos

Muniċipalitajiet: Tâmboeşti, Slimnic, Trestieni, Pietroasa, Pădureni, Obrejiţa

Muniċipalitajiet: Slobozia Bradului, Sihlea, Coroteni, Valea Beciului, Cornetu, Olăreni;

Localitaţile: Slobozia Ciorăști, Jiliște, Armeni.

Il-Kontea ta’ Buzau

Muniċipalitajiet: Grebănu, Zăplazi, Livada, Livada Mică, Plevna, Homești;

Muniċipalitajiet: Podgoria, Oraţia, Coţatcu, Tăbăcari

Muniċipalitajiet: Topliceni, Răduceşti

7.   Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid / jinkisbu l-inbejjed

Aligoté B - Plant de trois, Plant gris, Vert blanc, Troyen blanc

Burgund Mare N - Grosser burgunder, Grossburgunder, Blaufrankisch, Kekfrankos, Frankovka, Limberger

Busuioacă de Bohotin Rs - Schwarzer Muscat, Muscat fioletovâi, Muscat violet cyperus, Tămâioasă violetă

Băbească gri G

Băbească neagră N - Grossmuttertraube, Hexentraube, Crăcana, Rară neagră, Căldăruşă, Serecsia

Cabernet Sauvignon N - Petit Vidure, Bourdeos tinto

Cadarcă N - Schwarzer Kadarka, Rubinroter Kadarka, Lugojană, Gâmză, Fekete budai

Chardonnay B - Gentil blanc, Pinot blanc Chardonnay

Crâmpoşie selecţionată B

Fetească albă B - Păsărească albă, Poama fetei, Mädchentraube, Leanyka, Leanka

Fetească neagră N - Schwarze Mädchentraube, Poama fetei neagră, Păsărească neagră, Coada rândunicii

Fetească regală B - Königliche Mädchentraube, Königsast, Kiralyleanka, Dănășană, Galbenă de Ardeal

Frâncuşă B - Vinoasă, Mildweisser, Mustoasă de Moldova, Poamă creaţă

Furmint B - Furmin, Şom szalai, Szegszolo

Galbenă de Odobeşti B - Galbenă de Căpătanu, Galbenă Uriaşă, Galbenă

Merlot N - Bigney rouge

Muscat Ottonel B - Muscat Ottonel blanc

Mustoasă de Măderat B - Lampau, Lampor, Mustafer, Mustos Feher, Straftraube

Negru Aromat N

Pinot Gris G - Affumé, Grauer Burgunder, Grauburgunder,Grauer Mönch, Pinot cendré,Pinot Grigio, Ruländer

Pinot Noir N - Blauer Spätburgunder, Burgund mic, Burgunder roter, Klăvner Morillon Noir

Riesling de Rhin B - Weisser Riesling, White Riesling

Riesling italian B - Olasz Riesling, Olaszriesling, Welschriesling

Sauvignon B - Sauvignon verde

Syrah N - Shiraz, Petit Syrah

Traminer Roz Rs - Rosetraminer, Savagnin roz, Gewürztraminer

Tămâioasă românească B - Rumanische Weihrauchtraube, Tamianka

Şarba B

8.   Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet

8.1.   Dettalji taż-żona ġeografika

Iż-żona tad-DOP Cotești tinsab fin-naħa tan-nofsinhar bejn l-għoljiet ta’ Vrancea lejn il-Lvant tal-Muntanji Karpazjani u Sub-Karpazjani, li jiffurmaw kontinwazzjoni tal-vinji ta’ Panciu u Odobești, li jinsabu lejn it-Tramuntana. Flimkien, it-tlieta jiffurmaw il-“Vinji ta’ Vrancea” jew il-“Vinji ta’ Putna” li huma magħrufin sew. Iż-żona hija organizzata f’ringieli li jgħaddu mit-Tramuntana għan-Nofsinhar bejn il-widien tal-ixmajjar Milcov u Râmna. Hija tkopri ż-żona ta’ tranżizzjoni bijoloġika, pedoloġika u tal-klima tal-għoljiet bejn il-“Câmpia Română” (il-Pjanura Rumena) lejn il-Lvant (altitudnijiet taħt il-100 m) u l-ark Sub-Karpazjan lejn il-Punent (l-Għolja ta’ Deleanu, 698 m u l-Għolja ta’ Căpățânei, 592 m) f’altitudni ta’ ’l fuq minn 300 m

Tip ta’ blat - Alterazzjoni ta’ ramel u żrar tal-għoljiet tal-Plistoċen t’Isfel u tan-Nofs, miksija b’saff ta’ sediment tafli u loess ramli. Dan id-depożitu Plistoċen kontinentali jinsab fuq is-sedimenti tat-tafal tal-baħar, tar-ramel u tal-lom Plioċeniċi.

Riljiev - meded wesgħin, kważi orizzontali bejn ix-xmajjar, esposti l-aktar għad-dawl tax-xemx fuq in-naħat tan-Nofsinhar u tal-Lvant tagħhom, għalkemm ir-rampi tal-Punent jibbenefikaw ukoll minn dawl tax-xemx suffiċjenti u għalhekk huma xierqa għall-kultivazzjoni tad-dwieli, li juri għala hemm proporzjon kbir ta’ vinji.

Klima - L-isteppa tal-foresta li tinsab f’din iż-żona speċifikament tipprovdi kundizzjonijiet eċċellenti għat-tkabbir ta’ varjetajiet ta’ għeneb ta’ kwalità għolja, l-aktar minħabba s-sħana rikka mix-xemx u reġim tax-xita favorevoli. Il-fluss radjattiv abbundanti u s-sigħat medji ta’ dawl tax-xemx jiżguraw kundizzjonijiet ottimali għat-tkabbir tal-vinji, għall-maturazzjoni tal-għeneb għall-konċentrazzjoni taz-zokkor fl-għeneb.

8.2.   Dettalji tal-prodott, interazzjoni kawżali

L-inbejjed ħomor għandhom kulur intens, korpożità medja, bi ħjiel aromatiku dominanti ta’ lampuni, pruna, passolina, ċirasa, frawli, żbib, faqqiegħ u bżar iswed, b’aċidità bbilanċjata, u bellusin.

L-inbejjed bojod huma friski, normalment b’aromi ta’ ċitru jew frott tropikali, aromi ta’ fjuri ta’ ward, ħabaq, b’togħma friska, aċidità ottimali, xi drabi wkoll bl-aroma tat-tuffieħ aħdar frisk.

Minħabba fl-aċidità tal-ħamrija, l-inbejjed bojod għandhom freskezza u vinożità, b’noti ta’ frott frisk.

L-inbejjed ħomor huma bellusin b’tannini integrati sew minħabba l-klima speċifika tal-foresti u tal-isteppi b’riżorsi solari termali. Id-durata medja tad-dawl tax-xemx tiżgura l-iżvilupp ottimali tad-dwieli u l-konċentrazzjoni taz-zokkor fl-għeneb.

9.   Rekwiżiti oħra applikabbli (ippakkjar, tikkettar, rekwiżiti addizzjonali)

Deroga dwar il-produzzjoni

Qafas legali:

Fil-leġiżlazzjoni tal-UE

Tip ta’ rekwiżit ieħor:

Deroga dwar il-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata

Deskrizzjoni tar-rekwiżit

F’ċerti kundizzjonijiet klimatiċi li, flimkien mal-potenzjal ta’ ċerti varjetajiet, għandhom impatt pożittiv fuq ir-rendimenti fi pjantaġġuni fiż-żona demarkata, huwa possibbli li jiġu pproċessati il-mosti u/jew l-inbejjed li għandhom id-DOP Cotești anke lil hinn miż-żona demarkata, fiż-żona tal-viċinat fejn iċ-ċentri tal-inbid joffru l-aħjar kapaċità. Iż-żona tal-viċinat deżinjata għal dan il-għan għal vinifikazzjoni rapida, vinifikazzjoni f’temperatura kkontrollata u fermentazzjoni f’temperatura kkontrollata, għall-preżervazzjoni tal-potenzjal aromatiku ta’ ċerti varjetajiet, tinkludi l-muniċipalitajiet tal-Kontea ta’ Vrancea li ġejjin: Panciu, Movilița, Odobești, Unirea, Jariștea u Bolotești.

F’dan l-istadju tal-proċess tal-produzzjoni u wara valutazzjoni tal-karatteristiċi u tal-kwalitajiet tal-prodott miksub, il-produttur jista’ jikklassifika mill-ġdid il-prodotti tal-inbid fil-kategoriji tal-prodotti previsti fil-leġiżlazzjoni fis-seħħ, sabiex iżomm il-konformità.

Link għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott

https://www.onvpv.ro/sites/default/files/caiet_sarcini_doc_cotesti_modificat_cf_cererilor_96_2017_1836_2017_si_1423_2019_no_track_changes_0.pdf


(1)  ĠU L 9, 11.1.2019, p. 2.


25.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 248/23


Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni dwar l-approvazzjoni ta’ emenda standard ta’ Speċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid, kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33

(2021/C 248/09)

Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata f’konformità mal-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1)

KOMUNIKAZZJONI DWAR L-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD

“ Morellino di Scansano”

PDO-IT-A1260-AM03

Data tal-komunikazzjoni: 21 ta’ April 2021

DESKRIZZJONI U RAĠUNIJIET TAL-EMENDA APPROVATA

1.   Tħassir tar-referenza għall-Anness li fih il-lista ta’ varjetajiet tal-għeneb sekondarji li jikkontribwixxu għall-kombinazzjoni tal-varjetajiet tal-għeneb sa massimu ta’ 15 %

Mhuwiex meqjus neċessarju li ssir referenza għal din il-lista minħabba li huma varjetajiet tal-għeneb tajbin għall-kultivazzjoni fir-reġjun tat-Toskana u huma mdaħħla fir-reġistru nazzjonali tal-varjetajiet tad-dwieli għall-għeneb tal-inbid.

L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 2 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.

2.   Indikazzjoni tad-data tal-perjodu sa meta għandhom jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li japplikaw għall-operazzjonijiet tal-inbid li jaqgħu taħt id-deroga

Din hija r-referenza għad-data tal-introduzzjoni ta’ din id-deroga permezz tad-Digriet Ministerjali tat-23 ta’ Lulju 2010.

L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 5 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u t-Taqsima 9 tad-Dokument Uniku.

3.   Aġġornament tar-referenzi legali dwar il-ġustifikazzjoni għall-ibbottiljar fiż-żona demarkata u l-għoti ta’ awtorizzazzjonijiet għall-ibbottiljar lil hinn mill-viċinanza immedjata

Dan huwa adattament formali skont il-leġiżlazzjoni fis-seħħ. L-emenda hija relatata mal-Artikolu 5 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.

4.   Trasferiment tal-paragrafu dwar ir-rilaxx għall-konsum mill-Artikolu 7 għall-Artikolu 5 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott

Dan huwa aġġustament editorjali. L-emenda hija relatata mal-Artikoli 5 u 7 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.

5.   Trasferimenti mill-Artikolu 5 għall-Artikolu 7 tal-Ispeċifikazzjoni tal-indikazzjoni tas-sena li fiha ġie prodott l-għeneb

Dan huwa aġġustament editorjali. L-emenda hija relatata mal-Artikolu 5 u 7 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.

6.   Tħassir tal-karatteristika organolettika taċ-ċarezza brillanti

Il-kriterju taċ-ċarezza mhuwiex meqjus neċessarju sabiex jikkwalifika l-karatteristiċi tipiċi tal-prodotti tad-DOP “Morellino di Scansano”, peress li jista’ jitqies bħala rekwiżit ġenerali ta’ konformità għall-inbejjed kollha.

L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 6 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u t-Taqsima 4 tad-Dokument Uniku.

7.   Tħassir tat-terminu “Superiore” mil-lista ta’ kwalifiki li għandhom jiġu pprojbiti fuq it-tikketta

Din hija emenda formali peress li din ir-referenza ma tistax tintuża sakemm ma jkunx espressament previst fl-Ispeċifikazzjonijiet tal-Prodott.

L-emenda hija relatata mal-Artikolu 7 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.

8.   Dispożizzjoni għall-għażla li fuq it-tikketta jiġi indikat it-terminu ġeografiku usa’ “Toscana”

Tiġi introdotta l-possibbiltà li l-isem “Toscana” bħala unità ġeografika usa’ jiġi indikat fuq it-tikkettar u l-preżentazzjoni tal-inbejjed DOCG “Morellino di Scansano”.

L-użu fakultattiv tal-isem tal-unità ġeografika usa’ “Toscana” jagħmilha possibbli li l-konsumaturi jingħataw informazzjoni addizzjonali dwar iż-żona ġeografika taż-żona tal-produzzjoni tal-inbejjed DOCG “Morellino di Scansano”, f’konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea u dik nazzjonali fis-seħħ.

L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 7 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u t-Taqsima 9 tad-Dokument Uniku.

9.   Żieda fil-volum nominali tal-fliexken tal-ħġieġ minn 5 litri għal 6, u l-introduzzjoni ta’ formati speċjali ta’ 9, 12 u 15-il litru

Il-kapaċità tal-fliexken tiżdied għal 6 litri biex twieġeb it-talba li l-prodott jitqiegħed fis-suq f’dik il-kapaċità. Barra minn hekk, l-indikazzjoni tal-volumi permessi ġiet issimplifikata u ġew ipprovduti formati speċjali esklussivament għal skopijiet promozzjonali.

L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 8 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u t-Taqsima 9 tad-Dokument Uniku.

10.   Indikazzjoni tas-sistemi ta’ għeluq: projbizzjoni tal-użu ta’ tappijiet tal-kuruna, possibbiltà li jintuża tapp bil-kamin sa 0,75 ta’ litru, eskluż il-“Morellino di Scansano” Riserva

Din hija indikazzjoni aħjar tas-sistemi tal-għeluq permessi għall-prodotti tad-denominazzjoni.

It-tapp bil-kamin, li mhuwiex permess għat-tip Riserva, huwa pprovdut ukoll għal kapaċitajiet sa 0,75 ta’ litru, u jwieġeb it-talbiet speċifiċi mis-swieq ta’ xi pajjiżi barranin. L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 8 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u t-Taqsima 9 tad-Dokument Uniku.

DOKUMENT UNIKU

1.   Isem il-prodott

“Morellino di Scansano”

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

DOP - Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta

3.   Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli

1.

Inbid

4.   Deskrizzjoni tal-inbid (inbejjed)

Morellino di Scansano inkluż il-kelma Riserva

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

Kulur: aħmar lewn ir-rubin, li għandu tendenza jagħti għal lewn ir-rummien maż-żmien;

Riħa: ta’ fwieħa, ta’ etere, intensa, pjaċevoli, fina;

Togħma: xotta, sħuna, kemxejn tannika.

Iż-żewġ tipi xi drabi jista’ jkollhom ħjiel ta’ njam.

Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum 12,50 %vol; Riserva 13,00 % vol.

Estratt mingħajr zokkor minimu: 24,0 g/l; Riserva: 26,0 g/l.

Il-parametri analitiċi l-oħra, li ma jidhrux fit-tabella ta’ hawn taħt, jirrispettaw il-limiti previsti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum):

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum):

 

Aċidità totali minima:

 

4,50 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru):

 

Total massimu totali ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru):

 

5.   Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid

5.1.   Prattiki enoloġiċi speċifiċi

 

5.2.   Rendimenti massimi għal kull ettaru:

1.

DOCG Morellino di Scansano

9 000 kg għeneb għal kull ettaru

6.   Żona ġeografika demarkata

Iż-żona tal-produzzjoni tal-għeneb taqa’ fir-reġjun tat-Toskana u tinkludi l-muniċipalità kollha ta’ Scansano u parti mill-muniċipalitajiet ta’ Campagnatico, Grosseto, Magliano in Toscana, Manciano, Roccalbegna u Semproniano, li kollha kemm huma jaqgħu fil-provinċja ta’ Grosseto.

7.   Il-varjetà jew varjetajiet prinċipali li minnhom jinkiseb l-inbid

Sangiovese N.

8.   Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet

DOCG Morellino di Scansano

L-istorja tal-vitikultura millenarja taż-żona tal-produzzjoni tal-“Morellino di Scansano”, mill-perjodu tal-Etruschi sal-Medjuevu, hija prova essenzjali tar-rabta mill-qrib u tal-interazzjoni bejn il-fatturi umani u l-kwalità u l-karatteristiċi speċjali tal-inbid “Morellino di Scansano”. Dan huwa eżempju ta’ kif matul is-sekli, l-intervent tal-bniedem fiż-żona partikolari għadda t-tekniki tradizzjonali tal-kultivazzjoni tad-dwieli u t-tekniki enoloġiċi, li fi żminijiet moderni u kontemporanji tjiebu u ġew irfinati, bla dubju bis-saħħa tal-progress xjentifiku u teknoloġiku, li wassal għall-inbejjed rinomati tal-lum.

9.   Kunsiderazzjonijiet oħra essenzjali (imballaġġ, tikkettar, rekwiżiti oħra)

“Morellino di Scansano”- Ibbottiljar

Qafas ġuridiku:

 

Fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni

Tip ta’ kundizzjoni addizzjonali:

 

Ibbottiljar fiż-żona ġeografika demarkata

Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:

 

L-ibbottiljar jew l-ippakkjar irid isir fiż-żona ġeografika demarkata.

“Morellino di Scansano”- Vinifikazzjoni

Qafas ġuridiku:

 

Fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni

Tip ta’ kundizzjoni addizzjonali:

 

Deroga għall-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata

Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:

 

Il-produzzjoni tal-inbid barra miż-żona hija permessa f’faċilitajiet li jinsabu qrib il-fruntiera taż-żona tal-produzzjoni, sakemm dawn ikunu f’inqas minn 2 000 metru f’linja dritta, u li jappartjenu għal azjendi li jkunu għamlu l-inbid “Morellino di Scansano” għal mill-inqas ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ tad-Digriet Ministerjali tat-23 ta’ Lulju 2010. Din l-awtorizzazzjoni trid issir applikazzjoni għaliha u tinħareġ mill-Ministeru tal-Politika Agrikola, Alimentari u Forestali.

“Morellino di Scansano” — Tikkettar u preżentazzjoni

Qafas ġuridiku:

 

Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ kundizzjoni addizzjonali:

 

Rekwiżiti addizzjonali dwar it-tikkettar

Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:

L-isem “Toscana” bħala unità ġeografika usa’ jista’ jiġi indikat fuq it-tikkettar u l-preżentazzjoni tal-inbejjed DOCG “Morellino di Scansano”.

L-isem ġeografiku usa’ “Toscana” għandu jidher wara l-isem “Morellino di Scansano” u għandu jidher taħt it-terminu tradizzjonali speċifiku “Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata u Garantita” jew l-espressjoni tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta tal-Unjoni Ewropea, skont is-suċċessjoni li ġejja:

“Morellino di Scansano”

Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata u Garantita jew Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta (jew l-akronimu DOCG jew D.O.C.G.)

Toscana.

il-karattri tal-isem Toscana għandu jkollhom għoli aktar baxx mill-karattri li jiffurmaw l-isem “Morellino di Scansano” u jrid ikollhom l-istess tipa (tip ta’ tipa), stil, spazjar, prominenza, kulur u intensità kolorimetrika.

L-indikazzjonijiet kollha elenkati fit-tieni paragrafu għandhom jidhru fuq sfond uniformi.

“Morellino di Scansano”- Imballaġġ

Qafas ġuridiku:

 

Fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni

Tip ta’ kundizzjoni addizzjonali:

 

Rekwiżiti addizzjonali dwar it-tikkettar

Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:

 

L-inbejjed DOCG “Morellino di Scansano” għandhom jiġu rilaxxati għall-konsum biss f’kontenituri tal-ħġieġ tat-tip “bordolese”, b’volum nominali sa 6 litri.

 

L-użu ta’ formati speċjali oħra ta’ 9, 12 u 15-il litru huwa limitat għal skopijiet promozzjonali u mhux kummerċjali.

Morellino di Scansano — Sistemi ta’ għeluq

Qafas ġuridiku:

 

Fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni

Tip ta’ kundizzjoni addizzjonali:

 

Rekwiżiti addizzjonali dwar it-tikkettar

Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:

 

Is-sistemi ta’ għeluq permessi huma dawk stabbiliti fir-regolamenti fis-seħħ, bl-eċċezzjoni tat-tapp bil-kuruna.

 

L-użu ta’ tappijiet bil-kamin huwa permess biss għal kontenituri tal-ħġieġ b’kapaċità ta’ 0,750 ta’ litru jew inqas, eskluż l-inbid “Morellino di Scansano” Riserva.

Link għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott

https://www.politicheagricole.it/flex/cm/pages/ServeBLOB.php/L/IT/IDPagina/16737


(1)  ĠU L 9, 11.1.2019, p. 2.